ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
19 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 348/2008 tat-18 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2008 tat-18 ta’ April 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Ġunju sad-31 ta' Awwissu 2008

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 350/2008 tat-18 ta’ April 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 351/2008 tas-16 ta’ April 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa ta' inġenji ta' l-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2008 tat-18 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 353/2008 tat-18 ta’ April 2008 li jistabilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( 1 )

11

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/49/KE tas-16 ta’ April 2008 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kriterji għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq ajruplani li jużaw l-ajruporti Komunitarji ( 1 )

17

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/318/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' April 2008 li tawtorizza lill-Italja sabiex tapplika, fiż-żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-gażolju u l-LPG użat għal finijiet ta’ tisħin skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

27

 

 

2008/319/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/265/KE dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti baġitarji ta' l-amministrazzjoni, mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, relatati ma' l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, Sisnet

30

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/320/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2008 li tiddetermina l-kwantitajiet ta' methyl bromide li huma permessi għall-użi kritiċi fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta’ l-Ożonu (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1053)

32

 

 

2008/321/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)

35

 

 

2008/322/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2008 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' lajters innovattivi (novelty lighters) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1442)  ( 1 )

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 348/2008

tat-18 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

59,2

TN

144,8

TR

116,5

ZZ

106,8

0707 00 05

JO

178,8

MK

86,2

TR

147,2

ZZ

137,4

0709 90 70

MA

97,2

TR

120,4

ZZ

108,8

0709 90 80

EG

349,4

ZZ

349,4

0805 10 20

EG

54,0

IL

51,8

MA

54,2

TN

57,6

TR

59,6

US

44,5

ZZ

53,6

0805 50 10

AR

117,4

IL

126,5

TR

128,4

ZA

141,8

ZZ

128,5

0808 10 80

AR

92,3

BR

89,7

CA

79,6

CL

102,4

CN

94,6

MK

65,6

NZ

119,1

TR

69,6

US

114,4

UY

77,2

ZA

67,0

ZZ

88,3

0808 20 50

AR

92,6

AU

80,7

CL

112,4

CN

54,7

ZA

101,3

ZZ

88,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 349/2008

tat-18 ta’ April 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Ġunju sad-31 ta' Awwissu 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas- 26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' April 2008, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina.

(3)

Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' April 2008, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 imsemmi, jistgħu jkunu sodisfatti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ April 2008 u mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' April 2008, għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Numru ta' l-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

X

Importaturi ġodda

09.4099

X

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

29,451058  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,466621  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

80,635479  %

“X”

:

Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 350/2008

tat-18 ta’ April 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 94, 5.4.2008, p. 6.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mid-19 ta’ April 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

21,18

5,71

1701 11 90  (1)

21,18

11,12

1701 12 10  (1)

21,18

5,52

1701 12 90  (1)

21,18

10,60

1701 91 00  (2)

23,17

14,19

1701 99 10  (2)

23,17

9,13

1701 99 90  (2)

23,17

9,13

1702 90 95  (3)

0,23

0,41


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 351/2008

tas-16 ta’ April 2008

li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa ta' inġenji ta' l-ajru li jużaw ajruporti tal-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà [sikurezza] ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/36/KE tintroduċi approċċ armonizzat għall-infurzar effikaċi ta' standards internazzjonali tas-sikurezza fi ħdan il-Komunità, permezz ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri għall-ispezzjonijiet fir-rampa ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jinżlu f'ajruporti ġewwa l-Istati Membri. Tobbliga lill-Istati Membri li, fi kwalunkwe ajruport tagħhom li jkun miftuħ għat-traffiku internazzjonali ta' l-ajru, bi proċedura armonizzata jwettqu spezzjonijiet fir-rampa fuq inġenji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi li dwarhom ikun hemm suspett li ma jirrispettawx l-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u li jieħdu sehem fil-ġbir u l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet fir-rampa li jkunu twettqu.

(2)

Biex kemm jista' jkun jiġu mmassimizzati r-riżorsi limitati disponibbli għall-awtoritajiet kompeteneti ta' spezzjoni ta' kull Stat Membru, għandhom jagħtu prijorità lit-twettiq ta' spezzjonijiet fir-rampa fuq ċerti kategoriji ta' operaturi u ta' inġenji ta' l-ajru li jkunu partikolarment suxxettibbli għal nuqqasijiet ta' sikurezza.

(3)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

'il-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa' tfisser id-dedikazzjoni ta' parti adegwata ta' l-għadd totali ta' spezzjonijiet fir-rampa mwettqa minn Stat Membru fuq bażi annwali, kif provdut bl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament;

(2)

'suġġett' tfisser l-operatur u/jew l-operaturi kollha minn Stat partikolari u/jew tip ta' inġenju ta' l-ajru u/jew inġenju ta' l-ajru partikolari.

Artikolu 2

Kriterji ta' Prijoritizzazzjoni

Bla ħsara għall-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/36/KE, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw l-ispezzjonijiet fir-rampa tagħhom fuq is-suġġetti li ġejjin li jinżlu fi kwalunkwe ajruport tagħhom miftuħ għat-traffiku internazzjonali ta' l-ajru:

(1)

Suġġetti li jkunu ġew identifikati bħala theddida potenzjali għas-sikurezza abbażi ta' analiżijiet regolari mwettqa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (“EASA”).

(2)

Suġġetti li, abbażi ta' opinjoni espressa mill-Kumitat dwar is-Sikurezza fl-Ajru fi ħdan il-kuntest ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ikunu ġew identifikati bħala li jeħtieġu verifika addizzjonali tal-konformità effettiva ma' l-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz ta' spezzjonijiet sistematiċi fir-rampa. Dan jista' jinkludi suġġetti li jkunu ġew irtirati mill-elenku ta' operaturi ta' l-ajru soġġetti għal projbizzjoni ta' l-operat fil-Komunità stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (“l-elenku tal-Komunità”).

(3)

Suġġetti li jkunu ġew identifikati abbażi ta' informazzjoni li l-Kummissjoni tkun kisbitha mill-Istati Membri jew mill-EASA skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(4)

Inġenji ta' l-ajru operati lejn il-Komunità minn operaturi inklużi fl-Anness B ta' l-elenku tal-Komunità.

(5)

Inġenji ta' l-ajru operati minn operaturi oħra ċċertifikati fl-istess Stat bħal kwalunkwe operatur ieħor li jkun jidher fl-istess waqt fl-elenku tal-Komunità.

Artikolu 3

Komunikazzjoni

1.   L-EASA għandha tikkomunika elettronikament lill-Istati Membri, talanqas darba kull erba' xhur, lista tas-suġġetti msemmija fl-Artikolu 2.

2.   L-EASA għandha tissorvelja l-proċess ta' prijoritizzazzjoni u tgħaddi lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam ta' l-avjazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jsegwu l-andament madwar il-Komunità tal-prijoritizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet fuq suġġetti msemmija fl-Artikolu 2, inkluża d-dejta statistika rilevanti tat-traffiku ta' l-ajru.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(3)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 352/2008

tat-18 ta' April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar u ċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u b’mod partikolari Artikolu 35(4) u l-Artikolu 42,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jipprovdi għal sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje ta' l-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl ta' l-aħħar data disponibbli għall-2004, l-2005 u l-2006, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tal-ħjar u taċ-ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri li provduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura mħallta, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikattiva biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-iskop tal-kodiċi NM kif jeżistu fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta’ l-iskattar

Livell ta’ l-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

325 606

78.0020

mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

25 103

78.0065

0707 00 05

Ħjar

mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

70 873

78.0075

mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

46 491

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

19 799

78.0100

0709 90 70

Żukkini

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

117 360

78.0110

0805 10 20

Larinġ

mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

454 253

78.0120

0805 20 10

Klementin

mill-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

606 155

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

mill-1 ta’ Novembru sa l-aħħar ta’ Frar

104 626

78.0155

0805 50 10

Lumi

mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

326 861

78.0160

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

53 842

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

mill-21 ta’ Lulju sa l-20 ta’ Novembru

70 731

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

886 383

78.0180

mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

81 237

78.0220

0808 20 50

Lanġas

mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

241 637

78.0235

mill -1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

35 748

78.0250

0809 10 00

Berquq

mill -1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

14 163

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

mill-21 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Awwissu

151 059

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

11 980

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

5 806 ”


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 353/2008

tat-18 ta’ April 2008

li jistabilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistabbilixxi regoli għall-użu ta’ allegazzjonijiet fl-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-riklamar ta’ l-ikel.

(2)

Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa għandhom juru b'mod adegwat u suffiċjenti li l-allegazzjoni ta’ saħħa hija bbażata u sustanzjata b'evidenza xjentifika ġeneralment aċċettata, billi tiġi kkunsidrata t-totalità tad-data xjentifika disponibbli u billi titqies l-evidenza.

(3)

Kif stipulat mill-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli implimentattivi li jikkonċernaw applikazzjonijiet ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa mressqa skond dak ir-Regolament, fosthom regoli għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet.

(4)

Ir-regoli implimentattivi għandhom jiżguraw li l-fajl ta’ l-applikazzjoni jiġi organizzat b'tali mod li jiddefinixxi u jikklassifika d-data xjentifika meħtieġa bil-ħsieb ta’ valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet mill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel.

(5)

Ir-regoli implimentattivi huma intenzjonati primarjament bħala gwida ġenerali, u, skond in-natura ta’ l-allegazzjoni, in-natura u l-estent ta’ l-istudji neċessarji għal valutazzjoni tal-mertu xjentifiku tagħha jistgħu jvarjaw.

(6)

L-applikazzjonijiet għal allegazzjonijiet tas-saħħa għandhom iqisu r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, partikolarment il-prinċipji u l-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 tiegħu. Għandu jkun hemm applikazzjonijiet separati għal allegazzjonijiet individwali ta’ saħħa u t-tip ta’ allegazzjoni għandha tiġi kkaratterizzata.

