ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 80 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
Paġna |
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
|
2008/210/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/211/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/212/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/213/KE |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Il-Kunsill
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 80/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea ma' l-Albanija u t-tħassir tad-Deċiżjoni 2006/54/KE
(2008/210/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar il-ħolqien ta' Sħubiji fil-qafas tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (1), kif emendat l-aħħar, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 approva l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz sabiex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 jipprovdi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fis-Sħubiji, kif ukoll dwar tibdiliet sussegwenti. Ir-Regolament jiddikjara wkoll li s-segwitu għas-Sħubiji Ewropej se jkun żgurat permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti skond il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-aktar permezz tar-rapporti annwali ta' progress. |
(3) |
Il-Kunsill adotta it-tieni Sħubija Ewropea ma' l-Albanija fit-30 ta' Jannar ta' l-2006 (2). |
(4) |
Id-Dokument tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija għat-tkabbir u l-isfidi ewlenin għal matul il-perjodu 2006–2007 indika li s-Sħubiji kellhom jiġu aġġornati fl-aħħar ta' l-2007. |
(5) |
Fis-17 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (3) li jistabbilixxi strument għall-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni (IPA), li jġedded il-qafas għall-għajnuna finanzjarja għal qabel l-adeżjoni. |
(6) |
Huwa xieraq għalhekk li tiġi adottata Sħubija Ewropea riveduta li taġġorna s-Sħubija attwali sabiex jiġu identifikati prijoritajiet imġedda għal ħidma ulterjuri, fuq il-bażi tas-sejbiet tar-Rapport ta' Progress ta' l-2007 dwar it-tħejjijiet ta' l-Albanija għal integrazzjoni ulterjuri ma' l-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Sabiex iħejju għal integrazzjoni akbar ma' l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti Albaniżi għandhom jiżviluppaw pjan bi skeda u b'miżuri speċifiċi sabiex jindirizzaw il-prijoritajiet ta' din is-Sħubija Ewropea. |
(8) |
Għandha għalhekk tiġi mħassra d-Deċiżjoni 2006/54/KE, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea ma' l-Albanija huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tkun eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti bil-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, l-aktar ir-rapporti annwali ta' progress preżentati mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2006/54/KE għandha tiġi mħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 18 ta' Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 269/2006 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 7).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/54/KE tat-30 ta' Jannar 2006 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea ma' l-Albanija u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/519/KE (ĠU L 35, 7.2.2006, p. 1).
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
ANNESS
SĦUBIJA EWROPEA 2007 TA' L-ALBANIJA
1. INTRODUZZJONI
Il-Kunsill Ewropew endorsja l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz biex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Is-sħubija riveduta proposta taġġorna lit-tieni waħda, abbażi tas-sejbiet tar-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni ta' l-2007 dwar l-Albanija. Din tidentifika prijoritajiet ġodda u pendenti għal azzjoni. Il-prijoritajiet il-ġodda huma adattati għall-ħtiġiet speċifiċi u l-istadju ta' tħejjija tal-pajjiż, u jkunu aġġornati skond il-ħtieġa. L-Albanija mistennija tiżviluppa pjan li jinkludi skeda ta' żmien u miżuri speċifiċi maħsuba biex jindirizzaw il-prijoritajiet ta' Sħubija Ewropea. Is-Sħubija Ewropea tipprovdi wkoll gwida għal għajnuna finanzjarja lill-pajjiż.
2. PRINĊIPJI
Il-Proċess ta' Stabbilizazzjoni u Assoċjazzjoni jibqa' l-qafas għall-mixja Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, matul it-triq kollha li twassal għas-sħubija futura tagħhom. Il-prijioritajiet identifikati għall-Albanija jirrelataw mal-kapaċità tagħha li tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen ta' l-1993 u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Proċess ta' Stabbilizazzjoni u Assoċjazzjoni, speċjalment il-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997 u l-21 u t-22 ta' Ġunju 1999, id-dikjarazzjoni finali tas-Summit ta' Żagreb ta' l-24 ta' Novembru 2000 u l-Aġenda ta' Tessaloniki.
3. PRIJORITAJIET
Il-prijoritajiet elenkati f'din is-Sħubija Ewropea intgħażlu abbażi li hu realistiku li jkun mistenni li l-Albanija tkun tista' twettaqhom jew tmexxihom sostanzjalement 'il quddiem fil-ftit snin li ġejjin. Hemm distinzjoni bejn il-prijoritajiet fuq terminu qasir, li huma mistennija li jintlaħqu fi żmien sena jew sentejn, u l-prijoritajiet fuq perijodu medju, li huma mistennija li jintlaħqu fi żmien tlieta għal erba' snin. Il-prijoritajiet jikkonċernaw kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-prijoritajiet, huwa ċar li hemm kompiti oħrajn li l-Albanija trid twettaq u li jistgħu jsiru prijoritajiet fi kwalunkwe sħubija futura, filwaqt li jitqies ukoll il-progress futur li jkun sar mill-Albanija.
Fost il-prijoritajiet fuq terminu qasir, il-prijoritajiet ewlenin ġew identifikati u miġbura flimkien fil-bidu tal-lista. L-ordni ta' dawn il-prijoritajiet prinċipali ma timplikax klassifika ta' l-importanza tagħhom.
3.1. PRIJORITAJIET FUQ TERMINU QASIR
Prijoritajiet ewlenin
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fit-tħejjija għall-implimentazzjoni ta' l-impenji tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) u tal-Ftehim Temporanju (FT). |
— |
Jiġi promoss djalogu kostruttiv bejn il-partiti politiċi kif ukoll mal-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni tar-riformi. |
— |
Jiżdiedu l-indipendenza, ir-responsabbiltà u t-trasparenza tas-sistema ġudizzjarja, inkluż bit-trawwim tal-protezzjoni kostituzzjonali ta' l-imħallfin, il-ħatra ta' mħallfin u prosekuturi abbażi ta' eżamijiet kompetittivi, l-istabbiliment ta' sistema meritokratika ta' evalwazzjoni għall-prosekuturi u d-definizzjoni ta' regoli oġġettivi għall-allokazzjoni ta' kawżi lill-imħallfin. |
— |
Jiġu implimentati l-istrateġiji għal kontra l-korruzzjoni 2007-2013 u r-rakkomandazzjonijiet ifformulati fir-rapport ta' evalwazzjoni 2005 mill-Grupp ta' Stati tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Kontra l-Korruzzjoni u jiġu investigati u mressqa għall-prosekuzzjoni l-każijiet ta' korruzzjoni fil-korp tal-pulizija u fis-sistema ġudizzjarja b ħeġġa xierqa. |
— |
Jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet dear l-elezzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-OSCE, b'mod partikolari bit-titjib fil-listi tal-votanti u l-emendar tal-kodiċi elettorali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, fi żmien debitu għall-elezzjonijiet parlamentari li jmiss. |
— |
Tissaħħaħ aktar il-governanza fis-settur pubbliku permezz ta' titjib fil-kwalità u l-imparzjalità tal-persunal fis-settur ta' l-amministrazzjoni pubblika u ta' tisħiħ tad-Dipartiment ta' l-Amministrazzjoni Pubblika. |
— |
Titkompla s-separazzjoni tal-kumpannija statali ta' l-elettriku KESH, u l-privatizzazzjoni tal-fergħa ta' distribuzzjoni tagħha. Tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni finanzjarja ta' KESH billi jiżdiedu r-rati ta' ġbir u billi l-prezzijiet jinġiebu għal-livelli li jippermettu l-irkupru ta' l-ispejjeż, u tiżdied il-kapaċità għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku u l-interkonnettività. |
— |
Jinkisbu riżultati tanġibbli ulterjuri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, b'mod partikolari billi jsir użu sħiħ mill-attività tal-pulizija bbażata fuq l-intelligence u jiġi żgurat segwitu effikaċi fuq livell ġudizzjarju. |
Kriterji politiċi
Id-demokrazija u l-istat tad-dritt
Il-Gvern
— |
Tiġi adottata strateġija nazzjonali għall-iżvilupp u l-integrazzjoni fil-ħin biex ikun infurmat il-proċess baġitarju 2008/9, waqt li jiġi żgurat li din tirrifletti l-impenji relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea u li n-nefqa għaliha tiġi evalwata b'mod adegwat/xieraq u tinbeda l-implimentazzjoni tagħha. |
— |
Isir użu sħiħ u effikaċi tas-sistema integrata ta' ppjanar biex jissaħħu r-rabtiet bejn l-objettivi ta' politika u l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit. |
— |
Tiġi mtejba l-koordinazzjoni fil-gvern kollu tal-ħidma relatata ma' l-integrazzjoni ta' l-UE permezz ta' konsultazzjoni usa' u aktar konsistenti tal-Ministri, inklużi l-partijiet interessati u l-esperti ta' l-UE dwar il-leġiżlazzjoni relatata. |
— |
Tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' tagħmir xieraq u persunal imħarreġ għall-Ministeru għall-Integrazzjoni Ewropea u għall-uffiċċji għall-integrazzjoni fl-UE tal-ministeri kompetenti. |
— |
Jiġi żgurat li t-titjib tar-reġistru ċivili u s-sistema ta' l-indirizzi jkunu kkoordinati kif xieraq ma' l-introduzzjoni ta' karti ta' l-identità elettroniċi u ta' passaporti bijometriċi. |
L-amministrazzjoni pubblika
— |
Jiġi żgurat l-infurzar tal-Liġi dwar is-Servizz Ċivili u r-regoli relatati fl-operazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika. |
— |
Jiġi żgurat li r-reklutaġġ, il-ħatriet, il-promozzjoni, it-trasferimenti u t-tkeċċija jsiru skond ir-regoli stabbiliti sabiex jinbena servizz ċivili affidabbli u effiċjentii bbażat fuq kriterji ta' żvilupp tal-karriera professjonali. |
Is-sistema ġudizzjarja
— |
Tiġi ffinalizzata, adottata u implimentata l-liġi abbozz dwar ir-riforma ġudizzjarja u tittejjeb l-infrastruttura għas-settur ġudizzjarju. |
— |
Titjieb il-koordinazzjoni bejn il-prosekuturi u l-pulizija, partikolarment permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-kawżi. |
— |
Jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni u riżorsi xierqa għall-protezzjoni adegwata tax-xhieda tkun fil-post. |
Il-politika kontra l-korruzzjoni
— |
Jiġu armonizzati l-Kodiċi ċivili, kummerċjali u amministrattivi mal-Konvenzjoni tal-Liġi Ċivili tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Korruzzjoni. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni. |
— |
Tiġi implimentata leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tat-tixħim b'konsiderazzjoni xierqa għall-koordinazzjoni interistituzzjonali. |
— |
Jissaħħu l-mekkaniżmi biex tiġi infurzata l-Liġi dwar id-dikjarazzjoni ta' l-assi. |
— |
Jiġu ċċarati r-regoli relatati mal-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess fl-eżerċizzju ta' funzjonijiet pubbliċi. |
— |
Jiġu ċċarati r-regoli relatati ma' l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni f'konformità ma' l-istandards internazzjonali. |
— |
Titnaqqas il-lista ta' uffiċjali koperti mill-immunità u tingħata l-immunità meta din tkun strettament meħtieġa biss. |
Id-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tal-minoranzi
Osservanza tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem
— |
Jiġi żgurat li l-korpi kollha ta' l-infurzar tal-liġi huma konxji mill-obbligi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-implimentazzjoni rigoruża tagħhom skond il-kodiċi ta' etika għas-sistema tal-ħabsijiet u mal-konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati mill-Albanija, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. |
— |
Jiġi garantit li d-dinjità tal-bniedem u s-sigurezza personali jiġu rrispettati f'ċentri ta' detenzjoni, ħabsijiet u istituzzjonijiet mentali, skond il-konvenzjonijiet internazzjonali. |
Drittijiet ċivili u politiċi
— |
Jiġu indirizzati każijiet ta' maltrattament mill-entitajiet ta' l-infurzar tal-liġi permezz ta' prosekuzzjoni xierqa tal-ħatja. |
— |
Jissaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja. |
— |
Tiġi żgurata l-osservanza tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti fl-istabbiliment u l-ġestjoni ta' faċilitajiet penitenzjarji ġodda. |
— |
Tiġi allinjata ma' standards Ewropej u tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni ta' l-Albanija dwar il-malafama. |
— |
Titħaffef l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni effikaċi biex tiġi żgurata trasparenza fis-settur tal-pussess tal-medja. |
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni attwali dwar l-istampa u l-indipendenza ġurnalistika, tiġi kkoordinata leġiżlazzjoni ġdida dwar il-libertà ta' l-espressjoni u tiġi żviluppata leġiżlazzjoni komprensiva dwar il-medja elettronika f'konformità ma' l-istandards Ewropej. |
Drittijiet soċjali u ekonomiċi
— |
Isiru aktar sforzi għall-prevenzjoni tal-vjolenza domestika. |
— |
Jittieħdu miżuri ulterjuri biex jiġi trattat ix-xogħol mill-minuri, inkluża l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni xierqa u l-provvediment ta' riżorsi biex ikunu garantiti d-drittijiet tat-tfal. |
— |
Jiġu żviluppati servizzi bbażati fil-komunità u għajnuna lil persuni dipendenti, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali. |
— |
Tiġi żgurata protezzjoni sħiħa kontra d-diskriminazzjoni mill-aspetti kollha, inkluż permezz ta' l-implimentazzjoni ta' u t-tisħiħ ta' strutturi biex tkun indirizzata l-ugwaljanza bejn is-sessi. |
— |
Jitħaffu aktar kemm l-ewwel reġistrazzjoni ta' proprjetajiet u l-ipproċessar ta' talbiet għar-restituzzjoni u jiġi żgurat li l-mekkaniżmi għall-kumpens huma sostenibbli u li dawn il-proċessi huma kkoordinati sew ma' l-inizjattivi tal-legalizazzjoni tal-proprjetà. |
Drittijiet tal-minoranzi, drittijiet kulturali u protezzjoni tal-minoranzi
— |
Jiġu implimentati l-impenji taħt il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali tul l-Albanija kollha, partikolarment fir-rigward ta' l-użu ta' lingwi minoritarji ma' l-awtoritajiet, l-espożizzjoni ta' ismijiet lokali tradizzjonali u li jsir provvedimenti xierqa għall-edukazzjoni fil-lingwi minoritarji. |
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali għar-Roma u jiġi żgurat finanzjament xieraq, bħala parti mill-istrateġija tal-gvern għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
— |
Titrawwem ir-reġistrazzjoni, inkluża r-registrazzjoni tat-twelid, ta' membri tal-komunità minoritarja tar-Roma. |
— |
Tiġi pprovduta data soda dwar minoranzi fl-Albanija. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Ikun hemm konformità ma' l-impenji tal-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni f'termini ta' kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajba mal-ġirien, inkluż bil-promozzjoni tat-transizzjoni mill-Patt ta' Stabbiltà għal qafas ta' kooperazzjoni aktar reġjonalizzat u l-implimentazzjoni effikaċi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali. |
— |
Jiġi konklużi u implimentati ftehim mal-pajjiżi ġirien u yiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi, l-aktar dwar kooperazzjoni transkonfinali, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-kuntrabandu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-ġestjoni tal-fruntieri, ir-riammissjoni, l-ambjent, it-trasport u l-enerġija. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Titkompla l-implimentazzjoni ta' politika fiskali orjentata lejn l-istabbiltà li timmira għal konsolidazzjoni fiskali u twassal għal inflazzjoni baxxa u sostenibbiltà esterna. |
— |
Titkompla r-riforma fiskali bil-għan li tissaħħaħ l-amministrazzjoni tad-dħul u tittejjeb il-kapaċità għall-ġestjoni tad-dejn. |
— |
Titkompla politika monetarja li twassal għall-objettiv ta' kisba u żamma ta' stabbiltà fil-prezzijiet biex jitnaqqsu u jiġu ankrati l-aspettattivi ta' l-inflazzjoni. |
— |
Jitkompla l-ħolqien ta' uffiċċju ta' informazzjoni dwar il-krediti biex jgħin fis-salvagwardja tal-portafoll ta' kreditu tas-sistema bankarja li qed jikber rapidament. |
— |
Titnaqqas l-ekonomija informali permezz ta' l-infurzar effikaċi u mingħajr diskriminazzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar it-taxxa u tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-frodi fiskali. |
Standards Ewropej
Suq intern
Il-moviment liberu ta' merkanzija
— |
Tiżdied aktar is-sensibilizzazzjoni ta' operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-kunċetti ta' standards u ċertifikazzjoni u l-importanza tagħhom fil-kummerċ internazzjonali. |
— |
Tiġi adottata u tinbeda l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq għall-prodotti industrijali u l-ikel. |
— |
Tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi kompatibbli ma' l-acquis. Jissaħħaħ id-dipartiment għall-protezzjoni tal-konsumatur. |
Moviment ta' persuni, servizzi u dritt ta' l-istabbiliment
— |
Tiġi żgurata distinzjoni ċara bejn il-provvediment temporanju u permanenti tas-servizzi u l-kompatibbiltà mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
— |
Jissaħħaħ il-qafas regolatorju għas-sorveljanza finanzjarja fis-settur bankarju u s-settur mhux bankarju u l-kapaċità ta' l-Awtorità tas-Sorveljanza Finanzjarja. |
Moviment liberu tal-kapital
— |
Jiġi awtorizzat l-akkwist ta' proprjetà immobbli minn ċittadini ta' l-UE fil-limiti previsti fl-Iskeda ta' Impenji Speċifiċi skond il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS). |
Dwana u tassazzjoni
— |
Tiġi allinjata aktar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri doganali ma' prassi ta' l-UE; b'mod partikolari, tiġi żgurata l-approssimazzjoni ta' regoli u proċeduri għat-transitu, l-imħażen tad-dwana, il-valutazzjoni doganali, il-kontrolli fiżiċi u l-analiżi tar-riskji għall-istandards ta' l-UE. Jiġi żgurat li t-tariffa nazzjonali tkun aġġornata fil-ħin abbażi tan-Nomenklatura Magħquda l-aktar reċenti. |
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ is-sistema kompjuterizzata għad-dikjarazzjonijiet doganali u l-ipproċessar tad-data doganali fl-uffiċċji kollha doganali. |
— |
Tiġi approssimata aktar il-leġiżlazzjoni tat-taxxa ma' l-acquis ta' l-UE, speċjalment fil-qasam tad-dazji tas-sisa, u jkun hemm impenn għall-prinċipji tal-Kodiċi ta' Kondotta għat-tassazzjoni tan-negozji, filwaqt li jiġi żgurat li miżuri tat-taxxa ġodda jikkonformaw ukoll ma' dawn il-prinċipji. |
— |
Tiġi rinfurzata l-kapaċità ta' l-amministrazzjoni fiskali, b'mod partikolari fl-oqsma tal-kontrolli u l-verifika tat-taxxa, sabiex tiżdied il-konformità u titnaqqas l-evażjoni tat-taxxa. |
— |
Jitkompla l-proċess tal-kompjuterizzazzjoni ta' l-uffiċċji fiskali. |
Kompetizzjoni
— |
Tittejjeb u tiġi approssimata ma' l-acquis il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-anti-trust biex jiġi rinfurzat il-kontroll tal-kompetizzjoni. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-awtorità tal-kompetizzjoni u l-provvediment ta' persunal u taħriġ xierqa. |
— |
Tiġi adottata leġiżlazzjoni implimentattiva dwar l-għajnuna statali. |
— |
Jitkompla l-aġġornament ta' l-inventarju ta' skemi ta' għajnuna statali. |
Akkwisti pubbliċi
— |
Tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku u jittieħdu passi biex din tiġi allinjata bis-sħiħ ma l-istandards ta' l-UE, speċjalment fir-rigward tas-settur ta' l-utilitajiet u r-rimedji. |
— |
Tisħiħ ulterjuri tal-kapaċità amministrattiva ta' l-Aġenzija għall-Akkwist Pubbliku, ta' l-entitajiet għall-akkwist pubbliku fl-ambitu tal-Ministeri kompetenti u l-gvernijiet lokali u l-qrati li jittrattaw l-akkwist pubbliku. |
— |
Tiġi żgurata l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni kriminali tar-reati marbuta ma' l-akkwist pubbliku. |
Liġi dwar il-proprjetà intellettwali
— |
Titħejja strateġija nazzjonali u pjan ta' azzjoni għal żviluppi leġislattivi ulterjuri għat-tisħiħ tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI). |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja għall-protezzjoni tad-DPI. |
— |
Jiġi intensifikat l-infurzar kontra l-piraterija u l-iffalsifikar. |
— |
Titkabbar ulterjorment is-sensibilizzazzjoni ta' kwistjonijiet dwar id-DPI fost il-komunità kummerċjali u l-korpi ta' l-infurzar tal-liġi, inkluża l-ġudikatura. |
— |
Tittejjeb il-leġiżlazzjoni dwar il-proprjetà industrijali. |
L-impjieg u l-linji politiċi soċjali
— |
Jittejbu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali u tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali. |
— |
Jiġu adottati miżuri biex jiżdiedu r-rati ta' l-irreġistrar fl-iskejjel f'livell sekondarju u fost tfal f'żoni rurali, b'mod partikolari l-bniet, u fl-iskejjel vokazzjonali. |
— |
Jiġu żviluppati l-istrutturi u l-kapaċità amministrattivi xierqa fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa. |
Edukazzjoni u riċerka
— |
Jitkomplew l-isforzi biex tittejjeb il-governanza tas-sistema edukattiva, it-taħriġ ta' l-għalliema u l-infrastruttura ta' l-edukazzjoni. |
— |
Tiġi implimentata l-liġi ġdida dwar l-dukazzjoni ogħla. Jiżdiedu l-isforzi għall-promozzjoni ta' involviment aħjar fil-programm Tempus. |
Kwistjonijiet dwar id-WTO
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni Ekonomika mad-WTO fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi. |
Linji ta' politika settorjali
Industrija u SMEs
— |
Jitħaffef il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju. |
— |
Jiġu implimentati ulterjorment il-pjani ta' azzjoni biex jitneħħew l-ostakoli amministrattivi għan-negozju u l-investiment u biex tiġi trattata l-ekonomija informali u li tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa, mhux diskrezzjonali u mhux diskriminatorja ta' leġiżlazzjoni, regoli u proċeduri relatati man-negozju. Jitnaqqsu regolamenti obsoleti u li huma ineffiċjenti permezz ta' proċeduri regolatorji tal-giljottina. |
— |
Tiżdied ir-riċerka tal-politika fi kwistjonijiet ta' innovazzjoni u kompetittività għall-kumpanniji żgħar u jiġu implimentati programmi ta' sostenn. |
Agrikoltura u sajd
— |
Tiġi adottata liġi ġdida dwar l-ikel f'konformità ma' l-istandards ta' l-UE, tissaħħaħ is-sistema tas-sigurezza ta' l-ikel u sistemi ta' kontroll relatati. |
— |
Tiġi rinfurzata l-kapaċità tal-laboratorji fis-setturi tas-sigurezza fl-ikel, u dawk veterinarji u fitosanitarji. |
— |
Tittejjeb il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurezza fl-ikel, u dik fitosanitarja u veterinarja, u tinbeda l-implimentazzjoni tagħha. |
— |
Tittejjeb is-sistema ta' identifikazzjoni ta' annimali bovini u r-reġistrazzjoni tal-movimenti tagħhom, u tinbeda l-implimentazzjoni ta' sistema ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' movimenti għall-qżieqeż, in-ngħaġ u l-mogħoż. |
— |
Jittejjeb il-kontroll ta' mard ta' l-annimali, inkluż it-teħid ta' kampjuni u r-rappurtar. |
L-ambjent
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u l-koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali u lokali. |
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni dwar il-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali. |
— |
Tiġi adottata strateġija għall-approssimazzjoni ulterjuri tal-leġiżlazzjoni ambjentali ma' l-acquis u tiġi implimentata sew il-leġiżlazzjoni eżistenti, speċjalment rigward l-infurzar. |
— |
Jitkomplew ikunu trattata ż-żoni sensittivi ambjentali tal-miżbla għall-iskart solidu ta' Sharra u ż-żona ta' l-estrazzjoni taż-żejt ta' Patos-Marinez. |
— |
Jiġu żviluppati u implimentati ulterjorment l-istrateġija nazzjonali għall-ilma u s-sanità u l-istrateġija rurali għall-provvista ta' l-ilma u s-sistema tad-dranaġġ u tiġi żviluppata u tinbeda l-implimentazzjoni ta' strateġija għall-approssimazzjoni progressiva għall-acquis fil-qasam tal-provvista ta' l-ilma u s-sanità. |
— |
Jiġu implimentati konvenzjonijiet internazzjonali, li għalihom hija parti l-Albanija, fil-qasam tal-protezzjoni tan-natura. |
Il-politika tat-trasport
— |
Jiġi implimentat il-pjan nazzjonali għat-trasport, inklużi l-ippjanar u l-ibbaġitjar għall-manutenzjoni ta' l-assi tat-trasport, u tiġi adottata u implimentata l-istrateġija nazzjonali għat-trasport, inkluża l-istrateġija għas-settur ferrovjarju. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-memorandum ta' ftehim dwar l-iżvilupp tan-netwerk prinċipali tat-trasport reġjonali fl-Ewropa tax-Xlokk (South East Europe – SEE) u tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Osservatorju tat-Trasport ta' l-Ewropa tax-Xlokk. |
— |
Jittieħdu miżuri biex jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà fit-toroq, inkluża approssimazzjoni għall-acquis ta' l-UE dwar piżijiet u dimensjonijiet, it-testijiet tal-kondizzjoni tal-vetturi għas-sewqan fit-toroq, l-ispezzjonijiet tekniċi fit-toroq, il-liċenzji tas-sewqan, it-takografi u d-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. |
— |
Jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni ta' bini illegali tul toroq ġodda, partikolarment tul toroq ta' aċċess perikolużi mibnija privatament. |
— |
Titħejja dikjarazzjoni dwar in-netwerk ferrovjarju għal aċċess miftuħ għall-użu ta' l-infrastruttura u jiġi adottat u implimentat pjan ta' negozju ferrovjarju. |
— |
Jiġu implimentati l-impenji ta' l-Albanija taħt l-ewwel fażi ta' transizzjoni tal-Ftehim dwar l-Ispazju ta' l-Avjazzjoni Komuni Ewropew, inkluża l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-avjazzjoni rilevanti. |
— |
Jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni li jitratta n-nuqqasijiet identifikati fl-awtorità ta' l-avjazzjoni ċivili fir-rigward tal-kontrolli ta' sigurtà tal-linji ta' l-ajru tal-pajjiż. |
— |
Jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà marittima, b'mod partikolari r-rata ta' detenzjoni tal-vapuri Albaniżi taħt il-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi. |
L-enerġija
— |
Tiġi approvata u implimentata l-istrateġija nazzjonali riveduta għas-settur ta' l-enerġija, b'konsiderazzjoni kontinwa għall-importanza tal-valutazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali (EIA). |
— |
Jintlaħqu r-rekwiżiti tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija fil-qasam tal-gass u ta' l-elettriku. |
Is-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja
— |
Jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni dwar il-komunikazzjoni elettronika hija konformi ma' l-acquis u li tiġi infurzata u jittieħdu miżuri biex jinkiseb suq kompetittiv għan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. |
— |
Tissaħħaħ il-kompetenza u l-kapaċità ta' l-Entità Regolatorja tat-Telekomunikazzjonijiet. |
— |
Tiġi allinjata l-leġiżlazzjoni Albaniża mal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali u d-direttiva dwar it-Televiżjoni mingħajr Fruntieri. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Kunsill Nazzjonali tar-Radju u t-Televiżjoni u jiġu adottati l-istrateġija għall-iżvilupp tas-settur tar-radju u tat-televiżjoni u jiġi aġġornat il-pjan nazzjonali aġġornat għall-frekwenzi analogi u diġitali għar-radju u t-televiżjoni. |
Il-kontroll finanzjarju
— |
Tiġi riveduta il-karta ta' politika dwar il-kontroll intern u finanzjarju pubbliku u l-pjan ta' azzjoni u tiġi definita b'mod ċar il-funzjoni tal-verifika interna, separatament minn funzjonijiet oħrajn ta' kontroll u spezzjoni. Jiġi żviluppat servizz xieraq ta' spezzjoni għall-ġlieda kontra l-frodi. |
— |
Jiġi żgurat li l-Liġi dwar il-Verifika Interna u l-abbozz tal-Liġi Baġitarja organika huma f'konformità ma' standards rikonoxxuti internazzjonalment. |
— |
Tissaħħaħ l-indipendenza ta' l-Istitut Suprem tal-Verifika. |
L-istatistika
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika. |
Il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà
Il-viża, il-kontroll tal-fruntieri, l-ażil u l-migrazzjoni
— |
