ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
3 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 302/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati ( 1 )

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku (switchgear) b’vultaġġ għoli ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir ( 1 )

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur ( 1 )

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni ta’ l-Istati Membri ( 1 )

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 309/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Isle of Man Manx Loaghtan Lamb (DPO)

35

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/285/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2008 dwar it-tilqim ta’ emerġenza kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u l-prodotti tagħhom (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1077)

37

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 163/2008 tat-22 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Lanthanum carbonate octahydrate (Lantharenol) bħala addittiv fl-għalf ( ĠU L 50, 23.2.2008 )

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 302/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

63,1

MA

43,8

TN

125,1

TR

115,3

ZZ

86,8

0707 00 05

JO

178,8

MA

140,9

TR

197,7

ZZ

172,5

0709 90 70

MA

49,6

TR

87,5

ZZ

68,6

0805 10 20

EG

45,9

IL

55,4

MA

59,2

TN

58,0

TR

58,2

ZZ

55,3

0805 50 10

AR

53,2

IL

117,7

TR

133,1

ZA

138,5

ZZ

110,6

0808 10 80

AR

83,4

BR

80,2

CA

80,7

CL

88,2

CN

86,1

MK

52,8

US

114,1

UY

63,4

ZA

91,2

ZZ

82,2

0808 20 50

AR

77,5

CL

84,0

CN

62,8

ZA

97,3

ZZ

80,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 303/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jistabbilixxi, skond Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropeja,

Wara li kkunsidrat Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1) u b’mod partikolari Artikolu 5(1) ta’ l-istess,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kwalifiki ta’ persunal li jagħmel l-attivitajiet, fil-post tat-tħaddim ta’ tagħmir li fih ċerti gassijiet serra fluworinati, li jistgħu jaffettwaw it-tnixxija ta’ dawn il-gassijiet.

(2)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-kategoriji differenti ta’ persunal ċertifikat, sabiex jiġi żgurat li l-persunal huwa kwalifikat għall-attivitajiet li jagħmlu filwaqt li jiġu evitati spejjeż sproporzjonati.

(3)

Persunal li għadu mhux kwalifikat imma li qiegħed jieħu kors ta’ taħriġ bil-għan illi jikseb ċertifikat għandu, għal żmien limitat, ikun permess jagħmel attivitajiet li għalihom tali ċertifikazzjoni hija meħtieġa biex jikseb it-taħriġ prattiku meħtieġ għall-eżami, bil-kundizzjoni li dejjem ikun taħt is-superviżjoni ta’ persunal ċertifikat.

(4)

Persunal kwalifikat sabiex jibbrejżja, jissaldja jew jiwweldja, għandu jkun permess li jagħmel dawk l-attivitajiet speċjalizzati fil-kuntest ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom hija meħtieġa ċertifikazzjoni, bil-kundizzjoni li dejjem ikun taħt is-superviżjoni ta’ persunal ċertifikat.

(5)

Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (2) tistipola rekwiżiti tekniċi għall-kumpaniji li jittrattaw u jaħżnu tagħmir ta’ skart f’impjanti ta’ trattament, inkluż, inter alia, tagħmir ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana. Il-livell ta’ kwalifika meħtieġ għall-persunal li jirkupra refriġġerant f’tali impjanti huwa anqas meta mqabbel ma’ dak meħtieġ minn persunal li jagħmel irkupru fuq il-post, minħabba t-tipi ta’ tagħmir ta’ rkupru awtomattizzat disponibbli f’impjanti ta’ trattament għad-dekommissjonar tar-refriġeraturi.

(6)

Għadd ta’ Stati Membri bħalissa ma għandhomx sistemi ta’ kwalifikazzjoni jew ċertifikazzjoni f’posthom. Perjodu limitat għandu għalhekk jitħalla għall-persunal u kumpaniji sabiex jiksbu ċertifikat.

(7)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv, għandu jitħalla li tinbena sistema ta’ ċertifikazzjoni fuq skemi ta’ kwalifikazzjoni eżistenti bil-kundizzjoni li s-sengħa u t-tagħrif koperti u s-sistema ta’ kwalifikazzjoni rilevanti huma ekwivalenti għall-istandards minimi maħsuba mir-Regolament.

(8)

Eżami huwa mezz effettiv ta’ kif tiġi mistħarrġa l-kapaċità ta’ kandidat li jagħmel sewwa azzjonijiet li jistgħu direttament jikkawżaw tnixxija, kif ukoll dawk illi anke indirettament jistgħu jikkawżaw tnixxija.

(9)

Sabiex ikunu possibbli t-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni ta’ persunal illi bħalissa huwa attiv f’oqsma koperti bir-Regolament mingħajr ma jinterrompi l-attività professjonali tiegħu, huwa meħtieġ perjodu adegwat li matulu ċ-ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq skemi ta’ kwalifikazzjoni u esperjenza professjonali eżistenti.

(10)

Korpi uffiċjali deżinjati ta’ valutazzjoni u ċertifikazzjoni għandhom jiżguraw konformità mar-rekwiżiti minimi imsemmija f’dan ir-Regolament u b’hekk jagħtu kontribut għar-rikonoxximent reċiproku effettiv u effiċjenti ta’ ċertifikati ġewwa l-Komunità.

(11)

Rikonoxximent reċiproku ma għandux japplika għal ċertifikati provviżorji peress illi r-rekwiżiti sabiex jinkisbu dawk iċ-ċertifikati jista’ jkun anqas minn dawk eżistenti f’xi Stati Membri b’mod sinifikanti.

(12)

Informazzjoni dwar is-sistema ta’ ċertifikazzjoni li toħroġ ċertifikati li huma soġġetti għal rikonoxximent reċiproku għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni fil-forma stabbilita mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-forma ta’ notifika għall-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni għall-Istati Membri (3). Informazzjoni fuq sistemi ta’ ċertifikazzjoni provviżorji għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni.

(13)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz ta’ Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Oġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati maħruġa skond dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persunal li jagħmel l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

verifika ta’ tnixxija fuq applikazzjonijiet li fihom 3 kg jew aktar ta’ gassijiet serra fluworinati u applikazzjonijiet li fihom 6 kg jew aktar ta’ gassijiet serra fluworinati b’sistemi ermetikament issiġillati, li huma mmarkati bħala tali;

(b)

rkupru;

(ċ)

stallazzjoni;

(d)

manutenzjoni jew servisjar.

2.   Għandu japplika wkoll għall-kumpaniji li jagħmlu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

stallazzjoni;

(b)

manutenzjoni jew servisjar.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall xi attività ta’ manifattura jew tiswija li ssir fis-sit tal-manifattur għal tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata jew pompi tas-sħana li fihom gassijiet serra fluworinati.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“stallazzjoni” tfisser it-tgħaqqid ta’ biċċtejn jew aktar ta’ tagħmir jew ċirkuwiti li fihom jew li huma maħsuba biex ikun fihom gass serra fluworinat refriġeranti, bil-għan li titgħaqqad sistema fil-lok fejn ser tiġi operata, inkluża l-azzjoni li biha kundutturi refriġeranti tas-sistema jiġu mgħaqqda flimkien sabiex jitlesta ċirkuwitu refriġeranti irrispettivament mill-ħtieġa li s-sistema tiġi kkargata wara l-assemblaġġ;

(2)

“manutenzjoni jew servisjar” tfisser l-attivitajiet kollha, esklużi l-irkupru u l-verifiki għat-tnixxija kif definiti fl-Artikoli 2(14) u 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 rispettivament, li jfissru ndħil fiċ-ċirkuwiti li fihom jew li huma maħsuba biex ikun fihom gassijiet serra fluworinati, b’mod partikolari li jissupplixxu s-sistema b’gassijiet serra fluworinati, it-tneħħija ta’ biċċa jew aktar miċ-ċirkuwitu jew tagħmir, it-twaħħil mill-ġdid ta’ biċċtejn jew aktar taċ-ċirkuwitu jew tagħmir, kif ukoll it-tiswija ta’ tnixxijiet.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni tal-persunal

1.   Persunal li jagħmel l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandu jkollu ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 5 jew l-Artikolu 6 għall-kategorija korrispondenti kif stipulat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Ċertifikati li jattestaw li d-detentur jissoddisfa r-rekwiżiti li jagħmel waħda jew aktar mill-attivitajiet li għalihom issir referenza f'Artikolu 2(1) għandhom jingħataw għall-kategoriji li ġejja ta’ persunal:

(a)

Dawk li għandhom ċertifikat ta’ kategorija I jistgħu jagħmlu l-attivitajiet kollha pprovduti fl-Artikolu 2(1);

(b)

Dawk li għandhom ċertifikat ta’ kategorija II jistgħu jagħmlu attivitajiet li jipprovdi għalihom il-punt (a) ta’ l-Artikolu 2(1) bil-kundizzjoni li dan ma jfissirx l-indħil fiċ-ċirkuwitu ta’ refriġerazzjoni li fih gassijiet serra fluworinati. Dawk li għandhom ċertifikat ta’ kategorija II jistgħu jagħmlu l-attivitajiet fil-punti (b), (ċ) u (d) ta’ Artikolu 2 (1) fir-rigward ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih anqas minn 3 kg, jew, jekk ikunu kkonċernati sistemi ermetikament issiġillati u li huma mmarkati bħala tali, anqas minn 6 kg ta’ gassijiet serra fluworinati;

(ċ)

Dawk li għandhom ċertifikat ta’ kategorija III jistgħu jagħmlu l-attivitajiet fil-punt (b) ta’ Artikolu 2 (1) fir-rigward ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih anqas minn 3 kg, jew, jekk ikunu kkonċernati sistemi ermetikament issiġillati u li huma mmarkati bħala tali, anqas minn 6 kg ta’ gassijiet serra fluworinati;

(d)

Dawk li għandhom ċertifikat ta’ kategorija IV jistgħu jagħmlu l-attività li jipprovdi għaliha l-punt (a) ta’ Artikolu 2(1) bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm indħil fiċ-ċirkuwitu ta’ refriġerazzjoni li fih gassijiet serra fluworinati.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

(a)

għal perjodu massimu ta’ sentejn, għall-persunal li jagħmel waħda mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) u li jkun għaddej minn kors ta’ taħriġ għall-iskop illi jikseb ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti, bil-kundizzjoni li jagħmel l-attività taħt is-superviżjoni ta’ persuna li għandha ċertifikat li tkopri dik l-attività;

(b)

għall-persunal li jagħmel xogħol ta’ bbrejżajar, issaldjar jew iwweldjar ta’ parti minn sistema jew biċċa minn tagħmir fil-kuntest ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1), li għandu kwalifika rikjesta taħt leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex isiru tali attivitajiet, bil-kundizzjoni li jsiru taħt is-superviżjoni ta’ persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti.

(ċ)

għall-persunal li jagħmel attivitajiet ta’ rkupru ta’ gassijiet serra fluworinati koperti bid-Direttiva 2002/96/kE b’kariga ta’ gass/ijiet serra fluworinat/i ta’ anqas minn 3 kg, f’postijiet koperti b’permess skond Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva, bil-kundizzjoni li li huwa impjegat minn kumpanija li għandha l-permess u spiċċa kors ta’ taħriġ fuq il-ħiliet u l-għarfien minimu li jikkorrispondi għall-kategorija III kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament verifikat b’attestazzjoni ta’ kompetenza maħruġ mid-detentur tal-permess.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ma għandux japplika għal perjodu li ma għandux imur lil hinn mid-data li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għalll-persunal li jagħmel waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament qabel id-data li msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

Tali persunal għandu, għall-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, jitqies li huwa ċċertifikat fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet għall-iskopijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

Artikolu 5

Ċertifikati tal-Persunal

1.   Korp ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10 għandu joħroġ ċertifikat lill-persunal li jkun għadda eżami tejoretiku u prattiku organizzat minn korp ta’ valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jkopri l-ħiliet u l-għarfien minimu msemmi fl-Anness, għall-kategorija kkonċernata.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fih talanqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data ta’ l-iskadenza, jekk ikun il-każ;

(b)

il-kategorija ta’ ċertifikazzjoni ta’ persunal kif speċifikat fl-Artikolu 4 (2) u l-attivitajiet assoċjati li d-detentur huwa intitolat li jagħmel;

(ċ)

id-data tal-ħruġ u l-firma ta’ min joħroġ iċ-ċertifikat.

