ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
1 ta' Marzu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 190/2008 tad-29 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 191/2008 tad-29 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2008

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2008 tad-29 ta’ Frar 2008 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 989/2007 li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 193/2008 tad-29 ta’ Frar 2008 li jistbabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

12

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/173/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)

14

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/174/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 Diċembru 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat prevista mill-Italja (il-Provinċja awtonoma ta’ Trento) fis-settur tat-trasport (notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 5315)  ( 1 )

18

 

 

2008/175/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt ta’ l-Istatistika tal-Komunitá/l-Iżvizzera ta’ l-14 ta’ Frar 2008 li jadotta r-regoli proprji ta’ proċedura

21

 

 

2008/176/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 97/107/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer fil-Belġju (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 678)

25

 

 

2008/177/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 96/550/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer fil-Finlandja [titlu mhux uffiċjali] (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 692)

28

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni 2008/178/PESK tal-kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

30

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-Forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

31

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/179/PESK tad-29 ta’ Frar 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

37

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 189/2008

tat-18 ta’ Frar 2008

dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(ċ) u l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) ġiet fdata lill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 2424/2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (2). Il-ħtiġiet tan-netwerk għall-iżvilupp tas-SIS II huma stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/170/KE (3) tas-16 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi il-ħtiġiet tan-netwerk għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (L-ewwel pilastru) u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/171/KE tas-16 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi il-ħtiġiet tan-netwerk għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (It-tielet pilastru) (4).

(2)

It-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) kienet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 (6), dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal dawk it-testi inklużi d-dispożizzjonijiet finali tagħhom.

(3)

Dawk id-dispożizzjonijiet finali jiddefinixxu l-kondizzjonijiet li ser jippermettu lill-Kunsill biex, filwaqt li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li qed jipprteċipaw fis-SIS 1+, jistabbilixxi d-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk it-testi. Huma jipprovdu inter alia li l-Kummissjoni tiddikjara t-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tas-SIS II kif imsemmi fl-Artikolu 55(3)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u fl-Artikolu 71(3)(ċ) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, li għandu jitmexxa mill-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri, u l-korpi preparatorji tal-Kunsill jivvalidaw ir-riżultat tat-test propost u jikkonfermaw li l-livell ta’ prestazzjoni tas-SIS II huwa ta’ l-inqas ekwivalenti għal dak miksub mis-SIS 1+.

(4)

Hu mifhum li dan ir-Regolament għandu jiġi kkumplimentat bl-adozzjoni fil-futur tal-leġislazzjoni adegwata li tirregola, fid-dettall, l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ test komprensiv tas-SIS II, li għandu jiġi eżegwit f’kooperazzjoni sħiħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Is-CS-SIS għandha tibqa’ r-responsabbiltà unika tal-Kummissjoni.

(5)

Huwa neċessarju li jsiru testijiet biex jiġi evalwat jekk is-SIS II tistax taħdem skond il-ħtiġiet tekniċi u funzjonali kif definiti fl-istrumenti legali tas-SIS II.

(6)

It-testijiet għandhom jevalwaw ukoll il-ħtiġiet mhux funzjonali bħar-robustezza, id-disponibbiltà u l-prestazzjoni.

(7)

Huwa neċessarju għall-Kummissjoni li tittestja li s-SIS II Ċentrali tista’ titqabbad mas-sistemi nazzjonali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1 + għandhom jagħmlu l-arranġamenti tekniċi neċessarji biex jipproċessaw id-data tas-SIS II u jiskambjaw informazzjoni supplementari.

(8)

Huwa neċessarju li jiġu kkjarifikati aktar il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fir-rigward tat-tlestija ta’ ċerti testijiet tas-SIS II.

(9)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-ħtiġiet għad-definizzjoni, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet u kif ser għandhom jiġu vvalidati t-testijiet.

(10)

Is-SIS II tista’ ssir operattiva biss meta l-Istati Membri kollha li qed jipparteċipaw bis-sħiħ fis-SIS 1 + ikunu għamlu l-arranġamenti neċessarji biex jipproċessaw id-data tas-SIS II. F’każijiet fejn Stat Membru jikkunsidra li t-testijiet ma setgħux jitlestew b’suċċess għandhom għalhekk jiġu ddokumentati.

(11)

Il-Kumitat li jassisti lill-Kummissjoni matul l-iżvilupp tas-SIS II, u imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament 2424/2001, ma tax opinjoni favorevoli dwar l-abbozz ta’ miżuri tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-Arikolu 4(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2424/2001. Skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2424/2001 li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7), il-Kummissjoni għalhekk ippreżentat lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u infurmat lill-Parlament Ewropew.

(12)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhux qegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta’ l-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi, f’perijodu ta’ sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(13)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (8); għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(14)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (9); għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(15)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għall-parteċipazzjoni parzjali tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda fl-acquis ta’ Schengen kif definiti rispettivament bid-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2002/192/KE.

(16)

Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (10) li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (11).

(17)

Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (12), li jaqa’ fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/149/JHA/KE (13) u 2008/146/KE (14) dwar il-konklużjoni ta’ dak il-ftehim, f’isem l-Unjoni Ewropea u f’isem il-Komunità Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għal ċerti testijiet tas-SIS II relatati mas-SIS II Ċentrali, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u l-azzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II), b’mod partikolari l-iskop u l-għanijiet tagħhom, il-ħtiġiet u l-proċess tagħhom għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4, Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1988/2006, (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-deċiżjoni 2006/1007/ĠAI, (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 78).

(3)  ĠU L 79, 20.3.2007, p. 20.

(4)  ĠU L 79, 20.3.2007, p. 29.

(5)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(6)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(8)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(9)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(11)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(13)  ĠU L 53, 27.2.2008, p.50.

(14)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.


ANNESS

1.   SKOP TAT-TESTIJIET TAS-SIS II

Ċerti testijiet tas-SIS II imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom juru li is-SIS II Ċentrali, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni u l-azzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) (ħlief dawk tal-Bulgarija u tar-Rumanija) (1) jaħdmu skond il-ħtiġiet tekniċi u funzjonali mniżżlin fl-istrumenti legali tas-SIS II.

Dawn it-testijiet tas-SIS II għandhom juru wkoll li s-SIS II Ċentrali, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u l-azzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) jistgħu jaħdmu skond ħtiġiet mhux funzjonali bħar-robustezza, id-disponibbiltà u l-prestazzjoni.

2.   PROĊESS, SKOP DETTALJAT U ORGANIZZAZZJONI TAT-TESTIJIET TAS-SIS II

Is-sekwenza tat-testijiet, l-għan, l-iskop u l-organizzazzjoni tagħhom għandhom ikunu espressi kif ġej:

L-ewwel fażi tat-testijiet għandha tindirizza l-ittestjar tal-konnettività u r-reżiljenza ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni SIS II.

It-tieni fażi ta’ dawn it-testijiet għandha tindirizza l-ittestjar tas-SIS II Ċentrali mingħajr l-N.SIS II.

It-tielet fażi tat-testijiet għandha tindirizza l-ittestjar tas-SIS II Ċentrali ma’ xi wħud mill-N.SIS II u l-ittestjar tal-konformità ta’ kull sistema nazzjonali ma’ l-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-verżjoni ta’ referenza tad-Dokument ta’ Kontroll ta’ l-Interface (ICD).

Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet (2) stabbilit mill-Kumitat tas-SIS II huwa kompetenti biex jirrapporta dwar ir-riżultati tat-testijiet lill-Kumitat tas-SIS II. Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet għandu jidentifika, jikklassifika u jiddeskrivi kwalunkwe problema li tinstab u jipproponi għażliet għal soluzzjonijiet. Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-esperti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni neċessarja biex il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet iwettaq il-kompitu tiegħu.

2.1.   Dokumentazzjoni tat-test

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tat-testijiet. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lill-Istati Membri involuti l-abbozz u l-verżjoni finalizzata ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet u d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni tat-testijiet fi skeda maqbula ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri.

2.2.   Koordinazzjoni tat-testijiet

It-testijiet kollha mniżżla fid-dokumentazzjoni tat-test għandhom jiġu koordinati mill-Kummissjoni. Biex dan isir il-Kummissjoni għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet.

2.3.   Twettiq tat-testjijet

Il-Kummissjoni għandha teżegwixxi t-testijiet, flimkien ma’ l-Istati Membri involuti, abbażi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet u skond il-pjan maqbul mill-Kummissjoni flimkien ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri, u turi li r-riżultati tat-testijiet huma kif previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet.

Għat-testijiet ta’ konformità ta’ l-N.SIS II, kull Stat Membru, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni u l-iżgurar tal-prestazzjoni bla xkiel tat-testijiet skond l-iskeda maqbula.

2.4.   Aċċettazzjoni tat-testijiet

Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet għandu jirrapporta dwar ir-riżultati ta’ ċerti testijiet tas-SIS II lill-Kumitat tas-SIS II. Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet għandu jidentifika, jikklassifika u jiddeskrivi kwalunkwe problema li tinstab u jipproponi għażliet għal soluzzjonijiet. Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-esperti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet iwettaq il-kompitu tiegħu.

Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar it-tlestija b’suċċess ta’ ċerti testijiet tas-SIS II b’kont meħud tal-fehmiet espressi mill-esperti ta’ l-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat tas-SIS II.

Fejn id-dokumentazzjoni tat-testijiet tiddividi t-testijiet f’fażijiet separati l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ kull fażi qabel ma tibda l-fażi li jmiss.

L-aċċettazzjoni tat-testijiet ta’ konformità ta’ l-N.SIS II għandha tkun ibbażata fuq rapport, imħejji minn espert maħtur mill-Istati Membri, li jkun fih analiżi dettaljata tar-riżultati tat-testijiet u l-konklużjonijiet dwar il-validazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

Jekk Stat Membru jikkunsidra li t-testijiet ma setgħux jitlestew b’suċċess, dan għandu jissemma fir-rapport.

2.5.   Testijiet ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni

L-għan ta’ dan l-eżerċizzju ta’ testijiet għandu jkun li juri li l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tas-SIS II sa l-interface nazzjonali uniformi (NI-SIS) tista’ taħdem skond il-ħtiġiet imniżżla fid-Deċiżjonijiet 2007/170/KE u 2007/171/KE. L-iskop ta’ dan it-test eżercizzju jinkludi l-ittestjar tal-konnettività u r-reżistenza ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tas-SIS II bejn is-CS-SIS u kull NI-SIS, bejn is-CS-SIS u s-CS-SIS ta’ riżerva (backup), kif ukoll ir-reżistenza ta’ l-Interfaces Nazzjonali Lokali (LNI) u, fejn hu applikabbli, l-Interfaces Nazzjonali Lokali ta’ Riżerva (BLNI).

2.6.   Testijiet ta’ konformità nazzjonali mas-SIS II Ċentrali

L-għan tas-sett sħiħ ta’ testijiet tas-SIS II Ċentrali għandu jkun li jiġi ttestjat jekk is-SIS II Ċentrali tissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u mhux funzjonali ddefiniti fil-verżjoni ta’ referenza ta’ l-ICD (Dokument ta’ Kontroll ta’ l-Interface) u d-DTS (Sepċifikazzjonijiet Tekniċi Dettaljati).