(7)

Id-dettalji u d-dokumenti li jridu jiġu pprovduti skond dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal ebda tagħrif supplimentari li l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) tista' titlob fejn hemm bżonn, kif stipulat fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(8)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità ħarġet opinjoni dwar gwida xjentifika u teknika dwar it-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet li jikkonċernaw l-allegazzjonijiet ta’ saħħa (2). L-applikazzjonijiet għandom isegwu l-gwida ta’ l-Awtorità flimkien mar-regoli implimentattivi biex jiġi żgurat it-tressiq armonizzat ta’ l-applikazzjonijiet ta’ l-Awtorità.

(9)

Biex jibbenefikaw mill-protezzjoni tad-data, kif stipulat fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, talbiet għal protezzjoni ta’ data proprjetarja jridu jkunu ġġustifikati u d-data kollha tinżamm f'parti separata ta’ l-applikazzjoni.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli implimentattivi għall-applikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, mibgħuta skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, u

(b)

applikazzjonijiet għall-inklużjoni ta’ allegazzjoni fil-lista stipulata fl-Artikolu 13(3) imressqa skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2

Ambitu ta’ l-applikazzjoni

Kull applikazzjoni għandha tkopri relazzjoni waħda biss bejn in-nutrijent jew sustanza oħra, jew ikel jew kategorija ta’ ikel, u effett allegat wieħed.

Artikolu 3

Speċifikazzjoni tat-tip ta’ allegazzjoni ta’ saħħa

L-applikazzjoni għandha tispeċifika x'tip ta’ allegazzjoni ta’ saħħa hija kkonċernata fost dawk elenkati fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 4

Data li tappartjeni lill-applikant

L-indikazzjoni ta’ tagħrif li jista' jitqies bħala data li tappartjeni lill-applikant u ġustifikazzjoni verifikabbli għaliha, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, għandha tkun inkluża f'parti separata ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 5

Studji xjentifiċi

L-istudji u materjali oħrajn imsemmija fl-Artikolu 15(3)(ċ) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006:

(a)

għandhom jikkonsistu primarjament fi studji fil-bnedmin u, fil-każ ta’ allegazzjonijiet li jsemmu l-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, minn studji fuq it-tfal;

(b)

għandhom jiġu ppreżentati skond il-ġerarkija tat-tfassil ta’ l-istudji, li jirriflettu s-saħħa relattiva ta’ l-evidenza li tista' tinkiseb minn tipi differenti ta’ studji.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-użu

Skond l-Artikolu 15(3)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u flimkien mal-proposta għall-għażla tal-kliem fl-allegazzjoni ta’ saħħa, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu:

(a)

il-popolazzjoni fil-mira ta’ l-allegazzjoni ta’ saħħa intenzjonata;

(b)

il-kwantità tan-nutrijent jew sustanza oħra, jew ikel jew kategorija ta’ ikel, u l-mod kif għandha tiġi kkunsmata biex jinkiseb l-effett benefiku allegat;

(ċ)

fejn xieraq, stqarrija indirizzata lill-persuni li għandhom jevitaw li jużaw in-nutrijent jew sustanza oħra, jew ikel jew kategorija ta’ ikel, li ssirilha l-allegazzjoni ta’ saħħa;

(d)

twissija għan-nutrijent jew sustanza oħra, jew ikel jew kategorija ta’ ikel, li x'aktarx li tippreżenta riskju għas-saħħa jekk tiġi kkunsmata b'eċċess;

(e)

kwalunkwe restrizzjonijiet oħrajn għall-użu u direzzjonijiet għat-tħejjija u/jew l-użu.

Artikolu 7

Regoli tekniċi

L-applikazzjoni għandha titħejja u tiġi ppreżentata skond ir-regoli tekniċi stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9, kif ikkoreġut bil-ĠU L 12, 18.1.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 109/2008 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 14).

(2)  http://www.efsa.europa.eu/EFSA/efsa_locale-1178620753812_1178623592471.htm


ANNESS

Regoli tekniċi għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal allegazzjonijiet ta’ saħħa

INTRODUZZJONI

1.

Dan l-Anness japplika għal allegazzjonijiet ta’ saħħa relatati mal-konsum ta’ kategorija ta’ ikel, ikel, jew il-kostitwenti tiegħu (fosthom nutrijent jew sustanza oħra, jew kumbinazzjoni ta’ nutrijenti/sustanzi oħrajn), minn hawn 'il quddiem imsejħin ikel.

2.

F'każijiet fejn ftit mid-data meħtieġa kif deskritt fl-Anness jitħallew barra mill-applikant, sakemm ma jkunux japplikaw għall-applikazzjoni kkonċernata, għandhom jingħataw raġunijiet għan-nuqqas ta’ din id-data fl-applikazzjoni.

3.

It-terminu applikazzjoni minn hawn 'il quddiem ifisser fajl indipendenti li fih tagħrif u data xjentifika mibgħuta għall-awtorizzazzjoni ta’ l-allegazzjoni ta’ saħħa meqjusa.

4.

Għandha titħejja applikazzjoni għal kull allegazzjoni ta’ saħħa individwali; dan ifisser li relazzjoni bejn ikel u effett allegat wieħed biss tista' tkun l-oġġett ta’ kull applikazzjoni. Madankollu, formulazzjonijiet multipli ta’ ikel jistgħu jkunu proposti mill-applikant bħala kandidati biex ikollhom l-allegazzjoni ta’ saħħa fl-istess applikazzjoni, sakemm l-evidenza xjentifika tkun valida għall-formulazzjonijiet proposti kollha ta’ ikel li għandu l-istess allegazzjoni ta’ saħħa.

5.

L-applikazzjoni għandha tindika jekk l-allegazzjoni ta’ saħħa kkonċernata jew waħda simili ġietx ivvalutata xjentifikament, minn awtorità nazzjonali kompetenti jew ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz. Jekk ikun hekk, għandha tiġi pprovduta kopja tal-valutazzjoni xjentifika.

6.

Data xjentifika pertinenti hija l-istudji umani u mhux umani kollha, ippubblikati jew le, li huma rilevanti għas-sostanzjament ta’ allegazzjoni ta’ saħħa li saritilha applikazzjoni, billi tiġi indirizzata r-relazzjoni bejn l-ikel u l-effett allegat, inkluża data favur u data mhux favur din ir-relazzjoni. Data umana pertinenti ppubblikata għandha tkun identifikata permezz ta’ reviżjoni komprensiva.

7.

Biċċiet minn ġurnali u artikli ppubblikati fil-gazzetti, rivisti, ittri b'aħbarijiet jew fuljetti li ma ġewx riveduti mill-pari ma għandhomx jiġu ċitati. Kotba jew kapitli ta’ kotba għall-konsumaturi jew il-pubbliku ġenerali ma għandhomx jiġu ċitati.

PRINĊIPJI ĠENERALI GĦAS-SUSTANZJAMENT XJENTIFIKU

1.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha d-data xjentifika kollha, ippubblikata jew le, favur u mhux li huma pertinenti għall-allegazzjoni ta’ saħħa, flimkien ma’ reviżjoni komprensiva tad-data mill-istudji umani sabiex jintwera li l-allegazzjoni ta’ saħħa hija sostanzjata mit-totalità tad-data xjentifika u billi titqies l-evidenza. Data minn studji fil-bnedmin li jindirizzaw ir-relazzjoni bejn il-konsum ta’ l-ikel u l-effett allegat huja meħtieġa għas-sostanzjament ta’ l-allegazzjoni ta’ saħħa.

2.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha reviżjoni komprensiva tad-data minn studji umani li jindirizzaw ir-relazzjoni speċifika bejn l-ikel u l-effett allegat. Din ir-reviżjoni, u l-identifikazzjoni ta’ data meqjusa pertinenti għall-allegazzjoni ta’ saħħa, għandha ssir b'mod sistematiku u trasparenti sabiex jintwera li l-applikazzjoni tirrifletti adegwatament il-bilanċ ta’ l-evidenza kollha disponibbli.

3.

Is-sostanzjament ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa għandu jqis it-totalità tad-data xjentifika disponibbli u, billi titqies l-evidenza, għandu juri kemm:

(a)

l-effett allegat ta’ l-ikel huwa ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem,

(b)

hija stabbilita relazzjoni bejn il-kawża u l-effett bejn il-konsum ta’ l-ikel u l-effett allegat fil-bnedmin (bħal: is-saħħa, il-konsistenza, l-ispeċifiċità, ir-rispons għad-doża, u l-plawżibilità bijoloġika tar-relazzjoni),

(c)

il-kwantità ta’ l-ikel u meta jiġi kkunsmat meħtieġa biex jinkiseb l-effett allegat, jista' jintlaħaq raġjonevolment bħala parti minn dieta bilanċjata,

(d)

il-grupp(i) ta’ studju speċifiku/ċi fejn inkisbet l-evidenza hija rappreżentattiva tal-popolazzjoni fil-mira li għaliha hija maħsuba l-allegazzjoni.

KARATTERISTIĊI TA’ L-IKEL

It-tagħrif li ġej għandu jingħata fir-rigward għall-kostitwent ta’ l-ikel, l-ikel jew il-kategorija ta’ l-ikel li tkun saritilha l-allegazzjoni ta’ saħħa.

1.

Għal kostitwent ta’ l-ikel:

(a)

is-sors u l-ispeċifikazzjonijiet (1), bħall-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi, kompożizzjoni; u

(b)

fejn applikabbli, il-kostitwenti mikrobijoloġiċi tal-kostitwent ta’ l-ikel.

2.

Għal ikel jew kategorija ta’ l-ikel:

(a)

id-deskrizzjoni ta’ l-ikel jew kategorija ta’ l-ikel, inkluża l-karatterizzazzjoni tal-matriċi ta’ l-ikel u l-kompożizzjoni ġenerali inkluż il-kontenut ta’ nutrijenti fl-ikel;

(b)

is-sors u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-ikel u l-kategorija ta’ l-ikel u, b'mod partikolari, il-kontenut tal-kostitwent(i) relatati ma’ l-allegazzjoni tas-saħħa.

3.

