ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
28 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 171/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jżomm ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 dwar l-estensjoni tad-dazju ta’ kontra d-dumping impost fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ ċerti parts tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 173/2008 tas-27 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/2008 tas-27 ta’ Frar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 994/2007 li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakstan, minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u mir-Russja

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 175/2008 tas-27 ta’ Frar 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwota tariffarja stabbilita għas-subperjodu ta’ Frar 2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

25

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/166/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2007 – Għajnuna mill-Istat C 39/06 (ex NN 94/05) – Skema ta’ azzjonisti għall-ewwel darba implimentata mir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5398)  ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 171/2008

tal-25 ta’ Frar 2008

li jżomm ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 dwar l-estensjoni tad-dazju ta’ kontra d-dumping impost fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ ċerti parts tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 9, 11(3) u 13(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F'Settembru ta’ l-1993, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2474/93 (2), impona dazju definittiv ta’ 30.6 % ta’ kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“Ir-RPĊ”). Bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1095/2005 (3), bl-aħħar reviżjoni, id-dazju żdied għal 48.5 % (“il-miżura prinċipali”).

(2)

F'Jannar ta’ l-1997, wara investigazzjoni fl-allegata evażjoni mid-dazju ta’ kontra d-dumping imsemmi hawn fuq fil-forma ta’ armar ta’ roti fil-Komunità billi jintużaw parts tar-roti li ġejjin miċ-Ċina, bir-Regolament (KE) Nru 71/97 (4) estenda d-dazju ta’ kontra d-dumping fuq roti li joriġinaw mir-RPĊ għall-importazzjoni ta’ parts essenzjali tar-roti li joriġinaw fir-RPĊ, skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku (“il-miżura ta’ kontra l-evażjoni”). Il-miżura ta’ kontra l-evażjoni stipulat ukoll li għandha tiġi stabbilita skema ta’ eżenzjoni sabiex tippermetti lil dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti u li ma jkunux qed jiksru l-miżura dwar ir-roti biex jimpurtaw parts tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina mingħajr ma jħallsu d-dazju ta’ kontra d-dumping, billi teżentahom mill-miżura li ġiet estiża għall-parts tar-roti.

(3)

F'Ġunju ta’ l-1997, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (5) dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni ta’ l-importazzjoni ta’ uħud mill-parts tar-rota li joriġinaw mir-RPĊ mill-estensjoni t'hawn fuq, u fih stabbilixxiet il-qafas legali għall-operat ta’ l-iskema ta’ eżenzjoni (“l-iskema ta’ eżenzjoni”).

(4)

B'riżultat tat-tliet miżuri t'hawn fuq, fil-preżent hemm fis-seħħ dazju ta’ kontra d-dumping ta’ 48.5 % fuq roti li joriġinaw mir-RPĊ u dan id-dazju hu estiż għal ċerti parts tar-roti li joriġinaw mir-RPĊ, imma dawk il-kumpaniji li jarmaw dawn ir-roti fil-Komunità u li ma josservawx il-miżura jistgħu jiġu eżentati minn din ta’ l-aħħar, i.e. mid-dazju li jitħallas fuq il-parts tar-roti.

2.   Bażijiet għar-reviżjoni

(5)

Minn meta l-miżuri ġew estiżi wkoll għall-importazzjoni ta’ ċerti parts tar-roti, il-Kummissjoni tat eżenzjoni mill-miżura ta’ kontra l-evażjoni lil numru kbir ta’ kumpaniji bbażati fil-Komunità. Il-Kummissjoni kompliet tirċievi talbiet għall-eżenzjoni, u hekk in-numru ta’ partijiet li jitolbu eżenzjoni kiber b'mod sinjifikanti. Fl-istess ħin, ma kien hemm ebda indikazzjonijiet apparenti ta’ prattiċi ta’ evażjoni mill-kumpaniji li ġew mogħtija eżenzjoni.

(6)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha biżżejjed evidenza prima facie illi li kieku l-miżura ta’ kontra l-evażjoni kellha titneħħa, ma jkun hemm ebda kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ prattiċi ta’ evażjoni.

(7)

Barra minn dan, il-miżura ta’ kontra l-evażjoni ilha fis-seħħ għaxar snin u minn meta ġiet introdotta qatt ma ġiet riveduta.

(8)

Wara li ddeterminat, wara li avviċinat il-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-inizjazzjoni ta’ reviżjoni skond l-Artikolu 13(4) u 11(3) tar-Regolament bażiku, fit-28 ta’ Novembru 2006 il-Kummissjoni inizjat ir-reviżjoni tal-miżura ta’ kontra l-evażjoni billi ppubblikat avviż ta’ inizjazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (6).

3.   Investigazzjoni

(9)

L-għan ta’ l-investigazzjoni kien li jeżamina l-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-miżura ta’ kontra l-evażjoni.

3.1.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(10)

L-investigazzjoni kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 u t-30 ta’ Settembru 2006 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew il-“PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ l-evażjoni kopriet il-perjodu ta’ bejn l-2003 sa tmiem il-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”).

3.2.   Il-partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni

(11)

Il-Kummissjoni ssuġġeriet b'mod uffiċjali lil dawk il-kumpaniji magħrufa li jarmaw ir-roti fil-Komunità u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom bl-inizjazzjoni tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

(12)

Il-partijiet interessati kollha, li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

(13)

Fid-dawl ta’ l-għadd kbir ta’ dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti li jidher li hemm fil-Komunità u li huma involuti f'din l-investigazzjoni għal reviżjoni, kien ikkunsidrat li hu xieraq li jittieħed kampjun, b'konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni biex tagħżel kampjun, il-partijiet t'hawn fuq kienu mitluba, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-inizjazzjoni ta’ l-investigazzjoni u biex jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni.

(14)

Numru kbir ta’ dawk li jarmaw ir-roti fil-Komunità – 158 kumpanija – imlew il-formola tal-kampjun sew u qablu li jikkooperaw aktar fl-investigazzjoni. Tmienja minn dawn il-158 kumpanija, li nstabu li huma rappreżentattivi ta’ l-industrija fil-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam ma’ volum ta’ armar u bejgħ ta’ roti fil-Komunità, ingħażlu bħala kampjun. It-tmien kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità u li ngħażlu bħala kampjun kienu jirrappreżentaw terz tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija fil-Komunità waqt il-PIR, filwaqt li l-158 kumpanija li tarma r-roti fil-Komunità kienu jirrappreżentaw kważi l-produzzjoni kollha kemm hi tal-produzzjoni fil-Komunità. Dan il-kampjun kien jikkostitwixxi l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ roti fil-Komunità li seta', raġonevolment, ikun investigat fiż-żmien disponibbli.

(15)

Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar il-kampjun magħżul u ma kellhom l-ebda oġġezzjoni dwaru.

(16)

Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lit-tmien kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità u li kienu fil-kampjun, u mingħandhom intlaqgħu t-tweġibiet għall-kwestjonarji.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset bħala meħtieġ għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin li kienu fil-kampjun:

Planet'Fun S.A., Périgny, Franza;

Decathlon Italia SRL, Milan, l-Italja;

F.lli Masciaghi SPA, Basiano, l-Italja;

Denver SRL, Dronero-Cuneo, l-Italja.

B.   IL-PRODOTT RIVEDUT

(18)

Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa parts essenzjali tar-roti:

oqfsa (frames) tar-roti miżbugħa jew anodizzati jew ippolixjati u/jew mogħtija l-lostru, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM ex 8714 91 10,

frieket ta’ quddiem tar-roti miżbugħa jew anodizzati jew ippolixjati u/jew mogħtija l-lostru, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM ex 8714 91 30,

derailleur gears, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 8714 99 50,

gear tal-pedali (crank-gear), bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 8714 96 30,

free-wheel sprocket-wheels, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 8714 93 90, kemm jekk preżentati f'settijiet kif ukoll jekk le,

brejkijiet oħra, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 8714 94 30,

mankijiet tal-brejkijiet, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 8714 94 90, kemm jekk preżentati f'settijiet kif ukoll jekk le,

roti sħaħ bit-tubi u bla tubi, tajers u sprockets, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM ex 8714 99 90, u

manubriji, bħalissa klassifikabbli taħt il-kodiċi NM 8714 99 10, kemm jekk preżentati bis-sieq, bil-mankijiet tal-brejkijiet u/jew tal-gerijiet imwaħħla, kif ukoll jekk le,

li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). Il-kodiċijiet tan-NM qed jingħataw biss għat-tagħrif.

C.   L-ASSENZA TAR-RISPETT TAL-MIŻURI ta’ KONTRA L-EVAŻJONI U D-DURABILITÀ

1.   Il-qafas legali

(19)

Sabiex tiġi analizzata l-ħtieġa għall-kontinwazzjoni tal-miżura ta’ kontra l-evażjoni kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (9), ir-reviżjoni stħarrġet jekk kienx hemm evażjoni fil-forma ta’ attivitajiet ta’ armar waqt il-PIR, u jekk ċirkostanzi tali kinux permanenti.

(20)

B'mod aktar speċifiku ġie analizzat jekk il-kriterji li jistabbilixxu evażjoni fil-forma ta’ armar, kif stipulati fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku, kinux ġew sodisfatti waqt il-PIR, u jekk hemmx probabbiltà li dawn il-kriterji jiġu sodisfatti kemm-il darba titneħħa l-miżura ta’ kontra l-evażjoni.

(21)

Għall-faċilitazzjoni ta’ referenza, dawn il-kriterji huma mniżżla hawn taħt:

“(a)

l-operazzjoni bdiet jew żdiedet sostanzjalment minn meta, jew eżatt qabel, bdiet l-investigazzjoni kontra d-dumping, u l-partijiet ikkonċernati huma mill-pajjiż suġġett għall-miżuri; u

(b)

il-parts jikkostitwixxu 60 % jew iktar mill-valur totali tal-parts tal-prodott armat, iżda l-evażjoni fl-ebda każ ma għandha titqies li qiegħda sseħħ fejn il-valur miżjud fuq il-parts miġjuba, waqt l-armar jew il-kompletazzjoni tal-prodott, jeċċedi l-25 % ta’ l-ispiża tal-fabbrikazzjoni; u

(ċ)

l-effetti ta’ rimedju b'riżultat tad-dazju qegħdin jiddgħajfu f'termini tal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet tal-prodott simili armat u hemm evidenza ta’ dumping fejn jidħlu l-valuri normali li jkunu laħqu ġew stabbiliti għal prodotti bħalhom jew simili.”

2.   L-eżistenza ta’ evażjoni waqt il-PIR

(22)

Kien eżaminat jekk, waqt il-PIR, dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità naqsux milli jirrispettaw il-miżuri ta’ kontra l-evażjoni li kienu fis-seħħ.

(23)

Il-kumpaniji kollha li kkooperaw fl-investigazzjoni kienu jarmaw ir-roti fil-Komunità u kienu eżentati mill-miżura ta’ kontra l-evażjoni, i.e. biex jarmaw ir-roti tagħhom setgħu jimpurtaw u jużaw parts tar-roti Ċiniżi eżentati mid-dazju ta’ kontra d-dumping kemm-il darba l-proporzjon ta’ dawn il-parts Ċiniżi ma kinitx teċċedi s-60 % tal-valur totali tal-parts tar-roti armati. Mill-investigazzjoni ħareġ li l-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità magħżula fil-kampjun osservaw din ir-regola minħabba li ma kien hemm xejn x'juri li l-użu tagħhom ta’ parts Ċiniżi eċċeda s-60 %.

(24)

Wara l-evalwazzjoni tat-tmien kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità magħżula fil-kampjun u tal-158 kwestjonarju mibgħut lura mimli sew, ġie stabbilit li l-proporzjon medju ta’ parts Ċiniżi mit-tmien kumpaniji magħżula fil-kampjun kien ta’ 37 %, i.e. ferm inqas mil-limitu ta’ 60 %. Il-proporzjon globali ta’ dawk il-kumpaniji kollha li jarmaw ir-roti u li kkooperaw kien terġa' aktar baxx u kien ta’ 29 % waqt il-PIR.

(25)

Il-proporzjonijiet li jissemmew hawn fuq għas-snin 2003, 2004 u 2005 jidhru fit-tabella t'hawn taħt:

Image

(26)

Minħabba li wieħed mill-kriterji ta’ l-evażjoni ma kienx ġie sodisfatt, dawn il-kumpaniji li jarmaw ir-roti nstabu li ma kinux qed jonqsu milli josservaw il-miżuri eżistenti u li kienu qed jirrispettaw il-kundizzjonijiet relatati ma’ l-eżenzjonijiet tagħhom.

(27)

Il-perċentwal ta’ kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità u li kkooperaw kien għoli ħafna, i.e. 'il fuq minn 90 % f'termini ta’ volum ta’ roti mibjugħa minn kumpaniji li jarmawhom fil-KE, u ma nstabet l-ebda evidenza li kumpaniji oħra li jarmaw ir-roti kienu naqsu milli jirrispettaw il-miżura prinċipali. Għalhekk, u fin-nuqqas ta’ evidenza li tindika l-kuntrarju, wieħed jista' jikkonkludi li waqt il-PIR ma seħħet l-ebda evażjoni mill-miżura prinċipali.

3.   Durabilità

(28)

Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, kien eżaminat ukoll jekk l-assenza ta’ prattiċi ta’ evażjoni kinitx permanenti, i.e. jekk kienx hemm il-probbabiltà li l-evażjoni terġa' tixref kemm-il darba l-miżura ta’ kontra l-evażjoni kellha titneħħa.

3.1.   L-introduzzjoni jew iż-żieda sostanzjali ta’ l-attivitajiet ta’ armar

(29)

L-ewwel ġie analizzat jekk wara li titneħħa l-miżura ta’ kontra l-evażjoni kienux se jinbdew attivitajiet ġodda ta’ armar jew jekk dawn kinux se jiżdiedu sostanzjalment. F'dan is-sens, ta’ min ifakkar li waqt l-investigazzjoni inizjali ta’ kontra l-evażjoni kien instab li wara l-impożizzjoni ta’ miżuri prinċipali dwar ir-roti Ċiniżi fl-1993, l-armar tal-parts tar-roti Ċiniżi baqa' jiżdied sostanzjalment sal-1997, is-sena li fiha ġiet imposta l-miżura ta’ kontra l-evażjoni. Kien hemm tibdiliet sinjifikanti fir-ritmu tal-kummerċ: l-importazzjoni ta’ roti Ċiniżi naqset drastikament, filwaqt li l-importazzjoni ta’ parts Ċiniżi malajr bdiet tiżdied. Din l-esperjenza mill-passat indikat li hemm riskju li fl-assenza ta’ miżura ta’ kontra l-evażjoni, l-importazzjoni ta’ parts Ċiniżi u l-armar tar-roti bl-użu ta’ dawn il-parts jistgħu jerġgħu jiżdiedu sostanzjalment.

(30)

Barra minn hekk, mill-investigazzjoni ħareġ li, b'mod ġenerali, il-parts tar-roti Ċiniżi huma irħas mill-parts tar-roti ta’ kwalunkwe oriġini oħra. Konsegwentement, jekk xi kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità kellhom iżidu l-użu ta’ parts Ċiniżi, x'aktarx jiġri li kumpaniji oħra jibdew jużaw aktar parts Ċiniżi wkoll sabiex jibqgħu kompetittivi.