3.   Fejn sistema eżistenti ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami tkopri is-sengħat u t-tagħrif minimi imsemmija fl-Anness għal kategorija partikolari u tkopri ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 10 u 11, iżda l-attestazjoni relattiva ma jkunx fiha l-elementi imniżżla fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, korp ta’ ċertifikazzjoni imsemmi fl-Artikolu 10 jista’ joħroġ ċertifikat lil min għandu din il-kwalifika għall-kategorija korrispondenti mingħajr ma jiġi ripetut l-eżami.

4.   Fejn sistema eżistenti ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami tilħaq ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 10 u 11 u tkopri parzjalment is-sengħat minimi ta’ kategorija partikolari kif imsemmi fl-Anness, korpijiet ta’ ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu ċertifikat għall-kategorija korrispondenti bil-kundizzjoni li l-applikant jgħaddi minn eżami supplimentari ta’ ħiliet u għarfien li mhux kopert minn ċertifikazzjoni eżistenti minn korp ta’ valutazzjoni li għalih issir referenza fl-Artikolu 11.

Artikolu 6

Ċertifikati provviżorji għall-persunal

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-persunal li għalih issir referenza fl-Artikolu 2(1) skond il-paragrafi 2 jew 3, jew il-paragrafi 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu.

Iċ-ċertifikati provviżorji li għalihom issir referenza fil-paragrafi 2 u 3 jiskadu l-aktar tard nhar l-4 ta’ Lulju 2011.

2.   Persunal li għandu attestazzjoni maħruġa taħt skemi ta’ kwalifikazzjoni eżistenti għall-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandhom jitqiesu bħala li għandhom ċertifikat provviżorju.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw attestazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala ċertifikati provviżorji għall-kategorija korrispondenti li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 4(2).

3.   Persunal b’esperjenza professjonali fl-attivitajiet korrispondenti għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 4 (2), akkwistati qabel id-data li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 5(2) ta’ Regolament (KE) Nru 842/2006, għandu jinħariġlu ċertifikat minn entità deżinjata minn Stat Membru.

Iċ-ċertifikat provviżorju għandu jindika l-kategorija li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 4(2) u d-data ta’ skadenza.

Artikolu 7

Ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji

1.   Kumpaniji li ssir referenza agħalihom fl-Artikolu 2(2) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 8 jew 9.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ma għandux japplika għal perjodu li ma għandux imur lil hinn mid-data msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-kumpaniji involuti f’waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament qabel id-data li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

Artikolu 8

Ċertifikati tal-kumpaniji

1.   Korp ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10 għandu joħroġ ċertifikat lil kumpanija għal waħda jew aktar mill-attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) bil-kundizzjoni li l-kumpanija tilħaq ir-rekwiżiti segwenti:

(a)

timpjega persunal ċertifikat skond l-Artikolu 5, għall-attivitajiet li jeħtieġu ċertifikazzjoni, f’għadd suffiċjenti li jkopri l-volum mistenni ta’ attivitajiet;

(b)

tipprova li l-għodod u proċeduri neċessarji huma disponibbli lill-persunal li qiegħed jagħmel l-attivitajiet li għalihom hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fih talanqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data ta’ l-iskadenza, jekk ikun il-każ;

(b)

l-attivitajiet li d-detentur huwa intitolat jagħmel

(ċ)

id-data tal-ħruġ u l-firma ta’ min joħroġ iċ-ċertifikat.

Artikolu 9

Ċertifikati provviżorji għall-kumpaniji

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-kumpaniji li għaliha issir referenza fl-Artikolu 2(2) skond il-paragrafi 2 jew 3, jew il-paragrafi 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu.

Iċ-ċertifikati provviżorji li għalihom issir referenza fil-paragrafi 2 u 3 jiskadu sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Lulju 2011.

2.   Kumpaniji ċertifikati taħt skemi ta’ ċertifikazzjoni eżistenti għal attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) għandhom ikunu detenuri għal ċertifikati provviżorji

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw attestazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala ċertifikati provviżorji għall-attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) li d-detentur huwa intitolat jagħmel.

3.   Kumpaniji li jimpjegaw persunal li għandu ċertifikat għall-attivitajiet li għalihom hemm bżonn ċertifikazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) għandu jinħarġilhom ċertifikat provviżorju minn entità deżinjata minn Stat Membru.

Iċ-ċertifikat provviżorju għandu jindika l-attivitajiet li d-detentur huwa intitolat li jagħmel u d-data ta’ skadenza.

Artikolu 10

Korp ta’ ċertifikazzjoni

1.   Il-liġi jew regolament nazzjonali għandu jipprovdi għall-korp ta’ ċertifikazzjoni, jew tali korp għandu jkun deżinjat minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew entitajiet oħra intitolati li joħorġu ċertifikati lil persunal jew kumpaniji involuti f’waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fl-attivitajiet li jagħmel.

2.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u japplika proċeduri għall-ħruġ, is-sospensjoni u l-irtirar ta’ ċertifikati.

3.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jżomm rendikont li jippermetti l-verifiki ta’ l-istat ta’ persuna jew kumpanija ċertifikata. Ir-rendikont għandu juri li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni ġie effettivament implimentat. Rendikont għandu jinżamm għall-perjodu minimu ta’ 5 snin.

Artikolu 11

Korp ta’ valutazzjoni

1.   Korp ta’ valutazzjoni deżinjat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jew entitajiet oħra li jistgħu jagħmlu hekk, għandhom jorganizzaw eżamijiet għall-persunal imsemmija fl-Artikolu 2(1). Korp ta’ ċertifikazzjoni li għalih issir referenza fl-Artikolu 10 jista’ jikkwalifika bħala korp ta’ valutazzjoni.

Il-korp ta’ valutazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fl-attivitajiet li jagħmel.

2.   Eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b’tali mod li jiżgura li l-ħiliet u l-għarfien minimi mniżżla fl-Anness huma koperti.

3.   Il-korp ta’ valutazzjoni għandu jadotta proċeduri ta’ rappurtaġġ u jżomm rendikonti sabiex jiżgura d-dokumentazzjoni ta’ riżultati kemm individwali kif ukoll kollettivi tal-valutazzjoni.

4.   Il-korp ta’ valutazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi assenjati għal test għandhom l-għarfien dovut tal-metodi ta’ eżami u dokumenti rilevanti kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li fih qiegħed isir l-eżami. Għandu wkoll jiżgura li t-tagħmir, għodod u materjali meħtieġa huma disponibbli għat-testijiet prattiċi.

Artikolu 12

Notifika

1.   Sa l-4 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri għandom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li japplikaw sistema ta’ ċertifikazzjoni skond l-Artikoli 6 jew 9, jew it-tnejn li huma.

2.   Sa l-4 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fejn applikabbli, bl-entitajiet deżinjati sabiex jinħarġu ċertifikati provviżorji u bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali skond liema dokumenti maħruġa minn sistemi ta’ ċertifikazzjoni eżistenti jitqiesu bħala ċertifikati provviżorji.

3.   Sa l-4 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u dettalji ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni għall-persunal u kumpaniji koperti bl-Artikolu 10 u bit-titli ta’ ċertifikati għall-persunal li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 u kumpaniji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8, billi jużaw il-forma stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 308/2008.

4.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mibgħuta skond il-paragrafu 3 b’informazzjoni rilevanti ġdida, u jissottomettu l-istess lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 13

Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku

1.   Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħra għandu japplika biss għal ċertifikati maħruġa skond l-Artikolu 5 għall-persunal u l-Artikolu 8 għall-kumpaniji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jesiġu li min għandu ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat b’lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità.

Artikolu 14

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).

(3)  Ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


ANNESS

Rekwiżiti minimi f’dak illi jirrigwarda ħiliet u għarfien li għandhom ikunu koperti minn korpi ta’ valutazzjoni

1.

L-eżami għal kull Kategorija imsemmija fl-Artikolu 4(2) għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

test tejoretiku b’mistoqsija jew aktar sabiex jiġu eżaminati l-ħiliet u l-għarfien partikolari, kif indikat b’(T) fil-kolonni tal-Kategorija;

(b)

test prattiku fejn l-applikant għandu jagħmel biċċa xogħol korrispondenti bil-materjal, għodod u tagħmir rilevanti, kif indikat b’(P) fil-kolonni tal-Kategorija.

2.

L-eżami għandu jkopri kull wieħed mill-gruppi ta’ ħiliet u għarfien 1, 2, 3, 4, 5 u 10.

3.

L-eżami għandu jkopri talanqas wieħed mill-gruppi ta’ hiliet u għarfien 6, 7, 8 u 9. Il-kandidat ma għandux ikun jaf minn qabel l-eżami dwar liema wieħed minn dawn l-erba’ komponenti ser ikun eżaminat.

4.

Jekk ikun hemm kaxxa waħda biss fil-kolonni tal-kategorija li tikkorrispondi għal għadd ta’ kaxex (għadd ta’ ħiliet u għarfien) fil-kolonni tal-ħiliet u l-għarfien, dan ifisser li mhux neċessarjament il-ħiliet u l-għarfien kollha għandhom jiġu eżaminati matul l-eżami.


 

KATEGORIJI

ĦILIET U GĦARFIEN

I

II

III

IV

1

Termodinamika bażika

1.01

Jaf l-unitajiet standard ta’ kejl bażiċi ISO għal temperaura, pressjoni, massa, densità, enerġija

T

T

T

1.02

Jifhem it-teorija bażika ta’ sistemi ta’ refriġerazzjoni: termodinamika bażika (terminoloġija prinċipali, parametri u proċessi bħal ‧Superheat‧, ‧High Side‧, Sħana ta’ Kompressjoni (‧Heat of Compression‧), ‧Enthalpy‧, Effett ta’ Refriġerazzjoni (‧Refrigeration Effect‧), ‧Low Side‧, Sottotkessih (‧Sub-cooling‧)), proprjetajiet u trasformazzjonijiet termodinamiċi ta’ refriġeranti inkluża l-identifikazzjoni ta’ taħlitiet zeotropiċiu u stati fluwidi.

T

T

1.03

Juża t-tabelli u l-grafiċi rilevanti u jinterpretahom fil-kuntest ta’ verifikazzjoni ta’ tnixxija indiretta (inkluża verifikazzjoni ta’ sistema tajba ta’ operazzjoni): grafika log p/h, tabella ta’ saturazzjoni ta’ refriġerant, grafika ta’ ċiklu singolu ta’ refriġerazzjoni bil-kompressjoni.

T

T

1.04

Jiddeskrivi l-funzjoni tal-komponenti bażiċi tas-sistema (kumpressur, evaporatur, kundensatur, valvoli ta’ espansjoni termostatika) u t-trasformazzjoni termodinamika tar-refriġerant.

T

T

1.05

Jaf l-operazzjoni bażika tal-komponenti li ġejjin li jintużaw f’sistema ta’ refriġerazzjoni u r-rwol u l-importanza tagħhom għall-prevenzjoni u identifikazzjoni ta’ tnixxija ta’ refriġerant. (a) valvoli (volvoli ballun, dijaframmi, valvoli globu, valvoli ta’ rilaxx), (b) kontrolli ta’ temperatura u pressjoni, (ċ) ħġieġ ta’ spezzjoni ottika u indikaturi ta’ umdità, (d) kontrolli kontra l-iffriżar, (e) protetturi tas-sistema, (f) apparat ta’ kejl bħat-termometru manifold, (g) sistemi ta’ kontroll taż-żejt, (h) riċevituri, (i) separaturi ta’ likwidu u żejt

2

Impatt ambjentali ta’ refriġeranti u regolamenti ambjentali korrispondenti

2.01

Għandu tagħrif bażiku dwar it-tibdil fil-klima u l-Protokoll ta’ Kjoto.