Fil-każijiet kollha:

(a)

fejn applikabbli, il-varjabilità minn kunsinna għall-oħra;

(b)

il-metodi analitiċi applikati;

(c)

fejn ikun il-każ, taqsira ta’ l-istudji li saru dwar il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, il-varjabilità minn kunsinna għall-oħra, il-proċeduri analitiċi, u r-riżultati u l-konklużjonijiet ta’ l-istudji ta’ stabilità, u l-konklużjonijiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ ħażna u t-tul tal-ħajja fuq l-ixkafef;

(d)

fejn ikun il-każ, id-data rilevanti u r-raġuni għalfejn il-kostitwent li tkun saritlu l-allegazzjoni ta’ saħħa jkun f'forma li tkun tista' tintuża mill-ġisem tal-bniedem;

(e)

jekk ma hemmx bżonn ta’ assorbiment biex jiġi prodott l-effett allegat, sterols tal-pjanti, fibri, batteri ta’ l-aċidu lattiku, id-data rilevanti u r-raġuni li l-kostitwent jilħaq il-parti fil-mira;

(f)

id-data kollha disponibbli dwar il-fatturi li jistgħu jaffettwaw l-assorbiment jew l-utilizzazzjoni tal-kostitwent li tkun saritlu l-allegazzjoni ta’ saħħa fil-ġisem.

ORGANIZZAZZJONI TA’ DATA XJENTIFIKA PERTINENTI

1.

Data xjentifika identifikata għandha tkun organizzata kif ġej: data umana, segwita minn data umana jekk xieraq.

2.

Data umana għandha tkun ikklassifikata skond ġerarkija ta’ disinn ta’ studju fl-ordni li ġej:

(a)

studji ta’ intervent uman, studji kkontrollati bix-xorti, studji bix-xorti oħrajn (mhux ikkontrollati), studji kkontrollati (mhux bix-xorti), studji ta’ intervent oħrajn;

(b)

studji osservatorji umani, studji koorti, studji ta’ kontroll tal-każ, studji ta’ kampjun rappreżentattiv, studji osservatorji oħrajn, bħal rapporti ta’ każijiet;

(c)

studji umani oħrajn li jittrattaw il-mekkaniżmi ta’ kif l-ikel jista' jkun responsabbli għall-effett allegat, inklużi l-istudji dwar il-bijodisponibilità.

3.

Data mhux umana għandha tikkonsisti fi:

(a)

data dwar l-annimali inklużi studji li jinvestigaw aspetti relatati ma’ l-assorbiment, it-tqassim, il-metaboliżmu, tneħħija ta’ l-eskrimenti ta’ l-ikel, studji mekkanistiċi, u studji oħrajn;

(b)

data ex vivo jew in vitro, ibbażati fuq kampjuni bijoloġiċi tal-bnedmin jew ta’ l-annimali għall-mekkaniżmi ta’ azzjoni li bihom l-ikel jista' jkun responsabbli għall-effett allegat, u studji mhux umani oħrajn.

TAQSIRA TA’ DATA XJENTIFIKA PERTINENTI

Minbarra r-rekwiżit ta’ l-Artikolu 15(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għal taqsira ta’ l-applikazzjoni, l-applikanti għandhom jipprovdu taqsira tad-data xjentifika pertinenti, li għandu jkun fiha t-tagħrif li ġej:

1.

it-taqsira tad-data minn studji umani pertinenti, li tindika sa fejn ir-relazzjoni bejn l-ikel u l-effett allegat huwa appoġġjat mit-totalità ta’ data umana;

2.

it-taqsira tad-data minn studji mhux umani pertinenti, li tindika kif, u sa fejn, l-istudji mhux umani pertinenti jistgħu jgħinu jappoġġjaw ir-relazzjoni bejn l-ikel u l-effett allegat fil-bnedmin;

3.

il-konklużjonijiet ġenerali, li tiġi kkunsidrata t-totalità tad-data, inkluża l-evidenza favur u mhux favur u billi titqies l-evidenza. Il-konklużjonijiet ġenerali għandhom jiddefinixxu b'mod ċar sa fejn:

(a)

l-effett allegat ta’ l-ikel huwa ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem,

(b)

hija stabbilita relazzjoni bejn il-kawża u l-effett bejn il-konsum ta’ l-ikel u l-effett allegat fil-bnedmin (bħal: is-saħħa, il-konsistenza, l-ispeċifiċità, ir-rispons għad-doża, u l-plawżibilità bijoloġika tar-relazzjoni),

(c)

il-kwantità ta’ l-ikel u meta jiġi kkunsmat meħtieġa biex jinkiseb l-effett allegat, jista' jiġi raġjonevolment kkunsmat bħala parti minn dieta bilanċjata,

(d)

il-grupp(i) ta’ studju speċifiku/ċi fejn inkisbet l-evidenza hija rappreżentattiva tal-popolazzjoni fil-mira li għaliha hija maħsuba l-allegazzjoni.

STRUTTURA TA’ L-APPLIKAZZJONI

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu strutturati kif ġej. Jekk tkun ipprovduta ġustifikazzjoni mill-applikant ċerti partijiet ikunu jistgħu jitħallew barra.

Parti 1 —   Data Amministrattiva u Teknika

1.1.

Werrej

1.2.

Formola ta’ applikazzjoni

1.3.

Informazzjoni ġenerali

1.4.

Partikolaritajiet ta’ l-allegazzjoni ta’ saħħa

1.5.

Taqsira ta’ l-applikazzjoni

1.6.

Referenzi

Parti 2 —   Karatteristiċi ta’ l-Ikel/Kostitwent

2.1.

Kostitwent ta’ l-ikel

2.2.

Ikel jew kategorija ta’ ikel

2.3.

Referenzi

Parti 3 —   Taqsira Ġenerali ta’ Data Xjentifika Pertinenti

3.1.

Taqsira f'forma tabulari ta’ l-istudji pertinenti identifikati kollha

3.2.

Taqsira f'forma tabulari ta’ data minn studji umani pertinenti

3.3.

Taqsira bil-miktub ta’ data minn studji umani pertinenti

3.4.

Taqsira bil-miktub ta’ data minn studji mhux umani pertinenti

3.5.

Konklużjonijiet Ġenerali

Parti 4 —   Entità ta’ Data Xjentifika Pertinenti Identifikata

4.1.

Identifikazzjoni ta’ data xjentifika pertinenti

4.2.

Data pertinenti identifikata

Parti 5 —   Annessi ma’ l-Applikazzjoni

5.1.

Glossarju/taqsiriet

5.2.

Kopji/stampar mill-ġdid ta’ data ppubblikata pertinenti

5.3.

Rapporti sħaħ ta’ data pertinenti mhux ippubblikata

5.4.

Oħrajn


(1)  Fejn ikun xieraq jistgħu jiġu ċitati speċifikazzjonijiet rikonoxxuti internazzjonalment.


DIRETTIVI

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/17


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/49/KE

tas-16 ta’ April 2008

li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-kriterji għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fir-rampa fuq ajruplani li jużaw l-ajruporti Komunitarji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/36/KE tintroduċi metodu armonizzat għall-infurzar effettiv ta’ l-istandards internazzjonali tas-sigurtà fi ħdan il-Komunità bl-armonizzazzjoni tar-regoli u tal-proċeduri għall-ispezzjonijiet (fir-rampa) ta’ l-ajruplani ta’ pajjiżi terzi f’ajruporti li jinsabu fl-Istati Membri. Din teħtieġ li l-Istati Membri jwettqu l-ispezzjonijiet fir-rampa fuq ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jitniżżlu fi kwalunkwe wieħed mill-ajruporti tagħhom miftuħa għat-traffiku ta’ l-ajru internazzjonali skond proċedura armonizzata, u li jipparteċipaw fil-ġbir u fl-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa.

(2)

L-obbligi Komunitarji ta’ l-Istati Membri li ġejjin mid-Direttiva 2004/36/KE, sa ċertu punt, qabel setgħu ġew sodisfatti permezz tal-parteċipazzjoni volontarja tagħhom fil-programm ta’ l-Istima tas-Sigurtà ta’ Ajruplani Barranin (SSAB - Safety Assessment of Foreign Aircraft, SAFA) li nbeda fl-1996 mill-Konferenza Ewropea ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (ECAC - European Civil Aviation Conference), li l-ġestjoni tagħha kienet iddelegata lill-Awtoritajiet Konġunti ta’ l-Avjazzjoni (JAA - Joint Aviation Authorities).

(3)

Mill-1 ta’ Jannar 2007, il-Programm SSAB għadda esklussivament taħt il-kompetenza Komunitarja u issa huwa ġestit mill-Kummissjoni, mgħejjuna mill-Aġenzija tas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea (AESA - European Aviation Safety Agency, EASA) kif inhu pprovdut mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ l-ajruplani li jużaw ajruporti Komunitarji u l-ġestjoni tas-sistema ta’ informazzjoni (2).

(4)

Il-Programm SSAB għandu jiġi kkomplementat b’miżuri xierqa li jkollhom l-għan li jiżguraw standards komuni għat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet fir-rampa, bħal manwal għall-ispezzjonijiet fir-rampa.

(5)

L-Anness II għad-Direttiva 2004/36/KE jinkludi biss kriterji ferm ġenerali, peress li fi żmien l-adozzjoni tiegħu l-linji ta’ gwida u l-proċeduri tekniċi dettaljati kienu għadhom qed jiġu ppubblikati u aġġornati regolarment mill-JAA u sussegwentement kienu qed jiġu implimentati b’mod volontarju mill-Istati ta’ l-ECAC li jipparteċipaw fil-Programm SSAB.

(6)

Minħabba t-trasferiment tal-Programm SSAB f’idejn il-Komunità u minħabba ż-żieda fl-importanza li qed tingħata mill-Kummissjoni lir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa skond il-Programm SSAB, meta tieħu d-deċiżjonijiet tagħha rigward l-inklużjoni tat-trasportaturi fil-lista Komunitarja tat-trasportaturi ta’ l-ajru pprojbiti li kienet stabbilita skond ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE, qed jitqies meħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi ċentrali tal-manwal għat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet fir-rampa.