L-għan tat-Test ta’ konformità ta’ l-N.SIS II għandu jkun li jiżgura l-kompatibbiltà ta’ kull N.SIS II mas-CS-SIS u li jivverifika l-konformità tas-Sistemi Nazzjonali mal-verżjoni ta’ referenza tad-Dokument ta’ Kontroll ta’ l-Interface. It-testijiet ta’ konformità għall-N.SIS II jistgħu jsiru b’mod parallel mat-testijiet tas-SIS II Ċentrali.

Wara li ċerti testijiet tas-SIS II jitlestew b’suċċess, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-esperti ta’ l-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat tas-SIS II li r-riżultati tat-testijiet ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u tas-SIS II Ċentrali huma kif previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tat-testijiet.

Wara li ċerti testijiet SIS II jitlestew b’suċċess, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ambjent ta’ migrazzjoni għas-SIS II Ċentrali. Dan l-ambjent għandu jkun stabbli u adattat biex jintuża għall-migrazzjoni.

3.   VERŻJONIJIET TA’ REFERENZA TAD-DOKUMENT TAL-KONTROLL TA’ L-INTERFACE (ICD) U TA’ L-ISPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA DETTALJATA (DTS) GĦALL-ITTESTJAR

Is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) f’kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jiġu ttestjati fir-rigward ta’ l-istess speċifikazzjonijiet.

Id-DTS imħejjija mill-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u mhux funzjonali tas-SIS II Ċentrali.

L-ICD imħejji mill-Kummissjoni għandu jiddefenixxi l-interface bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali. Dan għandu jkun fih l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-azzjonijiet bejn is-sistemi f’termini ta’ data u messaġġi li jgħaddu minnhom, il-protokolli użati kif ukoll iż-żmien u s-sekwenzar ta’ l-avvenimenti.

L-ispeċifikazzjonijiet, kif previsti fl-ICD u d-DTS, għandhom ikunu stabbli għal perijodu stabbilit u ż-żmien ta’ l-aġġornament taż-żewġ sistemi għandu jiġi stipulat fi pjan ta’ rilaxx li għandu jiddefinixxi l-verżjoni ta’ referenza għal fażi ta’ test stipulat. Kwistjonijiet li joħorġu matul il-kampanji tat-testijiet għandhom jiġu rrapportati, analizzati u solvuti skond pjan ta’ ġestjoni ta’ rilaxx u pjan ta’ ġestjoni ta’ tibdil assoċjat. Il-pjan ta’ ġestjoni rilaxx u l-pjan ta’ ġestjoni ta’ tibdil assoċjat għandhom isiru disponibbli mill-Kummissjoni, fid-dawl ta’ l-opinjoni ta’ l-esperti ta’ l-Istati Membri.

4.   RAPPORT INTERIM U FINALI DWAR IR-RIŻULTATI TAL-FAŻIJIET TAT-TESTIJIET

Il-Kummissjoni għandha tfassal fuq bażi regolari rapporti dwar l-istatus tat-testijiet. Ir-rapporti għandhom jsemmu liema fażi tat-testijiet tkun qed tiġi ttrattata attwalment u liema Stati Membri lestew, bdew jew għadhom ma bdewx dik il-fażi. Jekk Jekk tiġi innotata kwalunkwe riperkussjoni għall-iskeda tal-proġett, hija u l-kawża tagħha għandhom jiġu rreġistrati.

Mal-konklużjoni ta’ kull fażi tat-testijiet il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar ir-riżultati, kwalunkwe problema li tinstab u l-għażliet għal soluzzjonijiet. F’każijiet fejn Stat Membru jikkunsidra li t-testijiet ma setgħux jitlestew b’suċċess huwa għandu jirreġistra dan il-fatt, waqt li jiddikjara r-raġunijiet, f’nota għall-minuti.


(1)  Fir-rigward ta’ l-Istati Membri l-oħra li mhux qed jipparteċipaw fis-SIS 1 + bħal Ċipru, il-parteċipazzjoni tagħhom fit-testijiet SIS II imsemmija f’din id-Deċiżjoni, hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni futura tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tas-SIS II.

(2)  Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet maħluq fis-27 ta’ April 2007 skond l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tas-SIS II, jirrapporta lill-Kumitat tas-SIS II. Huwa jirrapporta wara t-tlestija ta’ kull parti tat-test biex jgħin fil-preparazzjoni ta’ l-aċċettazzjoni tat-testijiet tas-SIS II.


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 190/2008

tad-29 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-29 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

69,6

MA

49,2

TN

129,8

TR

88,8

ZZ

84,4

0707 00 05

EG

244,4

JO

190,5

MA

114,7

TR

166,2

ZZ

179,0

0709 90 70

MA

89,5

TR

118,4

ZZ

104,0

0709 90 80

EG

54,8

ZZ

54,8

0805 10 20

EG

42,5

IL

54,8

MA

56,7

TN

50,5

TR

69,2

ZZ

54,7

0805 50 10

IL

110,5

SY

56,4

TR

123,2

ZZ

96,7

0808 10 80

AR

102,3

CA

86,4

CN

91,9

MK

42,4

US

108,2

UY

89,9

ZZ

86,9

0808 20 50

AR

89,5

CL

102,9

CN

78,3

US

123,2

ZA

96,5

ZZ

98,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 191/2008

tad-29 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2008 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta' Diċembru 2007 li jdaħħal sospensjoni temporanja tad-dazji ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2007/2008 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji stabbiliti minn dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Marzu 2008 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil Brussel, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).

(3)  ĠU L 1, 4.1.2008, p. 1.


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mill-1 ta' Marzu 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (*)

ta' kwalità medja

0,00  (*)

ta' kwalità baxxa

0,00  (*)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (*)

1002 00 00

SEGALA

0,00  (*)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00  (*)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00  (*)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.

(*)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.2.2008-28.2.2008

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

463,59

141,24

Prezz FOB USA

569,34

559,34

539,34

178,87

Tariffa fuq il-Golf

55,04

13,93

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

43,67  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

36,72  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 192/2008

tad-29 ta’ Frar 2008

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 989/2007 li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Instab żball fil-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 989/2007 (2) rigward il-klassi li fiha jaqa' l-prodott kopert bid-denominazzjoni “Barèges-Gavarnie”.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 989/2007 għandu jiġi kkoreġut skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 989/2007, il-punt 1, il-kliem “Klassi 1.3. – Ġobon” għandu jinbidel bil-kliem “Klassi 1.1. – Laħam (u l-ġewwieni) frisk(i)”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 989/2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 219, 24.8.2007, p. 7.


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 193/2008

tad-29 ta’ Frar 2008

li jistbabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIIIc, IX u X ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppublikat fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p.1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut l-aħħar bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

01

Stat Membru

Franza

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE taż-żona CECAF 34.1.1

Data

2.2.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Frar 2008

dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)

(2008/173/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/886/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(c) u l-Artikolu 6(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) ingħata lill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) (2) u d-Deċiżjoni 2001/886/ĠAI. Il-ħtiġiet tan-netwerk għall-iżvilupp tas-SIS II huma stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/170/KE (3) tas-16 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi il-ħtiġiet tan-netwerk għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (L-ewwel pilastru) u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/171/KE tas-16 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi il-ħtiġiet tan-netwerk għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (It-tielet pilastru) (4).

(2)

It-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) kienet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (6), dwar it-twaqqif, l-operat u l-użu tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal dawn it-testi inkluż id-dispożizzjonijiet finali tagħhom.

(3)

Dawk id-dispożizzjonijiet finali jiddefinixxu l-kondizzjonijiet li ser jippermettu lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw f’SIS 1+, jiffissa d-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk it-testi. Huma jipprevedu, inter alia, li l-Kummissjoni tiddikjara t-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tas-SIS II kif imsemmi fl-Artikolu 55(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u fl-Artikolu 71(3)(c) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, li għandu jitmexxa mill-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri, u l-korpi preparatorji tal-Kunsill jivvalidaw ir-riżultat tat-test propost u jikkonfermaw li l-livell ta’ prestazzjoni tas-SIS II ikun, mill-inqas, ekwivalenti għal dak miksub bis-SIS 1+.

(4)

Huwa mifhum li din id-Deċiżjoni għandha tiġi kkomplimentata bl-adozzjoni fil-futur tal-leġislazzjoni xierqa li tirregola, fid-dettall, l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ test komprensiv tas-SIS II, li għandu jiġi esegwit f’kooperazzjoni sħiħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Is-CS-SIS għandu jibqa’ r-responsabbiltà tal-Kummissjoni biss.

(5)

Huwa meħtieġ li jsiru testijiet sabiex jiġi evalwat jekk is-SIS II tistax taħdem skond il-ħtiġiet tekniċi u funzjonali kif definiti fl-istrumenti legali tas-SIS II.

(6)

It-testijiet għandhom jevalwaw ukoll il-ħtiġiet mhux funzjonali bħar-robustezza, id-disponibbiltà u l-prestazzjoni.

(7)

Huwa meħtieġ għall-Kummissjoni li tittestja li s-SIS II Ċentrali tista’ titqabbad mas-sistemi nazzjonali ta’ l-Istati Membri, filwaqt li l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1 + għandhom jagħmlu l-arranġamenti tekniċi meħtieġa biex jipproċessaw id-data tas-SIS II u jiskambjaw informazzjoni supplimentari.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġu kkjarifikati aktar il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fir-rigward tat-tlestija ta’ ċerti testijiet tas-SIS II.

(9)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-ħtiġiet għad-definizzjoni, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-test u ta’ kif it-testijiet ser jiġu vvalidati.

(10)

Is-SIS II tista’ tibda topera biss meta l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw bi sħiħ fis-SIS 1 + ikunu għamlu l-arranġamenti meħtieġa biex jipproċessaw id-data tas-SIS II. Il-każijiet fejn Stat Membru jikkunsidra li t-testijiet ma jistgħux jitlestew b’suċċess għandhom għalhekk jiġu ddokumentati.

(11)

Il-Kumitat li jassisti lill-Kummissjoni matul l-iżvilupp tas-SIS II, u imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2001/886/ĠAI, ma tax opinjoni favorevoli dwar l-abbozz ta’ miżuri tal-Kummissjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ppreżentat proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u informat lill-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni 2001/886/ĠAI.

(12)

Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8 (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħdu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (7).

(13)

L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (8).

(14)

Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (10) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim.

(15)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (11), li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (12) u 2008/146/KE (13) dwar il-konklużjoni ta’ dak il-ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea u f’isem il-Komunità Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għal ċerti testijiet SIS II relatati mas-SIS II Ċentrali, il-komunikazzjoni, l-infrastruttura u l-interazzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II), b’mod partikolari l-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettivi tagħhom, il-ħtiġiet tagħhom u l-proċess tagħhom għandhom ikunu kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-deċiżjoni 2006/1007/ĠAI, (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 78).

(2)  ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4, Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1988/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 79, 20.3.2007, p. 20.

(4)  ĠU L 79, 20.3.2007, p. 29.

(5)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(6)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

(7)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(8)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(9)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(10)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(11)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(12)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50.

(13)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1


ANNESS

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAT-TESTIJIET TAS-SIS II

Ċerti testijiet tas-SIS II imsemmijin f’din id-Deċiżjoni għandhom juru li s-SIS II Ċentrali, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u l-interazzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) (minbarra dawk tal-Bulgarija u tar-Rumanija) (1) jaħdmu skond il-ħtiġiet tekniċi u funzjonali mniżżlin fl-istrumenti legali tas-SIS II.

