ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
19 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib

6

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 249/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 252/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta’ l-albumini

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 253/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 254/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 258/2008 tat-18 ta’ Marzu 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 tat-18 ta' Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

28

 

*

Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Anness VII li jelenka taħlitiet ta' sustanzi attivi/prodotti koperti minn deroga rigward trattamenti ta’ wara l-ħsad magħmula b'fumigant ( 1 )

31

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

33

 

*

Direttiva 2008/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 1 )

37

 

*

Direttiva 2008/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

39

 

*

Direttiva 2008/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar tagħmir elettro-mediku użat fil-mediċina veterinarja ( 1 )

41

 

*

Direttiva 2008/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS), fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

42

 

*

Direttiva 2008/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda id-Direttiva 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

44

 

*

Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 1 )

46

 

*

Direttiva 2008/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE li tistabbilixxi Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

48

 

*

Direttiva 2008/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

50

 

*

Direttiva 2008/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

54

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/233/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini li jirrelataw ma’ rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programm ta’ qerda ppreżentat minn ċerti Stati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1004)  ( 1 )

56

 

 

2008/234/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 974)  ( 1 )

58

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 247/2008

tas-17 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb li ma jkunx fihom aktar minn 7,5 % ta’ impuritajiet u skald tapplika sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008. Madankollu, fid-dawl tax-xejriet favorevoli tas-suq għal dan it-tip ta’ fibra taħt l-iskema kurrenti ta’ l-għajnuna, u bil-għan li jingħata kontribut għall-konsolidament ta’ prodotti innovattivi u s-swieq tagħhom, l-applikazzjoni ta’ din l-għajnuna għandha tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut [fibri] (1) ipprovda għal żieda fil-livell ta’ għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien mis-sena tas-suq 2008/2009 ’il quddiem. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 mis-sena tas-suq 2008/2009. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tfasslu fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 peress li kienu se jiġu applikati minn dik is-sena tas-suq, u b’hekk stabilixxew l-għajnuna fil-livell previst. Peress li l-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibri qosra tinżamm sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009, l-għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien għal dik is-sena tas-suq addizjonali għandha tinżamm fil-livell li sa issa kien previst fir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008.

(3)

Bil-għan li tiġi promossa l-produzzjoni ta’ fibra qasira ta’ kwalità għolja tal-kittien u tal-qanneb, l-għajnuna qed tingħata lil fibra li fiha massimu ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan il-limitu u jagħtu għajnuna għall-ipproċessar tal-fibra qasira tal-kittien li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 15 %, u għall-fibra tal-qanneb li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 25 %. Ġaladarba din il-possibbiltà hija miftuħa biss sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jidderogaw minn dak il-limitu għal sena oħra tas-suq.

(4)

Hekk kif żviluppaw bejjiegħa ġodda fis-suq huwa meħtieġ li jiġi garantit livell minimu ta’ provvista tal-materja prima. Għalhekk, sabiex il-livelli raġonevoli ta’ produzzjoni jkomplu jiġu żgurati fl-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi estiż il-perjodu li fih japplikaw il-kwantitajiet nazzjonali garantiti.

(5)

Għajnuna addizzjonali ilha għal xi żmien tappoġġa l-issuktar tal-produzzjoni tradizzjonali tal-kittien f’ċerti reġjuni ta’ l-Olanda, il-Belġju u Franza. Sabiex l-istrutturi ta’ l-istabbilimenti agrikoli jitkomplew jitħallew jadattaw irwieħhom gradwalment għall-kundizzjonijiet il-ġodda tas-suq, jeħtieġ li din l-għajnuna tranżizzjonali tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hu b’dan emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tas-Subsezzjoni II tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Subsezzjoni II

Kittien u qanneb imkabbra għall-fibra”

(2)

L-Artikolu 91 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 hu mibdul mis-subparagrafi li ġejjin:

“1.   L-għajnuna għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien twil imkabbar għall-fibra għandha tingħata lil proċessuri primarji awtorizzati fuq il-bażi tal-kwantità ta’ fibra li fil-fatt tinkiseb mit-tiben li għaliha jkun ġie konkluż kuntratt ta’ bejgħ mal-bidwi.

Matul is-sena tas-suq 2008/2009 għandha tingħata wkoll għajnuna taħt l-istess kundizzjonijiet għall-ipproċessar tat-tiben tal-kittien qasir u tal-qanneb imkabbra għall-fibra.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għall-iskopijiet ta’ din is-Subsezzjoni ‘proċessur primarju awtorizzat’ tfisser persuna naturali jew ġuridika jew grupp ta’ persuni naturali jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus ġuridiku tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali, jew dak tal-membri tiegħu, li jkunu ġew awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Memru li fit-territorju tiegħu jkunu jinsabu l-faċilitajiet tagħhom biex jipproduċu l-fibri tal-kittien jew tal-qanneb.”

(3)

L-Artikolu 92(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-ammont ta’ għajnuna għall-ipproċessar ipprovdut fl-Artikolu 91 għandu jkun stabbilit:

(a)

għall-ħjut twal tal-kittien:

160 EUR it-tunnellata mis-sena tas-suq 2008/2009;

200 EUR it-tunnellata mis-sena tas-suq 2009/2010 ’l quddiem;

(b)

matul is-sena tas-suq 2008/2009, għall-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb li ma jkunx fihom aktar minn 7,5 % ta’ impuritajiet u skald, b’90 EUR kull tunnellata.

Madankollu, l-Istat Membru jista’, b’referenza għan-negozjanti tradizzjonali, jiddeċiedi wkoll li jagħti l-għajnuna:

(a)

għall-ħjut il-qosra tal-kittien li jkun fihom perċentwali ta’ impuritajiet u ta’ skald, bejn is-7,5 % u l-15 %;

(b)

għall-ħjut tal-qanneb li jkun fihom perċentwali ta’ impuritajiet u ta’ twarrib ta’ bejn is-7,5 % u l-25 %.

Fil-każijiet li dwarhom jipprovdi t-tieni subparagrafu, l-Istat Membru għandu jagħti l-għajnuna fir-rigward ta’ kwantità li ma taqbiżx dik prodotta, fuq il-bażi ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald.”

(4)

L-Artikolu 94 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandha tiġi stabbilita kwantità massima garantita ta’ 80 878 tunnellata metrika għal kull sena tas-suq għall-ħjut qosra tal-kittien li għaliha tista’ tingħata l-għajnuna. Dik il-kwantità għandha titqassam fost ċerti Stati Membri bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti skond il-punt A.I. ta’ l-Anness XI.”

(b)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

“1a.   Għandha tiġi stabbilita kwantità massima garantita ta’ 147 265 tunnellata għas-sena tas-suq 2008/2009 għall-ħjut qosra tal-kittien u l-ħjut tal-qanneb li għalihom tista’ tingħata l-għajnuna. Dik il-kwantità għandha titqassam fost ċerti Stati Membri bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti skond il-punt A.II. ta’ l-Anness XI.”

(ċ)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi parti mill-kwantità nazzjonali ggarantita tiegħu kif imsemmija fil-paragrafu 1 lill-kwantità nazzjonali ggarantita tiegħu kif imsemmija fil-paragrafu 1a u viċe versa.

It-trasferimenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru fuq il-bażi ta’ l-ekwivalenza ta’ tunnellata ta’ fibri twal tal-kittien għal 2,2 tunnellati metriċi ta’ fibri qosra tal-kittien u tal-qanneb.

L-għajnuna għall-ipproċessar għandha tingħata biss rigward il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a, rispettivament, aġġustati skond l-ewwel żewġ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu.”

(5)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 94:

“Artikolu 94a

Għajnuna addizzjonali

Matul is-sena tas-suq 2008/2009, għandha tingħata għajnuna addizzjonali lill-proċessur primarju awtorizzat rigward iż-żoni mogħtija għall-kittien fiż-żoni I u II kif deskritt fl-Anness A.III. ta’ l-Anness XI u l-produzzjoni tat-tiben li kienet soġġetta għal:

(a)

kuntratt tal-bejgħ/xiri jew impenn kif imsemmi fl-Artikolu 91(1) u

(b)

għajnuna għall-ipproċessar tal-fibri twal.

L-ammont ta’ l-għajnuna addizzjonali għandu jkun ta’ 120 EUR għal kull ettaru fiż-żona I u 50 EUR għal kull ettaru fiż-żona II.”

(6)

L-Anness XI għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif mħassar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


ANNESS

Il-Punt A ta’ l-Anness XI għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“A.I.

Tqassim tal-kwantità massima garantita għall-fibra twila tal-kittien fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1):

Il-Belġju

13 800

Il-Bulgarija

13

Ir-Repubblika Ċeka

1 923

Il-Ġermanja

300

L-Estonja

30

Spanja

50

Franza

55 800

Il-Latvja

360

Il-Litwanja

2 263

L-Olanda

4 800

L-Awstrija

150

Il-Polonja

924

Il-Portugall

50

Ir-Rumanija

42

Is-Slovakkja

73

Il-Finlandja

200

L-Iżvezja

50

Ir-Renju Unit

50

A.II.