Jinħarġu dokumenti ta' vjaġġar f'konformità ma' standards internazzjonali, tiġi żgurata l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex dan isir, u jiġi stabbilit netwerk ċentralizzat ta' IT għall-amministrazzjoni ta' viżi. |
— |
Jiġu adottati emendi għal-Liġi dwar il-frustieri biex il-leġiżlazzjoni dwar il-viża titqarreb lejn l-istandards ta' l-UE. |
— |
Jiġu implimentati l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri, waqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-kooperazzjoni fil-fruntiera bejn l-uffiċjali tad-dwana u l-pulizija tal-fruntiera. |
— |
Jiġi żgurat li l-ġestjoni tal-punti tal-qsim kollha fuq il-fruntieri, partikolarment fil-portijiet ta' Durres u Vlora, tikkonforma ma' l-istandards ta' l-UE. |
— |
Jiġi implimentat il-ftehim ta' riammissjoni KE/Albanija u jiġu nnegozjati ftehim ta' riammissjoni mal-pajjiżi ta' oriġini tal-migranti fi transitu. |
— |
Tiġi ffokata kapaċità amministrattivi u finanzjarji suffiċjenti għall-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-ażil u l-migrazzjoni u l-istrateġiji u l-pjani ta' azzjoni nazzjonali relatati. |
Money laundering
— |
Jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi infurzata aħjar il-leġiżlazzjoni kontra l-money laundering f'termini ta' prevenzjoni, kundanni, konfiski, sekwestri u ffriżar ta' assi. |
— |
Tittejjeb il-kapaċità ta' l-unità ta' l-intelligence finanzjarja, l-uffiċċji tal-prosekutur u l-Unità tal-pulizija għall-Kriminalità Ekonomika billi jiġu żgurati riżorsi xierqa finanzjarji u ta' l-IT u billi tittejjeb il-kooperazzjoni fil-livell tax-xogħol. |
— |
Tiġi allinjata l-Liġi dwar il-prevenzjoni tal-money laundering ma' l-acquis u mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni dwar l-Azzjoni Finanzjarja u ta' Moneyval tal-Kunsill ta' l-Ewropa. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-aġenzija għall-amministrazzjoni ta' l-assi maqbuda u kkonfiskati. |
— |
Tittejjeb ulterjorment il-kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' pajjiżi oħrajn. |
— |
Jiġi żgurat infurzar sew ta' l-obbligi tar-rappurtaġġ u jiġu eżaminati l-imiti tar-rappurtaġġ ta' transazzjonijiet. |
— |
Jittieħdu miżuri aktar effikaċi għat-tnaqqis ta' l-użu tal-flus kontanti fl-ekonomija. |
Drogi
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali kontra d-droga, il-pjan ta' azzjoni relatat u r-rakkomandazzjonijiet tal-mini Grupp ta' Dublin. |
— |
Jittejjeb it-taħriġ, it-tagħmir u l-kontinwità tal-ġestjoni ta' l-uffiċjali tal-pulizija involuti fil-ġlieda kontra d-drogi u jittieħdu passi ulterjuri biex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar, kemm fil-livell domestiku kif ukoll ma' sħab f'pajjiżi oħrajn, fil-ġlieda kontra d-drogi. |
— |
Jiġu identifikati u mressqa għall-prosekuzzjoni dawk responsabbli għall-korruzzjoni relatata mad-drogi fil-livelli kollha fl-amministrazzjoni pubblika. |
— |
Tiġi żgurata trasparenza akbar fl-għadd tas-sekwestri u jittieħdu miżuri biex jiġu eliminati b'mod xieraq id-drogi sekwestrati f'każijiet antiki. |
— |
Tiġi implimentata strateġija globali bbilanċjata biex tiġi trattata d-domanda għad-drogi, inkluża l-prevenzjoni, it-trattament u r-riabilitazzjoni ta' dawk dipendenti fuq id-droga. |
Pulizija
— |
Tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet dwar il-gradi inklużi fil-Liġi l-ġdida tal-Pulizija ta' l-Istat. |
— |
Tittejjeb il-kapaċità ta' ġestjoni tal-pulizija ta' l-Istat Albaniża. |
— |
Tissaħħaħ l-unità ta' l-affarijiet interni tal-pulizija u tiġi żgurata l-prosekuzzjoni xierqa ta' uffiċjali tal-pulizija ħatja ta' reati kriminali. |
— |
Jiġi stabbilit u jitħaddem manwal konsolidat ta' proċeduri għall-uffiċjali tal-pulizija kriminali kollha. |
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija dwar iż-żamma ta' l-ordni fil-komunità. |
Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
— |
Jittieħdu miżuri ulterjuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn id-diversi korpi statali involuti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu u, b'mod partikolari, bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-pulizija. |
— |
Jittieħdu miżuri ulterjuri biex jiġu stabbiliti sistemi koerenti u kkoordinati ta' ġbir u pproċessar ta' intelligence. |
— |
Jissaħħaħ l-użu ta' mezzi investigattivi speċjali, l-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni u l-użu ta' l-informazzjoni mill-intelligence. |
— |
Jiġu attwati b'urġenza ta' miżuri prattiċi biex tiġi garantita l-protezzjoni tax-xhieda. |
— |
Tissaħħaħ kooperazzjoni domestika u internazzjonali għall-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin u għall-impjieg tal-persunal ta' l-unità tal-pulizija ta' kontra t-traffikar. |
— |
Jittieħdu miżuri biex l-analisti u l-investigaturi ta' kontra t-terroriżmu jingħataw tagħmir u taħriġ aħjar. |
Protezzjoni ta'data personali
— |
Tiġi allinjata l-liġi attwali dwar il-protezzjoni ta' data personali ma' l-acquis, u l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-protezzjoni ta' data personali. |
— |
Tiġi stabbilita awtorità superviżorja indipendenti għall-protezzjoni ta' data b'setgħat suffiċjenti fuq is-setturi pubbliċi u privati u riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti. |
3.2. PRIJORITAJIET FUQ PERIJODU MEDJU
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Governanza
— |
Tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u sorveljanza ta' l-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp u l-integrazzjoni. |
Amministrazzjoni pubblika
— |
Jiġi żgurat li s-setturi ta' l-amministrazzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) u dawk involuti fl-implimentazzjoni ta' l-assistenza finanzjarja tal-KE jitħarrġu b'mod xieraq u jkollhom tagħmir biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom. |
— |
Jiġu introdotti maniġġar u taħriġ orjentati lejn ir-riżultati għall-impjegati taċ-ċivil. |
— |
Tiġi mfassla u implimentata struttura ta' salarji għall-impjegati taċ-ċivil li tippermetti kemm ippjanar baġitarju xieraq kif ukoll struttura għal karriera motivanti. |
— |
Tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riformi fl-amministrazzjoni pubblika. |
Sistema ġudizzjarja
— |
Tiġi żgurata l-prosekuzzjoni ta reati serji, speċjalment il-kriminalità organizzata, b'attenzjoni partikolari għall-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni transkonfinali. |
— |
Tiġi rinfurzata l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tax-xhieda. |
— |
Jiġi żgurat taħriġ kontinwu u xieraq għall-imħallfin u l-prosekuturi, inkluż dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-etika u kwistjonijiet kummerċjali u korporattivi u kwistjonijiet relatati mal-FSA. |
— |
Tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja ta' l-iskola tal-maġistratura. |
— |
Jiġu riveduti r-rwol u l-kwalifiki ta' l-amministraturi ġudizzjarji u dawn jiġu inkorporati progressivament tagħhom fis-servizz ċivili, filwaqt li tiġi żgurata parità fis-salarju mal-persunal tal-ministeri. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
Jiġu implimentati l-Konvenzjonijiet Ewropej dwar il-Korruzzjoni f'Materji Kriminali u Ċivili ratifikati mill-Albanija u l-konvenzjonijiet rilevanti tan-NU. |
— |
Jinkisbu riżultati sinifikanti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha, bl-infurzar ta' leġiżlazzjoni xierqa. |
Drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi
Osservanza tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem
— |
Jiġi żgurat li d-detenuti u l-priġunieri taħt kustodja jkunu ttrattati skond l-istandards internazzjonali. |
Drittijiet ċivili u politiċi
— |
Tittejjeb is-sistema tal-ġustizzja għall-minorenni. |
— |
Tiġi żgurata konformità mal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew l-Ikkastigar, Inuman jew Degradanti. |
— |
Tiġi adottata leġiżlazzjoni komprensiva kontra d-diskriminazzjoni, u jiġi żgurat sostenn istituzzjonali xieraq għall-vittmi inkluż minn istituzzjonijiet eżistenti responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem. |
— |
Tiġi infurzata leġiżlazzjoni dwar ir-restituzzjoni/kumpens ta' proprjetajiet ikkonfiskati matul il-perijodu komunista. |
— |
Jiġi kkompletat il-proċess ta' reġistrazzjoni ta' l-art. |
— |
Jiġi żgurat li t-trasferimenti tal-proprjetà jitwettqu skond il-liġi u jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-korpi kollha involuti fil-proċess (nutara, reġistru tal-proprjetà, eċċ.). |
— |
Tiġi infurzata leġiżlazzjoni dwar medja stampata u elettronika, waqt li jittieħed kont ta' standards Ewropej. |
— |
Jiġi żgurat li l-allokazzjoni tal-frekwenzi televiżivi ssir b'mod ġust u mhux diskriminatorju, skond il-pjan nazzjonali, u li r-rekwiżiti jkunu rrispettati b'mod sħiħ mix-xandara, u tittejjeb in-newtralità tas-servizz pubbliku tax-xandir. |
— |
Titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva ta' NGO’s u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-gvern u t-titjib kontinwu fil-kwalità tal-ġurnaliżmu. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Jiġi promoss aktar id-djalogu reġjonali, l-istabbiltà, ir-relazzjonijiet tajba mal-viċinat u l-kooperazzjoni. |
— |
Jiġi allinjat il-ftehim konkluż ma' l-Istati Uniti dwar il-kondizzjonijiet ta' ċessjoni ta' persuni lill-Qorti Kriminali Internazzjonali f'konformità mal-prinċipji gwida ta' l-UE adottati mill-Kunsill Ewropew f'Settembru 2002. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Titnaqqas ir-rata fiskali fuq is-salarji u jittejbu l-istruttturi għall-inċentivi u l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol biex jogħlew ir-rati ta' parteċipazzjoni u impjieg, filwaqt li jiġu żgurati r-riżorsi fiskali bit-twessigħ tal-bażi fiskali u t-titjib fil-konformità, b'ritmu mkejjel u prudenti biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. |
— |
Tittejjeb is-sistema edukattiva bil-għan li jiżdied il-provvediment tal-kompetenzi mfittxija, jiġi mrawwem l-impjieg u t-tkabbir ekonomiku għall-perijodu fit-tul. |
— |
Tiġi aġġornata l-infrastruttura tal-pajjiż, b'mod partikolari fl-enerġija u t-trasport, sabiex tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-ekonomija kollha. |
— |
Titħaffef il-privatizzazzjoni ta' l-imprizi pubbliċi biex tissaħħaħ il-governanza korporattiva u jitnaqqas it-telf kważi fiskali. |
— |
Jittejjeb l-ambjent kummerċjali biex jiżdied l-investiment barrani dirett ġdid (greenfield). |
— |
Jiġu stabbiliti proċeduri effettivi għall-iżvelar, it-trattament u s-segwitu tal-każijiet ta' frodi (suspettati) u irregolaritajiet oħrajn li jaffetwaw il-fondi nazzjonali u internazzjonali. |
Standards Ewropej
Suq intern
Moviment liberu ta' oġġetti
— |
Tiġi żgurata kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-FSA u l-IA f'dan il-qasam. |
— |
Isir progress ulterjuri fl-adozzjoni ta' standards Ewropej u jitħaffu l-isforzi biex issir membru sħiħ ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni. |
— |
Isir progress fit-traspożizzjoni ta' approċċ ġdid u u globali u direttivi b'approċċ qadim. |
— |
Tiġi stabbilita sistema ta' sorveljanza tas-suq. |
— |
Jiġi żgurat funzjonament imtejjeb tal-korpi responsabbli għall-istandardizzazzjoni, l-akkreditazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni u ta' dawk responsabbli għall-metroloġija u l-ikkalibrar, b'kont meħud ta' l-aħjar prassi tal-KE. |
— |
Tiġi żgurata s-sħubija ta' l-Albanija fl-organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni. |
Moviment tal-persuni, servizzi u d-dritt ta' l-istabbiliment
— |
Tiġi approvata leġiżlazzjoni dwar l-impjieg ta' barranin u jittieħdu miżuri għall-koordinazzjoni tas-servizzi tas-sigurtà soċjali. |
— |
Jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni dwar id-dritt ta' stabbiliment tiġi implimentata b'mod ġust u imparzjali. |
Moviment liberu tal-kapital
— |
Isir progress lejn l-issodisfar ta' l-impenji ta' l-Albanija mal-FSA dwar liberalizzazzjoni sħiħa tal-moviment tal-kapital, inkluż l-iżgurar ta' l-istess trattament għal ċittadini ta' l-UE u Albaniżi dwar investimenti ta' portafoll u tislif u kreditu finanzjarju b'maturità iqsar minn sena. |
Dwana u tassazzjoni
— |
Tiġi żgurata approssimazzjoni kontinwa ma' l-acquis ta' l-UE tal-leġiżlazzjoni doganali u fiskali ta' l-Albanija, u tiżdied il-kapaċità amministrattiva biex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni doganali u fiskali u biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni, l-kriminalità transkonfinali u l-evażjoni fiskali. |
— |
Tittejjeb it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni ma' l-Istati Membri ta' l-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta' miżuri li jipprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi. |
Kompetizzjoni
— |
Jittejjeb ulterjorment ir-rekord ta' l-infurzar fl-oqsma ta' l-anti-trust u l-kontroll ta' l-għajnuna statali. |
— |
Jiġi kkompletat l-allinjament ta' skemi ta' għajnuna statali ma' regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni, kif stipulat fil-ftehim temporanju. |
Akkwist pubbliku
— |
Tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-qafas legali ta' l-Albanija ma' l-acquis ta' l-UE. |
— |
Jinkisbu strutturi ta' l-akkwist pubbliku kompletament operattivi, waqt li jiġi żgurat it-tħaddim tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku f'konformità stretta mal-liġi u r-rekwiżiti tal-FSA. |
Liġi dwar il-proprjetà intelletwali
— |
Jiġu implimentati bis-sħiħ konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati fil-qasam tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, kummerċjali u industrijali. |
— |
Tiġi implimentata sew il-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jinkisbu riżultati mtjeba fil-ġlieda kontra l-piraterija u l-iffalsifikar. |
— |
Tiġi garantita kapaċità amministrattiva suffiċjenti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-FSA f'dan il-qasam. |
Impjieg u linji ta' politika soċjali
— |
Tiġi ffaċiltata l-inklużjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. |
— |
Jiġu integrati strateġiji għall-impjieg u t-taħriġ vokazzjonali fil-linji ta' politika soċjali, edukattiva, fiskali, ta' intrapriża u reġjonali. Tiġi trattata l-implimentazzjoni ta' impenji internazzjonali fis-saħħa b'mod partikolari r-regolamenti internazzjonali dwar is-saħħa. |
— |
Isir progress ma' l-allinjament ta' standards ta' kwalità għat-trasfużjoni tad-demm u komponenti tad-demm mal-leġiżlazzjoni ta' l-UE. |
— |
Tinbeda l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Nazzjonali għas-Sistema tas-Saħħa 2007 sa 2013. |
Edukazzjoni u Riċerka
— |
Jitkomplew l-isforzi biex tittejjeb il-kwalità ta' l-edukazzjoni u biex tinħoloq sistema moderna ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla. |
Linji ta' politika settorjali
Industrija u SMEs
— |
Tiġi infurzata leġiżlazzjoni kummerċjali mtjeba. |
— |
Jiġi żgurat li l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-ekonomija informali żżomm il-pass ma' żviluppi fis-settur. |
— |
Jiġu żviluppati ulterjorment strutturi ta' sostenn speċjalizzati għan-negozji (per eżempju inkubatriċi u raggruppamenti ta' impriżi) u tiġi eżaminata l-fattibbiltà ta' park kummerċjali/teknoloġiku. |
— |
Jinbdew it-tfassil u l-applikazzjoni ta' politika integrata ta' riċerka u jiġu żviluppati ulterjorment miżuri għall-promozzjoni ta' l-innovazzjoni u l-kompetittività għall-kumpanniji żgħar. |
— |
Jiġu introdotti standards ta' żvelar u rappurtar finanzjarju konformi ma' standards ta' l-UE u jiġi żgurat infurzar effettiv. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Impriżi ż-Żgħar. |
Agrikoltura u sajd
— |
Jiġu żviluppati strateġiji għall-użu ta' l-art, is-suq ta' l-art, l-iżvilupp rurali, id-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet agrikoli u t-tisħiħ tal-kompetittività agrikola. |
— |
Jinkiseb titjib sostanzjali f'termini ta' sigurtà alimentari (IATE) u kondizzjonijiet fitosanitarji u veterinarji, f'konformità mar-rekwiżiti tal-KE. |
— |
Tiġi vvalutata l-konformità ta' stabbilimenti agro-alimentari ma' rekwiżiti ta' l-UE, jiġi mħejji programm għall-immodernizzar tagħhom u tinbeda l-implimentazzjoni tiegħu. |
— |
Tinbeda azzjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat kontroll effiċjenti tal-produzzjoni veġetali domestika, b'mod partikolari għall-prodotti b'rekwiżiti ta' l-UE speċifiċi, u tiġi stabbilita kapaċità analitika fis-settur fitosanitarju. |
— |
Jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-politika ta' sajd Albaniża tersaq eqreb lejn l-istandards ta' l-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi, l-ispezzjoni u l-kontroll u fil-linji ta' politika tas-suq u strutturali. |
Ambjent
— |
Jiġi stabbilit inventarju sħiħ taż-żoni sensittivi u jitkomplew l-isforzi biex jiġu trattati żoni sensittivi diġà identifikati. |
— |
Jitnaqqis t-tniġġis prodott mir-raffinerija ta' Balsh, inkluż ir-rimi fix-Xmara Gjanica, u jittieħdu miżuri għat-trattament tat-tniġġis ta' l-ilma b'mod ġenerali. |
— |
Jissaħħaħ il-monitortaġġ ambjentali u jiġu żgurati sanzjonijiet diswassivi kontra min iniġġes. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni ta' impenji ambjentali reġjonali u internazzjonali. |
Politika tat-trasport
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-pjan ġenerali għat-trasport Albaniż. |
— |
Jintemmu r-riformi istituzzjonali meħtieġa biex tittejjeb il-ġestjoni ta' l-assi tat-trasport, il-prijoritizzazzjoni ta' l-investimenti, it-tiswir tal-politika u l-involviment tas-settur privat. |
— |
Isir progress sostanzjali fir-rijabilitazzjoni tal-portijiet ta' Durres u Vlora u jiġu kkonsolidati l-operazzjonijiet fil-portijiet ta' hemmhekk. |
— |
Jinkisbu riżultati mtejba f'termini ta' sigurtà fit-toroq (inkluża l-implimentazzjoni tat-takografija diġitali) u jittieħdu passi addizzjonali lejn approssimazzjoni ulterjuri ma' l-acquis dwar aċċess għas-suq (okkupazzjoni) u regoli soċjali. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-iżvilupp tan-netwerk prinċipali tat-trasport reġjonali fl-Ewropa tax-Xlokk (SEE), u l-kooperazzjoni ma' l-osservatorju tat-trasport ta' l-SEE. |
— |
Jinħolqu l-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport ferrovjarju, inkluż l-istabbiliment ta' korpi regolatorji u ta' sigurezza. |
— |
Jiġu implimentati impenji meħuda taħt it-tieni fażi transitorja tal-Ftehim dwar l-Ispazju ta' l-Avjazzjoni Komuni Ewropew. |
— |
Jinkisbu riżultati sinifikanti fit-titjib tal-kondizzjonijiet tas-sigurezza marittima, inklużi l-faċilitajiet statali għall-kontroll tal-portijiet u l-prestazzjoni tar-reġistru tat-tbaħħir skond il-memorandum ta' ftehim ta' Pariġi. |
Enerġija
— |
Tkompli tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-pjani ta' azzjoni rigward is-settur ta' l-elettriku u l-gass u jsir aktar progress fl-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Albaniża għall-enerġija. |
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tad-diversi proġetti immirati lejn it-titjib ta' l-infrastruttura għall-produzzjoni, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija elettrika. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni ta' impenji reġjonali u internazzjonali fil-qasam ta' l-enerġija bil-ħsieb li jiġi stabbilit suq reġjonali kompetittiv ta' l-enerġija. |
— |
Tittejjeb l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija. |
Soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja
— |
Jiġi traspost u implimentat ulterjorment il-qafas ta' l-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. |
— |
Jitkompla l-proċess ta' allinjament mal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali u d-direttiva dwar it-Televiżjoni mingħajr Fruntieri. |
Kontroll finanzjarju
— |
Jiġu żviluppati u implimentati l-prinċipji tar-responsabbiltà ta' ġestjoni deċentralizzata u ta' verifika interna funzjonalment indipendenti, skond standards internazzjonali u l-aħjar prattika ta' l-UE. |
— |
Jiġu żviluppati proċeduri u kapaċità amministrattiva biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva ta' l-interessi finanzjarji ta' l-UE. |
— |
Jiġi żgurat li l-Liġi dwar il-verifika esterna tkun konformi mal-linji gwida ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika. |
— |
Tiġi msaħħa ulterjorment il-kapaċità għall-verifika esterna, il-ġestjoni tal-kontroll finanzjarju u l-verifika interna. |
Statistika
— |
Tittejjeb l-istatistika agrikola u l-istatistika makroekonomika, tiġi żviluppata statistika soċjali, inkluża statistika dwar l-edukazzjoni u s-saħħa, u jsir progress lejn l-implimentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet Ewropej kollha, inkluża l-klassifikazzjoni tar-reġjuni statistiċi. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll tal-fruntieri, ażil u migrazzjoni
— |
Jiġi żgurat li d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar Albaniżi kollha jikkonformaw ma' standards internazzjonali. |
— |
Jiġu implimentati l-impenji internazzjonali kollha meħuda mill-Albanija fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri. |
— |
Tiġi infurzata leġiżlazzjoni relatata ma' l-ażil u tiġi stabbilita sistema komprensiva għall-ażil, f'konformità ma' standards internazzjonali, inkluż ir-riċeviment ta' min ifittex l-ażil. |
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali ta' l-Albanija dwar il-migrazzjoni u l-pjan ta' azzjoni nazzjonali dwar l-ażil. |
— |
Jiġi żgurat li l-Albanija tkun f'pożizzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-FSA rigward ċittadini ta' l-UE li jaħdmu u/jew jirrisjedu fl-Albanija. |
— |
Jiġu konklużi, ratifikati u implimentati progressivament il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin kollha fil-qasam tal-migrazzjoni. |
Money laundering
— |
Tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika u finanzjarja, inkluż il-money-laundering u l-iffalsfikar ta' valuti. |
— |
Jinkisbu riżultati tanġibbli fil-ġlieda kontra l-money-laundering, kemm ġewwa kif ukoll barra s-settur finanzjarju. |
Drogi
— |
Jiġu żgurati riżultati sostanzjalment imtejba fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, speċjalment rigward drogi sintetiċi, eroina u kokaina. |
Pulizija
— |
Titkompla l-ħidma biex is-servizzi tal-pulizija jilħqu l-istandards Ewropej, l-aktar permezz ta' taħriġ u tagħmir xierqa. |
— |
Jinkisbu riżultati sinifikanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra imġiba kriminali oħrajn fost il-forzi tal-pulizija. |
Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
— |
Tiżdied ulterjorment il-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. |
— |
Isir progress kbir fir-rata, l-għadd u l-kwalità tal-prosekuzzjonijiet relatati ma' reati marbuta mal-kriminalità organizzata u t-traffikar illegali kif ukoll f'termini tal-konfiska tad-dħul mir-reati. |
— |
Jiġu inkorporati bis-sħiħ fil-leġiżlazzjoni domestika u jiġu implimentati l-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali dwar il-prevenzjoni tat-terroriżmu li għalihom l-Albanija hija parti. |
Protezzjoni ta' data personali
— |
Jiġu żgurati s-sorveljanza u l-infurzar effiċjenti ta' leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni ta' data personali. |
4. PROGRAMMAR
L-għajnuna Komunitarja taħt il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ser tiġi pprovduta taħt l-istrumenti finanzjarji eżistenti, b'mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (IPA), u għall-programmi adottati qabel l-2007, ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ir-Regolament CARDS) (1). Il-ftehim finanzjarji jservu bħala bażi legali għall-implimentazzjoni tal-programmi konkreti. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni mhux ser ikollha implikazzjonijiet finanzjarji.
L-Albanija jista' jkollha wkoll aċċess għal finanzjament minn programmi multi-nazzjonali u orizzontali.
5. KONDIZZJONALITÀ
L-assistenza lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hija kondizzjonali għall-progress fl-issodisfar tal- kriterji ta' Kopenħagen u l-konformità mal-prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija Ewropea. Nuqqas ta' rispett għal dawn il-kondizzjonijiet jista' jwassal sabiex il-Kunsill jieħu miżuri xierqa abbażi ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 jew, fil-każ ta' programmi qabel l-2007, abbażi ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2666/2000. L-assistenza hija wkoll soġġetta għall-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997, b'mod partikolari rigward it-teħid ta' l-impenn tar-riċevituri li jwettqu riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali. Il-kondizzjonijiet speċifiċi huma wkoll inklużi fi programmi annwali individwali. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament ser jiġu segwiti bi ftehim finanzjarju ffirmat ma' l-Albanija.
6. MONITORAĠĠ
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tkun eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-aktar ir-rapporti annwali ppreżentati mill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament(KE) Nru 2112/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23).
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 80/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mal-Bożnja u Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/55/KE
(2008/211/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar it-twaqqif ta' sħubiji (partnerships) Ewropej fil-qafas tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (1), kif emendat, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 approva l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz biex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 jipprovdi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu inkorporati fis-sħubiji flimkien ma' kull tibdil sussegwenti. Huwa jiddikjara wkoll li s-segwitu tas-sħubiji Ewropej se jkun żgurat permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti skond il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-aktar permezz tar-rapporti annwali ta' progress. |
(3) |
Fit-30 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta t-tieni Sħubija Ewropea mal-Bożnja u Ħerzegovina (2). |
(4) |
Id-Dokument tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2006–2007 indika li l-sħubiji għandhom ikunu aġġornati sa l-aħħar ta' l-2007. |
(5) |
Fit-17 ta' Lulju 2006 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (3) li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li jġedded il-qafas għall-għajnuna finanzjarja għall-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni. |
(6) |
Jixraq għalhekk li tiġi adottata verżjoni riveduta tas-Sħubija Ewropea li taġġorna s-sħubija attwali sabiex tidentifika prijoritajiet imġedda għal iżjed xogħol, abbażi tal-konklużjonijiet tar-Rapport ta' Progress ta' l-2007 dwar il-preparamenti tal-Bożnja u Ħerzegovina għal aktar integrazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Sabiex iħejju għal integrazzjoni akbar ma' l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti fil-Bożnja u Ħerzegovina għandhom jiżviluppaw pjan bi skeda u bil-miżuri speċifiċi biex jindirizzaw il-prijoritajiet ta' din is-sħubija Ewropea. |
(8) |
Id-Deċiżjoni 2006/55/KE għandha għalhekk tiġi mħassra, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mal-Bożnja u Ħerzegovina huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tkun eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti bil-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, l-aktar ir-rapporti tal-progress annwali ippreżentati mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2006/55/KE għandha tiġi mħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 18 ta' Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 269/2006 (ĠU L 47, tal-17.2.2006, p. 7).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/55/KE tat-30 ta' Jannar 2006 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija Ewropea mal-Bożnja u Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/515/KE (ĠU L 35, 7.2.2006, p. 19).