Dawn it-testijiet tas-SIS II għandhom juru wkoll li s-SIS II Ċentrali, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u l-interazzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) jistgħu jaħdmu skond ħtiġiet mhux funzjonali bħar-robustezza, id-disponibbiltà u l-prestazzjoni.

2.   PROĊESS, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI DETTALJAT U ORGANIZZAZZJONI TAT-TESTIJIET TAS-SIS II

Is-sekwenza tat-testijiet, l-objettiv, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom għandhom ikunu espressi kif ġej:

 

L-ewwel fażi tat-testijiet għandha tindirizza l-ittestjar tal-konnettività u r-reżiljenza ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni SIS II.

 

It-tieni fażi ta’ dawn it-testijiet għandha tindirizza l-ittestjar tas-SIS II Ċentrali mingħajr N.SIS II.

 

It-tielet fażi tat-testijiet għandha tindirizza l-ittestjar tas-SIS II Ċentrali ma’ xi N.SIS II u l-ittestjar tal-konformità ta’ kull sistema nazzjonali ma’ l-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-verżjoni ta’ referenza tad-Dokument ta’ Kontroll ta’ l-Interface (ICD).

Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet (2) stabbilit mill-Kumitat tas-SIS II huwa kompetenti biex jirrapporta dwar ir-riżultati tat-testijiet lill-Kumitat tas-SIS II. Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet għandu jidentifika, jikkategorizza u jiddeskrivi kwalunkwe kwistjoni li jsib u jipproponi għażliet għal soluzzjonijiet. Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-esperti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni meħtieġa biex il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet iwettaq il-kompitu tiegħu.

2.1.   Dokumentazzjoni tat-test

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tat-testijiet. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri involuti l-abbozz u l-verżjoni finali ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-test u d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni tat-testijiet fi skeda maqbula ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri.

2.2.   Koordinazzjoni tat-testijiet

It-testijiet kollha mniżżlin fid-dokumentazzjoni tat-test għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Sabiex isir dan il-Kummissjoni għandha taħdem f’kooperazzjoni fil-qrib mal-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet.

2.3.   Twettiq tat-testijiet

Il-Kummissjoni għandha tesegwixxi t-testijiet, flimkien ma’ l-Istati Membri involuti abbażi ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-test u skond l-iskeda maqbula mill-Kummissjoni flimkien ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri, u turi li r-riżultati tat-test huma kif previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tat-test.

Fir-rigward tat-testijiet ta’ konformità tan-N.SIS II, kull Stat Membru, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, għandu jkun responsabbli għat-twettiq u l-iżgurar tal-prestazzjoni bla xkiel tat-testijiet skond l-iskeda maqbula.

2.4.   Aċċettazzjoni tat-testijiet

Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet għandu jirrapporta dwar ir-riżultati ta’ ċerti testijiet tas-SIS II lill-Kumitat tas-SIS II. Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet għandu jidentifika, jikkategorizza u jiddeskrivi kwalunkwe kwistjoni li jsib u jipproponi għażliet għal soluzzjonijiet. Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-esperti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni meħtieġa biex il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet iwettaq il-kompitu tiegħu.

Il-Kummissjoni ser tiddeċiedi dwar it-tlestija b’suċċess ta’ ċerti testijiet tas-SIS II b’kont meħud tal-fehmiet espressi mill-esperti ta’ l-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat tas-SIS II.

Fejn id-dokumentazzjoni tat-testijiet tiddividi t-testijiet f’fażijiet separati l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ kull fażi qabel il-bidu tal-fażi segwenti.

L-aċċettazzjoni tat-testijiet ta’ konformità tan-N.SIS II ser tkun ibbażata fuq rapport, imħejji minn espert maħtur mill-Istati Membri, li jkun fih analiżi dettaljata tar-riżultati tat-test u konklużjonijiet dwar l-aċċettazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

Jekk Stat Membru jikkunsidra li t-testijiet ma jistgħux jitlestew b’suċċess, dan għandu jiġi nnotat fir-rapport.

2.5.   Testijiet ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni

L-objettiv ta’ dan l-eżerċizzju ta’ testijiet għandu jkun li juri li l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tas-SIS II sa l-interface nazzjonali uniformi (NI-SIS) tista’ taħdem skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2007/170/KE u 2007/171/KE. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan it-test eżercizzju jinkludi l-ittestjar tal-konnettività u r-reżistenza ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tas-SIS II bejn is-CS-SIS u kull NI-SIS, bejn l-Unità Ċentrali (CS-SIS) u l-Unità Ċentrali ta’ Appoġġ (backup CS-SIS), kif ukoll ir-reżistenza ta’ l-Interfaces Nazzjonali Lokali (LNI) u, fejn hu applikabbli, l-Interfaces Nazzjonali Lokali ta’ Appoġġ (BLNI).

2.6.   Testijiet ta’ konformità nazzjonali mas-SIS II Ċentrali

L-objettiv tas-sett sħiħ ta’ testijiet tas-SIS II Ċentrali għandu jkun li jiġi ttestjat jekk is-SIS II Ċentrali tilħaqx l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u mhux funzjonali ddefiniti fil-verżjoni ta’ referenza tad-Dokument ta’ Kontroll ta’ l-Interface (ICD) u l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi Dettaljati (DTS).

L-objettiv tat-Test ta’ konformità tan-N.SIS II huwa li tkun żgurata l-kompatibilità ta’ kull N.SIS II mas-CS-SIS u biex tkun ivverifikata l-konformità tas-Sistemi Nazzjonali mal-verżjoni ta’ referenza tad-Dokument ta’ Kontroll ta’ l-Interface. It-testijiet ta’ konformità għan-N.SIS II jistgħu jsiru b’mod parallel mat-testijiet tas-SIS II Ċentrali.

Wara li ċerti testijiet tas-SIS II jkunu ntemmu b’suċċess, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-esperti ta’ l-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat tas-SIS II li r-riżultati tat-testijiet ta’ l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u tas-SIS II Ċentrali huma kif previsti fl-ispeċifikazzjonijiet tat-test.

Wara li ċerti testijiet tas-SIS II jkunu ntemmu b’suċċess, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ambjent ta’ migrazzjoni għas-SIS II Ċentrali. Dan l-ambjent għandu jkun stabbli u adattat biex jintuża għall-migrazzjoni.

3.   VERŻJONIJIET TA’ REFERENZA TAD-DOKUMENT TA’ KONTROLL TA’ L-INTERFACE (ICD) U L-ISPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA DETTALJATA (DTS) GĦALL-ITTESTJAR

Is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) f’kull wieħed mill-Istati Membri għandhom ikunu ttestjati fir-rigward ta’ l-istess speċifikazzjonijiet.

Id-DTS imħejjija mill-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u mhux funzjonali tas-SIS II Ċentrali.

L-ICD imħejji mill-Kummissjoni għandu jiddefenixxi l-interface bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali. Dan għandu jkun fih l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ l-interazzjonijiet minn sistema għal oħra f’termini ta’ punti ta’ data u messaġġi li jgħaddu minnhom, il-protokolli li jintużaw kif ukoll iż-żmien u sekwenzar ta’ l-avvenimenti.

L-ispeċifikazzjonijiet, kif ipprovduti fl-ICD u d-DTS, għandhom ikunu stabbli għal perjodu partikolari u ż-żmien ta’ l-aġġornament taż-żewġ sistemi għandu jiġi stipulat fi pjan ta’ rilaxx li għandu jiddefinixxi l-verżjoni ta’ referenza għal fażi ta’ test partikolari. Kwistjonijiet li joħorġu matul il-kampanji ta’ testijiet għandhom jiġu rrapportati, analizzati u solvuti skond pjan ta’ ġestjoni ta’ rilaxx u pjan ta’ ġestjoni ta’ tibdil assoċjat. Il-pjan ta’ ġestjoni ta’ rilaxx u l-pjan ta’ ġestjoni ta’ tibdil assoċjat għandhom jingħataw mill-Kummissjoni, b’kont meħud ta’ l-opinjoni ta’ l-esperti ta’ l-Istati Membri.

4.   RAPPORT PROVIŻORJU U RAPPORT FINALI DWAR IR-RIŻULTATI TAL-FAŻIJIET TAT-TEST

Il-Kummissjoni għandha tfassal fuq bażi regolari rapporti dwar l-istatus tat-testijiet. Ir-rapporti għandhom jinnotaw liema fażi tat-test tkun qed tiġi ttrattata attwalment u liema Stati Membri lestew, bdew jew għadhom ma bdewx dik il-fażi. Jekk tiġi innotata kwalunkwe riperkussjoni għall-iskeda tal-proġett, hija u l-kawża tagħha għandhom jiġu rreġistrati.

Mal-konklużjoni ta’ kull fażi tat-test il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar ir-riżultati, kwalunkwe kwistjoni li ssib u għażliet għal soluzzjonijiet. F’każijiet fejn Stat Membru jikkunsidra li t-testijiet ma jistgħux jitlestew b’suċċess, huwa għandu jirreġistra dan il-fatt, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet, f’nota għall-minuti.


(1)  Fir-rigward ta’ l-Istati Membri l-oħra li mhux qed jipparteċipaw fis-SIS 1 + bħal Ċipru, il-parteċipazzjoni tagħhom fit-testijiet SIS II imsemmija f’din id-deċiżjoni, hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni futura tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tas-SIS II.

(2)  Il-Grupp Konsultattiv dwar it-Testijiet stabbilit fis-27 ta’ April 2007 skond l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tas-SIS II, jirrapporta lill-Kumitat tas-SIS II. Huwa jirrapporta wara t-tlestija ta’ kull parti tat-test biex jgħin fit-tħejjija ta’ l-aċċettazzjoni tat-testijiet tas-SIS II.


Kummissjoni

1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 Diċembru 2005

dwar l-għajnuna mill-Istat prevista mill-Italja (il-Provinċja awtonoma ta’ Trento) fis-settur tat-trasport

(notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 5315)

It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/174/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 88(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom skond dawk id-dispożizzjonijiet (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Novembru 2001, irreġistrata għand is-Segretarjat Ġenerali fit-3 ta’ Diċembru 2001, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, id-dispożizzjonijiet speċjali għas-settur tat-trasport, li ġew adottati fil-kuntest tal-liġi tal-Provinċja awtonoma ta’ Trento Nru 6 tat-13 ta’ Diċembru 1999 (il-liġi provinċjali Nru 6/99.) In-notifika ġiet irreġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea bin-Nru N 833/01.

(2)

Peress li rriżulta li n-notifika kellha xi nuqqasijiet, il-Kummissjoni talbet informazzjoni ulterjuri permezz ta’ l-ittra D(02) 1665 ta’ l-1 ta’ Frar 2002, li twieġbet permezz ta’ ittra rreġistrata fil-5 ta’ April 2002. Fil-11 ta’ Marzu 2002, saret laqgħa bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento. Fit-12 ta’ April 2002, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Taljani, ittra li biha talbet aktar tagħrif. It-tweġiba għal din it-talba waslet permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Mejju 2002, irreġistrata fit-28 ta’ Mejju 2002 bin-numru SG A/5459. Fit-30 ta’ Mejju 2002, saret it-tieni laqgħa bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u dawk tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento.