Tqassim tal-kwantità massima garantita għas-sena tas-suq 2008/2009 għall-fibra qasira tal-kitten u tal-qanneb fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1a):

Il-kwantità msemmija fl-Artikolu 94(1a) għandha titqassam fil-forma ta’:

(a)

kwantitajiet nazzjonali garantiti għall-Istati Membri li ġejjin:

Il-Belġju

10 500

Il-Bulgarija

48

Ir-Repubblika Ċeka

2 866

Il-Ġermanja

12 800

L-Estonja

42

Spanja

20 000

Franza

61 350

Il-Latvja

1 313

Il-Litwanja

3 463

L-Ungerija (*)

2 061

L-Olanda

5 550

L-Awstrija

2 500

Il-Polonja

462

Il-Portugall

1 750

Ir-Rumanija

921

Is-Slovakkja

189

Il-Finlandja

2 250

L-Iżvezja

2 250

Ir-Renju Unit

12 100

(b)

5 000 tunnellata li għandhom jiġu mqassma fi kwantitajiet nazzjonali ggarantiti għas-sena tas-suq 2008/2009 bejn id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, l-Italja u l-Lussemburgu. Dan it-tqassim għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi taż-żoni li kienu s-suġġett ta’ wieħed mill-kuntratti jew impenji msemmija fl-Artikolu 91(1).

A.IIII.

Żoni eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 94a

Żona I

1.

It-territorju ta’ l-Olanda,

2.

Il-communes Belġjani li ġejjin: Assenede, Beveren-Waas, Blankenberge, Bredene, Brugge, Damme, De Haan, De Panne, Diksmuide (għajr Vladslo u Woumen), Gistel, Jabbeke, Knokke-Heist, Koksijde, Lo-Reninge, Middelkerke, Nieuwport, Oostende, Oudenburg, Sint-Gillis-Waas (Meerdonk biss), Sint-Laureins, Veurne u Zuienkerke.

Żona II

1.

Żoni tal-Belġju għajr dawk inklużi fiż-Żona I.

2.

Iż-żoni ta’ Franza li ġejjin:

id-dipartiment tat-Tramuntana,

id-distretti ta’ Béthune, Lens, Calais, Saint-Omer u l-canton ta’ Marquise fid-dipartiment ta’ Pas-de-Calais,

id-distretti ta’ Saint-Quentin u Vervins fid-dipartiment ta’ l-Aisne,

id-distrett ta’ Charleville-Mézières fid-dipartiment ta’ l-Ardennes.”


(*)  Madankollu, il-kwantità nazzjonali garantita stabbilita għall-Ungerija tikkonċerna l-fibri tal-qanneb biss.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 248/2008

tas-17 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) jistabbilixxi l-kwoti nazzjonali ta’ ħalib għas-seba’ perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew fl-1 ta’ April 2008 fi ħdan is-sistema tal-kwota tal-ħalib għal-limitazzjoni tal-produzzjoni.

(2)

L-Artikolu 66(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li dawk il-kwoti nazzjonali huma stabbiliti mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq u kondizzjonijiet partikolari eżistenti f'ċerti Stati Membri.

(3)

Il-Kunsill talab li l-Kummissjoni twettaq rapport ta’ prospettiva dwar is-suq meta kienu ġew implimentati għal kollox ir-riformi ta’ l-2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk l-allokazzjoni ta’ kwoti addizzjonali kinitx xierqa.

(4)

Dan ir-rapport sar u kkonkluda li s-sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-Komunità u tad-dinja u s-sitwazzjoni tagħhom prevista għall-perjodu sa’ l-2014, jiġġustifikaw żieda addizzjonali ta’ 2 % fil-kwota biex iktar ħalib ikun jista’ jkun prodott fil-Komunità biex jgħin biex jintlaħqu r-rekwiżiti tas-suq emerġenti għal-prodotti tal-ħalib.

(5)

Għalhekk, huwa xieraq li ssir żieda ta’ 2 % fil-kwoti ta’ l-Istati Membri kollha kif jidher fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta’ April 2008.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Punt 1 ta’ l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jinbidel fit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


ANNESS

“1.   Kwoti nazzjonali

Stat Membru

Kwantitajiet (f’tunnellati)

Il-Belġju

3 427 288,740

Il-Bulgarija

998 580,000

Ir-Repubblika Ċeka

2 792 689,620

Id-Danimarka

4 612 619,520

Il-Ġermanja

28 847 420,391

L-Estonja

659 295,360

L-Irlanda

5 503 679,280

Il-Greċja

836 923,260

Spanja

6 239 289,000

Franza

25 091 321,700

L-Italja

10 740 661,200

Ċipru

148 104,000

Il-Latvja

743 220,960

Il-Litwanja

1 738 935,780

Il-Lussemburgu

278 545,680

L-Ungerija

2 029 861,200

Malta

49 671,960

L-Olanda

11 465 630,280

L-Awstrija

2 847 478,469

Il-Polonja

9 567 745,860

Il-Portugall

1 987 521,000

Ir-Rumanija

3 118 140,000

Is-Slovenja

588 170,760

Is-Slovakkja

1 061 603,760

Il-Finlandja

2 491 930,710

L-Iżvezja

3 419 595,900

Ir-Renju Unit

15 125 168,940 ”


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 249/2008

tas-17 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja (2),

Wara li kkunsidrat il-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   MIŻURI EŻISTENTI

(1)

Wara investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006, impona dazju definittiv ta’ kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

1.1.   L-inizjazzjoni ta’ reviżjoni interim

(2)

B’inizjattiva tal-Kummissjoni, kienet inizjata reviżjoni interim parzjali tar-Regolament imsemmi hawn fuq għal Xinhui Alida Polythene Limited (“Xinhui Alida” jew “il-kumpanija”), produttur Ċiniż għall-esportazzjoni suġġett għall-miżuri ta’ kontra d-dumping li huma fis-seħħ. Din ir-reviżjoni interim parzjali kienet inizjata bl-inizjattiva tal-Kummissjoni msejsa fuq evidenza prima facie pprovduta mill-kumpanija.

(3)

Din ir-reviżjoni kienet inizjata skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Fl-evidenza li l-Kummissjoni rċeviet minn Xinhui Alida, il-kumpanija qalet li, safejn taf hi, iċ-ċirkostanzi li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu se jibqgħu hemm.

(4)

L-informazzjoni li tiddisponi minnha l-Kummissjoni indikat li l-kundizzjonijiet prima facie ta’ ekonomija tas-suq kienu favur il-kumpanija, kif muri mid-dikjarazzjoni tal-kumpanija li hi kienet issodisfat il-kriterji ta’ l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija allegat ukoll li t-tendenzi tal-bejgħ tagħha, kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ destinazzjoni, inbidlu b’mod permanenti mill-perjodu li fuqu ġew stabbiliti l-miżuri oriġinali, kif għamlet il-kapaċità installata. Allegat ukoll li t-tqabbil tal-valur normali msejjes fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet tagħha stess mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità jwassal għal tnaqqis fid-dumping b’mod sinifikament taħt il-livell tal-miżuri ta’ bħalissa, u pprovdiet evidenza prima facie ta’ dan.

(5)

F’dan il-kuntest, il-kumpanija ddikjarat li l-impożizzjoni kontinwa ta’ miżuri fil-livell eżistenti, li kienu msejsa fuq il-livell ta’ dumping li kien ġie stabbilit qabel, ma kinitx għadha meħtieġa biex tikkumpensa d-dumping.

(6)

Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tiġi inizjata reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni ppubblikat avviż (“Avviż ta’ Inizjazzjoni”) (3) u bdiet investigazzjoni limitata għall-ambitu ta’ stħarriġ tad-dumping.

1.2.   Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni avżat, b’mod uffiċjali, lil Xinhui Alida u lill-kumpaniji relatati magħha, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, dwar l-inizjazzjoni tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-applikant u lill-kumpaniji relatati miegħu u rċeviet tweġibiet fiż-żmien ta’ skadenza stabbilit għal dak il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tagħha ta’ dumping u ta’ Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq u għamlet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

Xinhui Alida Polythene Limited, Xinhui, Iċ-Ċina,

Horneman Chemplas (Far East) Limited, Hong Kong,

British Polythene Industries plc, Stockton-on-Tees, Ir-Renju Unit,

Thai Plastic Bags Industries Co., Ltd, Nakonpathom, It-Tajlandja,

Thai Griptech Co., Ltd, Samae-Dum, Bangkok, It-Tajlandja,

Sahachit Watana Co., Ltd, Nongkaem, Bangkok, It-Tajlandja.

