ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
14 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 224/2008 tat-13 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 225/2008 tat-13 ta’ Marzu 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2008 tat-13 ta’ Marzu 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 227/2008 tat-13 ta’ Marzu 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 228/2008 tat-13 ta' Marzu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 rigward l-intensità tal-kontrolli fuq il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-ħalib

7

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/220/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjanijiet ta’ qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni ta’ l-istati federali ta’ Renanja-Palatinat u tat-Tramuntana tar-Renanja-Westfalia (il-Ġermanja) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 887)

9

 

 

2008/221/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2008 dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 925)

13

 

 

2008/222/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-emendar tad-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 932)  ( 1 )

17

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/223/PESK tat-13 ta' Marzu 2008 li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

22

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 224/2008

tat-13 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

65,0

MA

69,9

TN

129,8

TR

118,8

ZZ

95,9

0707 00 05

JO

178,8

MA

118,0

TR

148,4

ZZ

148,4

0709 90 70

MA

106,1

TR

112,6

ZZ

109,4

0709 90 80

EG

238,6

ZZ

238,6

0805 10 20

EG

47,6

IL

55,4

MA

50,9

TN

52,7

TR

50,7

ZZ

51,5

0805 50 10

EG

107,9

IL

107,4

SY

105,3

TR

124,8

ZA

153,3

ZZ

119,7

0808 10 80

AR

95,3

BR

85,2

CA

105,6

CL

102,1

CN

88,4

MK

50,7

US

106,4

UY

90,0

ZA

69,5

ZZ

88,1

0808 20 50

AR

82,5

CL

72,2

CN

54,6

ZA

93,3

ZZ

75,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 225/2008

tat-13 ta’ Marzu 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-14 ta’ Marzu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

24,21  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

25,71  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

24,21  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

25,71  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2633

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

26,33

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

27,95

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

27,95

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2633

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

c)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 226/2008

tat-13 ta’ Marzu 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-13 ta’ Marzu 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-13 ta’ Marzu 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 32,947 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 227/2008

tat-13 ta’ Marzu 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-12 ta’ Marzu 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-12 ta’ Marzu 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 410,73 EUR/t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 228/2008

tat-13 ta' Marzu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 rigward l-intensità tal-kontrolli fuq il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 (2), li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, jistabbilixxi l-intensità minima tal-kontrolli li jridu jitwettqu għall-kunsinni u l-bejgħ dirett. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu inklużi fil-pjan ġenerali ta’ kontroll imfassal fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju.

(2)

Il-Bulgarija u r-Rumanija qegħdin japplikaw is-sistema tat-taxxa għall-ewwel darba fil-perjodu ta’ tnax-il xahar 2007/2008. Sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tas-sistema l-ġdida, dawn l-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu l-intensità tal-kontroll għall-kunsinni matul perjodu transizzjonali ta’ sena.

(3)

L-esperjenza turi li fl-Istati Membri l-għadd ta’ produtturi b’baqra waħda jew bi tnejn għadu sinifikanti, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma' bejgħ dirett. Sabiex tinżamm l-istess intensità ta’ kontroll fuq dawn il-produtturi jiġi impost piż amministrattiv sproporzjonat u jista’ jdawwar il-konċentrazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll minn fuq attivitajiet b’riskju akbar. Għalhekk ikun xieraq li titnaqqas l-intensità tal-kontroll għall-bejjiegħa żgħar diretti li jipproduċu kwantitajiet ta' inqas minn 5 000 kg ta' ekwivalenti tal-ħalib.

(4)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw minn sitwazzjoni ta’ inqas piż b’riżultat ta’ l-intensità aġġustata tal-kontrolli, u meta jiġi kkunsidrat li skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 l-kontrolli għandhom jitwettqu sa ċertu punt matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li ssemma’, u sa ċertu punt wara l-perjodu ta’ 12-il xahar, huwa xieraq li tiġi applikata l-intensità aġġustata tal-kontrolli għall-perjodu ta’ tnax-il xahar 2007/2008, i.e. il-perjodu li jibda fl-1 ta’ April 2007 u li jispiċċa fit-30 ta’ Marzu 2008.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

2 % tal-produtturi għall-perjodu ta’ tnax-il xahar 2007/2008 u għall-perjodi ta’ tnax-il xahar li jmiss, ħlief fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, fejn talanqas 1 % tal-produtturi għandhom jiġu kkontrollati għall-perjodu ta’ tnax-il xahar 2007/2008,”

(2)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 21(2) għandhom ikopru talanqas:

(a)

5 % tal-produtturi; jew

(b)

iż-żewġ gruppi li ġejjin:

(i)

1 % tal-produtturi li l-kwantità ta’ referenza individwali għall-bejgħ dirett tagħhom hija inqas minn 5 000 kg u li l-bejgħ dirett iddikjarat tagħhom għall-perjodu konċernat ta’ 12-il xahar huwa inqas minn 5 000 kg ta’ ħalib jew ta’ ekwivalenti tal-ħalib.