T

T

T

T

2.02

Għandu jkollu tagħrif bażiku tal-kunċett ta’ Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP), l-użu ta’ gassijiet serra fluworinati u sustanzi oħra refriġeranti, l-impatt ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fluworinati fuq il-klima (ordni ta’ manjitudni tal-GWP tagħhom) u dispożizzjonijiet relattivi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 u Regolamenti rilevanti li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

T

T

T

T

3

Verifiki qabel ma tinbeda operazzjoni, wara perjodu twil ta’ nuqqas ta’ użu, wara manutenzjoni jew xogħol ta’ tiswija, jew matul l-operazzjoni

3.01

Jagħmel test ta’ pressjoni sabiex jivverifika s-saħħa tas-sistema

P

P

3.02

Jagħmel test ta’ pressjoni sabiex jivverifika kemm is-sistema hija tajba

3.03

Juża pompa li tneħħi l-arja

3.04

Jevakwa s-sistema sabiex ineħħi l-arja u l-umdità skond prattika standard

3.05

Jimla d-dejta fir-rendikonti tat-tagħmir u jimla rapport dwar test jew aktar u dwar il-verifiki li saru matul l-eżami

T

T

4

Verifiki għal tnixxija

4.01

Kun af il-potenzjali ta’ punti ta’ tnixxija ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompa tas-sħana

T

T

T

4.02

Jivverifika t-tagħmir qabel ma jivverifika t-tnixxija u jidentifika l-informazzjoni rilevanti fuq kwalunkwe kwistjoni li tiġi ripetuta jew oqsma problematiċi li jitolbu attenzjoni speċjali

T

T

T

4.03

Jagħmel spezzjoni viżiva u manwali tas-sistema kollha skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi skond Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti ta’ verifikazzjoni ta’ tnixxija standard għal tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fihom xi gassijiet serra fluworinati.1 (1)

P

P

P

4.04

Jagħmel verifika għat-tnixxija fis-sistema billi juża metodu indirett skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1516/2007 u l-manwal ta’ struzzjoni tas-sistema

P

P

P

4.05

Juża strumenti ta’ kejl li jinġarru bħal settijiet ta’ manometri, termometri u multimetri sabiex ikejjel Volt/Amp/Ohm fil-kuntest ta’ metodi indiretti għal verifiki ta’ tnixxija, u jinterpreta l-parametri mkejla.

P

P

P

4.06

Jagħmel verifika għal tnixxija tas-sistema billi juża wieħed mill-metodi diretti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1516/2007.

P

4.07

Jagħmel verifika għal tnixxija tas-sistema billi jtuża wieħed mill-metodi diretti li ma jirrikjedix indħil fiċ-ċirkuwitu tar-refriġerazzjoni, li ssir referenza għalihom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1516/2007.

P

P

4.08

Juża apparat elettroniku li jkun jista’ jsib it-tnixxija

P

P

P

4.09

Jimla d-dejta fir-rendikonti tat-tagħmir

T

T

T

5

Maniġġjar tas-sistema u refriġerant b’mod kompatibbli ma’ l-ambjent matul l-istallazzjoni, manutenzjoni, servisjar jew irkupru

5.01

Jikkonnettja u jiskonnettja apparat ta’ kejl u linji bl-anqas emissjonijiet

P

P

5.02

Ibattal u jimla ċilindru ta’ refriġerant fi stat kemm likwidu kif ukoll ta’ fwar

P

P

P

5.03

Juża sett ta’ rkupru biex jirkupra refriġerant u jikkonnettja u jiskonnettja s-sett ta’ rkupru b’emissjonijiet minimi

P

P

P

5.04

Ineħħi żejt ikkontaminat F-gas mis-sistema

P

P

P

5.05

Jidentifika l-istat tar-refriġerant (likwidu, fwar) u l-kundizzjoni (subimkessaħ, saturat jew superimsaħħan) qabel ma jiġi kkargat, sabiex jtiżgura metodu tajjeb u volum ta’ l-ikkargar. Jimla s-sistema b’refriġerant (kemm fil-fażi likwida u dik ta’ fwar) mingħajr telf tar-refriġerant

P

P

5.06

Juża l-miżien sabiex jiżen ir-refriġerant

P

P

P

5.07

Jimla r-rendikont tat-tagħmir bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-refriġerant irkuprat jew miżjud

T

T

5.08

Jaf ir-rekwiżiti u proċeduri għal maniġġar, ħażna u trasportazzjoni ta’ żjut u refriġeranti kontaminati

T

T

T

6

Komponent: stallazzjoni, tqegħid fl-operazzjoni u manutenzjoni ta’ kumpressuri reċiprokanti, ‧screw and scroll‧, singoli jew b’żewġ stadji

6.01

Jispjega l-funzjonament bażiku ta’ kumpressur (inklużi kontrolli ta’ kapaċità u sistema ta’ lubrikazzjoni) u riskji ta’ tnixxija ta’ lubrikant jew emissjoni assoċjati ma’ l-istess.

T

T

6.02

Jistalla kumpressur proprjament, inkluż tagħmir ta’ kontroll u sikurezza, sabiex ma jiġru l-ebda tnixxija jew emissjoni maġġuri ladarba s-sistema tibda taħdem

P

6.03

Jirranġa is-swiċes ta’ sikurezza u kontroll

P

6.04

Jirranġa l-valvoli ta’ ġbid u ħruġ

6.05

Jivverifika s-sistema ta’ ritorn taż-żejt

6.06

Jistartja u jitfi kumpressur u jivverifika l-kundizzjoni tajba tal-kumpressur, inkluż billi jieħu l-kejl matul it-tħaddim tal-kumpressur

P

6.07

Jikteb rapport dwar il-kundizzjoni tal-kumpressur li jidentifika kwalunkwe problema fit-tħaddim tal-kumpressur li tista’ tagħmel dannu lis-sistema u eventwalment twassal għal tnixxija jew ħruġ ta’ refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

7

Komponent: stallazzjoni, tqegħid f’operazzjoni u manutenzjoni ta’ kundensaturi ta’ arja mkessħa u ilma

7.01

Jispjega l-funzjonar bażiku ta’ kundensatur u riskji ta’ tnixxija assoċjati miegħu

T

T

7.02

Jirranġa kontroll ta’ tneħħija ta’ pressjoni tal-kundensatur

P

7.03

Jistalla kundensatur proprjament, inklużi tagħmir ta’ kontroll u sikurezza, sabiex ma jiġru l-ebda tnixxija jew emissjoni maġġuri ladarba s-sistema tibda taħdem

P

7.04

Jirranġa is-swiċes ta’ sikurezza u kontroll

P

7.05

Jivverifika l-linji ta’ ħruġ u tal-likwidu

7.06

Inaddaf gassijiet li ma jikkundensawx barra mill-kundensatur billi juża apparat ta’ tnaddif ta’ refriġerazzjoni

P

7.07

Jistartja u jitfi l-kunsdensatur u jivverifika l-kundizzjoni tajba tal-kumpressur, inkluż billi jtieħu l-kejl matul it-tħaddim tal-kundensatur.

P

7.08

Jivverifika l-wiċċ tal-kundensatur

P

7.09

Jikteb rapport dwar il-kundizzjoni tal-kundensatur li jidentifika kwalunkwe problema fit-tħaddim tal-kundensatur li tista’ tagħmel dannu lis-sistema u eventwalment twassal għal tnixxija jew ħruġ ta’ refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

8

Komponent: stallazzjoni, tqegħid f’operazzjoni u manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ evaporazzjoni ta’ arja mkessħa u ilma

8.01

Jispjega l-funzjonar bażiku ta’ tagħmir ta’ evaporazzjoni (inkluża sistema ta’ kontra l-iffriżar) u riskji ta’ tnixxija assoċjati miegħu

T

T

8.02

Jirranġa kontroll ta’ pressa ta’ evaporazzjoni tat-tagħmir ta’ evaporazzjoni

P

8.03

Jistalla tagħmir ta’ evaporazzjoni inklużi tagħmir ta’ kontroll u sikurezza, sabiex ma jiġru l-ebda tnixxija jew emissjoni maġġuri ladarba s-sistema tibda taħdem

P

8.04

Jirranġa is-swiċes ta’ sikurezza u kontroll

P

8.05

Jivverifika li l-linji tal-pajpijiet tal-likwidu u ġbid qegħdin fil-pożizzjoni tajba

8.06

Jivverifika l-linja tal-pajp tal-gas sħun kontra l-friża

8.07

Jirranġa l-valvola ta’ regolament tal-pressjoni ta’ l-evaporazzjoni

8.08

Jistartja u jitfi t-tagħmir ta’ evaporazzjoni u jivverifika l-kundizzjoni tajba ta’ l-istess tagħmir, inkluż billi jieħu l-kejl matul it-tħaddim tiegħu.

P

8.09

Jivverifika l-wiċċ tat-tagħmir ta’ evaporazzjoni

P

8.10

Jikteb rapport dwar il-kundizzjoni tat-tagħmir ta’ evaporazzjoni li jidentifika kwalunkwe problema fit-tħaddim ta’ l-istess tagħmir li tista’ tagħmel dannu lis-sistema u eventwalment twassal għal tnixxija jew ħruġ ta’ refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

9

Komponent: stallazzjoni, tqegħid f’operazzjoni u għoti ta’ service ta’ Valvoli ta’ Espansjoni Termostatiċi (TEV) u komponenti oħra

9.01

Jispjega t-tħaddim bażiku ta’ tipi differenti ta’ regolaturi ta’ espansjoni (valvoli ta’ espansjoni termostatiċi, tubi kapillari) u riskji ta’ tnixxija assoċjati ma’ l-istess

T

T

9.02

Jistalla valvoli fil-pożizzjoni t-tajba

P

9.03

Jirranġa TEV mekkanika/elettronika

P

9.04

Jirranġa termostati mekkaniċi u elettroniċi

9.05

Jirranġa l-valvola ta’ regolament tal-pressa

9.06

Jirranġa limitaturi ta’ pressa elettroniċi u mekkaniċi

9.07

Jivverifika l-iffunzjonar ta’ separatur ta’ żejt

P

9.08

Jivverifika l-kundizzjoni tal-filtru ta’ l-apparat ta’ tnixxif

9.09

Jikteb rapport dwar il-kundizzjoni ta’ dawn il-komponenti li jidentifika kwalunkwe problema fit-tħaddim ta’ l-istess li tista’ tagħmel dannu lis-sistema u eventwalment twassal għal tnixxija jew ħruġ ta’ refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

10

Pajpijiet: kif tibni sistema ta’ pajpijiet tajba fi stallazzjoni ta’ rfriġerazzjoni

10.01

Jiwweldja, jibbrejżja u/jew jissaldja ġonot maħlulin ma’ tubi u pajpijiet tal-metall li jistgħu jintużaw f’refriġerazzjoni, arja kundizzjonata jew sistemi ta’ pompi tas-sħana

P

P

10.02

Jagħmel/jivverifika l-pajp u appoġġi tal-komponenti

P

P


(1)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10.


3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 304/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kwalifika tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol, fil-post fejn jitħaddmu sistemi li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati, li jista’ jaffettwa t-tnixxija tagħhom.

(2)

Il-persunal li għad m’għandux ċertifikazzjoni imma li qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb ċertifikat, għandu jitħalla jagħmel xogħol li jeħtieġ din it-tip ta’ ċertifikazzjoni għal perjodu ta’ żmien limitat, sabiex jikseb il-ħiliet prattiċi meħtieġa għall-eżami, dejjem jekk ikun issorveljat minn persunal iċċertifikat.