1.3.   Perijodu għall-investigazzjoni tar-reviżjoni

(9)

L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2005 u t-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(10)

Il-prodott milqut mir-reviżjoni ta’ bħalissa hu l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, i.e. xkejjer u basktijiet tal-plastik li fihom mill-anqas 20 % ta’ kemm jiżnu f’polietilina u f’sheeting li l-ħxuna tiegħu ma taqbiżx il-100 mikrometru (μm); li joriġinaw mir-RPĊ; u bħalissa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (kodiċijiet TARIC 3923210020, 3923291020 u 3923299020).

2.2.   Prodott simili

(11)

Ir-reviżjoni ta’ bħalissa wriet li Xinhui Alida m’għamlitx bejgħ fis-suq domestiku Ċiniż u għalhekk ma ġie prodott ebda prodott simili ieħor.

3.   TRATTAMENT ta’ EKONOMIJA TAS-SUQ (“TES”)

(12)

Fl-investigazzjonijiet kollha ta’ kontra d-dumping fir-rigward ta’ importazzjoni li toriġina mir-RPĊ, il-valur normali tal-produtturi li jesportaw u li nstabu li kienu jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ), għandu jiġi stabbilit skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-faċilitazzjoni ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma mqassra hawn taћt:

id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat;

ir-reġistri ta’ kontabbiltà huma vverifikati indipendentement skond standards ta’ kontabbiltà internazzjonali u huma applikati għall-għanijiet kollha;

ma ntiret l-ebda tagħwiġ sinifikanti mis-sistema ta’ qabel ta’ l-ekonomija mhux ibbażata fuq is-suq;

iċ-ċertezza ġuridika u l-istabbiltà huma pprovduti mil-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà;

il-kambji tal-munita jitwettqu bir-rata tas-suq.

(13)

Is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li Xinhui Alida wriet li ssodisfat il-ħames kriterji ta’ l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, u għalhekk ipproponew li tingħata t-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq.

(14)

Kemm Xinhui Alida u kemm l-industrija Komunitarja ngħataw opportunità biex jikkummentaw dwar is-sejbiet li ssemmew hawn fuq.

(15)

L-industrija Komunitarja kkuntestat l-għoti tat-TES lil Xinhui Alida, u qalet li t-tmexxija tal-kumpanija ma kinitx ċara u li l-kumpanija kienet qerdet ċerti dokumenti li hi kellha bżonn biex tipprova l-eliġibilità tagħha għat-TES.

(16)

L-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tal-kumpanija jipprovdu għan-nominazzjoni ta’ diretturi min-naħa ta’ l-azzjonisti bi proporzjon ma’ kemm għandhom ishma f’Xinhui Alida, imma bħalissa ż-żewġ azzjonisti jappuntaw l-istess numru ta’ diretturi minkejja li m’għandhomx l-istess numru ta’ ishma. Dan, iżda, ma jagħmilx it-tmexxija tal-kumpanija waħda mhix ċara. L-iżgħar parti interessata hi meħuda b’maġġoranza mill-ikbar parti. Għaldaqstant, il-kompożizzjoni tal-Bord tad-Diretturi tirrifletti t-titolarità attwali ta’ Xinhui Alida.

(17)

Barra minn hekk, inġieb l-argument li l-kumpanija ma kinitx f’pożizzjoni li tipprovdi s-slips oriġinali tat-trasferimenti tal-bank għall-ħlas oriġinali tal-kapital, il-ħlas tad-dritt ta’ l-użu ta’ l-art, u l-ħlas lill-Istat għall-ishma tagħha meta l-kumpanija ġiet privatizzata għal kollox. Dan minħabba li mhix il-politika tal-kumpanija li żżomm dokumenti għal aktar minn seba’ snin. Madankollu, il-kumpanija kienet f’pożizzjoni li tipprovdi evidenza minn sorsi vverifikati rigward dawn it-tranżazzjonijiet u, meta wieħed iżomm f’moħħu kemm għadda żmien minn meta saru, l-assenza tas-slips oriġinali tat-trasferiment tal-bank ma ġietx ikkunsidrata bħala eċċezzjonali.

(18)

Dawn l-argumenti ġew ikkunsidrati imma minħabba li ma twasslet l-ebda evidenza biex tbiddel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti t-TES lill-kumpanija, l-argumenti ta’ l-industrija Komunitarja ġew għalhekk irrifjutati.

(19)

Kien ikkonsultat il-Kumitat Konsultattiv u l-partijiet milquta direttament kienu mgħarrfa b’dan. L-argumenti prinċipali mqajma mill-industrija Komunitarja diġà ġew indirizzati hawn fuq.

4.   DUMPING

4.1.   Il-valur normali

4.1.1.   Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali

(20)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti min-naħa tal-produttur esportatur kienx rappreżentattiv, i.e. jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni korrispondenti lejn il-Komunità. Minħabba li Xinhui Alida m’għamlitx bejgħ domestiku waqt il-PIR, il-valur normali tal-kumpanija nħadem skond l-Artikolu 2(3) kif deskritt hawn taħt.

4.1.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(21)

Minħabba l-assenza ta’ bejgħ domestiku, il-valur normali nħadem fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku biż-żieda tan-nefqa tal-bejgħ, dik ġenerali u dik amministrattiva (“BĠA”) magħmula, u flimkien ma’ dik tal-profitt medju ddifferenzjat, ma’ l-ispiża tal-manifattura ta’ Xinhui Alida waqt il-PIR.

(22)

Xinhui Alida stqarret li l-ispiża tal-manifattura tagħha għandha tiġi aġġustata sabiex tiġi kkunsidrata d-differenza fil-politika tat-tnaqqis fil-valur bejnha u bejn il-kumpanija omm tar-Renju Unit, il-British Polythene Industries plc (“BPI”) li għandha l-kontijiet ikkonsolidati ma’ tagħha. Xinhui Alida pprovdiet evidenza biex turi li l-BPI aġġustat it-tnaqqis fil-valur ta’ l-assi tagħha bħala parti mill-proċess ta’ konsolidazzjoni u stqarret ukoll li r-rati tat-tnaqqis fil-valur fiċ-Ċina kienu stabbiliti bil-liġi. Għaldaqstant, dan ma ppermettiex lill-kumpanija li tallinja l-politika tagħha dwar it-tnaqqis fil-valur.

(23)

It-talba ġiet irrifjutata, kemm minħabba li l-liġi Ċiniża nbidlet fl-2001 u m’għadhiex tistabbilixxi rati fit-tnaqqis fil-valur, u anki għaliex l-ispiża tal-manifattura ta’ Xinhui Alida għall-PIR hija dik imniżżla fil-kontijiet ivverifikati tagħhom, u mhux spiża aġġustata biex tippermetti li ssir konsolidazzjoni fir-Renju Unit. Barra minn hekk, ġew eżaminati wkoll l-assi kkunċernati u nstab li fil-biċċa l-kbira tagħhom, wara 10 snin, għadhom qed jintużaw.

(24)

Xinhui Alida stqarret ukoll li l-ispiża ta’ materja prima għandha tiġi aġġustata biex jiġi kkunsidrat il-fatt li parti mill-ammont imħallas lil min jipprovdi lill-kumpanija, Horneman Chemplas (Far East) Limited, kienet fil-fatt tħallset lill-kumpanija possedenti Venture Hong Kong li parti minnha hi f’idejn Horneman Chemplas u l-bqija tagħha f’idejn il-British Polythene-Industries plc (BPI). Din it-talba ġiet irrifjutata wkoll. L-ewwelnett, għalkemm Horneman Chemplas u Xinhui Alida huma partijiet relatati, il-prezz mitlub minn Horneman Chemplas lil Xinhui Alida nstab li kien prezz tas-suq raġonevoli, inkluża żieda żgħira, min-naħa ta’ Horneman, fuq il-prezz li hu kien xtara l-oġġetti bih sabiex ikopri l-ispejjeż. Barra minn hekk, mingħand Horneman l-ammonti ma tħallsux direttament lura minn Horneman lil Xinhui Alida fil-forma ta’, eż. refużjoni ta’ volum jew noti ta’ kreditu, imma lil Venture Hong Kong li mbagħad ittrasferithom lil Xinhui Alida bħala injezzjoni(jiet) kapitali u ħlasijiet oħra. Għalhekk, dawn ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala refużjoni ta’ prezz standard mogħti minn dak li jipprovdi lil min qed jixtri.

(25)

Id-data dwar il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt medju ddifferenzjat ittieħdet mingħand kumpaniji li wieġbu għall-kwestjonarju mibgħut lil kumpaniji fil-pajjiż analogu kif imniżżel hawn taħt.

4.1.3.   Pajjiż Analogu

(26)

Id-data mill-pajjiż analogu ntużat biex jiġi ddeterminat il-valur normali għal Xinhui Alida minħabba l-assenza ta’ bejgħ domestiku, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku. L-Avviż ta’ l-Inizjazzjoni stipula li l-pajjiż analogu kellu jkun il-Malażja, imma ebda kumpanija ma qablet li tikkoopera fl-investigazzjoni. Madankollu, kien hemm kooperazzjoni min-naħa ta’ tliet kumpaniji fit-Tajlandja li kellhom bejgħ domestiku. Il-BĠA u l-profitt medju ddifferenzjat ġie kkalkulat minn data li waslet mingħandhom u li ġiet ivverifikata fl-istabbilimenti tagħhom.