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
ANNESS
SĦUBIJA EWROPEA 2007 TAL-BOSNJA-ĦERZEGOVINA
1. INTRODUZZJONI
Il-Kunsill Ewropew endorsja l-introduzzjoni tas-Sħubijat Ewropej bħala mezz biex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Is-sħubija riveduta proposta taġġorna t-tieni waħda, abbażi tas-sejbiet tar-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni ta' l-2007 dwar il-Bosnja-Ħeregovina. Din tidentifika prijoritajiet għal azzjoni ġodda u pendenti. Il-prijoritajiet ġodda huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi u l-istadju ta' tħejjija tal-pajjiż u ser ikunu aġġornati kif meħtieġ. Il-Bosnja-Ħerzegovina hija mistennija tiżviluppa pjan li jinkludi skeda ta' żmien u miżuri speċifiċi intiżi li jittrattaw il-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea. Is-sħubija tipprovdi wkoll gwida għall-assistenza finanzjarja lill-pajjiż.
2. PRINĊIPJI
Il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jibqa' l-qafas għall-mixja Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, matul it-triq kollha għall-adeżjoni futura tagħhom. Il-prijoritajiet identifikati għall-Bosnja-Ħerzegovina jirrelataw mal-kapaċità tagħha li tissodisfa l-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropej ta' Kopenħagen ta' l-1993 u l-kondizzjonijiet stabbiliti bil-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, speċjalment il-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997 u tal-21 u t-22 ta' Ġunju 1999, id-dikjarazzjoni finali tas-Summit ta' Żagreb ta' l-24 ta' Novembru 2000 u l-Aġenda ta' Tessaloniki.
3. PRIJORITAJIET
Il-prijoritajiet elenkati f'din is-Sħubija Ewropea ntgħażlu fuq il-bażi li huwa realistiku li l-Bosnja-Ħerzegovina tkun mistennija tikkompletahom jew li tmexxihom sostanzjalment 'il quddiem matul il-ftit snin li ġejjin. Issir distinzjoni bejn prijoritajiet fuq perijodu qasir, li huma mistennija li jintlaħqu fi żmien sena jew sentejn, u l-prijoritajiet fuq perijodu medju, li huma mistennija li jintlaħqu fi żmien tlieta jew erba' snin. Il-prijoritajiet jikkonċernaw kemm il-leġislazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.
Fid-dawl tal-bżonn li jiġu stabbiliti prijoritajiet, huwa ċar li hemm kompiti oħra li l-Bosnja-Ħerzegovina trid twettaq u li jistgħu jsiru prijoritajiet fi kwalunkwe sħubija futura, filwaqt li jitqies ukoll il-progress futur li jkun sar mill-Bosnja-Ħerzegovina.
Fost il-prijoritajiet fuq perijodu qasir, dawk prinċipali ġew identifikati u miġbura flimkien fil-bidu tal-lista. L-ordni ta' dawn il-prijoritajiet prinċipali ma tinplikax klassifikazzjoni fl-importanza tagħhom.
3.1. PRIJORITAJIET FUQ PERIJODU QASIR
Prijoritajiet prinċipali
— |
Tiġi adottata u tinbeda l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni ta' riforma tal-forzi tal-pulizija fil-livelli ta' l-Istat u ta' l-Entità f'konformità mat-tliet prinċipji ta' l-UE. |
— |
Ikun hemm kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY), inkluż bir-rwol proattiv għall-arrest ta' l-akkużati kollha ta' l-ICTY li għadhom liberi. |
— |
Tiġi adottata l-leġislazzjoni meħtieġa fil-qasam tax-xandir pubbliku fuq il-livell tal-Federazzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina. Tiġi implimentata riforma fix-xandir pubbliku. |
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija ta' l-2006 għal riforma fl-amministrazzjoni pubblika u jiġi żgurat li l-ministeri u l-istituzzjonijiet fil-livell Statali jkunu ffinanzjati kif xieraq, ikunu operattivi u mgħammra sew, speċjalment f'termini ta' bini u persunal. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fit-tħejjija għall-implimentazzjoni ta' l-impenji tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) u tal-Ftehim Temporanju (FT). |
— |
Jitkomplew l-isforzi mmirati għar-rikonċiljazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-pajjiżi fir-reġjun u jiżdiedu l-isforzi biex jinstabu soluzzjonijiet definittivi għall-kwistjonijiet bilaterali pendenti, partikolarment kwistjonijiet tal-fruntieri. |
— |
Isir progress sostanzjali għall-ħolqien ta' żona ekonomika unika fil-Bosnja-Ħerzegovina li tappoġġja l-moviment liberu tal-merkanzija, il-kapital, is-servizzi u l-persuni. |
— |
Jitnaqqsu r-riġiditajiet strutturali li jxekklu t-tħaddim tas-suq tax-xogħol, partikolarment it-tassazzjoni tax-xogħol, il-livelli ta' trasferimenti soċjali u l-mekkaniżmi ta' l-iffissar tal-pagi sabiex jiżdiedu r-rati ta' parteċipazzjoni u ta' impjieg. |
— |
Jittieħdu miżuri biex jinkisbu strutturi istituzzjonali aktar funzjonali u sostenibbli u jittejjeb ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż billi jiġu maqbula u adottati bidliet lill-kostituzzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina, kif meħtieġ. |
Kriterji Politiċi
Demokrazija u l-Istat tad-dritt
Kostituzzjoni/Governanza
— |
Jittieħdu passi ulterjuri biex l-assemblea parlamentari tal-Bosnja-Ħerzegovina tiġi pprovduta b' riżorsi suffiċjenti tekniċi u tal-persunal. |
— |
Tiġi żgurata koordinazzjoni Stat/Entità strutturata u istituzzjonalizzata bl-istabbiltiment ta' mekkaniżmi li jaħdmu għall-koordinazzjoni politika, leġislattiva u teknika bejn l-Istat u l-Entitajiet. |
— |
Jiġi żgurat segwitu dovut għar-rapporti maħruġa mill-istituzzjonijiet supremi ta' verifika tal-Bosnja-Ħerzegovina u jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għal irregolaritajiet. |
Parlament/Elezzjonijiet
— |
Tiġi emendata l-leġislazzjoni elettorali dwar il-membri tal-Presidenza tal-Bosnjal-Ħerżegovina u d-delegati tal-House of Peoples biex tkun żgurata konformità sħiħa mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-impenji ta' wara l-adeżjoni mal-Kunsill ta' l-Ewropa. |
Amministrazzjoni pubblika
— |
Jiġu pprovduti lill-Uffiċċju tal-Koordinatur ta' l-Amministrazzjoni Pubblika r-riżorsi umani u materjali meħtieġa biex iwettaq il-ħidma tiegħu. |
— |
Jitjiebu aktar il-proċeduri ta' reklutaġġ ibbażati fuq kriterji oġġettivi u abbażi tal-mertu, biex b'hekk tiġi żgurata trasparenza u l-ħatra f'waqtha ta' impjegati fis-servizz ċivili kwalifikati biżżejjed. |
— |
Jiġu armonizzati l-liġijiet tas-servizz ċivili sabiex jinbena servizz ċivili responsabbli u effiċjenti bbażat fuq kriterji ta' żvilupp fil-karriera professjonali. |
— |
Titlesta l-għaqda ta' l-ombudsmen ta' l-Istat u ta' l-Entità u jiġi żgurat li l-uffiċċju fil-livell ta' l-Istat ikollu r-riżosi meħtieġa biex jaħdem sew. |
Sistema ġudizzjarja
— |
Tissaħħaħ l-indipendenza u r-responsabbiltà tas-sistema ġudizzjarja u titjieb l-effikaċja tagħha, inkluż bit-tnaqqis tal-każijiet b'lura. |
— |
Tiġi adottata u tinbeda l-implimentazzjoni ta' strateġija għall-iżvilupp tas-settur ġudizzjarju. |
— |
Jiġi żgurat taħriġ xieraq tal-ġudikatura, partikolarment rigward il-leġislazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet relatati ma' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
Jiġi adottat u implimentat pjan ta' azzjoni dettaljat kontra l-korruzzjoni, ibbażat fuq l-istrateġija nazzjonali ta' kontra l-korruzzjoni. |
— |
Jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-korruzzjoni. |
— |
Issir prosekuzzjoni vigoruża tal-korruzzjoni u tiġi adottata politika ta' tollerenza żero lejn il-korruzzjoni. |
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-liġi dwar il-konflitt ta' l-interessi. |
Drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi
— |
Jitneħħew id-dispożizzjonijiet dwar il-piena kapitali mill-kostituzzjoni tar-Republika Srpska. |
— |
Titjieb l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati mill-Bosnja-Ħerzegovina, inkluż il-ħtiġiet ta' rappurtar. |
— |
Jissaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja |
— |
Tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal. |
— |
Jinlaħaq qbil dwar riforma penitenzjarja komprensiva u jiġi żgurat il-bini ta' ħabs fil-livell Statali. |
— |
Jitjieb aktar il-qafas legali dwar il-minoranzi sabiex dan jilħaq bis-sħiħ il-ħtiġiet tal-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Minoranzi Nazzjonali u tiġi żgurata l-implimentazzjoni tiegħu tul il-Bosnja-Ħerzegovina. |
— |
Jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tal-Kunsill tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Bosnja-Ħerzegovina u l-korpi korrispondenti fil-livell ta' Entità. |
— |
Jiġu żviluppati u implimentati l-pjanijiet ta' azzjoni settorjali kollha taħt l-istrateġija nazzjonali għar-Roma bħala parti minn strateġija komprensiva dwar it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali. |
— |
Jitkomplew it-tneħħija ta' l-istituzzjonalizzazzjoni, is-servizzi bbażati fuq il-komunità u l-għajnuna lil persuni dipendenti, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Tingħata kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, ir-rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajba mal-viċinat, inkluż bil-promozzjoni tat-transizzjoni mill-Patt ta' Stabbiltà għal qafas ta' kooperazzjoni b'dimensjoni aktar reġjonali u l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA). |
— |
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien, partikolarment dwar il-kooperazzjoni transkonfinali, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-kuntrabandu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-ġestjoni tal-fruntieri. |
— |
Tingħata kontribuzzjoni għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti ma' pajjiżi ġirien dwar il-fruntieri. |
— |
Jiġi żgurat li l-fond għar-ritorn tar-refuġjati huwa ffinanzjat b'mod xieraq u kompletament operattiv; tingħata kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni sħiħa tad-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo; jitlesta l-proċess tar-ritorn tar-refuġjati u jinkiseb progress sinifikanti lejn l-integrazzjoni ekonomika u soċjali tagħhom. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Tissaħħaħ l-istabbiltà makroekonomika billi jkun żgurat li l-qagħda fiskali tkun sostenibbli u jintużaw strumenti prudenzjali ta' politika biex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja fid-dawl ta' l-iżvilupp mgħaġġel fl-intermedjazzjoni finanzjarja. |
— |
Jitħaffef il-proċess ta' privatizzazzjoni, bl-objettiv li jiġu trasferiti minn 5 sa 10 % tal-kapital pubbliku lis-settur privat, bil-Federazzjoni timmira għall-ogħla limitu. |
— |
Jiġu żviluppati mekkaniżmi ta' sorveljanza fiskali bbażati fuq regoli fiskali u kooperazzjoni istituzzjonali għall-promozzjoni tad-dixxipplina fiskali fi ħdan Entitajiet u bejn Entitajiet u istituzzjonijiet ta' l-Istat; jiġi żgurat l-ambjent xieraq għall-kooperazzjoni istituzzjonali fi ħdan il-qafas ta' Kunsill Nazzjonali Fiskali li jopera b'mod xieraq. |
— |
Tiġi ffinalizzata r-rikonċiljazzjoni tal-pretensjonijiet domestiċi f'konformità mal-kapaċità ta' rimbors tal-baġit u d-dejn pubbliku jingħata tendenza sostenibbli u li jonqos. |
— |
Titjieb il-governanza korporattiva billi jinkiseb progress sostanzjali bir-ristrutturar u l-likwidazzjoni ta' l-impriżi pubbliċi li jagħmlu t-telf. |
— |
Jiġi żgurat li l-qrati kummerċjali jaħdmu tajjeb u, partikolarment, titjieb il-kapaċità tal-qrati biex jipproċessaw il-proċeduri ta' falliment/stralċ ta' l-impriżi b'mod aktar effiċjenti. |
— |
Tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi lokali u barranin u jittejjeb l-ambjent kummerċjali. |
Standards Ewropej
Suq intern
Moviment liberu tal-merkanzija
— |
Jittejjeb u jiġi implimentat il-qafas legali għall-istandardizzazzjoni, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' prodotti biex jinġieb konformi ma' l-istandards u l-aħjar prassi ta' l-UE; jiġu approssimati aktar ir-regolamenti tekniċi ma' dawk ta' l-acquis; tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-kwalità u l-istituzzjonijiet, u tinħoloq il-bażi legali għall-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. |
— |
Jiġi żgurat progress kontinwu fl-adozzjoni ta' l-istandards Ewropej (ENs). |
— |
Jiġi stabbilit mekkaniżmu għal konsultazzjoni u notifika interna għal regolamenti tekniċi ġodda qabel ma jiġu adottati miżuri li jkollhom impatt fuq il-kummerċ. |
— |
Jiġi żgurat li l-aġenzija ta' sorveljanza tas-suq taħdem għal kollox u li jitkomplew jittieħdu passi għall-istabbiliment ta' struttura ta' sorveljanza tas-suq li twieġeb għar-rekwiżiti ta' l-acquis dwar il-moviment liberu tal-merkanzija. |
— |
Tiġi adottata liġi Statali dwar it-tagħmir farmaċewtiku u mediċinali u tiġi stabbilita Aġenzija Farmaċewtika ta' l-Istat. |
Moviment tal-persuni, is-servizzi u d-dritt ta' l-istabbiliment
— |
Jiġi organizzat il-kontroll bankarju fil-livell Statali (flimkien ma' l-attivitajiet anċillari ta' kontroll) u jiġi żgurat li din l-awtorità ta' kontroll taħdem b'mod effikaċi, skond il-prinċipji fundamentali ta' Basel għal kontroll bankarju effikaċi. |
— |
Jiġu adottati l-liġijiet dwar l-obbligi fil-livell ta' l-Istat. |
— |
Jiġi żgurat li l-aġenzija ta' assigurazzjoni tal-Bosnja-Ħerżegovina taħdem tajjeb u li tiggarantixxi l-eżistenza ta' suq intern uniku ta' l-assigurazzjoni. |
— |
Jinħoloq qafas leġislattiv u regolatorju konsistenti għas-swieq tal-kapital biex tkun żgurata l-eżistenza ta' żona ekonomika unika u jinħoloq ambjent istituzzjonali xieraq għall-koordinazzjoni tal-linji politiċi u l-leġislazzjoni tas-swieq tal-kapital. |
Moviment liberu tal-kapital
— |
Isir aktar progress dwar l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-kapital. |
Dwana u tassazzjoni
— |
Jiġu approssimati aktar il-leġislazzjoni u l-proċeduri doganali u tat-taxxa ma' l-acquis u jiġi żgurat li t-tariffa tal-Bosnj-Ħerzegovina tkun aġġornata f'waqtha abbażi tan-Nomenklatura Magħquda l-aktar reċenti. |
— |
Jiġi żgurat li l-qafas legali għaż-żoni ħielsa jkun kompatibbli ma' l-istandards ta' l-UE u li jiggarantixxi kontroll xieraq taż-żoni ħielsa. |
— |
Tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tar-regoli ta' oriġini, inkluża l-kumulazzjoni djagonali. |
— |
Jiġu implimentati regoli ta' valutazzjoni doganali f'konformità ma' l-istandards u l-prassi internazzjonali. |
— |
Jitneħħew it-taxxi li għandhom effett ekwivalenti għad-dazju doganali (miżati doganali għall-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet doganali). |
— |
Titjieb aktar il-kapaċità amministrattiva biex tiġi implimentata leġislazzjoni tad-dazji u tat-taxxa u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfinali u l-evazjoni fiskali. |
— |
Jintlaħaq qbil dwar formola permanenti għall-allokazzjoni tad-dħul mit-tassazzjoni indiretta bejn l-Istat, l-Entitajiet u d-distrett Brčko. |
— |
Ikun hemm impenn għall-prinċipji tal-Kodiċi ta' Kondotta fil-qasam tat-tassazzjoni kummerċjali u tiġi żgurata l-konformità ta' miżuri ġodda tat-taxxa ma' dawn il-prinċipji. |
Kompetizzjoni
— |
Titjieb il-leġislazzjoni eżistenti dwar l-antitrust skond ir-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Kunsill tal-Kompetizzjoni. |
— |
Jitħaffu t-tħejjijiet fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat, partikolarment bl-adozzjoni tal-leġislazzjoni meħtieġa, billi tkun stabbilita awtorità pubblika ta' monitoraġġ ta' l-għajnuna mill-istat operattiva indipendentement u billi tkun żgurata t-trasparenza ta' l-għajnuna kollha mogħtija fil-Bosnja-Ħerzegovina. |
Akkwist pubbliku
— |
Jiġi żgurat li s-sistema unika ta' l-akkwist pubbliku taħdem tajjeb u jiġu implimentati l-leġislazzjoni u l-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku. Jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċità amministrattiva. |
Liġi dwar il-proprjetà intelletwali
— |
L-Istitut għall-Proprjetà Intellettwali għandu jsir operattiv għal kollox sabiex ikun jista' jwettaq il-missjonijiet tiegħu b'mod effettiv u jimplimenta u jinforza l-qafas legali kurrenti. |
— |
Jitħejja pjan ta' azzjoni għall-bini tal-kapaċità meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet dwar il-proprjetà intellettwali, b'enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li jiġi pprovdut taħriġ speċjalizzat għall-korpi ta' l-infurzar tal-liġijiet, l-imħallfin, il-prosekuturi u l-uffiċjali tad-dwana. |
— |
Titjieb il-kooperazzjoni fost il-korpi ta' l-infurzar tal-liġi u bejn il-partijiet interessati rilevanti kollha bil-għan li jissaħħaħ l-infurzar u jinbeda l-iżvilupp ta' kampanji biex titqajjem kuxjenza pubblika. |
Impjieg u linji ta' politika soċjali
— |
Jiġu żviluppati aktar il-linji ta' politika ta' inklużjoni soċjali u protezzjoni soċjali. |
— |
Jiġu żviluppati mekkaniżmi għal djalogu soċjali. |
— |
Isiru aktar sforzi biex titjieb is-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà. |
— |
Jiġu żviluppati strutturi u kapaċità amministrattiva xierqa fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa. |
Edukazzjoni u riċerka
— |
Tiġi implimentata l-Liġi fil-livell Statali dwar l-edukazzjoni ogħla, li twitti t-triq għall-implimentazzjoni tal-komponenti ewlenin tal-proċess ta' Bolonja u l-Konvenzjoni tar-Rikonoxximent ta' Liżbona. |
— |
Tiġi riżolta l-frammentazzjoni tas-sistema edukattiva u l-koinċidenza tal-funzjonijiet bejn il-livelli differenti ta' organizzazzjoni. Jissaħħu l-iżvilupp tal-politika u l-ippjanar strateġiku biex titjieb il-kwalità ta' l-edukazzjoni |
— |
Jittieħdu miżuri biex tkun evitata s-segregazzjoni tat-tfal fuq linji entniċi fl-iskola. |
— |
Tiġi ffirmata u rratifikata l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' l-Espressjonijiet Kulturali. |
— |
Jinbeda t-tfassil ta' politika integrata dwar ir-riċerka. |
Kwistjonijiet dwar id-WTO
— |
Jitkomplew ir-riformi meħtieġa għall-konformità mar-regoli u l-obbligi tad-WTO u titkompla l-ħidma lejn il-kisba ta' l-adeżjoni mad-WTO. |
Linji ta' politika settorjali
Industrija u SMEs
— |
Jinħoloq qafas legali u istituzzjonali koerenti għall-SMEs sabiex tkun implimentata kif xieraq il-Karta ta' l-SMEs. |
— |
Tiġi adottata l-istrateġija proposta madwar il-pajjiż kollu dwar l-SMEs u jiġu stabbiliti l-kapaċitajiet minimi meħtieġa fil-livell ta' l-Istat biex tkun żgurata politika koerenti u koordinata ta' l-SMEs fil-pajjiż kollu, inkluż Aġenzija ta' l-SMEs nazzjonali u forum għal djalogu u kunsultazzjoni ma' l-SMEs. |
— |
Tiġi żviluppata politika industrijali komprensiva. |
Agrikoltura u sajd
— |
Tiġi adottata l-Liġi dwar l-Agrikoltura, l-Ikel u l-Iżvilupp Rurali u jiġi żgurat qafas legali xieraq għall-implimentazzjoni armonizzata tal-linji ta' politika agrikoli, ta' l-ikel u ta' l-iżvilupp rurali. Tiġi żviluppata strateġija komprensiva dwar l-agrikoltura fil-livell ta' l-Istat. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fil-livell ta' l-Istat fir-rigward ta' l-agrikoltura, l-ikel u l-iżvilupp rurali sabiex tkun koordinata b'mod effikaċi l-implimentazzjoni tal-linji ta' politika tas-suq u ta' l-iżvilupp rurali madwar il-pajjiż kollu. Issir ħidma lejn l-istabbiliment ta' Ministeru ta' l-Agrikoltura, l-Ikel u l-Iżvilupp Rurali fil-livell ta' l-Istat b'riżorsi suffiċjenti biex jimplimenta l-missjonijiet tiegħu. |
— |
Tiġi żgurata l-adozzjoni ta' leġislazzjoni konformi ma' l-istandards Ewropej fis-settur tas-sigurtà alimentari, is-settur veterinarju u dak fitosanitarju u tinbeda l-implimentazzjoni tagħha. |
— |
Titjieb il-kapaċità tal-laboratorju u ta' l-ispezzjoni fis-settur tas-sigurtà ta' l-ikel u fis-settur veterinarju u dak fitosanitarju, jiġu stabbiliti laboratorji ta' referenza u jiġu żviluppati proċeduri tat-teħid ta' kampjuni skond ir-rekwiżiti ta' l-UE. |
— |
Titjieb is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni taċ-ċaqliq tal-bovini u tinbeda l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni taċ-ċaqliq tal-ħnieżer, in-ngħaġ u l-mogħoż. |
Ambjent
— |
Tiġi adottata liġi ambjentali Statali biex jinħoloq il-qafas għal protezzjoni armonizzata ta' l-ambjent man-nazzjon kollu. |
— |
Tiġi implimentata aktar il-leġislazzjoni dwar il-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali. |
— |
Jiġu ratifikati u tinbeda l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, inklużi l-Konvenzjonijiet Aarhus u Espoo. |
— |
Jiġi stabbilit u żgurat it-tħaddim xieraq ta' l-Aġenzija Ambjentali ta' l-Istat. |
— |
Tissaħħaħ aktar il-kapaċità amministrattiva ta' l-istituzzjonijiet relatati ma' l-ambjent, partikolarment fil-livell ta' l-Istat, u titjieb il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni bejn dawk l-istituzzjonijiet. |
Enerġija
— |
Jiġu ssodissfati l-obbliġi li jirriżultaw mit-Trattat dwar il-Komunità ta' l-Enerġija mill-1 ta' Lulju 2007 fir-rigward ta' l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-acquis fuq is-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku u fuq l-iskambji transkonfinali fl-elettriku. |
— |
Tiġi żviluppata u adottata strateġija komprensiva dwar l-enerġija. |
Politika tat-trasport
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iżvilupp tan-Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk, inkluż l-Addendum dwar il-ħolqien ta' żona ferrovjarja fl-Ewropa tax-Xlokk u jiġi kkonsolidat l-ippjanar ta' l-infrastrutturi tat-trasport fil-livell ta' l-Istat u ta' l-Entitajiet, bil-ħsieb ta' prijoritizzazzjoni konsistenti ta' proġetti tat-trasport tul in-Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk. |
— |
Jiġu approssimati ma' l-acquis dwar it-trasport bit-triq (standards tekniċi u ta' sikurezza, regoli soċjali u aċċess għas-suq). |
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-Liġi ta' l-Istat dwar il-Ferroviji. Titħejja dikjarazzjoni tan-netwerk ferrovjarju għal aċċess miftuħ għall-użu ta' l-infrastruttura. |
— |
Jiġu implimentati l-impenji meħuda taħt l-ewwel fażi transitorja tal-Ftehim dwar iż-Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea, inkluża l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-avjazzjoni rilevanti. |
Soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja
— |
Tiġi adottata l-Liġi dwar l-Aġenzija tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni u tiġi stabbilita l-Aġenzija. |
— |
Jiġu implimentati u infurzati r-regolamenti dwar it-telekomunikazzjonijiet/il-komunikazzjonijiet elettroniċi mmirati għal suq kompletament liberalizzat u kompetittiv. Jiġu introdotti s-salvagwardji kompetittivi meħtieġa fis-suq. |
— |
Tinżamm il-pożizzjoni indipendenti ta' l-Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjonijiet. Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha. |
Kontroll finanzjarju
— |
Tiġi żviluppata u adottata strateġija ta' kontroll intern tal-finanzi pubbliċi. |
— |
Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni dwar il-kontroll intern u l-verifika fis-settur pubbliku. |
Statistika
— |
Jiġi implimentat il-ftehim bejn l-Entitajiet fis-sistema ta' l-istatistika dwar it-titjib tal-ħidma ta' l-Aġenzija ta' l-Istatistika Ċentrali fil-Bosnja-Ħerżegovina u titjieb il-firxa u l-kwalità ta' l-istatistika, partikolarment fil-livell ta' l-Istat. |
— |
