ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
27 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 274/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 275/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 276/2008 tas-26 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Parlament Ewropew u Kunsill

 

 

2008/267/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-UE dwar l-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

7

 

 

Kunsill

 

 

2008/268/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awditur estern ta’ Suomen Pankki

8

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/269/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1072)  ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 274/2008

tas-17 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Oġġetti importati b’eżenzjoni mid-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni (TDK) kif previst mir-Regolament (KEE) Nru 918/83 (1), m’għandhomx ikollhom effetti inġurjużi sinifikanti fuq l-industrija Komunitarja minħabba r-restrizzjonijiet dwar il-kwantitajiet jew valuri importati, l-użu tagħhom u/jew għal kontrolli doganali wara l-importazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-importazzjonijiet ta’ oġġetti li jibbenefikaw minn eżenzjoni mid-dazju jkunu esklużi mill-applikazzjoni ta’ miżuri li jipproteġu l-kummerċ imposta abbażi ta’ l-Artikolu 133 tat-Trattat.

(2)

Importazzjonijiet ta’ affarijiet tad-dar biex jgħammru residenza sekondarja huma soġġetti għall-istess restrizzjonijiet u kontrolli bħall-istess oġġetti importati minn persuni fiżiċi li jitrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż terz. Għalkemm jinħoloq l-istess piż amministrattiv għall-persuni li jimportaw u l-amministrazzjonijiet doganali fl-Istati Membri, il-forom ta’ importazzjonijiet ta’ qabel ma jibbenefikawx mill-eżenzjoni fuq taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) waqt dawk ta’ l-aħħar jibbenefikaw. Barra minn hekk, il-benefiċċji ekonomiċi ta’ ħelsien mid-dazju fuq importazzjonijiet ta’ affarijiet tad-dar biex jgħammru residenza sekondarja huma żgħar meta mqabbla ma’ l-infiq supplimentari tal-kontrolli. Huwa għalhekk xieraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet dwar il-ħelsien mid-dazju doganali għal dawk l-oġġetti.

(3)

Il-limitu tal-valur ta’ ECU 22 li huwa stabbilit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 ma ġiex miżjud mill-1991, waqt li fl-istess ħin id-dazji doganali tnaqqsu b’mod sinifikattiv jew anke kienu aboliti. Għalhekk, huwa xieraq li l-limitu tal-valur għal konsenji ta’ valur żgħir jiġi miżjud.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-ebda importazzjoni ta’ oġġetti eżentati mill-VAT li jinsabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi ma tkun soġġetta għal dazji doganali, id-dispożizzjonijiet għal dawk l-importazzjonijiet tar-Regolament (KEE) 918/83 għandhom jiġu emendati biex iqisu d-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (2). Huwa għalhekk xieraq li tingħata eżenzjoni minn dazji doganali fejn il-liġi nazzjonali tal-VAT implimentata skond id-Direttiva 2007/74/KE, tipprovdi għal eżenzjoni mill-VAT. F’dan il-kuntest jeħtieġ li jkun żgurat li l-istess dispożizzjonijiet għal ħelsien mid-dazju japplikaw fit-territorji stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3).

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament jistipula dawk il-każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi speċjali, ħelsien minn dazji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u miżuri adottati abbażi l-Artikolu 133 tat-Trattat għandhom jingħataw rispettivament meta oġġetti huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew jiġu esportati mit-territorju doganali tal-Komunità.”;

(2)

fil-Kapitolu I, it-Titolu IV għandu jiġi mħassar;

(3)

fl-Artikolu 27 il-valur ta’ l-ECU 22 għandu jiġi sostitwit b’EUR 150;

(4)

l-Artikolu 45 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 45

Oġġetti li jinstabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż terz għandhom jiddaħlu ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni, sakemm dawn l-importazzjonijiet huma eżentati minn taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (*).

Oġġetti importati f’territorji elenkati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (**) għandhom ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju bħall-oġġetti importati fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

(*)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6."

(**)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/78/KE (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11).”;"

(5)

l-Artikoli 46 sa 49 għandhom jiġu mħassra;

(6)

fl-Artikolu 127, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Oġġetti li jistgħu jiġu importati taħt ħelsien minn dazji skond dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi applikati skond il-miżuri adottati abbażi ta’ l-Artikolu 133 tat-Trattat.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003

(2)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2008/8/KE (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11).


27.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 275/2008

tas-17 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

It-taqsima II D tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-nomenklatura magħquda stipulati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) tipprovdi għal rata standard ta’ dazju doganali li jrid jitħallas bir-rata fissa ta’ 3,5 % ad valorem fuq oġġetti mibgħuta f’konsenji żgħar lil individwi privati jew li jinstabu f’bagalji privati ta’ vjaġġaturi, sakemm dawn l-importazzjonijiet mhumiex ta’ natura kummerċjali u li l-valur totali tagħhom ma jaċċedix EUR 350 kull konsenja jew kull vjaġġatur.

(2)

Ir-rata fissa ta’ 3,5 % ad valorem u l-limitu massimu ta’ EUR 350 ġew stipulati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/97 tat-12 ta’ Mejju 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika (2). Dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx aġġustati minn dak inhar.

(3)

Mill-1997 r-rati tad-dazji doganali għal oġġetti normalment importati minn vjaġġaturi fil-bagalji personali tagħhom jew mibgħuta f’konsenji żgħar lil individwi privati tnaqsu b’madwar 20 %. Huwa għalhekk xieraq li r-rata standard titnaqqas b’1 % għal 2,5 %. Din ir-rata għandha tapplika biss għal oġġetti importati li r-rata ta’ Tariffa Doganali Komuni tagħhom mhix “eżentata”.