4.2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(27)

Kull meta l-esportazzjoni ta’ Xinhui Alida saret direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat waqt il-PIR skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(28)

Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ li għamlet Xinhui Alida kien jew lill-kumpanija relatata magħha f’Hong Kong, Horneman Chemplas, biex finalment jiġi esportat lejn il-Komunità, jew lill-kumpanija relatata magħha fir-Renju Unit, il-BPI, biex finalment jinbiegħ fil-Komunità. Fejn tidħol din l-esportazzjoni ta’ bejgħ lejn il-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, i.e. billi jintużaw il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li jkunu effettivament ġew imħallsa jew li jistgħu jitħallsu lill-kumpanija relatata mill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità waqt il-PIR, u li jkunu ġew aġġustati għall-ispejjeż li jkunu saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għall-profitti.

4.3.   Tqabbil

(29)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kien magħmul fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta’ kummerċ. Sabiex jiġi assigurat tqabbil ġust, ġew ikkunsidrati, bi qbil ma’ l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku, dawk id-differenzi fil-fatturi li ntwerew li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. Fuq il-bażi ta’ dan, saru konċessjonijiet, kull fejn deher applikabbli u ġustifikat, għal differenzi fl-iskontijiet, fir-rifużjonijiet, fil-kummissjonijiet, fl-ispejjeż ta’ trasport, fl-assigurazzjoni, fl-ispejjeż tat-tagħbija, fl-ippakkjar, fl-ispejjeż ta’ kreditu, fl-ispejjeż tal-bank, u f’dazji ta’ l-importazzjoni.

(30)

Peress li l-importatur relatat fir-Renju Unit għandu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent bil-kummissjoni, sar aġġustament fil-prezz ta’ l-esportazzjoni għall-kummissjoni skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-livell tal-kummissjoni ġie kkalkulat fuq bażi ta’ evidenza diretta li turi l-eżistenza ta’ żieda u ta’ l-ispejjeż tal-bejgħ relatati ma’ dawn il-funzjonijiet.

4.4.   Il-marġini tad-dumping

(31)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali ddifferenzjat skond it-tip tqabbel mal-prezz medju ddifferenzjat ta’ l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat.

(32)

Il-marġini tad-dumping ta’ Xinhui Alida espress bħala persentaġġ tal-prezz nett ħieles fil-fruntieri tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 4,3 %.

5.   ID-DURABILITÀ TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(33)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat ukoll jekk kienx raġonevoli li wieħed isejjaħ iċ-ċirkustanzi mibdula bħala ta’ natura permanenti.

(34)

L-ewwelnett, ta’ min jinnota li l-kumpanija kienet f’pożizzjoni li tipprova li kellu jingħatalha t-TES, u għalhekk kienet eliġibbli għall-marġini tad-dumping individwali tagħha. Il-raġunijiet li għalihom il-kumpanija ngħatat it-TES għandhom jiġu kkunsidrati bħala permanenti minħabba li jirreferu għall-istruttura fit-terminu t-twil u għall-mudell ta’ kummerċ tal-kumpanija. It-tieni, kienet intalbet informazzjoni dwar l-evoluzzjoni ta’ tipi ta’ prodotti u ta’ ċaqliq fil-prezzijiet wara tmiem il-PIR f’Ġunju 2006. Il-kumpanija pprovdiet evidenza biex turi li l-prezzijiet ta’ materja prima żdiedu fl-aħħar nofs ta’ l-2006 u li reġgħu niżlu fl-aħħar ta’ l-2006, iżda dejjem baqgħu ogħla mil-livell tal-kumpanija waqt il-PIR. Minħabba l-politika tal-kumpanija omm dwar il-prezzijiet tat-trasferiment bejn Xinhui Alida u bejnha, huwa ċar li tul l-aħħar nofs ta’ l-2006 il-prezz tat-trasferiment baqa’ stabbli waqt li l-prezzijiet ta’ materja prima għolew sostanzjalment. Il-BPI uriet ukoll li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha mill-ġdid baqgħu stabbli tul l-aħħar nofs ta’ l-2006, b’mod li l-marġini tad-dumping ikkalkulat għall-PIR baqa’ definittivament validu għall-bqija tas-sena tal-kalendarju 2006.

(35)

Il-kumpanija allegat li t-tendenzi tal-bejgħ tagħha, kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll ta’ destinazzjoni, inbidlu b’mod permanenti mill-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali ta’ bejn April ta’ l-2004 u Marzu ta’ l-2005.

(36)

Mill-evidenza miksuba waqt l-investigazzjoni ħareġ li l-andament tal-kumpanija, inkluż iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-inizjazzjoni ta’ din ir-reviżjoni, x’aktarx li ma kinux se jinbidlu fil-futur qrib b’mod li jaffettwa s-sejbiet tar-reviżjoni ta’ bħalissa. Għalhekk, dan jissuġġerixxi li l-bidliet ikkunċernati kienu permanenti u li, għaldaqstant, il-konklużjonijiet tar-reviżjoni kienu se jibqgħu validi fit-tul.

6.   MIŻURI TA’ KONTRA D-DUMPING

(37)

Fid-dawl tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni, hu kkunsidrat bħala xieraq li d-dazju ta’ kontra d-dumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn Xinhui Alida jiġi emendat għal 4,3 %.

7.   L-IŻVELAR

(38)

Il-partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kienet intenzjonata li tiġi rrakkomandata emenda lir-Regolament (KE) Nru 1425/2006 u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(39)

Il-kumpanija kkuntestat is-sejbiet li ħarġu fejn bosta aġġustamenti mitluba mill-kumpanija ġew irrifjutati, jiġifieri l-kalkolu tat-tnaqqis fil-valur fiċ-Ċina, it-trattament ta’ qligħ tar-rata tal-kambju magħmul fir-Renju Unit u, allegatament, ir-rifużjoni fuq il-materja prima. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza ġdida biex tissostanzja t-talbiet tagħha u għalhekk dawn it-talbiet ġew irrifjutati mill-ġdid.

(40)

L-industrija Komunitarja talbet aktar informazzjoni rigward il-kalkolu ta’ kif inħadem il-valur normali billi intużat data mit-Tajlandja, iżda ma pprovdiet ebda evidenza biex timpunja jew tikkontesta l-kalkolu jew il-metodoloġija li ntużat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 huwa minn hawnhekk emendat billi jiżdied dan li ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Xinhui Alida Polythene Limited, Xinhui

4,3  %

A854

Il-lista tal-kumpaniji fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 hija minn hawnhekk emendata billi jitneħħa dan li ġej:

XINHUI ALIDA POLYTHENE LIMITED

Xinhui

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4, Ir-Regolament kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1356/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 5).

(3)  ĠU C 54, 9.3.2007, p. 5.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 250/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

60,4

MA

58,1

TN

134,4

TR

105,4

ZZ

89,6

0707 00 05

JO

178,8

MA

90,4

TR

175,5

ZZ

148,2

0709 90 70

MA

86,5

TR

147,7

ZZ

117,1

0709 90 80

EG

238,6

ZZ

238,6

0805 10 20

EG

42,7

IL

56,5

MA

51,8

TN

53,6

TR

50,7

ZA

43,3

ZZ

49,8

0805 50 10

EG

107,9

IL

106,3

SY

109,7

TR

130,4

ZA

147,5

ZZ

120,4

0808 10 80

AR

91,4

BR

76,9

CA

98,7

CL

100,7

CN

72,7

MK

46,8

US

104,7

UY

87,6

ZA

69,5

ZZ

83,2

0808 20 50

AR

81,5

CL

84,1

CN

57,9

ZA

90,2

ZZ

78,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 251/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 ta’ l-14 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fìd-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(%)

P1

09.4067

4,558380

P2

09.4068

53,742902

P3

09.4069

1,428582

P4

09.4070

 (1)


(1)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 252/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta’ l-albumini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-bajd (1), u partikolarment l-Artikolu 6, paragrafu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (2), u partikolarment l-Artikolu 4, paragrafu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-bajd u ta’ l-albumini (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u ta’ l-albumini.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49).