(3)

Attwalment, għadd ta’ Stati Membri għad m’għandhomx sistemi ta’ kwalifika jew ta’ ċertifikazzjoni. Għaldaqstant għandu jitħalla perjodu ta’ żmien limitat li fih il-persunal u l-kumpaniji jkunu jistgħu jiksbu ċertifikat.

(4)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn, għandu jkun permess it-twaqqif ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni fuq skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu, dejjem jekk il-ħiliet u l-għarfien koperti u s-sistema relevanti ta’ kwalifika huma ekwivalenti għall-istandards minimi maħsuba minn dan ir-Regolament.

(5)

L-eżamijiet huma mod effettiv kif wieħed jeżamina l-ħila ta’ kandidat li jagħmel sew kemm dawk il-ħidmiet li jistgħu jikkawżaw tnixxija b’mod dirett, kif ukoll dawk li jistgħu jikkawżaw tnixxija b’mod indirett.

(6)

Sabiex jiġu ffaċilitati t-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li attwalment jaħdem fl-oqsma li jaqgħu taħt dan ir-Regolament mingħajr ma jkollu jwaqqaf il-ħidma professjonali tiegħu, huwa meħtieġ perjodu xieraq ta’ żmien provviżorju li fih iċ-ċertifikazzjoni tingħata abbażi ta’ skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu u ta’ esperjenza professjonali.

(7)

Il-korpi ta’ evalwazzjoni u ċertifikazzjoni maħturin uffiċjalment għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’hekk jagħtu kontribut għall-għarfien reċiproku effettiv u effiċjenti taċ-ċertifikati fil-Komunità kollha.

(8)

L-għarfien reċiproku ma għandux japplika għal ċertifikati provviżorji minħabba li r-rekwiżiti biex jinkisbu dawn iċ-ċertifikati jistgħu jkunu sinifikament iktar baxxi mir-rekwiżiti li diġà jeżistu f’xi Stati Membri.

(9)

Tagħrif dwar is-sistema ta’ ċertifikazzjoni li permezz tagħha jinħarġu ċertifikati li jkunu soġġetti għall-għarfien reċiproku għandu jingħata lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-Istati Membri (2). Għandu jintbagħat ukoll tagħrif dwar is-sistema ta’ ċertifikazzjoni provviżorja lill-Kummissjoni.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ ċertifikati maħruġa skond dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persunal li jkun qed jagħmel ix-xogħol li ġej f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi ta’ protezzjoni min-nar:

(a)

kontrolli ta’ tnixxija minn applikazzjonijiet li fihom 3 kilogrammi jew iktar ta’ gassijiet serra fluworinati;

(b)

l-irkupru, anke fir-rigward tal-pompi tat-tifi tan-nar;

(ċ)

l-istallazzjoni;

(d)

xogħol ta’ manutenzjoni jew servis.

2.   Għandu japplika wkoll għall-kumpaniji li jkunu qed jagħmlu x-xogħol li ġej f’dak li għandu x’jaqsam mas-sistemi ta’ protezzjoni min-nar:

(a)

l-istallazzjoni;

(b)

xogħol ta’ manutenzjoni jew servis.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwalunkwe xogħol ta’ manifattura jew tiswija li jsir fil-postijiet ta’ manifattura fuq kontenituri jew elementi relatati mas-sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati.

Artikolu 3

Tifsiriet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

(1)

“l-istallazzjoni” tfisser it-tqabbid għall-ewwel darba, fil-post fejn se jitħaddem/jitħaddmu, ta’ kontenitur wieħed jew aktar li fih/fihom, jew li hu/huma ddisinjat/ddisinjati biex ikun fih/fihom, sustanza għat-tifi ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati, flimkien ma’ komponenti relatati, minbarra dawk il-komponenti li ma jaffettwawx iż-żamma tas-sustanza għat-tifi qabel ir-rilaxx tagħha sabiex titfi n-nar.

(2)

“il-manutenzjoni jew is-servis” ifissru kull xogħol li għandu x’jaqsam mal-kontenituri li fihom jew li huma ddisinjati biex ikun fihom sustanza għat-tifi ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati jew xogħol fuq il-komponenti assoċjati, minbarra dawk l-elementi li ma jaffettwawx iż-żamma tas-sustanza għat-tifi qabel ir-rilaxx tagħha sabiex titfi n-nar.

Artikolu 4

Iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal

1.   Il-persunal li jkun qed jagħmel ix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jkollu ċertifikat kif imsemmi fl-Artikoli 5 jew 6.

2.   Għal żmien massimu ta’ sena, il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-persunal li qed jagħmel xi wieħed mix-xogħlijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), li qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb ċertifikat li jkopri x-xogħol relevanti, dejjem jekk ikun issorveljat minn persuna ċċertifikata fix-xogħol relevanti waqt li jkun qed jagħmel dan ix-xogħol.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ma għandux japplika għal perjodu li ma jdumx iktar mid-data msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-persunal li, qabel id-data msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, ikun diġà qed jagħmel xi wieħed jew iktar mix-xogħlijiet ipprovduti fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, dan il-persunal għandu jitqies iċċertifikat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dawk ix-xogħlijiet.

Artikolu 5

Iċ-ċertifikati tal-persunal

1.   Kif imsemmi fl-Artikolu 10, korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ ċertifikat lill-persunal li jkun għadda minn eżami teoretiku u prattiku li jkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness, u li jkun organizzat minn korp ta’ evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jinkludi ta’ lanqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tal-persuna li nħarġilha dak iċ-ċertifikat, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data ta’ skadenza, jekk hemm;

(b)

ix-xogħlijiet li tista’ tagħmel il-persuna li nħarġilha ċ-ċertifikat;

(ċ)

id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u l-firma ta’ min ħarġu.

3.   Fejn diġà teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq l-eżamijiet li tkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness u li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 10 u 11, imma l-attestazzjoni relatata magħha ma tinkludix l-elementi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 jista’ joħroġ ċertifikat lil min diġà għandu din il-kwalifika mingħajr il-ħtieġa li dan jirrepeti l-eżami.

4.   Fejn diġà teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq l-eżamijiet li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 10 u 11, u li tkopri parzjalment il-ħiliet minimi mniżżlin fl-Anness, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu ċertifikat jekk l-applikant jgħaddi minn eżami addizzjonali dwar il-ħiliet u l-għarfien li ma jkunux koperti miċ-ċertifikazzjoni eżistenti, u li jkun organizzat mill-korp ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 11.

Artikolu 6

Iċ-ċertifikati provviżorji tal-persunal

1.   L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema ta’ ċertifikazzjoni provviżorja tal-persunal msemmija fl-Artikolu 2(1) skond il-paragrafi 2 jew 3, jew il-paragrafi 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu.

Iċ-ċertifikati provviżorji msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jibqgħu validi sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Lulju 2010.

2.   Il-persunal li għandu attestazzjoni għax-xogħlijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) maħruġa taħt skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu, għandu jitqies li għandu ċertifikat provviżorju.

L-Istati Membri għandhom jidentifkaw l-attestazzjonijiet li jitqiesu bħala ċertifikati provviżorji għax-xogħlijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) li jista’ jagħmel min għandu dan iċ-ċertifkat.

3.   Il-persunal li għandu esperjenza professjonali ta’ dawn ix-xogħlijiet miksuba qabel id-data msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għandu jinħariġlu ċertifikat provviżorju minn entità maħtura mill-Istat Membru.

Iċ-ċertifikat provviżorju għandu juri x-xogħlijiet koperti u d-data ta’ skadenza.

Artikolu 7

Iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji

1.   Il-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom ikollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikoli 8 jew 9.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ma għandux japplika għal perjodu li ma jdumx iktar mid-data msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-kumpaniji li, qabel id-data msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, ikunu nvoluti f’xi wieħed jew iktar mix-xogħlijiet ipprovduti fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Iċ-ċertifikati tal-kumpaniji

1.   Kif imsemmi fl-Artikolu 10, korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ ċertifikat lil kumpanija għal wieħed jew iktar mix-xogħlijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), dejjem jekk din tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-impjieg ta’ persunal iċċertifikat skond l-Artikolu 5, għal xogħlijiet li jeħtieġu ċ-ċertifikazzjoni, f’għadd suffiċjenti sabiex ikun kopert il-volum mistenni tax-xogħol;

(b)

prova li l-għodda u l-proċeduri meħtieġa huma disponibbli għall-persunal li qed jagħmel xogħlijiet li jeħtieġu ċ-ċertifikazzjoni.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jinkludi ta’ lanqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tal-kumpanija li nħarġilha dak iċ-ċertifikat, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data ta’ skadenza, jekk hemm;

(b)

ix-xogħlijiet li tista’ tagħmel il-kumpanija li nħarġilha ċ-ċertifikat;

(ċ)

id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u l-firma ta’ min ħarġu.

Artikolu 9

Iċ-ċertifikati provviżorji tal-kumpaniji

1.   L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema ta’ ċertifikazzjoni provviżorja tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 2(2) skond il-paragrafi 2 jew 3, jew il-paragrafi 2 u 3, ta’ dan l-Artikolu.

Iċ-ċertifikati provviżorji msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jibqgħu validi sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Lulju 2010.

2.   Il-kumpaniji ċċertifikati taħt skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu għax-xogħlijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), għandhom jitqiesu li għandhom ċertifikat provviżorju.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-attestazzjonijiet li jitqiesu bħala ċertifikati provviżorji għax-xogħlijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) li jista’ jagħmel min għandu dan iċ-ċertifikat.

3.   Għandu jinħareġ ċertifikat provviżorju minn entità maħtura mill-Istat Membru lill-kumpaniji li jimpjegaw persunal li għandu ċertifikat għax-xogħlijiet li jeħtieġu ċ-ċertifikazzjoni skond l-Artikolu 2(2).

Iċ-ċertifikat provviżorju għandu juri x-xogħlijiet li tista’ tagħmel il-kumpanija li nħarġilha ċ-ċertifikat u d-data ta’ skadenza.

Artikolu 10

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni

1.   Fil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali għandu jinħaseb għal korp ta’ ċertifikazzjoni li jkollu l-permess li joħroġ ċertifikati lill-persunal jew lill-kumpaniji nvoluti f’wieħed jew iktar mix-xogħlijiet imsemmija fl-Artikolu 2. Dan il-korp jista’ jinħatar inkella mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan.

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq ta’ ħidmietu.

2.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.

3.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jżomm reġistru li jippermetti l-verifika ta’ l-istat tal-persuna jew tal-kumpanija ċċertifikata. Ir-reġistru għandu juri li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni twettaq b’mod effettiv. Ir-reġistru għandu jinżamm għal perjodu minimu ta’ ħames snin.

Artikolu 11

Il-korp ta’ evalwazzjoni

1.   Korp ta’ evalwazzjoni maħtur mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persunal imsemmi fl-Artikolu 2(1). Il-korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 jista’ wkoll jikkwalifika bħala korp ta’ evalwazzjoni.

Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq ta’ ħidmietu.

2.   L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b’mod li jiżguraw li jkunu koperti l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness.

3.   Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jadotta proċeduri ta’ rrappurtar u jżomm reġistru sabiex ikun hemm id-dokumentazzjoni dwar il-persuna u dwar ir-riżultati globali ta’ l-evalwazzjoni.

4.   Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal xi eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti relevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.

Artikolu 12

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa l-4 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħsieb tagħhom li jużaw sistema ta’ ċertifikazzjoni provviżorja skond l-Artikoli 6 jew 9, jew skond it-tnejn li huma.