(31)

Fid-dawl ta’ dan kollu, ma jistx jiġi eskluż li t-tneħħija tal-miżura ta’ kontra l-evażjoni tispiċċa twassal għal żieda sostanzjali ta’ importazzjoni ta’ parts Ċiniżi u ta’ armar tar-roti.

3.2.   Il-kriterju li jikkonċerna l-limitu ta’ 60 % ta’ parts Ċiniżi

(32)

Ġie eżaminat jekk hemmx probabbiltà li l-proporzjon ta’ parts Ċiniżi użati minn kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-KE jeċċedi s-60 % tal-valur tal-parts kollha użati fl-armar tar-roti f'każ li titneħħa l-miżura ta’ kontra l-evażjoni.

(33)

ta’ min ifakkar li, kif imsemmi hawn fuq, fil-premessa (24), waqt il-PIR il-proporzjon medju globali tal-partijet Ċiniżi kien ta’ 29 %, i.e. ferm inqas mil-limitu ta’ 60 %. Il-proporzjon medju globali tat-tmien produtturi li ngħażlu fil-kampjun kien kemxejn ogħla, 37 %.

(34)

Mill-investigazzoni ħareġ li dan li ġej jista', sa ċertu punt, jispjega għaliex il-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-KE kienu jużaw proporzjonijiet ta’ parts Ċiniżi ferm inqas mis-60 % permessi mir-regoli relatati ma’ l-eżenzjoni tagħhom:

Huwa ta’ importanza kbira li kull mudell tal-produtturi tal-KE eżentati għandu jimxi mar-regola ta’ 60 %, u li l-mudelli ta’ kwalità għolja (fejn in-numru ta’ parts Ċiniżi huwa inqas, jekk mhux xejn) jfixklu l-proporzjon medju tal-parts Ċiniżi;

Tlugħ u nżul kontinwu fil-prezzijiet tal-parts impurtati, l-ispejjeż tat-trasport u r-rati tal-kambju u raġunijiet prattiċi oħra, jesiġu lok għall-immanuvrar min-naħa tal-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-KE sabiex ma jirriskjawx li jitilfu d-dritt tagħhom għall-eżenzjoni.

(35)

Madankollu, huwa ferm diffiċli li wieħed jiddetermina jekk l-argumenti t'hawn fuq jipprovdux spjegazzjoni għad-diskrepanza sinjifikanti li teżisti bejn il-proporzjon attwali ta’ parts tar-roti Ċiniżi użati mill-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-KE u l-limitu ta’ 60 % permess bir-regoli relatati ma’ l-evażjoni u ma’ l-iskema ta’ l-eżenzjoni.

(36)

Barra minn hekk, uħud mill-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità stqarru li l-unika raġuni għaliex huma impurtaw inqas minn 60 % ta’ partijet tar-roti Ċiniżi hija biex ikunu qed josservaw l-obbligi tagħhom marbuta ma’ l-eżenzjonijiet mogħtija lilhom.

(37)

Fil-fatt, kif diġà mniżżel fil-premessa (30), b'mod ġenerali, il-parts tar-roti Ċiniżi huma orħos minn parts tar-roti li joriġinaw minn kwalunkwe pajjiż ieħor u għal din ir-raġuni dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità jistgħu jibdew jużaw aktar parts Ċiniżi sabiex iżommu l-istess pass tal-kompetituri tagħhom.

(38)

Għalhekk l-istampa hi kemxejn imħawda. Minn naħa, fid-dawl tad-diskrepanza sostanzjali bejn il-proporzjon attwali tal-parts Ċiniżi li jintużaw u dak permess, ir-riskju li l-kumpaniji li jarmaw ir-roti jeċċedu l-limitu ta’ 60 %, fit-terminu l-qasir, ma jidhirx bħala evidenti fil-każi kollha.

(39)

Mill-banda l-oħra, fit-terminu l-medju, il-kumpaniji Ċiniżi li jarmaw ir-roti xorta jibqgħalhom inċentiv pjuttost qawwi biex jimpurtaw aktar mil-limitu ta’ 60 % li hu permess, u allura jistgħu jerġgħu jibdew jonqsu milli josservaw il-miżura prinċipali billi jesportaw lejn il-KE l-hekk imsejħa semi-knocked down kits jew il-completely knocked down kits, i.e. roti kważi kompluti f'containers separati. Dan jerġa' jwassal għall-evażjoni li seħħet fid-disgħinijiet qabel l-introduzzjoni tal-miżura ta’ kontra l-evażjoni li mbagħad ġġib magħha qabża evidenti tal-limitu ta’ 60 %.

(40)

Bħala bilanċ, minħabba li l-inċentiva biex wieħed jimporta aktar mil-limitu ta’ 60 % li hu permess hija pjuttost qawwija, jidher li hemm ċertu riskju li l-limitu ta’ 60 % jinqabeż kemm-il darba l-miżuri jitneħħew.

(41)

Fejn tidħol ir-regola tal-valur miżjud ta’ 25 %, li hija eċċezzjoni għall-kriterju marbut mal-limitu ta’ 60 %, instab li l-valur medju miżjud mill-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-KE – abbażi tal-158 kwestjonarju mwieġeb – waqt il-PIR kien ta’ 20 %. Fejn jidħlu t-tmien kumpaniji magħżula fil-kampjuni, il-valur miżjud medju tagħhom waqt il-PIR kien ta’ 22 %. Minħabba l-livell baxx ta’ produzzjoni ta’ parts fil-Komunità, hemm probabbiltà li dan il-valur miżjud ma jissuperax il-limitu ta’ 25 % fl-eventwalita' li l-proporzjon ta’ parts Ċiniżi jkun jaqbeż il-limitu ta’ 60 %. Għalhekk, x'aktarx li dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità ma jżidux aktar mill-valur ta’ 25 %.

3.3.   Id-dgħjufija ta’ l-effetti ta’ rimedju b'riżultat tad-dazju f'termini ta’ prezzijiet jew kwantitajiet ta’ bejgħ, u ta’ dumping

(42)

Kellha ssir analiżi biex wieħed jara jekk l-effetti ta’ rimedju b'riżultat tad-dazju kontra d-dumping kinux se jiddgħajfu u jekk id-dumping jixrifx mill-ġdid kemm-il darba kellha titneħħa l-miżura ta’ kontra l-evażjoni. Madankollu, fil-kundizzjonijiet preżenti tas-suq, i.e. waqt li l-miżura ta’ kontra l-evażjoni u l-iskema ta’ eżenzjoni marbuta magħha għadhom fis-seħħ, kien diffiċli li wieħed jagħmel analiżi korretta dwar jekk id-dazji kinux se jiddgħajfu f'termini ta’ prezzijiet ta’ bejgħ u jekk ikunx hemm dumping. Dan minħabba li għal dan il-kalkolu, il-prezzijiet tal-KE kien ikollhom ikunu bbażati fuq sitwazzjoni fejn ir-roti jkunu magħmula biss minn parts Ċiniżi. Għall-kuntrarju, ir-roti tal-KE armati waqt il-PIR kienu magħmula minn parts ta’ oriġini differenti, fosthom il-KE, ir-RPĊ u pajjiżi terzi oħrajn.

(43)

Madankollu, ta’ min ifakkar, li waqt l-investigazzjoni li wasslet għall-miżura ta’ kontra l-evażjoni fl-1997, kien ġie ppruvat li l-effett ta’ rimedju b'riżultat tad-dazju fuq ir-roti Ċiniżi kien iddgħajjef f'termini ta’ prezzijiet ta’ bejgħ u li kien jeżisti d-dumping. Fl-assenza ta’ prezzijiet kumparabbli waqt il-PIR, is-sejbiet li rriżultaw minn din l-investigazzjoni li saret aktar kmieni dwar id-dgħufija ta’ l-effetti ta’ rimedju u dwar id-dumping, kif stipulati fil-premessa 19 sal-premessa 24 tal-miżura ta’ kontra l-evażjoni, jibqgħu validi.

D.   KONKLUŻJONIJIET

(44)

Mir-reviżjoni ħareġ li fil-preżent ma jidher li qed isseħħ l-ebda evażjoni. Madankollu, mir-reviżjoni ħareġ ukoll li r-riskju li l-evażjoni tixref mill-ġdid ma jistax jiġi eskluż għal kollox. Abbażi ta’ l-analiżi li saret hawn fuq, jidher li jeżisti r-riskju, għalkemm wieħed limitat, li, fit-terminu l-medju, l-assenza ta’ evażjoni fil-preżent ma ddumx wisq hemm kemm-il darba kellha titneħħa l-miżura ta’ kontra l-evażjoni. Dan minħabba li dawk il-kumpaniji li jarmaw ir-roti fil-Komunità jistgħu jżidu sostanzjalment l-ammont ta’ armar bl-użu ta’ parts Ċiniżi li jaqbeż il-limitu tas-60 %, li mbagħad iwassal għad-dgħufija ta’ l-effetti ta’ rimedju b'riżultat tad-dazju kontra d-dumping fuq ir-roti Ċiniżi.

(45)

Għalhekk, il-miżura ta’ kontra l-evażjoni għandha tibqa' fis-seħħ sabiex tassigura li l-miżura prinċipali, i.e. id-dazju ta’ kontra d-dumping fuq ir-roti, tibqa' effettiva u ma tkunx tista' tiddgħajjef kawża ta’ evażjoni fil-forma ta’ armar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-estensjoni tad-dazju kontra d-dumping impost fuq l-importazzjoni tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ ċerti parts tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bir-Regolament (KE) Nru 71/97, hawnhekk qed tinżamm fis-seħħ, u r-reviżjoni li tikkonċerna din l-importazzjoni hi terminata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(5)  ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(6)  ĠU C 289, 28.11.2006, p. 15.


28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 172/2008

tal-25 ta’ Frar 2008

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 994/2007 (2) (ir-“Regolament provviżorju”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon (“FeSi”), li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja.

1.2.   Il-proċedura sussegwenti

(2)

Sussegwentement għar-rivelazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji anti-dumping (“żvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati taw preżentazzjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Dawk il-partijiet li talbu, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha.

(3)

Il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tagħha fir-rigward ta’ l-aspetti ta’ l-interess tal-Kummissjoni u wettqet analiżi tad-data tat-tweġibiet tal-kwestjonarju provduti minn xi utenti fil-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kontra d-dumping.

(4)

Fil-premessa (166) tar-Regolament provviżorju il-Kummissjoni fittxet li tanalizza aktar u f’aktar dettall l-effett tal-miżuri provviżorji fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti, qabel ma ssir xi determinazzjoni finali.

(5)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kkuntattjat u bagħtet kwestjonarji direttament u permezz ta’ assoċjazzjonijiet lil madwar 500 funderija li qegħdin fil-Komunità, minħabba li din il-kategorija ta’ industrija utilitarja ma wrietx interess partikolari fil-proċidement kurrenti qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. Barra minn hekk, il-produtturi kollha ta’ l-azzar li kooperaw fl-istadju provviżorju ntalbu li jipprovdu informazzjoni addizzjonali sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tanalizza l-effett possibbli tal-miżuri provviżorji fuq l-attività tagħhom.

(6)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu biss minn seba’ funderiji u informazzjoni addizzjonali waslet minn tmien produtturi ta’ l-azzar. Is-seba’ funderiji u tliet produtturi ta’ l-azzar provdew l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi fid-dettall ta’ l-effett tal-miżuri provviżorji fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom.

(7)

Fid-dawl ta’ l-istruttura kumplessa li fiha l-produttur esportatur Ċiniż li ngħata t-trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) kien qed jopera matul il-perjodu investigat, informazzjoni addizzjonali ntalbet sabiex jintlaħqu s-sejbiet definittivi. Aktar minn hekk, kif indikat fil-premessa (49) tar-Regolament provviżorju, minħabba li l-produttur esportatur Ċiniż kien qed jixtri l-elettriku mingħand fornitur relatat, l-ispejjeż assoċjati tiegħu mal-produzzjoni tal-FeSi ġew investigati aktar ukoll.

(8)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, tliet viżti ta’ verifika addizzjonali ġew imettqa fil-premessi tal-kumpaniji li ġejjin:

Erdos, Ordos City, Inner Mongolia, fornitur ta’ l-elettriku fir-RPĊ

Trompetter Guss, Chemnitz, il-Ġermanja, utent (funderija) fil-Komunità

Arcelor Mittal, Genk, il-Belġju, utent (produttur ta’ l-azzar) fil-Komunità

(9)

Il-kummenti orali u miktuba ppreżentati mill-partijiet interessati kienu meqjusa u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati skond dawn.

(10)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ FeSi li joriġinaw fil-PRĊ, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja u l-ġbir definittiv ta’ ammonti miġbura bħala dazju provviżorju. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-iżvelar.

(11)

Qed jiġi mfakkar li l-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). Fir-rigward tax-xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni analizzat id-data li kopriet mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-tmiem tal-PI (“perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott konċernat

(12)

Kif indikat fil-premessi (15) u (16) tar-Regolament provviżorju, għadd ta’ esperti allegaw li materjal li fih anqas minn 45 % ta’ silikon, jiġifieri FeSi b’purità baxxa, għandu jiġi eskluż mill-iskop ta’ l-investigazzjoni minħabba allegat nuqqas tal-karatteristiċi fiżiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. Il-Kummissjoni fittxet li tiċċara aktar il-kwistjoni. Aktar kummenti waslu mingħand għadd ta’ partijiet interessati fuq l-istess kwistjoni wara żvelar provviżorju.

(13)

L-ewwel nett f’dan ir-rigward qed jiġi nnutat li l-prodott konċernat bl-investigazzjoni kurrenti jirreferi għal FeSi li fih għall-anqas 4 % ħadid u aktar minn 8 % u anqas minn 86 % silikon. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-materjal b’kontenut tal-silikon taħt l-45 % jista’ jiġi użat għall-industrija tal-metall taħt il-forma ta’ briquettes bħalma huwa l-każ għall-FeSi b’kontenut ta’ Silikon aktar minn 45 %. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-materjal għandu l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u jista’ jinbidel ma’ tipi oħra ta’ FeSi li għandu kontenut ogħla ta’ silikon. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, il-konklużjonijiet provviżorji stabbiliti fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju li FeSi b’purità baxxa għandu jiġi kkunsidrat bħala l-prodott ikkonċernat huma hawnhekk ikkonfermati.

(14)

Importatur wieħed mhux relatat qal li trab FeSi “atomizzat” b’kontenut ta’ silikon ta’ 15 % u ta’ 45 % għandu jiġi eskluż mill-iskop tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni. Madankollu, esklużjoni ta’ trab FeSi “atomizzat” mill-investigazzjoni preżenti mhux ġustifikata, b’mod partikolari minħabba li l-FeSi b’kontenut ta’ silikon ta’ 15 % u 45 % jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-prodott konċernat. Barra minn hekk, wara seduta, dan l-importatur ma ssottometta ebda evidenza biex jissostanzja l-istqarrija, minkejja talba mill-Kummissjoni. Din l-istqarrija kellha għalhekk tiġi rifjutata.

2.2.   Prodott simili

(15)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-prodott simili, il-premessa (17) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata.

3.   DUMPING

3.1.   Trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (MET)

(16)

Wara żvelar provviżorju, wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tenna l-kummenti tiegħu deskritti fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju dwar il-bidla stmata fil-ħajja utli ta’ l-assi tiegħu. Madankollu, il-produttur esportatur naqas milli jipprovdi argumenti ġodda li ma tressqux fl-istadji preċedenti ta’ l-investigazzjoni, li jissostanzjaw li s-sejbiet provviżorji rigward l-MET deskritti fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju ma kinux korretti.