Jitjiebu l-ġbir u l-ipproċessar ta' statistika dwar l-agrikoltura skond l-istandards u l-metodoloġija ta' l-UE. |
— |
Titjieb il-kwalità u l-kopertura ta' l-istatistika dwar il-kontijiet konsolidati tal-gvern. |
— |
Jiġi stabbilit il-qafas leġislattiv finanzjarju meħtieġ għat-twettiq taċ-ċensiment tal-popolazzjoni. Ikun hemm qbil dwar data ta' mira għaċ-ċensiment u jinbdew it-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tiegħu. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll tal-fruntieri, ażil u migrazzjoni
— |
Jiġi provdut il-persunal xieraq għat-taqsima tal-migrazzjoni fi ħdan il-Ministeru tas-Sigurtà u l-faċilitajiet, it-tagħmir, il-persunal u t-taħriġ adegwat għad-Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin. |
— |
Tiġi adottata strateġija tal-migrazzjoni fil-livell ta' l-Istat u l-Liġi l-ġdida dwar iċ-ċaqliq u r-residenza ta' barranin. |
— |
Jiġi implimentat il-ftehim ta' riammissjoni KE/Bosnja-Ħerzegovina u jiġu negozjati l-ftehim ta' riammissjoni mal-pajjiżi ta' oriġini ta' migranti fi transitu. |
— |
Jiġi żgurat li ċ-ċentri ta' lqugħ jilħqu l-istandards internazzjonali u jassumu pussess sħiħ tal-finanzjament u l-ġestjoni tagħhom. |
— |
Tiġi adottata u implimentata l-istrateġija nazzjonali riveduta dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri (ĠIF), abbażi tal-linji gwida tal-ĠIF għall-Balkani tal-Punent, kif ukoll il-pjan ta' azzjoni nazzjonali korrispondenti. |
— |
Ikomplu jitjiebu l-punti ta' qsim tal-fruntieri. |
Money laundering
— |
Jiġi impjegat il-persunal meħtieġ għall-Unità ta' Intelligence Finanzjarja. |
— |
Tiġi mtejba aktar il-leġislazzjoni kontra l-money laundering, inkluż l-implimentazzjoni u l-infurzar. |
Drogi
— |
Tiġi żviluppata politika dwar id-drogi fil-livell ta' l-Istat f'konformità ma' l-istandards Ewropej. |
— |
Jiġi żgurat it-tħaddim sħiħ ta' uffiċċju għan-narkotiċi fil-livell ta' l-Istat. |
Pulizija
— |
Tissaħħaħ aktar l-Aġenzija ta' l-Investigazzjoni u l-Protezzjoni ta' l-Istat, partikolarment billi jitlesta r-reklutaġġ tal-persunal tagħha. |
Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
— |
Jitħejjew u jiġu implimentati l-pjani ta' azzjoni kollha previsti mill-istrateġija nazzjonali għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. |
— |
Jiġi aġġornat u implimentat il-pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. |
— |
Tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar l-azzjoni kontra t-traffikar tal-bnedmin. |
— |
Tiġi rinfurzata l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kooperazzjoni internazzjonali ma' aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi. |
— |
Jittieħdu miżuri addizzjonali biex jiġu protetti vittmi tat-traffikar u tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni tax-xhieda. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-Aġenzija ta' l-Investigazzjoni u l-Protezzjoni ta' l-Istat fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u tiġi rinfurzata l-kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam, inkluż permezz ta' implimentazzjoni xierqa tal-konvenzjonijiet internazzjonali. |
Protezzjoni ta' data personali
— |
Tiġi stabbilita awtorità superviżorja indipendenti (aġenzija għall-protezzjoni tad-data) b'setgħat u riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti. |
3.2. PRIJORITAJIET FUQ PERIJODU MEDJU
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-Istat tad-dritt
Kostituzzjoni/Governanza
— |
Jitkompla l-proċess biex jintlaħaq qbil dwar u jiġu adottati bidliet fil-kostituzzjoni tal-Bosnja-Ħerzegovina li ser jikkontribwixxu biex joħolqu strutturi istituzzjonali aktar funzjonali u sostenibbli min-naħa fiskali, jitjieb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u jiġi appoġġat il-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea. |
— |
Jiġi żgurat progress kontinwu bit-teħid ta' responsabbiltà nazzjonali sħiħa għall-formulazzjoni tal-politika u għat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
Amministrazzjoni pubblika
— |
Tiġi implimentata r-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha. Tiżdied il-kapaċità għal armonizzazzjoni legali progressiva u għall-implimentazzjoni ta' l-acquis. |
Sistema ġudizzjarja
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija għall-iżvilupp tas-settur tal-ġustizzja, tiġi kkonsolidata ġudikatura indipendenti, affidabbli u effiċjenti li tiggarantixxi l-istat tad-dritt u aċċess ugwali ta' ċittadini għall-ġustizzja u jiġi ggarantit li l-qrati jkollhom it-tagħmir tekniku u l-mezzi finanzjarji meħtieġa biex tingħata ġustizzja effiċjenti u xierqa. |
Drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi
— |
Jiġi żgurat li l-leġislazzjoni nazzjonali hija għal kollox kompatibbli mal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
— |
Tiġi żgurata l-protezzjoni tal-minoranzi skond l-istandards ta' l-UE u dawk internazzjonali; tiġi implimentata bis-sħiħ l-istrateġija nazzjonali għar-Roma u l-pjanijiet ta' azzjoni settorjali tagħha; tiġi żviluppata data li tista' sservi bħala bażi soda għat-trawwim ta' aktar żviluppi ta' strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni għall-inklużjoni soċjali u l-evalwazzjoni tagħhom. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Jiġu promossi aktar id-djalogu reġjonali, l-istabbiltà, ir-relazzjonijiet tajba mal-viċinat u l-kooperazzjoni. |
— |
Jiġi allinjat il-ftehim konkluż ma' l-Istati Uniti dwar il-kondizzjonijiet ta' ċessjoni ta' persuni lill-Qorti Kriminali Internazzjonali f'konformità mal-prinċipji gwida ta' l-UE adottati mill-Kunsill Ewropew f'Settembru 2002. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Titjieb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi billi jitnaqqas l-infiq pubbliku fir-rigward tad-PGD, jiġi ristrutturat l-infiq lejn kategoriji li jsaħħu t-tkabbir u billi tissaħħaħ il-kapaċità ta' ppjanar tal-politika ekonomika. |
— |
Jitlesta l-proċess ta' privatizzazzjoni u jiġu likwidati l-bqija ta' l-impriżi pubbliċi li jagħmlu telf u li ma jistgħux jinbiegħu. |
— |
Titjieb il-parteċipazzjoni fl-ekonomija formali billi jitnaqqsu r-rati tal-kontribuzzjoni soċjali u tiġi riformata s-sistema tal-pensjonijiet u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tax-xogħol tul il-pajjiż. |
— |
Titħaffef is-separazzjoni ta' l-indusriji f'netwerk sabiex jinfetħu s-swieq ta' l-elettriku, il-gass u t-telekomunikazzjonijiet għal aktar fornituri bil-ħsieb li tiżdied il-kompetizzjoni u l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi. |
— |
Jitkomplew ir-riformi fl-oqsma tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà, l-infurzar tal-kuntratti, il-proċeduri ta' falliment, ir-reġistrazzjoni, it-tassazzjoni u l-liċenzjar tan-negozji sabiex jitjieb l-ambjent kummerċjali u tiġi promossa l-intraprenditorija. Jitneħħew regolamenti li jikkoinċidu imposti minn livelli differenti ta' gvern u t-tassazzjoni doppja għall-kumpanniji bejn l-entitajiet. |
Standards Ewropej
Suq intern
Moviment liberu tal-merkanzija
— |
Jitkompla l-istabbiliment ta' l-infrastruttura tal-kwalità, bl-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni fl-oqsma ta' l-istandards, iċ-ċertifikazzjoni, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-konformità ma' l-acquis, u bit-traspożizzjoni ta' direttivi b'approċċ ġdid u globali u direttivi b'approċċ qadim. |
— |
Isir aktar progress fl-adozzjoni ta' l-istandards Ewropej u jitħaffu l-isforzi biex issir membru sħiħ tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u ta' l-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni. |
— |
Tiġi stabbilita sistema ta' sorveljanza tas-suq f'komformità ma' l-istandards Ewropej. |
Dwana u tassazzjoni
— |
Tiġi żgurata approssimazzjoni kontinwa ta' leġislazzjoni doganali u ta' tassazzjoni ma' l-acquis u tiżdied aktar il-kapaċità amministrattiva biex tiġi implimentata din il-leġislazzjoni u biex tkun miġġielda l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfinali u l-evażjoni fiskali. |
— |
Jitjiebu t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni fi ħdan ir-reġjun u ma' l-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta' miżuri li jipprevjenu li t-taxxi jiġu evitati jew evażi. |
Kompetizzjoni
— |
Tiġi implimentata leġislazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u jiġi żgurat li l-awtorità ta' monitoraġġ ta' l-għajnuna mill-Istat topera b'mod effikaċi. |
— |
Jiġi prodott inventarju komprensiv ta' l-għajnuna mill-Istat. |
Akkwist pubbliku
— |
Jiġi żgurat li l-qafas legali għall-akkwist pubbliku huwa kompatibbli ma' l-acquis u li l-proċeduri ta' akkwist pubbliku huma implimentati sew. |
Impjieg u linji ta' politika soċjali
— |
Fil-qasam tas-saħħa mentali, jiġu żviluppati servizzi bbażati fuq il-komunità bħala alternattiva għall-istituzzjonalizzazzjoni, filwaqt li titqies l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-kura tas-saħħa mentali. |
Edukazzjoni u riċerka
— |
Jittieħdu miżuri biex titjieb is-sistema ta' l-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni primarja, u biex tinħoloq sistema moderna ta' edukazzjoni vokazzjonali u ta' taħriġ. |
— |
Tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla. |
Statistika
— |
Tiġi żviluppata statistika ekonomika affidabbli u tinbena kapaċità istituzzjonali biex tiġi prodotta u ppubblikata data bażika ta' l-istatistika armonizzata ma' standards Ewropej, partikolarment fl-oqsma ta' l-istatistika tal-kontijiet nazzjonali, l-agrikoltura, dik makroekonomika u kummerċjali, u l-istatistika soċjali, inkluża l-edukazzjoni, l-istatistika ta' xogħol u saħħa. |
— |
Jitwettaq iċ-ċensiment tal-popolazzjoni. |
Linji ta' politika settorjali
Industrija u SMEs
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Karta ta' l-SMEs. |
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-politika industrijali. |
Agrikoltura u sajd
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija komprensiva dwar l-agrikoltura fil-livell ta' l-Istat madwar il-pajjiż kollu. |
— |
Tissaħħaħ aktar il-kapaċità fil-livell ta' l-Istat għall-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politika ta' l-agrikoltura, ta' l-ikel u ta' l-iżvilupp rurali, jiġu rinfurzati l-mekkaniżmi ta' l-implimentazzjoni u ssir aktar approssimazzjoni ma' l-acquis. |
— |
Titkompla l-adozzjoni ta' leġislazzjoni konformi fis-settur tas-sigurezza alimentari, fis-setturi veterinarji u fitosanitarji u tiġi żviluppata sistema effikaċi ta' kontrolli. |
— |
Tiġi vvalutata l-konformità ta' stabbilimenti agroalimentari ma' ħtiġiet ta' l-UE u jitħejja u jinbeda programm għall-modernizzazzjoni ta' dawk l-istabbilimenti. |
Ambjent
— |
Titkompla l-ħidma dwar it-traspożizzjoni progressiva ta' l-acquis, b'enfasi partikolari fuq il-ġestjoni ta' l-iskart, il-kwalità ta' l-ilma, il-kwalità ta' l-arja, il-protezzjoni tan-natura u l-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis. |
— |
Jiġu implimentati pjanijiet strateġiċi, inkluż strateġiji ta' l-investiment, u jiżdiedu l-investimenti fl-infrastruttura ambjentali, b'enfasi partikolari fuq il-ġbir u t-trattament tad-drenaġġ, il-provvista ta' l-ilma tax-xorb u l-ġestjoni ta' l-iskart solidu. |
— |
Tiġi żgurata integrazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni ambjentali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika settorjali oħrajn. |
Politika tat-trasport
— |
Jinħolqu l-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni fuq il-linji tal-ferroviji, inkluż istituzzjonijiet regolatorji u responsabbli għas-sikurezza tal-ferroviji. |
— |
Tiġi żgurata aktar approssimazzjoni tal-leġislazzjoni ma' l-acquis tat-trasport, partikolarment fir-rigward ta' standards tekniċi u tas-sikurezza (inkluż l-implimentazzjoni tat-takografu diġitali), standards soċjali u liberalizzazzjoni tas-suq. |
— |
Jiġu implimentati impenji meħuda taħt it-tieni fażi transitorja tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni Ewropew ta' l-Avjazzjoni |
Enerġija
— |
Titħaffef ir-riforma tas-servizzi ta' l-enerġija, partikolarment fis-setturi ta' l-enerġija elettrika u tal-gass, jiġu implimentati l-pjani ta' azzjoni ta' l-Entitajiet għar-ristrutturar tas-settur ta' l-enerġija, jiġu żviluppati u implimentati pjani paralleli dwar ir-riforma tas-settur tal-faħam, jiġi stabbilit operatur tas-sistema ta' trasmissjoni u operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni fis-settur tal-gass u jiġi żviluppat is-suq intern tal-gass. |
— |
Tiġi żgurata sistema konsolidata ta' regolazzjoni ta' l-enerġija u l-gass, lesta li tinkludi setturi oħrajn ta' l-enerġija, f'konformità mat-Trattat dwar il-Komunità ta' l-Enerġija u, b'mod parallel, jiġi żgurat li jiġu trattati l-kwistjonijiet relatati ma' konsumaturi f'sitwazzjoni soċjali vulnerabbli. |
Soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-leġislazzjoni tax-xandir pubbliku u titlesta r-riforma strutturali tas-settur tax-xandir pubbliku. |
— |
Tiġi allinjata l-leġislazzjoni mal-qafas regolatorju ta' l-UE għan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar. |
— |
Isir allinjament mal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Trans-konfini u d-direttiva dwar it-Televiżjoni mingħajr Fruntieri. |
Kontroll finanzjarju
— |
Tiġi implimentata l-karta ta' politika u l-pjan ta' azzjoni dwar il-kontroll intern tal-finanzi pubbliċi. |
— |
Jissaħħu l-kapaċità operattiva u funzjonali u l-indipendenza finanzjarja ta' l-istituzzjonijiet supremi ta' verifika. |
— |
Jiġu żviluppati proċeduri u kapaċità amministrattiva sabiex jiżguraw protezzjoni effikaċi ta' l-interessi finanzjarji ta' l-UE. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll tal-fruntieri, ażil u migrazzjoni
— |
Jiġu implimentati l-linji ta' politika dwar il-viża, l-ażil u l-migrazzjoni f'konformità ma' l-istandards ta' l-UE. |
— |
Titjieb aktar il-ġestjoni tal-fruntieri, b'enfasi speċjali fuq l-infrastruttura u s-sorveljanza fil-fruntieri tal-fruntiera l-ħadra |
Money laundering
— |
Jiġi żgurat titjib kontinwu tar-rekord ta' l-infurzar rigward il-money laundering. |
Drogi
— |
Jiġi żgurat li l-korpi ta' l-infurzar tal-liġi jkunu mgħammra sew biex jiġġieldu t-traffikar tad-drogi. Tinkiseb kooperazzjoni sodisfaċenti bejn l-aġenziji u kooperazzjoni internazzjonali, li twassal għal riżultati konsiderevolment imtejba f'dan il-qasam. |
Pulizija
— |
Ikun hemm implimentazzjoni sħiħa tar-riforma tal-pulizija. |
Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
— |
Jinkisbu riżultati sinifikanti kontra l-kriminalità organizzata, it-tipi kollha ta' traffikar u terroriżmu u tiġi żgurata prosekuzzjoni xierqa. |
Protezzjoni ta' data personali
— |
Tiġi implimentata l-liġi nazzjonali dwar data personali f'konformità ma' l-acquis u jiġu żgurati monitoraġġ u infurzar effiċjenti. |
4. PROGRAMMAR
L-assistenza Komunitarja taħt il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ser tiġi pprovduta taħt l-istrumenti finanzjarji eżistenti, partikolarment bir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (IPA), u għall-programmi adottati qabel l-2007, ir-Regolament Nru 2666/2000 (ir-Regolament CARDS) (1). Il-ftehim ta' finanzjament iservu bħala bażi legali għall-implimentazzjoni tal-programmi konkreti. Għalhekk, din id-Deċiżjoni mhux ser ikollha implikazzjonijiet finanzjarji. Il-Bosnja-Ħerzegovina jista' jkollha aċċess għal finanzjamenti minn programmi multi-nazzjonali u orizzontali.
5. KONDIZZJONALITÀ
L-assistenza lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hija kondizzjonali għall-progress fl-issodisfar tal-kriterji ta' Kopenħagen u fl-issodisfar tal-prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija Ewropea Nuqqas ta' rispett għal dawn il-kondizzjonijiet jista' jwassal sabiex il-Kunsill jieħu miżuri xierqa abbażi ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006, fil-każ ta' programmi qabel l-2007, abbażi ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2666/2000. L-assistenza hija wkoll soġġetta għall-kondizzjonijiet definiti mfissra mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997, partikolarment rigward l-impenn tar-riċevitur li jwettqu riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali. Il-kondizzjonijiet speċifiċi huma wkoll inklużi fi programmi annwali individwali. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament ser jiġu segwiti minn ftehim ta' finanzjament iffirmat mal-Bosnja-Ħerżegovina.
6. MONITORAĠĠ
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tkun eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, partikolarment ir-rapporti annwali ppreżentati mill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2112/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23).
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 80/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija ta' Adeżjoni ma' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/57/KE
(2008/212/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar l-istabbiliment ta' sħubijiet Ewropej fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizazzjoni u assoċjazzjoni (1), kif emendat, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 approva l-introduzzjoni tas-Sħubijiet Ewropej bħala mezz biex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 jipprevedi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fis-sħubijiet, kif ukoll dwar aġġustamenti sussegwenti. Jiddikjara wkoll li s-segwitu tas-sħubijiet se jkun żgurat permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti skond il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, prinċipalment permezz tar-rapporti annwali ta' progress. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2005 ta l-istatus ta' kandidat lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Għalhekk, saret proposta għall-emenda tar-Regolament 553/2004 biex jinbidel l-isem tas-Sħubija ta' dan il-pajjiż minn “Sħubija Ewropea” għal “Sħubija ta' Adeżjoni”. |
(4) |
Fit-30 ta' Jannar 2006 l-Kunsill adotta t-tieni Sħubija ta' Adeżjoni ma' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2), wara l-proposta tal-Kummissjoni ta' Novembru 2005. |
(5) |
Id-Dokument tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin għall-2006–2007 jindika li s-sħubijiet jiġu aġġornat fi tmiem l-2007. |
(6) |
Fit-17 ta' Lulju 2006 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (3) li jistabbilixxi Strument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li jġedded il-qafas għall-għajnuna finanzjarja għal pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni. |
(7) |
Jixraq għalhekk li tiġi adottata Sħubija ta' Adeżjoni li taġġorna s-sħubija attwali sabiex tidentifika prijoritajiet imġedda għal ħidma ulterjuri, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tar-Rapport ta' Progress ta' l-2007 dwar it-tħejjijiet ta' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għal integrazzjoni ulterjuri ma' l-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Sabiex iħejju għal integrazzjoni ulterjuri ma' l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Meċedonja għandhom jiżviluppaw pjan bi skeda u miżuri speċifiċi sabiex jindirizzaw il-prijoritajiet ta' din is-Sħubija ta' Adeżjoni. |
(9) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/57/KE għandha titħassar, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija ta' Adeżjoni ma' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropeja ser tiġi eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti bil-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, l-aktar ir-rapporti annwali dwar il-progress imressqa mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2006/57/KE għandha titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 18 ta' Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 269/2006 (ĠU L 47, tal-17.2.2006, p. 7).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/57/KE tat-30 ta' Jannar 2006 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropeja ma' l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u li tħassar d-Deċiżjoni 2004/518/KE (ĠU L 35, 7.2.2006, p. 57).
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
ANNESS
SĦUBIJA TA' ADEŻJONI 2007 TA' DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA
1. INTRODUZZJONI
Il-Kunsill Ewropew endorsja l-introduzzjoni tas-sħubijat bħala mezz biex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Is-Sħubija ta' Adeżjoni proposta taġġorna lis-Sħubija Ewropea ta' Jannar 2006, abbażi tas-sejbiet tar-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni ta' l-2007 dwar dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Din tidentifika prijoritajiet ġodda u pendenti għal azzjoni. Il-prijoritajiet il-ġodda huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi u l-istadju ta' tħejjija tal-pajjiż u ser ikunu aġġornati kif meħtieġ. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hi mistennija tiżviluppa pjan li jinkludi skeda ta' żmien u miżuri speċifiċi intiżi li jittarattaw il-prijoritajiet tas-Sħubija ta' Adeżjoni. Is-sħubija tipprovdi wkoll gwida għall-assistenza finanzjarja lill-pajjiż.
2. PRINĊIPJI
Il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jibqa' l-qafas għall-mixja Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, matul it-triq kollha li twassal għall-adeżjoni futura tagħhom. Il-prijoritajiet identifikati għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma relatati mal-kapaċità tagħha li tissodisfa l-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen ta' l-1993 u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, partikolarment il-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997 u l-21 u t-22 ta' Ġunju 1999, id-dikjarazzjoni finali tas-Summit ta' Żagreb ta' l-24 ta' Novembru 2000 u l-Aġenda ta' Tessaloniki.
3. PRIJORITAJIET
Il-prijoritajiet elenkati f'din is-Sħubija ta' Adeżjoni ntagħżlu fuq il-bażi li huwa realistiku li jkun mistenni li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tkun tista' twettaqhom jew tmexxihom sostanzjalment 'il quddiem matul il-ftit snin li ġejjin. Qed issir distinzjoni bejn prijoritajiet fuq perijodu qasir, li huma mistennija li jitlestew fi żmien sena jew sentejn, u prijoritajiet fuq perijodu medju, li huma mistennija jitlestew fi żmien tlieta jew erba' snin. Il-prijoritajiet jikkonċernaw kemm il-leġislazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet, huwa ċar li hemm kompiti oħra li dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja teħtieġ twettaq u li jistgħu jsiru prijoritajiet fi kwalunkwe sħubija futura, filwaqt li jitqies ukoll il-progress futur li jkun sar minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
Fost il-prijoritajiet fuq perijodu qasir, dawk prinċipali ġew identifikati u miġbura flimkien fil-bidu tal-lista. L-ordni ta' dawn il-prijoritajiet prinċipali ma timplikax klassifikazzjoni ta' l-importanza tagħhom.