2.   Sa l-4 ta’ Jannar 2009, jekk applikabbli, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-korpi maħtura li jkollhom id-dritt joħorġu ċertifikati provviżorji u dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali stabbiliti sabiex fuqhom jitqiesu bħala ċertifikati provviżorji dawk id-dokumenti maħruġin permezz ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni li diġà jeżistu.

3.   Sa l-4 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni wkoll dwar l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal u tal-kumpaniji koperti mill-Artikolu 10, u tat-titli taċ-ċertifikati tal-persunal li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 u tal-kumpaniji li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 308/2008.

4.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mressqa skond il-paragrafu 3 b’tagħrif ġdid relevanti u jgħadduha lill-Kummissjoni mingħajr telf ta’ żmien.

Artikolu 13

Il-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku

1.   L-għarfien reċiproku taċ-ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħrajn għandu japplika biss fil-każ ta’ ċertifikati maħruġa skond l-Artikolu 5 għall-persunal u skond l-Artikolu 8 għall-kumpaniji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil min għandu ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat f’lingwa oħra uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 14

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


ANNESS

Ir-rekwiżiti minimi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħiliet u l-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi ta’ evalwazzjoni

L-eżami msemmi fl-Artikoli 5(1) u 11(2) għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

eżami teoretiku b’mistoqsija waħda jew iktar dwar dik il-ħila jew dak l-għarfien, kif muri b’(T) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Eżami”;

(b)

eżami prattiku li matulu l-applikant għandu jagħmel il-biċċa xogħol korrispondenti bil-materjal, l-għodda u t-tagħmir relevanti, kif muri b’(P) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Eżami”.


L-Għarfien u l-Ħiliet Minimi

It-Tip ta’ Eżami

1.

Għarfien bażiku tal-kwistjonijiet ambjentali relevanti (it-tibdil fil-klima, il-Protokoll ta’ Kjoto, il-potenzjal ta’ tisħin globali mill-gassijiet serra fluworinati)

T

2.

Għarfien bażiku ta’ l-istandards tekniċi relevanti

T

3.

Għarfien bażiku tad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 u tar-Regolamenti relevanti li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006

T

4.

Għarfien tajjeb tat-tipi differenti ta’ tagħmir għall-protezzjoni min-nar li hawn fis-suq li fihom il-gassijiet serra fluworinati

T

5.

Għarfien tajjeb tat-tipi ta’ valvijiet, tal-mekkaniżmi ta’ tħaddim, ta’ l-immaniġġjar b’mod sikur, u ta’ l-evitar ta’ ħruġ u ta’ tnixxija.

T

6.

Għarfien tajjeb tat-tagħmir u ta’ l-għodda meħtieġa għal prattiki sikuri ta’ l-immaniġġjar u ta’ ħidma

T

7.

Il-ħila li wieħed jinstalla kontenituri tas-sistemi ta’ protezzjoni min-nar iddisinjati biex ikun fihom il-gassijiet serra fluworinati

P

8.

Għarfien ta’ prattiki tajbin taċ-ċaqliq ta’ kontenituri taħt pressjoni għolja li jkun fihom il-gassijiet serra fluworinati

T

9.

Il-ħila li wieħed jiċċekkja r-reġistri dwar is-sistema qabel ma jagħmel kontroll għal xi tnixxija u li wieħed jidentifika t-tagħrif relevanti dwar xi kwistjonijiet rikorrenti jew xi oqsma problematiċi li wieħed għandu jagħti każ

T

10.

Il-ħila li wieħed jagħmel kontroll tas-sistema għal xi tnixxija b’mod viżwali u manwali, b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti standard għal kontrolli ta’ tnixxija minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (1)

P

11.

Għarfien ta’ prattiki għall-irkupru ta’ gassijiet serra fluworinati mis-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u ta’ prattiki għat-tqabbid ta’ dawn is-sistemi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent

T


(1)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4.


3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 305/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku (“switchgear”) b’vultaġġ għoli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kwalifika tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol fuq tagħmir li fih ċerti gassijiet serra fluworinati li jista’ potenzjalment jikkawża tnixxija.

(2)

Il-persunal li għad m’għandux ċertifikat imma li qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb wieħed, għandu, għal perjodu ta’ żmien limitat, jitħalla jagħmel xogħol li jeħtieġ din it-tip ta’ ċertifikazzjoni, sabiex jikseb il-ħiliet prattiċi meħtieġa għall-eżami, dejjem jekk ikun issorveljat minn persunal iċċertifikat.

(3)

Attwalment, għadd ta’ Stati Membri għad m’għandhomx sistemi ta’ kwalifika jew ta’ ċertifikazzjoni. Għaldaqstant għandu jitħalla perjodu ta’ żmien limitat li fih il-persunal ikun jista’ jikseb ċertifikat.

(4)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn, għandu jkun permess it-twaqqif ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni fuq skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu, dejjem jekk il-ħiliet u l-għarfien koperti u s-sistema rilevanti ta’ kwalifika huma ekwivalenti għall-istandards minimi maħsuba minn dan ir-Regolament.

(5)

Entitajiet li jimmanifatturaw jew li jħaddmu tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku b’vultaġġ għoli jistgħu jinħatru bħala l-korpi ta’ evalwazzjoni jew ta’ ċertifikazzjoni, jew it-tnejn, dejjem jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti.

(6)

L-eżamijiet huma mod effettiv kif wieħed jeżamina l-ħila ta’ kandidat li jwettaq sew kemm dawk il-ħidmiet li jistgħu jikkawżaw tnixxija b’mod dirett, kif ukoll dawk li jistgħu jikkawżaw tnixxija b’mod indirett.

(7)

Il-korpi ta’ evalwazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni maħturin uffiċjalment għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi mniżżlin f’dan ir-Regolament u b’hekk jagħtu kontribut għall-għarfien reċiproku effettiv u effiċjenti taċ-ċertifikati fil-Komunità kollha.

(8)

Tagħrif dwar is-sistema ta’ ċertifikazzjoni li permezz tagħha jinħarġu ċertifikati soġġetti għall-għarfien reċiproku għandu jingħata lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-Istati Membri (2).

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku b’vultaġġ għoli kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ ċertifikati maħruġa skond dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament “tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku b’vultaġġ għoli” tfisser swiċċijiet u l-ikkombinar tagħhom ma’ tagħmir ta’ kontroll assoċjat, ta’ kejl, ta’ protezzjoni u ta’ rregolar, u sistemi ta’ strumenti u tagħmir bħal dawn b’interkonnessjonijiet, aċċessorji, kompartimenti u oqfsa ta’ struttura assoċjati, maħsuba għall-użu marbut mal-ġenerazzjoni, trażmissjoni, distribuzzjoni u konverżjoni ta’ l-enerġija elettrika b’vultaġġi nominali ogħla minn 1 000 V.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal

1.   Il-persunal li jkun qed jagħmel ix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkollu ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 4.

2.   Għal żmien massimu ta’ sena, il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-persunal li jkun qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb ċertifikat, dejjem jekk dan ikun issorveljat minn persuna ċċertifikata waqt li jkun qed jagħmel dan ix-xogħol.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal perjodu li ma jdumx iktar mid-data msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-persunal li, qabel id-data msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, ikun diġà qed jagħmel ix-xogħol stipulat fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, dan il-persunal għandu jitqies iċċertifikat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan ix-xogħol.

Artikolu 4

Il-ħruġ ta’ ċertifikati lill-persunal

1.   Kif imsemmi fl-Artikolu 5, korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ ċertifikat lill-persunal li jkun għadda minn eżami teoretiku u prattiku li jkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness, u li jkun organizzat minn korp ta’ evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jinkludi ta’ lanqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, l-isem tal-persuna li nħarġilha ċ-ċertifikat, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data ta’ skadenza, jekk hemm;

(b)

ix-xogħol li tista’ tagħmel il-persuna li nħarġilha ċ-ċertifikat;

(ċ)

id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u l-firma ta’ min ħarġu.

3.   Fejn diġà teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq l-eżamijiet li tkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness u li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 5 u 6, imma l-attestazzjoni relatata magħha ma tinkludix l-elementi stipulati fil-Paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5 jista’ joħroġ ċertifikat lill-persuna li għandha din il-kwalifika mingħajr il-ħtieġa li tirrepeti l-eżami.

4.   Fejn diġà teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq l-eżamijiet li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 5 u 6, u li tkopri parzjalment il-ħiliet minimi mniżżlin fl-Anness, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu ċertifikat jekk l-applikant jgħaddi minn eżami addizzjonali dwar il-ħiliet u l-għarfien li ma jkunux koperti miċ-ċertifikazzjoni eżistenti, u li jkun organizzat mill-korp ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 5

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni

1.   Fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali għandu jinħaseb għal korp ta’ ċertifikazzjoni li jkollu l-permess li joħroġ ċertifikati lill-persunal involut fix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1. Dan il-korp jista’ jinħatar inkella mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan.

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun imparzjali fit-twettiq ta’ ħidmietu.

2.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u japplika proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.

3.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jżomm reġistri li jippermettu l-verifika ta’ l-istat tal-persuna ċċertifikata. Ir-reġistri għandhom juru li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni twettaq b’mod effettiv. Ir-reġistri għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta’ ħames snin.

Artikolu 6

Il-korp ta’ evalwazzjoni

1.   Korp ta’ evalwazzjoni maħtur mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persunal imsemmija fl-Artikolu 1. Il-korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5 jista’ wkoll jikkwalifika bħala korp ta’ evalwazzjoni.

Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jkun imparzjali fit-twettiq ta’ ħidmietu.

2.   L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b’mod li jiżgura li jkunu koperti l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness.

3.   Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jadotta proċeduri ta’ rrappurtar u jżomm reġistri sabiex ikun hemm id-dokumentazzjoni dwar il-persuna u dwar ir-riżultati globali ta’ l-evalwazzjoni.

4.   Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal xi eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti rilevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.

Artikolu 7

Notifika

1.   Sa l-4 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal koperti mill-Artikolu 5 u tat-titli taċ-ċertifikati tal-persunal li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 308/2008.

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mressqa skond il-Paragrafu 1, b’tagħrif ġdid rilevanti, u jgħadduha lill-Kummissjoni mingħajr telf ta’ żmien.

Artikolu 8

Il-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku

1.   L-għarfien reċiproku taċ-ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħrajn għandu japplika fil-każ ta’ ċertifikati maħruġa skond l-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-persuna li nħarġilha ċ-ċertifikat fi Stat Membru ieħor tipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat f’lingwa oħra uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


ANNESS

Ir-rekwiżiti minimi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħiliet u l-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi ta’ evalwazzjoni

L-eżami msemmi fl-Artikoli 4(1) u 6(2) għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

eżami teoretiku b’mistoqsija waħda jew iktar dwar dik il-ħila jew dak l-għarfien, kif muri b’(T) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Eżami”;

(b)

eżami prattiku li matulu l-applikant għandu jagħmel il-biċċa xogħol korrispondenti bil-materjal, l-għodda u t-tagħmir rilevanti, kif muri b’(P) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Eżami”.