(17)

Minħabba li ma hemm l-ebda kummenti oħra fir-rigward ta’ l-MET, il-premessi (18) sa (26) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.2.   It-trattament individwali (IT)

(18)

Minħabba li ma kien hemm l-ebda kummenti f’dan ir-rigward, il-premessi (27) sa (31) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.   Il-valur normali

3.3.1.   Il-pajjiż analogu

(19)

Wara żvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż qal li n-Norveġja mhix pajjiż analogu adatt minħabba spejjeż għoljin ta’ l-elettriku li allegatament m’humiex rappreżentattivi ta’ l-industrija dinjija, u minħabba differenzi fl-aċċess għal materji primi meta mqabbla mal-produtturi Ċiniżi. Il-produttur esportatur qal ukoll li l-produtturi Norveġiżi prinċipalment ibigħu lis-swieq ta’ esportazzjoni u huma prinċipalment iffokati fuq gradi speċjalizzati ta’ FeSi filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jimmanifatturaw biss gradi standard matul il-PI. Fuq dik il-bażi, il-produttur esportatur talab aġġustamenti għall-valur normali Norveġiż.

(20)

Għandu jiġi nnutat li filwaqt li huwa minnu li l-produtturi Norveġiżi ibigħu kwantitajiet kbar fis-swieq ta’ esportazzjoni, minħabba d-daqs tas-suq domestiku u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fih, kif dikjarat fil-premessa (35) tar-Regolament provviżorju, in-Norveġja hija kkunsidrata bħala pajjiż analogu adatt.

(21)

Rigward l-istqarrijiet l-oħra tal-kumpanija, instab li s-sehem ta’ l-elettriku fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi kien akbar minn dak tal-kumpanji Norveġiżi. Barra minn hekk, l-esportatur Ċiniż ma pprovda ebda evidenza li l-prezz ta’ l-elettriku kien ogħla fin-Norveġja jew li d-diffikultà allegata għall-aċċess tal-materja prima kellha impatt fuq il-valur normali fin-Norveġja. Dawn l-istqarrijiet kienu għalhekk imwarrba.

(22)

Instab madankollu, li t-tipi ta’ FeSi mibjugħa mill-produtturi Norveġiżi fin-Norveġja kienu differenti minn dawk esportati mir-RPĊ lill-Komunità, f’dak li għandu x’jaqsam mal-purità konċernata. Ġie għalhekk kunsidrat li aġġustament ikun xieraq, kif spjegat fil-premessa (25) hawn taħt.

(23)

Minħabba li ma hemm l-ebda kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi (32) sa (36) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.2.   Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali

(24)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar il-metodoloġija applikata għas-sejbien tal-valur normali, il-premessi (37) sa (47) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.3.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

A.   RPĊ

(25)

Produttur esportatur Ċiniż li ma kisibx l-MET qal li l-valur normali ġie kkalkulat b’mod ħażin minħabba li dan ma rriflettiex id-differenzi fit-tipi varji tal-prodott konċernat mibjugħ fin-Norveġja u l-prodott simili esportat mir-RPĊ. Wara li ġiet eżaminata din l-istqarrija, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi kalkulat mill-ġdid il-valur normali sabiex jittieħed kont tad-differenti fil-karatteristiċi fiżiċi bejn it-tipi ta’ prodott mibjugħa fis-suq domestiku Norveġiż u dawk esportati mir-RPĊ lill-Komunità. Il-valur normali kien kalkolat fuq il-bażi tat-tip ta’ prodott b’aġġustamenti għall-impurità tat-titanju u l-FeSi f’każijiet fejn it-tipi ta’ prodotti ma setgħux jitqabblu direttament.

(26)

Produttur esportatur Ċiniż li ngħata l-MET huwa parti minn grupp kbir ta’ Ċiniżi li jiffurmaw kważi mitt kumpanija relatata li joperaw f’setturi varji ta’ l-industrija. Minħabba l-istruttura kumplessa tal-grupp u l-operazzjonijiet ta’ konsolidazzjoni li kkonċernaw kumpaniji involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-FeSi, data aġġornata rigward il-grupp ġiet mitluba u eżaminata. Aktar minn hekk, kien previst fil-premessa (49) tar-Regolament provviżorju li l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ l-elettriku kellhom jiġu investigati.

(27)

L-investigazzjoni addizzjonali uriet li l-prezz tax-xiri ta’ l-elettriku tal-produttur esportatur mingħand fornitur relatat kellu jiġi rifjutat minħabba li ma ppermettiex l-irkupru ta’ l-ispejjeż kollha għall-produzzjoni ta’ l-elettriku. Aktar minn hekk, il-bejgħ u spejjeż ġeneral u amministattivi (“SG&A”) tal-produttur Ċiniż ġew aġġustati sabiex jieħdu kont ta’ l-ammont sħiħ ta’ l-ispejjeż finanzjarji assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott konċernat. L-investigazzjoni wriet li xi uħud mill-ispejjeż li kellhom il-partijiet relatati ma tteħidx kont tagħhom fil-kalkolazzjoni tal-valur provviżorju normali.

(28)

Wara l-aġġustamenti t’hawn fuq għall-ispejjeż skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, instab li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tat-tipi kollha tal-prodott konċernat li nbigħ għall-esportazzjoni lill-Komunità kienu bla profitti. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali tal-kumpanija kellu jiġi kkalkulat. Il-valur normali kellu jiġi kalkulat fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż stess tal-kumpanija għall-manifatturar flimkien ma’ ammonti għal spejjeż aġġustati SG&A kif deskritt hawn fuq. Rigward il-profitt, fin-nuqqas ta’ tranżazzjonijiet profittabbli tal-kumpanija u n-nuqqas ta’ possibbiltà li jintużaw il-profitti għall-istess kategorija ġenerali tal-prodotti ta’ produtturi esportaturi oħra Ċiniżi, marġini ta’ profitt ta’ 5 % kien applikat għall-ħolqien tal-valur normali skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġini huwa skond dak użat fil-ħolqien tal-valur normali għall-produttur esportatur f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja kif dikjarat fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju. Ebda informazzjoni ma ġiet provduta li dan l-ammont ta’ profitt jaqbeż il-profitt normalment imwettaq minn esportaturi jew produtturi fuq il-bejgħ ta’ prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali fis-suq Ċiniż.

B.   L-EĠITTU

(29)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, wieħed mill-produtturi esportaturi Eġizzjani qal li, waqt id-determinazzjoni tal-valur normali bażat fuq il-valur kalkolat, għandu jintuża marġini ta’ profitt aktar baxx bħal dak użat għall-produttur esportatur minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.

(30)

Għandu jiġi nnutat li l-valuri normali kalkolati kienu stabbiliti skond il-metodoloġija indikata fil-premessi (43) sa (45) tar-Regolament provviżorju. Il-marġini ta’ profitt użat jirrifletti s-sitwazzjoni tas-suq fl-Eġittu u ġie applikat skond il-kundizzjonijiet tal-kliem introduttiv ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-marġini applikat kien bażat fuq il-bejgħ domestiku profittabbli attwali tal-produttur esportatur innifsu, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott simili matul il-PI. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix li dan il-livell ta’ profitt jista’ jiġi sostitwit b’livell ieħor kif suġġerit mill-kumpanija konċernata. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

Ċ.   IL-KAŻAKSTAN

(31)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward id-determinazzjoni tal-valur normali għall-Każakstan, il-premessa (51) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

D.   DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA

(32)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward id-determinazzjoni tal-valur normali għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-premessa (52) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

E.   IR-RUSSJA

(33)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur wieħed Russu qal li r-rati ta’ skambju applikati għall-kalkolazzjoni tal-valur normali ma kkorrispondewx maż-żmien tal-bejgħ. Wara verifika instab li l-istqarrija kienet ġustifikata, u l-kalkolazzjoni ġiet emendata.

(34)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Russu kkuntesta l-aġġustament ta’ l-ispejjeż ta’ l-enerġija tiegħu billi argumenta li l-prezzijiet ta’ l-enerġija stabbiliti mill-awtoritajiet Russi m’humiex obbligatorji imma indikattivi. Dan jidher mid-dikjarazzjoni tal-kumpanija li ħallset aktar mill-prezz rakkomandat u li l-forniment ta’ l-elettriku kien bi profitt. Il-kumpanija argumentat ukoll li l-fornitur ta’ l-elettriku huwa wieħed mill-ftit fornituri ta’ l-elettriku indipendenti fir-Russja li ma humiex membri fis-Sistema Unita ta’ l-Elettriku tar-Russja u għalhekk dan il-fornitur m’huwiex involut fil-prattiċi ta’ sussidji reċiproki issottolineati fir-rapport ta’ l-OECD li huwa msemmi fir-Regolament provviżorju.

(35)

Fid-dawl ta’ l-argumenti sostanzjali sottomessi mill-kumpanija rigward l-elettriku, qed jiġi kkunsidrat li aġġustament għall-ispejjeż ta’ l-enerġija m’għandux isir fil-kalkolazzjoni definittiva tal-valur normali.

3.4.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

A.    RPĊ

(36)

Wara żvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż indika li fil-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni, ir-rata ta’ skambju li kienet applikata bejn l-RMB u l-ewro kienet dik fit-tmiem tal-PI, li kabbret il-valur tar-rata ta’ skambju. Il-kumpanija ssuġġeriet l-użu tar-rata ta’ skambju medja matul il-PI minflok. Wara li ġiet eżaminata din it-talba, fil-kalkolazzjoni definittiva, ġie deċiż li għandha tintuża r-rata ta’ skambju medja tax-xahar li fih saru t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ.

(37)

Minħabba li m’hemm l-ebda kummenti oħra fir-rigward tal-prezzijiet ta’ l-esportaturi Ċiniżi, il-premessi (55) sa (56) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

B.    L-EĠITTU

(38)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, wieħed mill-produtturi esportaturi Eġizzjani qal li saru xi żbalji fir-rati ta’ skambju applikati għat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni lill-Komunità kif ukoll fid-determinazzjoni tal-valur medju mkejjel għall-esportazzjoni netta għal xi tipi tal-prodott konċernat. Instab li dawn it-talbiet kienu ġustifikati u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew riveduti.

Ċ.    IL-KAŻAKSTAN

(39)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-Każakstan, il-premessa (58) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

D.    DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA

(40)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward il-prezzijiet ta’ esportazzjoni għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-premessa (59) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

E.    IR-RUSSJA

(41)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Russu qal li l-marġini ta’ profitt ta’ l-importatur relatat tiegħu fil-KE użat għall-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kien esaġerat. Huwa fakkar li l-profitt użat għall-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni fl-istadju provviżorju kien dak ta’ l-importatur relatat konċernat. Madankollu, skond il-prattiċi konsistenti ta’ l-istituzzjonijiet, l-ammont ta’ profitt li għandu jiġi użat għandu jkun bażat fuq dak miksub mill-importaturi mhux relatati. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-marġini ta’ profitt użat fl-istadju provviżorju kellu jiġi korrett. L-effett ta’ din il-bidla kien li jiżdied kemm kemm il-profitt użat kuntrarju għat-talba tal-kumpanija li l-livell tal-profitt kien esaġerat.

(42)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Russu ieħor qal li l-kalkolazzjoni provviżorja tal-prezz ta’ l-esportazzjoni kienet inkorretta minħabba li l-SG&A u l-profitt tal-kumpanija relatata tiegħu bażata fil-Virgin Islands, kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport, kienu mnaqqsa mill-prezz ta’ l-ewwel klijent indipendenti li jasal f’livell ta’ ex-fabbrika. Il-kumpanija qalet li l-kumpanija tal-kummerċ, fil-fatt hija, id-dipartiment tal-bejgħ tal-manifattur. Iż-żewġ kumpaniji huma taħt kontroll komuni u jwettqu ħidmiet kumplimentari li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-istruttura unika ta’ l-immaniġġjar. Barra minn hekk, sar enfasi li l-kumpanija tal-kummerċ ma timmaniġġja ebda prodott ieħor. Fuq din il-bażi, il-kumpanija qalet li sar tnaqqis eċċessiv sabiex jiġi stabbilit il-prezz eks-fabbrika. F’dan ir-rigward, instab li l-fatturi inħarġu mill-kumpanija tal-kummerċ lill-klijenti fil-Komunità u l-ħlasijiet waslu għand il-kumpanija tal-kummerċ mill-klijenti fil-Komunità. Aktar minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-bejgħ li sar minn negozjant mhux relatat inkluda l-qligħ. Ukoll, il-kontijiet finanzjarji tan-negozjant juru li kellu spejjeż ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi. Il-kumpanija ma wrietx li dawn l-ispejjeż ma sarux fil-bejgħ, inter alia, tal-prodott konċernat lill-Komunità. Fuq din il-bażi, l-argument kien miċħud. B’mod simili għall-aġġustament imsemmi fil-premessi preċedenti rigward il-livell ta’ profitt użat għall-kalkolazzjoni ta’ produttur esportatur Russu ieħor, il-marġini ta’ profitt użat fl-istadju provviżorju kellu jiġi korrett. L-effett ta’ din il-bidla kien li jitnaqqas ftit il-profitt użat.

3.5.   Tqabbil

3.5.1.   Ħlasijiet fuq l-importazzjoni

(43)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, produttur esportatur Eġizzjan argumenta li għandu jingħata konċessjoni għall-ħlas tad-dazji fuq materji primi impurtati użati fil-produzzjoni tal-prodott konċernat li jinbiegħ fis-suq domestiku.

(44)

Bi tweġiba għal dan, għandu jiġi mfakkar li skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jsir aġġustament għal ammont li jikkorrispondi ma’ kull ħlas fuq l-importazzjoni jew taxxi indiretti li jrid iħallas il-prodott simili u l-materji fiżiċi inkorporati fih, meta intenzjonati għall-konsum fil-pajjiż esportatur u mhux jinġabru u jingħataw lura fir-rigward tal-prodott konċernat esportat lejn il-KE.

(45)

Din it-talba għal konċessjoni għal ħlas fuq l-importazzjoni ta’ materja prima waħda użata għall-produzzjoni tal-prodott konċernat mibjugħ fis-suq domestiku ġiet aċċettata, minħabba li ntwera li d-dazji doganali adatti tħallsu fuq il-materja prima impurtata u inkorporata fiżikament fil-prodott konċernat mibjugħ fl-Eġittu. Madankollu, it-talba għal konċessjoni relatata ma’ żewġ materji primi oħra importati kellha tiġi rifjutata, minħabba li l-investigazzjoni żvelat li, matul il-PI, l-importazzjonijiet kollha simili kienu użati għall-esportazzjonijiet tal-prodott konċernat. Il-kumpanija ma wrietx li matul il-PI kienet ħallset dazji fuq l-importazzjoni li sussegwentement ma ġewx rimborsati u konsegwentement kienu mħallsa mill-prodott simili meta mibjugħa fis-suq domestiku.