(ii)

5 % tal-produtturi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (i).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2007 (ĠU L 265, 11.10.2007, p. 22).

(2)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Marzu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2003/135/KE fir-rigward tal-pjanijiet ta’ qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni ta’ l-istati federali ta’ Renanja-Palatinat u tat-Tramuntana tar-Renanja-Westfalia (il-Ġermanja)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 887)

(It-testi bil-Ġermaniż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

(2008/220/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 16(1) u 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza ta’ ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta’ Isfel, tat-Tramuntana tar-Renanja – Westphalia, ir-Renanja-Palatinat u s-Saarland (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta’ miżuri fil-ġlieda kontra l-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżvilupp riċenti ta’ dik il-marda fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni ta’ l-istati federali tar-Renanja Palatinat u fit-Tramuntana tar-Renanja – Westphalia.

(3)

Dan it-tagħrif jindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi nqered f’ċerti żoni f’dawk l-istati federali. Għalhekk, il-qerda u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi m’għandhomx għalfejn jiġu applikati aktar f’dawk iż-żoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2003/135/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2003/135/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)

(2)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/135/KE (ĠU L 57, 24.2.2007, p. 20).


ANNESS

“L-ANNESS

1.   ŻONI FEJN HUMA FIS-SEĦĦ PJANIJIET TA’ QERDA

A.   Fl-istat federali tar-Renanja-Palatinat:

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: il-muniċipalitajiet ta’ Obere Kyll u Hillesheim kif ukoll il-lokalitajiet ta’ Betteldorf, Dockweiler, Dreis-Brück, Hinterweiler u Kirchweiler li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Daun, il-lokalitajiet Beinhausen, Bereborn, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Mannebach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Kelberg, il-lokalitajiet ta’ Berlingen, Duppach, Hohenfels-Essingen, Kalenborn-Scheuern, Neroth, Pelm u Rockeskyll li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Gerolstein u l-Belt ta’ Gerolstein;

(ċ)

fl-Eifelkreis Bitburg-Prüm: fil-lokalitajiet Büdesheim, Kleinlangenfeld, Neuendorf, Olzheim, Roth bei Prüm, Schwirzheim u Weinsheim li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Prüm;

(d)

fil-Landkreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet ta’ Kröppen fix-xlokk ta’ l-L 483, il-muniċipalità ta’ Vinningen fix-xlokk ta’ l-L 478 u l-L 484, il-muniċipalitajiet Schweix, Hilst, Trulben, Eppenbrunn, Ludwigswinkel, Fischbach bei Dahn, Schönau (Pfalz), Hirschthal, Rumbach, Bruchweiler-Bärenbach, Bundenthal, Niederschlettenbach, Nothweiler, Bobenthal, Erlenbach bei Dahn.

B.   Fl-istat federali tat-Tramuntana tar-Renanja-Westphalia:

(a)

fi Kreis Euskirchen: il-bliet ta’ Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden u l-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen (ċentru), Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen fil-Belt ta’ Euskirchen, il-muniċipalitajiet ta’ Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim;

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u ALtendorf fil-belt ta’ Meckenheim, il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg fil-belt ta’ Rheinbach, il-lokalitajiet ta’ Miel u ta’ Odendorf fil-muniċipalità ta’ Swisttal;

2.   ŻONI FEJN QED JIĠI APPLIKAT IT-TILQIM TA’ EMERĠENZA

A.   Fl-istat federali tar-Renanja-Palatinat:

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: il-muniċipalitajiet ta’ Obere Kyll u Hillesheim kif ukoll il-lokalitajiet ta’ Betteldorf, Dockweiler, Dreis-Brück, Hinterweiler u Kirchweiler fil-muniċipalità ta’ Daun, il-lokalitajiet Beinhausen, Bereborn, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Mannebach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath fil-muniċipalità ta’ Kelberg, il-lokalitajiet ta’ Berlingen, Duppach, Hohenfels-Essingen, Kalenborn-Scheuern, Neroth, Pelm u Rockeskyll fil-muniċipalità ta’ Gerolstein u l-Belt ta’ Gerolstein;