Nru

L-Għarfien u l-Ħiliet Minimi

It-Tip ta’ Eżami

1

Għarfien bażiku tal-kwistjonijiet ambjentali rilevanti (it-tibdil fil-klima, il-Protokoll ta’ Kjoto, il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali), id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 u tar-Regolamenti rilevanti li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

T

2

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u ambjentali ta’ l-SF6

T

3

L-użu ta’ l-SF6 f’tagħmir elettriku (insulazzjoni, tifi ta’ l-ark)

T

4

Il-kwalità ta’ l-SF6, skond l-istandards industrijali rilevanti (1)

T

5

Il-fehim tad-disinn ta’ tagħmir elettriku

T

6

L-iċċekkjar tal-kwalità ta’ l-SF6

P

7

L-irkupru ta’ l-SF6 u ta’ taħlitiet ta’ l-SF6 u l-purifikazzjoni ta’ l-SF6

P

8

Il-ħżin u t-trasport ta’ l-SF6

T

9

It-tħaddim tat-tagħmir ta’ rkupru ta’ l-SF6

P

10

It-tħaddim ta’ sistemi tight drilling, jekk meħtieġ

P

11

L-użu mill-ġdid ta’ l-SF6 u l-kategoriji differenti ta’ użu mill-ġdid

T

12

Il-ħidma fuq kompartimenti ta’ l-SF6 miftuħa

P

13

In-newtralizzazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-SF6

T

14

Il-monitoraġġ ta’ l-SF6 u l-obbligi approprjati ta’ rreġistrar ta’ dejta skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja, jew skond ftehimiet internazzjonali

T


(1)  Per eżempju IEC 60376 u IEC 60480


3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 306/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kwalifiki tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol, fuq tagħmir li fih ċerti gassijiet serra fluworinati, li jista’ potenzjalment jikkawża xi tnixxija.

(2)

Il-persunal li għad m’għandux ċertifikat imma li qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb wieħed, għandu jitħalla jagħmel xogħol li jeħtieġ din it-tip ta’ ċertifikazzjoni għal perjodu ta’ żmien limitat, sabiex jikseb il-ħiliet prattiċi meħtieġa għall-eżami, dejjem jekk ikun issorveljat minn persunal iċċertifikat.

(3)

Attwalment, għadd ta’ Stati Membri għad m’għandhomx sistemi ta’ kwalifika jew ta’ ċertifikazzjoni. Għaldaqstant għandu jitħalla perjodu ta’ żmien limitat li fih il-persunal ikun jista’ jikseb ċertifikat.

(4)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn, għandu jkun permess it-twaqqif ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni fuq skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu, dejjem jekk il-ħiliet u l-għarfien koperti u s-sistema relevanti ta’ kwalifika huma ekwivalenti għall-istandards minimi maħsuba minn dan ir-Regolament.

(5)

Kumpaniji li jimmanifatturaw jew li jħaddmu tagħmir li fih solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat jistgħu jinħatru bħala l-korpi ta’ evalwazzjoni jew ta’ ċertifikazzjoni, jew it-tnejn, dejjem jekk dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa.

(6)

Sabiex jiġu evitati spejjeż amministrattivi bla bżonn, Stat Membru li fih ma jintużaw l-ebda solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat attwalment, għandu jkollu d-dritt li ma joqgħodx jistabbilixxi s-sistema sħiħa ta’ ċertifikazzjoni, dejjem jekk dan l-Istat Membru jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiżgura li jkunu jistgħu jinħarġu ċertifikati mingħajr dewmien bla bżonn f’każ li dawn jintalbu fil-ġejjieni, u b’hekk ma joħloqx xkiel bla bżonn għad-dħul fis-suq.

(7)

L-eżamijiet huma mod effettiv kif wieħed jeżamina l-ħila ta’ kandidat li jwettaq sew kemm dawk il-ħidmiet li jistgħu jikkawżaw tnixxija b’mod dirett, kif ukoll dawk li jistgħu jikkawżaw tnixxija b’mod indirett.

(8)

Il-korpi ta’ evalwazzjoni u ċertifikazzjoni maħturin uffiċjalment għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’hekk jagħtu kontribut għall-għarfien reċiproku effettiv u effiċjenti taċ-ċertifikati fil-Komunità kollha.

(9)

Tagħrif dwar is-sistema ta’ ċertifikazzjoni li permezz tagħha jinħarġu ċertifikati li jkunu soġġetti għall-għarfien reċiproku għandu jingħata lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-Istati Membri (2).

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ ċertifikati maħruġa skond dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal

1.   Il-persunal li jkun qed jagħmel ix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkollu ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 4.

2.   Għal żmien massimu ta’ sena, il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-persunal li jkun qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb ċertifikat, dejjem jekk dan ikun issorveljat minn persuna ċċertifikata waqt li jkun qed jagħmel dan ix-xogħol.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ma għandux japplika għal perjodu li jdum iktar mid-data msemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-persunal li, qabel id-data msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, ikun diġà qed jagħmel ix-xogħol ipprovdut fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, għall-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, dan il-persunal għandu jitqies iċċertifikat f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan ix-xogħol.

Artikolu 3

Il-ħruġ ta’ ċertifikati lill-persunal

1.   Kif imsemmi fl-Artikolu 4, korp ta’ ċertifikazzjoni għandu joħroġ ċertifikat lill-persunal li jkun għadda minn eżami teoretiku u prattiku li jkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness, u li jkun organizzat minn korp ta’ evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jinkludi ta’ lanqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tal-persuna li nħarġilha dak iċ-ċertifikat, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data ta’ skadenza, jekk hemm;

(b)

ix-xogħol li tista’ tagħmel il-persuna li nħarġilha ċ-ċertifikat;

(ċ)

id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u l-firma ta’ min ħarġu.

3.   Fejn diġà teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq l-eżamijiet li tkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness u li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 4 u 5, imma l-attestazzjoni relatata magħha ma tinkludix l-elementi stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4 jista’ joħroġ ċertifikat lil min diġà għandu din il-kwalifika mingħajr il-ħtieġa li dan jirrepeti l-eżami.

4.   Fejn diġà teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni bbażata fuq l-eżamijiet li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 4 u 5, u li tkopri parzjalment il-ħiliet minimi mniżżlin fl-Anness, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu ċertifikat jekk l-applikant jgħaddi minn eżami addizzjonali dwar il-ħiliet u l-għarfien li ma jkunux koperti miċ-ċertifikazzjoni eżistenti, u li jkun organizzat minn korp ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 5.

Artikolu 4

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni

1.   Fil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali għandu jinħaseb għal korp ta’ ċertifikazzjoni li jkollu l-permess li joħroġ ċertifikati lill-persunal involut fix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1. Dan il-korp jista’ jinħatar inkella mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan.

Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun imparzjali fit-twettiq ta’ ħidmietu.

2.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.

3.   Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jżomm reġistru li jippermetti l-verifika ta’ l-istat tal-persuna ċċertifikata. Ir-reġistru għandu juri li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni twettaq b’mod effettiv. Ir-reġistru għandu jinżamm għal perjodu minimu ta’ ħames snin.

Artikolu 5

Il-korp ta’ evalwazzjoni

1.   Korp ta’ evalwazzjoni maħtur mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persunal msemmija fl-Artikolu 1. Il-korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 4 jista’ wkoll jikkwalifika bħala korp ta’ evalwazzjoni.

Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jkun imparzjali fit-twettiq ta’ ħidmietu.

2.   L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b’mod li jiżguraw li jkunu koperti l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness.

3.   Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jadotta proċeduri ta’ rrappurtar u jżomm reġistri sabiex ikun hemm id-dokumentazzjoni dwar il-persuna u dwar ir-riżultati globali ta’ l-evalwazzjoni.

4.   Il-korp ta’ evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal xi eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti relevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.

Artikolu 6

Notifika

1.   Sa l-4 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal koperti mill-Artikolu 4 u tat-titli taċ-ċertifikati tal-persunal li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 308/2008.

2.   Jekk ma jintużaw l-ebda solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat f’xi Stat Membru, dan l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jaħtarx il-korp ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 4 u 5, jew it-tnejn li huma, sakemm ma jkunx hemm bżonn ta’ din it-tip ta’ ċertifikazzjoni fil-ġejjieni. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħseb għall-arranġamenti meħtieġa fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu sabiex jiżgura l-ħruġ ta’ dawn it-tipi ta’ ċertifikati mingħajr dewmien bla bżonn f’każ li tintalab din it-tip ta’ ċertifikazzjoni fil-ġejjieni.

L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni sa l-4 ta’ Jannar 2009 dwar il-ħsieb tiegħu li juża dan il-paragrafu u dwar l-arranġamenti li jkunu saru biex ikun konformi miegħu. F’dak il-każ, m’għandux japplika l-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mressqa skond il-paragrafu 1 b’tagħrif ġdid relevanti u jgħadduha lill-Kummissjoni mingħajr telf ta’ żmien.

Artikolu 7

Il-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku

1.   L-għarfien reċiproku taċ-ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħrajn għandu japplika fil-każ ta’ ċertifikati maħruġa skond l-Artikolu 3.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil min għandu ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat f’lingwa oħra uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


ANNESS

Ir-rekwiżiti minimi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħiliet u l-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi ta’ evalwazzjoni

L-eżami msemmi fl-Artikoli 3(1) u 5(2) għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

eżami teoretiku b’mistoqsija waħda jew iktar dwar dik il-ħila jew dak l-għarfien, kif muri b’(T) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Eżami”;

(b)

eżami prattiku li matulu l-applikant għandu jagħmel il-biċċa xogħol korrispondenti bil-materjal, l-għodda u t-tagħmir relevanti, kif muri b’(P) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Eżami”.


Nru

L-Għarfien u l-Ħiliet Minimi

It-Tip ta’ Eżami

1.

Għarfien bażiku tal-kwistjonijiet ambjentali relevanti (it-tibdil fil-klima, il-Protokoll ta’ Kjoto, il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali), tad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 u tar-Regolamenti relevanti li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

T

2.

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u ambjentali tal-gassijiet serra fluworinati użati bħala solventi

T

3.

L-użu tal-gassijiet serra fluworinati bħala solventi

T

4.

L-irkupru tas-solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat

P

5.

Il-ħażna u t-trasport tas-solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat

T

6.

It-tħaddim tat-tagħmir ta’ rkupru f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tagħmir li fih solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat

P


3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 307/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (2) taħseb għad-dħul obbligatorju mis-sena 2011 ta’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali. Bħala miżura għal żmien qasir, ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kwalifiki xierqa tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ gassijiet serra fluworinati minn dawn it-tip ta’ sistemi.

(2)

Il-persunal li qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb attestazzjoni ta’ taħriġ, għandu jitħalla jagħmel xogħol kopert mill-kors ta’ taħriġ u li jeħtieġ attestazzjoni ta’ taħriġ għal perjodu ta’ żmien limitat, dejjem jekk dan ikun issorveljat minn persunal li għandu din it-tip ta’ attestazzjoni.

(3)

Sabiex jiġu ffaċilitati t-taħriġ u l-attestazzjoni tal-persunal li diġà jaħdem fl-oqsma li jaqgħu taħt dan ir-Regolament mingħajr ma jkollu jwaqqaf il-ħidma professjonali tiegħu, huwa meħtieġ perjodu xieraq ta’ żmien provviżorju li matulu l-persunal imħarreġ taħt skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu jew li għandu esperjenza professjonali jitqies li għandu l-kwalifiki xierqa għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

(4)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn, l-għarfien ta’ sistemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu għandu jkun permess, dejjem jekk il-ħiliet u l-għarfien koperti u s-sistema relevanti ta’ kwalifika huma ekwivalenti għall-istandards minimi maħsuba minn dan ir-Regolament.

(5)

Il-korpi ta’ attestazzjoni maħtura uffiċjalment għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’hekk jagħtu kontribut għall-għarfien reċiproku effettiv u effiċjenti ta’ l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ fil-Komunità kollha.

(6)

Tagħrif dwar is-sistema ta’ attestazzjoni li permezz tagħha jinħarġu attestazzjonijiet li jkunu soġġetti għall-għarfien reċiproku għandu jingħata lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-Istati Membri (3). Għandu jingħata tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-għarfien, għal perjodu ta’ żmien provviżorju, ta’ sistemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu jew ta’ esperjenza professjonali.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2006/40/KE, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ maħruġa skond dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

It-taħriġ tal-persunal

1.   Il-persunal li għandu attestazzjoni ta’ taħriġ imsemmija fl-Artikolu 3 biss għandu jitqies li għandu l-kwalifika xierqa biex jagħmel ix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1.