(7)

L-elementi ċentrali tal-manwal jikkostitwixxu l-istandards essenzjali għat-twettiq effettiv ta’ l-ispezzjonijiet fir-rampa u għalhekk għandhom jifformaw parti, fl-iqsar żmien possibbli, mill-Anness II għad-Direttiva 2004/36/KE li jistabbilixxi l-proċedura għat-twettiq ta’ l-ispezzjonijiet fir-rampa, partikolarment wara t-trasferiment tal-programm SSAB taħt il-kompetenza Komunitarja.

(8)

L-EASA ressqet proposta għall-emenda ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2004/36/KE kif inhu pprovdut skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006.

(9)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/36/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (3),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-emenda għad-Direttiva 2004/36/KE

L-Anness II tad-Direttiva 2004/36/KE għandu jiġi sostitwit mit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-materjal ta’ gwida

Meta l-Aġenzija tas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea tiżviluppa l-materjal ta’ gwida li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri li jissemma fl-Anness għal din id-Direttiva, għandha tistabbilixxi proċedura trasparenti biex tikkonsulta lill-Istati Membri, tagħmel użu mill-kompetenza disponibbli fl-awtoritajiet regolatorji ta’ l-avjazzjoni ta’ l-Istati Membri, u tinvolvi, kulmeta jkun meħtieġ, lil esperti xierqa mill-partijiet interessati rilevanti. Għal dan il-għan, tista’ toħloq grupp ta’ ħidma.

Artikolu 3

It-traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 4

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 16.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).


ANNESS

ANNESS II

Manwal tal-Proċeduri tal-KE għall-Ispezzjonijiet SSAB (fir-Rampa) – L-Elementi Ċentrali

1.   ISTRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   L-ispezzjonijiet SSAB (Stima tas-Sigurtà ta’ Ajruplani Barranin — Safety Assessment of Foreign Aircraft, SAFA) fir-rampa għandhom jitwettqu minn spetturi li jkollhom l-għarfien meħtieġ rilevanti għall-qasam ta’ l-ispezzjoni, fejn l-għarfien tekniku, l-għarfien dwar kemm l-ajruplan jkun tajjeb għall-ajru u l-għarfien operattiv irid ikun rappreżentat f’każ li l-punti kollha tal-lista ta’ kontroll qed jiġu vverifikati. Meta spezzjoni fir-rampa titwettaq minn 2 spetturi jew aktar, l-elementi ewlenin ta’ l-ispezzjoni – l-ispezzjoni viżwali tal-parti esterna ta’ l-ajruplan, l-ispezzjoni fil-gverta tat-titjir u l-ispezzjoni tal-kabina tal-passiġġieri u/jew tal-kompartimenti tal-merkanzija – jistgħu jiġu diviżi bejn l-ispetturi.

1.2.   L-ispetturi jridu jidentifikaw lilhom infushom lill-pilota fil-kmand ta’ l-ajruplan, jew fl-assenza tiegħu, lil membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jew lill-aktar rappreżentant anzjan ta’ l-operatur qabel ma jibdew il-parti t’abbord ta’ l-ispezzjoni fir-rampa tagħhom. Meta ma jkunx possibbli li jinformaw lill-ebda rappreżentant ta’ l-operatur jew meta ma jkunx hemm tali rappreżentat preżenti fl-ajruplan jew qribu, il-prinċipju ġenerali se jkun li ma titwettaqx l-ispezzjoni SSAB fir-rampa. F’ċirkostanzi speċjali, jista’ jiġi deċiż li titwettaq l-ispezzjoni SSAB fir-rampa imma din għandha tkun limitata għal kontroll viżwali tal-parti esterna ta’ l-ajruplan.

1.3.   L-ispezzjoni għandha tkun kemm jista’ jkun komprensiva fiż-żmien u bir-riżorsi disponibbli. Dan ifisser li jekk ikun disponibbli ammont limitat ta’ ħin jew ta’ riżorsi biss, jistgħu ma jiġux ivverifikati l-punti ta’ spezzjoni kollha imma numru mnaqqas. Skond il-ħin u r-riżorsi disponibbli għal spezzjoni SSAB fir-rampa, il-punti li se jiġu spezzjonati għandhom jintgħażlu b’mod xieraq skond l-għanijiet tal-Programm SSAB tal-KE.

1.4.   Spezzjoni fir-rampa m’għandiex tikkawża dewmien irraġonevoli fit-tluq ta’ l-ajruplan spezzjonat. Il-kawżi possibbli għal dewmien jistgħu jkunu, imma mhumiex limitati għal, dubji rigward il-korrettezza tal-preparazzjoni tat-titjira, kemm l-ajruplan jkun tajjeb biex itir jew kwalunkwe kwistjoni direttament relatata mas-sigurtà ta’ l-ajruplan u ta’ l-okkupanti tiegħu.

2.   IL-KWALIFIKA TA’ L-ISPETTURI

2.1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ispezzjonijiet SSAB kollha fir-rampa mwettqa fit-territorju tagħhom jitwettqu minn spetturi kkwalifikati.

2.2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-ispetturi tagħhom jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalifika kif inhu provdut hawn taħt.

2.3.   Il-kriterji ta’ kwalifika

2.3.1.   Il-Kriterji ta’ l-Eliġibbiltà

Bħala prerekwiżit għall-eliġibbiltà għall-kwalifika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kandidati għall-kwalifika bħala spetturi SSAB jkollhom l-edukazzjoni u/jew l-għarfien prattiku dwar l-aeronawtika meħtieġa rilevanti għall-qasam/oqsma ta’ spezzjoni tagħhom, jiġifieri:

(a)

it-tħaddim ta’ l-ajruplan;

(b)

il-liċenzji tal-persunal;

(ċ)

kemm l-ajruplan jkun tajjeb biex itir;

(d)

merkanzija perikoluża.

2.3.2.   Ir-Rekwiżiti tat-Taħriġ

Qabel il-kwalifika, il-kandidati jridu jkunu kkompletaw b’suċċess taħriġ li jikkonsisti minn:

taħriġ teoretiku fil-klassi li għandu jingħata minn organizzazzjoni tat-taħriġ SSAB kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.4;

taħriġ prattiku li għandu jingħata minn organizzazzjoni tat-taħriġ SSAB kif ġiet iddefinit fil-paragrafu 2.4 jew minn spettur anzjan maħtur minn Stat Membru kif inhu provdut fil-paragrafu 2.5 li jaġixxi indipendentement minn organizzazzjoni tat-taħriġ SSAB;

taħriġ fuq ix-xogħol: li għandu jingħata tul sensiela ta’ spezzjonijiet minn spettur anzjan maħtur minn Stat Membru kif inhu provdut fil-paragrafu 2.5.

2.3.3.   Ir-Rekwiżiti biex Tinżamm il-Validità tal-Kwalifika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li ladarba jkunu kkwalifikati, l-ispetturi jżommu l-validità tal-kwalifika tagħhom billi:

(a)

jgħaddu minn taħriġ rikorrenti – li għandu jikkonsisti minn taħriġ teoretiku fil-klassi li għandu jingħata minn organizzazzjoni tat-taħriġ SSAB kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.4;

(b)

iwettqu numru minimu ta’ spezzjonijiet fir-rampa f’kull perjodu ta’ 12-il xahar mill-aħħar darba li jkunu għaddew minn taħriġ SSAB ħlief jekk l-ispettur ikun ukoll spettur ikkwalifikat rigward l-operazzjonijiet tat-titjiriet jew rigward kemm l-ajruplan jkun tajjeb biex itir ta’ l-awtorità nazzjonali ta’ l-avjazzjoni ta’ Stat Membru u jkun regolarment involut fit-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq ajruplani ta’ operaturi domestiċi.

2.3.4.   Il-Materjal ta’ Gwida

Mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008, l-EASA (l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, AESA), għandha tiżviluppa u tippubblika materal ta’ gwida detaljat sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 2.3.1, 2.3.2 u 2.3.3.

2.4.   L-Organizzazzjonijiet tat-Taħriġ SSAB

2.4.1.   Organizzazzjoni tat-taħriġ SSAB tista’ tkun parti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn organizzazzjoni ta’ parti terza.

Organizzazzjoni ta’ parti terza tista’ tkun:

parti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor;

entità indipendenti.

2.4.2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-korsijiet ta’ taħriġ li jissemmew fil-paragrafi 2.3.2 u 2.3.3 (a) imwettqa mill-awtorità nazzjonali tagħhom, jitmexxew, mill-inqas, skond is-sillabi rilevanti stabbiliti u ppubblikati mill-EASA.

2.4.3.   L-Istati Membri li jużaw organizzazzjoni ta’ parti terza għall-fini ta’ taħriġ relatat mas-SSAB għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jevalwaw tali organizzazzjoni. Is-sistema għandha tkun sempliċi, trasparenti u proporzjonata u għandha tqis kwalunkwe materjal rilevanti ta’ gwida stabbilit u ppubblikat mill-EASA. Sistema bħal din tista’ tqis l-evalwazzjonijiet imwettqa minn Stati Membri oħra.

2.4.4.   Organizzazzjoni ta’ taħriġ ta’ parti terza tista’ tintuża biss jekk l-evalwazzjoni turi li t-taħriġ se jkun ipprovdut skond is-sillabi rilevanti stabbiliti u ppubblikati mill-EASA.

2.4.5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-programmi ta’ taħriġ ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u/jew is-sistemi għall-evalwazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ taħriġ ta’ partijiet terzi tagħhom jiġu emendati b’mod xieraq sabiex jirriflettu kwalunkwe rakkomandazzjoni li tiġi mill-verifiki ta’ l-istandardizzazzjoni mwettqa mill-EASA skond il-metodi ta’ ħidma pprovduti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (1).

2.4.6.   Stat Membru jista’ jitlob lill-EASA biex tevalwa l-organizzazzjoni tat-taħriġ u tagħti parir li l-Istat Membru jista’ jibbaża l-evalwazzjoni tiegħu fuqu.

2.4.7.   Mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008, l-EASA għandha tiżviluppa u tippubblika materjal ta’ gwida dettaljat sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

2.5.   L-Ispetturi Anzjani

2.5.1.   Stat Membru jista’ jaħtar spetturi anzjani sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalifika rilevanti li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru;

2.5.2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.5.1 jinkludu, mill-inqas, ir-rekwiżiti li ġejjin, fejn il-persuna maħtura:

kienet spettur SSAB kwalifikat tul it-3 snin qabel il-ħatra;

wettqet minimu ta’ 36 spezzjoni SSAB matul it-3 snin qabel il-ħatra.