3.5.2.   Il-livell tal-kummerċ

(46)

Produttur esportatur Eġizzjan għamel talba għal aġġustament tal-kummerċ bażat fuq differenza allegata bejn il-bejgħ fis-suq domestiku u fis-suq ta’ l-esportazzjoni. Il-kumpanija qalet li l-bejgħ fis-suq domestiku sar kollu lill-utenti aħħarija filwaqt li l-bejgħ lill-Komunità sar lid-distributuri. Il-kumpanija provdiet informazzjoni u qalet li aġġustament speċjali għandu jsir taħt l-Artikolu 2(10)(d)(ii) tar-Regolament bażiku.

(47)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li t-talba għal aġġustament għall-kummerċ, skond l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku, tista’ tiġi kkunsidrata biss fejn jiġi muri li hemm differenti konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u l-prezzijiet għal-livelli differenti tal-kummerċ fis-suq domestiku.

(48)

Fil-każ preżenti, wara żvelar provviżorju, ġie konfermat li l-bejgħ domestiku kollu fl-Eġittu sar lil utenti aħħarija. Skond l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku, id-differenza fil-livell ta’ kummerċ bejn il-bejgħ domestiku u l-esportazzjoni ma setgħetx tiġi kwantifikata minħabba n-nuqqas ta’ livelli differenti relevanti tal-kummerċ fis-suq domestiku fl-Eġittu.

(49)

Rigward il-bejgħ mill-esportazzjoni tal-kumpanija lill-Komunità, ġie konfermat, wara li ġew analizzati l-kummenti tal-kumpanija wara l-iżvelar provviżorju li l-bejgħ sar lid-distributuri. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(10)(d)(ii) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm raġunijiet sabiex isir aġġustament speċjali għall-kummerċ kif mitlub mill-kumpanija fuq il-bażi tad-data tagħha.

(50)

Ġie kkunsidrat madankollu, li d-data provduta mill-kumpanija ma provdietx bażi adatta għall-ikkwantifikar ta’ l-aġġustament speċjali. Minħabba li l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “l-ammont ta’ l-aġġustament għandu jkun bażat fuq il-valur tas-suq tad-differenza” ġie kkunsidrat li, jekk jista’ jintwera’ li hemm differenza fil-prezz fis-suq tal-Komunità għall-bejgħ lil tipi differenti ta’ klijenti, dan jista’ jiġi meqjus bħala bażi adatta għall-ikkwantifikar tal-valur tas-suq tad-differenza ugwalment taħt l-Artikolu 2(10)(d)(ii) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, l-informazzjoni li waslet minn għadd ta’ partijiet interessati fil-Komunità f’relazzjoni mal-bejgħ tagħhom lil tipi differenti ta’ klijenti ġiet eżaminata. Instab li d-differenzi eżistew fi prezzijiet fis-suq tal-Komunità meta mibjugħa mill-industrija tal-Komunità lil tipi differenti ta’ klijenti (f’dan il-każ ġew eżaminati, prezzijiet tal-bejgħ lil utenti aħħarija u lil distributuri). Ġie kkunsidrat li aġġustament speċjali ekwivalenti għad-differenzi msemmija fil-prezzijiet għandu għalhekk isir mal-valur normali ta’ esportazzjoni Eġizzjan.

(51)

Wara l-iżvelar finali tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien intenzjonat li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, esportatur wieħed Russu qal li n-nuqqas ta’ għoti tal-livell mitlub għall-aġġustament tal-kummerċ kien ikun diskriminatorju mihabba li wieħed mill-esportaturi Eġizzjani kien ingħata aġġustament simili. Fil-każ ta’ l-istqarrija ta’ l-esportatur Russu instab li ma kienx hemmx ġustifikazzjoni għal aġġustament simili. Fuq il-bażi tad-data provduta mill-kumpanija, ma kienx hemm differenzi konsistenti fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-FeSi għal-livelli differenti tal-kummerċ fis-suq Russu. Fuq din il-bażi, ma ngħata ebda aġġustament taħt l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku.

(52)

Bl-eċċezzjoni ta’ l-aġġustament imsemmi hawn fuq, il-premessa (49) hawn fuq, premessi (61) sa (63) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.6.   Marġini tad-dumping

3.6.1.   Metodoloġija Ġenerali

(53)

Aktar analiżi wara l-istadju provviżorju ta’ prova li l-livell ta’ kooperazzjoni mir-Russja kien stmat b’mod inkorrett. Filwaqt li l-kooperazzjoni kienet madwar 100 %, ġie stmat inkorrettament għal 32 % (ara l-premessa (76) tar-Regolament provviżorju). Għalhekk, il-marġini ta’ dumping residwali għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-kumpanija bl-ogħla marġini ta’ dumping (minflok fuq il-metodoloġija użata fl-istadju provviżorju, jiġifieri l-marġini ta’ dumping normali medju mgħobbi ta’ l-aktar tip ta’ prodott rappreżentattiv bl-ogħla marġini ta’ dumping).

(54)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-metodoloġija ġenerali tal-kalkolazzjoni tal-marġini tad-dumping, il-premessi (64) sa (68) (ħlief ghall-bidla deskritta fil-premessa 7.5.2 hawn fuq) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati.

3.6.2.   Marġini tad-dumping

A.   RPĊ

(55)

Għall-kumpaniji li ngħataw il-MET jew l-IT, il-valur normali medju mgħobbi ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità ġie mqabbel mal-prezz ta’ l-esportazzjoni medju mgħobbi tip ta’ prodott ikkonċernat korrispondenti, kif provdut fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(56)

Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping definittiv, espress bћala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa:

Erdos Xijin Kuangye Co., Ltd 15,6 %

Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd 29,0 %

(57)

Il-bażi għall-istabbiliment ta’ marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu kienet stabbilita fil-premessa (71) tar-Regolament provviżorju. Fid-dawl tal-bidliet għal valuri normali Ċiniżi u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kif stabbiliti hawn fuq, il-marġini għall-pajjiż ġew aġġustati wkoll u għandhom issa jkunu 55.6 % tas-CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas.

B.   L-EĠITTU

(58)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, waħda mill-kumpaniji Eġizzjani ilmentat dwar il-metodu ta’ kalkolazzjoni tad-dazju anti-dumping mingħajr ma elaborat aktar. Bi tweġiba għal dan, għandu jiġi nnutat li l-kumpanija ma ssostanzjatx il-kummenti tagħha. Għalhekk din it-talba kellha tiġi rifjutata.

(59)

Il-marġini definittivi tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

The Egyptian Ferroalloys Company, il-Kajr 15,4 %

Egyptian Chemical Industries KIMA, il-Kajr 24,8 %

L-oħrajn kollha 24.8 %

Ċ.   IL-KAŻAKSTAN

(60)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit biss marġni tad-dumping ta’ madwar il-pajjiż. Il-marġini tad-dumping definittiv, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF ta’ l-importazzjoni fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huwa 37.1 %.

D.   DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA

(61)

Il-produttur esportatur li kkoopera huwa l-uniku produttur magħruf tal-FeSi f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Il-marġini definittivi tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

SILMAK DOOEL Export Import, Jegunovce 5,4 %

L-oħrajn kollha 5.4 %

E.   IR-RUSSJA

(62)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kooperaw fir-Russja huma l-uniċi produtturi tal-FeSi fir-Russja. Il-marġnijiet definittivi tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Chemk Group (Chelyabinsk Electrometallurgical IntegratedPlantand Kutznetsk Ferroalloy Works), Chelyabinsk u Novokuznetsk 22,7 %

ICT Group of Companies (Bratsk Ferroalloy Plant, TD North West Ferro Alloy Company and Bakersfield Marketing Ltd), Bratsk u Saint Petersburg 17,8 %

L-oħrajn kollha 22.7 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(63)

Ċerti partijiet interessati qalu li l-valutazzjoni tad-dannu m’għandhiex issir fuq bażi aggregata imma għal kull kumpanija, fid-dawl ta’ l-allegati xejriet ta’ dannu diverġenti bejn il-produtturi differenti tal-Komunità.

(64)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku l-eżaminazzjoni tad-dannu għandha tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi relevanti li jaffettwaw l-industrija tal-Komunità. It-terminu “Industrija tal-Komunità” huwa definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku bħala produtturi tal-Komunità b’mod ġenerali tal-prodotti simili jew dawk li l-prodott kollettiv tagħhom jirrappreżenta proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Komunità. Minn dan t’hawn fuq huwa ċar li d-determinazzjoni tad-dannu għandha ssir fuq il-livell ta’ l-industrija tal-Komunità b’mod sħiħ.

(65)

Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, it-talbiet ġew rifjutati u l-premessi (78) sa (80) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.2.   Konsum tal-Komunità

(66)

Parti waħda interessata qalet li l-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju ma provdietx informazzjoni essenzjali għall-analiżi tad-dannu, bħal tqassim ta’ kull xahar tad-domanda tal-FeSi, żvilupp tal-prezz fis-suq ta’ l-UE, inkluż prezz ta’ l-industrija tal-Komunità u żviluppi ta’ l-ispiża.

(67)

Ir-Regolament bażiku ma jobbligax lill-produtturi tal-Komunità jew lil partijiet interessati oħra li jipprovdu data għall-perjodu kkunsidrat fuq bażi ta’ kull xahar. Qed jiġi kkunsidrat li dan ikun ta’ piż żejjed għall-partijiet kollha interessati u hija prattika komuni li tintalab data fuq bażi annwali għall-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu. Barra minn hekk, din il-parti ma provdietx evidenza li turi li analiżi ta’ kull xahar kienet meħtieġa fil-każ kurrenti għall-analiżi tad-dannu. It-tabelli provduti fil-premessi (81), (85), (96) u (97) tar-Regolament provviżorju jirriflettu b’mod adegwat il-konsum tal-Komunità, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità, il-profitt u għalhekk l-iżvilupp ta’ l-ispejjeż ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

4.3.   Importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiżi kkonċernati

(68)

Parti waħda interessata qalet li l-importazzjonijiet mir-Russja m’għandhomx jiġu kumulati ma’ dawk mir-RPĊ għall-iskop ta’ l-analiżi tad-danni minħabba li dawn l-importazzjonijiet allegatament ma operawx taħt kondizzjonijiet simili tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità. B’mod partikolari, intqal li i) il-maġġoranza tal-produtturi esportaturi joperaw taħt il-kundizzjonijiet li m’humiex ekonomija tas-suq, ii) il-kumpaniji Russi jbiegħu permezz ta’ kumpaniji relatati filwaqt li l-produtturi esportaturi Russi jbigħu direttament lil klijenti indipendenti, iii) il-marġini tad-dumping għall-kumpaniji Ċiniżi kien ogħla b’mod sinifikanti minn dak tal-kumpaniji Russi u li iv) il-produtturi esportaturi Ċiniżi qed jippenetraw dejjem iżjed is-suq ta’ l-UE fl-ewwel 6 xhur ta’ l-2006 ogħla minn 50 % tal-produtturi esportaturi Russi.

(69)

Rigward l-ewwel stqarrija, il-fatt li l-maġġoranza tal-produtturi esportaturi Ċiniżi joperaw taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija mhux tas-suq m’hijiex waħda mir-raġunijiet għad-dekumulazzjoni prevista fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Il-fatt jekk il-prodott konċernat huwiex prodott jew le taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, fis-suq domestiku huwa għalhekk irrelevanti sabiex tiġi deċiża l-kumulazzjoni ta’ l-importazzjonijiet.

(70)

Rigward it-tieni stqarrija rigward l-allegata differenza fil-kanali tal-bejgħ, qed jiġi nnutat li, għalkemm il-produtturi esportaturi Russi kienu qed jużaw negozjanti relatati, il-prodotti simili importati kemm mir-RPĊ u r-Russja huma mibjugħa lill-istess tip ta’ klijenti finali fil-Komunità, jiġifieri utenti u distributuri.

(71)

Rigward it-tielet stqarrija dwar il-marġini ta’ dumping, qed jiġi nnutat li għaż-żewġ pajjiżi il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti ‘il fuq mil-livelli de minimis kif meħtieġ bl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku u li għaż-żewġ pajjiżi d-dumping kien jeżisiti.

(72)

Rigward l-aħħar stqarrija dwar il-volumi ta’ importazzjoni, qed jiġi nnutat li l-volumi importati mir-Russja (u r-RPĊ) ma kinux negliġibbli kif meħtieġ bl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li laħqu sehem tas-suq ta’ 18 % u 21 % rispettivament, matul il-PI.

(73)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dekumulazzjoni ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja mhux meħtieġa u t-talba hija għalhekk rifjutata.

(74)

Parti oħra interessata qalet li l-Kummissjoni ma analizzatx il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati mill-pajjiżi konċernati u ssottomettiet li l-effetti ta’ l-importazzjoni Eġizzjani dumped fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għandha għalhek, tiġi evalwata separatament.

(75)

Kif suġġerit fil-premessi (83) u (89) tar-Regolament provviżorju, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati rigward is-similarità tal-prodott u s-similarità tal-komportament ta’ l-esportaturi (jiġifieri s-sinifikat tal-livell tal-volum ta’ importazzjoni, l-iżvilupp u l-livell tal-prezz ta’ importazzjoni u l-qtugħ tagħhom tal-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità u s-similarità tal-kanali tal-bejgħ) kienu analizzati. Permezz ta’ dan instab li l-kundizzjonijiet għall-iġġustifikar tal-valutazzjoni kumulattiva ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati intlaħqu. Fuq din il-bażi, din it-talba kellha tiġi rifjutata u l-premessa (84) tar-Regolament provviżorju hija konfermata.

(76)

Produttur esportatur Eġizzjan qal ukoll li l-volum ta’ esportazzjoni limitata tiegħu matul il-PI ma kkawżax dannu lill-industrija tal-Komunità u li għalhekk is-sitwazzjoni tiegħu għandha tiġi evalwata separatement. Rigward dan, qed jiġi nnutat li skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku l-effett ta’ l-importazzjonijiet dumped fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għandhom jiġu evalwati kumulattivament jekk, fost l-oħrajn, il-volum ta’ l-importazzjonijiet minn kull pajjiż soġġett għall-investigazzjoni ma jkunx negliġibbli. Minħabba li l-importazzjonijiet mill-Eġittu instabu li laħqu sehem mis-suq ta’ 3.7 % matul il-PI, ma kinux negliġibbli fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

(77)

Minħabba li m’hemm l-ebda kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (82) sa (89) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.   Twaqqigħ fil-prezz

(78)

Parti waħda interessata qalet li l-marġini ta’ twaqqigħ misjub fir-Regolament provviżorju għandu jitnaqqas bi 3 % għal 5 % sabiex jirrifletti FeSi “minn sors lokali”, minħabba li l-produttur ta’ l-azzar fil-Komunità allegatament iħallas premium għal materjal minn sors ta’ l-UE li jirrifletti affidabbiltà, kwalità u forniment fil-ħin.

(79)

Il-premessi (38) u (87) sa (89) tar-Regolament provviżorju jispjegaw il-bażi għall-paragun tal-prezzijiet iċċarġjati lill-industrija tal-Komunità ma’ dawk iċċarġjati lill-esportaturi konċernati. Il-paragun ħa kont tal-kwalitajiet varji tal-prodott konċernat kif definit fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju. Aktar minn hekk, rigward l-affidabbiltà u l-forniment fil-ħin, l-investigazzjoni ma żvelatx li l-ħlas ta’ premium simili kien qed isir jew li dan il-vantaġġ kompetittiv potenzjali kien inkluż fil-prezz iċċarġjat mill-industrija tal-Komunità lill-produtturi ta’ l-azzar. Finalment, il-parti interessata ma provdiet ebda evidenza biex tissostanzja l-istqarrija tagħha li allura kellha tiġi rifjutata.