2.   Għal żmien massimu ta’ tnax-il xahar, il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-persunal li jkun qed isegwi kors ta’ taħriġ sabiex jikseb attestazzjoni ta’ taħriġ, dejjem jekk dan ikun issorveljat minn persuna meqjusa li għandha l-kwalifiki xierqa waqt li jkun qed jagħmel dan ix-xogħol.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafu 1 ma għandux japplika, sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Lulju 2010, għal:

(a)

persunal li għandu attestazzjoni għax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1 maħruġ taħt skemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu, u identifikat bħala tali mill-Istat Membru; jew

(b)

persunal li għandu esperjenza professjonali miksuba qabel l-4 ta’ Lulju 2008 tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1.

Għall-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, dan il-persunal għandu jitqies li għandu l-kwalifiki xierqa biex jagħmel ix-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Il-ħruġ ta’ attestazzjonijiet ta’ taħriġ lill-persunal

1.   Fil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali għandu jinħaseb għal korp ta’ attestazzjoni, liema korp jista’ jinħatar jew mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru nkella minn korpi oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan.

2.   Il-korp ta’ attestazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu joħroġ attestazzjoni ta’ taħriġ lill-persunal li jkun spiċċa kors ta’ taħriġ li jkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness.

3.   L-attestazzjoni ta’ taħriġ għandha tinkludi ta’ lanqas dan li ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ attestazzjoni, l-isem sħiħ tal-persuna li nħarġitilha dik l-attestazzjoni, u numru ta’ reġistrazzjoni;

(b)

ix-xogħol li tista’ tagħmel il-persuna li nħarġitilha l-attestazzjoni ta’ taħriġ;

(ċ)

id-data tal-ħruġ ta’ l-attestazzjoni u l-firma ta’ min ħariġha.

4.   Fejn diġà jeżisti kors ta’ taħriġ li jkopri l-ħiliet minimi u l-għarfien imniżżlin fl-Anness, imma l-attestazzjoni relatata miegħu ma tinkludix l-elementi stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-korp ta’ attestazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista’ joħroġ attestazzjoni ta’ taħriġ lil min diġà għandu din il-kwalifika mingħajr il-ħtieġa li dan jerġa’ jsegwi l-kors ta’ taħriġ.

Artikolu 4

Notifika

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa l-4 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħsieb tagħhom li jużaw il-punt (a) jew (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(3) billi jidentifikaw sistemi ta’ kwalifika li diġà jeżistu jew kondizzjonijiet ibbażati fuq l-esperjenza professjonali li, abbażi tagħhom, il-persunal jitqies li għandu l-kwalifiki xierqa.

2.   Sa l-4 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi ta’ attestazzjoni tal-persunal koperti mill-Artikolu 3(1) u tat-titli ta’ l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal li huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(2) u ta’ l-Anness, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 308/2008.

3.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mressqa skond il-paragrafu 2 b’tagħrif ġdid relevanti u jgħadduha lill-Kummissjoni mingħajr telf ta’ żmien.

Artikolu 5

Il-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku

1.   L-Istati Membri għandhom jagħrfu, b’mod reċiproku, l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ maħruġin fi Stati Membri oħrajn b’konformità ma’ l-Artikolu 3.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil min għandu attestazzjoni ta’ taħriġ maħruġa fi Stat Membru ieħor jipprovdi traduzzjoni ta’ l-attestazzjoni f’lingwa oħra uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 6

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12.

(3)  Ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


ANNESS

Ir-rekwiżiti minimi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħiliet u l-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-programmi ta’ taħriġ

Il-kors ta’ taħriġ imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandu jkopri dan li ġej:

(a)

modjul teoretiku kif muri b’(T) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Modjul”,

(b)

modjul prattiku li matulu l-applikant għandu jagħmel il-biċċa xogħol korrispondenti bil-materjal, l-għodda u t-tagħmir relevanti, kif muri b’(P) fil-kolonna msejħa “It-Tip ta’ Modjul”.


L-Għarfien u l-Ħiliet Minimi

It-Tip ta’ Modjul

1.   

It-tħaddim ta’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur, l-impatt ambjentali ta’ refriġeranti b’bażi ta’ gass serra fluworinat u r-regolamenti ambjentali li għandhom x’jaqsmu magħhom

1.1

Għarfien bażiku tat-tħaddim ta’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur

T

1.2

Għarfien bażiku ta’ l-użu u l-karatteristiċi tal-gassijiet serra fluworinati bħala refriġeranti f’sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur, u ta’ l-impatt ta’ l-emissjonijiet ta’ dawn il-gassijiet fuq l-ambjent (kemm hu kbir il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mat-tibdil fil-klima)

T

1.3

Għarfien bażiku tad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 u tad-Direttiva 2006/40/KE.

T

2.   

L-irkupru ta’ gassijiet serra fluworinati b’mod li ma ssirx ħsara lill-ambjent

2.1

Għarfien tal-proċeduri komuni għall-irkupru tal-gassijiet serra fluworinati

T

2.2

L-immaniġġjar ta’ ċilindru tar-refriġerant

P

2.3

It-tqabbid u l-iskonnettjar ta’ sett ta’ rkupru lejn u mill-punti ta’ servizz tas-sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur

P

2.4

It-tħaddim ta’ sett ta’ rkupru

P


3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 308/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni ta’ l-Istati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra fluworinati (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-format tan-notifika għandu jikkonsisti mit-tagħrif essenzjali meħtieġ sabiex jippermetti l-awtentikazzjoni ta’ ċertifikat jew attestazzjoni konformi mar-rekwiżiti minimi u mal-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku stabbiliti mill-Kummissjoni, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006.

(2)

Il-Kummissjoni adottat rekwiżiti minimi u kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal. B’mod partikulari, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ tkessiħ u tagħmir ta’ kondizzjonament ta’ l-arja u ta’ pompi tas-sħana li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (2); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati (3); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku (“switchgear”) b’vultaġġ għoli (4); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir (5); kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’ċerti vetturi bil-mutur (6).

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-formoli li ġejjin għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006:

(1)

il-formola ta’ notifika speċifikata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament għal tagħmir ta’ tkessiħ stazzjonarju, ta’ kondizzjonament ta’ l-arja u ta’ pompi tas-sħana;

(2)

il-formola ta’ notifika speċifikata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għal sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u għall-pompi tat-tifi tan-nar;

(3)

il-formola ta’ notifika speċifikata fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għal tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku b’vultaġġ għoli;

(4)

il-formola ta’ notifika speċifikata fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament għal tagħmir li fih solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat;

(5)

il-formola ta’ notifika speċifikata fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament għal sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  Ara paġna 25 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


ANNESS I

TAGĦMIR TA’ TKESSIĦ STAZZJONARJU, TA’ KONDIZZJONAMENT TA’ L-ARJA U TA’ POMPI TAS-SĦANA

NOTIFIKA

SABIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU JEW JADATTAW IR-REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ U TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-KUMPANIJI U GĦALL-PERSUNAL INVOLUTI F’ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 5(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 842/2006 DWAR ĊERTI GASSIJIET SERRA FLUWORINATI

TAGĦRIF ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(ċ)

Data tan-Notifika

 

PARTI A

Il-Persunal

Is-sistema/i ta’ ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persunal involut fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni jew l-isservisjar, il-kontrolli għat-tnixxija ta’ tagħmir stazzjonarju ta’ tkessiħ, ta’ kondizzjonament ta’ l-arja u ta’ pompi tas-sħana li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati jew fl-irkupru ta’ dawk il-gassijiet minn dan it-tip ta’ tagħmir, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 303/2008 (1).

It-Titlu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta’ Ċertifikazzjoni tal-Persunal (l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI B

Il-Kumpaniji

Is-sistema/i ta’ ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-kumpaniji nvoluti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni jew l-isservisjar ta’ tagħmir stazzjonarju ta’ tkessiħ, ta’ kondizzjonament ta’ l-arja u ta’ pompi tas-sħana li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 8 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 303/2008.

It-Titlu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta’ Ċertifikazzjoni tal-Kumpaniji (l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3.


ANNESS II

SISTEMI STAZZJONARJI TA’ PROTEZZJONI MIN-NAR U POMPI TAT-TIFI TAN-NAR

NOTIFIKA

SABIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ U TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-KUMPANIJI U GĦALL-PERSUNAL INVOLUTI F’ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 5(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 842/2006 DWAR ĊERTI GASSIJIET SERRA FLUWORINATI

TAGĦRIF ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(ċ)

Data tan-Notifika

 

PARTI A

Il-Persunal

Is-sistema/i ta’ ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persunal involut fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni jew l-isservisjar, il-kontrolli għat-tnixxija ta’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati jew fl-irkupru ta’ dawk il-gassijiet minn sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u pompi tat-tifi tan-nar, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 304/2008 (1).

It-Titlu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta’ Ċertifikazzjoni tal-Persunal (l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI B

Il-Kumpaniji

Is-sistema/i ta’ ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-kumpaniji nvoluti fl-istallazzjoni, il-manutenzjoni jew l-isservisjar ta’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 8 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 304/2008.

It-Titlu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta’ Ċertifikazzjoni tal-Kumpaniji (l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12.


ANNESS III

TAGĦMIR GĦAT-TQASSIM TA’ L-ELETTRIKU B’VULTAĠĠ GĦOLI

NOTIFIKA

SABIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ U TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNAL INVOLUT F’ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 5(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 842/2006 DWAR ĊERTI GASSIJIET SERRA FLUWORINATI

TAGĦRIF ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(ċ)

Data tan-Notifika

 

Is-sistema/i ta’ ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persunal involut fl-irkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim ta’ l-elettriku b’vultaġġ għoli, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 4 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 305/2008 (1).

It-Titlu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta’ Ċertifikazzjoni tal-Persunal (l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17.


ANNESS IV

TAGĦMIR LI FIH SOLVENTI B’BAŻI TA’ GASS SERRA FLUWORINAT

NOTIFIKA

SABIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ U TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM GĦALL-PERSUNAL INVOLUT F’ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 5(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 842/2006 DWAR ĊERTI GASSIJIET SERRA FLUWORINATI

TAGĦRIF ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(c)

Data tan-Notifika

 

Is-sistema/i ta’ ċertifikazzjoni li ġejja/ġejjin għall-persunal involut fl-irkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir, tissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 306/2008 (1).

It-Titlu taċ-Ċertifikat

Il-Korp ta’ Ċertifikazzjoni tal-Persunal (l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21.


ANNESS V

SISTEMI TA’ KONDIZZJONAMENT TA’ L-ARJA F’VETTURI BIL-MUTUR

NOTIFIKA

SABIEX L-ISTATI MEMBRI JISTABBILIXXU/JADATTAW IR-REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ U TA’ KWALIFIKA TAGĦHOM GĦALL-PERSUNAL INVOLUT F’ĦIDMIET KOPERTI MILL-ARTIKOLU 5(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 842/2006 DWAR ĊERTI GASSIJIET SERRA FLUWORINATI

TAGĦRIF ĠENERALI

(a)

Stat Membru

 

(b)

Awtorità li qed tagħmel in-Notifika

 

(c)

Data tan-Notifika

 

Il-programm/i ta’ taħriġ li ġej/ġejjin għall-persunal involut fl-irkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur, jissodisfa/jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku mniżżlin fl-Artikoli 2(1) u 5 tar-Regolament (KE) Nru 307/2008 (1).

It-Titlu ta’ l-Attestazzjoni

Il-Korp ta’ Attestazzjoni tal-Persunal (l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25.