(3)

Fl-24 ta’ Lulju 2002, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni favorevoli (2) għall-biċċa l-kbira tal-miżuri previsti mil-liġi provinċjali Nru 6/99 “Dispożizzjonijiet speċjali għas-settur tat-trasport” (3) maħsuba biex iħeġġu t-trasport ta’ l-oġġetti bit-triq għal mezzi alternattivi tat-trasport. Madankollu, infetħet proċedura ta’ investigazzjoni għal waħda mill-miżuri fl-iskema: l-għajnuna ta’ investiment għall-vaguni ferrovjarji u vetturi ferrovjarji ġodda jew riġenerati, irreġistrati bir-referenza C52/02.

(4)

Id-deċiżjoni ta’ l-24 ta’ Lulju 2002 biex jinfetħu l-proċeduri, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura kkonċernata.

(5)

Permezz ta’ ittra ta’ l-4 ta’ Settembru 2002, l-Italja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni mill-partijiet interessati.

(6)

Fis-7 ta’ Frar 2003, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw pjan ta’ għajnuna ġdid għall-promozzjoni tat-trasport ikkombinat fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento, imsejjaħ “Skema ta’ għajnuna b'appoġġ għat-trasport ikkombinat”. Il-pjan ta’ għajnuna kkonċernat ġie rreġistrat bin-numru N 64/03 u ġie approvat b'deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-1 ta’ Ottubru 2003 (5).

(7)

Kjarifiki ulterjuri ntbagħtu mill-Provinċja Awtonoma ta’ Trento fit-8 ta’ April 2005 u mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ l-Italja għall-Unjoni Ewropea, permezz ta’ ittra rreġistrata fit-13 ta’ Ġunju 2005.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TA’ L-GĦAJNUNA

2.1.   Tip ta’ għajnuna

(8)

L-iskema ta’ għajnuna li għaliha nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni, kienet tirrigwarda għajnuna għall-investimenti għall-vaguni ferrovjarji u vetturi ferrovjarji ġodda jew riġenerati; madankollu ma tqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri l-oħra inklużi fl-iskema ġenerali maħsuba biex jiġi mħeġġeġ it-trasport tat-traffiku tal-ġarr tal-merkanzija mit-triq għal fuq mezzi alternattivi tat-trasport.

(9)

Il-pjan ta’ għajnuna ġenerali huwa maħsub biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz ta’ l-appoġġ għax-xiri ta’ mezzi tat-trasport mgħammra b'teknoloġiji li jnaqqsu t-tniġġis ta’ l-ambjent u li jirrispettaw standards ambjentali aktar stretti minn dawk obbligatorji. Il-pjan jagħti għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, kif ukoll lill-konsorzji involuti fit-trasport bit-triq f'isem partijiet terzi li jwettqu attivitajiet tat-trasport ikkombinati jew attivitajiet ta’ trasport ferrovjarju u attivitajiet marbuta mat-trasport fuq l-art, li huma konnessi bi kwalunkwe mod mat-trasport ferrovjarju kkombinat inkella mat-trasport ta’ l-oġġetti jew persuni.

(10)

Il-miżura investigata kienet tipprevedi għajnuniet għal massimu ta’ 25 % għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju li joperaw fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento, għax-xiri ta’ vaguni għall-ġarr ta’ l-oġġetti u vetturi ferrovjarji ġodda jew riġenerati (Artikolu 3(2) e) tal-liġi provinċjali Nru 6/99).

2.2.   Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura

(11)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat u li titlob kjarifiki mill-Awtoritajiet Taljani kienet ir-riżultat ta’ studju preliminari ta’ l-iskema nnotifikata.

(12)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni kellha ċerti dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura kkonċernata ma’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001, tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (6), li jawtorizza għajnuniet għall-investimenti ta’ l-SMEs fil-vaguni ferrovjarji, sa massimu ta’ 15 % għall-impriżi żgħar u ta’ 7,5 % għall-impriżi ta’ daqs medju.

(13)

Il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-intensità ta’ l-għajnuna nnotifikata ta’ 25 % setgħetx tkun kompatibbli ma’ l-intensità massima ta’ l-għajnuna prevista mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001. Il-proċedura ta’ investigazzjoni nfetħet biss minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-limiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 70/2001.

(14)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni mill-partijiet interessati.

3.   OSSERVAZZJONIJIET MILL-ITALJA

(15)

B'ittra ta’ l-4 ta’ Settembru 2004, l-Awtoritajiet Taljani kkomunikaw, permezz tar-Rappreżentanza Permanenti, l-intenzjoni tagħhom li jikkonċedu kontribut massimu ta’ 15 % lill-impriżi żgħar u ta’ 7,5 % lil dawk ta’ daqs medju, fir-rigward ta’ l-ispejjeż imġarrba għax-xiri ta’ vaguni ferrovjarji u vetturi ferrovjarji ġodda jew riġenerati.

(16)

L-awtoritajiet Taljani kellhom il-ħsieb li jgħoddu din l-għajnuna mal-finanzjament ta’ 25 % ta’ l-ispejjeż marbuta mat-twellija, l-amortizzazzjoni jew il-kiri ta’ vaguni ferrovjarji speċjali baxxi ħafna, maħsuba għal servizzi tat-trasport ikkombinat akkumpanjat għal perjodu massimu ta’ tliet snin.

(17)

L-impriżi li jibbenefikaw mis-sussidji kienu jibqgħu jġorru parti mill-ispejjeż li mhux koperti mill-għajnuna pubblika. Il-Provinċja ta’ Trento talbet lill-benefiċjarji biex jiżguraw li t-tariffi li jitolbu jkunu pubbliċi u mhux diskriminatorji, jiġifieri identiċi għall-utenti kollha u t-taqsimiet kollha tar-rotta.

(18)

L-awtoritajiet kompetenti ddikjaraw li, fid-dawl tan-nuqqas ta’ struttura intermodali, il-Provinċja ta’ Trento biħsiebha tiffinanzja l-inizjattivi kummerċjali kollha biex tipprovdi vaguni ferrovjarji baxxi ħafna, abbażi tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”, sakemm il-bilanċ jispiċċa. Madankollu, li kieku l-bilanċ ma jkunx biżżejjed, il-Provinċja tirriserva d-dritt li tippubblika stedin għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna, u tagħti prijorità lil dawk l-attivitajiet li jinvolvu l-ogħla frekwenza ta’ kuljum ta’ trasbordi triq/ferrovjarji, fuq vaguni li jitilqu minn punti ta’ trasbord li jinsabu fil-Provinċja.

(19)

Madankollu, għandu jitqies li din il-miżura ta’ l-aħħar ma kinitx inkluża fin-notifika tal-bidu. Fit-8 ta’ April 2005, il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento kkonfermat li din il-miżura qatt ma kienet iddaħħlet fis-seħħ, u ma kienx maħsub li tiddaħħal fis-seħħ fil-ġejjieni.

4.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

4.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna fl-ambitu ta’ l-Artikolu 87(1), tat-Trattat tal-KE

(20)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, sakemm mhux ipprovdut mod ieħor fit-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq komuni.

(21)

Skond il-miżura proposta, il-benefiċjarji magħżula (impriżi żgħar u ta’ daqs medju li joperaw fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento) jirċievu kontribuzzjonijiet mill-Istat għal spejjeż imġarrba mill-investiment f'vaguni ferrovjarji u vetturi ferrovjarji filwaqt li impriżi oħra, Taljani jew minn Stati Membri oħra ta’ l-UE, li huma attivi f'dan il-qasam, ma jirċevux kontribuzzjonijiet bħal dawn. B'konsegwenza, l-għajnuna kkonċernata ssaħħaħ il-qagħda kompetittiva tal-benefiċjarji fil-konfront ta’ impriżi oħra li jaħdmu fis-settur tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(22)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iskema nnotifikata fiha element ta’ għajnuna fl-ambitu ta’ l-Artikolu 87(1) u li għalhekk, fil-prinċipju huwa pprojbit.

4.2   Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura ta’ għajnuna

(23)

Wara l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet Taljani qablu li jnaqqsu l-intensità ta’ l-għajnuna prevista għax-xiri ta’ vaguni ferrovjarji u vetturi ferrovjarji ġodda u riġenerati minn 25 % għal 15 % għall-impriżi ż-żgħar u 7,5 % għall-impriżi ta’ daqs medju. L-għajnuna tirrigwarda biss il-finanzjament ta’ l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(24)

L-għajnuna għalhekk tista’ titqies konformi ma’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 79/2001.

(25)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tista’ tqis l-għajnuna kkonċernata bħala kompatibbli mat-Trattat.

5.   KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat prevista mill-Italja, il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento, fis-settur tat-trasport, hija kompatibbli mas-suq Komuni.

Din l-għajnuna għalhekk tista’ titwettaq.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU C 242, 8.10.2002, p. 8.

(2)  Ara n-nota 1.

(3)  Għajnuna mill-Istat Nru 833/01 – L-Italja (il-Provinċja Awtonoma ta’ Trento) – il-Liġi Provinċjali Nru 6/99 “Dispożizzjonijiet Speċjali għas-settur tat-trasport”.

(4)  Ara n-nota 1.

(5)  ĠU C 284, 27.11.2003, p. 2.

(6)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33.


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/21


DEĊIŻJONI Nru 1/2008 TAL-KUMITAT KONĠUNT TA’ L-ISTATISTIKA TAL-KOMUNITÁ/L-IŻVIZZERA

ta’ l-14 ta’ Frar 2008

li jadotta r-regoli proprji ta’ proċedura

(2008/175/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT ta’ L-ISTATISTIKA TAL-KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għall-Kummerċ dwar kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt ta’ l-Istatistika tal-Komunità/l-Iżvizzera, kif anness għal din id-Deċiżjoni, huma adottati permezz ta’ dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 14 ta’ Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE

Hervé CARRÉ

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Adelheid BÜRGI-SCHMELZ


(1)  ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2.


ANNESS

IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT KONĠUNT TA’ L-ISTATISTIKA TAL-KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA

Artikolu 1

Presidenza

1.   Il-Presidenza tal-Kumitat Konġunt ta' l-Istatistika tal-Komunità/l-Iżvizzera (minn issa 'l quddiem “il-Kumitat Konġunt”) għandha tinżamm darba kull wieħed għal perjodu ta’ sena kalendarja minn rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa 'l quddiem “il-Kummissjoni tal-KE”), f’isem il-Komunità Ewropea, u minn rappreżentant tal-Konfederazzjoni Żvizzera. Għandha tinżamm mill-Komunità Ewropea matul is-sena tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim”).

2.   Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-parti li għandha l-Presidenza jew, fejn xieraq, is-sostitut tiegħu jew tagħha, għandu jkun il-President tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 2

Delegazzjonijiet

1.   Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha taħtar Kap tad-Delegazzjoni.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jagħti l-permess lil persuni oħra sabiex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi.

3.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinfurmaw lil xulxin, mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ ħidma qabel ma ssir il-laqgħa, dwar l-għamla tad-delegazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Is-Segretarjat

1.   Rappreżentant tal-Kummissjoni tal-KE u rappreżentant tal-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jipprovdu b’mod konġunt is-Segretarjat tal-Kumitat Konġunt. Is-Segretarji għandhom jinħatru mill-Kap tagħhom tad-Delegazzjoni u għandhom jissuktaw bil-prestazzjoni ta’ dmirijiethom sakemm jinħatar Segretarju ġdid. Kull parti għandha tibgħat l-isem u l-indirizz tas-Segretarju tagħha lill-parti l-oħra.