3.1. PRIJORITAJIET FUQ PERIJODU QASIR
Prijoritajiet ewlenin
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' l-impenji kollha meħuda fil-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
— |
Jiġi promoss djalogu kostruttiv u inklussiv, partikolarment f'oqsma li jeħtieġu kunsens bejn il-partiti politiċi kollha, fil-qafas ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi. |
— |
Tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tal-Liġi dwar il-pulizija. |
— |
Jinkisbu riżultati kostanti fl-implimentazzjoni tar-riformi ġudizzjarji u jissaħħu l-indipendenza u l-kapaċità globali tas-sistema ġudizzjarja. Tiġi implimentata r-riforma tal-prosekuzzjoni u tiġi ffinalizzata l-ħatra tal-Kunsill Ġudizzjarju. |
— |
Jinkisbu riżultati kostanti fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. |
— |
Jiġi żgurat li r-reklutaġġ u l-avvanz fil-karriera tal-ħaddiema taċ-ċivil ma tkunx soġġetta għal indħil politiku, tiġi żviluppata ulterjorment sistema ta' karrieri bbażata fuq il-mertu u tiġi implimentata totalment il-Liġi dwar il-ħaddiema taċ-ċivil. |
— |
Jitnaqqas it-tfixkil għall-ħolqien ta' l-impjieg u jiġi ttrattat partikolarment il-qgħad taż-żgħażagħ u l-qgħad fuq perijodu twil. |
— |
Jiġi mtejjeb l-ambjent kummerċjali ġenerali billi jittejjeb l-istat tad-dritt, tissaħħaħ l-indipendenza ta' l-aġenziji regolatorji u superviżorji, jitħaffu l-proċeduri legali u tissokta r-reġistrazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà. |
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
— |
Tissokta l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Qafas Ohrid bil-għan li, inter alia, jiġi promoss l-bini ta' fiduċja interetnika. |
Parlament/Elezzjonijiet
— |
Jiġi żgurat li l-elezzjonijiet futuri kollha jitmexxew skond il-kodiċi elettorali. |
— |
Jittieħdu deċiżjonijiet minnufih dwar kwalunkwe irregolarità fl-elezzjonijiet u jiġu imposti pieni li jimpedixxu każi ulterjuri. |
— |
Tiġi mtejba l-kapaċità tal-parlament, partikolarment billi jiżdiedu r-riżorsi tiegħu. |
Gvern
— |
Tissaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà ta' l-amministrazzjonijiet lokali. B'mod partikolari, jissaħħu l-kontroll intern u l-verifiki. |
— |
Jiġi stabbilit standard sodisfaċenti ta' ġbir tat-taxxa muniċipali mal-pajjiż kollu. |
— |
Tiġi żviluppata l-kapaċità tal-muniċipalitajiet għall-ġestjoni ta' l-art ta' l-Istat. |
— |
Jiġi żgurat li l-għadd u l-kompetenza tal-persunal tal-muniċipalitajiet ikunu suffiċjenti. |
Amministrazzjoni pubblika
— |
Tiġi introdotta sistema ta' karrieri abbażi tal-mertu sabiex tinbena amministrazzjoni pubblika responsabbli, effikaċi u professjonali fil-livell ċentrali u lokali. |
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-kodiċi ta' etika għall-ħaddiema taċ-ċivil. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva, partikolarment billi tiġi żviluppata l-kapaċità għal ippjanar strateġiku u żviluppi tal-politika kif ukoll billi jittejjeb it-taħriġ, u tiġi żviluppata strateġija ġenerali dwar it-taħriġ għall-ħaddiema taċ-ċivil. |
— |
Jiġu implimentati b'mod effikaċi l-miżuri adottati biex tiġi żgurata t-trasparenza fl-amministrazzjoni, partikolarment fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u tiġi promossa ulterjorment il-parteċipazzjoni attiva mis-soċjetà ċivili. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tar-riformi ta' l-aġenziji dwar l-infurzar tal-liġi. |
— |
Tiġi żgurata kapaċità amministrattiva adegwata għall-ipprogrammar u l-ġestjoni effikaċi tal-fondi għall-IPA. |
Sistema ġudizzjarja
— |
Jiġi żviluppat ulterjorment it-taħriġ inizjali u kontinwu fl-akkademja għall-imħallfin u l-prosekuturi. |
— |
Jitlesta l-istabbiliment ta' l-istrutturi ġodda tal-qorti u jiġu allokati riżorsi xierqa biex jiġi żgurat li dawn ikunu totalment operattivi u tittejjeb l-effiċjenza tagħhom. |
— |
Tiġi żgurata l-eżekuzzjoni xierqa u sħiħa tad-deċiżjonijiet tal-qorti. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
Jiġi żgurat segwitu xieraq tar-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni Statali Kontra l-Korruzzjoni u l-Uffiċċju Statali tal-Verifika. |
— |
Jiġu implimentati totalment ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO). |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli adottati dwar l-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali. Jiġu imposti sanzjonijiet effikaċi fil-każ ta' ksur. |
— |
Isir segwitu ta' l-analiżi li jitwettqu fir-rigward tad-drittijiet diskrezzjonarji ta' ċerti uffiċjali pubbliċi. |
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-liġi dwar l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni. |
— |
Tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet. |
Drittijiet tal-bniedem u protezzjoni tal-minoranzi
— |
Issir konformità sħiħa mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura kif ukoll il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali. |
— |
Jiġu implimentati totalment ir-regoli li japplikaw għall-etika, il-kontroll intern, l-istandards professjonali u tad-drittijiet tal-bniedem fl-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi, il-ġudikatura u l-amministrazzjonijiet tal-ħabsijiet, inkluż permezz ta' taħriġ regolari. |
— |
Jiġu pprovduti riżorsi suffiċjenti biex il-kondizzjonijiet tal-ħabsijiet ikunu ta' standard ogħla. |
— |
Jiġu stabbiliti mekkaniżmi effikaċi għall-identifikazzjoni, is-segwitu u l-penalizzazzjoni tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni minn korpi statali u dawk mhux statali kontra individwi jew gruppi. |
— |
Tiġi mtejba aktar il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal. |
— |
Tittejjeb u tiġi implimentata l-istrateġija dwar ir-rappreżentanza ġusta ta' komunitajiet li m'humiex f'maġġoranza, partikolarment bil-provvediment ta' riżorsi adegwati u l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet effikaċi meta ma jintlaħqux il-miri. |
— |
Jiġi promoss l-aċċess għall-edukazzjoni, il-ġustizzja u l-għajnuna soċjali għall-membri ta' gruppi f'minoranza. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Tissokta l-kooperazzjoni sħiħa ma' l-ICTY u, fid-dawl tal-possibbiltà tar-ritorn ta' fajls mill-ICTY, jintlaħqu l-prekondizzjonijiet kollha meħtieġa li jkunu jiżguraw il-proċess dovut. |
— |
Tissokta l-promozzjoni tat-transizzjoni mill-Patt ta' Stabbiltà għal qafas ta' kooperazzjoni aktar reġjonalizzat u l-implimentazzjoni effikaċi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA). |
— |
Jiġu żgurati relazzjonijiet tajba mal-ġirien, partikolarment bl-intensifikazzjoni ta' l-isforzi b'approċċ kostruttiv biex tinstab soluzzjoni negozjata u reċiprokament aċċettabbli mal-Greċja dwar il-kwistjoni ta' l-isem, fil-qafas tar-Riżoluzzjonijiet 817/93 u 845/93 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jiġu evitati azzjonijiet li jistgħu jaffetwawhom b'mod negattiv. |
— |
Titrawwem il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien u tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi, partikolarment dwar il-kooperazzjoni transkonfinali, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-kuntrabandu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-ġestjoni tal-fruntieri, ir-riammissjoni u l-ambjent. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Titkompla r-reġistrazzjoni ta' l-art u l-proprjetà immobbli u tissaħħaħ il-leġislazzjoni sabiex titjieb iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u jittejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmi ta' l-ekonomija tas-suq. |
— |
Tiġi mtejba l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi, partikolarment bil-provvediment ta' fondi addizzjonali għat-taħriġ u għat-titjib ta' l-infrastruttura attwali. |
Abbiltà li tassumi l-obbligi ta' sħubija
Kapitolu 1: Moviment liberu tal-merkanzija
— |
Jiġi adottat u implimentat qafas leġislattiv orizzontali għat-twettiq ta' l-infrastruttura meħtieġa, u tiġi żgurata segregazzjoni tal-ħidmiet bejn id-diversi funzjonijiet (regolamentazzjoni, standardizzazzjoni, akkreditazzjoni, metroloġija, valutazzjoni tal-konformità u sorveljanza tas-suq) għall-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. |
— |
Tiġi abbozzata strateġija komprensiva b'miri għall-implimentazzjoni ta' l-acquis għall-organizzazzjonijiet orizzontali rilevanti (standardizzazzjoni, akkreditazzjoni, metroloġija u sorveljanza tas-suq) flimkien ma' dati stabbiliti u responsabbilitajiet ċari għall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni effikaċi tal-miżuri leġislattivi u t-titjib tal-kapaċità amministrattiva fis-setturi differenti. |
— |
Jiġi abbozzat pjan ta' azzjoni għall-konformità ma' l-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat KE flimkien ma' miri għall-analiżi interna tal-leġislazzjoni domestika u l-prattiċi amministrattivi, għall-introduzzjoni ta' klawsoli ta' rikonoxximent reċiproku u għall-emendi sussegwenti meħtieġa. |
— |
Titħaffef ir-rata ta' adozzjoni ta' l-istandards Ewropej u jiżdiedu l-isforzi sabiex issir |
Kapitolu 3: Dritt ta' l-istabbiliment u libertà tal-provvediment ta' servizzi
— |
Jitneħħew l-ostakoli li fadal għall-istabbiliment u l-provvediment ta' servizzi transkonfinali li jiffaċċjaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-UE. |
— |
Tiġi introdotta distinzjoni fil-leġislazzjoni bejn il-provvediment ta' servizzi permezz ta' l-istabbiliment permanenti u l-provvediment fuq bażi temporanja. |
Kapitolu 4: Moviment liberu tal-kapital
— |
Jissaħħaħ aktar il-qafas ta' kontra l-money laundering, partikolarment billi titqajjem sensibilizzazzjoni fost l-istituzzjonijiet li jirrapportaw u billi jiġi stabbilit rekord ta' infurzar kredibbli min-naħa ta' l-istituzzjonijiet rilevanti. Tissaħħaħ il-kapaċità u tiġi kondiviża bejn l-istituzzjonijiet l-informazzjoni ta' intelligence. |
— |
Isir progress fit-tneħħija tar-restrizzjonijiet li fadal dwar il-movimenti tal-kapital. |
Kapitolu 5: Akkwist pubbliku
— |
Jissaħħaħ il-Kumitat dwar l-Ilmenti, sabiex tiġi prevista sistema ta' rimedji effikaċi. |
Kapitolu 6: Liġi dwar il-kumpanniji
— |
Jiġu żviluppati sistemi effikaċi u indipendenti ta' assigurazzjoni tal-kwalità u kontroll pubbliku għal awdituri u kumpanniji ta' verifika statutorji. Jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi rilevanti. |
Kapitolu 7: Liġi dwar il-proprjetà intelletwali
— |
Titħejja strateġija nazzjonali u pjan ta' azzjoni għall-bini tal-kapaċità meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta' l-acquis f'kull qasam kopert minn dan il-kapitolu, b'enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li jingħata taħriġ speċjalizzat lill-korpi ta' l-infurzar tal-liġi, l-imħallfin, il-prosekuturi u l-uffiċjali tad-dwana. |
— |
Jiġu żviluppati kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-pubbliku u tittejjeb il-kooperazzjoni fost il-korpi ta' l-infurzar tal-liġi u bejn il-partijiet interessati rilevanti kollha. |
Kapitolu 8: Politika tal-Kompetizzjoni
— |
Jiġi stabbilit rekord ta' infurzar kredibbli fil-qasam ta' l-anti-trust u ssir enfasi fuq l-aktar ksur serju tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. |
— |
Jiġi stabbilit kontroll effikaċi ex-ante ta' l-għajnuna mill-Istat. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni u jiġu pprovduti l-baġit u l-persunal adegwati. |
— |
Tiġi żgurata bi sħiħ l-applikazzjoni trasparenti u non-diskriminatorja tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. |
Kapitolu 9: Servizzi finanzjarji
— |
Jiġu rinfurzati l-leġislazzjoni u l-qafas superviżorju, inkluż l-infurzar, għas-settur finanzjarju, partikolarment għas-settur ta' l-assigurazzjoni u s-swieq tat-titoli. |
— |
Jiġi żgurat li l-awtorità superviżorja indipendenti għas-settur ta' l-assigurazzjoni ssir operattiva u tingħata persunal kemm meħtieġ. |
Kapitolu 10: Soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja
— |
Jintemm il-ksur tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni billi jittieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jitwettaq l-obbligu ta' liberalizzazzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, inkluża l-adozzjoni tal-leġislazzjoni sekondarja kollha meħtieġa u billi jissaħħu aktar il-korpi regolatorji. |
— |
Jiġu infurzati salvagwardi kompetittivi għal operaturi b'setgħa sinifikanti fis-suq. |
— |
Jiġu infurzati l-indipendenza u l-kapaċità amministrattiva ta' l-awtoritajiet regolatorji għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-medja. |
— |
Jiġi żgurat sors stabbli u sostenibbli ta' finanzjament għax-xandar tas-servizz pubbliku u l-Kunsill tax-Xandir. |
Kapitolu 11: Agrikoltura u żvilupp rurali
— |
Titħaffef ir-reġistrazzjoni ta' art agrikola fil-katast tal-proprjetà immobbli. |
— |
Jiġu żgurati l-ġbir u l-ipproċessar ta' data agrikola soda u affidabbli. |
— |
Jissoktaw it-tħejjijiet għall-istabbiliment ta' korpi għall-ħlasijiet li jkunu effikaċi u finanzjarjament sodi għall-ġestjoni u l-kontroll ta' fondi agrikoli, konformi mal-ħtiġiet ta' l-UE u ma' l-istandards internazzjonali ta' verifika. |
Kapitolu 12: Sigurtà alimentari, politika veterinarja u fitosanitarja
— |
Jissokta l-allinjament tal-leġislazzjoni ma' l-acquis veterinarju u fitosanitarju, b'enfasi fuq leġislazzjoni ta' qafas kompatibbli ma' l-acquis. |
— |
Jissokta t-tisħiħ tal-kapaċità tas-servizz veterinarju kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f'dak lokali sabiex tiġi attwata sistema ta' kontroll kompatibbli ma' dik ta' l-UE, partikolarment għall-kontrolli fuq l-importazzjoni. |
— |
Jiġi żgurat il-karattru operattiv tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bovini u r-reġistrazzjoni tal-movimenti tagħhom u tinbeda sistema għall-identifikazzjoni tal-ħnieżer, in-ngħaġ u l-mogħoż. |
— |
Jiġu allinjati ulterjorment is-sistemi ta' kontroll tal-mard u s-saħħa ta' l-annimali mal-ħtiġiet leġislattivi u istituzzjonali ta' l-UE u l-pjanijiet ta' kontinġenza għal mard li għandu jkun notifikat. |
— |
Tiġi vvalutata l-konformità ta' l-istabbilimenti agroalimentari mal-ħtiġiet ta' l-UE, li għandu jservi bħala bażi għal pjan ġejjieni ta' titjib għal dawk l-istabbilimenti. |
Kapitolu 14: Politika tat-trasport
— |
Tissokta l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iżvilupp tan-Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk u tisaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Osservatorju tat-Trasport ta' l-Ewropa tax-Xlokk. |
— |
Jitkompla l-allinjament ma' l-acquis dwar it-trasport bit-triq, partikolarment dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża, l-aċċess għas-suq, il-kondizzjonijiet soċjali, l-implimentazzjoni tat-takografija diġitali u t-titjib tas-sigurtà fit-toroq. |
— |
Fis-settur ferrovjarju, jiġi stabbilit korp regolatorju li jkun indipendenti mill-amministratur ta' l-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, tiġi stabbilita awtorità dwar is-sigurtà responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati tas-sigurtà u jsir allinjament tal-leġislazzjoni mar-regoli ta' l-UE dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija. Tiġi żgurata stabbiltà finanzjarja permezz tal-kumpens għall-obbligi tas-servizz pubbliku fit-trasport tal-passiġġieri u t-tnaqqis tad-djun. |
— |
Jiġu implimentati l-impenji li saru taħt l-ewwel fażi transitorja tal-Ftehim Ewropew dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni inkluża l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-avjazzjoni rilevanti. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-awtorità ta' l-avjazzjoni ċivili. |
Kapitolu 15: Enerġija
— |
Jissokta l-allinjament tal-leġislazzjoni dwar is-swieq interni ta' l-elettriku u l-gass, l-effiċjenza ta' l-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinovabbli ma' l-acquis sabiex gradwalment is-suq ta' l-enerġija jinfetaħ għall-kompetizzjoni. |
— |
Jissokta t-tisħiħ ta' l-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja dwar l-Enerġija. |
— |
Jitwettqu l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija fir-rigward l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-acquis dwar is-suq intern tal-gass u l-elettriku u dwar l-iskambji transkonfinali fl-elettriku. |
— |
Tġi mtejba l-kapaċità amministrattiva fis-setturi kollha ta' l-enerġija, inkluża l-Aġenzija dwar l-Enerġija fil-qasam ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u r-riżorsi ta' enerġija rinovabbli. |
— |
Tinbena faċilità xierqa għall-ħażna ta' materjali rajdoattivi. |
— |
Jiġi żgurat il-funzjonament xieraq u indipendenti tad-Direttorat dwar is-Sikurezza tar-Radjazzjoni. |
Kapitolu 16: Tassazzjoni
— |
Tiżdied il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni fiskali u għall-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali. |
— |
Jittieħdu miżuri strutturali mill-aktar fis għar-riforma tal-politika tal-kontroll u t-titjib tal-kapaċità tal-kontroll. |
— |
Jiġu żviluppati strateġija ta' verifika u sistemi adegwati ta' l-IT. |
— |
Isir impenn favur il-prinċipji tal-Kodiċi ta' Kondotta għat-tassazzjoni tan-negozji u jiġi żgurat li l-miżuri fiskali ġodda jkunu konformi magħhom. |
Kapitolu 18: Statistika
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-Uffiċċju Statali ta' l-Istatistika biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha taċ-ċensiment tal-popolazzjoni li jmiss u biex tippermetti żvilupp kontinwu tal-kontijiet nazzjonali u l-istatistika sottostanti tagħhom; partikolarment, jiġu trattati n-nuqqasijiet fil-ġbir u l-ipproċessar ta' l-istatistika agrikola u kummerċjali f'konformità ma' l-istandards u l-metodoloġija ta' l-UE u jiżdied ir-rappurtaġġ tad-data ta' l-istatistika lill-Eurostat. |
— |
Jiġi ffinalizzat l-istabbiliment tar-reġistru ta' l-istatistika dwar il-kummerċ u dak dwar l-agrikoltura, inklużi l-proċeduri li jiżguraw li r-reġistri jkollhom informazzjoni aġġornata. |
Kapitolu 19: Impjieg u linji ta' politika soċjali
— |
Tissokta t-traspożizzjoni ta' l-acquis u jissaħħu l-istrutturi amministrattivi u ta' l-infurzar relatati, inkluż l-Ispettorat tax-Xogħol. |
— |
Tiġi żgurata l-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-linji ta' politika dwar l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali. |
— |
Jiġi żgurat djalogu soċjali li jiffunzjona u li jkun rappreżentattiv. |
— |
Isiru sforzi ulterjuri sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà. |
Kapitolu 20: Intrapriża u politika industrijali
— |
Tiġi definta u implimentata strateġija industrijali li twassal għat-tkabbir u l-innovazzjoni. |
— |
Tiġi introdotta valutazzjoni sistematika ta' l-impatt ta' regolamenti ġodda dwar l-impriżi. |
— |
Jissaħħu r-riżorsi tad-dipartiment ta' l-SMEs u l-Aġenzija dwar l-SMEs u tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' strateġija u Pjan ta' Azzjoni dwar l-SMEs u l-Karta Ewropea għall-Impriżi Żgħar. |
— |
Tissokta l-ħidma dwar is-simplifikazzjoni regolatorja, il-“giljottina regolatorja” u jitnaqqas it-tfixkil burokratiku għall-kummerċ; jiġu introdotti valutazzjonijiet ta' l-impatt regolatorji. |
Kapitolu 22: Politika reġjonali u koordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali
— |
Jiġi rinforzat l-istabbiliment ta' strutturi istituzzjonali u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fl-oqsma ta' l-ipprogrammar, it-tħejjija ta' proġetti, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni u l-kontroll finanzjarju, partikolarment fil-livell tal-ministeri kompetenti, għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' l-UE ta' qabel l-adeżjoni bħala tħejjija għall-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni tal-Komunità. |
— |
Tiġi ffinalizzata l-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp reġjonali. |
Kapitolu 23: Drittijiet ġudizzjarji u fundamentali
— |
Tiġi implimentata l-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali. Jiġi ffirmat u ratifikat il-protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data personali fir-rigward ta' l-awtoritajiet superviżorji u l-fluss transkonfinali tad-data. |
— |
Għal aktar prijoritajiet ara t-taqsima dwar il-kriterji politiċi. |
Kapitolu 24: Ġustizzja, libertà u sigurtà
— |
Tissokta l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri, jiġu żviluppati d-databases ewlenin għall-ġestjoni tal-fruntieri u jiġi żgurat li jkunu konnessi, jittejjeb it-tagħmir għall-analiżi ta' dokumenti u s-sorveljanza tal-fruntieri, tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tar-rekwiżiti għall-għoti ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar u dokumenti ta' l-identità ta' kwalità għolja u jiġi pprovdut taħriġ ulterjuri għall-persunal. |
— |
Jiġu pprovduti finanzjament u taħriġ adegwati għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-pulizija, jissaħħu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni kemm fost il-korpi tal-pulizija kif ukoll bejn il-pulizija u aġenziji oħrajn ta' l-infurzar tal-liġi u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pulizija kriminali u l-prosekuturi pubbliċi. |
— |
Tiġi żviluppata u implimentata strateġija komprensiva għar-riżorsi umani u t-taħriġ għall-pulizija u jittejjeb it-tagħmir tagħhom. |
— |
Tiġi intensifikata ulterjorment il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, partikolarment billi jsir użu aħjar ta' miżuri investigattivi speċjali u bil-ħruġ u s-segwitu immedjat ta' mandati ta' arrest internazzjonali (inkluż għall-kriminalità fl-informatika, b'enfasi speċjali fuq il-pornografija tat-tfal), u tinħoloq sistema integrata ta' intelligence għall-użu bejn l-aġenziji fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, l-armi u d-drogi. |
— |
Jissaħħu l-isforzi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kapaċità għall-investigazzjoni tal-kriminalità fl-informatika. |
— |
Jiġi implimentat il-ftehim ta' riammissjoni bejn il-KE u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u jiġu negozjati ftehim ta' riammissjoni mal-pajjiżi minn fejn joriġinaw il-migranti fi transitu. |
— |
Jiġi intensifikat il-proċess ta' l-introduzzjoni ta' strumenti legali li jiggarantixxu d-drittijiet ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni (internazzjonali). |
— |
Jiġi żgurat l-allinjament ta' l-atti dwar l-ażil u l-aljeni ma' l-acquis rilevanti. |
Kapitolu 25: Xjenza u riċerka
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni b'suċċess fil-programmi qafas tal-Komunità. |
— |
Jinbeda t-tfassil ta' politika integrata dwar ir-riċerka u jittieħdu azzjonijiet għall-integrazzjoni fis-Spazju Ewropew tar-Riċerka. |
Kapitolu 26: Edukazzjoni u Kultura
— |
Jitlesta l-qafas leġislattiv u amministrattiv għall-ġestjoni tal-programmi ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u ta' Żgħażagħ fl-Azzjoni u jissaħħu l-korpi implimentattivi. |
Kapitolu 27: Ambjent
— |
Jissokta l-allinjament leġislattiv ma' l-acquis, partikolarment fl-oqsma tal-kwalità ta' l-arja, il-ġestjoni ta' l-iskart u l-kwalità ta' l-ilma, u tittejjeb b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-ambjent. |
— |
Jissaħħu l-Ispettorat ta' l-Ambjent u korpi oħrajn ta' l-infurzar, jiġi stabbilit rekord kredibbli ta' l-infurzar u jiġi żgurat li multi u sanzjonijiet oħrajn jiġu applikati b'mod effikaċi u jkollhom effett dissważiv. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fil-livelli nazzjonali u lokali u tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-korpi amministrattivi responsabbli minn kwistjonijiet relatati ma' l-ambjent. |
— |
Jitħejjew pjani strateġiċi, inklużi strateġiji finanzjarji, u titħejja strateġija nazzjonali għall-ġestjoni ta' l-iskart u pjan għall-ġestjoni ta' l-iskart. |
— |
Tiġi żviluppata strateġija ta' investiment ambjentali bbażata fuq estimi tan-nefqa għall-allinjament. |
— |
Jiġu integrati l-ħtiġiet għall-protezzjoni ta' l-ambjent f'linji ta' politika settorjali oħrajn, partikolarment permezz ta' l-iżvilupp ta' valutazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali. |
— |
Jiżdiedu l-investimenti fl-infrastruttura ambjentali, b'enfasi partikolari fuq il-ġbir u t-trattament ta' drenaġġ, il-provvista ta' ilma tax-xorb, it-trattament tat-tniġġis ta' l-arja u l-ġestjoni ta' l-iskart. |
Kapitolu 29: Unjoni doganali
— |
Tiżdied il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni doganali u għall-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali. |
— |
Issir approssimazzjoni ulterjuri tal-leġislazzjoni u l-proċeduri ma' l-acquis, partikolarment fl-oqsma tat-transitu u l-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji. |
— |
Isir allinjament tal-Liġi dwar iż-żoni ta' żvilupp teknoloġiċi/industrijali ma' l-acquis. |
Kapitolu 31: Politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża
— |
Tiġi implimentata l-leġislazzjoni għall-infurzar tal-pożizzjoni komuni fil-qasam tal-miżuri restrittivi internazzjonali. |
Kapitolu 32: Kontroll finanzjarju
— |
Jiġi rivedut id-dokument ta' politika dwar il-kontroll intern tal-finanzi pubbliċi (PIFC) u jitressqu liġijiet dwar il-PIFC u l-verifika interna, sabiex kemm il-linji ta' politika tal-PIFC u l-leġislazzjoni attwali jsiru komprensivi u konsistenti, u jiġi aġġornat il-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet fuq perijodu medju relatati mal-PIFC. |
— |
Jitlesta l-istabbiliment ta' unitajiet ta' verifika interna f'istituzzjonijiet ċentrali ta' l-istat, jinħolqu unitajiet simili fil-livell muniċipali fejn xieraq u jiġu żgurati persunal, taħriġ u tagħmir adegwati. |
— |
Jiġu żviluppati sistema effiċjenti ta' ġestjoni, monitoraġġ, kontroll u verifika meħtieġa għall-implimentazzjoni deċentralizzata tal-programmi taħt l-istrumenti ta' l-UE ta' qabel l-adeżjoni. |
3.2. PRIJORITAJIET FUQ PERIJODU MEDJU
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Gvern
— |
Jitlesta l-proċess ta' deċentralizzazzjoni. |
Amministrazzjoni pubblika
— |
Tiġi żviluppata aktar il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
Titlesta l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni. |
— |
Jiġu infurzati r-regolamenti relatati mal-prevenzjoni tal-kunflitt ta' interessi, f'konformità ma' l-istandards internazzjonali. |
Drittijiet tal-bniedem u protezzjoni tal-minoranzi
— |
Jiġi promoss aktar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem mill-korpi ta'l-infurzar tal-liġi u f'ċentri ta' detenzjoni u ħabsijiet. |
— |
Tiġi implimentata aktar l-istrateġija dwar ir-rappreżentanza ekwa ta' komunitajiet li ma jinsabux f'maġġoranza. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Jiġu promossi d-djalogu reġjonali, l-istabbiltà, ir-relazzjonijiet tajba tal-viċinat u l-kooperazzjoni. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Jiżdiedu l-isforzi għas-salvagwardja tas-sostenibbiltà tas-suq ta' l-elettriku, fid-dawl ta' l-impenji tal-pajjiż għal-liberalizzazzjoni, billi jitneħħew id-distorsjonijiet eżistenti minħabba fi prezzijiet li ma jippermettux l-irkupru ta' l-ispejjeż u billi jissaħħu l-istituzzjonijiet regolatorji u l-infrastruttura fiżika. |
— |
Tittejjeb il-kwalità tan-nefqa pubblika billi tissaħħaħ il-kapaċità tas-settur pubbliku għall-ippjanar fuq perijodu medju u tittejjeb l-eżekuzzjoni tal-baġit. Jissokta t-titjib fil-kwalità ta' l-edukazzjoni, billi jingħataw fondi ta' segwitu għall-infrastruttura u l-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni sħiħa tar-riformi reċenti fis-settur ta' l-edukazzjoni. |
— |
Jissokta t-titjib tal-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol u t-tnaqqis tal-qgħad, partikolarment billi jittieħdu miżuri addizzjonali biex jiġi ttrattat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fuq perijodu twil u bl-immodernizzar tas-sistema tas-sigurtà soċjali u dik ta' l-edukazzjoni. |
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-integrazzjoni tas-settur informali fl-ekonomija formali. |
— |
Tittejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż, partikolarment għall-enerġija u t-trasport, sabiex tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-ekonomija ġenerali. |
Abbiltà li tassumi l-obbligi tas-sħubija
Kapitolu 1: Moviment liberu tal-merkanzija
— |
Tiġi żviluppata struttura ta' sorveljanza tas-suq f'konformità ma' l-acquis. |
Kapitolu 3: Dritt ta' l-istabbiliment u libertà tal-provvediment ta' servizzi
— |
Isir allinjament ma' l-acquis ta' l-UE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar it-taħriġ, u jiġu żviluppati l-istrutturi amministrattivi meħtieġa. |
— |
Isir allinjament ma' l-acquis dwar is-servizzi postali, inkluż l-istabbiliment ta' awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti. |
Kapitolu 5: Akkwist pubbliku
— |
Jinkisbu strutturi dwar l-akkwisti pubbliċi li jkunu kompletament operattivi u li jiżguraw li l-proċeduri ta' l-akkwisti pubbliċi jitmexxew skond l-istandards tal-KE. Jiġi żviluppat l-akkwist elettroniku (e-procurement). |
Kapitolu 7: Liġi dwar il-proprjetà intelletwali
— |
Tinbena l-kapaċità meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta' l- acquis f'kull qasam kopert minn dan il-kapitolu u jinkisbu riżultati sodisfaċenti dwar l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-trattament ġudizzjarju tal-piraterija u l-iffalsifikar. |
Kapitolu 8: Politika tal-kompetizzjoni
— |
Isir allinjament ulterjuri tal-leġislazzjoni ma' l-acquis ta' l-UE dwar l-anti-trust u l-għajnuna mill-istat. |
— |
Jittejjeb aktar ir-rekord ta' infurzar fl-oqsma ta' l-anti-trust u l-kontroll ta' l-għajnuna mill-istat. |
— |
Tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost l-istituzzjonijiet tal-gvern, in-negozji u l-pubbliku ġenerali. |
Kapitolu 9: Servizzi finanzjarji
— |
Jiġi stabbilit rekord kredibbli dwar il-ġlieda kontra s-sewqan mingħajr polza ta' assigurazzjoni. |
— |
Isir allinjament ulterjuri mal-leġislazzjoni ta' l-UE dwar is-servizzi finanzjarji. |
Kapitolu 11: Agrikoltura u żvilupp rurali
— |
Tittejjeb il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni agrikola u jitlestew it-tħejjijiet għall-infurzar u l-applikazzjoni prattika tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni tal-politika agrikola komuni, partikolarment is-sistema integrata ta' ġestjoni u kontroll (IACS), u tiġi żgurata sistema li tiffunzjoni, għall-identifikazzjoni ta' porzjonijiet ta' l-art (LPIS). |
Kapitolu 12: Sigurtà alimentari, politika veterinarja u fitosanitarja
— |
Isir allinjament ulterjuri tal-leġislazzjoni ma' l-acquis fir-rigward ta' enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) u prodotti sekondarji mill-annimali, jiġi implimentat u kkontrollat l-infurzar tagħha u tiġi stabbilita s-sistema meħtieġa ta' ġbir u trattament. |
— |
Tiġi stabbilita awtorità dwar is-saħħa tal-pjanti b'persunal adegwat. Isir allinjament ulterjuri tal-leġislazzjoni fitosanitarja ma' l-acquis. |
— |
Jiġi adottat pjan għat-titjib ta' l-istabbilimenti agroalimentari u tinbeda l-implimentazzjoni tiegħu. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità tal-laboratorji fil-qasam tas-sigurtà alimentari, dak veterinarju u dak fitosanitarju. |
Kapitolu 14: Politika tat-trasport
— |
Tissokta l-ħidma lejn l-allinjament komplet ma' l-acquis fil-qasam tat-trasport bit-triq (inkluża l-implimentazzjoni tat-takografu diġitali), jissokta l-allinjament ma' l-acquis ferrovjarju (l-ewwel u t-tieni pakketti ferrovjarji u l-interoperabbiltà), jinkiseb l-allinjament sħiħ mal-leġislazzjoni dwar l-avjazzjoni u jiġi żgurat l-infurzar attiv tal-leġislazzjoni korrispondenti. |
— |
Jiġu implimentati l-impenji li ttieħdu taħt it-tieni fażi transitorja tal-Ftehim Ewropew dwar Spazju Komuni għall-Avjazzjoni. |
Kapitolu 15: Enerġija
— |
Jissoktaw l-isforzi biex tiġi żgurata provvista adegwata ta' l-enerġija u biex tiġi żviluppata u implimentata politika ta' l-enerġija f'konformità ma' l-obbligi skond it-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija. |
Kapitolu 17: Politika ekonomika u monetarja
— |
Isir l-allinjament tal-qafas legali sabiex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-bank ċentrali. |
Kapitolu 18: Statistika
— |
Jiġu żviluppati ulterjorment l-oqsma kollha ta' l-istatistika, tinkiseb l-armonizzazzjoni sħiħa fl-oqsma ewlenin f'termini ta' frekwenza, kamp ta' applikazzjoni, klassifikazzjonijiet, prontezza u kwalità u tiġi attwata sistema uniformi ta' ġestjoni u produzzjoni. |
— |
Tiġi attwata sistema nazzjonali ta' l-istatistika li tkun koordinata tajjeb. |
Kapitolu 19: Impjieg u linji ta' politika soċjali
— |
Jiġi żviluppat mekkaniżmu permanenti għad-djalogu soċjali. |
— |
Jiġu żviluppati linji ta' politika għall-inklużjoni soċjali fuq perijodu twil u jittejjeb l-aċċess tas-suq tax-xogħol għal gruppi vulnerabbli. |
— |
Jittejbu ulterjorment il-linji ta' politika għall-protezzjoni soċjali. |
— |
Jiġu żviluppati mekkaniżmi għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà. |
Kapitolu 20: Politika ta' l-impriżi u industrijali
— |
Isir żvilupp ulterjuri tal-mekkaniżmi ta' sostenn għall-SMEs u jittejjeb l-aċċess ta' l-SMEs għas-servizzi finanzjarji – Tiġi definita u implimentata strateġija industrijali li twassal għat-tkabbir u l-innovazzjoni. |
— |
Jiġi ffinalizzat u implimentat l-iżvilupp ta' l-istrateġija dwar l-integrazzjoni ta' edukazzjoni imprenditorjali bbażata fuq proġetti pilota ta' suċċess appoġġati minn donaturi. |
Kapitolu 22: Politika reġjonali u koordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali
— |
Tiġi msaħħa l-kapaċità amministrattiva fil-livell ċentrali u tiġi żviluppata fil-livell reġjonali u lokali. Tiġi żgurata distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u tissaħħaħ il-kapaċità tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet/l-istrutturi implimentattivi maħtura, inklużi l-awtoritajiet lokali. |
Kapitolu 24: Ġustizzja, libertà u sigurtà
— |
Jiġi żgurat l-allinjament ma' l- acquis rilevanti fil-qasam ta' l-ażil u l-immigrazzjoni. |
Kapitolu 25: Xjenza u riċerka
— |
Tiġi applikata politika integrata ta' riċerka. |
Kapitolu 26: Edukazzjoni u Kultura
— |
Jissoktaw l-isforzi għal titjib fil-kwalità ta' l-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni primarja, u biex tinħoloq edukazzjoni vokazzjonali moderna u sistema ta' taħriġ u settur ta' l-edukazzjoni ogħla marbuta mas-suq tax-xogħol u l-ħtiġiet ekonomiċi u tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla. |
Kapitolu 27: Ambjent
— |
Tissokta l-integrazzjoni tal-ħtiġiet għall-protezzjoni ta' l-ambjent f'linji ta' politika settorjali oħrajn, partikolarment permezz ta' l-iżvilupp ta' valutazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali. |
— |
Jiżdiedu aktar l-investimenti fl-infrastruttura ambjentali, b'enfasi partikolari fuq il-ġbir u t-trattament ta' drenaġġ, il-provvista ta' ilma tax-xorb, it-trattament tat-tniġġis ta' l-arja u l-ġestjoni ta' l-iskart. |
Kapitolu 28: Protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa
— |
Jiġi kkompletat l-allinjament ma' l-acquis ta' l-UE fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva meħtieġa għal sorveljanza effikaċi tas-suq. |
— |
Jissokta l-allinjament ma' l-acquis ta' l-UE fil-qasam tal-politika tas-saħħa pubblika, b'mod aktar speċifiku fl-oqsma tat-tabakk, id-demm, it-tessuti u ċ-ċelloli u l-mard jittieħed. Tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali, amministrattiva u finanzjarja fil-qasam tas-saħħa pubblika. |
— |
Fil-qasam tas-saħħa mentali, jiġu żviluppati servizzi bbażati fuq il-komunità bħala alternattiva għall-istituzzjonalizzazzjoni, u tiġi żgurata l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-kura tas-saħħa mentali. |
Kapitolu 31: Politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża
— |
Issir il-konformità tal-ftehim konkluż ma' l-Istati Uniti rigward il-kondizzjonijiet ta' ċessjoni ta' persuni lill-Qorti Kriminali Internazzjonali mal-prinċipji gwida ta' l-UE li ġew adottati mill-Kunsill Ewropew f'Settembru 2002. |
Kapitolu 32: Kontroll finanzjarju
— |
Jiġi żviluppat ulterjorment u implimentat il-mudell ta' kontroll intern tal-finanzi pubbliċi (PIFC) ta' l-UE (responsabbiltà ġestjonali deċentralizzata u verifika interna li tiffunzjona b'mod indipendenti) permezz ta' leġislazzjoni koerenti u kapaċità istituzzjonali adegwata taħt il-gwida tal-Ministeru għall-Affarijiet Finanzjarji. |
— |
Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità operattiva u l-indipendenza funzjonali u finanzjarja ta' l-Uffiċċju Statali tal-Verifika. |
— |
Jiġu implimentati proċeduri u kapaċità amministrattiva biex tiġi żgurata l-protezzjoni effikaċi ta' l-interessi finanzjarji ta' l-KE. |
4. PROGRAMMAR
L-assistenza Komunitarja taħt il-proċess ta' stabbilizazzjoni u assoċjazzjoni lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ser tiġi pprovduta taħt l-istrumenti finanzjarji eżistenti, b'mod partikolari bir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (IPA), u għall-programmi adottati qabel l-2007, ir-Regolament Nru 2666/2000 (ir-Regolament CARDS) (1). Il-ftehim ta' finanzjament iservu bħala bażi legali għall-implimentazzjoni tal-programmi konkreti. Għalhekk, din id-Deċiżjoni mhux ser ikollha implikazzjonijiet finanzjarji. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jista' jkollha aċċess għal finanzjament minn programmi multi-nazzjonali u orizzontali.