3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 309/2008

tat-2 ta’ April 2008

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Isle of Man Manx Loaghtan Lamb (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, it-talba tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Isle of Man Manx Loaghtan Lamb” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

L-Italja ddikjarat l-oppożizzjoni tagħha għal din ir-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u rreferiet b’mod partikolari għar-raġuni għall-oppożiżżjoni msemmija fl-Artikolu 7(3)(a) ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li ma ntlaħqux il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(3)

B'ittra ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet involuti jgħaddu għal konsultazzjonijiet xierqa.

(4)

Intlaħaq ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Italja, li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni b'ittra ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007.

(5)

B’dan il-ftehim, l-Italja tqis li l-informazzjoni pprovduta mir-Renju Unit hija sodisfaċenti, tant hu hekk li l-Italja rtirat l-oppożizzjoni tagħha.

(6)

Il-ftehim milħuq bejn il-partijiet involuti ma jeħtieġx emenda tat-tagħrif ippubblikat skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Għaldaqstant, id-denominazzjoni “Isle of Man Manx Loaghtan Lamb” għandha tiġi rreġistrata skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 3, 6.1.2006, p. 3.


ANNESS

Klassi 1.1

Laħam (u ġewwiena) friska

Ir-RENJU UNIT

Isle of Man Manx Loaghtan Lamb (DPO)


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Marzu 2008

dwar it-tilqim ta’ emerġenza kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-papri mallard fil-Portugall u ċerti miżuri li jirrestrinġu l-movimenti ta’ dawn it-tjur u l-prodotti tagħhom

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1077)

(It-test Portugiż biss huwa awtentiku)

(2008/285/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula l-miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ l-influwenza avjarja fit-tjur tar-razzett jew tjur oħra mrobbija mill-bniedem.

(2)

Sa minn Settembru 2007, seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa f’ċerti rziezet għat-tjur fil-punent ċentrali tal-Portugall, b’mod partikolari f’irziezet tat-tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa. Il-Portugall ħa miżuri skond id-Direttiva 2005/94/KE biex jikkontrolla t-tifrix ta’ din il-marda.

(3)

Il-Portugall wettaq evalwar tar-riskju u identifika li l-irziezet li kellhom il-papri mallard (Anas platyrhynchos) maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa (“papri mallard”), kienu f’riskju kbir ta’ infezzjoni minn virus ta’ l-influwenza avjarja, b’mod partikolari minn kuntatt ma’ tajr selvaġġ u li teżisti theddida sinifikanti u immedjata tat-tifrix ta’ l-influwenza avjarja.

(4)

Sistemi ta’ individwalizzazzjoni minn kmieni u miżuri ta’ bijosigurtà biex jonqos ir-riskju tat-trażmissjoni ta’ l-influwenza avjarja lil qatgħat ta’ tjur huma fis-seħħ fil-Portugall fiż-żoni li ġew definiti minn dan l-Istat Membru bħala żoni ta’ riskju għoli skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi miżuri ta’ bijosigurtà sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta’ l-Influwenza minn għasafar selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom għal tjur ta’ l-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta’ individwalizzazzjoni minn kmieni f’żoni b’riskju partikolari (2).

(5)

Fir-rigward tal-kummerċ fit-tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa, il-Portugall ħa miżuri addizzjonali skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/605/KE tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ kummerċ intrakomunitarju tat-tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvista ta’ annimali tal-kaċċa (3).

(6)

Il-Portugall, permezz ta’ ittra ddatata l-25 ta’ Jannar 2008, bagħat pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u verżjoni riveduta ta’ dan il-pjan intbagħtet fil-31 ta’ Jannar 2008.

(7)

Skond dan il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza, il-Portugall għandu l-ħsieb li jintroduċi tilqim ta’ emerġenza f’razzett wieħed fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo, Ribatejo Norte, Vila Nova da Barquinha li jrabbi papri mallard ta’ valur għar-riproduzzjoni, billi juża vaċċin bivalenti kontra l-virus ta’ l-influwenza avjarja tas-sottotipi H7 u H5 li għandu jiġi applikat sal-31 ta’ Lulju 2008.

(8)

Fl-opinjonijiet xjentifiċi tiegħu dwar l-użu tat-tilqim għall-kontroll ta’ l-influwenza avjarja maħruġa mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari fl-2005 (4) u l-2007 (5), il-Bord tas-Saħħa u l-Benessri ta’ l-Annimali qal li t-tilqim ta’ emerġenza u prevenzjoni kontra l-influwenza avjarja huwa għodda siewja biex iżżid mal-miżuri ta’ kontroll għal din il-marda.

(9)

Barra minn dan, il-Kummissjoni eżaminat il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza mibgħut mill-Portugall, flimkien ma’ l-awtoritajiet Portugiżi, u wara l-emenda tagħha hija sodisfatta li dan jikkonforma mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti. Fid-dawl tal-qagħda epidemika fir-rigward ta’ l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-Portugall, it-tip ta’ razzett li se jitlaqqam u l-ambitu limitat tal-pjan ta’ tilqim, huwa xieraq li l-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza mibgħut mill-Portugall jiġi approvat biex iżid mal-miżuri ta’ kontroll diġà meħuda minn dan l-Istat Membru.

(10)

Għall-għanijiet tat-tilqim ta’ emerġenza li se jitwettqu mill-Portugall, għandhom jintużaw biss vaċċini awtorizzati skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (6) jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u dak veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (7).

(11)

Barra minn hekk, għandu jkun hemm sorveljanza u monitoraġġ fir-razzett li jżomm il-papri mallard imlaqqma u fl-irziezet tat-tjur mhux imlaqqma, kif stabbilit fil-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza.

(12)

Huwa xieraq ukoll li jiġu introdotti ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-papri mallard imlaqqma, il-bajd għat-tfaqqis tagħhom u papri mallard li joħorġu minn tjur imlaqqam. Minħabba numru żgħir ta’ papri mallard preżenti fir-razzett fejn se jseħħ it-tilqim ta’ emerġenza, kif ukoll minħabba raġunijiet ta’ traċċabbiltà u loġistika, għasafar imlaqqma ma għandhomx jitneħħew minn dan ir-razzett.

(13)

Sabiex jitnaqqas l-impatt ekonomiku fuq ir-razzett ikkonċernat għandhom jiġu previsti ċerti derogi minn restrizzjonijiet ta’ moviment għal papri mallard li joħorġu minn papri mallard imlaqqma, minħabba li movimenti bħal dawn ma huma ta’ l-ebda riskju speċifiku għat-tifrix tal-marda u dan sakemm ikun hemm miżuri ta’ sorveljanza u monitoraġġ u jkun hemm konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għal kummerċ intrakomunitarju.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistipula ċerti miżuri li se jiġu applikati fil-Portugall fejn jitwettaq tilqim ta’ emerġenza ta’ papri mallard (Anas platyrhynchos) maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa (“papri mallard”) f’razzett, li jinsab f’riskju partikolari għall-introduzzjoni ta’ l-influwenza avjarja. Dawn il-miżuri jinkludu ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment ġewwa l-Portugall u t-tqassim mill-Portugall tal-papri mallard imlaqqma, il-bajd għat-tfaqqis tagħhom u papri mallard li joħorġu minnhom.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ ħarsien li se jittieħdu mill-Portugall skond id-Direttiva 2005/94/KE u d-Deċiżjoni 2006/605/KE.

Artikolu 2

Approvazzjoni tal-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza

1.   Il-pjan għal tilqim ta’ emerġenza kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fil-Portugall, kif mibgħut mill-Portugall lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Jannar 2008, fil-verżjoni riveduta tiegħu mibgħuta fil-31 ta’ Jannar 2008, li se jiġi implimentat f’razzett fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo, Ribatejo Norte, Vila Nova da Barquinha sal-31 ta’ Lulju 2008 (“il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza”) huwa approvat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza

1.   Il-Portugall għandu jiżgura li l-papri mallard jigu mlaqqma skond il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza b’vaċċin eterologu bivalenti inattivat li fih is-sottotip H5 u s-sottotip H7 ta’ l-influwenza avjarja awtorizzat minn dan l-Istat Membru skond id-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

2.   Il-Portugall għandu jiżgura li jkun hemm sorveljanza u monitoraġġ fir-razzett li jżomm il-papri mallard imlaqqma u fl-irziezet tat-tjur mhux imlaqqma, kif stabbilit fil-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza.

3.   Il-Portugall għandu jiżgura li l-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza jiġi implimentat b’mod effiċjenti.

Artikolu 4

Immarkar u restrizzjonijiet fuq il-moviment, it-tqassim u r-rimi ta’ papri mallard imlaqqma

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li papri mallard imlaqqma miżmuma fir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1):

(a)

huma mmarkati individwalment;

(b)

ma jitmexxewx f’irziezet tat-tjur fil-Portugall jew jintbagħtu fi Stati Membri oħrajn.

Wara l-perjodu ta’ riproduzzjoni tagħhom, dawn il-papri għandhom jinqatlu b’mod uman fl-irziezet imsemmija fl-Artikolu 2(1) u l-iġsma tagħhom għandhom jintremew b’mod sikur.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet fuq il-moviment u t-tqassim ta’ bajd ta’ tfaqqis li joriġinaw mir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li bajd tat-tfaqqis li joriġina minn papri mallard fir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1) jista’ jittieħed biss f’mafqas fil-Portugall u mhux jintbagħat fi Stati Membri oħrajn.

Artikolu 6

Restrizzjonijiet fuq il-moviment u t-tqassim ta’ papri mallard li joħorġu minn papri mallard imlaqqma

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li papri mallard li joħorġu minn papri mallard imlaqqma jistgħu jitmexxew biss wara t-tfaqqis għal razzett li jinsab fiż-żona ta’ monitoraġġ stabbilita fil-Portugall madwar ir-razzett imsemmi fl-Artikolu 2(1), kif stipulat fil-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 u sakemm il-papri mallard maħruġa minn papri mallard imlaqqma għandhom aktar minn erba’ xhur, dawn jistgħu:

(a)

jinħelsu f’ambjent selvaġġ fil-Portugall, jew

(b)

jintbagħtu fi Stati Membri oħrajn, dan sakemm:

(i)

ir-riżultati tal-miżuri ta’ sorveljanza u ta’ monitoraġġ stipulati fil-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza, inklużi t-testijiet tal-laboratorju, huma favorevoli; kif ukoll

(ii)

il-kundizzjonijiet għat-tqassim tat-tjur għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa stipulati fid-Deċiżjoni 2006/605/KE huma sodisfatti.

Artikolu 7

Ċertifikazzjoni tas-saħħa għal kummerċ intrakomunitarju ta’ papri mallard maħruġa minn papri mallard imlaqqma

Il-Portugall għandu jiżgura li ċ-ċertifikati tas-saħħa għal kummerċ intrakomunitarju ta’ tjur maħsuba għall-popolament mill-ġdid tal-provvisti tat-tjur tal-kaċċa msemmija fl-Artikolu 6(2)(b) jinkludu s-sentenza li ġejja:

“Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimal ta’ din il-kunsinna huma konformi mad-Deċiżjoni 2008/285/KE”.

Artikolu 8

Rapporti

Il-Portugall għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza fi żmien xahar mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jressaq rapport kull tliet xhur lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali minn hemm ‘il quddiem.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(2)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/803/KE (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 42).

(3)  ĠU L 246, 8.9.2006, p. 12.

(4)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2005) 266, 1-21; Scientific Opinion on Animal health and welfare aspects of Avian Influenza.

(5)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 489, Scientific Opinion on Vaccination against avian influenza of H5 and H7 subtypes in domestic poultry and captive birds.

(6)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(7)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).


Corrigendum

3.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 92/40


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 163/2008 tat-22 ta’ Frar 2008 li jikkonċerna awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Lanthanum carbonate octahydrate (Lantharenol) bħala addittiv fl-għalf

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 50, tat-23 ta' Frar 2008 )

F'paġna 5, fit-tabella taħt “Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni”

minflok:

“6 ta’ Marzu 2018”

aqra:

“14 ta’ Marzu 2018”.