2.5.3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li t-taħriġ prattiku u/jew it-taħriġ fuq ix-xogħol mogħti mill-ispetturi anzjani tagħhom huwa bbażat fuq is-sillabi rilevanti stabbiliti u ppubblikati mill-EASA.

2.5.4.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jassenjaw lill-ispetturi anzjani tagħhom biex jagħtu taħriġ prattiku u/jew taħriġ fuq ix-xogħol lil persuni li jkunu qed jitħarrġu fi Stati Membri oħra.

Mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008, l-EASA għandha tiżviluppa u tippubblika materjal ta’ gwida dettaljat sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

2.6.   Il-Miżuri Tranżitorji

2.6.1.   L-ispetturi SSAB li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jissemmew fil-paragrafu 2.3.1, kif ukoll il-kriterji ta’ l-esperjenza reċenti li jissemmew fil-paragrafu 2.3.3 (b) fid-data stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-kummissjoni 2008/49/KE għandhom jitqiesu bħala li jikkwalifikaw bħala spetturi skond ir-rekwiżiti stabbilit f’dan il-kapitolu.

2.6.2.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.3.3 (a), l-ispetturi li jitqiesu li huma kkwalifikati skond il-paragrafu 2.6.1 għandhom jgħaddu minn taħriġ rikorrenti li għandu jingħata progressivament minn organizzazzjoni tat-taħriġ SSAB mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2010 u sussegwentement kif inhu provdut fil-paragrafu 2.3.3 (a).

3.   L-ISTANDARDS

3.1.   L-Istandards ta’ l-ICAO u l-Proċeduri Reġjonali Supplimentari Ewropej ta’ l-ICAO huma l-linja bażi li skond tagħha l-ajruplan u l-operatur qed jiġu spezzjonati skond il-Programm SSAB tal-KE. Barra minn hekk, meta tiġi spezzjonata l-kundizzjoni teknika ta’ ajruplan, għandu jiġi kkontrollat skond l-istandards tal-manifattur ta’ l-ajruplan.

4.   IL-PROĊESS TA’ SPEZZJONI

Il-Punti tal-Lista ta’ Kontroll

4.1.   Il-punti li għandhom jiġu spezzjonati se jintgħażlu minn dawk li ssemmew fil-lista ta’ kontroll fir-Rapport ta’ l-Ispezzjoni SSAB fir-Rampa li jinkludi total ta’ 54 puntu (ara l-Appendiċi 1).

4.2.   L-ispezzjoni u s-sejbiet li jirriżultaw, jekk ikun hemm, iridu jiġu riflessi fir-Rapport ta’ l-ispezzjoni SSAB fir-rampa wara li l-ispezzjoni tkun ġiet ikkompletata.

Il-Gwida SSAB Dettaljata

4.3.   Għal kull punt ta’ spezzjoni tal-lista ta’ kontroll fir-Rapport ta’ l-l-Ispezzjoni SSAB fir-Rampa, se tkun stabbilita deskrizzjoni dettaljata li tispeċifika l-ambitu u l-metodu ta’ spezzjoni. Barra minn hekk, se ssir referenza għar-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi ta’ l-ICAO. Dan se jkun żviluppat u ppubblikat bħala materjal ta’ gwida dettaljat mill-EASA u se jiġi emendat, kif ikun meħtieġ, sabiex jirrifletti l-aktar standards applikabbli reċenti.

L-Inklużjoni tar-Rapporti fid-Database SSAB Ċentralizzata

4.4.   Rapport ta’ l-ispezzjoni għandu jiddaħħal fid-database SSAB ċentralizzata mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ ħidma wara d-data ta’ l-ispezzjoni, anki jekk ma tkun identifikata l-ebda sejba.

5.   IL-KLASSIFIKAZZJONI TAS-SEJBIET

5.1.   Għal kull punt ta’ spezzjoni, jiġu ddefiniti bħala sejbiet tliet kategoriji ta’ devjazzjonijiet possibbli mill-istandards rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 3.1. Tali sejbiet se jkunu kklassifikati kif ġej:

sejba tal-kategorija 1 titqies bħala li jkollha influwenza minuri fuq is-sigurtà,

sejba tal-kategorija 2 jista’ jkollha influwenza sinifikanti fuq is-sigurtà, u

sejba tal-kategorija 3 jista’ jkollha influwenza kbira fuq is-sigurtà.

5.2.   L-istruzzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tas-sejbiet se jkunu żviluppati u ppubblikati bħala materjal ta’ gwida dettaljat mill-EASA u se jiġu emendati, kif ikun meħtieġ, sabiex jirriflettu l-progress xjentifiku u tekniku rilevanti.

6.   L-AZZJONIJIET TA’ SEGWITU LI GĦANDHOM JITTIEĦDU

6.1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1.2, trid timtela prova ta’ spezzjoni li fiha mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Appendiċi 2 u kopja trid tingħata lill-pilota fil-kmand ta’ l-ajruplan, jew fin-nuqqas tiegħu, lil membru ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jew lill-aktar rappreżentant anzjan ta’ l-operatur preżenti fl-ajruplan jew qribu meta tiġi kkompletata l-ispezzjoni SSAB. Rikonoxximent iffirmat talli ġiet riċevuta l-prova ta’ l-ispezzjoni għandu jintalab mingħand ir-riċevent u għandu jinżamm mill-ispettur. Ir-rifjut min-naħa tar-riċevent li jiffirma għandu jkun irreġistrat fid-dokument. L-istruzzjonijiet dettaljati rilevanti se jkunu żviluppati u ppubblikati mill-EASA bħala materjal ta’ gwida dettaljat.

6.2.   Fuq il-bażi ta’ kif ġew ikklassifikati s-sejbiet, ġew iddefiniti ċerti azzjonijiet ta’ segwitu. Ir-relazzjonijiet bejn il-kategorija tas-sejbiet u l-azzjonijiet li jirriżultaw li għandhom jittieħu ġew ippreżentati fil-klassi ta’ l-azzjonijiet u se jkunu żviluppati u ppubblikati mill-EASA bħala materjal ta’ gwida dettaljat.

6.3.   Azzjoni tal-klassi 1: Din l-azzjoni tikkonsisti fil-provvista ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni SSAB fir-rampa lill-pilota ta’ l-ajruplan fil-kmand jew fl-assenza tiegħu, lil membru ieħor ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira jew lill-aktar rappreżentant anzjan ta’ l-operatur preżenti. L-azzjoni tikkonsti minn spjegazzjoni verbali u mill-konsenja tal-prova ta’ l-ispezzjoni. Wara kull spezzjoni għandha tittieħed azzjoni tal-klassi 1, irrispettivament minn jekk ġewx identifikati sejbiet jew le.

6.4.   Azzjoni tal-klassi 2: Din l-azzjoni tikkonsisti minn

(1)

komunikazzjoni bil-miktub ma’ l-operatur ikkonċernat u għandha tinkludi talba għal evidenza ta’ azzjonijiet korrettivi, u

(2)

komunikazzjoni bil-miktub ma’ l-Istat responsabbli (l-Istat ta’ l-operatur u/jew tar-reġistru) li tindirizza r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet mwettqa fuq inġenju ta’ l-ajra mħaddem taħt is-superviżjoni ta’ sigurtà ta’ l-Istat rispettiv. Il-komunikazzjoni għandha tinkludi, fejn ikun xieraq, talba għal konferma li huma sodisfatti bl-azzjonijiet korrettivi meħuda taħt il-punt (1).

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-EASA rapport ta’ kull xahar dwar l-istatus ta’ l-azzjonijiet ta’ segwitu li ttieħdu skond l-ispezzjonijiet fir-rampa.

Azzjoni tal-klassi 2 għandha tittieħed wara spezzjonijiet fejn ġew identifikati sejbiet tal-kategorija 2 jew 3.

L-istruzzjonijiet dettaljati rilevanti se jiġu żviluppati u ppubblikati mill-EASA bħala materjal ta’ gwida rilevanti.

6.5.   Azzjonijiet tal-klassi 3: Azzjoni tal-klassi 3 għandha tittieħed wara spezzjoni fejn ġiet identifikata sejba tal-kategorija 3. Minħabba l-importanza tas-sejbiet tal-kategorija 3 rigward l-influwenza potenzjali tagħhom fuq is-sigurtà ta’ l-ajruplan u l-okkupanti tiegħu, ġew identifikati s-sottoklassijiet li ġejjin:

(1)

Klassi 3a – Restrizzjoni fuq l-operazzjoni tat-titjiriet ta’ l-ajruplan: L-awtorità kompetenti li twettaq l-ispezzjoni fir-rampa tikkonkludi li minħabba d-defiċjenzi li ġew identifikati waqt l-ispezzjoni, l-ajruplan jista’ jitlaq biss b’ċerti restrizzjonijiet.

(2)

Klassi 3b – L-azzjonijiet korrettivi qabel it-titjira: L-ispezzjoni fir-rampa tidentifika defiċjenzi li jeħtieġu azzjoni(jiet) korrettiva(i) qabel ma ssir it-titjira ppjanata.

(3)

Klassi 3c – L-ajruplan jinżamm milli jtir mill-awtorità nazzjonali ta’ l-avjazzjoni li qed tagħmel l-ispezzjoni: Ajruplan jinżamm milli jtir f’sitwazzjoni fejn wara l-identifikazzjoni ta’ sejbiet (kbar) tal-kategorija 3, l-awtorità kompetenti li qed twettaq l-ispezzjoni fir-rampa ma tkunx sodisfatta li l-operatur ta’ l-ajruplan se jieħu miżuri korrettivi sabiex jirrettifika għad-defiċjenzi qabel it-tluq tat-titjira, biex b’hekk ikun hemm perikolu immedjat għas-sigurtà ta’ l-ajruplan u ta’ l-okkupanti tiegħu. F’każi bħal dawn, l-awtorità nazzjonali ta’ l-avjazzjoni li twettaq l-ispezzjoni fir-rampa għandha żżomm lill-ajruplan milli jitlaq sakemm jitneħħa l-periklu u għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-operatur ikkonċernat u ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni ta’ l-ajruplan.