(ċ)

fl-Eifelkreis Bitburg-Prüm: fil-lokalitajiet Büdesheim, Kleinlangenfeld, Neuendorf, Olzheim, Roth bei Prüm, Schwirzheim u Weinsheim li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Prüm;

(d)

fil-Landkreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet ta’ Kröppen fix-xlokk ta’ l-L 483, il-muniċipalità ta’ Vinningen fix-xlokk ta’ l-L 478 u l-L 484, il-muniċipalitajiet ta’ Schweix, Hilst, Trulben, Eppenbrunn, Ludwigswinkel, Fischbach bei Dahn, Schönau (Pfalz), Hirschthal, Rumbach, Bruchweiler-Bärenbach, Bundenthal, Niederschlettenbach, Nothweiler, Bobenthal, Erlenbach bei Dahn.

B.   Fl-istat federali tat-Tramuntana tar-Renanja-Westphalia:

(a)

fi Kreis Euskirchen: il-bliet ta’ Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden u l-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen (ċentru), Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen fil-Belt ta’ Euskirchen, il-muniċipalitajiet ta’ Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim;

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf fil-belt ta’ Meckenheim, il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg fil-belt ta’ Rheinbach, il-lokalitajiet ta’ Miel u ta’ Odendorf fil-muniċipalità ta’ Swisttal.”


14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Marzu 2008

dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal programm għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti għall-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 925)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(2008/221/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod ta’ l-Unjoni (1) u b’mod partikolari l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 17(3),

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet ta’ tkabbir fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut jeħtieġu miżuri speċjali fir-rigward tal-produzzjoni tal-ħxejjex. Dawk il-miżuri jinkludu miżuri għaljin għas-saħħa tal-pjanti.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/609/KE ta’ l-10 ta’ Settembru 2007 dwar it-tifsira tal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità fil-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u prodotti tal-pjanti f’dipartimenti Franċiżi barra mill-pajjiż, fl-Azores u Madeira (2) tiddefinixxi l-miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skond il-programmi għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut, l-Ażores u Madeira.

(3)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu programm għall-2008 li jistipula l-miżuri tas-saħħa tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut lill-Kummissjoni. Dan il-programm jispeċifika l-għanijiet li jridu jinkisbu, ir-riżultati mistennija, il-miżuri li jridu jitwettqu, id-dewmien tagħhom u l-ispiża tagħhom bil-ħsieb tal-possibilità ta’ kontribut finanzjarju Komunitarju. Il-miżuri stipulati f’dak il-programm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2007/609/KE.

(4)

Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (3), miżuri għas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta’ dawk il-miżuri, l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir- Regolament għandhom japplikaw.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribut finanzjarju Komunitarju lil Franza għall-programm uffiċjali għall-kontroll ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti tal-pjanti fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut għall-2008, kif speċifikat fil-Parti A ta’ l-Anness, huwa approvat.

Għandu jkun limitat għal 60 % ta’ l-ispiża eliġibbli totali, kif speċifikat fil-Parti B ta’ l-Anness, b’massimu ta’ EUR 282 000 (eskluża l-VAT).

Artikolu 2

1.   Għandhom jitħallsu EUR 100 000 bil-quddiem fi żmien 60 jum minn wara li tasal talba ta’ ħlas minn Franza.

2.   Il-bilanċ tal-kontribut finanzjarju għandu jitħallas sakemm ikun intbagħat rapport finali ta’ implimentazzjoni dwar il-programm lill-Kummissjoni f’forma elettronika sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-rapport għandu jkun fih:

(a)

valutazzjoni teknika konċiża tal-programm sħiħ, inkluż il-grad ta’ kisba ta’ l-għanijiet fiżiċi u kwalittattivi u tal-progress miksub, u stima ta’ l-impatt immedjat fitosanitarju u ekonomiku, u

(b)

dikjarazzjoni ta’ l-ispiża finanzjarja li tindika n-nefqa propja mqassma skond is-sotto-programm u l-miżura.

3.   Fir-rigward tat-tqassim indikattiv tal-baġit speċifikat fil-Parti B ta’ l-Anness, Franza tista’ taġġusta l-finanzjament bejn il-miżuri differenti fl-istess sotto-programm f’limitu ta’ 15 % tal-kontribut Komunitarju għal dan is-sotto-programm, sakemm l-ammont totali ta’ l-ispejjeż eliġibbli skedati fil-programm ma jinqabżux u li b’hekk l-għanijiet ewlenin tal-programm ma jiġux kompromessi.

Hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe aġġustament li jsir.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 20.

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).


ANNESS

PROGRAMM U TQASSIM INDIKATTIV TAL-BAĠIT GĦALL-2008

PARTI A

Programm

Il-programm għandu jikkonsisti f’erba’ sotto-programmi:

1)

sotto-programm inter-DOM:

(a)

Miżura 1.1: żvilupp ta’ metodi ta’ detezzjoni għal organiżmi li jagħmlu ħsara bbażati fuq reazzjoni katina ta’ polymerase (PCR)

2)

sotto-programm għad-dipartiment ta’ Martinique:

(a)

Miżura 2.1: valutazzjoni tas-saħħa tal-pjanti u dijanjostiċi bl-użu tal-laboratorju reġjonali u l-unità mobbli tiegħu (“labo vert”), u kontroll integrat ta’ pesti fil-koltivazzjonijiet tal-ħxejjex;

3)

sotto-programm għad-dipartiment ta’ Guyane:

(a)

Miżura 3.1: twaqqif ta’ sistema agrikola fitosanitarja ta’ twissija għall-produzzjoni tar-ross;

(b)

Miżura 3.2: tisħiħ tal-kapaċità dijanjostika bl-użu tal-laboratorju reġjonali u l-unità mobbli tiegħu (“labo vert”);

4)

sotto-programm għad-dipartiment ta’ Guadeloupe:

(a)

Miżura 4.1: l-organizzazzjoni ta’ netwerk ta’ stħarriġ għall-ferminelli;

(b)

Miżura 4.2: ġestjoni tar-riskju ta’ l-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara mill-attività turistika;

(ċ)

Miżura 4.3: studju dwar il-kontroll integrat possibbli tan-nemla manoic;

(d)

Miżura 4.4: żvilupp ta’ grupp ta’ kompetenza għall-kontroll ta’ rodituri f’żoni rurali u urbani

PARTI B

tqassim indikattiv tal-baġit (f’ewro), b’indikazzjoni tar-riżultati varji mistennija

Sotto-programmi

Natura tar-riżultati

(S: forniment ta’ servizzi, R: riċerka jew xogħol ta’ studju)

Spejjeż eliġibbli

Kontribut nazzjonali

Kontribut tal-KE

Sotto-programm inter-DOM:

Miżura 1.1

PCR kwantitattiv (R)

155 000

62 000

93 000

Sottototal

155 000

62 000

93 000

Martinique

Miżura 2.1

Dijanjostiċi fitosanitarji fuq il-post u kontroll integrat tal-pesti fil-koltivazzjonijiet tal-ħxejjex (S)

95 000

38 000

57 000

Sottototal

95 000

38 000

57 000

Guyane

Miżura 3.1

Sistema fitosanitarja ta’ twissija mudellizzata (R)

115 000

 

 

Miżura 3.2

Dijanjostiċi fitosanitarji fuq il-post (S)

31 000

 

 

Sottototal

146 000

58 400

87 600

Guadeloupe

Miżura 4.1

Organizzazzjoni ta’ netwerk ta’ stħarriġ għall-ferminelli (S)

12 000

 

 

Miżura 4.2

Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku dwar ir-riskji ta’ introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara (S)

12 000

 

 

Miżura 4.3

Studju dwar kontroll integrat possibbli ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara (R)

30 000

 

 

Miżura 4.4

Żvilupp ta’ grupp ta’ kompetenza għall-kontroll ta’ rodituri f’żoni rurali u urbani (R)

20 000

 

 

Sottototal

74 000

29 600

44 400

Total

470 000

188 000

282 000


14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Marzu 2008

dwar l-emendar tad-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 932)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/222/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri biex jiġu sorveljati ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u fil-prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta' sustanzi u gruppi ta' residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skond id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u ż-żamma fuq il-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għal sottomissjoni mill-pajjiżi terzi kkonċernati ta' pjan li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta' residwi u sustanzi msemmija f’dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) telenka dawk il-pajjiżi terzi li ssottomettew pjan tal-monitoraġġ tar-residwi, li jistipula l-garanziji offruti minnhom skond ir-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva.