2.   Is-Segretarji għandhom ikunu responsabbli għall-komunikazzjoni bejn id-delegazzjonijiet, inkluża t-trażmissjoni ta’ dokumenti, u għandhom jissorveljaw id-dmirijiet imwettqa mis-Segretarjat.

3.   Is-Segretarjat tal-Kumitat Konġunt għandu jaqa’ taħt id-direzzjoni tal-parti li jkollha l-Presidenza.

Artikolu 4

Laqgħat

1.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta meħtieġ. Il-Kap tad-Delegazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijeit Kontraenti jista’ jsejjaħ laqgħa.

2.   Il-Kumitat Konġunt u l-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika għandhom jorganizzaw il-kompiti tagħhom għall-għanijiet tal-Ftehim f’laqgħat kollettivi, fejn huwa meħtieġ.

3.   Il-Presidenza għandha tibgħat in-notifika tal-laqgħa, flimkien ma’ l-abbozz ta’ l-aġenda u d-dokumenti għal-laqgħa, lill-Kap l-ieħor tad-Delegazzjoni mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ ħidma qabel il-laqgħa.

4.   Il-Kap l-ieħor tad-Delegazzjoni jista’ jitlob lill-Presidenza sabiex jitqassar il-perjodu indikat fil-paragrafu 3 u fl-Artikolu 2(3) sabiex titqies l-urġenza tal-kwistjoni partikolari.

Artikolu 5

Aġenda

1.   Il-Presidenza għandha tfassal l-aġenda proviżorja għal kull laqgħa bi ftehim mal-Kap l-ieħor tad-Delegazzjoni. Kwalunkwe punt li jintalab minn kwalunkwe delegazzjoni għandu jitniżżel fl-aġenda proviżorja, sakemm il-punt ikun intalab 30 jum ta’ ħidma qabel il-laqgħa skedata.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jinkludi fuq l-aġenda kwalunkwe punt li ma jidhirx fl-aġenda proviżorja.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat Konġunt fil-bidu ta’ kull laqgħa.

Artikolu 6

Sottokumitati u gruppi ta’ ħidma

1.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi sottokumitati u gruppi ta’ ħidma għal kompiti speċifiċi.

2.   L-għamla u l-proċeduri tas-sottokumitati u l-gruppi ta’ ħidma għandhom jinqablu skond ir-regoli applikabbli għall-Kumitat Konġunt.

3.   Is-sottokumitati u l-gruppi ta’ ħidma għandhom jirrapportaw direttament lill-Kumitat Konġunt u jaħdmu taħt l-awtorità tiegħu. Ma għandhomx ikunu awtorizzati jieħdu deċiżjonijiet iżda jistgħu jagħtu rakkomandazzjonijiet.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar emenda jew għeluq tal-mandat tas-sottokumitati u l-gruppi ta’ ħidma.

Artikolu 7

Rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet

1.   Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) tal-Ftehim għandu jiġi adottat permezz ta’ ftehim reċiproku bejn iż-żewġ delegazzjonijiet.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu intitolati “Rakkomandazzjoni” jew “Deċiżjoni”, segwiti min-numru tas-serje, id-data ta’ adozzjoni u indikazzjoni tat-tema.

3.   Id-deċiżjonijiet għandhom jinqasmu f’artikoli. Kull deċiżjoni għandha tibda bi preambolu u għandha tispiċċa bil-kliem “Magħmul/a fi”, segwit bil-post fejn ġiet adottata mill-Kumitat Konġunt u d-data. Id-deċiżjonijiet għandhom jinkludu d-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom u għandhom jorbtu l-Partijiet Kontraenti.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jitfasslu f’żewġ kopji u jiġu ffirmati għall-Kumitat Konġunt miż-żewġ Kapijiet tad-Delegazzjoni.

5.   Kull parti tista’ tiddeċiedi li tippubblika kwalunkwe rakkomandazzjoni jew deċiżjoni adottata mill-Kumitat Konġunt.

6.   Ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu adottati permezz ta’ proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Kapijiet ta’ Delegazzjoni jaqblu li jagħmlu hekk.

Għal dan l-għan il-Presidenza għandha tibgħat l-abbozz lill-Kap l-ieħor tad-Delegazzjoni. L-iskadenza stipulata fil-proċedura bil-miktub trid tkun mhux anqas minn 15-il jum ta’ ħidma.

Artikolu 8

Minuti

1.   Abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt għandu jitfassal fi żmien 15-il jum ta’ ħidma taħt ir-responsabiltà tal-Presidenza.

2.   Bħala regola ġenerali, għal kull punt fuq l-aġenda l-minuti għandhom jindikaw:

id-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat Konġunt;

l-istqarrijiet li ntalbu jiddaħħlu minn kwalunkwe Parti Kontraenti;

id-deċiżjonijiet meħuda, l-istqarrijiet li nqablu, u l-konklużjonijiet li ntlaħqu mill- Kumitat Konġunt;

ir-rakkomandazzjonijiet li saru.

3.   L-abbozz tal-minuti għandhom jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni taż-żewġ delegazzjonijiet permezz tal-proċedura bil-miktub skond l-Artikolu 7(6). Jekk din il-proċedura ma titlestiex, il-minuti għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt fil-laqgħa li jmiss.

4.   Il-minuti approvati għandhom jitfasslu f’żewġ kopji u għandhom jiġu ffirmati mis-Segretarji. Kull parti għandha żżomm kopja oriġinali.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

1.   Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ma għandhomx ikunu pubbliċi ħlief jekk il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi mod ieħor.

2.   Bla preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra applikabbli, id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt u tal-gruppi tiegħu ta’ ħidma għandhom ikunu protetti bl-obbligu ta’ segretezza professjonali, ħlief meta il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi mod ieħor.

3.   Sakemm id-delegazzjonijiet ma jiddeċiedux mod ieħor, il-minuti għandhom jikkostitwixxu dokumenti li huma aċċessibbli mill-pubbliku.

Artikolu 10

Spejjeż

1.   Kull Parti Kontraenti għandha terfa’ kwalunkwe spiża li ġġarrab fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u l-gruppi ta’ ħidma.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel dwar il-klassifikazzjoni ta’ l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe missjoni assenjata lill-esperti.

Artikolu 11

Korrispondenza

Il-korrispondenza kollha indirizzata lill-Presidenza tal-Kumitat Konġunt jew mibgħutha minnha għandha tintbagħat lis-Segretarjat tal-Kumitat Konġunt. Is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-korrispondenza kollha li tikkonċerna l-Ftehim lill-Kapijiet tad-Delegazzjoni, lill-Missjoni Żvizzera, lill-Unjoni Ewropea u lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni għall-Iżvizzera.


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Frar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 97/107/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer fil-Belġju

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 678)

(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)

(2008/176/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali [ħnieżer] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/107/KE (2) tawtorizza żewġ metodi (Capteur Gras/Maigre - Sydel (CGM) u Giralda Choirometer PG 200) għall-klassifikar ta’ karkassi tal-ħnieżer fil-Belġju.

(2)

Il-Belġju talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza tliet metodi ġodda għall-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer u ppreżenta r-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni fit-tieni parti tal-protokoll previst fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal [ħnieżer] (3).

(3)

Eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi huma sodisfatti.

(4)

Id-Deċiżjoni 97/107/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 97/107/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1:

“—

l-apparat imsejjaħ ‘VCS 2000’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 3 ta’ l-Anness;

l-apparat imsejjaħ ‘Hennessy Grading Probe (HGP4)’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 4 ta’ l-Anness;

l-apparat imsejjaħ ‘Optiscan-TP’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 5 ta’ l-Anness.”

(2)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(2)  ĠU L 39, 8.2.1997, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 97/734/KE (ĠU L 294, 28.10.1997, p. 6).

(3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 97/107/KE, jiżdiedu l-Partijiet 3, 4 u 5 li ġejjin:

“PARTI 3

VCS 2000

1.

Il-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta’ l-apparat magħruf bħala ‘VCS 2000’.

2.

L-apparat VCS 2000 huwa sistema ta’ pproċessar ta’ immaġni biex jiġu determinati awtomatikament il-valuri kummerċjali tan-nofsijiet tal-karkassi tal-majjal. Is-sistema tintuża onlajn fi ħdan is-sistema ta’ produzzjoni tal-biċċerija fejn permezz ta’ sistema tal-kamera n-nofsijiet tal-karkassi jiġu ffilmjati awtomatikament. Id-dejta dwar l-immaġni mbagħad tiġi pproċessata f’kompjuter permezz ta’ softwer ta’ pproċessar ta’ immaġni.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ 38 fattur varjabbli skond il-formula li ġejja:

Ŷ

=

54.078892 + 0,037085 * X5 + 0.256113 * X15 + 0.021655 * X16 + 33.97699 * X59 – 0.149103 * X88 – 0.106705 * X90 – 0.0768985 * X91 – 0.079832 * X95 – 0.079042 * X96 – 0.084983 * X97 + 0.039831 * X107 – 0.681172 * X108 + 0.234541 * X109 – 0.059871 * X113 – 4.149651 * X120 – 36.8824 * X147 – 19.9219 * X149 – 7.512613 * X156 – 0.086669 * X168 – 0.545069 * X171 – 0.386719 * X173 – 0.025001 * X175 – 1.410422 * X186 – 0.32873 * X192 – 0.260074 * X193 – 0.08137 * X196 + 141.2392 * X198 -141 236 * X199 – 12.7862 * X222 – 27.3973 * X227 – 289 576 * X228 + 425.3549 * X233 + 14.62961 * X234 – 0.97067 * X242 – 2.084821 * X243 – 3.11945 * X259 + 14.72706 * X270 – 0.949448 * X273

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X5, X15 … X273 huma l-fatturi varjabbli mkejla bil-VCS 2000.

4.

Deskrizzjonijiet tal-punti tal-kejl u l-metodu ta’ l-istatistika jinsabu fil-Parti II tal-protokoll Belġjan imwassal lill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

Il-formula għandha tkun valida għal karkassi bil-piż bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 4

HENNESSY GRADING PROBE (HGP4)

1.

Il-klassifika tal-karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta’ l-apparat magħruf bħala ‘Hennessy Grading Probe (HGP4)’.

2.

L-apparat HGP4 għandu jkun mgħammar bi probe bid-dijametru ta’ 5.95 millimetru (u ta’ 6.3 millimetru fix-xafra ta’ fuq tal-probe) li jkun fiha photodiode u photodetector u li jkollha distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ dgħif permezz ta’ l-HGP4 innifsu jew permezz ta’ kompjuter li jkun imqabbad miegħu.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 65.42464 – 1.06279 * X1 + 0.17920 * X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) f’millimetri, imkejla 6 ċm ’l bogħod mil-linja tad-diviżjoni bejn it-tielet u r-raba’ kustilji ta’ l-aħħar

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu f’millimetri, imkejla 6 ċm ’l bogħod mil-linja tad-diviżjoni bejn it-tielet u r-raba’ kustilji ta’ l-aħħar

Il-formula għandha tkun valida għal karkassi bil-piż bejn 60 u 130 kilogramma.