4.5.   Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(80)

Ċertu partijiet interessati iddubitaw il-metodoloġija użata fil-premessa (93) tar-Regolament provviżorju għall-kalkolazzjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari, huma ssuġġerew l-applikazzjoni ta’ figura ta’ kapaċità li tieħu kont ta’ l-għeluq għall-manutenzjoni u l-qtugħ fl-elettriku, minflok “kapaċità teoretika nominali” kif użata fir-Regolament provviżorju.

(81)

L-investigazzjoni wriet li kull għeluq tal-makkinarju ta’ l-industrija tal-Komunità għall-manutenzjoni jew qtugħ fl-elettriku kienu ta’ natura temporanzja u li dan ma sarux fuq bażi regolari imma fi ħdan il-perjodu kkunsidrat. ta’ min jinnota li, anke jekk l-aġġustamenti kellhom isiru għall-produzzjoni tal-kapaċità, kif kien suġġerit minn dawn il-partijiet interessati, ix-xejriet rigward il-produzzjoni tal-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità jibqgħu mhux mibdula. Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fuq l-eżistenza tad-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Komunità wkoll jibqa’ l-istess. Konsegwentement, it-talba biex tiġi applikata definizzjoni differenti għall-produzzjoni tal-kapaċità kellha tiġi rifjutata.

(82)

Fuq il-bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-konklużjoni li l-industrija tal-Komunità sofriet dannu materjali, fil-premessi (107) sa (110) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata.

5.   IL-KAWŻALITÀ

(83)

Ċertu partijiet interessati qalu li l-valutazzjoni tar-rabta kawżali bejn id-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità u l-importazzjonijiet dumped m’għandhiex issir fuq bażi aggregata imma fuq bażi ta’ kumpanija b’kumpanija, fid-dawl tal-fatturi kawżattivi diverġenti allegati bejn il-produtturi differenti tal-Komunità.

(84)

Kif diġà nnutat fil-premessa (63) hawn fuq rigward id-dannu, m’hemmx raġuni legali fl-Artikolu 3(5), 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku li tissuġġerixxi li l-kawżazzjoni għandha tkun evalwata fuq il-bażi tal-produtturi individwali tal-Komunità inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Din ta’ l-aħħar hija definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku bħala l-produtturi tal-Komunità b’mod sħiħ tal-prodotti simili jew dawk li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tirrappreżenta proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Komunità.

5.1.   Effett ta’ l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta’ dumping

(85)

ta’ min jiftakar li l-volum ta’ l-importazzjonijiet dumped li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati u s-sehem mis-suq żdiedu sew matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm ukoll koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda ta’ l-importazzjonijiet dumped u d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. L-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sal-livell meħtieġ biex tkopri l-ispejjeż kollha tagħha, peress li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha tnaqqsu matul il-PI mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(86)

Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjonijiet milħuqa fl-premessi (112) sa (114) tar-Regolament provviżorju kienu kkonfermati.

5.2.   Issettjar tal-prezz tal-ferro-silikon

(87)

Ċerti partijiet interessati qalu li l-FeSi huwa komodità nnegozjata fis-suq globali u li l-prezzijiet tas-suq tal-FeSi kienu stabbiliti b’domanda li tinbidel ta’ l-industrija ta’ l-azzar u ma kinux bażati fuq l-ispiża.

(88)

F’ekonomiji tas-suq u f’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-prezzijiet huma ġeneralment stabbilti bil-livelli ta’ domanda u l-offerta għal ċertu prodott fis-suq. Madankollu, jista’ jkun hemm fatturi oħra bħall-preżenza ta’ importazzjonijiet dumped bi prezz baxx, li wkoll għandhom rwol ewlieni fil-livell tal-prezzijiet. Fil-każ kurrenti, l-investigazzjoni wriet li fil-fatt il-mekkaniżmi għall-issettjar tal-prezzijiet għall-FeSi kienu influwenzati bil-preżenza tal-kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet dumped. Filwaqt li huwa ċertament minnu li d-domanda globali għall-FeSi, b’mod partikolari mill-industrija ta’ l-azzar, influwenzat il-prezzijiet f’ċertu partijiet tal-perjodu kkunsidrat, l-informazzjoni disponibbli wriet li kien hemm perjodu li fihom il-prezzijiet kontrattwali tal-FeSi naqsu minkejja ż-żieda fil-domanda.

(89)

L-istess partijiet interessati provdew informazzjoni li turi l-iżvilupp ta’ l-UE għall-produzzjoni ta’ l-azzar u l-istainless steel fl-UE u l-prezzijiet ta’ l-UE tal-FeSi mill-2002 ‘il quddiem. Minn din id-data l-partijiet interessati waslu għall-konklużjoni li l-prezzijiet tal-FeSi setgħu biss telgħu bid-domanda (primarjament mill-produtturi ta’ l-azzar). Madankollu, l-analiżi ta’ l-informazzjoni kkonfermat il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (88), jiġifieri li anke fuq livell ta’ Komunità, il-prezzijiet tal-FeSi f’ċerti perjodi kienu qed jonqsu minkejja żieda fid-domanda mill-industrija ta’ l-azzar.

(90)

Għalhekk, l-istqarrija li l-livell baxx tal-prezzijiet tal-FeSi kien determinat mid-domanda u mhux mill-importazzjonijiet dumped kellha tiġi rifjutata.

5.3.   Il-kompetittività ta’ l-industrija tal-Komunità

(91)

Parti waħda interessata qalet li d-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità kellu jiġi attribwit biss għan-nuqqas ta’ kompetittività ta’ l-industrija tal-Komunità u mhux minħabba l-importazzjonijiet dumped. B’mod partikolari din il-parti interessata kkwotat dokument ta’ ħidma (3) fejn il-materji primi u l-enerġija kienu kwotati bħala l-aktar fatturi importanti ta’ kompetittività għall-industrija ta’ l-UE għall-metalli.

(92)

L-analiżi tad-dokument ta’ ħidma msemmi qabel, madankollu, wriet li m’hemm ebda konklużjoni fit-test li tirreferi għal xi nuqqas ta’ kompetittività mill-industrija Ewropew tal-ferro-alloys. Bil-kuntrarju, dan id-dokument ta’ ħidma jindika li l-produtturi tal-ferro-alloys “qed jaffaċċjaw importazzjonijiet li qed jiżdiedu minn pajjiżi terzi eż. ir-RPĊ, ir-Russja, l-Ukraina, il-Brażil u l-Każakstan. Dan jista’ jkun ta’ theddida għas-sostenibbiltà fit-tul ta’ l-idustrija tal-Ferro-alloys ta’ l-UE jekk ma jiġix żgurat malajr livell ugwali ma’ kompetituri minn pajjiżi terzi (4)”. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, it-talba ġiet irrifjutata.

(93)

L-istess parti interessata argumentat ukoll li l-parti l-kbira tal-produtturi tal-Komunità diġà ma kinux qed jagħmlu profitt qabel seħħ dumping dannuż fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, ma kinux l-importazzjonijiet dumped imma l-istrutturi ta’ l-ispejjeż vulnerabbli li kkawżaw is-sitwazzjoni ekonomika dgħajfa ta’ l-industrija tal-Komunità.

(94)

Kif jidher ċar fil-premessa (97) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Komunità għamlet profitt fl-2003 b’marġini ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa ta’ 2.3 %, li żdied għal 2.7 % fl-2004. Fl-2005, madankollu, seħħet xejra sinifikanti ‘l isfel fil-profitabbilità u t-telf laħaq fatturat ta’ -9.2 %. L-akbar telf ta’ -12.9 %, seħħ matul il-PI. F’dan il-kuntest, qed jiġi mfakkar li parti mill-2005 hija koperta mill-PI. Konsegwentement, l-argument li l-industrija tal-Komunità diġà kienet qed tagħmel telf qabel seħħ id-dumping kellu jiġi rifjutat.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(95)

Fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda, il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (121) tar-Regolament provviżorju li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu soffert mill-industrija tal-Komunità hija konfermata.

5.5.   L-effetti ta’ fatturi oħra

5.5.1.   Kummenti mill-partijiet interessati

(96)

Għadd ta’ partijiet interessati tennew l-istqarrijiet li ressqu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, li d-dannu materjali soffert mill-industrija tal-Komunità kien allegatament kawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet dumped. Dawn l-istqarrijiet ġew indirizzati sewwa fir-Regolament provviżorju. Aktar speċifikament, l-istqarrijiet imsemmija dwar id-dannu materjali li allegatament l-industrija Komunitarja ġabet fuqha kienu indirizzati fil-premessi (134) sa (136) tar-Regolament provviżorju u l-istqarrijiet rigward it-tnaqqis fid-domanda għall-azzar kienu indirizzati fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju. Anke jekk ma kienx hemm elementi ġodda provduti biex jappoġġaw dawn l-istqarrijiet, is-sejbiet u l-konklużjonijiet ewlenin li kienu stabbiliti fir-Regolament provviżorju huma ċċarati aktar hawn taħt.

5.5.1.1.   Żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(97)

Għadd ta’ partijiet interessati qalu li ż-żidiet qawwija fl-ispejjeż, b’mod partikolari materji primi u elettriku, sofferti mill-industrija tal-Komunità u t-tnaqqis fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità kkawżaw id-dannu materjali misjub matul il-PI.

(98)

Fir-rigward ta’ l-allegat tnaqqis fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità, qed jiġi mfakkar li aġġustament tal-kapaċità sar kif imsemmi fil-premessa (93) tar-Regolament provviżorju sabiex jittieħed kont sħiħ ta’ din is-sitwazzjoni partikolari.

(99)

Rigward iż-żidiet fl-ispiża, l-industrija tal-Komunità allegat li ż-żidiet fl-ispiża osservati fl-industrija ta’ l-allojs ġeneralment iseħħu fuq skala dinjija u hekk jaffettwaw ugwalment l-industrija madwar id-dinja. Analiżi ta’ l-iżvilupp tal-prezz ta’ oġġetti ewlenin matul il-perjodu kkunsidrat juri li l-ispejjeż żdiedu (l-elettriku, quartzite u electrode paste). Madankollu, l-investigazzjoni wriet li anke jekk dawn iż-żidiet kienu parzjalment kumpensati minn żidiet fil-prezz tal-bejgħ, il-preżenza ta’ importazzjonijiet dumped bi prezz baxx ma ħallietx lill-industrija tal-Komunità li tgħaddi l-effett sħiħ taż-żidiet fl-ispejjeż fuq il-prezz tal-bejgħ. Il-premessi (131) sa (140) tar-Regolament provviżorju huma, għalhekk, ikkonfermati.

(100)

Għadd ta’ partijiet interessati argumentaw li produttur wieħed speċifiku tal-Komunità kellu problemi mal-fornitur tiegħu ta’ l-elettriku li wasslu għal tnaqqis fil-kwantitajiet tal-produzzjoni fl-2005 u l-2006. Huma argumentaw li dan spjega b’mod sħiħ it-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità u t-telf fil-profittabilità.

(101)

Kif diġà msemmi fil-premessa (83) hawn fuq, il-kawża tad-dannu soffrut għandha tiġi analizzata fuq il-livell ta’ l-industrija tal-Komunità b’mod sħiħ. Madankollu, f’ġieh l-argument, anke jekk id-data ta’ dan il-produttur kellha tiġi eskluża mill-evalwazzjoni tad-dannu, ix-xejriet osservati għall-bqija ta’ l-industrija tal-Komunità jibqgħu ferm negattivi u jkomplu juru dannu materjali. Għalhekk din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

5.5.2.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(102)

Meta titqies l-analiżi ta’ aktar ‘il fuq li għamlet distinzjoni xierqa bejn u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, hawnhekk qed jiġi kkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jdawrux il-fatt li l-ħsara vvalutata trid tkun attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping.

(103)

Minħabba dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet dumped tal-FeSi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(104)

Minħabba li ma kien hemm l-ebda kummenti f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet fil-premessi (137) sa (140) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.   L-INTERESS KOMUNITARJU

6.1.   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità u tal-produttur l-ieħor tal-Komunità

(105)

Ċerti partijiet interessati argumentaw li s-suq tal-FeSi irkupra mit-tmiem tal-PI u li l-prezzijiet allegatament laħqu livelli rekord. L-industrija tal-Komunità għalhekk setgħet tkompli l-produzzjoni u żżid il-profittabilità mingħajr ħtieġa li timponi l-miżuri kontra d-dumping. Barra minn hekk, kien allegat ukoll li se jkunu biss produtturi esportaturi li qegħdin f’pajjiżi terzi mhux konċernati mill-miżuri anti-dumping il-benefiċjarji ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri minflok l-industrija tal-Komunità.

(106)

Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti għall-PI għandha normalment tiġi kkunsidrata sabiex tintlaħaq sejba. F’kull avveniment, filwaqt li l-informazzjoni disponibbli turi li l-prezzijiet tal-FeSi fil-fatt segwew xejra ‘l fuq fix-xhur tara l-PI, il-prezzijiet ta’ l-ispejjeż ewlenin għall-FeSi ukoll żdied fl-istess perjodu. Fuq din il-bażi, ma tistax tintlaħaq konklużjoni li l-industrija tal-Komunità irkuprat sal-grad li l-impożizzjoni tal-miżuri ma tkunx meħtieġa. Dan l-argument kellu għalhekk jiġi rifjutat.

(107)

Fir-rigward ta’ l-argument li jkunu biss produtturi esportaturi li qegħdin f’pajjiżi terzi mhux konċernati mill-miżuri anti-dumping il-benefiċjarji ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri minflok l-industrija tal-Komunità, qed jiġi mfakkar li l-għan tal-miżuri anti-dumping huwa biex jiġu kkorreġuti l-effetti tad-dumping li jfixklu l-kummerċ u biex jerġa’ jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Komunità. Fuq naħa, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati għalhekk mhux se jinżammu milli jidħlu fis-suq tal-Komunità fejn il-kompetizzjoni effettiva se tkun hemm għall-benefiċċju ta’ l-operaturi kollha. Bl-istess mod, l-industrija tal-Komunità se tieħu l-benefiċċji tar-restawrazzjoni tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Komunità. Fuq il-bażi ta’ dan, qed jiġi kkunsidrat li l-argument huwa bla bażi u għalhekk irid jiġi rifjutat.

(108)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet fil-premessi (143) sa (149) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

6.2.   L-interess tal-fornituri tal-materja prima

(109)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti oħra mill-fornituri, wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, il-premessi (150) sa (152) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

6.3.   L-interess ta’ l-importaturi

(110)

Parti waħda interessata li timporta l-FeSi mir-RPĊ u li twasslu prinċipalment lill-funderiji allegat li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping se jkollhom effetti negattivi serji fuq l-industrija tal-ħadid fondut li jirriżultaw fl-għeluq ta’ l-istabbilimenti fit-tali industrija u konsegwentement telf ta’ impjiegi fis-suq tal-Komunità.