5. KONDIZZJONALITÀ
L-assistenza lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hija kondizzjonali għall-progress fl-issodisfar tal-kriterji ta' Kopenħagen kif ukoll it-twettiq tal-ħtiġiet tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija ta' Adeżjoni. Nuqqas ta' rispett għal dawn il-kondizzjonijiet jista' jwassal sabiex il-Kunsill jieħu miżuri xierqa abbażi ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006, jew fil-każ ta' programmi qabel l-2007, abbażi ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2666/2000. L-assistenza hija wkoll soġġetta għall-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997, partikolarment rigward l-impenn tar-riċevituri li jwettqu riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali. Il-kondizzjonijiet speċifiċi huma wkoll inklużi fi programmi annwali individuali. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament ser jiġu segwiti minn ftehim ta' finanzjament iffirmat mar-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
6. MONITORAĠĠ
L-implimentazzjoni tas-Sħubija ta' Adeżjoni ser tkun eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, partikolarment ir-rapporti annwali ppreżentati mill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2112/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23).
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 80/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Frar 2008
dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet, u l-kundizzjonijiet kontenuti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999 u li tħassar d-Deċiżjoni 2006/56/KE
(2008/213/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar it-twaqqif ta' Sħubija Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (1), kif emendat, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 approva l-introduzzjoni ta' Sħubiji Ewropej bħala mezz sabiex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 jipprevedi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fis-Sħubiji Ewropej, kif ukoll dwar aġġustamenti sussegwenti. Jiddikjara wkoll li s-segwitu tas-Sħubiji Ewropej se jkun żgurat permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti skond il-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, prinċipalment permezz tar-rapporti annwali ta' progress. |
(3) |
Fit-30 ta' Jannar 2006 il-Kunsill adotta t-tieni Sħubija Ewropea mas-Serbja bl-inklużjoni tal-Kosovo taħt l-UNSCR 1244 (2). |
(4) |
Id-Dokument tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin għall-2006–2007 jindika li s-Sħubiji jiġu aġġornati fi tmiem l-2007. |
(5) |
Fit-17 ta' Lulju 2006 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (3) li jistabbilixxi Strument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li jġedded il-qafas għall-għajnuna finanzjarja għal pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni. |
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi adottata verżjoni riveduta ta' Sħubija Ewropea li taġġorna s-Sħubija attwali sabiex jiġu identifikati prijoritajiet imġedda għal ħidma ulterjuri, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tar-Rapport ta' Progress ta' l-2007 dwar it-tħejjijiet tas-Serbja kif ukoll tal-Kosovo taħt l-UNSCR 1244 għal integrazzjoni ulterjuri ma' l-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Sabiex iħejju għal integrazzjoni ulterjuri ma' l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kompetenti tas-Serbja kif ukoll tal-Ksovo taħt l-UNSCR 1244 għandhom jiżviluppaw pjan bi skeda u miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-prijoritajiet ta' din is-Sħubija Ewropea, |
(8) |
Id-Deċiżjoni 2006/56/KE għandha għalhekk titħassar, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja inkluż il-Kosovo taħt l-UNSCR 1244, huma stabbiliti fl-Annessi 2 u 3.
Artikolu 2
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tiġi eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, partikolarment permezz tar-rapporti annwali dwar il-progress imressqa mill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2006/56/KE għandha titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 18 ta' Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 269/2006 (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 7).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/56/KE tat-30 ta' Jannar 2006 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Sħubija Ewropea mas-Serbja u l-Montenegro inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Ġunju 1999 u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/520/KE (ĠU L 35, 7.2.2006. p. 32). Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/49/KE (ĠU L 20, 27.1.2007, p. 16).
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
ANNESS 1
SERBJA – L-INKLUŻJONI TAL-KOSOVO TAĦT L-UNSCR 1244 – SĦUBIJA EWROPEA 2007
1. INTRODUZZJONI
Il-Kunsill Ewropew approva l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz biex isseħħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Is-sħubija riveduta proposta taġġorna t-tieni waħda, abbażi tas-sejbiet tar-Rapporti ta' Progress tal-Kummissjoni 2007 dwar is-Serbja u l-Kosovo taħt l-UNSCR 1244. Din tidentifika l-prijoritajiet għal azzjoni ġodda u dawk pendenti. Il-prijoritajiet il-ġodda huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi u l-istadju ta' tħejjija tal-pajjiż u ser ikunu aġġornati kif meħtieġ. L-awtoritajiet huma mistennija jiżviluppaw pjan li jinkludi skeda ta' żmien u miżuri speċifiċi intiżi biex jindirizzaw il-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea. Is-Sħubija tipprovdi wkoll gwida għal assistenza finanzjarja lill-pajjiż.
2. PRINĊIPJI
Il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni jibqa' l-qafas għall-mixja tal-Balkani tal-Punent lejn l-Ewropa, sakemm jaslu għall-adeżjoni futura tagħhom. Il-prijioritajiet identifikati huma marbuta mal-kapaċità li jissodisfaw il-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropej ta' Kopenħagen ta' l-1993 u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-proċess ta' stabbilizazzjoni u assoċjazzjoni, notevolment il-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997 u l-21 u t-22 ta' Ġunju 1999, id-dikjarazzjoni finali tas-Summit ta' Żagreb ta' l-24 ta' Novembru 2000 u l-Aġenda ta' Tessaloniki.
3. PRIJORITAJIET
Il-prijoritajiet elenkati f'din is-Sħubija Ewropea ġew magħżula fuq il-bażi li jkun realistiku li wieħed jistenna li jkunu jistgħu jinġiebu fi tmiemhom jew li jitmexxew sostanzjalment “il quddiem fil-ftit snin li ġejjin. Qiegħda ssir distinzjoni bejn prijoritajiet fuq perijodu qasir, li huma mistennija li jitlestew fi żmien sena jew sentejn, u prijoritajiet fuq perijodu medju, li huma mistennija li jitlestew fi żmien tlieta jew erba” snin. Il-prijoritajiet jirrigwardaw kemm il-leġislazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet, ċertament hemm il-ħtieġa li jitwettqu ħidmiet oħra li jistgħu jsiru prijoritajiet fi kwalunkwe sħubija ġejjiena, anke b'konsiderazzjoni għall-progress ġejjieni min-naħa tas-Serbja u l-Kosovo taħt l-UNSCR 1244.
Fost il-prijoritajiet fuq perijodu qasir, dawk ewlenin ġew identifikati u miġbura flimkien fil-bidu tal-listi. L-ordni ta' dawn il-prijoritajiet ewlenin ma timplikax klassifika ta' l-importanza tagħhom.
Il-prijoritajiet jinsabu elenkati fl-Annessi 2 u 3.
4. PROGRAMMAZZJONI
L-għajnuna Komunitarja skond il-proċess ta' stabbilizazzjoni u assoċjazzjoni għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ser tingħata skond l-istrumenti finanzjarji eżistenti, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (IPA) u, għall-programmi adottati qabel l-2007, ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ir-Regolament CARDS) (1). Il-ftehim ta' finanzjament iservu bħala bażi legali għall-implimentazzjoni tal-programmi konkreti. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma jkollha l-ebda implikazzjoni finanzjarja.
Is-Serbja, bl-inklużjoni tal-Kosovo taħt l-UNSCR 1244, jista' jkollha aċċess ukoll għall-fondi minn programmi orizzontali u li jinvolvu diversi pajjiżi.
5. KONDIZZJONALITÀ
L-għajnuna lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent tiddependi fuq il-progress li jkunu wettqu biex jissodisfaw il-kriterji ta' Kopenħagen u jirrispettaw il-prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija Ewropea. Nuqqas ta' rispett għal dawn il-kondizzjonijiet jista' jwassal sabiex il-Kunsill jieħu miżuri xierqa abbażi ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006 jew, fil-każ ta' programmi qabel l-2007, abbażi ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2666/2000. L-assistenza hija wkoll soġġetta għall-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-impenn min-naħa ta' dawk li jkunu qed jirċevuha li jwettqu riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali. Fil-programmi individuali ta' kull sena huma ukoll inklużi kondizzjonijiet speċifiċi. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament ser jiġu segwiti minn ftehim ta' finanzjament iffirmat ma' l-awtoritajiet rilevanti.
6. MONITORAĠĠ
L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea ser tiġi eżaminata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti skond il-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni, notevolment ir-rapporti annwali ppreżentati mill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2112/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23).
ANNESS 2
PRIJORITAJIET GĦAS-SERBJA
PRIJORITAJIET FUQ PERIJODU QASIR
Prijoritajiet ewlenin
— |
Tiġi żgurata l-konformità ma' l-obbligi ġejjiena taħt il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) u b'mod partikolari l-Ftehim Interim (FI). |
— |
Tiġi żgurata kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY). |
— |
Issir kooperazzjoni kostruttiva f'kwistjonijiet relatati mal-Kosovo. |
— |
Jiġi żgurat li l-kostituzzjoni u l-liġi kostituzzjonali jiġu implimentati f'konformità ma' l-istandards Ewropej. |
— |
Jissuktaw l-isforzi għall-implimentazzjoni tar-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika, inkluża s-sistema ta' ħlas tas-servizz ċivili, sabiex jiġu żgurati reklutaġġ u promozzjoni trasparenti kif ukoll professjonaliżmu u responsabbiltà, it-tisħiħ ta' l-istrutturi ta' integrazzjoni Ewropea, it-titjib tal-koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni pubblika u l-Parlament u tingħata attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni tal-politika. |
— |
Jittejjeb il-funzjonament tal-ġudikatura, jiġu garantiti l-indipendenza, ir-responsabbiltà, il-professjonaliżmu u l-effiċjenza tagħha u jiġi żgurat li l-progress fil-karriera u r-reklutaġġ ta' mħallfin u prosekuturi jkunu bbażati fuq kriterji tekniċi u professjonali u jkunu ħielsa minn kull indħil politiku. Jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tal-Qorti Kostituzzjonali. |
— |
Isir progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha u tiġi żviluppata sistema pubblika komprensiva ta' kontroll finanzjarju sabiex tiżdied it-trasparenza u r-responsabbiltà fl-użu tal-finanzi pubbliċi. |
— |
Jiġi ffinalizzat il-proċess ta' privatizzazzjoni jew, fejn xieraq, tal-likwidazzjoni ta' impriżi ta' appartenenza soċjali u impriżi statali. |
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Kostituzzjoni
— |
Isir allinjament tal-leġislazzjoni u l-istituzzjonijiet mal-Kostituzzjoni l-ġdida. |
Parlament
— |
Titkompla r-riformi tal-qafas legali dwar l-elezzjonijiet (inkluż ir-reġistru tal-votanti), il-konformità tiegħu ma' rekwiżiti kostituzzjonali ġodda u tiġi żgurata trasparenza u responsabbiltà tal-finanzjament tal-partiti politiċi, inkluża r-reviżjoni tal-leġislazzjoni eżistenti sabiex jiġi previst livell suffiċjenti ta' monitoraġġ u sanzjonijiet. |
Amministrazzjoni pubblika
— |
Jiġi stabbilit uffiċċju ta' l-ombudsman li jkun jiffunzjona bis-sħiħ, b'konformità mal-ħtiġiet leġislattivi u jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet mill-ombudsman ikunu segwiti b'mod xieraq. |
Superviżjoni ċivili tal-forzi ta' sigurtà
— |
Tiġi żgurata superviżjoni demokratika akbar billi jissaħħaħ il-kontroll parlamentari u tiġi stabbilita ġestjoni finanzjarja aktar trasparenti. |
Sistema ġudizzjarja
— |
Tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-qrati u tas-sistema ta' prosekuzzjoni. |
— |
Jissaħħaħ l-uffiċċju tal-prosekutur għall-kriminalità tal-gwerra. |
— |
Jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni dwar l-istrateġija tar-riforma ġudizzjarja. |
— |
Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni dwar it-taħriġ mandatorju kemm inizjali kif ukoll kontinwu għall-imħallfin, prosekuturi u l-persunal ta' sostenn fil-qorti, u jiġu msaħħa ċ-ċentri ta' taħriġ. |
— |
Ir-razzjonalizzar tas-sistema tal-qorti, l-immodernizzar tal-proċedimenti, l-introduzzjoni ta' sistema effettiva għall-ġestjoni tal-qorti, u jiġu stabbiliti qrati amministrattivi u ta' l-appell. |
— |
Jinħoloq netwerk ta' l-IT għall-prosekuturi fil-livelli kollha, jiġi żgurat l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti u jissokta t-tisħiħ tal-kapaċità għas-smigħ domestiku ta' reati tal-gwerra f'konformità sħiħa ma' l-obbligi internazzjonali ta' l-ICTY. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
L-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-istrateġija kontra l-korruzzjoni u l-istabbiliment ta' aġenzija indipendenti u effikaċi kontra l-korruzzjoni. |
— |
Jiġu ratifikati l-konvenzjonijiet internazzjonali kontra l-korruzzjoni. |
— |
Jissoktaw il-kjarifika u l-infurzar tar-regolamenti relatati mal-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess, f'konformità ma' standards internazzjonali. |
— |
Tiġi żviluppata u implimentata sistema ta' dikjarazzjoni ta' l-assi ta' uffiċjali pubbliċi. |
Drittijiet tal-bniedem u protezzjoni tal-minoranzi
— |
Jiġu osservati l-obbligi kollha li joħorġu mis-sħubija tal-Kunsill ta' l-Ewropa. |
— |
Tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-kostituzzjoni l-ġdida. |
— |
Jitkomplew id-de-istituzzjonalizzazzjoni, is-servizzi bbażati fuq il-komunità u l-għajnuna lill-persuni dipendenti, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali. |
Drittijiet ċivili u politiċi
— |
Tiġi riveduta l-leġislazzjoni rilevanti li tikkonċerna d-drittijiet reliġjużi biex ikun żgurat li hija konformi mal-Kostituzzjoni. |
— |
Tittieħed azzjoni dwar każijiet allegati ta' trattament ħazin u jissaħħu s-servizzi ta' kontroll intern li jaġixxu fir-rigward tat-trattament ħażin minn aġenti ta' l-infurzar tal-liġi. |
— |
Jittejbu l-kondizzjonijiet fil-ħabs, jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq tal-kondizzjonijiet tal-ħabs għall-priġunieri li jservu perijodi twal u għall-priġunieri li nstabu ħatja ta' kriminalità organizzata u jiġi żgurat taħriġ ulterjuri għall-persunal tal-ħabs u jittejbu l-faċilitajiet għal nies bi bżonnijiet speċjali. |
— |
Tittejjeb il-ħidma tal-Kunsill tax-Xandir f'konformità ma' l-istandards internazzjonali, u tiġi żgurata l-allokazzjoni ġusta u trasparenti ta' frekwenzi tax-xandir reġjonali u lokali għall-operaturi tal-medja. |
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-Liġi dwar l-aċċess ħieles għall-informazzjoni u jissaħħaħ l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Aċċess Ħieles għall-Informazzjoni sabiex jiġi żgurat l-infurzar tad-deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet. |
— |
Tiġi adottata l-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet, l-istatus legali ta' l-NGOs, jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' l-organizzazzjonijet tas-soċjetà ċivili u d-djalogu regolari mas-soċjetà ċivili dwar l-inizjattivi tal-politika. |
— |
Jissaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja. |
Drittijiet soċjali u ekonomiċi
— |
Tiġi adottata leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u jiġi żgurat appoġġ istituzzjonali xieraq għall-vittmi. |
— |
Tiġi adottata leġislazzjoni xierqa dwar ir-restituzzjoni tal-proprjetà u tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tagħha. |
— |
Titjieb il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal. |
Dirittijiet tal-minoranzi, drittijiet kulturali u l-protezzjoni tal-minoranzi
— |
Jiġi żgurat ir-rispett għad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali dwar id-drittijiet kulturali u dawk tal-minoranzi u l-protezzjoni tal-minoranzi u jiġu implimentati bis-sħiħ l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni rilevanti għall-integrazzjoni tar-Roma, inklużi dawk li jiġu lura. |
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-promozzjoni ta' relazzjonijiet inter-etniċi tajbin, inklużi miżuri fil-qasam ta' l-edukazzjoni, tissaħħaħ il-ħidma tal-kunsilli nazzjonali minoritarji, inkluża l-adozzjoni tal-leġislazzjoni pendenti, issir il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-minoranzi fil-ġudikatura u fl-entitajiet ta' l-infurzar tal-iġi u jissoktaw l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, inkluż l-użu ta' l-ilsna minoritarji. |
— |
Tiġi aġġustata l-leġislazzjoni rilevanti għall-kostituzzjoni l-ġdida u tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-minoranzi, b'mod partikolari dwar l-edukazzjoni fil-lingwa materna. |
— |
Tiġi adottata leġislazzjoni ġdida dwar ir-refuġjati u tissokta l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija nazzjonali dwar ir-refuġjati. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Jissokta r-rispett għall-Ftehim ta' Dayton/Pariġi. |
— |
Jittieħdu miżuri għall-konformità mas-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ta' Frar 2007 dwar il-każ li tressaq mill-Bosnja-Ħerzegovina kontra s-Serbja u l-Montenegro dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Pieni tar-Reat ta' Ġenoċidju. |
— |
Tingħata kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, ir-rikonċiljazzjoni u relazzjonijiet tajba mal-ġirien, inkluż bil-promozzjoni tat-tranżizzjoni mill-Patt ta' Stabbiltà għal qafas ta' kooperazzjoni b'dimensjoni aktar reġjonali u l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA). |
— |
Jiġi ffinalizzat u implimentat ftehim mal-pajjiżi ġirien dwar il-kooperazzjoni transkonfini, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-kuntrabandu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-ġestjoni mal-fruntieri u l-ambjent. |
— |
Jingħata kontribut għar-riżolviment ta' kwistjonijiet pendenti dwar il-fruntieri mal-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina. |
— |
Jiġi żgurat id-dritt għal għażla vera bejn ir-ritorn sostenibbli u l-integrazzjoni u jsir kontribut għall-iżgurar ta' l-implimentazzjoni sħiħa tad-Dikjarazzjoni ta' Sarajevo. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Tiġi implimentata politika fiskali orjentata lejn l-istabbiltà, inkluża politika tas-salarji tas-settur pubbliku, bil-għan tal-konsolidazzjoni fiskali u li twassal għal inflazzjoni baxxa u sostenibbiltà esterna. |
— |
Jissuktaw ir-riformi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sabiex jissaħħu l-kontroll, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effiċjenza. |
— |
Titħaddem politika monetarja li twassal għall-objettiv ta' l-istabbiltà tal-prezzijiet sabiex tnaqqas u tistabbilizza l-antiċipazzjonijiet inflazzjonarji. |
— |
Jittejbu l-proċeduri tal-falliment sabiex jitħaffef il-ħruġ mis-suq ta' impriżi mhux vijabbli u titrawwem bidla strutturali. |
— |
Tiġi ffinalizzata l-liberalizzazzjoni tal-prezzijiet amminsitrati pendenti bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza tal-mekkaniżmi tas-suq u l-allokazzjoni tar-riżorsi. |
— |
Tissaħħaħ ulterjorment is-superviżjoni finanzjarja sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-settur finanzjarju. |
— |
Tiġi żviluppata ulterjorment u implimentata r-riforma tas-sistema tal-pensjoni u tissokta r-riforma tas-sistema ta' assigurazzjoni tas-saħħa u jitħaffu r-ristrutturar u l-privatizzazzjoni tas-settur ta' l-assigurazzjoni. |
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-ifformalizzar ta' l-ekonomija li ma tidhirx (grey economy) u tiġi implimentata sistema ta' ġestjoni tan-nefqa pubblika u riformi fiskali. |
— |
Ikun żviluppat suq ta' art/proprjetà immobbli stabbli u li jiffunzjona u titħejja leġislazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' l-art. |
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-promozzjoni ta' l-impjieg, inkluż permezz ta' taħriġ vokazzjonali u riformi tas-suq tax-xogħol, jittejbu s-servizzi ta' impjieg pubbliku u tiġi implimentata l-istrateġija dwar l-impjiegi ta' persuni b'diżabbiltà. |
Standards Ewropej
Suq intern
Moviment liberu tal-merkanzija
— |
Jissokta l-allinjament tal-qafas legali dwar l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, il-metroloġija, l-akkreditazzjoni u l-konformità ma' l-istandards Ewropej. Ikomplu jiġu adottati standards Ewropej u tiġi stabbilita entità nazzjonali ta' koordinazzjoni għall-infrastruttura ta' kwalità li tkun responsabbli mit-tisħiħ tal-qasam kollu. |
— |
Tiġi stabbilita struttura ta' sorveljanza tas-suq u tiġi żgurata l-koordinazzjoni xierqa fost l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. |
— |
Jiġu aġġustati s-sistema kummerċjali u l-leġislazzjoni rilevanti għall-fini ta' konformità ma' l-obbligi li joħorġu mid-WTO, l-FSA u s-CEFTA. |
— |
Jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u ta' notifika interni għal regolamenti tekniċi ġodda qabel ma jiġu adottati miżuri li jħallu impatt fuq il-kummerċ. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur. |
Moviment liberu tal-kapital
— |
Jissokta l-iżvilupp ta' sistema ta' operazzjonijiet ta' ħlasijiet internazzjonali f'konformità mar-regoli internazzjonali u jiġi stabbilit trattament nazzjonali għall-akkwisti ta' proprjetà immobbli. |
Dwana u tassazzjoni
— |
Jiġi ffinalizzat il-proċess ta' allinjament tal-leġislazzjoni doganali meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-FSA, tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni doganali għall-ġielda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfini u l-evażjoni fiskali u tissaħħaħ il-kapaċità ta' infurzar, speċjalment fl-oqsma ta' l-analiżi tar-riskju u l-kontroll ta' wara r-rilaxx. |
— |
Tissokta l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni fiskali ma' l-acquis, tiġi implimentata l-leġislazzjoni fiskali, b'mod partikolari dwar il-ġbir u l-kontroll tad-dħul sabiex titnaqqas il-frodi fiskali u tiżdied il-kapaċità ta' infurzar. |
— |
Jiġu assunti l-prinċipji tal-Kodiċi tal-Kondotta fil-qasam tat-tassazzjoni ta' l-intrapriżi u jiġi żgurat li miżuri ġodda tat-taxxa jkunu konformi ma' dawn il-prinċipji. |
Kompetizzjoni
— |
Isir titjib fil-leġislazzjoni eżistenti dwar l-anti-trust f'konformità mal-ħtiġiet tal-FSA u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni biex jiġi żgurat infuzar effikaċi u indipendenti tar-regoli f'konformità ma' l-acquis ta' l-UE. |
— |
Tiġi stabbilita awtorità li tissorvelja l-għajnuna mill-istat li tkun kemm indipendenti u tiffunzjona b'mod sħiħ. |
— |
Jiġu mtejba l-proċeduri ta' kontroll tal-mergers sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni. |
— |
Jiġi stabbilit qafas legali xieraq għall-għajnuna mill-Istat konformi mal-ħtiġiet tal-FSA. |
Akkwisti pubbliċi
— |
Isseħħ l-implimentazzjoni ta' sistema konsistenti u effettiva ta' akkwisti pubbliċi, tiġi żgurata l-indipendenza ta' l-entitajiet ta' l-akkwisti pubbliċi, jiġu żgurati proċeduri trasparenti, indipendentement mill-valur tal-kuntratt ikkonċernat, u ma ssirx diskriminazzjoni bejn il-fornituri Serbi u dawk ta' l-UE u tissaħħaħ il-kapaċità ta' infurzar f'dan is-settur. |
Liġi dwar il-proprjetà intellettwali
— |
Jissokta t-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-għoti ta' privattivi u l-implimentazzjoni sostenibbli u l-infurzar ta' l-IPRs. |
Il-politika ta' l-impjiegi u l-politika soċjali
— |
Jiġu żviluppati strutturi amministrattivi xierqa u kapaċità fil-qasam tal-protezzjoni tas-saħħa. |
Edukazzjoni u riċerka
— |
Jissoktaw l-isforzi għal titjib fis-sistema edukattiva; jiġu stabbiliti rabtiet aħjar bejn l-edukazzjoni vokazzjoni u l-edukazzjoni għola u s-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet ekonomiċi; tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u tittejjeb il-koordinazzjoni bejn l-entitajiet rilevanti. |
— |
Tiġi ratifikata l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta' l-Espressjonijiet Kulturali ta' l-UNESCO. |
Kwistjonijiet dwar id-WTO
— |
Jissoktaw it-tħejjijiet għall-adeżjoni mad-WTO. |
Politika settorjali
Industrija u SMEs
— |
Tiġi implimentata l-Karta Ewropea dwar l-Impriżi Żgħar u ta' daqs Medju u jitnaqqsu l-ostakoli amministrattivi għall-SMEs. |
— |
Tiġi adottata strateġija ġdida għall-SMEs u politika industrijali ġdida fuq perijodu medju, segwita minn pjan ta' azzjoni operattiv. |
— |
Jissaħħaħ il-Kunsill ta' l-SMEs bħala strument ta' kooperazzjoni bejn entitajiet pubbliċi u privati u ta' kooperazzjoni inter-ministerjali sabiex jinfluwenza t-tfassil u t-tħaddim ta' linji politiċi ta' l-SMEs. |
Agrikoltura
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva meħtieġa għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika agrikola u l-politika dwar l-iżvilupp rurali. |
— |
Tiġi aġġornata l-leġislazzjoni u jissaħħu l-implimentazzjoni u l-kontrolli fl-oqsma tas-sigurtà alimentari u fi kwistjonijiet veterinarji u fitosanitrarji. |
— |
Jiġu estiżi l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-ispeċi rilevanti kollha. |
— |
Jissokta t-titjib tal-laboratorji veterinarji, fitosanitarji, ta' l-inbid u ta' dawk sanitarji, l-ispettorati u l-kontrolli fil-fruntieri esterni. |
Ambjent
— |
Jitħaffef il-proċess ta' l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni u l-istandards ma' l-acquis ta' l-UE. |
— |
Tiġi implimentata l-leġislazzjoni adottata, prinċipalment dwar il-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali. |
— |
Tinbeda l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kyoto. |
— |
Jiġu adottati u implimentati l-istrateġija nazzjonali dwar il-protezzjoni ambjentali u strateġija għall-iżvilupp sostenibbli. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-entitajiet responsabbli mill-ippjanar, il-permessi, l-ispezzjoni u l-monitoraġġ, kif ukoll proġetti ta' ġestjoni, tissaħħaħ il-kapaċità fil-livell lokali u tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn il-livelli ċentrali u lokali. |
Tiġi żviluppata ulterjorment u tinbeda l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' ġestjoni ta' l-iskart u jinbeda l-bini ta' faċilità għat-trattament u r-rimi mingħajr riskju ta' skart perikoluż.