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(4)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(%)

E1

09.4015

 (1)

E2

09.4401

33,731344

E3

09.4402

 (2)


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 253/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 huma, għal ċerti kwoti, inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.7.2008-30.9.2008

(kg)

1

09.4410

0,898484

2

09.4411

 (1)

2 550 000

3

09.4412

0,925076

4

09.4420

1,256300

5

09.4421

3,484400

6

09.4422

1,379229


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 254/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4092), huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4091), huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.7.2008-30.9.2008

(kg)

IL1

09.4092

5,747185

IL2

09.4091

 (1)

280 000


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 255/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mit-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4103 skond ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma ta' 500 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 34.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 256/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Settembru 2008, huma ta' 935 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 7.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 257/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda r-reġim ta’ importazzjoni tal-laħam tal-majjal (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Marzu 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ April sal-30 ta’ Ġunju 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4046 skond ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008, huma ta' 3 500 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 28.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 258/2008

tat-18 ta’ Marzu 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 211/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mid-19 ta’ Marzu 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

21,18

5,71

1701 11 90  (1)

21,18

11,12

1701 12 10  (1)

21,18

5,52

1701 12 90  (1)

21,18

10,60

1701 91 00  (2)

20,67

15,94

1701 99 10  (2)

20,67

10,49

1701 99 90  (2)

20,67

10,49

1702 90 95  (3)

0,21

0,43


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 259/2008

tat-18 ta' Marzu 2008

li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-punt 8b ta’ l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data,

Billi:

(1)

L-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubblikazzjoni annwali ex-post tal-benefiċjarji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), minn hawn 'il quddiem imsejħin Fondi, u l-ammonti li kull benefiċjarju rċieva taħt kull wieħed minn dawn il-Fondi.

(2)

L-għan ta' din il-pubblikazzjoni, li għandha tkun skond it-tagħrif fil-pussess ta' l-aġenziji tal-ħlas fil-kotba u fir-reġistri tagħhom u li għandu jkollha x'taqsam biss ma' dawk il-pagamenti li jkunu daħlu fis-sena finanzjarja ta' qabel, huwa li jittejbu t-trasparenza fir-rigward ta' l-użu tal-Fondi u l-ġestjoni finanzjara soda tagħhom. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, it-tagħrif għandu jiġi ppreżentat lill-pubbliku sad-data ta' l-iskadenza tat-30 ta' April b'mod ċar, armonizzat u li jkun jista' jsir tiftix għalih. Fir-rigward tan-nefqa ta' l-FAEŻR li tkun tħallset bejn l-ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2007, għandha tiġi ffissata data speċjali għall-pubblikazzjoni.

(3)

Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kontenut tal-pubblikazzjoni. Dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx imorru lil hinn minn dak meħtieġ f'soċjetà demokratika sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti.

(4)

Il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni għandha tkun implimentata permezz ta' l-internet fil-forma ta' għodda ta' tiftix li tiżgura li l-pubbliku in ġenerali jkun f'pożizzjoni li jikkonsultaha. L-għodda ta' tiftix għandha tippermetti t-tiftix abbażi ta' ċerti kriterji u r-riżultati tat-tiftix għandhom jiġu ppreżentati b'mod li jkun aċċessibbli faċilment.

(5)

Il-pubblikazzjoni tat-tagħrif li jikkonċerna l-benefiċjarji għandha ssir malajr kemm jista' jkun wara l-għeluq tas-sena finanzjarja sabiex tiġi żgurata t-trasparenza lejn il-pubbliku. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom ikollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu iwettqu x-xogħol neċessarju. Peress li l-għan tat-trasparenza ma jirrekjedix li t-tagħrif jibqa' disponibbli indefinittivament, għandu jiġi stipulat perjodu raġonevoli ta' disponibbiltà għat-tagħrif ippubblikat.

(6)

Li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku jtejjeb it-trasparenza fir-rigward ta' l-użu tal-fondi Komunitarji fil-qasam tal-politika agrikola komuni kif ukoll il-ġestjoni finanzjarja tajba ta' dawn il-fondi, b'mod partikolari billi jiġi rinfurzat il-kontroll pubbliku tal-flejjes li ntużaw. Minħabba l-impenn iebes ta' l-għanijiet imfittxija, fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tar-rekwiżit dwar il-protezzjoni tad-data [dejta] personali jkun iġġustifikat il-forniment ta' pubblikazzjoni ġenerali ta' l-informazzjoni rilevanti għaliex dan ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ f'soċjetà demokratika u għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet.

(7)

Għall-konformità mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta l-benefiċjarji tal-Fondi għandhom jiġu infurmati dwar il-pubblikazzjoni tad-dejta tagħhom qabel ma ssir il-pubblikazzjoni. It-tagħrif lill-benefiċjarji għandu jsir permezz tal-formoli ta' l-applikazzjoni għal għajnuna jew meta tinġabar id-dejta mod ieħor. Minbarra dan, il-benefiċjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2) u l-proċeduri applikabbli għall-eżerċitar ta' dawn id-drittijiet. Fir-rigward ta' l-infiq fis-snin finanzjarji 2007 u 2008, sakemm it-tagħrif dwar il-benefiċjarji ma jkunx disponibbli fil-ħin tal-ġbir tad-dejta personali, il-benefiċjarji għandhom jibqgħu informati f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma l-pubblikazzjoni attwalment isseħħ.

(8)

Għall-finijiet ta' trasparenza, il-benefiċjarji tal-Fondi għandhom jiġu mgħarrfa ukoll għall-iskop ta' l-issalvagwardjar ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, li d-dejta personali tagħhom tista' tiġi pproċessata mill-entitajiet ta' verifika u ta' l-investigazzjoni tal-Komunitajiet u ta' l-Istati Membri. Dan it-tagħrif għandu jingħata fl-istess waqt meta jingħata t-tagħrif dwar il-pubblikazzjoni u d-drittijiet ta' l-individwi.

(9)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-pubbliku għad-dejta ppubblikata, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal sit elettroniku Komunitarju inkluż konnessjonijiet mas-siti elettroniċi madwar l-Istati Membri kollha li fuqhom it-tagħrif ikun sar disponibbli. Minħabba d-diversi strutturi organizattivi fi ħdan l-Istati Membri, għandhom jiddeterminaw bejniethom liema korp ikun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit elettroniku uniku u għall-pubblikazzjoni tad-dejta.

(10)

Peress li l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1437/2007 jistipula li l-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, imdaħħal bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007, japplika għan-nefqa fl-FAEG li tkun saret ejn mis-16 ta' Ottubru 2007 u għan-nefqa fl-FAEŻR mill-1 ta' Jannar 2007, għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu applikati wkoll ir-regoli ta' implimentazzjoni għall-istess perjodu ta' żmien.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Kontenut tal-pubblikazzjoni

1.   Il-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-ewwel isem u l-kunjom meta l-benefiċjarji huma persuni fiżiċi;

(b)

l-isem legali sħiħ kif ġie rreġistat meta l-benefiċjarji jkunu persuni ġuridiċi;

(ċ)

l-isem sħiħ ta' l-assoċjazzjoni kif jiġi rreġistrat jew inkella rikonoxxut uffiċjalment meta l-benefiċjarji jkunu assoċjazzjonijiet ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma stess ma għandhomx personalità ġuridika;

(d)

il-muniċipalità fejn joqgħod il-benefiċjarju jew fejn huwa rreġistrat u, meta jkun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti fih li tidentifika l-muniċipalità;

(e)

għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEG, l-ammont ta' ħlasijiet diretti fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata;

(f)

għall-FAEG, l-ammont ta' pagamenti għajr dawk imsemmija fil-punt (e) li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata;

(g)

għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-FAEŻR, l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata, li jkun jinkludi kemm il-kontribut tal-Komunità kif ukoll dak nazzjonali;

(h)

it-total ta' l-ammonti msemmija fil-punti (e), (f) u (g) li kull benefiċjarju jkun irċieva fis-sena finanzjarja kkonċernata;

(i)

il-munita ta' dawn l-ammonti.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw tagħrif aktar iddettaljat minn kif stipulat fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 2

Sura tal-pubblikazzjoni

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun disponibbli fuq sit elettroniku uniku f'kull Stat Membru permezz ta' għodda ta' tiftix li tippermetti lill-utenti jfittxu għal benefiċjarji skond l-isem, il-muniċipalità, l-ammonti li jkunu waslu f'(e), (f), (g) u (h) ta' l-Artikolu 1 jew skond kombinazzjoni tagħhom u joħorġu t-tagħrif korrispondenti fis-sura ta' sett uniku ta' dejta.

L-Artikolu 3

Id-data tal-pubblikazzjoni

1.   It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' April kull sena għas-sena finanzjarja ta' qabel.

2.   Għan-nefqa fl-FAEŻR li tħallset bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Ottubru 2007, it-tagħrif għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' Settembru 2008, dejjem sakemm sa dik id-data n-nefqa tkun tħallset lura lill-Istat Membru kkonċernat mill-FAEŻR. Inkella, it-tagħrif għandu jiġi ppubblikat flimkien mat-tagħrif għas-sena finanzjarja 2008.

3.   It-tagħrif għandu jinżamm disponibbli fuq is-sit elettroniku għal sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni inizjali tiegħu.

L-Artikolu 4

Tagħrif lill-benefiċjarji

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji li skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u dan ir-Regolament id-dejta tagħhom se ssir pubblika u li jistgħu jiġu pproċessati mill-entitajiet ta' verifika u ta' investigazzjoni tal-Komunitajiet u ta' l-Istati Membri bil-għan li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.