PARTI 5

OPTISCAN-TP

1.

Il-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta’ l-apparat magħruf bħala ‘Optiscan-TP’.

2.

L-apparat Optiscan-TP għandhu jkun mgħammar b’imager diġitali li tieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassa. L-immaġnijiet huma l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skond il-metodu taż-żewġ punti ‘Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)’. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ dgħif permezz ta’ l-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti jiġu ssejvjati u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kontrollati. L-interface Bluetooth® integrat jippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta.

3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 53.04153 – 0.68318 * X1 + 0.23131 * X2

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa

X1

=

l-iċken ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) fuq il-musculus gluteus medius f’millimetri

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari f’millimetri, imkejla bħala l-iqsar distanza bejn it-tarf ta’ quddiem (kranju) tal-musculus gluteus medius sat-tarf ta’ fuq (dorsali) tal-kanal ta’ l-ispina

Il-formula għandha tkun valida għal karkassi bil-piż bejn 60 u 130 kilogramma.”


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Frar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 96/550/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer fil-Finlandja [titlu mhux uffiċjali]

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 692)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2008/177/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali [ħnieżer] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/550/KE (2) tawtorizza żewġ metodi (Hennessy grading probe (HGP4) u Intrascope/Optical probe) għall-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer fil-Finlandja.

(2)

Il-Finlandja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-aġġornament ta’ formula waħda u l-użu ta’ metodu ġdid għall-klassfika ta’ karkassi tal-ħnieżer, u ppreżentat ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni fit-tieni parti tal-protokoll previst fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal (3).

(3)

Eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi huma sodisfatti.

(4)

Id-Deċiżjoni 96/550/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 96/550/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1 jiżdied l-inċiż kif ġej:

“—

l-apparat imsejjaħ ‘AutoFom’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 3 ta’ l-Anness”.

(2)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(2)  ĠU L 236, 18.9.1996, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/611/KE (ĠU L 210, 12.8.2005, p. 44).

(3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 96/550/KE huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1, il-Punt 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 66 485 - 0 511 • X1 - 0 418 • X2 + 0 099 • X3

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluza l-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla 8 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa wara l-aħħar kustilja,

X2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluza l-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla 6 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn 3/4 kustilji ta’ l-aħħar,

X3

=

il-ħxuna tal-muskolu f’millimetri mkejla fl-istess waqt u fl-istess post bħal X2.

Il-formula tkun valida għall-karkassi bil-piż bejn 51 u 120 kilogramma.”

(2)

Tiżdied il-Parti 3 li ġejja:

“PARTI 3

AUTOFOM

1.

Il-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta l-apparat imsejjaħ «Autofom» (Fully automatic ultrasonic carcass grading).

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il 2 MHz ultrasonic transducers (SFK Technology, K2KG), b’distanza operattiva ta’ 25 mm bejn it-transducers. Id-dejta ultrasonika għandu jkun fiha l-qisien tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar u tal-ħxuna tal-muskolu. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwali ta’ dgħif bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-perċentwali ta’ dgħif tal-karkassa għandha tiġi kkalkulata abbażi tat-68 punti tal-kejl permezz tal-formula li ġejja:

Ŷ

=

76,800 - 0,01167786 * x1 - 0,01317971 * x2 - 0,009175088 * x3 - 0,005996768 * x4 - 0,01173212 * x5 - 0,04896113 * x6 - 0,008025034 * x7 - 0,01613402 * x8 - 0,006821679 * x9 - 0,009693944 * x10 - 0,01666247 * x11 - 0,008599287 * x12 - 0,01388630 * x13 - 0,02382277 * x14 - 0,009909672 * x15 - 0,01052488 * x16 - 0,01585248 * x17 - 0,006577800 * x19 - 0,01006999 * x20 - 0,02106533 * x43 - 0,01944423 * x44 - 0,02164443 * x46 - 0,02921022 * x48 - 0,02278822 * x49 - 0,02547334 * x50 - 0,02160008 * x51 - 0,01571447 * x52 - 0,01747270 * x53 - 0,02080481 * x54 - 0,02177262 * x55 - 0,02252957 * x56 - 0,02000042 * x57 - 0,01807100 * x58 - 0,02179333 * x59 - 0,02585314 * x60 - 0,03213609 * x61 - 0,03414441 * x62 - 0,03224378 * x63 - 0,02679668 * x64 - 0,02288250 * x65 - 0,01564255 * x66 - 0,01840482 * x67 - 0,02092576 * x68 - 0,02055510 * x69 - 0,02120507 * x70 - 0,01979112 * x71 - 0,01872976 * x72 - 0,02209687 * x73 - 0,02208294 * x74 - 0,02225723 * x75 - 0,02202462 * x76 - 0,02235730 * x77 - 0,02216374 * x78 - 0,03553871 * x79 - 0,03541295 * x80 - 0,03623326 * x81 - 0,03634462 * x82 - 0,03638485 * x83 - 0,03605378 * x84 - 0,02140917 * x85 - 0,02137969 * x86 - 0,02150696 * x87 - 0,02101590 * x88 - 0,02077531 * x89 - 0,02098994 * x90 - 0,02476005 * x91 - 0,02936467 * x92 - 0,02118610 * x93

fejn:

Ŷ

=

il-kontenut stmat ta’ dgħif tal-karkassa,

x1, x2 … x93 huma l-fatturi varjabbli mkejla bl-Autofom.

4.

Id-deskrizzjonijiet tal-punti tal-kejl u l-metodu ta’ l-istatistika jinsabu fil-Parti II tal-protokoll Finlandiż imwassal lill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi bil-piż bejn 51 u 120 kilogramma.”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/30


DEĊIŻJONI 2008/178/PESK TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Presidenza,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Settembru 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1778 (2007), li tawtorizza l-Unjoni Ewropea li tiskjera fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, għal perijodu ta’ sena mid-data tad-dikjarazzjoni tal-kapaċità operattiva inizjali, operazzjoni maħsuba biex jitwettaq il-mandat stabbilit f’din ir-riżoluzzjoni.

(2)

Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni 1778 (2007) impenjat lill-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari lill-Istati ġirien taċ-Ċad u tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, biex jiffaċilitaw it-trasport lejn iċ-Ċad u r-Repubblika Ċentru-Afrikana b’mod liberu, mingħajr tfixkil u mingħajr telf ta’ żmien tal-persunal kif ukoll t-tagħmir, fornimenti u proviżjonijiet u merkanzija kollha oħra ddestinati għall-operazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.

(3)

Fil-15 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1) (EUFOR Tchad/RCA).

(4)

Parti importanti ta’ l-EUFOR Tchad/RCA ser tkun fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun.

(5)

B’segwitu għall-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill fit-18 ta’ Settembru 2007, f’konformità ma’ l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, innegozjat ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun.

(6)

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-Forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-UE”,

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istat ta’ transitu”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW:

ir-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Settembru 2007;

l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 tal-Kunsill dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA);

li dan il-Ftehim ma jolqotx id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt ftehimiet internazzjonali u strumenti oħrajn li jistabbilixxu qrati u tribunali internazzjonali, inkluż l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

QABLU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   L-għan ta’ dan il-Ftehim hu li jiddefinixxi l-modalitajiet ta’ transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun tal-persunal u tal-materjal ta’ l-EUFOR lejn iċ-Ċad u l-RCA.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea u l-persunal tagħhom.

3.   Dan il-Ftehim għandu japplika biss fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu.

4.   Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:

(a)

Forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea (EUFOR)” għandha tfisser il-kwartieri ġenerali militari ta’ l-UE u l-kontinġenti nazzjonali li jikkontribwixxu għall-operazzjoni, it-tagħmir tagħhom u l-mezzi tat-trasport tagħhom;

(b)

operazzjoni” għandha tfisser it-tħejjija, l-istabbiliment, l-eżekuzzjoni u l-appoġġ tal-missjoni militari b’segwitu għall-mandat li jirriżulta mir-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Settembru 2007;

(ċ)

Kmandant tal-Forza ta’ l-UE” għandha tfisser il-Kmandant fiż-żona ta’ l-operazzjonijiet;

(d)

kwartieri ġenerali militari ta’ l-UE” għandha tfisser il-kwartieri ġenerali militari u l-elementi tagħhom, hu x’inhu l-lok tagħhom, taħt l-awtorità tal-kmandanti militari ta’ l-UE li jeżerċitaw il-kmand militari jew il-kontroll ta’ l-operazzjoni;

(e)

kontinġenti nazzjonali” għandha tfisser l-unitajiet u l-elementi li jappartjenu lill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u lill-Istati l-oħrajn li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(f)

persunal ta’ l-EUFOR” għandha tfisser il-persunal ċivili u militari assenjat lill-EUFOR kif ukoll il-persunal insedjat għat-tħejjija ta’ l-operazzjoni u l-persunal fuq missjoni għal Stat Mittenti jew istituzzjoni ta’ l-UE fil-qafas ta’ l-operazzjoni, li jinsabu, ħlief kif previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu, bl-eċċezzjoni tal-persunal impjegat lokalment u l-persunal impjegat minn kuntratturi kummerċjali internazzjonali;

(g)

persunal impjegat lokalment” għandha tfisser il-persunal li jkunu ċittadini ta’ l-Istat ta’ transitu jew ikunu residenti permanenti fih;

(h)

faċilitajiet” għandha tfisser il-bini, l-akkomodazzjoni u l-art kollha meħtieġa għall-EUFOR u għall-persunal ta’ l-EUFOR;

(i)

Stat Mittenti” għandha tfisser Stat li jipprovdi kontinġent nazzjonali għall-EUFOR.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-EUFOR u l-persunal ta’ l-EUFOR għandhom jirrispettaw il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istat ta’ transitu u għandhom jastjenu minn kull azzjoni jew attività inkompatibbli ma’ l-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

2.   L-EUFOR għandha tinforma regolarment lill-Gvern ta’ l-Istat ta’ transitu bl-għadd tal-persunal u l-identità ta’ l-EUFOR li jinsabu fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu.

Artikolu 3

Identifikazzjoni

1.   Il-persunal ta’ l-EUFOR għandhom f’kull waqt iġorru magħhom il-passaporti jew il-karti ta’ l-identità militari tagħhom.

2.   Il-vetturi, l-inġenji ta’ l-ajru, il-bastimenti u l-mezzi l-oħrajn tat-trasport ta’ l-EUFOR għandhom ikollhom fuqhom marki ta’ identifikazzjoni u/jew pjanċi tar-reġistrazzjoni distintivi ta’ l-EUFOR, li għandhom ikunu notifikati lill-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ transitu.

3.   L-EUFOR għandha jkollha d-dritt li turi l-bandiera ta’ l-Unjoni Ewropea u marki distintivi, bħal insinji militari, titli u simboli uffiċjali, fuq il-faċilitajiet, il-vetturi u l-mezzi l-oħrajn tat-trasport tagħha. L-uniformijiet tal-persunal ta’ l-EUFOR għandu jkollhom fuqhom emblema distinta ta’ l-EUFOR. Il-bnadar jew l-insinji nazzjonali tal-kontinġenti nazzjonali li jkunu qed jipparteċipaw fl-operazzjoni jistgħu jintwerew fuq il-faċilitajiet, il-vetturi u l-mezzi l-oħrajn tat-trasport u l-uniformijiet ta’ l-EUFOR, kif jiddeċiedi l-kmandant tal-forza ta’ l-UE.