Politika tat-trasport
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iżvilupp ta' Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk u tisaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Osservatorju tat-Trasport ta' l-Ewropa tax-Xlokk. |
— |
Tiġi adottata u implimentata strateġija nazzjonali dwar it-trasport. Jittieħdu miżuri sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà fuq it-toroq. |
— |
Jiġu implimentati l-impenji li ttieħdu taħt l-ewwel fażi tranżitorja tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni Ewropew ta' l-Avjazzjoni. |
— |
Iseħħ ir-ristrutturar tas-settur ferrovjarju u jiġu stabbiliti istituzzjonijiet ferrovjarji. |
— |
Jiġi żviluppat trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni, inkluż bl-istabbiliment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar ix-xmajjar. |
Enerġija
— |
Jiġu rrispettati l-obbligi li joħorġu mill-qafas tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija fir-rigward ta' l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-acquis dwar is-suq intern tal-gass u l-elettriku u dwar l-iskambji transkonfini ta' l-elettriku. |
— |
Tiġi emendata u implimentata l-Liġi dwar l-Enerġija u tiġi żgurata l-ħidma mingħajr xkiel ta' l-aġenzija regolatorja ta' l-enerġija. |
— |
Jissoktaw il-verifiki ambjentali fuq l-impjanti ta' enerġija, tittieħed azzjoni fir-rigward ta' min iniġġes l-aktar, tiġi żgurata s-separazzjoni bil-għan tar-ristrutturar u l-ftuħ tas-suq u jsir progress ulterjuri sabiex jinkiseb suq reġjonali ta' l-enerġija, b'mod partikolari billi tittejjeb l-interkonnettività mal-pajjiżi ġirien. |
— |
Issir l-adeżjoni mal-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti relatati mas-sigurtà nukleari u jiġu stabbiliti aġenziji regolatorji xierqa. |
— |
Jissokta l-iżmuntar tal-reattur ta' riċerka ta' Vinca. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fi ħdan il-ministeri rilevanti. |
Soċjeta ta' l-informazzjoni u medja
— |
Tiġi żgurata l-liberalizzazzjoni sħiħa tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika u l-indipendenza ta' l-entitajiet regolatorji; jiġi żgurat li l-istrateġija adottata tiġi implimentata, inkluża l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġijiet u l-linji politiċi meħtieġa, u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva. |
— |
Tinbeda l-approssimazzjoni ma' l-acquis fis-settur awjdoviżiv u tittejjeb it-trasparenza u r-responsabbiltà, b'mod partikolari ta' l-Aġenzija Repubblikana tax-Xandir. |
— |
Tiġi ffirmata u ratifikata l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Televiżjoni Transkonfini. |
Kontroll finanzjarju
— |
Tiġi adottata u implimentata politika pubblika ta' kontroll finanzjarju intern. |
— |
Jiġu żviluppati proċeduri u kapaċità amministrattiva sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva ta' l-interessi finanzjarji ta' l-UE. |
Statistika
— |
Tiġi emendata l-Liġi dwar l-istatistika u tiżdied il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fi ħdan is-sistema nazzjonali ta' l-istatistika. |
— |
Jitwettaq ċensiment agrikolu, jinħoloq reġistru agrikolu u jissokta l-iżvilupp tal-kontijiet nazzjonali skond l-ESA 95 inkluż it-titjib tas-sorsi ta' data. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll fuq il-fruntieri, asil u migrazzjoni
— |
Isseħħ l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija integrata għall-ġestjoni tal-fruntieri (IBM) u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-aġenziji ta' l-IBM. |
— |
Tittejjeb il-kooperazzjoni transkonfini bejn il-pulizija skond l-aħjar prattiċi, tissaħħaħ il-kapaċità tal-pulizija tal-fruntieri u jiġu pprovduti infrastruttura u tagħmir moderni għall-pulizija tal-fruntieri, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-IT. |
— |
Isir l-allinjament tas-sistema tal-viża ma' l-acquis u jiġi implimentat il-ftehim bejn l-UE u s-Serbja dwar l-iffaċilitar tal-viża. |
— |
Tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-ħtiġiet għall-għoti ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar u ta' l-identità ta' kwalità għolja. |
— |
Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni dwar l-asil, jiġi żgurat il-funzjonament taċ-ċentru li jilqa' lil dawk li qed ifittxu l-asil u jiġi żgurat il-ħolqien ta' entità operattiva għall-applikazzjonijiet ta' asil. |
— |
Jiġi implimentat il-ftehim bejn l-UE u s-Serbja dwar id-dħul mill-ġdid. |
— |
Tiġi adottata strateġija għall-integrazzjoni mill-ġdid ta' min jirritorna, inkluż l-indirizzar tal-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi. |
Money laundering
— |
Jiġu adottati l-leġislazzjoni meħtieġa u strateġija nazzjonali, inkluża skeda taż-żmien, kontra l-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, jissaħħu l-entitajiet lokali għall-ġlieda kontra l-money laundering u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji kif ukoll il-kooperazzjoni internazzjonali. |
Drogi
— |
Tiżdied il-kapaċità fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, tiġi żviluppata u tinbeda l-implimentazzjoni ta' strateġija nazzjonali dwar id-drogi f'konformità ma' l-istrateġija ta' l-UE dwar id-drogi u tittejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali. |
Pulizija
— |
Tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-Liġi dwar il-pulizija għall-istabbiliment tal-professjonaliżmu u r-responsabbilità, tittejjeb it-trasparenza, jiġi żviluppat korp tal-pulizija modern mingħajr indħil politiku eċċessiv u tiżdied il-kapaċità permezz ta' taħriġ speċjalizzat. |
— |
Jittieħdu l-passi meħtieġa għall-konklużjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni ma' l-Europol. |
Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
— |
Tiġi adottata l-leġislazzjoni pendenti, tiġi żviluppata l-kapaċità għall-qbid ta' assi, tiġi implimentata strateġija nazzjonali kontra l-kriminalità organizzata u tissaħħaħ l-intelligence kriminali. |
— |
Tissokta l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, inkluża l-implimentazjoni ta' l-istrateġija għall-prevenzjoni tat-traffikar u l-għoti ta' għajnuna u protezzjoni xierqa lill-vittmi. |
— |
Tiżdied l-effiċjenza tal-kooperazzjoni internazzjonali u ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar it-terroriżmu. |
— |
Tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-fergħat kollha tas-servizzi tas-sigurtà u ma' stati oħra u jiġu ostakolati l-finanzjament u t-tħejjija ta' atti terroristiċi. |
Protezzjoni tad-data personali
— |
Issir reviżjoni tal-qafas legali, jiġu ffirmati l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u tiġi stabbilita awtorità superviżorja indipendenti. |
PRIJORITAJIET GĦALL-PERIJODU MEDJU
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Amministrazzjoni pubblika
— |
Tiġi msaħħa ulterjorment il-kapaċità għal integrazzjoni Ewropea fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, u jiġu integrati l-istrutturi meħtieġa fi ħdan il-ministeri kkonċernati u mal-gvern kollu kemm hu, u jittejbu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni mad-dipartimenti kollha relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea. |
— |
Tissokta l-implimentazzjoni sħiħa tas-servizz pubbliku u tal-liġijiet ta' l-amministrazzjoni pubblika, jiġu implimentati l-miżuri ta' żvilupp tar-riżorsi umani fis-servizz pubbliku, tissaħħaħ il-kapaċità ta' tfassil tal-politika u l-koordinazzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika fil-livelli governattivi u dawk lokali, tiġi stabbilita sistema ċentralizzata għall-ħlas tal-pagi, jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali relatati mad-deċentralizzazzjoni u jiġu żgurati r-riżorsi għall-gvernijiet lokali. |
Superviżjoni ċivili tal-forzi ta' sigurtà
— |
Jissoktaw il-proċessi tar-ristrutturar u r-riforma tal-forzi armati u jiżdiedu t-trasparenza u s-superviżjoni ċivili tal-forzi armati. |
Sistema ġudizzjarja
— |
Jitnaqqas ix-xogħol pendenti fil-qrati u jiżdiedu ulterjorment l-effiċjenza u l-professjonaliżmu tal-qrati. |
— |
Jiġu introdotti standards uniformi għall-ġbir ta' data affidabbli dwar il-ġudikatura. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
Tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità ta' l-entitajiet ta' kontra l-korruzzjoni. |
Drittijiet tal-bniedem u protezzjoni tal-minoranzi
— |
Tiġi implimentata l-leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni. |
— |
Jissoktaw l-isforzi għall-integrazzjoni u t-titjib tal-kondizzjonijiet għat-tfal b'diżabbiltà. Issir riforma tas-sistema tal-kura tat-tfal u tiġi żgurata edukazzjoni regolari għat-tfal ta' minoranzi. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Tiġi faċilitata l-integrazzjoni għar-refuġjati li jagħżlu li ma jmorrux lura. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Tissaħħaħ il-konsolidazzjoni fiskali u jitnaqqas ir-rwol tas-settur statali, ikkalkolat permezz ta' paragun bejn l-infiq u l-PGD, sabiex jinħoloq spazju għall-iżvilupp u t-tkabbir tas-settur privat. |
— |
Titħaffef il-privatizzazzjoni, u fejn xieraq, il-likwidazzjoni ta' impriżi statali sabiex tissaħħaħ il-governanza korporattiva, jitnaqqas it-telf kważi-fiskali, jingħata kontribut għall-konsolidazzjoni fiskali u jiżdied is-sehem ta' l-attività tas-settur privat. |
— |
Titnaqqas ir-riġidità strutturali li tfixkel il-funzjonament tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari b'rabta mar-regolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol, sabiex jiżdiedu r-rati tal-parteċipazzjoni u ta' l-impjieg. |
— |
Titnaqqas l-għajnuna mill-Istat f'paragun mal-PGD u tissaħħaħ il-politika tal-kompetizzjoni sabiex tingħata opportunità għal kompetizzjoni mingħajr distorsjonijiet għall-benefiċċji tal-konsumaturi Serbi. |
— |
Tittejjeb is-sistema edukattiva bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet li jrawmu opportunitajiet ta' impjieg u tkabbir ekonomiku fit-tul. |
— |
Jittejjeb l-ambjent tal-kummerċ biex jiżdiedu l-investimenti diretti barranin f'oqsma ġodda. |
Standards Ewropej
Suq Intern
Moviment ħieles tal-merkanzija
— |
Jissokta l-iżvilupp ta' l-istandardizzazzjoni u, issir it-tħejjija għal adeżjoni sħiħa ma' l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni. |
Il-moviment liberu tal-kapital
— |
Il-liberalizzazzjoni ulterjuri ta' movimenti ta' kapital fuq perijodi qosra u medji. |
Dwana u tassazzjoni
— |
Jiġi żgurat l-issoktar ta' l-approssimazzjoni ma' l-acquis tal-leġislazzjoni doganali, kif ukoll tat-tassazzjoni u tal-leġislazzjoni fiskali oħra biex tkompli tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni ta' din il-leġislazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfini, u l-evażjoni fiskali. |
— |
It-titjib tat-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni ma' l-UE għall-faċilitazzjoni ta' l-infurzar tal-miżuri li jiprevjenu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxi. |
Kompetizzjoni
— |
Tiġi implimentata l-leġislazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u jiġi żgurat l-iffunzjonar effikaċji ta' l-awtorità għall-monitoraġġ ta' l-għajnuna mill-Istat. |
Politika ta' l-impjiegi u l-politika soċjali
— |
Jiġu adottati miżuri biex jiżdiedu l-għadd ta' tfal mill-kommunitajiet kollha li jirreġistraw fl-iskejjel għall-edukazzjoni sekondarja. |
— |
Jiġu żviluppati aktar il-linji politiċi ta' l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali. |
— |
Jiġi żgurat djalogu soċjali li jiffunzjona u rappreżentattiv. |
— |
Isiru sforzi ulterjuri sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà. |
Edukazzjoni u riċerka
— |
Jiġi adottat qafas nazzjonali ta' kwalifiki għal taħriġ vokazzjonali u edukattiv; issir il-promozzjoni ta' kooperazzjoni reġjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni għola. |
— |
Tiġi adottata politika integrata ta' riċerka. |
Linji politiċi settorjali
SMEs u politika industrijali
— |
It-tkomplija ta' l-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Impriżi ż-Żgħar. |
Agrikoltura
— |
Jissoktaw l-isforzi għat-tisħiħ ta' l-istrutturi u l-kapaċità amministrattivi meħtieġa għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-linji politiċi agrikoli u ta' żvilupp rurali. |
— |
Jissokta t-tisħiħ tal-leġislazzjoni u l-kontrolli veterinarji, sanitarji, fitosanitarji u tal-leġislazzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà alimentari. |
— |
Jittejjeb l-immaniġġjar ta' l-iskart u jitnaqqas it-tniġġis agrikolu. |
— |
Jissokta t-titjib ta' l-istabbilimenti li jipproċessaw l-ikel sabiex jilħqu l-ħtiġiet ta' l-UE. |
Ambjent
— |
Jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar bis-sħiħ tal-leġislazzjoni approssimata mal-leġislazzjoni ta' l-UE. |
— |
Jiġu implimentati l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u l-Protokoll ta' Kyoto. |
— |
Jiġu adottati u jibdew jitwettqu strateġiji dwar it-tniġġiż ta' l-arja, l-ġestjoni ta' l-iskart u l-protezzjoni tan-natura. |
— |
Tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali għall-protezzjoni ta' l-ambjent u l-istrateġija ta' l-ilma. |
— |
Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità amministrattiva ta' l-istituzzjonijiet ambjentali kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll dak lokali. |
— |
Jiġi implimentat pjan multi-annwali għall-finanzjament tal-politika għall-protezzjoni ambjentali, inkluż l-investiment. |
— |
Tkun finalizzata l-kostruzzjoni ta' faċilità għat-trattament u għar-rimi sigur ta' skart perikoluż. |
Politika tat-trasport
— |
Jitwettaq il-Memorandum ta' Ftehim dwar l-Iżvilupp ta' Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk u tisaħħaħ il-kooperazzjoni ma' l-Osservatorju tat-Trasport ta' l-Ewropa tax-Xlokk. |
— |
Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità amminsitrattiva, inkluża t-tħejjija ta' proġetti għal investimenti kbar u l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura. |
— |
Tiġi żgurata l-approssimazzjoni ulterjuri tal-leġislazzjoni ma' l-acquis tat-trasport, notevolment fir-rigward ta' l-istandards tekniċi u tas-sikurezza (inkluża l-implimentazzjoni tat-takografija diġitali). |
— |
Jiġu implimentati l-impenji skond it-tieni fażi tranżitorja tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni Ewropew ta' l-Avjazzjoni. |
Enerġija
— |
Tiġi adottata u implimentata strateġija fuq terminu twil għall-politika ta' l-enerġija ambjentalment sostenibbli. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni ta' l-impenji reġjonali u internazzjonali f'dan il-qasam bil-ħsieb li jiġi stabbilit suq reġjonali kompetittiv ta' l-enerġija. |
— |
Jitkompla l-iżmuntar tar-reattur ta' riċerka ta' Vinca. |
Soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja
— |
Tinbeda l-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid ta' l-UE għall-komunikazzjoni elettronika jitkompla l-allinjament ma' l-acquis ta' l-UE għas-settur awdjoviżiv. |
Kontroll finanzjarju
— |
Jiġu żviluppati u implimentati l-prinċipji ta' kontabblità maniġerjali diċentralizzata u sistema ta' verifika interna li taħdem b'mod indipendenti skond l-istandards aċċettati internazzjonalment l-aħjar prattiki ta' l-UE. |
— |
Jiġu żviluppati aktar proċeduri u kapaċità amministrattiva biex tiġi żgurata il-protezzjoni effettiva ta' l-interessi finanzjarji tal-KE. |
Statistika
— |
Tiġi żviluppata aktar is-sistema ta' ġestjoni tal-kwalità; tiġi attwata l-istatistika agrikola u jiġu żviluppati aktar l-oqsma kollha ta' statistika settorjali. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll fuq il-fruntieri, asil u migrazzjoni
— |
Jitkompla it-tisħiħ tal-kapaċità tal-pulzija tal-fruntieri u tas-servizzi doganali, isir titjib fil-faċilitajiet fil-postijiet tal-fruntiera, u tittejjeb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. |
— |
Jiġu provduti soluzzjonijiet sostenibbli għall-integrazzjoni tal-persuni li jiġu riammmessi. |
Drogi
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ strateġija nazzjonali fil-ġlieda kontra l-abbuż tad-droga. |
Pulizija
— |
Jitkompla ir-ristrutturar tas-servizzi tal-pulizija u tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, issir riforma ta' l-edukazzjoni tal-pulizija u tiġi żgurata l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi. |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
— |
Jiġi żgurat li tiddaħħal fis-seħħ sistema effettiva ta' protezzjoni tax-xhieda, tittejjeb il-kooperazzjoni reġjonali, tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika u finanzjarja (inklużi l-laundering tal-flus, u l-iffalsifikar tal-flus), il-frodi u l-korruzzjoni, tiġi ffaċilitata l-ħatra ta' uffiċjali ta' kollegament, issekondati mill-Istati Membri ta' l-UE, fil-korpi rilevanti ta' l-istat involuti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Palermo dwar il-kriminalità organizzata tranżnazzjonali. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ministeru ta' l-Intern (partikolarment id-Dipartiment tal-kriminalità organizzata) u jiġu żviluppati proċeduri u l-kapaċità għall-iskambju ta' intelligence bejn l-aġenziji. |
ANNESS 3
PRIJORITAJIET GĦALL-KOSOVO TAĦT L-UNSCR 1244
PRIJORITAJIET GĦALL-PERIJODU QASIR:
Prijoritajiet Ewlenin
— |
Titkompla l-ħidma mill-qrib mat-timijiet ta’ ppjanar responsabbli mit-tħejjija tal-missjoni internazzjonali/ta’ l-UE prevista biex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni sħiħa ta’ ftehim. |
— |
Issir kooperazzjoni kostruttiva dwar kwistjonijiet relatati mas-Serbja. |
— |
Tiġi żgurata kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Internazzjonali Kriminali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja. |
— |
Jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għall-Istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi u s-segwitu ta' politika li ma tittollerax il-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata u l-kriminalità finanzjarja. |
— |
Tiġi żgurata governanza demokratika ta', u l-provdiment ta' servizzi pubbliċi lill-poplu kollu tal-Kosovo, li tistabbilixxi amministrazzjoni pubblika professjonali, responsabbli, aċċessibbli, rappreżentattiva ħielsa minn interferenza politika bla bżonn. |
— |
Tiġi avvanzata r-riforma ta' tmexxija awtonoma u tittejjeb il-kapaċità amministrattiva għall-iffaċilitar tad-deċentralizzazzjoni, b'konsiderazzjoni għall-fehmiet u l-interessi tal-komunitajiet kollha fil-Kosovo, jiġi adottat il-qafas leġislattiv u jiġu allokati riżorsi baġitarji xierqa. |
— |
Tinħoloq klima ta' rikonċiljazzjoni, tolleranza inter-etnika u multietniċità sostenibbli li twassal għar-ritorn ta' persuni spostati. Jiġi żgurat ir-rispett, is-sigurtà, il-libertà tal-moviment u l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet kollha. Jiġi kkundannati b'mod espliċitu l-manifestazzjonijiet kollha ta' sentiment kontra l-minoranzi. B'mod vigoruż ssir prosekuzzjon tal-kriminalità kollha inter-etnika. |
— |
Jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għal-libertà tar-reliġjon. Tiġi żgurata l-protezzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż u jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' attakki fuq il-postijiet. |
— |
Tinħoloq soċjetà ħielsa minn kull xorta ta' diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta' l-integrazzjoni ta' gruppi żvantaġġati. |
— |
Jitkompla t-tisħiħ tad-drittijiet ta' proprjetà, il-qafas legali u l-aċċessibbiltà għall-qrati, bil-għan tal-promozzjoni ta' ambjent kummerċjali pożittiv. |
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Istituzzjonijiet proviżorji ta' tmexxija awtonoma
— |
Jiġi żgurat il-fuzjonament effikaċji ta' l-assemblea u l-kumitati tagħha, tal-gvern u l-muniċipalitajiet, inkluż ir-rispett sħiħ lejn ir-regoli ta' proċedura rispettivi u l-kodiċi ta' kondotta, u d-drittijiet u l-interessi tal-komunitajiet kollha. |
— |
Tiżdied is-superviżjoni eżekuttiva mill-, u r-responsabbiltà u t-trasparenza fi ħdan, l-assemblea. Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva proprja ta' l-assemblea. |
— |
Tiġi ppubblikata l-Gazzetta Uffiċjali f'manjiera f'waqtha u l-iżgurar li tkun totalment korretta. Jitjiebu l-kontrolli dwar il-verżonijiet lingwistiċi rispettivi biex jiġi żgurat li jkunu identiċi u jiġi żgurat l-aċċess għall-pubbliku tal-Gazzetta Uffiċjali. |
— |
Iżdied aktar ir-rappreżentanza tal-minoranzi fl-istituzzjonijiet kollha u fis-servizz ċivil fil-livell muniċipali u ċentrali. |
Parlament/Elezzjonijiet
— |
Jinżammu elezzjonijiet liberi u ġusti. Tissaħħaħ il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali indipendenti u multi-etnika biex jiġu amministrati l-elezzjonijiet f'maniera f'waqtha. |
— |
Ikun żgurat li siti adegwati għall-votazzjoni, miżuri ta' sigurtà u oħrajn jiġu provduti lill-komunitajiet kollha għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot tagħhom. Persuni spostati internament u r-refuġjati jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-elezzjonijiet anke jekk il-kapaċità tagħhom ta' ritorn lejn il-Kosovo tkun limitata. |
— |
Jittejbu l-kontrolli dwar il-kompattibbilta tal-leġislazzjoni l-ġdida kollha ta' l-UE. |
Amministrazzjoni pubblika
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità tal-kordinazzjoni mill-gvern u d-definizzjoni b'mod aktar preċiż tar-responsabbiltajiet ta' l-awtoritajiet ċentrali u lokali għall-iżgurar tal-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi. Tissaħħaħ l-effiċjenza tal-funzjonijiet tal-gvern għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-servizz pubbliku. |
— |
Jiġu infurzati b'mod rigoruż proċeduri trasparenti dwar ir-reklutaġġ, it-trasferiment, il-valutazzjoni, il-promozzjoni, il-kondotta u t-tkeċċija tal-ħaddiema taċ-ċivil, inklużi l-pulizija, il-persunal tas-sistema ġudizzjarja u tal-ġestjoni finanzjarja. |
— |
Jittejjeb l-iffunzjonar u tissaħħaħ l-indipendenza tal-Bord Indipendenti ta' Sorveljanza u l-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi Għolja. |
— |
Titjieb il-kwalità u d-disponibbiltà tas-servizzi pubbliċi bażiċi għall-komunitajiet kollha, inkluż kontribut għat-tnaqqis fid-domanda għas-servizzi provduti minn strutturi paralleli. |
— |
Isir progress fil-proċess ta' deċentralizzazzjoni u jiġi adottati, fost l-oħrajn, liġijiet dwar il-gvern lokali u l-fruntieri muniċipali. |
Sistema Ġudizzjarja
— |
Jiġu żgurati qrati u uffiċċji ta' prosekuzzjoni effikaċi, indipendenti, responsabbli u imparzjali ħielsa mill-influwenza politika. |
— |
Jissaħħaħ l-Uffiċċju tal-Prosekutur biex jiġi żgurat li huwa kapaċi jikkonforma mal-prinċipji ta' l-awtonomija u l-imparzjalità. Jitkompla t-tisħiħ ta' l-Uffiċċju tal-Prosektur Speċjali. Tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' skema effikaċi għall-protezzjoni tax-xhieda. |
— |
Jiġu approvati u implimentati liġijiet dwar il-qrati u l-prosekuzzjoni. Tiġi żviluppata sistema ta' ġustizzja amministrattiva u jiġu organizzati l-leġislazzjoni u l-kompetenzi rilevanti. |
— |
Tiġi implimentata b'mod sħiħ sistema ta' ġestjoni awtomatizzata tal-każi fil-qrati u fl-uffiċċji ta' prosekuzzjoni kollha. Jitnaqqas ix-xogħol pendenti ta' każi u jsir l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti ċivili. |
— |
Jissaħħu l-qrati muniċipali u l-azzjoni tal-pulizija għall-indirizzar, il-prevenzjoni u s-sanzjoni kontra x-xogħol illegali, isir użu u bini ta' proprjetà b'mod imparzjali. |
— |
Ikomplu jiġu żviluppati l-edukazzjoni u t-taħriġ legali, partikolarment għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-persunal amministrattiv. L-Istitut Ġudizzjarji jinbidel f'istituzzjoni vijabbli responsabbli mit-taħriġ ġudizzjarju. |
— |
Tiġi żviluppata l-kapaċità fil-gvern ħieles minn influwenza politika bla bżonn biex jieħu r-responsabbilitajiet fl-oqsma tal-ġustizzja u ta' l-intern. Tiġi implimentata sistema ta' ħatriet, tkeċċija u promozzjoni tal-karriera għall-imħallfin u l-prosekuturi skond l-istandards Ewropej, ħielsa minn interferenza politika. |
— |
Jiżdiedu l-isforzi biex jintlaħqu standards internazzjonali fl-ittrattar ta' talbiet ta' assistenza legali reċiproka f'affarijiet kriminali u talbiet għall-estradizzjoni. |
— |
Jissaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja tal-komunitajiet ta' monoranzi u jissaħħu mekkaniżmi bħall-Uffiċċji ta' Kollegament tal-qrati. |
— |
Jibqgħu jittieħdu miżuri biex tkun faċilitatat rappreżentanza etnika ekwitabbli ta' imħallfin. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva, il-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-ġudikatura u l-aġenziji kollha tar-rinfurzar tal-liġi. Tiġi żgurata l-vijabbiltà ta' sistema komprensiva ta' għajnuna legali. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
Tiġi implimentata l-liġi għat-trażżin tal-korruzzjoni u l-pjan kontra l-korruzzjoni. Tissaħħaħ l-aġenzija kontra l-korruzzjoni u jittieħdu miżuri sabiex jiġu żgurati bis-sħiħ l-indipendenza u l-finzjonament tagħha. |
— |