2.   F'każ ta' dejta personali, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata skond ir-rekwiiżiti tad-Direttiva 95/46/KE u l-benefiċjarji għandhom jiġu mgħarrfa dwar it-drittijiet tagħhom bħala suġġetti għad-dejta taħt din id-Direttiva u dwar il-proċedura applikabbli għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

3.   It-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jingħata lill-benefiċjarji billi jiddaħħal fil-formoli ta' l-applikazzjoni għall-ksib tal-fondi mill-FAEG u mill-FAEŻR, jew inkella fil-ħin meta tinġabar id-dejta.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tad-dejta relatata mal-pagamenti li jkunu daħlu fis-snin finanzjarji 2007 u 2008, it-tagħrif għandu jingħata talanqas erba' ġimgħat qabel id-data tal-pubblikazzjoni tagħhom.

L-Artikolu 5

Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sit elettroniku Komunitarju fuq l-indirizz ta' l-internet ċentrali tagħha li jkun jinkludi l-konnessjonijiet mas-siti elettroniċi ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-aġġornamenti tal-konnessjonijiet ta' l-internet skond it-tagħrif mibgħut mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħatu lill-Kummissjoni l-indirizz ta' l-internet tas-sit elettroniku tagħhom hekk kif jiġi stabbilit kif ukoll kull tibdil li jsir fuqhom wara u li jkollu influwenza fuq l-aċċessibbiltà għas-sit elettroniku tagħhom minn fuq is-sit elettroniku tal-Komunità.

3.   L-Istati Membri għandhom jaħtru entità li tkun responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit elettroniku uniku msemmi fl-Artikolu 2. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz ta' din l-entità.

L-Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għan-nefqa fl-FAEG li tkun saret mis-16 ta' Ottubru 2007 u fir-rigward tan-nefqa fl-FAEŻR mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Anness VII li jelenka taħlitiet ta' sustanzi attivi/prodotti koperti minn deroga rigward trattamenti ta’ wara l-ħsad magħmula b'fumigant

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Bosta Stati Membri indikaw lill-Kummissjoni l-ħtieġa għal deroga mil-livelli massimi ta’ residwu stabbiliti fl-Annessi II u III, filwaqt li speċifikaw l-għelejjel u l-pestiċidi li għalihom tinħtieġ din id-deroga. Din id-deroga għandha tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw, wara trattament ta’ wara l-ħsad magħmul b’fumigant fit-territorju tagħhom, livelli ta’ residwu għal sustanzi attivi li jaqbżu l-limiti speċifikati f’dawn l-Annessi biex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ ta' prodotti maħżuna li għaddew minn trattamenti ta' wara l-ħsad magħmula b'fumiganti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiġi miżjud mar-Regolament (KE) Nru 396/2005, bħala Anness VII.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 3).


ANNESS

“ANNESS VII

Taħlitiet ta’ sustanzi attivi/prodotti, kif imsemmija fl-Artikolu 18(3)

Sustanza attiva

Prodott fl-Anness I

(Numru tal-kodiċi)

Fosfid ta’ l-idroġenu

Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000)

Fosfid ta’ l-aluminju

Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000)

Fosfid tal-manjesju

Frott (0100000), Ħxejjex (0200000), Żrieragħ imnixxfin (0300000), Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (0400000), Ċereali (0500000), Te, kafè, infużjonijiet erbali u kawkaw (0600000), Ħwawar (0800000)

Fluworidu tal-kubrit

Frott (0100000), Ċereali (0500000)”.


DIRETTIVI

19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/33


DIRETTIVA 2008/10/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE sabiex jittieħed kont ta’, inter alia, l-iżviluppi tekniċi tas-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jadattaw definizzjonijiet jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet taħt dik id-Direttiva; sabiex jelaboraw jew jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva dwar rekwiżiti organizzattivi jew kondizzjonijet operattivi imposti fuq ditti ta’ investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu; u sabiex iżidu speċifikazzjonijiet dettaljati dwar l-obbligi tat-trasparenza kemm ta’ qabel kif ukoll ta’ wara l-kummerċ imposti fuq il-varji postijiet tan-negozjati taħt dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/39/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2004/39/KE tistipula limitu ta’ żmien fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, b’hekk, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li ser jiżguraw li l-proposti mmirati li jħassru d-dispożizzjonijiet fl-atti li jistipulaw limitu ta’ żmien fuq id-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati kemm jista’ jkun malajr. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2004/39/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tevalwa l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2004/39/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2004/39/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2004/39/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(2)

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (2) tal-paragrafu 1, il-kliem “,filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jitħassru;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “, filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(3)

l-Artikolu 13(10) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(4)

Fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 15(3), il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jiġu sostitwiti b’dan: “skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 64(3),”;

(5)

l-Artikolu 18(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(6)

l-Artikolu 19(10) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(7)

l-Artikolu 21(6) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-termini “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(8)

l-Artikolu 22(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(9)

l-Artikolu 24(5) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(10)

l-Artikolu 25(7) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(11)

l-Artikolu 27(7) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(12)

l-Artikolu 28(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(13)

l-Artikolu 29(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu l-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(14)

l-Artikolu 30(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu t-termini “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(15)

l-Artikolu 40(6) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(16)

l-Artikolu 44(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(17)

l-Artikolu 45(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” għandhom jitħassru;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(18)

l-Artikolu 56(5) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jitħassru;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).”;

(19)

fl-Artikolu 58(4), il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2),” għandhom jiġu sostitwiti b’dan: “skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 64(3),”.

(20)

l-Artikolu 64 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

(ċ)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/37


DIRETTIVA 2008/11/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi iħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (6), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/71/KE, sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla biex jadattaw id-definizzjonijiet u jelaboraw jew jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/71/KE billi jiġu speċifikati fid-dettall il-forma u l-kontenut ta’ prospett. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/71/KE billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2003/71/KE tistipula limitu taż-żmien fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, b’hekk, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li ser jiżguraw li l-proposti mmirati li jħassru d-dispożizzjonijiet fl-atti li jistipulaw limitu ta’ żmien fuq id-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati kemm jista’ jkun malajr. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2003/71/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2003/71/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2003/71/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2003/71/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikoli 2(4), 4(3), 5(5), 7(1), 8(4), 11(3), 13(7), 14(8) u 15(7) għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

il-kliem “skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 24(2)” għandhom jitħassru;

(b)

għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(2a).”;

(2)

l-Artikolu 20(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni se tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 7. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(2a).

Fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri implimentattivi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2), filwaqt li tiddikjara li pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza tal-prospetti mfassla f’dak il-pajjiż ma’ din id-Direttiva, permezz tal-liġi nazzjonali tiegħu jew tal-prattika jew proċeduri bbażati fuq standards internazzjonali stipulati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istandards ta’ żvelar IOSCO.”;

(3)

l-Artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva sabiex tiżgura l-kamp ta’ applikazzjoni xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/39


DIRETTIVA 2008/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/66/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4),

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia, billi jiġu mħassra xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jissuplimentaw l-istrument permezz ta’ elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għal strumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li huma diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Anness III u tadotta u tirrevedi regoli dettaljati għall-esportazzjoni u għat-tikkettjar tal-batteriji u l-akkumulaturi. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/66/KE, inter alia, billi jissuplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2006/66/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(6)

Billi l-emendi magħmula lid-Direttiva 2006/66/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura tal-kumitat, m’hemmx il-ħtieġa li dawn jiġu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk, mhux meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2006/66/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Arranġamenti tranżitorji jistgħu jsiru skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2) biex jindirizzaw diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom Stat Membru biex jissodisfa r-rekwiżiti fil-paragrafu 2, minħabba ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.

Metodoloġija komuni għandha tiġi stabbilita għall-kalkolu tal-bejgħ annwali ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli lill-konsumaturi finali sas-26 ta’ Settembru 2007. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”;

(2)

L-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 12(6), għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“6.   L-Anness III jista’ jiġi adattat jew issupplimentat biex jitqies il-progress tekniku jew xjentifiku. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”;

(3)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikulari l-kriterji għall-evalwazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 2. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”;

(4)

L-Artikolu 17 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur ikun irreġistrat. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għall-istess rekwiżiti proċedurali f’kull Stat Membru. Tali rekwiżiti għar-reġistrazzjoni, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissuplimentawha, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”;

(5)

L-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kapaċità tal-batteriji u l-akkumulaturi portabbli u tal-vetturi tkun indikata fuqhom, b’mod li jidher, jinqara u ma jitħassarx, sas-26 ta’ Settembru 2009. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit, inklużi metodi armonizzati għad-determinazzjoni tal-kapaċità u l-użu xieraq, għandhom jiġu stipulati sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Marzu 2009. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”;

(b)

Il-paragrafu 7 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“7.   Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tat-tikkettjar f’dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).”;

(6)

Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 175, 27.7.2007, p. 57.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.