Artikolu 4

Qsim tal-fruntieri u moviment fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu

1.   Il-persunal ta’ l-EUFOR għandhom jidħlu fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu biss wara l-preżentazzjoni tad-dokumenti previsti fl-Artikolu 3(1) u, fil-każ ta’ l-ewwel dħul, ta’ ordni ta’ moviment individwali jew kollettiva maħruġa mill-EUFOR. Huma m’humiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-viża. Huma għandhom ikunu eżenti mill-formalitajiet ta’ l-emigrazzjoni u l-immigrazzjoni u l-kontroll doganali meta jidħlu, joħorġu jew ikunu fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu.

2.   Il-persunal ta’ l-EUFOR għandhom ikun eżenti mir-regolamenti ta’ l-Istat ta’ transitu li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-kontroll tal-barranin, iżda ma jiksbu ebda dritt għal residenza jew domiċilju permanenti fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu.

3.   Il-lista tar-riżorsi u tal-mezzi tat-trasport ta’ l-EUFOR, li jidħlu fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu b’appoġġ ta’ l-operazzjoni, għandha tkun ikkomunikata għal fini ta’ informazzjoni lill-Istat ta’ transitu. Dawn ir-riżorsi u l-mezzi ta’ trasport għandu jkollhom fuqhom l-emblema distintiva ta’ l-EUFOR biex tippermetti l-identifikazzjoni rapida tagħhom. L-Istat ta’ transitu għandu jiffaċilita l-formalitajiet amministrattivi u doganali għall-EUFOR. L-EUFOR hija eżenti milli tipproduċi xi dokument doganali ieħor kif ukoll minn tip ta’ spezzjoni.

4.   Il-persunal ta’ l-EUFOR jistgħu jsuqu vetturi bil-mutur, jinnavigaw bastimenti u jħaddmu inġenji ta’ l-ajru fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu bil-kondizzjoni li jkollhom liċenzji tas-sewqan, ċertifikati ta’ kaptan ta’ bastiment jew liċenzji ta’ bdot nazzjonali, internazzjonali jew militari validi, kif meħtieġ.

5.   Għall-fini ta’ l-operazzjoni, l-Istat ta’ transitu għandu jagħti lill-EUFOR u lill-persunal ta’ l-EUFOR il-libertà tal-moviment u l-libertà ta’ l-ivvjaġġar fit-territorju tiegħu permezz tal-kurituri ta’ transitu definiti fl-arranġamenti previsti fl-Artikolu 18, inkluż fil-baħar territorjali tiegħu u l-ispazju ta’ l-ajru tiegħu. Il-libertà tal-moviment fil-baħar territorjali ta’ l-Istat ta’ transitu għandu jinkludi l-waqfien u l-ankoraġġ fi kwalunkwe ċirkostanza.

6.   Għall-fini ta’ l-operazzjoni, l-EUFOR tista’ tuża t-toroq, il-pontijiet, it-tragetti, l-ajruporti u l-portijiet mingħajr ma tħallas dazji, imposti, taxxi u ħlasijiet simili. L-EUFOR m’għandhiex tkun eżenti mill-ħlasijiet għall-użin, mill-pedaġġi tat-toroq u mit-taxxa għat-trattament ta’ data portwarja li l-modalitajiet ta’ ħlas tagħhom għandhom jiġu ffissati fl-arranġamenti previsti fl-Artikolu 18 ta’ hawn taħt.

Artikolu 5

Privileġġi u immunitajiet ta’ l-EUFOR mogħtija mill-Istat ta’ transitu

1.   Il-faċilitajiet ta’ l-EUFOR għandhom ikunu invjolabbli. L-aġenti ta’ l-Istat ta’ transitu m’għandhomx jidħlu fihom mingħajr il-kunsens tal-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE.

2.   Il-faċilitajiet ta’ l-EUFOR, it-tagħmir tagħhom u l-beni oħra fihom kif ukoll il-mezzi ta’ trasport tagħhom għandhom ikunu immuni minn kull tfittxija, rekwiżizzjoni, qbid jew miżura ta’ eżekuzzjoni.

3.   L-EUFOR m’għandhiex tagħti kenn lill-persuni mfittxija mill-ġustizzja fl-Istat ta’ transitu.

4.   L-EUFOR, kif ukoll il-proprjetà u r-riżorsi tagħha, għandhom igawdu l-immunità minn kull forma ta’ proċess legali.

5.   L-arkivji u d-dokumenti ta’ l-EUFOR għandhom ikunu invjolabbli.

6.   Il-korrispondenza uffiċjali ta’ l-EUFOR għandha tkun invjolabbli. Korrispondenza uffiċjali tfisser kull korrispondenza relatata ma’ l-operazzjoni u l-funzjonijiet tagħha.

7.   Fir-rigward ta’ merkanzija mixtrija jew importata, is-servizzi pprovduti u l-faċilitajiet użati mill-EUFOR għall-finijiet ta’ l-operazzjoni, l-EUFOR, kif ukoll il-fornituri jew il-kuntratturi tagħha, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux ċittadini ta’ l-Istat ta’ transitu, għandhom ikunu eżenti mill-imposti, it-taxxi u l-ħlasijiet simili kollha nazzjonali, reġjonali u komunali.

8.   L-Istat ta’ transitu għandu jippermetti d-dħul ta’ oġġetti għall-operazzjoni u jeżentahom mid-dazji doganali, l-imposti, it-taxxi, ħlief it-taxxa għat-trattament ta’ data portwarja msemmija fl-Artikolu 4.6 hawn fuq, u l-ħlasijiet simili kollha ħlief għall-ħlasijiet għal ħżin, trasport u servizzi mogħtija oħrajn.

Artikolu 6

Privileġġi u immunitajiet tal-persunal ta’ l-EUFOR mogħtija mill-Istat ta’ transitu

1.   Il-persunal ta’ l-EUFOR m’għandhomx ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ arrest jew detenzjoni.

2.   Id-dokumenti, il-korrispondenza u l-proprjetà tal-persunal ta’ l-EUFOR għandhom igawdu l-invjolabbiltà, ħlief fil-każ ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni awtorizzati skond il-paragrafu 6.

3.   Il-persunal ta’ l-EUFOR għandhom igawdu l-immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali ta’ l-Istat ta’ transitu.

L-immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-persunal ta’ l-EUFOR tista’ tiġi rinunċjata mill-Istat Mittenti jew l-istituzzjoni ta’ l-UE konċernata, skond il-każ. Tali rinunċja għandha dejjem tkun espressa.

4.   Il-persunal ta’ l-EUFOR għandhom igawdu l-immunità mill-ġurisdizzjoni ċivili u amministrattiva ta’ l-Istat ta’ transitu għall-atti kollha li jwettqu fil-qadi tal-funzjonijiet uffiċjali tagħhom. Jekk jitressaq xi proċediment ċivili kontra l-persunal ta’ l-EUFOR quddiem kwalunkwe qorti ta’ l-Istat ta’ transitu, il-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE u l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mittenti jew ta’ l-istituzzjoni ta’ l-UE għandhom jiġu notifikati minnufih. Qabel il-bidu tal-proċedimenti quddiem il-qorti, il-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE u l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mittenti jew ta’ l-istituzzjoni ta’ l-UE għandhom jiċċertifikaw, wara parir konsultattiv formali mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu, jekk l-att in kwistjoni kienx twettaq mill-persunal ta’ l-EUFOR fil-qadi tal-funzjonijiet uffiċjali tagħhom.

Jekk l-att twettaq fil-qadi ta’ funzjonijiet uffiċjali tagħhom, il-proċedimenti m’għandhomx jinbdew u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15. Jekk l-att ma ġiex imwettaq fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet uffiċjali, il-proċedimenti jistgħu jitkomplew. Iċ-ċertifikazzjoni mill-kmandant tal-forza ta’ l-UE u l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat kontributur jew l-istituzzjoni kkonċernata ta’ l-UE għandha tkun vinkolanti fuq il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat ta’ transitu li ma jistax jikkontestaha.

Il-bidu ta’ proċedimenti mill-persunal ta’ l-EUFOR għandu jipprekludihom milli jinvokaw l-immunità mill-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe kontro-talba relatata direttament mat-talba prinċipali.

5.   Il-persunal ta’ l-EUFOR m’humiex obbligati li jagħtu xhieda.

6.   L-ebda miżura ta’ eżekuzzjoni ma tista’ tittieħed fir-rigward tal-persunal ta’ l-EUFOR, ħlief fil-każ li jinfetħu kontrihom proċedimenti ċivili mhux relatati mal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu. Il-proprjetà tal-persunal ta’ l-EUFOR, li tkun iċċertifikata mill-kmandant tal-forza ta’ l-UE bħala meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet uffiċjali tagħhom, għandha tkun ħielsa mis-sekwestru għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza, deċiżjoni jew ordni. Fi proċedimenti ċivili l-persunal ta’ l-EUFOR m’għandu jkun suġġett għal ebda restrizzjoni tal-libertà personali tiegħu jew għal xi miżuri oħra ta’ kostrinġiment.

7.   L-immunità tal-persunal ta’ l-EUFOR mill-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat ta’ transitu ma teżentahomx mill-ġurisdizzjoniijiet ta’ l-Istati Mittenti rispettivi.

8.   Il-persunal ta’ l-EUFOR għandhom fir-rigward tas-servizzi mwettqa għall-EUFOR ikunu eżenti mid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jistgħu jkunu fis-seħħ fl-Istat ta’ transitu.

9.   Il-persunal ta’ l-EUFOR għandhom ikunu eżenti minn kull forma ta’ tassazzjoni fl-Istat ta’ transitu fuq is-salarju u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-EUFOR jew mill-Istati Mittenti, kif ukoll fuq kwalunkwe dħul li jirċievu minn barra l-Istat ta’ transitu.

10.   L-Istat ta’ transitu għandu, b’mod konformi ma’ tali liġijiet u regolamenti li jista’ jadotta, jippermetti d-dħul ta’ u jagħti eżenzjoni minn kull dazju doganali, taxxa u ħlas relatat ħlief għall-ħlasijiet għal ħżin, trasport u servizzi simili, fuq oġġetti għall-użu personali tal-persunal ta’ l-EUFOR.

Il-bagalji personali tal-persunal ta’ l-EUFOR għandhom ikunu eżenti mill-ispezzjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji sabiex ikun preżunt li jkollhom fihom oġġetti li ma jkunux għall-użu personali tal-persunal ta’ l-EUFOR, jew oġġetti li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħhom tkun projbita mil-liġi jew kontrollata mir-regolamenti ta’ kwarantina ta’ l-Istat ta’ transitu. Tali spezzjoni għandha titmexxa biss fil-preżenza tal-persunal ta’ l-EUFOR konċernat jew ta’ rappreżentant awtorizzat ta’ l-EUFOR.

Artikolu 7

Persunal impjegat lokalment

Il-persunal reklutat lokalment ma jibbenefika minn ebda privileġġ jew immunità. Madankollu, l-Istat ta’ transitu għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu b’tali mod li ma jfixkilx eċċessivament it-twettiq tal-funzjonijiet ta’ l-operazzjoni.