L-azzjonijiet meħuda skond il-paragrafi 2 u 3 jistgħu jinkludu positioning flight bla ħlas lill-bażi tal-manutenzjoni.

(4)

Klassi 3d – Projbizzjoni operattiva immedjata: Stat membru jista’ jirreaġixxi għal periklu ovvju u immedjat għas-sigurtà billi jimponi projbizzjoni operattiva kif inhu provdut fil-liġi nazzjonali u Komunitarja applikabbli.

Appendiċi 1

Ir-Rapport ta’ l-Ispezzjoni SSAB fir-Rampa

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

Prova ta’ l-Ispezzjoni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 129, 17.5.2006, p. 10.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' April 2008

li tawtorizza lill-Italja sabiex tapplika, fiż-żoni ġeografiċi determinati, rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-gażolju u l-LPG użat għal finijiet ta’ tisħin skond l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2008/318/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz ta' l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2003/96/KE, li jinqara flimkien ma’ l-Anness II għal dik id-Direttiva, l-Italja kienet awtorizzata biex tapplika f’ċerti “żoni li huma partikolarment żvantaġġati” rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa fuq il-fjuwil domestiku u l-LPG użati għat-tisħin. Id-deroga kienet applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2006.

(2)

B’ittra datata s-17 ta’ Ottubru 2006, l-awtoritajiet Taljani talbu l-awtorizzazzjoni, taħt l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/96/KE, biex japplikaw, fi ħdan l-istess żoni ġeografiċi, rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-gażolju u l-LPG użati għat-tisħin. L-Italja tixtieq tkompli, wara l-31 ta’ Diċembru 2006, il-prattika nazzjonali tagħha li timxi mad-deroga msemmija hawn fuq. Din l-awtorizzazzjoni hija mitluba għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(3)

L-Italja għandha territorju li jvarja ħafna b'kundizzjonijiet klimatiċi u ġeografiċi varjabbli. Fl-1999, l-Italja għolliet il-livell ġenerali tat-taxxi tas-sisa bħala parti minn riforma tas-sistema tat-taxxa tagħha. Billi jitqiesu l-partikolaritajiet tat-territorju tagħha, fl-istess ħin, l-Italja introduċiet rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-gażolju u l-LPG bil-ħsieb li ttaffi ftit l-ispejjeż għoljin iż-żejjed tat-tisħin li jkollhom iħallsu r-residenti ta’ ċerti żoni ġeografiċi.

(4)

Id-differenzjazzjoni tat-taxxa għandha l-għan li tqiegħed il-popolazzjoni ta’ żoni eliġibbli fuq livell li jista’ jitqabbel mal-bqija tal-popolazzjoni Taljana permezz tat-tnaqqis ta’ spejjeż ta’ tisħin li huma għoljin iż-żejjed. Għall-finijiet ta’ l-identifikazzjoni taż-żoni eliġibbli, l-Italja qed tiffoka fuq il-kriterji oġġettivi, li jittrattaw il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona kkonċernata kif ukoll l-aċċess għan-netwerk tal-gass naturali. Dan il-kriterju ta’ l-aħħar jirrifletti l-għażla bejn il-fjuwils disponibbli għall-popolazzjoni taż-żona konċernata.

(5)

Għalhekk, it-tnaqqis tat-taxxa huwa applikabbli f’żoni ġeografiċi (komuni) li jissodisfaw il-kriterji alternattivi li ġejjin: (i) komuni li jaqgħu fiż-żona klimatika F kif definit fid-digriet Presidenzjali Nru 412 ta’ l-1993 (2), jiġifieri komuni b’iktar minn 3 000“gradi tal-ġurnata”, (ii) komuni li jaqgħu fiż-żona E kif definit fid-digriet Presidenzjali Nru 412 ta’ l-1993, jiġifieri l-komuni b’2 100 sa 3 000“gradi tal-ġurnata” (3); u (iii) Sardinja u gżejjer żgħar (il-gżejjer Taljani kollha ħlief Sqallija). Peress li sa ċertu punt l-iżvilupp tan-netwerk tal-gass naturali se jnaqqas l-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin, u b’mod partikolari se jtejjeb il-varjetà ta’ għażliet bejn il-fjuwils disponibbli għall-konsumaturi, it-tnaqqis mhux se japplika iktar fil-komuni li jaqgħu taħt it-tieni u t-tielet żoni msemmija hekk kif jintemm dan l-iżvilupp fil-komun ikkonċernat.

(6)

Il-karatteristika komuni tal-komuni kkonċernati hija l-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin meta mqabbla mal-bqija ta’ l-Italja. Fiż-żoni klimatiċi E u F, it-tnaqqis tat-taxxa huwa ekwivalenti għal medja ta’ 11–12 % tal-prezz tal-gażolju u l-LPG użati għat-tisħin. Il-medja ta’ l-ispejjeż tat-tisħin huma, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, 90 % ogħla mill-medja nazzjonali fiż-żona E u 170 % ogħla mill-medja nazzjonali fiż-żona klimatika F. L-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin fil-gżejjer, meta mqabbla ma dawk fl-Italja kontinentali, jirriżultaw mill-partikolaritajiet ġeografiċi tagħhom, forniment limitat tal-fjuwil u spejjeż addizzjonali tat-trasport u konsegwentement mill-prezzijiet ogħla tal-fjuwil kif mqabbla ma’ l-Italja kontinentali.

(7)

F’kull każ, it-tnaqqis tat-taxxa jibqa’ inqas mill-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin li jkollha tħallas il-popolazzjoni kkonċernata, sabiex ma jkun hemm l-ebda każ ta' kumpens żejjed f'din il-kwistjoni. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li t-tnaqqis tat-taxxa ma jaqbiżx l-ammont ta’ l-ispejjeż żejda taż-żoni E u F dovuti għall-klima aktar kiesħa. Barra minn hekk, d’dak li għandu x’jaqsam mal-gżejjer, l-awtoritajiet iddikjaraw li t-tnaqqis tat-taxxa ma jirriżultax fi tnaqqis tal-prezz tal-fjuwils ikkonċernati li jwassal għal prezz inqas minn dak ta’ l-istess fjuwil fl-Italja kontinentali.

(8)

Ir-rata mnaqqsa tat-taxxa kemm għall-gażolju kif ukoll għal-LPG tibqa’ ogħla mill-livelli Komunitarji minimi tat-taxxa stabbiliti fid-Direttiva 2003/96/KE.

(9)

Il-miżura kkonċernata tapplika biss għat-tisħin ta’ kmamar (kemm għal individwi privati kif ukoll għal negozji); ma tapplikax għal forom oħra ta’ użu kummerċjali ta' dawn il-prodotti.

(10)

Instab li l-miżura ma xxekkilx il-kompetizzjoni u ma ttellifx l-operazzjoni tas-suq intern u ma titqiesx inkompatibbli mal-politika Komunitarja dwar l-ambjent, l-enerġija u t-trasport.

(11)

Għalhekk, l-Italja għandha tkun awtorizzata, skond l-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2003/96/KE, biex tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-gażolju u l-LPG użati għat-tisħin f’ċerti żoni ġeografiċi karaterizzati bil-livell għoli ta’ spejjeż tat-tisħin, kif indikat fl-anness għal din id-deċiżjoni, u dan għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(12)

Għandu jkun żgurat li l-Italja tkun tista’ tapplika, bla ebda xkiel, it-tnaqqis speċifiku msemmi f’din il-proposta segwitu tas-sitwazzjoni eżistenti qabel l-1 ta’ Jannar 2007, taħt l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/96/KE, li għandu jinqara flimkien ma’ l-Anness II tagħha. L-awtorizzazzjoni mitluba għandha għalhekk tingħata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’hekk l-Italja hija awtorizzata tapplika rati mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-gażolju u l-LPG użati fit-tisħin tal-kmamar f’ċerti żoni ġeografiċi karatterizzati mil-livell għoli ta’ l-ispejjeż tat-tisħin, kif spjegat fl-Anness.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed, it-tnaqqis m’għandhux ikun iktar mill-ispejjeż addizzjonali tat-tisħin taż-żoni kkonċernati.

Ir-rata mnaqqsa għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, u b’mod partikolari l-livelli minimi ta’ taxxa stabbiliti fl-Artikolu 9 tagħha.

Artikolu 2

Il-konsum f’komuni fiż-żoni msemmija fil-punt 2 jew 3 ta' l-Anness għandu jkun eliġibbli biss sakemm il-komun ikkonċernat ma jkollux netwerk tal-gass naturali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' l-Italja.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100).

(2)  Dan id-digriet jaqsam it-territorju Taljan f’sitt żoni klimatiċi (minn A sa F). Il-klassifikazzjoni hija bbażata fuq l-unità ta’ kejl ta’ “gradi tal-ġurnata” li tirrappreżenta t-total tat-temperaturi medji ta’ kuljum matul il-perjodu konvenzjonali ta’ tisħin li jvarjaw mit-temperatura ottima ta’ 20 °C. Iktar ma jkun għoli n-numru li jingħata lil komun, iktar tkun baxxa l-medja tat-temperatura barra matul il-perjodu ta’ tisħin.

(3)  Iż-żoni klimatiċi li jifdal huma definiti f’termini ta’ “gradi tal-ġurnata” kif ġej: Żona A (inqas minn 600), Żona B (iktar minn 600, iżda mhux iktar minn 900), Żona Ċ (iktar minn 900, iżda mhux iktar minn 1 400) u Żona D (iktar minn 1 400, iżda mhux aktar minn 2 100).


ANNESS

Iż-żoni ġeografiċi konċernati minn din id-Deċiżjoni

komuni li jaqgħu fiż-żona klimatika F kif stabbilit bid-Digriet Presidenzjali tas-26 ta’ Awwissu 1993 Nru 412,

komuni li jaqgħu fiż-żona klimatika E kif stabbilit bid-Digriet Presidenzjali tas-26 ta’ Awwissu 1993 Nru 412,

komuni fi Sardinja u fi gżejjer żgħar (il-gżejjer Taljani kollha, ħlief Sqallija).