(3)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/41


DIRETTIVA 2008/13/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar tagħmir elettro-mediku użat fil-mediċina veterinarja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-linji politiċi Komunitarji dwar regolamentazzjoni aħjar jenfasizzaw l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja bħala element kruċjali fit-tisħiħ tal-kompetittività ta’ l-impriżi u għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona.

(2)

Il-metodu ta’ valutazzjoni ta’ konformità stipulat bid-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE (3) mhux aktar meħtieġ għall-iskopijiet tas-suq intern u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

(3)

It-tħaddim tas-suq intern u l-ħarsien ta’ l-utenti u l-annimali jistgħu jiġu żgurati b’mod aħjar permezz ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

(4)

Id-Direttiva 84/539/KEE għandha għaldaqstant tiġi revokata.

(5)

Ir-revoka tad-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE tfisser li wara l-31 ta’ Diċembru 2008 il-marka kampjun ta’ konformità ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva mhux se tintuża aktar u li l-miżuri nazzjonali korrispondenti ta’ implimentazzjoni se jkollhom jiġu revokati skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 84/539/KEE hija revokata b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2008. Għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni minnufih flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  L-Opinjoni tas-16 ta’ Jannar 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2008.

(3)  ĠU L 300, 19.11.1984, p. 179. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/42


DIRETTIVA 2008/18/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS), fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE (3) tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri biex ikunu eżerċitati s-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b'elementi mhux essenzjali ġodda.

(3)

Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (5), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa' fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 85/611/KEE billi tadotta emendi tekniċi li jiċċaraw id-definizzjonijiet sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi ta' dik id-Direttiva mal-Komunità kollha, u tallinja t-terminoloġija u tistabbilixxi definizzjonijiet konformement ma' atti sussegwenti dwar il-UCITS u materji relatati. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali, u huma maħsuba biex jiġu emendati elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 85/611/KEE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 85/611/KEE għandha għaldaqstant tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 85/611/KEE permezz ta' din id-Direttiva huma ta' natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta' kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m'huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

L-Artikoli 53a u 53b tad-Direttiva 85/611/KEE huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 53a

Il-Kummissjoni għandha tadotta emendi tekniċi għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

(a)

kjarifika tad-definizzjonijiet biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva mal-Komunità kollha;

(b)

konformità tat-terminoloġija u t-tfassil ta' definizzjonijiet skond atti sussegwenti tal-UCITS u materji relatati.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 53b(2).

Artikolu 53b

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Titoli Ewropej, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (*).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 2008.

(3)  ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/44


DIRETTIVA 2008/19/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda id-Direttiva 2002/83/KE dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/83KE (3) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni jew fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jaġġustaw l-elementi eliġibbli għal-limitu disponibbli ta’ likwidità; jestendu l-lista ta’ forom legali; jemendaw il-lista ta’ tipi ta’ assigurazzjoni jew jadattaw it-terminoloġija użata f’dik il-lista; jiċċaraw jew jaġġustaw l-elementi li jikkostitwixxu l-marġini ta’ likwidità; jemendaw il-lista ta’ l-assi aċċettabbli li jkopru dispożizzjonijiet tekniċi u r-regoli dwar l-estensjoni ta’ investimenti; ibiddlu r-rilassamenti fir-regoli korrispondenti; jiċċaraw definizzjonijiet; u jagħmlu l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa lir-regoli li jistabbilixxu r-rati massimi ta’ interess applikabbli. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva 2002/83/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2002/83/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2002/83/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2002/83/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 64, il-kliem introduttiv għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, ser jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 65(2):”;

(2)

l-Artikolu 65 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(3)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/46


DIRETTIVA 2008/20/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/60/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku, adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew jissupplimentaw l-istrument b'elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa' fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fil-ġlieda kontra l-money laundering jew il-finanzjament tat-terroriżmu u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. B'mod partikolari, dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jiċċaraw l-aspetti tekniċi ta’ xi wħud mid-definizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2005/60/KE, sabiex jiġu stabbiliti kriterji tekniċi sabiex jiġi evalwat jekk is-sitwazzjonijiet ikunux jippreżentaw riskju baxx jew għoli ta’ money laundering jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, jekk ikunx iġġustifikat jew le li tiġi applikata dik id-Direttiva fir-rigward ta’ persuni li jwettqu attività finanzjarja fuq bażi mhux regolari jew limitata ħafna, u sabiex jiġu adottati l-ammonti previsti f'dik id-Direttiva, b'kont meħud ta’ l-iżviluppi ekonomiċi u l-bidliet fl-istandards internazzjonali. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/60/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2005/60/KE tistipula limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-atti adottati skond il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, konformement ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li se jassiguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2005/60/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha sabiex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2005/60/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2005/60/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m'huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2005/60/KE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 40(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2)” huma mħassra;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 41(2a).”;

(2)

l-Artikolu 40(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2)” għandhom jiġu mħassra;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 41(2a).”;

(3)

l-Artikolu 41 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu mibdula mill-paragrafu li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva preżenti sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/48


DIRETTIVA 2008/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE li tistabbilixxi Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL- UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KEE (3) tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li daħħlet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b'elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat li diġà qegħdin fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi fil-qasam ta' assigurazzjoni diretta, mhux tal-ħajja kif ukoll assigurazzjoni diretta tal-ħajja, tar-riassigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE. Meta dawk il-miżuri jkunu ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u jkunu mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' tali Direttivi, inter alia billi jissupplimentawhom b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 91/675/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(6)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 91/675/KEE permezz ta' din id-Direttiva huma ta' natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta' kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m'huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 91/675/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (*), b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

(*)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).”;"

(2)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha

Il-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 2008.

(3)  ĠU L 374, 31.12.1991, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/50


DIRETTIVA 2008/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/109/KE (4) tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia, billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li diġa' daħlu fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/109/KE sabiex jiġu ċċarati l-aspetti tekniċi ta’ xi wħud mid-definizzjonijiet previsti taħt dik id-Direttiva, partikolarment it-tul massimu tas-solita short settlement cycle, il-kalendarju tal-ġranet tan-negozju, iċ-ċirkostanzi li fihom persuna kellha tiġi dwar drittijiet ta’ vot akkwistati jew trasferiti, il-kundizzjonijiet ta’ l-indipendenza li għandhom jiġu rispettati minn market makers u kumpaniji ta’ amministrazzjoni; sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji; sabiex tiġi ċċarata n-natura tal-valutazzjoni ta’ l-awditur, sabiex jiġi definit il-kontenut minimu tas-sett imqassar ta’ stqarrrijiet finanzjarji uniċi; sabiex jiġu elaborati aktar il-proċeduri għan-notifika u l-iżvelar ta’ pożizzjonijiet importanti fil-kapital u kif ukoll il-proċeduri sabiex tiġi reġistrata informazzjoni regolata ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ta’ min joħroġ it-titoli; sabiex jiġu definiti standards minimi għad-disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni regolata u għat-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ ħażna. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva 2004/109/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2004/109/KE ipprovdiet għal limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti adottati taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, f’konformità ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li huma se jiżguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dak il-limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2004/109/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat implimentattivi mogħtija lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn il-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2004/109/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2004/109/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2004/109/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skond il-poċedura msemmija fl-Artikoli 27(2) u (2a), tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari:

(a)

tistabbilixxi, għall-fini tal-paragrafu 1(i)(ii), l-arranġamenti proċedurali li bihom min joħroġ titoli jista’ jagħmel l-għażla ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini;

(b)

taġġusta, fejn xieraq għall-fini ta’ l-għażla ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 (i)(ii), il-perjodu ta’ tliet snin fir-rigward tar-riżultati mgħoddija ta’ min joħroġ it-titoli fid-dawl ta’ kull obbligu ġdid taħt il-liġi tal-Komunità sabiex ikunu aċċettati għan-negozju fuq suq regolat; u

(ċ)

tistabbilixxi, għall-fini tal-paragrafu 1(1), lista indikattiva tal-mezzi li m’għandhomx jitqiesu bħala mezzi elettroniċi, sabiex b’dan jittieħed f’kunsiderazzjoni l-Anness V għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika (*) skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2).

Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).

(*)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).”;"

(2)

l-Artikolu 5(6) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu l-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2),” għandhom jitħassru;

(b)

it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miżuri msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-miżuri, imsemmija fil-punti (b) u (ċ), imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ijiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).

Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadotta wkoll il-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(3)

l-Artikolu 9 (7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 4 u 5. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tul massimu tax-‘short settlement cycle’ imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, flimkien mal-mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).