Artikolu 8

Ġurisdizzjoni kriminali

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Mittenti għandhom id-dritt jeżerċitaw fit-territorju ta’ l-Istat ta’ transitu, f’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan ta’ l-aħħar, il-ġurisdizzjoni kriminali u s-setgħat dixxiplinarji kollha mogħtija lilhom bil-liġi ta’ l-Istat Mittenti fir-rigward tal-persunal kollu ta’ l-EUFOR suġġett għal-liġi relevanti ta’ l-Istat Mittenti.

Artikolu 9

Uniformi u armi

1.   L-ilbies ta’ l-uniformi għandu jkun suġġett għar-regoli adottati mill-Kmandant tal-Forza ta’ l- UE.

2.   Il-persunal militari ta’ l-EUFOR jistgħu jġorru armi ta’ kalibru żgħir individwali u munizzjon korrispndenti bil-kondizzjoni li jkunu awtorizzati jagħmlu dan skond l-ordnijiet li jkollhom. Il-lista ta’ dawn l-armi u tad-detenturi tagħhom għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu.

Artikolu 10

Appoġġ mill-Istat ta’ transitu u kuntratti

1.   L-Istat ta’ transitu jaċċetta, jekk jintalab, li jgħin lill-EUFOR fit-tfittxija għal faċilitajiet xierqa.

2.   L-Istat ta’ transitu għandu jipprovdi, mingħajr ħlas, faċilitajiet li tagħhom ikun il-proprjetarju, safejn dawn il-faċilitajiet huma meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet amministrattivi u operattivi ta’ l-EUFOR.

3.   Skond il-mezzi u l-kapaċitajiet tiegħu, l-Istat ta’ transitu għandu jgħin fit-tħejjija, l-istabbiliment, it-twettiq u s-sostenn ta’ l-operazzjoni. Il-miżuri ta’ sigurtà meħuda mill-Istat ta’ transitu fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13(1) hawn taħt huma mingħajr ħlas.

4.   Il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-EUFOR fl-Istat ta’ transitu għandha tkun il-lex fori. Il-proċedura tar-riżoluzzjoni tat-tilwim imsemmija fl-Artikolu 15(3), (4) u (5), hawn taħt tapplika għat-tilwim li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti.

5.   L-Istat ta’ transitu għandu jiffaċilita l-eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi mill-EUFOR ma’ l-entitajiet kummerċjali għall-finijiet ta’ l-operazzjoni.

Artikolu 11

Modifika għall-faċilitajiet

1.   L-EUFOR għandha tkun awtorizzata li tibni, taltera jew timmodifika mod ieħor il-faċilitajiet skond ma jkun hemm bżonn għall-ħtiġiet ta’ transitu tagħha u għat-tul ta’ l-operazzjoni, skond il-modalitajiet li jidhru fl-arranġamenti previsti fl-Artikolu 18.

2.   L-Istat ta’ transitu m’għandu jitlob mill-EUFOR l-ebda kumpens għal tali bini, alterazzjonijiet jew modifiki, ħlief għal xi dannu kbir għall-faċilitajiet tal-bidu.

Artikolu 12

Membri tal-persunal ta’ l-EUFOR li jitilfu ħajjithom

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkollu d-dritt li jieħu f’idejh u li jagħmel l-arranġamenti xierqa għar-ripatrijazzjoni ta’ kwalunkwe membru mejjet tal-persunal ta’ l-EUFOR, kif ukoll tal-proprjetà personali tiegħu.

2.   M’għandha ssir ebda awtopsja fuq membru mejjet ta’ l-EUFOR mingħajr il-kunsens ta’ l-Istat konċernat u jekk mhux fil-presenza ta’ rappreżentant ta’ l-EUFOR u/jew l-Istat konċernat.

3.   L-Istat ta’ transitu u l-EUFOR għandhom jikkooperaw kemm jista’ jkun bil-ħsieb li persunal mejjet ta’ l-EUFOR jiġi ripatrijat malajr.

Artikolu 13

Sigurtà ta’ l-EUFOR u Pulizija Militari

1.   L-Istat ta’ transitu għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà ta’ l-EUFOR u l-persunal tiegħu.

2.   L-EUFOR għandha tkun awtorizzata tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura l-protezzjoni tal-faċilitajiet u l-konvojs tagħha, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu.

3.   Il-kontinġenti nazzjonali jistgħu jużaw persunal tal-pulizija ġudizzjarja biex iwettqu l-istħarriġ meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-ġurisdizzjoni penali previsti fl-Artikolu 8.

Artikolu 14

Komunikazzjonijiet

1.   L-EUFOR tista’ tistalla u topera stazzjonijiet tar-radju emittenti u riċevituri, kif ukoll sistemi satellitari. Hija għandha tikkoopera ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu bil-ħsieb li jiġu evitati konflitti fl-użu tal-frekwenzi adatti. L-aċċess għall-ispektrum ta’ frekwenzi għandha tingħata skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ta’ l-Istat ta’ transitu.

2.   L-EUFOR għandha tgawdi d-dritt għal komunikazzjoni bla restrizzjonijiet bir-radju (inkluż radju satellitari, mobbli jew ta’ l-idejn), bit-telefon, bit-telegrafu, bil-fax u b’mezzi oħrajn, kif ukoll id-dritt li tistalla t-tagħmir meħtieġ għat-tali komunikazzjonijiet fi ħdan u bejn il-faċilitajiet ta’ l-EUFOR.

3.   Fil-faċilitajiet tagħha stess l-EUFOR tista’ tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex titwassal il-posta indirizzata lil jew mill-EUFOR u/jew il-persunal ta’ l-EUFOR.

Artikolu 15

Talba għall-indennizz għal mewt, korriment, ħsara jew telf

1.   It-talbiet għal indennizz għall-ħsara jew telf ta’ proprjetà ċivili jew tal-gvern, kif ukoll talbiet għal indennizz għall-mewt jew korriment ta’ persuni u għall-ħsara jew telf ta’ proprjetà ta’ l-EUFOR relatati ma’ ħtiġiet ta’ transitu ta’ l-EUFOR għandhom jkunu solvuti amikevolment.

2.   Dawn it-talbiet għandhom jitressqu lill-EUFOR permezz ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu, fir-rigward tat-talbiet imressqa minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi mill-Istat ta’ transitu, jew lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu, fir-rigward tat-talbiet imressqa mill-EUFOR.

3.   Fejn ma tistax tinstab soluzzjoni amikevoli, it-talba għandha tintbagħat lil kummissjoni ta’ indennizz magħmula fuq bażi ugwali minn rappreżentanti ta’ l-EUFOR u rappreżentanti ta’ l-Istat ta’ transitu. Ir-riżoluzzjoni ta’ talbiet għandhom jintlaħqu bi qbil komuni.

4.   Fejn ma tistax tintlaħaq soluzzjoni fi ħdan il-kummissjoni ta’ indemnizz, it-tilwima għandha titressaq quddiem tribunal ta’ arbitraġġ, li d-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu jorbtu.

5.   It-tribunal ta’ l-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tlitt arbitri, li wieħed minnhom ikun maħtur mill-Istat ta’ transitu, ieħor ikun maħtur mill-EUFOR u t-tielet wieħed ikun maħtur b’mod konġunt mill-Istat ta’ transitu u l-EUFOR. Jekk waħda mill-partijiet ma taħtarx arbitru fi żmien xahrejn jew jekk ma jistax jintlaħaq qbil bejn l-Istat ta’ transitu u l-EUFOR dwar il-ħatra tat-tielet arbitru, l-arbitru in kwistjoni għandu jinħatar mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

6.   Għandu jiġi konkluż arranġament amministrattiv bejn l-EUFOR u l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istat ta’ transitu sabiex jiġu determinati t-termini ta’ referenza tal-kummissjoni ta’ indennizz u tat-tribunal, il-proċedura applikabbli fi ħdan dawn l-organi u l-kondizzjonijiet li bihom għandhom jiġu ppreżentati t-talbiet.

Artikolu 16

Kollegamenti ta’ kooperazzjoni u tilwim

1.   Il-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw in konnessjoni ma’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu eżaminati b’mod konġunt mir-rappreżentanti ta’ l-EUFOR u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu.

2.   F’nuqqas ta’ xi riżoluzzjoni minn qabel, it-tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi riżolt esklussivament b’mezzi diplomatiċi bejn l-Istati ta’ transitu u rappreżentanti ta’ l-UE.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet oħra

1.   Kull meta dan il-Ftehim jirriferi għall-privileġġi, immunitajiet, u drittijiet ta’ l-EUFOR u tal-persunal ta’ l-EUFOR, il-Gvern ta’ l-Istat ta’ transitu għandu jkun responsabbli għall-implementazzjoni u r-rispett tagħhom min-naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ transitu.

2.   Xejn f’ dan il-Ftehim ma huwa intiż jew għandu jiftiehem li jikkostitwixxi deroga minn kwalunkwe dritt li minnu jgawdi, skond xi ftehim ieħor, Stat Membru ta’ l-UE jew kwalunkwe Stat ieħor li jikkontribwixxi għall-EUFOR.

Artikolu 18

Arranġamenti implimentattivi

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-kwistjonijiet operattivi, amministrattivi u tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ arranġamenti separati li jiġu konklużi bejn il-Kmandant tal-Forza ta’ l-UE u l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istat ta’ transitu.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum meta jiġi ffirmat u għandu jibqa’ fis-seħħ sad-data tat-tluq ta’ l-aħħar membru tal-persunal ta’ l-EUFOR, kif notifikat mill-EUFOR lill-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ transitu.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(1), (2), (4) (7) u (8), l-Artikolu 6(1), (3), (4), (6) u (8) sa (10), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 11, l-Artikolu 13(1) (2) u (3) u l-Artikolu (15) għandhom jitqiesu bħala applikabbli mid-data ta’ l-iskjerament ta’ l-ewwel membru tal-persunal ta’ l-EUFOR jekk dik id-data ġiet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

3.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.

4.   It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim m’għandhiex taffettwa d-drittijiet jew l-obbligi li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-Ftehim qabel tali terminazzjoni.

Magħmul f’Yaoundé, fis-6 ta’ Frar 2008 f’erba’ eżemplari oriġinali fil-lingwa Franċiża u Ingliża, biż-żewġ testi jkunu awtentiċi b’mod ugwali.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Istat ta’ transitu


1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/37


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/179/PESK

tad-29 ta’ Frar 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ April 2005 tar-Riżoluzzjoni 1596 (2005), il-Kunsill adotta, fit-13 ta’ Ġunju 2005, il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK).

(2)

Fid-9 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/654/PESK (2) li temenda u testendi sal-15 ta’ Frar 2008 l-miżuri restrittivi kontra r-RDK, biex b’hekk tiġi implimentata Riżoluzzjoni 1771 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiiet Uniti (UNSCR).

(3)

Fil-15 ta’ Frar 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta UNSCR 1799 (2008) li testendi l-miżuri kontra r-RDK sal-31 ta’ Marzu 2008.

(4)

Il-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK għandha għalhekk tiġi estiża,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Artikolu 8 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/440/PESK, għandu jiġu mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi riveduta, emendata jew revokata skond il-każ, fid-dawl tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. COTMAN


(1)  ĠU L 152, 15.6.2005, p. 22.

(2)  ĠU L 264, 10.10.2007, p. 11