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-14 ta' April 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2000/265/KE dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti baġitarji ta' l-amministrazzjoni, mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, relatati ma' l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, “Sisnet”

(2008/319/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ġie awtorizzat mid-Deċiżjoni 1999/870/KE (1) u d-Deċiżjoni 2007/149/KE (2) biex jaġixxi, fil-kuntest ta' l-integrazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fl-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta' ċerti Stati Membri għall-iskop li jikkonkludi u jġestixxi kuntratti li jirrigwardaw l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen (SISNET), sakemm iseħħ l-ispostament tagħha għal infrastruttura ta' komunikazzjoni f'idejn il-Komunità Ewropea.

(2)

L-obbligi finanzjarji li joriġinaw minn dawk il-kuntratti jaqgħu taħt baġit speċifiku (minn hawn 'il quddiem 'il-baġit SISNET') li jiffinanzja l-infrastruttura tal-komunikazzjoni msemmija f'dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.

(3)

Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tieħu sehem fid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen minn data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 15(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (3).

(4)

Minn dik id-data 'l quddiem, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tieħu sehem fil-baġit SISNET,

IDDECIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2000/265/KE (4) hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 25(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Id-dħul tal-baġit għandu jikkonsisti f'kontributi finanzjarji mill-Istati Membri li ġejjin: l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera.”;

(2)

l-Artikolu 26 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 26

L-Istati msemmija fl-Artikolu 25 għandhom jipprovdu l-kontributi finanzjarji tagħhom lid-Deputat Segretarju Ġenerali.

L-iskala tal-kontributi li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, fuq naħa waħda, u mill-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, fuq in-naħa l-oħra, għandhom ikunu kkalkulati kull sena abbażi tas-sehem ta' kull Stat Membru kkonċernat u ta' l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, fil-prodott gross domestiku (PGD) totali għas-sena preċedenti ta' l-Istati Membri kollha msemmija fl-Artikolu 25. L-iskala ta' kontributi mill-Istati Membri kkonċernati għandha tiġi kkalkolata kull sena, wara li jittieħed kont tal-kontributi ta' l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, abbażi tal-proporzjon tar-riżorsi tal-VAT imħallsa minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri lit-total ta' riżorsi tal-VAT tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbilit fl-aħħar emenda tal-baġit ta' l-Unjoni matul is-sena finanzjarja preċedenti.

Xejn mill-spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-estensjoni ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni lir-Repubblika Ċeka, lill-Estonja, lill-Ungerija, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil Malta, lill-Olanda, lill-Polonja, lis-Slovakkja u lis-Slovenja ma għandu jiġu impost fuq l-Irlanda jew fuq ir-Renju Unit.”;

(3)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej ma’ l-Artikolu 28:

“4.   B'deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49, l-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribut inizjali tagħha sa l-1 ta' Lulju 2008.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 41.

(2)  ĠU L 66, 6.3.2007, p. 19.

(3)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(4)  ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/155/KE ĠU L 68, 8.3.2007, p. 5.


Kummissjoni

19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Marzu 2008

li tiddetermina l-kwantitajiet ta' methyl bromide li huma permessi għall-użi kritiċi fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta’ l-Ożonu

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1053)

(It-testi bil-lingwa Pollakka u b'dik Spanjola biss huma awtentiċi)

(2008/320/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta’ l-Ożonu (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 3(2)(i)(d) u 4(2)(i)(d) tar-Regolament (KE) Nru. 2037/2000 jipprojbixxu l-produzzjoni, l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' methyl bromide għall-użi kollha wara l-31 ta’ Diċembru 2004 ħlief, fost l-oħrajn (2), għall-użi kritiċi skond l-Artikolu 3(2)(ii) u l-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni IX/6 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal, flimkien ma’ kwalunkwe kriterju ieħor relevanti maqbul bejn il-Partijiet. Eżenzjonijiet għall-użi kritiċi huma maħsuba biex ikunu derogi limitati ħalli jippermettu tul ta’ żmien qasir għall-adozzjoni ta’ alternattivi.

(2)

Id-Deċiżjoni IX/6 tistipula li l-methyl bromide għandu jikkwalifika bħala “kritiku” biss jekk l-applikant jiddetermina li n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' methyl bromide għal dak l-użu speċifiku jista’ jirriżulta fi tfixkil sinifikanti tas-suq; u tistipula wkoll li ma hemm l-ebda alternattiva jew sostitut teknikament u ekonomikament prattiku u disponibbli għall-utent li huwa aċċettabbli mill-aspetti ta' l-ambjent u tas-saħħa u li huwa adattat għall-uċuħ tar-raba' u għaċ-ċirkustanzi tad-deżinjazzjoni. Barra minn hekk, il-produzzjoni u l-konsum, jekk ikun hemm, ta' methyl bromide għall-użi kritiċi għandhom ikunu permessi biss jekk ikun ittieħed kull pass tekniku u ekonomiku possibbli sabiex l-użu kritiku ta' methyl bromide, u kull emissjoni assoċjata miegħu, jitnaqqsu. Applikant għandu wkoll juri li qiegħed isir sforz xieraq biex isiru l-evalwazzjoni, it-tmexxija fis-suq u l-ksib ta' approvazzjoni regolatorja nazzjonali ta' alternattivi u sostituti; u għandu juri wkoll li ġew implimentati programmi ta’ riċerka għall-iżvilupp u għall-użu ta’ alternattivi u sostituti.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet sitt proposti għall-użi kritiċi tal-methyl bromide minn żewġ Stati Membri għal total ta' 245 146 kg, i.e. mill-Polonja (12 995 kg) u Spanja (232 151 kg).

(4)

Il-Kummissjoni applikat il-kriterji li jinsabu fid-Deċiżjoni IX/6 u fl-Artikolu 3(2)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta' methyl bromide li huwa eliġibbli li jkun liċenzjat għall-użi kritiċi fl-2008. Il-Kummissjoni f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri sabet li alternattivi adegwati kienu disponibbli fil-Komunità u kienu saru aktar prevalenti f'bosta mill-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal fil-perjodu minn meta l-proposti ta’ l-użi kritiċi kienu ġew ikkumpilati mill-Istati Membri. Bħala riżultat, il-Kummissjoni ddeterminat li kwantità ta' 212 671 kg ta’ methyl bromide tista’ tintuża fl-2008 biex tissodisfa użi kritiċi f’kull Stat Membru li kien talab biex juża l-methyl bromide. Dan l-ammont huwa 1,1 % tal-konsum ta’ l-1991 tal-methyl bromide fil-Komunità Ewropea u jindika li aktar minn 98,9 % tal-methyl bromide ġie sostitwit b'alternattivi. Il-kategoriji ta' l-użu kritiku huma konformi ma' dawk imfissra fit-Tabella A tad-Deċiżjoni XIX/9 fid-Dsatax-il Laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal (3).

(5)

L-Artikolu 3(2)(ii) jistipula li l-Kummissjoni għandha tiddetermina wkoll liema utenti jistgħu japprofittaw mill-eżenzjoni ta' l-użu kritiku. Billi l-Artikolu 17(2) jistipula li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut fl-applikazzjoni tal-methyl bromide, u billi l-fumigazzjoni hija l-uniku użu, il-Kummissjoni ddeterminat li l-fumigaturi tal-methyl bromide huma l-uniċi utenti proposti mill-Istati Membri u awtorizzati mill-Kummissjoni biex jużaw il-methyl bromide għall-użi kritiċi. Il-fumigaturi huma kkwalifikati biex japplikawh fis-sikurezza. L-Istati Membri implimentaw proċeduri biex jidentifikaw, fit-territorju tagħhom, fumigaturi li għandhom permess japplikaw il-methyl bromide għall-użi kritiċi.

(6)

Id-Deċiżjoni IX/6 tistipula li l-produzzjoni u l-konsum tal-methyl bromide għall-użi kritiċi għandhom ikunu permessi biss jekk il-methyl bromide mhuwiex disponibbli minn ħażniet eżistenti ta' methyl bromide miġmugħ jew riċiklat. L-Artikolu 3(2)(ii) jistipula li l-produzzjoni u l-importazzjoni tal-methyl bromide għandhom ikunu permessi biss jekk m'hemm l-ebda methyl bromide riċiklat jew irreklamat disponibbli għand kwalunkwe waħda mill-Partijiet. Skond id-Deċiżjoni IX/6 u l-Artikolu 3(2)(ii), il-Kummissjoni ddeterminat li 6 296,744 kg ta’ ħażniet kienu disponibbli għall-użi kritiċi.

(7)

L-Artikolu 4(2)(ii) jistipula li, soġġett għall-Artikolu 4(4), it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-methyl bromide minn intrapriżi għajr il-produtturi jew l-importaturi għandhom ikunu pprojbiti wara l-31 ta' Diċembru 2005. L-Artikolu 4(4) jistipula li l-Artikolu 4(2) ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi kkontrollati jekk dawn jintużaw biex jaqdu t-talbiet liċenzjati għall-użi kritiċi ta' dawk l-utenti identifikati kif stabbilit fl-Artikolu 3(2).

Għalhekk, minbarra l-produtturi u l-importaturi, il-fumigaturi li huma rreġistrati mill-Kummissjoni fl-2008 jkunu awtorizzati jqiegħdu fis-suq il-methyl bromide, u jużawh għall-użi kritiċi, wara l-31 ta’ Diċembru 2007. Tipikament, fumigatur jitlob importatur kemm għall-importazzjoni u kemm għall-provvista tal-methyl bromide. Il-fumigaturi rreġistrati għall-użi kritiċi mill-Kummissjoni fl-2007 jkollhom il-permess jittrasferixxu ’l quddiem għall-2008 l-methyl bromide li jkun fadlilhom u li ma ntużax fl-2007 (minn hawn 'il quddiem “il-ħażniet”). Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet proċeduri ta’ liċenzjar sabiex tnaqqas dawn il-ħażniet ta’ methyl bromide qabel ma jiġi importat jew prodott aktar methyl bromide biex jaqdi t-talbiet liċenzjati għall-użi kritiċi fl-2008.