Minbarra dan, il-Kummissjoni tista’ tfassal lista ta’ l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2).”;

(4)

L-Artikolu 12(8) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2),” għandhom jitħassru;

(b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(5)

l-Artikolu 13(2) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2),” għandhom jitħassru;

(b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(6)

l-Artikoli 14(2), 17(4) u 18(5) għandhom jiġu rispettivament emendati kif ġej:

(a)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2),” għandhom jitħassru;

(b)

għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(7)

l-Artikolu 19(4) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2),” għandhom jitħassru;

(b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(8)

l-Artikolu 21(4) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2)” jitħassru;

(b)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-miżuri msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(9)

l-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Fil-kuntest tal-punt (ii) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta miżuri implimentattivi li jikkonċernaw il-valutazzjoni ta’ l-istandards relevanti għal dawk li joħorġu t-titoli minn iktar minn pajjiż wieħed. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(ii)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-kuntest tas-subparagrafu preċedenti, il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta miżuri implimentattivi mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ standards ta’ responsabbiltà relevanti għal dawk li joħorġu t-titoli minn iktar minn pajjiż wieħed. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2),” għandhom jitħassru;

(ii)

għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(ċ)

fil-paragrafu 7 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta miżuri implimentattivi mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza għall-finijiet ta’ l-ewwel subparagrafu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”;

(10)

l-Artikolu 27 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“2a.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, ta’ lanqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva preżenti sabiex tiżgura l-kamp ta’ applikazzjoni xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emenda jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva għal modifika tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula, fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/54


DIRETTIVA 2008/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/49/KE (4) tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5).

(2)

Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jissupplimetaw l-istrument b’elementi ġodda mhux essenzjali.

(3)

Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/49/KE sabiex jittieħed kont ta’, inter alia, l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jiċċaraw id-definizzjonijiet, sabiex jaġġustaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva permezz ta’ adattamenti tekniċi relatati mad-determinazzjoni tal-fondi proprji, l-organizzazzjoni, il-kalkolu u l-evalwazzjoni tar-riski u l-espożizzjonijiet, u mal-kategoriji ta’ kumpaniji ta’ l-investiment li huma suġġetti għal dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/49/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5)

Id-Direttiva 2006/49/KE tistipula limitu ta’ żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, f’konformità ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li huma se jiżguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dak il-limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2006/49/KE għandha titħassar.

(6)

Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tanalizza l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha sabiex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika.

(7)

Id-Direttiva 2006/49/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(8)

Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2006/49/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi

Id-Direttiva 2006/49/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 41 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “skond il-proċeduri msemmija fl-artikolu 42(2)” għandhom jitħassru;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 42(2).”;

(2)

l-Artikolu 42 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva preżenti sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.

(2)  ĠU C 39, 23.2.2007, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.

(4)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward ta’ garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini li jirrelataw ma’ rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programm ta’ qerda ppreżentat minn ċerti Stati Membri

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1004)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/233/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali bovini u tal-ħnieżer (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru, li għandu programm ta’ kontroll obbligatorju għal wieħed mill-mard li jittieħed li huwa elenkat fl-Anness E (II) ta’ dik id-Direttiva, jista’ jressaq il-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Artikolu jistipula wkoll id-definizzjoni ta’ garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu mitluba fil-kummerċ intra-Komunitarju.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tal-garanziji addizzjonali tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini relatati mar-rhinotracheitis bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda mressqa minn ċerti Stati Membri (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda ta’ l-infezzjoni tal-herpesvirus bovin tip 1 (“BHV1”) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni għar-reġjuni elenkati f’dak l-Anness, u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali għall-BHV1 bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka issa ressqet il-programm bl-għan li tinqered l-infezzjoni BHV1 fit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru. Dan il-programm jikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Dak il-programm jistipula wkoll regoli għall-ispostament nazzjonali ta’ annimali bovini li huma ekwivalenti għal dawk implementati qabel f’ċerti Stati Membri jew reġjuni tagħhom, li kellhom suċċess f’dik li hija l-qerda tal-marda f’dawk l-Istati Membri jew reġjuni.

(4)

Il-programm imressaq mir-Repubblika Ċeka u l-garanziji addizzjonali ppreżentati bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE, għandhom jiġu approvati.

(5)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandu għalhekk jiġi emendat.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/584/KE (ĠU L 219, 24.8.2007, p. 37).


ANNESS

“L-ANNESS I

Stati Membri

Reġjuni ta’ l-Istati Membri li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali għar-rhinotracheitis infettiva bovina bi qbil ma’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha għajr għar-Regierungsbezirke Oberpfalz u Oberfranken fl-istat federali tal-Bavaria.

L-Italja

Ir-Reġjun Awtonomu tal-Friuli Venezia Giulia.

Il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento”


19.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 76/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 974)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/234/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’, fir-rigward ta’ l-imrieħel bovini, jiġi kkunsidrat uffiċjalment bħala ħieles mil-lewkożi enzootika bovina, suġġett għal konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati f’dik id-Direttiva.

(2)

Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2).

(3)

Il-Polonja issa ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta’ 14-il reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (Voivodships) ta’ Kujawsko-Pomorskie, Łódzkie u Małopolskie, sabiex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fil-Polonja.

(4)

Wara valutazzjoni ta’ dik id-dokumentazzjoni, dawk ir-reġjuni (powiaty) fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina ta’ dak l-Istat Membru.

(5)

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/97/KE (ĠU L 32, 6.2.2008, p. 25).


ANNESS

Fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, it-tieni parti, li tikkonċerna l-Polonja huwa mibdul b’dan li ġej:

“Fil-Polonja:

Voivodship Dolnośląskie

Powiaty:

Bolesławiecki, Dzierżoniowski, Głogowski, Górowski, Jaworski, Jeleniogórski, Jelenia Góra, Kamiennogórski, Kłodzki, Legnicki, Legnica, Lubański, Lubiński, Lwówecki, Milicki, Oleśnicki, Oławski, Polkowicki, Strzeliński, Średzki, Świdnicki, Trzebnicki, Wałbrzyski, Wałbrzych, Wołowski, Wrocławski, Wrocław, Ząbkowicki, Zgorzelecki, Złotoryjski.

Voivodship Lubelskie

Powiaty:

Bialski, Biała Podlaska, Biłgorajski, Chełmski, Chełm, Hrubieszowski, Janowski, Krasnostawski, Kraśnicki, Lubartowski, Lubelski, Lublin, Łęczyński, Łukowski, Opolski, Parczewski, Puławski, Radzyński, Rycki, Świdnicki, Tomaszowski, Włodawski, Zamojski, Zamość.

Voivodship Kujawsko-Pomorskie

Powiaty:

Aleksandrowski, Chełmiński, Golubsko-Dobrzyński, Grudziądzki, Grudziądz, Toruński, Toruń, Wąbrzeski.

Voivodship Łódzkie

Powiaty:

Bełchatowski, Brzeziński, Kutnowski, Łaski, Łęczycki, Łowicki, Łódzki, Łódź, Opoczyński, Pabianicki, Pajęczański, Piotrkowski, Piotrków Trybunalski, Poddębicki, Radomszczański, Rawski, Sieradzki, Skierniewicki, Skierniewice, Tomaszowski, Wieluński, Wieruszowski, Zduńskowolski, Zgierski.

Voivodship Małopolskie

Powiaty:

Brzeski, Bocheński, Chrzanowski, Dąbrowski, Gorlicki, Krakowski, Kraków, Limanowski, Miechowski, Myślenicki, Nowosądecki, Nowotarski, Nowy Sącz, Oświęcimski, Olkuski, Proszowicki, Tarnowski, Tarnów, Tatrzański, Wielicki.

Voivodship Opolskie

Powiaty:

Brzeski, Głubczycki, Kędzierzyńsko-Kozielski, Kluczborski, Krapkowicki, Namysłowski, Nyski, Olecki, Opolski, Opole, Prudnicki, Strzelecki.

Voivodship Podkarpackie

Powiaty:

Bieszczadzki, Brzozowski, Jasielski, Krośnieński, Krosno, Leski, Leżajski, Łańcucki, Rzeszowski, Rzeszów, Sanocki, Strzyżowski.

Voivodship Śląskie

Powiaty:

Będziński, Bielski, Bielsko Biała, Bytom, Chorzów, Cieszyński, Częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa, Gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, Kłobucki, Lubliniecki, Mikołowski, Mysłowice, Myszkowski, Piekary Śląskie, Pszczyński, Raciborski, Ruda Śląska, Rybnicki, Rybnik, Siemianowice, Sosnowiec, Świętochłowice, Tarnogórski, Tychy, Tyski, Wodzisławski, Zabrze, Zawierciański, Żory, Żywiecki.

Voivodship Świętokrzyskie

Powiaty:

Buski, Jędrzejowski, Kazimierski, Kielecki, Kielce, Konecki, Opatowski, Ostrowiecki, Pińczowski, Sandomierski, Skarżyski, Starachowicki, Staszowski, Włoszczowski.

Voivodship Wielkopolskie

Powiaty:

Jarociński, Kaliski, Kalisz, Kępiński, Kolski, Koniński, Konin, Krotoszyński, Ostrzeszowski, Słupecki, Turecki, Wrzesiński.”