(111)

Madankollu, kif issottolineat fil-premessa (115) hawn taħt, minkejja kooperazzjoni ferm limitata mill-funderiji, investigazzjoni oħra mwettqa wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji wriet li l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mhix se jkollha effett negattiv sinifikanti fuq il-funderiji. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

(112)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet fil-premessi (153) sa (158) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

6.4.   L-interess ta’ l-utenti

(113)

Kif issottolineat fil-premessi (2) sa (4) hawn fuq, l-effett possibbli tal-miżuri provviżorji fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti industrijali, b’mod partikolari l-funderiji u l-produtturi ta’ l-azzar, ġiet eżaminata aktar. Minkejja li aktar minn 500 kwestjonarju ntbagħtu lill-partijiet interessati, il-kooperazzjoni tagħhom, kif spjegat fil-premessa (4) hawn fuq, kienet limitata ferm.

(114)

L-analiżi addizzjonali kkonċentrat fuq żewġ gruppi ewlenin ta’ utenti, prinċipalment produtturi ta’ l-azzar u funderiji. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni addizzjonali li waslet, ġie konfermat li bħala medja l-FeSi jagħti kont għal madwar 0.7 % ta’ l-ispiża tal-produzzjoni għall-produtturi ta’ l-azzar. Għall-funderiji, is-sehem instab li kien ogħla (1.4 % ta’ l-ispiża tal-produzzjoni).

(115)

Fuq dik il-bażi, u meta jittieħed kont li r-rata medja ta’ dazju definittiv anti-dumping huwa 23.4 %, l-impatt tal-miżuri fuq l-industrija ta’ l-azzar u l-funderiji mhix mistennija li tkun sinifikanti minħabba li l-aktar li tista’ taffettwa r-riżultati finanzjarji huwa b’0.16 % u 0.33 % rispettivament. L-agħar sitwazzjoni għandha tidher fid-dawl ta’ l-effetti benefiċjarji li l-korrezzjoni għat-tfixkil fil-kummerċ se jkollhom għall-kummerċ ġenerali tal-Komunità. Aktar minn hekk, jekk il-fatt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati jammontaw għall-madwar 50 % tal-Konsum tal-Komunità jiddaħħal f’dan l-analiżi, f’dak il-każ l-effett tal-miżuri għar-riżultati finanzjarji ta’ l-industriji utenti ikun aktar baxx b’mod sinifikanti.

(116)

Minħabba dan t’hawn fuq, il-premessa (166) tar-Regolament provviżorju hi hawnhekk ikkonfermata.

6.5.   Proċedimenti preċedenti

(117)

Għadd ta’ partijiet interessati qalu li minħabba li l-miżuri anti-dumping imposti fil-passat allegatament ma kellhomx l-effetti rimedjali mistennija fuq l-industrija tal-Komunità, l-istituzzjonijiet iddeċidew li jħallu l-miżuri anti-dumping jiskadu fl-2001, Ara il-premessa (129) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/230/KE tal-21 ta’ Frar 2001 li tittermina l-proċediment ta’ l-anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ ferro-silikon li jkun joriġina mill-Brażil, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Każakstan, mir-Russja, mill-Ukraina, u mill-Veneżwela. (5)

(118)

Mingħajr ma jsiru kummenti dwar il-korrettezza ta’ l-istqarrija t’hawn fuq, ir-Regolament bażiku jeħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura u analizzata matul l-investigazzjoni relevanti u mhux fuq il-bażi ta’ l-investigazzjonijiet preċedenti. L-assunzjoni t’hawn fuq li saret minn dawn il-partijiet interessati għalhekk mhix relevanti fil-każ preżenti u trid tiġi rifjutata.

6.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(119)

Minħabba r-riżultati ta’ aktar investigazzjoni ta’ l-aspetti ta’ l-interess tal-Komunità tal-każ deskritt hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjonijiet li hemm fil-premessi (141) sa (168) tar-Regolament provviżorju huma hawn konfermati.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Il-livell li fih titneħħa l-ћsara

(120)

Għadd ta’ partijiet interessati kkuntestaw is-sejba provviżorja li marġini ta’ profitt ta’ 5 % ikun marġini ta’ profitt li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(121)

Parti waħda interessata qalet li l-marġini ta’ profitt għall-industrija tal-Komunità użat għad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni ta’ dannu għandu jkun stabbilit fil-livell ta’ profitt imwettaq mill-industrija tal-Komunità fis-sena 2003, i.e. 2.3 % u f’ebda każ aktar minn dak tas-sena 2004 li kienet sena tajba b’mod eċċezzjonali għas-settur ta’ l-allojs.

(122)

Id-determinazzjoni tal-livell ta’ l-eliminazzjoni tad-dannu għandha tkun bażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ marġini ta’ profitt li l-industrija tal-Komunità tista’ tistenna li tikseb b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fuq is-suq tal-Komunità. Il-marġini ta’ profitt imwettaq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat b’investigazzjoni partikolari jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-profitt miksub fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped. Madankollu, qed jiġi mfakkar li waqt l-investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza li wasslet għat-twaqqif tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-FeSi li joriġinaw mill-Brażil, ir-RPĊ, il-Każakstan, ir-Russja, l-Ukraina u l-Veneżwela l-profitti mwettqa mill-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped laħqu livelli sa 11.2 %, ara l-premessa (105) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/230/KE. Għalhekk, il-mira ta’ profitt applikat ta’ 5 % użat fl-investigazzjoni preżenti kif spjegat fil-premessa (171) tar-Regolament provviżorju tirrifletti strateġija aktarx konservattiva. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, it-talba ġiet irrifjutata.

(123)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tal-ħsara, il-premessi (169) sa (171) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.2.   Il-forma u l-livell ta’ dazji

(124)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq livell biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ dumping misjub.

(125)

Fid-dawl tal-kummenti li waslu minn ċertu partijiet interessati wara l-iżvelar provviżorju u fid-dawl tar-reviżjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament, ċertu marġini ġew emendati.

(126)

Ir-rata ta’ dazji definittivi huma definittivament stabbiliti kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Il-marġni ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara

Il-marġini tad-dumping

Ir-rata tad-dazju anti-dumping

Ir-RPĊ

Erdos Xijin Kuang Co., Ltd., Qipanjing Industry Park

21,4  %

15,6  %

15,6  %

Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd., Xicha Village

31,4  %

29,0  %

29,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,2  %

55,6  %

31,2  %

Ir-Russja

Chelyabinsk Electrometallurgical Integrated Plant, Chelyabinsk u Kuznetsk Ferroalloy Works, Novokuznetsk

31,3  %

22,7  %

22,7  %

Bratsk Ferroalloy Plant, Bratsk

18,8  %

17,8  %

17,8  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,3  %

22,7  %

22,7  %

L-Eġittu

The Egyptian Ferroalloys Company, il-Kajr

27,1  %

15,4  %

15,4  %

Egyptian Chemical Industries KIMA, il-Kajr

18,0  %

24,8  %

18,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,0  %

24,8  %

18,0  %

Il-Każakstan

Il-Kumpaniji kollha

33,9  %

37,1  %

33,9  %

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Il-Kumpaniji kollha

19,0  %

5,4  %

5,4  %

(127)

Xi partijiet interessati proponew li jiġi impost prezz minimu ta’ importazzjoni minflok dazju ad valorem. Madankollu, ġie kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ prezz minimu ta’ l-importazzjoni ma kienx ikun adatt f’dan il-każ. Instab li l-FeSi huwa importat f’firxa wiesgħa ta’ tipi differenti b’livelli ta’ prezz differenti b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, l-esportaturi kollha li kkooperaw għandhom livelli ta’ dazju differenti (uħud bażati fuq marġini ta’ dumping, uħud fuq marġini ta’ dannu) li jeħtieġu għadd ta’ prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni differenti. L-impożizzjoni ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni, f’dawn iċ-ċirkostanzi, tkun miżura ferm ineffiċjenti. Dan l-argument ġie għalhekk rifjutat.

(128)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi interessat u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati li tipproduċi kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli “għall-kumpaniji l-oħra kollha”.

(129)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (6) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun hemm bżonn, ir-Regolament ikun imbagħad emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

7.3.   Impenji fuq il-prezz

(130)

L-impenn offrut mill-produttur esportatur f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja ġie aċċettat fl-istadju provviżorju bir-Regolament provviżorju. Wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi, produttur esportatur wieħed fl-Eġittu, iż-żewġ produtturi li kooperaw fir-Russja u esportatur Ċiniż offrew impenji ta’ prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(131)

Qed jiġi nnutat madankollu, li minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji l-prodott konċernat u l-prodott simili wrew volatilità konsiderevoli fil-prezzijiet u għalhekk l-FeSi m’għadhiex kunsidrata aktar adatta għal impenn ta’ prezz fiss. Sabiex tingħeleb din il-problema, il-possibbiltà ta’ indiċi għall-prezz minimu ta’ importazzjoni għall-prezz ta’ l-ispiża ewlenija kien eżaminat. Ġie konkluż, madankollu, li l-volatilità fil-prezzijiet fis-suq ma jistgħux jiġu spjegati biss b’żieda fil-prezz ta’ l-ispiża prinċipali, u għalhekk mhux possibbli li jiddaħħlu fl-indiċi l-prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni għall-prezz tad-dħul ewlieni ta’ l-ispiża. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li dawn l-impenji offruti fuq il-prezz kellhom jiġu rifjutati.

(132)

Fl-eżaminazzjoni ta’ jekk l-erba’ impenji offruti wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi setgħux jiġu aċċetti jew le, il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-impenji aċċettati fl-istadju provviżorju mill-produttur esportatur f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja taħt iċ-ċirkostanzi li nbidlu tal-volatilità tal-prezz. Minħabba l-volatilità għolja tal-prezz deskritta hawn fuq, il-prezz minimu ta’ l-importazzjoni tas-sejbiet m’għadux biżżejjed biex jelimina l-effett dannuż tad-dumping kif stabbilit bl-investigazzjoni. Fil-fatt, il-prezzijiet żdiedu b’mod konsiderevoli fix-xhur wara l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn. Minħabba l-fatt li l-prezz minimu ta’ l-importazzjoni ma jistax jiġi indiċizzat, ġie konkluż li l-impenji fil-forma kurrenti, jiġifieri bi prezzijiet minimi fissi ma jistgħux jiffunzjonaw aktar. Għalhekk l-aċċettazzjoni ta’ l-impenji offruti mill-produttur esportatur fl-eks Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja għandha tiġi irtirata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni irtirat l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/2008 (7).

7.4.   Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji u s-superviżjoni speċjali

(133)

Minħabba l-kobor tal-marġini ta’ dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara ikkaġunat lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, impost mir-Regolament provviżorju, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 994/2007, għandhom jinġabru b’mod definittiv sa l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammonti żgurati b’mod provviżorju b’żieda mar-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji provviżorji.

(134)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ elużjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw biss għal kumpaniji li għalihom iddaħħlet rata tad-dazju individwali, jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura tali gћandhom jiġu soġġetti gћad-dazju residwu ta’ l-anti-dumping li japplika gћall-esportaturi l-oћra kollha.

(135)

Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jgawdu minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tan-negozju li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, tista’ tingħata bidu għal investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv anti-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon li jagħmel parti mill-kodiċijiet tan-NM 7202 21 00, 7202 29 10 o 7202 29 90, u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fl-Eġittu, fil-Każakstan, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u fir-Russja.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv li hi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Ir-rata ta’ dazju anti-dumping

(%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Erdos Xijin Kuangye Co., Ltd., Qipanjing Industry Park

15,6

A829

Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd, Xicha Village

29,0

A830

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,2

A999

L-Eġittu

The Egyptian Ferroalloys Company, IL-kAJR

15,4

A831

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,0

A999

Il-Każakstan

Il-Kumpaniji kollha

33,9

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Il-Kumpaniji kollha

5,4

Ir-Russja

Bratsk Ferroalloy Plant, Bratsk

17,8

A835

Il-kumpaniji l-oħra kollha

22,7

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

L-ammonti żgurati permezz tad-dazji anti-dumping provviżorji skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 994/2007 fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon li jagħmel parti mill-kodiċijiet tan-NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fl-Eġittu, fil-Każakstan, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u fir-Russja. L-ammonti żgurati b’żieda ma’ l-ammont tad-dazji anti-dumping definittivi għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti żgurati fil-livell ta’ dazji provviżorji biss għandhom ikunu definittivament miġbura.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 223, 29.8.2007, p. 1

(3)  Dokument ta’ Ħidma tal-Personell tal-Kummissjoni, Analiżi ta’ l-indikaturi ekonomiċi ta’ l-industrija ta’ l-UE tal-metalli: l-impatt tal-materji primi u l-forniment ta’ l-enerġija fuq il-kompetittività, Brussell, 2.8.2006, SEC(2006) 1069.

(4)  Ibid. p. 88.

(5)  ĠU L 84, 23.3.2001, p. 36.

(6)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju J-79 4/23, 1049 Brussell, il-Belġju.

(7)  Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej trid tidher fuq l-invojs kummerċjali validu imsemmi fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja “Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li [il-volum] ta’ ferro-silikon li nbiegћ gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li huwa kopert b’din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif provdut f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma”


28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 173/2008

tas-27 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

69,6

MA

47,6

TN

129,8

TR

92,1

ZZ

84,8

0707 00 05

JO

190,5

MA

64,7

TR

203,0

ZZ

152,7

0709 90 70

MA

90,3

TR

142,6

ZZ

116,5

0709 90 80

EG

54,8

ZZ

54,8

0805 10 20

AR

69,8

EG

43,5

IL

52,7

MA

49,3

TN

47,3

TR

73,3

ZA

57,8

ZZ

56,2

0805 20 10

IL

116,5

MA

113,8

ZZ

115,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

84,3

MA

152,0

PK

48,1

TR

73,3

ZZ

89,4

0805 50 10

AR

48,9

EG

85,4

IL

90,4

TR

114,7

UY

52,4

ZA

79,7

ZZ

78,6

0808 10 80

AR

102,3

CA

86,4

CL

63,5

CN

76,6

MK

42,4

US

108,6

UY

89,9

ZA

106,7

ZZ

84,6

0808 20 50

AR

89,9

CL

76,0

CN

113,3

US

123,2

ZA

97,7

ZZ

100,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 174/2008

tas-27 ta’ Frar 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 994/2007 li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakstan, minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u mir-Russja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma ddampjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ferro-silikon (“FeSi”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Eġittu, mill-Każakstan, minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u mir-Russja.

(2)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 994/2007 (3) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ FeSi, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u mir-Russja. Il-miżuri applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet jikkonsistu f’dazju ad valorem, għajr għal produttur esportatur wieħed f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja li minnu ġie aċċettat impenn fir-Regolament imsemmi.

(3)

Fil-kuntest ta’ l-eżami dwar jekk l-impriża tal-prezz tkomplix tkun prattika, instab li l-prezzijiet ta’ l-FeSi baqgħu jitilgħu u jinżlu wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u l-aċċettazzjoni ta’ l-impriża. Ġeneralment, instab li l-prezzijiet ta’ l-FeSi urew volatilità konsiderevoli. Minħabba fil-volatilità tal-prezz deskritta hawn fuq, ġie konkluż li l-prezzijiet fissi minimi ta’ l-importazzjoni (“MIPs”) ta’ l-impriża ma għadhomx forma ta’ miżura li tgħodd fid-dawl tas-sejbiet li saru matul l-investigazzjoni.