Jiġu integrati l-kompetenzi ta' l-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni, ta' l-Uffiċċju għal Governanza Tajba u tal-Kunsill kontra l-Korruzzjoni. |
Id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi
— |
Jitlesta l-qafas leġislattiv u jittejjeb ir-rispett lejn il-mekkaniżmi għall-ħarsien tad-drittijet tal-bniedem u tal-minoranzi skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Tiġi adottata u implimentata Strateġija għad-Drittijiet tal-Bniedem komprensiva. |
— |
Jissaħħaħ il-qafas legali fir-rigward tal-libertà ta' l-espressjoni. Il-kummissjoni indipendenti dwar il-medja tingħata r-riżorsi rilevanti sabiex jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet leġislattivi. Titneħħa kwlaunkwe ambigiwità legali fir-rigward ta' l-insult u l-malafama. |
— |
Jiġi elett ombudsman u jiġu adottati dispożizzjonijiet legali li jiżguraw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-ombudsman. |
— |
Jiġi definit u adottat programm governattiv biex jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa fil-Kosovo. |
— |
Tiġi implimentata b'mod effettiv il-leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni. B'mod partikolari, l-unitajiet tad-drittijiet tal-bniedem isiru operattivi b'mod sħiħ, u jiġu żgurati l-indipendenza u l-koordinazzjoni tagħhom ma' l-attivitajiet ta' l-Ombudsman. Jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni sabiex is-settur privat, is-soċjetà ċivili u ċ-ċrieki akkademiċi jiġu mgħarrfa dwar din il-liġi. Tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tal-liġi u jsiru rapporti dwar dan. |
— |
Jiġu żviluppati servizzi bbażati fil-komunità u għajnuna lil persuni dipendenti, inkluż fil-qasam tas-saħħa mentali. |
— |
Jiġu promossi linji politiċi kontra d-diskriminazzjoni fil-pajjiż kollu, li jindirizzaw lil gruppi kollha f'riskju. |
— |
Tiġi adottata u implimentata leġislazzjoni adegwata biex tiġi żgurata protezzjoni legali għat-tfal. |
Drittijiet tal-minoranzi, drittijiet kulturali u l-protezzjoni tal-minoranzi
— |
Tiġi infurzata bis-sħiħ il-liġi dwar il-lingwi uffiċjali kif ukoll dwar il-wirt kulturali u jiġi stabbilit mekkaniżmu effikaċi għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tagħha. |
— |
Jiġu regolarizzati l-insedjamenti informali. Jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-għoti ta' djar u l-integrazzjoni tal-komunitajiet ta' Roma li qed jgħixu f'kondizzjonijiet perikolużi f'kampijiet u għall-gruppi ta' persuni spostati internament li jgħixu f'ċentri informali. |
— |
Jissaħħu l-istrutturi amministrattivi u l-mekkaniżmi ta' responsabbiltà fil-Ministeru tal-Komunitajiet u Persuni li Jirritornaw. Tiġi ċċarata d-diviżjoni tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-persuni li jirritornaw bejn il-Ministeru tat-Governanza Lokali u l-Ministeru tal-Komunitajiet u l-Persuni li Jirritornaw, fuq livelli ċentrali u lokali. Ikompli jiġi żviluppat u implimentat il-qafas strateġiku konġunt dwar il-komunitajiet u l-persuni li jirritornaw u jiġu żviluppati mekkaniżmi fil-livell muniċipali biex tiġi faċilitata l-integrazzjoni sostenibbli tal-persuni li jirritornaw u tal-komunitajiet eżistenti tal-minoranzi. |
— |
Jiġi faċilitat u mħeġġeġ ir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spostati mill-komunitajiet kollha u tiġi finalizzata r-riabilitazzjoni ta' proprjetajiet, inklużi s-siti storiċi u reliġjużi, li ġarrbu ħsara jew inqerdu waqt l-avvenimenti ta' Marzu 2004. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Jissaħħu l-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin tal-viċinat. |
— |
Jiġi implimentat il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ta' l-Ewropa Ċentrali (CEFTA) u jittieħed sehem attiv fl-inizjattivi reġjonali rilevanti kollha, fost l-oħrajn, taħt l-awspiċi tal-Patt ta' Stabbiltà, inkluż il-proċess tat-transizzjoni tagħha lejn qafas ta' kooperazzjoni mfassal b'mod aktar partikolari għar-reġjun. |
Kriterji Ekonomiċi
— |
Jinżammu linji politiċi fiskali sodi, u partikolarment, jiġi żgurat li l-politiki soċjali li jindirizzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali jkunu konformi mas-sostenibbiltà dejjiema tal-finanzi pubbliċi. |
— |
Jiġu stabbiliti miri annwali għar-rati tal-ġbir tal-kontiijiet ta' l-utilitajiet pubbliċi u jiġu definiti u jiġu implimentati strateġiji biex jintlaħqu dawk il-miri. |
— |
Isir progress sinifikanti tal-privatizzazzjoni ta' ex-impriżi pubbliċi skond l-iskeda ta' l-Aġenzija Fiduċjarja. |
— |
Jittejbu t-tmexxija, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà finanzjarja ta' l-impriżi pubbliċi. Tissaħħaħ ulterjorment l-indipendenza operattiva u finanzjarja ta' l-awtoritajiet regolatorji bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza u l-kompetizzjoni fis-setturi rispettivi. |
— |
Jiġu żviluppati u implimentati politiki li jiffaċilitaw it-trasferiment minn impjieg mhux irreġistrat għal impjieg reġistrat sabiex jinħoloq suq uffiċjali tax-xogħol u biex tittejjeb l-effikaċja tal-politiki dwar is-suq tax-xogħol. |
Standards Ewropej
Suq Intern
Moviment liberu tal-merkanzija
— |
Jiġi adottat il-qafas leġislattiv orizzontali sabiex tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa għall-operazzjoni korretta u s-segregazzjoni tad-diversi funzjonijiet (regolatorji, ta' standardizzazzjoni, metroloġija ta' l-akkreditazzjoni, valutazzjoni tal-konformità u sorveljanza tas-suq) meħtieġa sabiex l-acquis jiġi applikat għall-moviment liberu tal-merkanzija. |
Moviment liberu tal-kapital
— |
Jiġu adottati l-ħtiġiet prudenti adegwati u jissaħħaħ il-proċess superviżorju fis-settur finanzjarju. |
Dwana u tassazzjoni
— |
Il-leġislazzjoni doganali tiġi approssimata ulterjorment ma' l-acquis u jitkomplew l-isforzi biex tittejjeb il-kapaċità ta' l-amministrazzjoni doganali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iffalsifikar u l-kriminalità transkonfini. Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-unità ta' investigazzjoni kriminali. |
— |
Jiġu osservati l-obbligi marbutin ma' l-implimentazzjoni ta' miżuri kummerċjali preferenzjali, partikolarment fir-rigward ta' l-oriġini. |
— |
Titkompla l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tat-taxxa ma' dik ta' l-acquis ta' l-UE u tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-amministrazzjoni tat-taxxa. Tissaħħaħ il-kapaċità tal-ġbir ta' l-amministrazzjoni tat-taxxa u jiżdied id-dħul mit-taxxi. |
— |
Jittieħed l-impenn għall-prinċipji tal-Kodiċi tal-Kondotta għat-tassazzjoni tan-negozju u jiġi żgurat li miżuri ġodda tat-taxxa jikkonformaw ma' dawn il-prinċipji. |
Akkwisti pubbliċi
— |
Jiġi adattat il-qafas ta' l-akkwisti pubbliċi billi tiġi adottata l-leġislazzjoni implimentattiva meħtieġa biex tiġi żgurata l-kompattibbiltà ma' l-acquis. Jiġi pprovdut qafas istituzzjonali dwar l-akkwisti pubbliċi bil-kapaċità amministrattiva u l-indipendenza titwettaq il-missjoni tiegħu. |
Drittijiet propjetarji intellettwali
— |
Tiġi pprovduta l-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja għall-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali u għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
Impjiegi u linji politiċi soċjali
— |
Tiġi adottata strateġija dwar l-impjieg, inkluż it-titjib tal-ġbir tad-data dwar kwistjonijiet ta' l-impjieg. |
— |
Tittejjeb l-informazzjoni pubblika dwar l-aċċess għal sistemi ta' sigurtà soċjali u jittejbu l-kapaċitajiet muniċipali fi kwistjonijiet dwar assistenza soċjali. |
— |
Tiġi emendata l-leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni soċjali u l-iskema dwar il-pensjonijiet. |
— |
Issir ir-reviżjoni ta' l-iskema dwar il-benefiċċji soċjali sabiex tiġi żgurata non-diskriminazzjoni rigward il-benefiċjarji. |
Edukazzjoni u riċerka.
— |
Jiżdied il-baġit għall-edukazzjoni, b'mod partikolari biex tittejjeb l-infrastruttura skolastika, jintemmu x-xiftijiet tat-tagħlim u jiġi indirizzat in-nuqqas ta' materjal u tagħmir. |
— |
Jiġu żviluppati pjanijiet ta' azzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji edukattivi b'aktar djalogu u koordinazzjoni bejn il-livelli kollha u l-partijiet interessati kollha u jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa. |
— |
Tiġi implimentata bis-sħiħ il-leġislazzjoni dwar it-taħriġ vokazzjonali u tinbeda l-implimentazzjoni tal-liġi dwar qafas nazzjonali ta' kwalifiki. |
— |
Jitkompla l-iżvilupp ta' qafas nazzjonali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tat-tagħlim. |
— |
Jiġi żgurat involviment aħjar fil-programmi ta' l-UE ta' l-edukazzjoni għolja. |
Linji politiċi settorjali
Industrija u SME
— |
Tiġi implimentata strateġija fuq terminu medju għall-appoġġ ta' l-iżvilupp ta' l-SMEs, inkluż it-tisħiħ ta' l-aġenżija għall-appoġġ ta' l-SMEs u ta' l-aġenzija għall-promozzjoni ta' l-investiment. Titkompla l-implementazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Intrapriżi Żgħar. |
Agrikoltura u sajd
— |
Jiġu ddeterminati responsabbiltajiet ċari fi ħdan is-servizzi differenti fis-settur agrikolu (inklużi l-amministrazzjoni veterinarja u fitosanitarja) u r-relazzjonijiet tagħhom mal-Ministru ta' l-Agrikoltura, Forestrija u Żvilupp Rurali, il-gvernijiet lokali u fuq il-livell muniċipali. |
— |
Tiġi adottata l-liġi dwar l-ikel u l-leġislazzjoni implimentattiva konsegwenti, u tiġi stabbilita l-aġenzija rilevanti biex tiġi implimentata u rinfurzata l-liġi. |
— |
Tiġi żgurata l-istruttura operattiva tas-sistema għall-identifikar ta' l-annimali u r-reġistrazzjoni tal-movimenti tagħhom. |
— |
Jitfassal pjan għat-titjib ta' l-istabbilimenti agroalimentari. |
Ambjent,
— |
Tiġi implimentata l-liġi dwar il-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali adottata mill-Assemblea. |
— |
Jiġi implimentat pjan ta' azzjoni ambjentali komprensiv, partikolarment b'rabta ma' kwistjonijiet tas-saħħa pubblika. |
— |
Titkompla l-approssimazzjoni ma' l-istandards Ewropej fil-qasam ta' l-ambjent. |
— |
Jitkomplew l-isforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fi kwistjonijiet ambjentali. |
Politika dwar it-trasport
— |
Titkompla l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-iżvilupp ta' Netwerk Prinċipali tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk (SEE) li jinkludi l-addendum dwar Żona ta' Trasport Ferrovjarju ta' l-SEE. |
— |
Jiġu implimentati l-liġijiet dwar it-trasport bit-triq u dwar is-sigurtà fuq it-toroq u tiġi żviluppata strateġija multimodali tat-trasport. |
— |
Jitkompla t-titjib tal-ġestjoni ta' l-assi bbażata fuq id-data għall-manutenzjoni u r-riabilitazzjoni ta' l-infrastrutturi tat-trasport. Tiġi żgurata l-konformità mal-qafas leġislattiv ta' l-UE għall-konċessjonijiet u jittieħdu miżuri biex jiġu atrratti investituri, inkluż permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati, għall-kofinanzjament ta' xogħlijiet infrastrutturali kbar u strateġiċi. |
— |
Jiġi żgurat li l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju jkun kompattibbli ma' l-istrateġija għall-iżvilupp ekonomiku. |
— |
Jiġi żguat li l-ajruport ta' Pristina jopera fl-livell adegwat ta' sigurtà u jkollu ġestjoni soda u responsabbli. |
— |
Tiġi riveduta u mtejba s-sistema tal-liċenzji tas-sewqan u ta' l-ispezzjoni teknika tal-vetturi. |
Enerġija
— |
Jiġu żgurati l-vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-utilità ta' l-elettriku, notevolment billi jiżdied sostanzjalment il-ġbir tad-dħul u tiġi promossa l-governanza tajba. |
— |
Titkompla l-implimentazzjoni ta' l-impenji meħudin fil-qafas tat-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija. Titkompla t-tħejjija tal-proġett “Kosovo C” għall-ġenerazzjoni u l-forniment ta' l-elettriku b'konformità sħiħa ma' l-acquis kif previst fit-Trattat Komunitarju dwar l-Enerġija. |
Soċjeta ta' l-informazzjoni u l-medja
— |
Tiġi adottata u tinbeda l-implimentazzjoni tal-politika dwar in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika bil-għan li tiġi nfurzata liberalizzazzjoni sħiħa u jinħoloq ambjent miftuħ u kompetittiv sabiex jiġi mħajjar l-investiment barrani u tittejjeb il-kwalità tas-servizz. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-awtoritajiet regolatorji. Tissaħħaħ il-pożizzjoni tagħha u tiġi żgurata l-indipendenza operattiva u finanzjarja tagħha. |
— |
Jiġi żgurat l-iffinanzjar stabbli u sostenibbli tax-Xandar tas-Servizz Pubbliku RTK, il-Kummissjoni Indipendenti tal-Medja u l-fond tal-medja. |
Kontroll finanzjarju
— |
Jitkomplaw l-isforzi biex tiġi implimentata l-istrateġija pubblika ta' kontroll finanzjarju intern u l-liġijiet rilevanti għat-twettiq tal-prijoritajiet ta' terminu medju f'dan il-qasam. |
Statistika
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika u tittejjeb l-indipendenza operattiva u finanzjarja tagħha. Tiġi żgurata l-affidabbiltà ta' l-istatistika inkluż li minn iwieġeb għall-istħarriġ jipprovdi lill-uffiċċju ta' l-istatiska, data ta' kwalità, f'manjiera f'waqtha u mingħajr ħlas. |
— |
Jitkompla l-iżvilupp ta' l-istatistika ekonomika u jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta' l-istatistika soċjali. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viżi, kontroll fuq il-fruntieri, asil u migrazzjoni
— |
Tittejjeb l-effiċjenza tal-kontroll tal-fluss tal-persuni fil-fruntieri u tittejjeb l-effikaċja u t-trasparenza tad-dipartiment tal-pulizija tal-fruntieri. |
— |
Tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji ta' ġestjoni tal-fruntieri u mal-pajjiżi ġirien. |
— |
Jiġu stabbiliti postijiet ta' kenn u faċilitajiet ta' lqugħ għal min ifittex l-asil. |
— |
Tiġi adottata liġi dwar il-migrazzjoni skond l-istandards Ewropej. Titfassal strateġija u pjan ta' azzjoni dwar il-migrazzjoni, li jindirizzaw b'mod partikolari d-dħul u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni li jirritornaw minn barra l-pajjiż. |
Money laundering
— |
Tittejjeb il-kapaċità ta' l-Unità ta' l-Investigazzjoni Finanzjarja fid-direttorat tal-kriminalità organizzata tas-Servizz tal-Pulizija tal-Kosovo (KPS). Jitħarrġu prosekuturi u mħallfin speċjalizzati. Jiġu integrati l-kompetenzi fil-qasam tal-money laudering fl-istituzzjonijiet differenti involuti. |
Drogi
— |
Tiġi żviluppata strateġija għall-prevenzjoni tad-droga u pjan ta' azzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni tagħha. Tkompli tissaħħaħ il-kapaċità lokali fit-taqsima ta' l-investigazzjoni dwar id-droga. |
Pulizija
— |
Tiġi adottata l-liġi dwar il-pulizija. |
— |
Tissaħħaħ l-effettività ta' l-investigazzjonijiet dwar il-kriminalità. Tiġi adottata u implimentata l-leġislazzjoni li tistabilixxi l-KPS u jissaħħu l-kapaċitajiet investigattivi u ta' kontroll intern. Tissaħħaħ it-tmexxija tiegħu. |
— |
Tiġi adottata strateġija għat-tnaqqis tal-kriminalità u ssir l-implimentazzjoni tagħha. Tiġi żviluppata strateġija għall-ġbir ta' armi, titlesta u tiġi infurzata l-leġislazzjoni relatata ma' l-armi żgħar. |
— |
Jiġu stabbiliti strateġija u pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. |
— |
Jitkompla l-qafas leġislattiv dwar il-kriminalità organizzata. |
— |
Tkompli tissaħħaħ il-kapaċità lokali fid-direttorat għall-kriminalità organizzata fil-KPS. |
— |
Jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni u jissaħħu d-dispożizzjonijet u l-istrutturi leġislattivi għal ġlieda aktar effiċjenti kontra t-traffikar tal-bnedmin. |
Protezzjoni tad-data personali
— |
Tiġi żviluppata u implimentata liġi komprensiva dwar il-protezzjoni tad-data personali b'konformità ma' l-acquis, b'mod partikolari mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (95/46/KE). Tiġi stabbilita awtorità superviżorja indipendenti għall-protezzjoni tad-data, b'setgħat suffiċjenti kif ukoll b'riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti. |
PRIJORITAJIET GĦALL-PERIJODU MEDJU
Kriterji politiċi
Demokrazija u l-istat tad-dritt
Amministrazzjoni pubblika
— |
Tipproċedi b'riforma sostenibbli għall-amministrazzjoni pubblika waqt li jiġu rispettati l-limiti baġitarji. Tittejjeb il-kapaċità ta' l-amministrazzoni lokali li tagħti servizzi b'mod ekwitabbli u effettiv lill-kostitwenzi tagħhom. |
Sistema Ġudizzjarja
— |
Jiġi definit u konsolidat korp komplet ta' liġijiet li jirrispetta d-drittijiet u l-interessi tal-komunitajiet kollha, li jitfassal mis-sorsi legali kollha attwalment applikabbli fil-Kosovo. |
— |
Jiġi żviluppat mekkaniżmu alternattiv għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti. |
— |
Tissaħħaħ is-sistema penitenzjarja b'attenzjoni partikolari għas-sigurtà, il-kontroll, il-ġestjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-iskemi għar-riintegrazzjoni, kif ukoll il-kondizzjonijiet tal-faċilitajiet. |
Politika kontra l-korruzzjoni
— |
Jiġu żviluppati pjani ta' azzjoni settorjali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-problema tal-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika kif ukoll fis-soċjetà ċivili. |
— |
Jiġu stabbiliti riżultati tajbin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. |
Id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi
— |
Tiġi żgurata l-eżistenza vijabbli tal-komunitajiet tal-minoranza u l-parteċipazzjoni non- diskriminatorja tagħhom fis-soċjetà, waqt li jittieħdu miżuri konkreti biex jiżguraw is-sigurtà, il-libertà tal-moviment kif ukoll il-proviżjoni ġusta ta', u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u universali. |
— |
Tiġi implimentata l-liġi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. Tiġi żgurata l-integrazzjoni tad-drittijiet tan-nisa fil-politika u fil-leġislazzjoni kollha eżistenti. |
— |
Tiġi żviluppata politika integrata ta' konservazzjoni għall-wirt kulturali. Jittieħed impenn attiv fiż-żieda tas-sensibilizzazzjoni ġenerali u r-rispett għall-wirt kulturali. |
— |
Jiġi żgurat li l-Aġenzija Kadastrali u l-uffiċċji muniċipali kadastrali joffru aċċess trasparenti u non-diskriminatorju għar-rekords kollha tal-proprjetà u jkollhom mekkaniżmi responsabbli li jiffunzjonaw. |
Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali
— |
Ikomplu jissaħħu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali, inkluż fil-qasam ta' l-infurzar tal-liġi, inkluż it-trasferiment tal-persuni suspettati u tal-persuni kkundannati u l-assistenza legali reċiproka. |
Kriterji ekonomiċi
— |
Ikomplu jissaħħu id-drittijiet ta' proprjetà, l-sstat tad-dritt, u l-aċċessibbiltà għall-qrati, bil-għan li jiġi promoss ambjent kummerċjali pożittiv. |
— |
Tiġi żviluppata strateġija għall-privatizzazzjoni, u r-ristrutturar fejn meħtieġ, ta' l-impriżi pubbliċi, bil-għan li jissaħħu t-tmexxija u l-prestazzjoni korporattivi ta' dawn l-impriżi u jitnaqqsu s-sussidji lis-settur ta' l-impriżi. |
— |
Jitfasslu u jiġu implimentati linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunità kummerċjali lokali bil-għan li jittejjeb il-proċess ta' tqabbil bejn is-swieq tax-xogħol, u jiżdied is-sehem tal-ħaddiema kapaċi fl-għadd globali ta' ħaddiema. |
— |
Jiġu implimentati linji politiċi adatti għal żieda fil-kwantità u l-kwalità ta' l-edukazzjoni fil-livelli kollha. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-esportazzjoni. |
Standards Ewropej
Suq Intern
Moviment liberu tal-merkanzija
— |
Titkompla l-approssimazzjoni mad-direttivi b'approċċ globali l-ġdid u dawk b'approċċ antik. |
— |
Jiġu adottati l-bqija ta' l-Istandards Ewropej (ENs) |
— |
Tiġi stabbilita struttura ta' sorvelljanza tas-suq. |
Dwana u tassazzjoni
— |
Titkompla l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tat-taxxa u doganali ma' dik ta' l-acquis UE. Tittejjeb ulterjorment il-kapaċità amministrattiva tas-servizzi tat-taxxa u doganali għat-tisħiħ tal-leġislazzjoni u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfinali u l-evażjoni tat-taxxa. |
Akkwisti pubbliċi
— |
Jiġi żgurat li r-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi jitwettqu effettivament fil-livelli kollha minn awtorijatjiet u entitajiet kontraenti, inkluż permezz ta' l-iżvilupp ta' għodda operattiva, il-proviżjoni ta' taħriġ u t-tisħiħ tal-kapaċità amminitrattiva. |
Liġi dwar il-proprjetà intelletwali
— |
Jitkompla jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, skond l-istrateġija ta' terminu medju. |
Impjiegi
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta' l-ispettorati tax-xogħol. |
Edukazzjoni u riċerka.
— |
Jissaħħu l-mekkaniżmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità fis-settur ta' l-edukazzjoni. |
— |
Jitkomplaw l-isforzi bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u s-settur ta' l-edukazzjoni għolja ikun hemm rabta mas-suq tax-xogħol u l-ħtiġiet ekonomiċi. |
— |
Tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla. |
— |
Jinbeda l-iżvilupp ta' politika li twassal għar-riċerka. |
Linji ta' politika settorjali
Agrikoltura u sajd
— |
Tiġi żviluppata politika kif ukoll qafas regolatorju biex tiġi appoġġata riforma vijabbli ta' l-art. Tiġi appoġġata l-protezzjoni ta' l-art agrikola kontra żvilupp urban mhux ippjanat. |
— |
Tiġi vvalutata l-konformità ta' l-istabbilimenti agroalimentari mal-ħtiġiet ta' l-UE u jitħejja programm għat-titjib ta' dawk l-istabbilimenti. |
— |
Tinbeda azzjoni għall-kontroll effiċjenti tal-produzzjoni tal-pjanti domestiċi, b'mod partikolari għall-prodotti bi ħtiġiet speċifiċi ta' l-UE. |
— |
Tiġi żviluppata struttura soda għall-ġestjoni tal-foresti, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti. |
Ambjent,
— |
Jittieħdu miżuri għall-infurzar ta' l-ippjanar ta' l-ispazji. |
— |
Tittejjeb il-kapaċità istituzzjonali tal-Ministeru ta' l-Ambjent u l-Ippjanar ta' l-Ispazji, tittejjeb il-koordinazzjoni bejn il-korpi amministrattivi responsabbli minn kwistjonijiet relatati ma' l-ambjent. |
— |
Jiġu integrati l-kwisitjonijiet ambjentali fil-linji politiċi settorjali, b'mod partikolari dwar l-enerġija u t-trasport. |
Politika tat-trasport
— |
Jittieħdu miżuri sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq. |
— |
Jiġu ppjanati u implimentati l-manutenzjoni u r-rijabilitazzjoni ta' l-infrastrutturi tat-trasport, inkluża l-kostruzzjoni ta' infrastruttura ġdida, permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati, jekk meħtieġ. |
— |
Tiġi żviluppata u implimentata strateġija multimodali. |
Enerġija
— |
Jiġu żviluppati l-oqsfa leġislattivi regolatorji li jinkoraġixxu s-sħubiji pubbliċi-privati u l-investimenti mħallta fis-settur ta' l-enerġija skond il-konklużjonijiet ta' l-istudju dwar il-ġenerazzjoni ta' l-investiment. |
— |
Tittejjeb ulterjorment il-prestazzjoni ta' l-utilità elettrika u ssir l-integrazzjoni fis-suq reġjonali ta' l-elettriku. |
Soċjeta ta' l-informazzjoni u l-midje
— |
Isir allinjament tal-qafas regolatorju u tiġi implimentata l-leġislazzjoni dwar in-netwerks u s-servizzi elettroniċi tal-komunikazzjoni biex jinħoloq ambjent aktar miftuħ u kompetittiv u tissaħħaħ il-pożizzjoni u l-indipendenza operattiva u finanzjarja tar-regolatur tat-telekomunikazzjonijiet. |
Kontroll finanzjarju
— |
Taħt il-koordinazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, jiġu żviluppati u jitwettqu l-prinċipji tar-responsabbiltà ta' ġestjoni deċentralizzata u ta' verifiki intern li tiffunzjona indipendentament skond l-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki ta' l-UE permezz ta' leġiżlazzjoni koerenti u kapaċità amministrattiva adegwata. |
— |
Tissaħħaħ il-kapaċità operattiva u funzjonali kif ukoll l-indipendenza finanzjarja ta' l-Istituzzjoni Supremi tal-Verifika. Jiġu segwiti u implimentati r-rakkomandazzjonijiet ta' dawn ta' l-aħħar. |
Statistika
— |
Tittejjeb il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fis-sistema ta' l-istatistika tal-Kosovo, jiġu żviluppati sistema u dokument ta' ġestjoni tal-kwalità u jiġu standarizzati l-proċeduri ta' produzzjoni u dissiminazzjoni. |
Ġustizzja, libertà u sigurtà
Viża, kontroll l-fruntieri, ażil u migrazzjoni
— |
Tittejjeb ulterjorment il-kapaċità tad-direttorat tal-fruntieri, l-ażil u l-migrazzjoni fil-Ministeru ta' l-Intern. Tissaħħaħ ulterjorment il-kapaċità operattiva tas-servizz tal-pulizija tal-fruntieri fis-Servizz tal-Pulizija tal-Kosovo. |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu
— |
Tiġi implimentati u aġġornata l-istrateġija kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. |
— |
Jissaħħu l-kapaċitajiet lokali biex jiġu investigati l-attivitajiet kriminali organizzati. |
— |
Jissaħħu l-kapaċitajiet ġudizzjarji għall-prosekuzzjoni u s-smiegħ ta' każijiet ta' kriminalità organizzata u finanzjarja. |
Drogi
— |
Tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-kooperazzjoni internazzjonali, biex ir-riżultati tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi jittejbu konsiderevolment. |
Protezzjoni tad-data personali
— |
Tiġi implimentata l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data personali b'konformità ma' l-acquis u jiġu żgurati monitoraġġ u infurzar effiċjenti. |