ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 85 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Parlament Ewropew u Kunsill |
|
|
|
2008/267/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/268/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/269/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1072) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
27.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 85/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 274/2008
tas-17 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Oġġetti importati b’eżenzjoni mid-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni (TDK) kif previst mir-Regolament (KEE) Nru 918/83 (1), m’għandhomx ikollhom effetti inġurjużi sinifikanti fuq l-industrija Komunitarja minħabba r-restrizzjonijiet dwar il-kwantitajiet jew valuri importati, l-użu tagħhom u/jew għal kontrolli doganali wara l-importazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-importazzjonijiet ta’ oġġetti li jibbenefikaw minn eżenzjoni mid-dazju jkunu esklużi mill-applikazzjoni ta’ miżuri li jipproteġu l-kummerċ imposta abbażi ta’ l-Artikolu 133 tat-Trattat. |
(2) |
Importazzjonijiet ta’ affarijiet tad-dar biex jgħammru residenza sekondarja huma soġġetti għall-istess restrizzjonijiet u kontrolli bħall-istess oġġetti importati minn persuni fiżiċi li jitrasferixxu l-post ta’ residenza normali tagħhom minn pajjiż terz. Għalkemm jinħoloq l-istess piż amministrattiv għall-persuni li jimportaw u l-amministrazzjonijiet doganali fl-Istati Membri, il-forom ta’ importazzjonijiet ta’ qabel ma jibbenefikawx mill-eżenzjoni fuq taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) waqt dawk ta’ l-aħħar jibbenefikaw. Barra minn hekk, il-benefiċċji ekonomiċi ta’ ħelsien mid-dazju fuq importazzjonijiet ta’ affarijiet tad-dar biex jgħammru residenza sekondarja huma żgħar meta mqabbla ma’ l-infiq supplimentari tal-kontrolli. Huwa għalhekk xieraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet dwar il-ħelsien mid-dazju doganali għal dawk l-oġġetti. |
(3) |
Il-limitu tal-valur ta’ ECU 22 li huwa stabbilit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 ma ġiex miżjud mill-1991, waqt li fl-istess ħin id-dazji doganali tnaqqsu b’mod sinifikattiv jew anke kienu aboliti. Għalhekk, huwa xieraq li l-limitu tal-valur għal konsenji ta’ valur żgħir jiġi miżjud. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ebda importazzjoni ta’ oġġetti eżentati mill-VAT li jinsabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi ma tkun soġġetta għal dazji doganali, id-dispożizzjonijiet għal dawk l-importazzjonijiet tar-Regolament (KEE) 918/83 għandhom jiġu emendati biex iqisu d-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (2). Huwa għalhekk xieraq li tingħata eżenzjoni minn dazji doganali fejn il-liġi nazzjonali tal-VAT implimentata skond id-Direttiva 2007/74/KE, tipprovdi għal eżenzjoni mill-VAT. F’dan il-kuntest jeħtieġ li jkun żgurat li l-istess dispożizzjonijiet għal ħelsien mid-dazju japplikaw fit-territorji stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3). |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament jistipula dawk il-każijiet li fihom, minħabba ċirkustanzi speċjali, ħelsien minn dazji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u miżuri adottati abbażi l-Artikolu 133 tat-Trattat għandhom jingħataw rispettivament meta oġġetti huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew jiġu esportati mit-territorju doganali tal-Komunità.”; |
(2) |
fil-Kapitolu I, it-Titolu IV għandu jiġi mħassar; |
(3) |
fl-Artikolu 27 il-valur ta’ l-ECU 22 għandu jiġi sostitwit b’EUR 150; |
(4) |
l-Artikolu 45 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 45 Oġġetti li jinstabu fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż terz għandhom jiddaħlu ħielsa minn dazji ta’ importazzjoni, sakemm dawn l-importazzjonijiet huma eżentati minn taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (*). Oġġetti importati f’territorji elenkati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (**) għandhom ikunu soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet dwar ħelsien mid-dazju bħall-oġġetti importati fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat. (*) ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6." (**) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/78/KE (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11).”;" |
(5) |
l-Artikoli 46 sa 49 għandhom jiġu mħassra; |
(6) |
fl-Artikolu 127, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Oġġetti li jistgħu jiġu importati taħt ħelsien minn dazji skond dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi applikati skond il-miżuri adottati abbażi ta’ l-Artikolu 133 tat-Trattat.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003
(2) ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6.
(3) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2008/8/KE (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11).