(4)

Biex tingħeleb din il-problema, ġiet eżaminata l-possibbiltà ta’ indiċi għall-prezz minimu ta’ importazzjoni għall-prezz ta’ l-ispiża ewlenija. Ġie konkluż, madankollu, li l-volatilità fil-prezzijiet fis-suq ma tistax tiġi spjegata biss b'żieda fil-prezz ta’ l-ispiża prinċipali, u għalhekk mhux possibbli li jiddaħħlu fl-indiċi l-prezzijiet minimu ta’ l-importazzjoni. Għalhekk, ġie konkluż li l-impriża fil-forma attwali tagħha, jiġifieri bi prezzijiet minimi fissi ma għadhiex titħaddem iżjed u li l-problema imposta mill-karattru fiss tal-prezz minimu ma tkunx tista’ tissewwa permezz ta’ l-indiċjar tal-prezz. Għalhekk, ġie konkluż li l-FeSi mhuwiex aktar meqjus bħala adattat għal impriża bi prezz fiss (ara wkoll il-premessi (131) u (132) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008 (4)) u li l-aċċettazzjoni ta’ l-impriża offruta mill-kumpanija kkonċernata għandha tiġi rtirata.

(5)

Il-kumpanija kkonċernata ġiet mgħarrfa bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ingħatat opportunità li tikkummenta.

(6)

Il-kumpanija stqarret li r-raġunament tal-Kummissjoni għall-irtirar ta’ l-impriża jikkontradixxi l-analiżi ta’ interess tal-Komunità fejn stqarret fl-iżvelar tagħha lill-kumpanija li “filwaqt li t-tagħrif disponibbli juri li l-prezzijiet ta’ l-FeSi tabilħaqq segwew xejra ta’ żieda fix-xhur li jsegwu l-PI, il-prezzijiet ta’ l-ispejjeż ewlenin ta’ l-FeSi ukoll żdiedu fl-istess perjodu.”

(7)

F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni li l-istqarrija ta’ hawn fuq, kif ikkonfermat fil-premessa (106) tar-Regolament (KE) Nru 172/2008, ma tistabbilixxix korrelazzjoni bejn l-evoluzzjoni tal-prezz ta’ l-FeSi u l-ispiża tad-dħul iżda kienet intenzjonata li tispjega l-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja. Tabilħaqq, skond il-prassi stabbilita tal-Kummissjoni rigward l-indiċjar ta’ l-MIPs, l-MIPs jistgħu jiġu indiċjati biss f’każijiet fejn il-prezz tal-prodott soġġett għall-impriża jvarja skond id-dħul ewlieni. F’dan il-każ partikolari, l-ispiża tad-dħul ewlieni (l-elettriku) ma wrietx korrelazzjoni qawwija maż-żieda tal-prezz ta’ l-FeSi. Anki jekk kien hemm korrelazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-FeSi u d-dħul tiegħu ewlieni, fid-dawl tal-prezzijiet diverġenti ta’ l-elettriku fis-swieq differenti ma jeżisti l-ebda sors xieraq ta’ tagħrif rigward il-prezzijiet ta’ l-elettriku bħala bażi għall-indiċi ta’ l-MIP, kuntrarju għall-prezzijiet ta’ prodotti oħra bħaż-żejt. Barra minn hekk, materji primi oħrajn bħall-kokk u l-kwarżit huma wkoll komponenti prinċipali iżda varjanti tal-prezz tal-produzzjoni ta’ l-FeSi. Għalhekk, jekk l-MIPs kienu indiċjati għall-prezz ta’ kull wieħed minn dan id-dħul, trid tiġi stabbilita formula kumplessa ta’ indiċjar li tirrendi d-determinazzjoni tal-parametri ta’ l-indiċjar u t-tħaddim ta’ l-impriżi kumplessi ħafna. Għaldaqstant, ġie konkluż li mhuwiex possibbli l-indiċjar tal-prezzijiet minimi ta’ importazzjoni għall-prezz tad-dħul ewlieni, u għalhekk skond il-ħtieġa, it-talba tal-kumpanija ma ntlaqgħetx.

(8)

Aktar minn hekk, il-kumpanija stqarret li hija kontra l-prattika tal-Kummissjoni li tbiddel il-livell jew il-forma tal-miżura ddeterminata provviżjonalment u/jew proposta fi stadju definittiv fuq il-bażi ta’ tagħrif li jkopri perjodu li huwa sussegwenti għall-PI. Skond il-klawżoli ta’ l-impriża, il-kumpanija ġiet mgħarrfa li l-Kummissjoni tista’ tirtira l-aċċettazzjoni ta’ l-impriża fi kwalunkwe stadju matul l-implimentazzjoni tagħha minħabba f’ċirkustanzi li nbidlu minn dawk eżistenti fiż-żmien ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impriża jew minħabba li s-sorveljanza u l-infurzar ta’ l-impriża instabu li mhumiex prattiċi u soluzzjoni li hija aċċettabbli mill-Kummissjoni ma nstabitx. Fuq din il-bażi, it-talba ma ntlaqgħetx.

(9)

Il-kumpanija stqarret ukoll li l-Kummissjoni ma kkonkludietx tajjeb fl-evalwazzjoni ta’ l-effettività ta’ l-impriża parzjalment minħabba li użat data mhix verifikata ta’ wara l-PI. Fir-rigward ta’ dan, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni segwiet il-prassi regolari tagħha billi hija prinċipalment użat id-data ta’ l-Eurostat għall-analiżi tagħha kif ukoll ir-rapport perjodiku ta’ l-impriża mill-kumpanija. Kif kien xieraq, din it-talba ma ntlaqgħetx.

(10)

Għalhekk, skond l-Artikolu (9) tar-Regolament bażiku u wkoll skond il-klawżoli rilevanti ta’ l-impriża, li jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tirtira unilateralment l-aċċettazzjoni ta’ l-impriża, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aċċettazzjoni ta’ l-impriża offerta minn Silmak Dooel Export Import, Jegunovce tiġi rtirata.

(11)

B’mod parallel mar-Regolament attwali, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 172/2008, impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silicon li joriġinaw, inter alia, minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, li għandu jkun applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti manifatturati mill-produttur esportatur ikkonċernat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aċċettazzjoni ta’ l-impriża offruta minn Silmak Dooel Export Import, Jegunovce konnessa mal-proċeduri ta’ l-anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-ferro-silicon li joriġinaw, inter alia, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja hija, b’dan, irtirata.

Artikolu 2

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 994/2007 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 291, 30.11.2006, p. 34.

(3)  ĠU L 223, 29.8.2007, p. 1

(4)  Ara paġna 6 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 175/2008

tas-27 ta’ Frar 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwota tariffarja stabbilita għas-subperjodu ta’ Frar 2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (2), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2008 (3) li jiftaħ subperjodu speċifiku fi Frar 2008, għall-kwota tariffarja għall-importazzjoni tar-ross mitħun u nofs mitħun li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(2)

Is-subperjodu tax-xaħar ta' Frar huwa t-tieni subperjodu fl-2008 għall-kwota bin-numru tas-sejre 09.4127, previst fil-punt a) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(3)

Min-notifika mibgħuta skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4127, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ xogħol ta’ Frar 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ikopru kwantità inqas minn [jew daqs] dik disponibbli.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi ffissata, għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4127, il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantità totali disponibbli fil-kuntest tal-kwota bin-numru tas-serje 09.4127, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 se jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Settembru 2008.

(2)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1538/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 49).

(3)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 6.


ANNESS

Il-kwantità li għandha tiġi allokata għas-subperjodu ta’ Frar 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta’ wara, skond ir-Regolament (KE) Nru 327/98

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30, provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Frar 2008

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ April 2008

(kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 (1)

12 365 684


(1)  l-ebda koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Novembru 2007

Għajnuna mill-Istat C 39/06 (ex NN 94/05) – Skema ta’ azzjonisti għall-ewwel darba implimentata mir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5398)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/166/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li sejħet lil partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (2),

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

B’ittra datata 15 ta’ Ġunju 2004, il-Kummissjoni kienet mgħarrfa minn ċittadin mir-Renju Unit dwar għajnuna illegali mogħtija mill-Kunsill tal-Gżejjer Shetland, li hija l-awtorità pubblika fil-Gżejjer Shetland tar-Renju Unit. B’ittri datati 24 ta’ Awissu 2004, 4 ta’ Frar 2005, 11 ta’ Mejju 2005 u 16 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet lir-Renju Unit biex jagħtiha informazzjoni dwar din l-għajnuna. Ir-Renju Unit ta lill-Kummissjoni aktar informazzjoni b’ittri datati 10 ta’ Diċembru 2004, 6 ta’ April 2005, 8 ta’ Settembru 2005 u 31 ta’ Jannar 2006.

(2)

B’ittra datata 13 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni għarrfet lir-Renju Unit li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita bl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta’ l-għajnuna. Ir-Renju Unit ta l-kummenti tiegħu dwar il-każ b’ittra datata 16 ta’ Ottubru 2006.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Novembru 2006 (3). Il-Kummissjoni stiednet lil partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna. Ma waslu ebda kummenti.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA

(4)

Il-Kunsill tal-Gżejjer Shetland għamel pagamenti lis-settur tas-sajd fl-ambitu ta’ żewġ miżuri ta’ għajnuna ġenerali msejħin ‘Għajnuna lill-Industrija tal-Qbid u l-Ipproċessar tal-Ħut’ u ‘Għajnuna lill-Industrija tat-Trobbija tal-Ħut’, li fil-fatt kienu magħmula minn tipi differenti ta’ skemi ta’ għajnuna li kienu fis-seħħ sa mis-snin sebgħin. Waħda minn dawn l-iskemi kienet l-hekk imsejħa ‘Skema ta’ azzjonisti għall-ewwel darba’ (‘l-iskema’). Skond dik l-iskema, li kienet fis-seħħ mill-1982 sa l-14 ta’ Jannar 2005, setgħu isiru għotjiet bħala kontribuzzjoni ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja proprja għax-xiri ta’ sehem f’bastiment tas-sajd eżistenti jew ġdid. Għajnuna kienet tingħata biss lil persuni ’l fuq minn 18-il sena li ma kellhomx is-sehem tagħhom f’bastiment tas-sajd.

(5)

Kienet tingħata għajnuna ta’ 50% ta’ l-ispejjeż għall-akkwist tas-sehem, b’massimu ta’ liri sterlini (GBP) 7 500 fil-każ ta’ bastiment eżistenti u GBP 15 000 fil-każ ta’ bastiment ġdid. Il-50% l-oħra setgħu jitħallsu biss bil-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju nnifsu, li kienet tiġi mit-tfaddil tiegħu stess jew minn self mill-familja tiegħu. L-ammont ta’ għajnuna qatt ma seta’ jaqbeż il-25% tal-valur tal-bastiment.

(6)

L-għajnuna kienet tingħata bil-kundizzjoni li l-bastiment jintuża l-ħin kollu għas-sajd għal ħames snin ta’ wara u li l-benefiċjarju jżomm is-sehem tiegħu fil-bastiment għal perjodu ta’ ħames snin minn meta jirċievi l-għajnuna.

Motivi biex tinbeda l-proċedura

(7)

Il-Kummissjoni kellha dubji serji li l-għajnuna mogħtija skond l-iskema għal individwi li jkunu kisbu għall-ewwel darba sehem f’bastiment użat setgħet ma kinitx kompatibbli mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.2.3.3. tal-Linji gwida għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u l-akkwakultura ta’ l-1994, l-1997 u l-2001 rispettivament (4). B’mod partikolari, kellha dubji dwar il-konformità ta’ l-iskema suġġetta għall-kundizzjoni li tingħata għajnuna biss fir-rigward ta’ bastimenti mhux eqdem minn 10 snin (5) jew 20 sena (6) rispettivament, li setgħu jintużaw mill-anqas għal 10 snin oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tar-rata ta’ għajnuna ta’ l-iskema ta’ 25% ta’ l-ispiża attwali ta’ l-akkwist tal-bastiment, li dehret li ma kinitx konformi mal-Linji gwida ta’ l-2001, applikabbli għal skemi eżistenti ta’ għajnuna sa mill-1 ta’ Lulju 2001, li kienu jippermettu rata ta’ għajnuna sa 20% biss, li kienu jippermettu rata ta’ għajnuna sa 20% biss (7).

Fir-rigward ta’ l-għajnuna mogħtija għall-akkwist ta’ sehem f’bastiment ġdid, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-iskema dehret li ma kienet issemmi xejn dwar il-livell ta’ referenza għad-daqs tal-flotta tas-sajd u lanqas għall-ħtiġijiet ta’ iġjene u sikurezza u għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta, skond il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6, 7, 9 u 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta’ Diċembru, u ta’ l-Anness III, li jistabbilixxi regoli u arranġamenti dettaljati dwar assistenza strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd (8), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2369/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 (9). Barra minn dan, l-iskema dehret li ma kellhiex dispożizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżiti addizzjonali msemmijin fir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2369/2002.

III.   KUMMENTI MIR-RENJU UNIT

(8)

Fit-tweġiba tiegħu tas-16 ta’ Ottubru 2006, ir-Renju Unit ta aktar informazzjoni dwar l-għajnuna mogħtija skond l-iskema. Innota li l-ammont totali ta’ għajnuna mogħtija skond l-iskema kien ta’ GBP 581 750 flok ta’ GBP 8 000 000 imsemmi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE. Ir-Renju Unit innota wkoll li wara l-1 ta’ Lulju 2001, ma kienet ingħatat ebda għajnuna fir-rigward ta’ bastimenti ġodda, u li, għalhekk, il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ kompatibbiltà ta’ l-iskema wara dik id-data ma kienet ta’ ebda rilevanza.

(9)

Fir-rigward ta’ l-għajnuniet għal akkwist ta’ sehem f’bastiment użat, ir-Renju Unit ikkonferma li l-iskema ma kien fiha ebda kundizzjoni dwar kemm kellu jkollu żmien il-bastiment, l-anqas ma kien hemm dispożizzjoni dwar il-ħtieġa li l-bastimenti kellhom jintużaw għal mill-anqas 10 snin. Iżda r-Renju Unit argumenta li l-iskema kellha kundizzjoni ta’ għotja għal ħames snin u li din id-dispożizzjoni kienet tirrappreżenta impenn impliċitu li l-bastiment ikompli jintuża għas-sajd għallinqas għal dak it-tul ta’ żmien.

(10)

Ir-Renju Unit ta lista tat-78 għajnuniet individwali kollha, kull waħda tiswa GBP 7 500, mogħtija bejn il-25 ta’ April 1996 u l-15 ta’ Lulju 2003, għall-akkwist ta’ sehem f’bastiment użat, li turi l-isem tal-benefiċjarju u l-isem u kemm kellu żmien il-bastiment. Ir-rata ta’ l-għajnuna kienet tvarja bejn 0.12% u 25%. Wara l-1 ta’ Jannar 2001, ir-rata ta’ għajnuna qatt ma kienet ogħla minn 3.75%.

(11)

Ir-Renju Unit innota li 36 minn dawk it-78 għotja dehru li ma kinux konformi, iżda li 28 minnhom kienu rkuprati jew kienu qegħdin jiġu rkuprati wara t-telf, is-sekwestru, il-bejgħ jew l-irtirar tal-bastiment in kwistjoni. Fil-każ ta’ żewġ partiti minn tmienja li kien għad fadal, l-irkupru ta’ l-għotja ma baqax ikun segwit minħabba li t-telf seħħ wara li skada l-perjodu ta’ l-għotja għall-ħames snin. Ir-Renju Unit, għalhekk, ikkonkluda li kien għad fadal biss sitt għotjiet li setgħu ma kinux konformi, dwar vapuri li kienu għadhom qed jaħdmu jew bastimenti li ġew wara u li fuqhom kien ittrasferit il-benefiċċju ta’ l-għotja in kwistjoni.