(8)

Peress li l-użi kritiċi tal-methyl bromide japplikaw mill-1 ta' Jannar 2008, u bil-għan li jkun żgurat li kumpaniji u operaturi interessati jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta' liċenzjar, huwa xieraq li din id-Deċiżjoni preżenti għandha tapplika minn dik id-data.

(9)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika tal-Polonja għandhom jitħallew jużaw total ta' 212 671 kg ta' methyl bromide għall-użi kritiċi mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 għall-kwantitajiet u l-kategoriji speċifiċi ta' l-użu kif deskritti fl-Annessi l-2.

Artikolu 2

Il-ħażniet iddikjarati bħala disponibbli għall-użi kritiċi mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jista’ jkun importat jew prodott sabiex jaqdi użi kritiċi f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja u lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).

(2)  Użi oħrajn huma għall-kwarantina u għal qabel ma ssir il-konsenja, bħala għalf u għall-użi fil-laboratorji u għal dawk analitiċi.

(3)  UNEP/OzL.Pro.19/7. Report of the Nineteenth Meeting of the Parties to the Montreal Protocol on Substances that Deplete the Ozone Layer (Rapport tad-Dsatax-il Laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll ta' Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta' l-Ożonu) li saret bejn is-17 u l-21 ta' Settembru 2007 f'Montreal: http://ozone.unep.org/Meeting_Documents/mop/index.shtml


ANNESS I

IR-RENJU TA’ SPANJA

Kategoriji ta' l-użi kritiċi permessi

Kg

Frawli li jixxeblek (imkabbar f'altitudnijiet għoljin)

200 000

Fjur maqtugħ (riċerka biss)

25

Frott tal-frawli u Bżar (riċerka biss)

151

Total

200 176

Ħażniet ta’ methyl bromide disponibbli għall-użi kritiċi fl-Istat Membru = 6 288,12 kg


ANNESS II

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA

Kategoriji ta' l-użi kritiċi permessi

Kg

Frawli li jixxeblek

11 995

Żrieragħ tal-kafé

500

Total

12 495

Ħażniet ta’ methyl bromide disponibbli għal użi kritiċi fl-Istat Membru = 8,624 kg


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' April 2008

li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)

(it-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2008/321/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, u skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti ta’ l-Istati Membri, tibda diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim ma' l-Istati Membri kkonċernati, u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha dwarhom.

(2)

L-Istati Membri ngħataw l-opportunità li jitolbu li tinfetaħ proċedura ta' konċiljazzjoni. F'ċerti każi, dik l-opportunità ttieħdet, u r-rapport maħruġ fi tmiem din il-proċedura ġie eżaminat mill-Kummissjoni.

(3)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jiġu ffinanzjati biss l-ispejjeż agrikoli li jkunu ġġarrbu mingħajr ksur tar-regoli Komunitarji.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, tar-riżultat tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta’ konċiljazzjoni, parti mill-ispejjeż li ddikjaraw l-Istati Membri ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (minn issa 'l quddiem “il-FAEG”).

(5)

Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG u l-FAEG. Dawn l-ammonti mhumiex relatati ma’ l-ispejjeż li saru iktar minn 24 xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6)

Rigward il-każijiet koperti b'din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni ta' l-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli Komunitarji ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri mill-Kummissjoni f'rapport fil-qosor dwar is-suġġett.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tiġbed il-Kummissjoni mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet pendenti fil-15 ta’ Diċembru 2007 u li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispejjeż elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati ta’ l-Istati Membri u ddikjarati taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew taħt il-FAEG, għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli tal-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lill-Gran Dukat tal-Lussumburgu, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija u lir-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).


ANNEX

Partita tal-baġit 6701

SM

Miżura

Sena Finanzjarja

Raġuni għall-korrezzjoni

Tip

%

Munita

Ammont

Tnaqqis li diġà sar

Impatt finanzjarju

AT

Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

2004

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

 

EUR

–61 104,20

0,00

–61 104,20

TOTAL AT

–61 104,20

0,00

–61 104,20

CZ

Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

 

CZK

– 358 046,95

0,00

– 358 046,95

TOTAL CZ

– 358 046,95

0,00

– 358 046,95

DE

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2003

Qbiż tal-limiti

puntwali

 

EUR

–4 256 495,00

0,00

–4 256 495,00

DE

Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard

2006

Ħlasijiet tard

puntwali

 

EUR

–80 851,39

–80 851,39

0,00

TOTAL DE

–4 337 346,39

–80 851,39

–4 256 495,00

DK

Ħalib fi Trab għall-Każeina

2002

Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni

puntwali

 

DKK

–8 915,00

0,00

–8 915,00

DK

Ħalib fi Trab għall-Każeina

2003

Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni

puntwali

 

DKK

– 157 528,05

0,00

– 157 528,05

DK

Ħalib fi Trab għall-Każeina

2004

Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni

puntwali

 

DKK

–98 154,15

0,00

–98 154,15

TOTAL DK

– 264 597,20

0,00

– 264 597,20

ES

Ċertifikazzjoni

2004

Djun mhux irkuprati

puntwali

 

EUR

–1 882 525,15

0,00

–1 882 525,15

ES

Frott u Ħaxix – Banana

2004

Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell

ħlas f'daqqa

2,00

EUR

– 948 158,64

0,00

– 948 158,64

ES

Frott u Ħaxix – Banana

2005

Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell

ħlas f'daqqa

2,00

EUR

–1 394 194,02

0,00

–1 394 194,02

ES

Frott u Ħaxix – Banana

2006

Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell

ħlas f'daqqa

2,00

EUR

– 406 510,05

0,00

– 406 510,05

ES

Distillazzjoni ta' l-Inbid

2003

Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli

ħlas f'daqqa

10,00

EUR

–25 824 435,94

0,00

–25 824 435,94

ES

Distillazzjoni ta' l-Inbid

2004

Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli

ħlas f'daqqa

10,00

EUR

–29 124 759,86

0,00

–29 124 759,86

TOTAL ES

–59 580 583,66

0,00

–59 580 583,66

FR

Frott u Ħaxix – Banana

2004

Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

– 780,11

 

– 780,11

FR

Frott u Ħaxix – Banana

2005

Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–4 958 177,57

0,00

–4 958 177,57

FR

Frott u Ħaxix – Banana

2006

Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–2 263 498,77

0,00

–2 263 498,77

FR

Frott u Ħaxix – Banana

2007

Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–3 775 871,38

0,00

–3 775 871,38

FR

Ħżin pubbliku taz-zokkor

2005

Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata

puntwali

 

EUR

– 535 626,90

0,00

– 535 626,90

FR

Ħżin pubbliku taz-zokkor

2006

Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata

puntwali

 

EUR

475 793,12

0,00

475 793,12

FR

Primjums għat-Tabakk

2004

Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet

puntwali

 

EUR

–9 947,35

0,00

–9 947,35

FR

Primjums għat-Tabakk

2005

Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet

puntwali

 

EUR

–38 983,31

0,00

–38 983,31

FR

Primjums għat-Tabakk

2006

Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet

puntwali

 

EUR

–85 816,53

0,00

–85 816,53

TOTAL FR

–11 192 908,80

0,00

–11 192 908,80

IE

Ħalib fi Trab għall-Każeina

2003

Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni

ħlas f'daqqa

2,00

EUR

– 209 164,22

0,00

– 209 164,22

IE

Ħalib fi Trab għall-Każeina

2004

Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni

ħlas f'daqqa

2,00

EUR

– 423 850,43

0,00

– 423 850,43

IE

Ħalib fi Trab għall-Każeina

2005

Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni

ħlas f'daqqa

2,00

EUR

– 131 507,65

0,00

– 131 507,65

TOTAL IE

– 764 522,30

0,00

– 764 522,30

IT

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

2003

Nuqqas ta' informazzjoni dwar verifiki fiżiċi

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–30 905,27

0,00

–30 905,27

IT

Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard

2004

Ħlasijiet tard

puntwali

 

EUR

– 308 289,90

0,00

– 308 289,90

IT

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2003

Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

– 428 284,00

0,00

– 428 284,00

IT

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2003

Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–2 985 884,00

0,00

–2 985 884,00

IT

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2004

Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

– 754 180,00

0,00

– 754 180,00

IT

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2004

Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–32 396,00

0,00

–32 396,00

IT

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2005

Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–54 645,00

0,00

–54 645,00

IT

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2006

Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

–58 709,00

0,00

–58 709,00

TOTAL IT

–4 653 293,17

0,00

–4 653 293,17

LU

Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard

2006

Ħlasijiet tard

puntwali

 

EUR

0,00

–14 516,49

14 516,49

LU

Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

 

EUR

–1 107 241,81

–1 107 241,81

0,00

LU

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2004

Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

– 484 845,00

0,00

– 484 845,00

LU

Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament

2005

Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji

ħlas f'daqqa

5,00

EUR

– 479 643,00

0,00

– 479 643,00

TOTAL LU

–2 071 729,81

–1 121 758,30

– 949 971,51

NL

Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

2005

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

 

EUR

–7 905,99

0,00

–7 905,99

TOTAL NL

–7 905,99

0,00

–7 905,99

PT

Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti

2006

Qbiż tal-limiti finanzjarji

puntwali

 

EUR

– 271 398,38

0,00

– 271 398,38

TOTAL PT

– 271 398,38

0,00

– 271 398,38


19.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 109/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' April 2008

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' lajters innovattivi (novelty lighters)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1442)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/322/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' lajters innovattivi.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu li ma jaqbiżx sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2007/231/KE li għall-ewwel darba estendiet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra sal-11 ta’ Mejju 2008.

(4)

Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba s'issa u tal-progress li sar biex tinstab soluzzjoni alternattiva fir-rigward tas-sikurezza tal-lajters għat-tfal, jeħtieġ li tiġi estiża l-validità tad-Deċiżjoni għal 12-il xahar ieħor.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2006/502/KE it-test ta' l-Artikolu 6, il-paragrafu 2, qed jinbidel b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta’ Mejju 2009.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2008 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Meglena KUNEVA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċizjoni 2007/231/KE (ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16).