27.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 85/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 275/2008
tas-17 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
It-taqsima II D tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-nomenklatura magħquda stipulati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) tipprovdi għal rata standard ta’ dazju doganali li jrid jitħallas bir-rata fissa ta’ 3,5 % ad valorem fuq oġġetti mibgħuta f’konsenji żgħar lil individwi privati jew li jinstabu f’bagalji privati ta’ vjaġġaturi, sakemm dawn l-importazzjonijiet mhumiex ta’ natura kummerċjali u li l-valur totali tagħhom ma jaċċedix EUR 350 kull konsenja jew kull vjaġġatur. |
(2) |
Ir-rata fissa ta’ 3,5 % ad valorem u l-limitu massimu ta’ EUR 350 ġew stipulati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/97 tat-12 ta’ Mejju 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika (2). Dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx aġġustati minn dak inhar. |
(3) |
Mill-1997 r-rati tad-dazji doganali għal oġġetti normalment importati minn vjaġġaturi fil-bagalji personali tagħhom jew mibgħuta f’konsenji żgħar lil individwi privati tnaqsu b’madwar 20 %. Huwa għalhekk xieraq li r-rata standard titnaqqas b’1 % għal 2,5 %. Din ir-rata għandha tapplika biss għal oġġetti importati li r-rata ta’ Tariffa Doganali Komuni tagħhom mhix “eżentata”. |
(4) |
Meta tqis l-iżvilupp ta’ l-inflazzjoni tal-prezzijiet kemm fi u barra mill-Komunità għal prodotti normalment importati f’dawn l-okkażjonijiet u minħabba l-għadd akbar ta’ vjaġġaturi u konsenji privati, huwa xieraq li jiġi adattat limitu massimu ta’ EUR 700 sabiex jiffaċilita l-approvazzjoni doganali f’dawn is-sitwazzjonijiet. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I, il-Parti 1 tat-Taqsima II tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Il-Punt D.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
(*) ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003.”" |
(2) |
fil-punt D.3. “L-Artikoli 29 sa 31 u 45 sa 49 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83” għandha tiġi sostitwita bl-“Artikoli 29 sa 31 u 45 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83.” |
(3) |
Fil-punt D.4. “EUR 350” għandha tiġi sostitwita bi “EUR 700”. |
(4) |
Fil-punt D.5. “EUR 350” għandha tġi sostitwita bi “EUR 700”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).
(2) ĠU L 124, 16.5.1997, p. 1.
27.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 85/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 276/2008
tas-26 ta’ Marzu 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
56,9 |
MA |
46,9 |
|
TN |
123,3 |
|
TR |
109,9 |
|
ZZ |
84,3 |
|
0707 00 05 |
JO |
196,3 |
MA |
69,9 |
|
MK |
99,4 |
|
TR |
141,9 |
|
ZZ |
126,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
55,7 |
TR |
107,4 |
|
ZZ |
81,6 |
|
0805 10 20 |
EG |
45,0 |
IL |
54,1 |
|
MA |
54,6 |
|
TN |
53,7 |
|
TR |
56,9 |
|
ZZ |
52,9 |
|
0805 50 10 |
IL |
106,7 |
TR |
119,8 |
|
ZA |
133,3 |
|
ZZ |
119,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
102,6 |
BR |
82,4 |
|
CA |
103,7 |
|
CL |
94,2 |
|
CN |
79,3 |
|
MK |
39,9 |
|
US |
115,3 |
|
UY |
55,2 |
|
ZA |
62,3 |
|
ZZ |
81,7 |
|
0808 20 50 |
AR |
78,8 |
CL |
76,9 |
|
CN |
63,2 |
|
ZA |
93,7 |
|
ZZ |
78,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Parlament Ewropew u Kunsill
27.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 85/7 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-UE dwar l-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(2008/267/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn katastrofi. |
(2) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa l-ammont annwali massimu ta’ EUR 1 biljun. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond. |
(4) |
Ir-Renju Unit ippreżenta talba bil-għan li jimmobilizza l-Fond, dwar diżastru kkawżat minn għargħar f'Ġunju u f’Lulju 2007, |
JIDDEĊIEDU:
Artikolu 1
Fil-qafas tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 162 387 985 fi krediti ta' impenn u ta' ħlas.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
Kunsill
27.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 85/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awditur estern ta’ Suomen Pankki
(2008/268/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2008/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Jannar 2008 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-awditur estern ta’ Suomen Pankki (1),
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Ġaladarba l-mandat ta’ l-awditur estern ta’ bħalissa ta’ Suomen Pankki jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2007, jeħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2008. |
(3) |
Suomen Pankki għażel lill-KPMG Oy Ab bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012. |
(4) |
Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li KPMG Oy Ab għandu jinħatar bħala l-awditur estern ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(11) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“11. KPMG Oy Ab hija b’dan approvata bħala l-awditur estern ta’ Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(2) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/883/KE (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 20).
Kummissjoni
27.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 85/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1072)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/269/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ annimali li jolqtu l-kummerċ intrakomunitarju fil-bovini u s-swini (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi programmi nazzjonali obbligatorji għal ċertu mard li jittieħed, inkluża l-marda Aujeszky, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprovdi għall-Istati Membri biex jippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummisjoni li tikkonċerna l-istatus ta’ dak il-mard li jinsab fit-territorju tagħhom. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u t-tneħħija tad-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (2), fiha lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit fl-Anness I inkluż fiha. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE jinkludi lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huwa stabbilit programm ta’ kontroll ta’ mard għal dik il-marda. |
(3) |
Programm għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky kien ġie implimentat fi Franza għal bosta snin u d-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord huma elenkati bħala reġjuni fejn huwa stabbilit programm approvat għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky. |
(4) |
Franza ressqet dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-istatus ħieles mill-marda ta’ Aujeszky tad-dipartimenti ta’ Côtes-d’Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord li turi li l-marda ġiet eradikata minn dawk id-dipartimenti. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn Franz au sabitha konformi ma’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Skond dan, dawk id-dipartimenti għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2001/618/KE. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2001/618/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
(2) ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE.
ANNESS
ANNESS I
Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
DK |
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
DE |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
FR |
Franza |
Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute-Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire-de-Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines |
CY |
Ċipru |
It-territorju sħiħ |
LU |
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
AT |
L-Awstrija |
It-territorju sħiħ |
SK |
Is-Slovakkja |
Ir-reġjuni kollha |
FI |
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
SE |
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Galles |
ANNESS II
Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky huma stabbiliti
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
BE |
Il-Belġju |
It-territorju sħiħ |
ES |
Spanja |
It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità awtonoma ta’ Castilla y León. It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji |
IT |
L-Italja |
Il-provinċja ta’ Bolzano |
NL |
L-Olanda |
It-territorju sħiħ |