(4)

Meta tqis l-iżvilupp ta’ l-inflazzjoni tal-prezzijiet kemm fi u barra mill-Komunità għal prodotti normalment importati f’dawn l-okkażjonijiet u minħabba l-għadd akbar ta’ vjaġġaturi u konsenji privati, huwa xieraq li jiġi adattat limitu massimu ta’ EUR 700 sabiex jiffaċilita l-approvazzjoni doganali f’dawn is-sitwazzjonijiet.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I, il-Parti 1 tat-Taqsima II tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-Punt D.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(1)

Id-dazju doganali għandu jitħallas bir-rata fissa ta’ 2,5 % ad valorem fuq oġġetti li jinstabu f’konsenji mibgħuta minn individwi, wieħed għall-ieħor, jew li jinstabu f’bagalji personali ta’ vjaġġaturi, sakemm dawn l-importazzjonijiet mhumiex ta’ natura kummerċjali.

Din ir-rata fissa ta’ 2,5 % dazju doganali għandha tapplika, sakemm il-valur intrinsiku ta’ l-oġġetti soġġetti għal dazji ta’ importazzjoni ma jaqbiżx EUR 700 għal kull konsenja jew għal kull vjaġġatur.

Din il-valutazzjoni b’rata fissa ma għandhiex tapplika għal oġġetti li għalihom ir-rata tad-dazju fl-iskeda ta’ dazji doganali hija ‘eżentata’ u għal oġġetti tal-Kapitolu 24 li jinstabu f’konsenja jew f’bagalji personali tal-passiġġieri f’ammonti li jeċċedu dawk elenkati fl-Artikolu 31 jew skond l-Artikolu 45 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta’ Marzu 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali (*).

(*)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003.”"

(2)

fil-punt D.3. “L-Artikoli 29 sa 31 u 45 sa 49 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83” għandha tiġi sostitwita bl-“Artikoli 29 sa 31 u 45 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83.”

(3)

Fil-punt D.4. “EUR 350” għandha tiġi sostitwita bi “EUR 700”.

(4)

Fil-punt D.5. “EUR 350” għandha tġi sostitwita bi “EUR 700”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 124, 16.5.1997, p. 1.


27.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 276/2008

tas-26 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

56,9

MA

46,9

TN

123,3

TR

109,9

ZZ

84,3

0707 00 05

JO

196,3

MA

69,9

MK

99,4

TR

141,9

ZZ

126,9

0709 90 70

MA

55,7

TR

107,4

ZZ

81,6

0805 10 20

EG

45,0

IL

54,1

MA

54,6

TN

53,7

TR

56,9

ZZ

52,9

0805 50 10

IL

106,7

TR

119,8

ZA

133,3

ZZ

119,9

0808 10 80

AR

102,6

BR

82,4

CA

103,7

CL

94,2

CN

79,3

MK

39,9

US

115,3

UY

55,2

ZA

62,3

ZZ

81,7

0808 20 50

AR

78,8

CL

76,9

CN

63,2

ZA

93,7

ZZ

78,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Parlament Ewropew u Kunsill

27.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85/7


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-UE dwar l-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2008/267/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa l-ammont annwali massimu ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)

Ir-Renju Unit ippreżenta talba bil-għan li jimmobilizza l-Fond, dwar diżastru kkawżat minn għargħar f'Ġunju u f’Lulju 2007,

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 162 387 985 fi krediti ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


Kunsill

27.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awditur estern ta’ Suomen Pankki

(2008/268/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Jannar 2008 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-awditur estern ta’ Suomen Pankki (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

Ġaladarba l-mandat ta’ l-awditur estern ta’ bħalissa ta’ Suomen Pankki jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2007, jeħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2008.

(3)

Suomen Pankki għażel lill-KPMG Oy Ab bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

(4)

Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li KPMG Oy Ab għandu jinħatar bħala l-awditur estern ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(11) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“11.   KPMG Oy Ab hija b’dan approvata bħala l-awditur estern ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU C 29, 1.2.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/883/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 20).


Kummissjoni

27.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 85/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1072)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/269/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ annimali li jolqtu l-kummerċ intrakomunitarju fil-bovini u s-swini (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi programmi nazzjonali obbligatorji għal ċertu mard li jittieħed, inkluża l-marda Aujeszky, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprovdi għall-Istati Membri biex jippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummisjoni li tikkonċerna l-istatus ta’ dak il-mard li jinsab fit-territorju tagħhom.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u t-tneħħija tad-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (2), fiha lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit fl-Anness I inkluż fiha. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE jinkludi lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huwa stabbilit programm ta’ kontroll ta’ mard għal dik il-marda.

(3)

Programm għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky kien ġie implimentat fi Franza għal bosta snin u d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord huma elenkati bħala reġjuni fejn huwa stabbilit programm approvat għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky.

(4)

Franza ressqet dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-istatus ħieles mill-marda ta’ Aujeszky tad-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord li turi li l-marda ġiet eradikata minn dawk id-dipartimenti.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn Franz au sabitha konformi ma’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Skond dan, dawk id-dipartimenti għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2001/618/KE.

(6)

Id-Deċiżjoni 2001/618/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE.


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute-Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire-de-Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

CY

Ċipru

It-territorju sħiħ

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

It-territorju sħiħ

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Galles

ANNESS II

Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky huma stabbiliti

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

It-territorju sħiħ

ES

Spanja

It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja

It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità awtonoma ta’ Castilla y León.

It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji

IT

L-Italja

Il-provinċja ta’ Bolzano

NL

L-Olanda

It-territorju sħiħ