(3)

Il-Brażil issottometta lill-Kummissjoni pjan ġdid tal-monitoraġġ tar-residwi li jikkonċerna l-għasel. L-evalwazzjoni ta' dan il-pjan turi li huwa jipprovdi biżżejjed garanziji dwar il-monitoraġġ tar-residwi ta' l-għasel f'dan il-pajjiż terz. Barra minn hekk, żjara ta' kontroll fil-Brażil uriet li sar progress sostanzjali mill-awtoritajiet kompetenti fl-implimentazzjoni ta' pjan komprensiv tal-monitoraġġ tar-residwi għall-għasel u li dan il-pajjiż terz issa huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Komunità għall-għasel. L-għasel għandu għalhekk jiġi inkluż fil-lista għall-Brażil li hemm fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(4)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2008/105/EC (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 9).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Il-pajjiż

Bovini

Ovini/ kaprini

Majjali

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Tjur selvaġġ

Tjur domestiku

Għasel

AD

Andorra (1)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilli Olandiżi

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja u Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċili

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

X

IS

L-Iżlanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

IR

L-Iran, ir-Repubblika Islamika ta'

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea, Repubblika ta'

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova, Repubblika ta'

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro (5)

X

X

X

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (6)

X

X

 

X (3)

 

 

X

 

 

 

 

 

MU

Il-Mawrizjus

 

 

 

 

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malażja

 

 

 

 

X (7)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja l-Ġdida

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (8)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Il-Federazzjoni Russa

X

X

X

X (3)

X

 

X

X

 

 

X (9)

X

SA

L-Għarabja Sawdita

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SC

Is-Seychelles

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

SM

San Marino (10)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuniżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzania, Repubblika Unita ta'

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

YT

Il- Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-pjan inizjali ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat mis-subgrupp veterinarju KE-Andorra (skond id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84)).

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-produzzjoni ta’ l-ikel.

(3)  Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għat-tbiċċir (annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel biss).

(4)  Annimali ovini biss.

(5)  Sitwazzjoni provviżorja bi stennija għal aktar informazzjoni dwar ir-residwi.

(6)  L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li bħalissa qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.

(7)  Il-Malażja Peninżulari (tal-Punent) biss.

(8)  Ma tinkludix il-Kosovo kif iddefinit bir-Riżoluzzjoni 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(9)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(10)  Il-Pjan ta’ Monitoraġġ approvat skond id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino tat-28 ta’ Ġunju 1994 (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/22


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/223/PESK

tat-13 ta' Marzu 2008

li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1). Dawn il-miżuri reġgħu ġġeddu bil-Pożizzjoni Komuni 2007/150/PESK (2) u waslu biex jiskadu fis-16 ta’ Marzu 2008.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra meħtieġ li jiġġeddu l-miżuri imposti bil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi estiża sas-16 ta’ Marzu 2009.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65. Il-Pożizzjoni komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/521/PESK (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 30).

(2)  ĠU L 66, 6.3.2007, p. 21.


ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

14.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 70/23


Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Ir-Republika ta' l-Ungerija rtirat id-dikjarazzjoni preċedenti tagħha li hija aċċettat il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u 3(a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ddikjarat li hija taċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u 3(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Għaldaqstant, l-istat tad-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti sentenzi preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni ta' l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa kif ġej:

ir-Renju ta' Spanja ddikjara li huwa jaċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(a) (1),

ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) (2),

meta għamlu d-dikjarazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja rriservaw id-dritt li jagħmlu dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom li meta tqum kwistjoni dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta' att imsemmi fl-Artikolu 35(1) f'każ li jkun qiegħed quddiem qorti jew tribunal nazzjonali li kontra d-deċiżjonijiet tagħhom m'hemmx rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal huma obbligati li jressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  In-notifika tad-dikjarazzjoni mir-Renju ta' Spanja ġiet ippublikata fil-ĠU L 114, 1.5.1999, p. 56 u ĠU C 120, 1.5.1999, p. 24.

(2)  In-notifika mir-Repubblika Ċeka ġiet ippubblikata fil-ĠU L 236, 23.9.2003, p. 980. In-notifika tad-dikjarazzjoni mir-Repubblika Franċiża ġiet ippubblikata fil-ĠU L 327, 14.12.2005, p. 19 u ĠU C 318, 14.12.2005, p. 1. In-notifika tad-dikjarazzjoni mill-Istati Membri l-oħrajn imsemmijin, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija u r-Repubblika tas-Slovenja, ġiet ippubblikata fil-ĠU L 114, l-1.5.1999, p. 56 u fil-ĠU C 120, 1.5.1999, p. 24.