(12)

Fl-aħħarnett, ir-Renju Unit sostna li, kieku l-Kummissjoni kellha tieħu deċiżjoni negattiva, l-għajnuna mogħtija qabel it-3 ta’ Ġunju 2003 ma kienx jeħtiġilha tintradd lura minħabba li dak kien imur kontra l-prinċipju tal-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi. F’dak ir-rigward, ir-Renju Unit għamel referenza għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/612/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar self għax-xiri ta’ kwoti ta’ qbid ta’ ħut fil-Gżejjer Shetland (ir-Renju Unit) [traduzzjoni mhux uffiċjali] (10), u għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/226/KE tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar Investimenti f’Kiri u Żviluppi ta’ Proprjetà ta’ Shetland fil-Gżejjer Shetland (Renju Unit) [traduzzjoni mhux uffiċjali] (11), u qal li sat-3 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill tal-Gżejjer Shetland leġittimament qies il-fondi użati għal għajnuna bħal dik bħala privati milli pubbliċi.

IV.   VALUTAZZJONI TA’ L-GĦAJNUNA

(13)

Għandu jkun stabbilit l-ewwelnett, jekk il-miżura tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat u jekk huwa hekk, jekk hix kompatibbli mas-suq komuni.

(14)

Ingħatat għajnuna lil għadd limitat ta’ kumpaniji fis-settur tas-sajd, u, għal din ir-raġuni, hija selettiva. L-għajnuna ngħatat mill-Kunsill tal-Gżejjer Shetland minn riżorsi ta’ l-Istat u kienet ta’ benefiċċju għax-Shetland Fish Products Limited, li topera f’kompetizzjoni diretta ma’ kumpaniji oħra fis-settur tas-sajd, kemm ġewwa r-Renju Unit kif ukoll fi Stati Membri oħra. Għalhekk l-għajnuna tgħawweġ jew thedded il-kompetizzjoni u tidher li hija għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE.

Legalità

(15)

Skond ir-Renju Unit iż-żewġ skemi ġenerali msemmija fil-Premessa 4 kienu applikati qabel ma r-Renju Unit ssieħeb mal-Komunità Ekonomika Ewropea. Iżda l-Kummissjoni tinnota illi skond l-informazzjoni mogħtija, l-iskema ta’ Azzjonisti għall-ewwel darba kienet bdiet isseħħ biss fl-1982. F’kull każ, minħabba nuqqas ta’ dokumenti dwar x’kien ġara fil-passat, ir-Renju Unit ma setax iġib prova li l-għajnuna kienet diġà teżisti qabel ma r-Renju Unit ingħaqad mal-Komunità. Barra minn hekk, ir-Renju Unit ikkonferma li l-iskemi ta’ għajnuna kienu nbidlu matul is-snin u li dawn it-tibdiliet qatt ma kienu nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE (li qabel kien l-Artikolu 93(3)). B’riżultat ta’ dan, l-għajnuna għandha titqies bħala għajnuna ġdida.

Bażi tal-valutazzjoni

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ma jistabbilixxi ebda terminu ta’ dekadenza għall-eżami ta’ ‘għajnuna illegali’, kif definita fl-Artikolu 1(f) tiegħu, jiġifieri għajnuna mogħtija qabel ma l-Kummissjoni tkun tista’ tasal għal konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni. Iżda l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament jistipula li s-setgħa tal-Kummissjoni li tesiġi r-radd lura ta’ għajnuna hija suġġetta għal terminu ta’ dekadenza ta’ għaxar snin u li t-terminu ta’ dekadenza jibda fil-jum li fih tingħata l-għajnuna illegali lill-benefiċjarju u li dak it-terminu ta’ dekadenza jinkiser b’kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li mhux meħtieġ f’dan il-każ li tkun eżaminata l-għajnuna koperta mit-terminu ta’ dekadenza, jiġifieri għajnuna mogħtija aktar minn għaxar snin qabel ma ttieħdet xi miżura mill-Kummissjoni dwarha.

(17)

Il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ it-terminu ta’ dekadenza nkiser bit-talba tagħha għal informazzjoni mibgħuta lir-Renju Unit fl-24 ta’ Awissu 2004. Għalhekk it-terminu ta’ dekadenza japplika għal għajnuna mogħtija lil benefiċjarji qabel l-24 ta’ Awissu 1994. Għaldqastant, il-Kummissjoni llimitat il-valutazzjoni tagħha għall-għajnuna mogħtija bejn l-24 ta’ Awissu 1994 u Jannar, 2005.

(18)

Għajnuna mill-Istat tista’ tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni jekk tkun konformi ma’ waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmija fit-Trattat tal-KE. Fir-rigward ta’ għajnuna lis-settur tas-sajd, miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jitqiesu kompatibbli mas-suq komuni jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u l-akkwakultura. Skond it-tieni paragrafu tal-punt 5.3 tal-Linji gwida ta’ l-2004: “Għajnuna illegali’ skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tkun stmata skond il-linji gwida applikabbli fiż-żmien meta l-att amministrattiv li jagħti l-għajnuna jkun daħal fis-seħħ.” Dan huwa wkoll skond ir-regoli ġenerali espressi f’avviż tal-Kummissjoni biex ikunu determinati r-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illegali mill-Istat (12). L-għajnuna għandha, għalhekk, tkun valutata abbażi tal-kompatibbiltà tagħha mal-Linji Gwida ta’ l-1994, l-1997 u l-2001.

Bastimenti ġodda

(19)

Dwar l-għajnuna mogħtija għall-akkwist ta’ sehem f’bastiment ġdid, fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni innutat li l-għajnuna mogħtija qabel l-1 ta’ Lulju 2001, setgħet titqies li kienet kompatibbli mas-suq komuni. Wara dik id-data, iżda, il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema ma dehrux li kienu għadhom kompatibbli mal-kundizzjonijiet applikabbli u, għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji serji li għajnuna bħal dik mogħtija wara dik id-data kienet tkun inkompatibbli.

(20)

Mill-informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit, jista’ jkun stabbilit li ma ngħatat ebda għajnuna wara l-1 ta’ Lulju 2001 għall-akkwist ta’ sehem f’bastiment ġdid u li l-iskema m’għadhiex aktar fis-seħħ sa mill-14 ta’ Jannar 2005.

Bastimenti użati

(21)

Skond il-punt 2.2.3.3 tal-Linji Gwida ta’ l-1994, l-1997 u l-2001, għajnuna tista’ titqies li tkun kompatibbli mas-suq komuni biss meta l-bastiment ikun jista’ jintuża mill-anqas għal 10 snin oħra. Barra minn dan, skond il-Linji Gwida ta’ l-1994 u l-1997, il-bastiment għandu jkollu mill-anqas 10 snin u skond il-Linji Gwida ta’ l-2001, mill-anqas 20 sena.

(22)

L-iskema ma fiha ebda kundizzjoni dwar kemm ikollhom żmien il-bastimenti, u r-Renju Unit ikkonferma li ebda kundizzjoni jew azzjoni oħra ma setgħu jiżguraw il-kompatibbiltà ma’ din il-kundizzjoni. Barra minn hekk, l-iskema ma kinitx tesiġi li l-bastimenti jintużaw mill-anqas għal 10 snin oħra. Dan jagħmel lill-iskema inkompatibbli b’mod ċar mal-Linji gwida ta’ l-1994, l-1997 u l-2001.

(23)

Inkompatibbiltà bħal dik ma titneħħiex b’dak li tesiġi l-iskema li s-sehem fil-bastiment jinżamm mill-anqas għal ħames snin oħra u li l-bastiment jintuża għas-sajd matul dawk is-snin. Din id-dispożizzjoni żgurat biss li l-bastimenti jkunu qed jitħaddmu għall-ewwel ħames snin, jiġifieri għal nofs iż-żmien rikjest mill-Linji gwida.

(24)

Għalhekk qed jitqies li l-għajnuna mogħtija skond l-iskema għall-akkwist ta’ sehem f’bastiment użat hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Rkupru ta’ l-għajnuna

(25)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi fil-każ ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru interessat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarju.

(26)

Ir-Renju Unit qajjem il-kwistjoni li l-Kummissjoni m’għandhiex tesiġi l-irkupru ta’ l-għajnuna jekk dan ikun kontra l-prinċipju tal-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi u jsostni li dan il-prinċipju japplika għal dan il-każ.

(27)

Il-fondi użati għall-finanzjament ta’ l-iskema huma l-istess fondi użati għall-għajnuniet suġġetti għad-deċiżjonijiet negattivi meħudin mill-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet 2003/612/KE u 2006/226/KE, kif hemm referenza għalihom fil-Premessa 12 ta’ din id-deċiżjoni. F’dawk il-każijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn il-fondi għandhom jitqiesu bħala riżorsi ta’ l-Istat għall-finijiet ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każijiet in kwistjoni, aspettattivi leġittimi dwar in-natura privata tal-fond in kwistjoni kienu nħolqu min-naħa ta’ l-awtoritajiet u l-korpi involuti ta’ Shetland permezz ta’ taħlita ta’ għadd ta’ elementi meħudin flimkien li ma kinux iħallu jsir irkupru ta’ l-għajnuna inkompatibbli mill-Istat.

(28)

Il-Kummissjoni tikkunsidra, iżda, li f’dan il-każ l-elementi li tqiesu fid-Deċiżjonijiet 2003/612/KE u 2006/226/KE ma jistgħux ikunu applikati bl-istess mod u li ma nħolqux l-aspettattivi leġittimi. Il-Kummissjoni tinnota, b’mod partikolari, l-azzjonijiet u l-istqarrijiet tar-Renju Unit, li juru b’mod ċar li, fiż-żminijiet rispettivi meta ngħatat l-għajnuna, l-awtoritajiet responsabbli kienu konvinti li l-iskema kienet fil-fatt skema ta’ għajnuna mill-Istat u li r-regoli dwar għajnuna mill-Istat kienu japplikaw.

(29)

Biex waslet għal dik il-konklużjoni, il-Kummissjoni tosserva li, għall-kuntrarju ta’ l-għajnuniet suġġetti għad-Deċiżjonijiet 2003/612/KE u 2006/226/KE, l-iskema in kwistjoni twaqqfet bħala skema normali ta’ għajnuna u hija dwar għotjiet diretti għal sajjieda, mogħtija direttament mill-Kunsill tal-Gżejjer Shetland. Barra minn hekk, iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-każ juru biċ-ċar li r-Renju Unit qies li kienu japplikaw ir-regoli ta’ għajnuna mill-Istat, peress li r-Renju Unit kontinwament inkluda n-nefqa skond l-iskema fir-rapporti annwali tar-Renju Unit dwar għajnuna mill-Istat mibgħuta lill-Kummissjoni skond obbligi Komunitarji. Fil-fatt, bi tweġiba għal mistoqsijiet magħmulin mill-Kummissjoni, ir-Renju Unit stqarr fl-ittra tiegħu ta’ l-10 ta’ Diċembru 2004, li: ‘pagamenti skond l-iskema kienu inklużi fl-Inventarju Annwali ta’ Għajnuna mill-Istat u mibgħuta kull sena lill-Kummissjoni, kif meħtieġ, għal bosta snin’, u fl-ittra tiegħu tas-6 ta’ April 2005, li: ‘L-awtoritajiet tiegħi aġixxew, tul is-snin, b’bona fidi u għax kienu jemmnu li l-Iskemi kienu konformi mal-linji gwida dwar għajnuna mill-Istat’.

(30)

Fir-rigward ta’ dawk l-istqarrijiet u ċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ħtieġa li l-għajnuna tintradd lura ma tistax titqies bħala kontradittorja għall-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju. Għalhekk, skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Renju Unit għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mingħand il-benefiċjarji ta’ l-iskema (mingħajr ma jitqiesu l-azzjonijiet li diġà ttieħdu), bla ħsara għal każijiet li jaqgħu fil-mira tar-Regolament (KE) Nru 875/2007 ta’ l-24 ta’ Lulju 2007, dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna ‘de minimis’ fis-settur tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1860/2004 (13).

(31)

F’dak ir-rigward, għandu jkun innutat li skond l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, biex ikun żgurat li l-kompetizzjoni effettiva terġa’ tinġieb għal li kienet qabel, l-irkupru għandu jinkludi l-imgħax. Dan l-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq bażi komposta skond il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (14). Ir-Renju Unit għandu, għalhekk, jiżgura li anki l-irkupri li diġà saru jew li għadhom qed isiru jkunu konformi ma’ din il-kundizzjoni u, fejn dan l-imgħax ma kienx inkluż fl-irkupru, jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirkupra wkoll l-ammont imsemmi ta’ imgħax mingħand dawk il-benefiċjarji.

(32)

Il-Kummissjoni ser titlob lir-Renju Unit jibagħtilha l-kwestjonarju hawn mehmuż dwar l-istatus kurrenti tal-proċedura ta’ rkupru u biex jagħmel lista ta’ benefiċjarji li għalihom japplika l-irkupru.

V.   KONKLUŻJONI

(33)

Fid-dawl tal-valutazzjoni magħmula fis-Sezzjoni IV, il-Kummissjoni ssib li r-Renju Unit, bi ksur ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, ta għajnuna illegalment skond l-Iskema.

(34)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna mogħtija skond l-iskema mhix kompatibbli mas-suq komuni sa fejn għandha x’taqsam ma’ l-għajnuna mogħtija għall-akkwist għall-ewwel darba ta’ sehem f’bastiment tas-sajd użat.

(35)

Minħabba li wara l-1 ta’ Lulju 2001, ma ngħatatx għajnuna għall-akkwist għall-ewwel darba ta’ sehem f’bastiment tas-sajd ġdid, l-għajnuna kollha mogħtija skond l-iskema hija meqjusa bħala kompatibbli mas-suq komuni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna mill-Istat li r-Renju Unit implimenta abbażi ta’ l-Iskema ta’ azzjonista għall-ewwel darba (‘l-iskema’) hija kompatibbli mas-suq komuni sa fejn għandha x’taqsam ma’ għajnuna mogħtija għall-akkwist għall-ewwel darba ta’ sehem f’bastiment tas-sajd ġdid.

2.   L-għajnuna mill-Istat li r-Renju Unit implimenta abbażi ta’ l-iskema hija inkompatibbli mas-suq komuni sa fejn għandha x’taqsam ma’ għajnuna mogħtija għall-akkwist għall-ewwel darba ta’ sehem f’bastiment tas-sajd użat.

Artikolu 2

L-għajnuna individwali msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Deċiżjoni ma tikkostitwix għajnuna jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 875/2007.

Artikolu 3

1.   Ir-Renju Unit għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mogħtija skond l-iskema msemmija fl-Artikolu 1(2), ħlief għal dik imsemmija fl-Artikolu 2.

2.   L-ammonti li għandhom jinġabru għandhom ikunu bl-imgħax mid-data li fiha tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarji sa meta jkunu attwalment irkuprati.

3.   L-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq bażi komposta skond il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004.

4.   Ir-Renju Unit għandu jikkanċella l-pagamenti kollha li baqgħalhom isiru f’għajnuna skond l-iskema msemmija fl-Artikolu 1(2) b’effett mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   L-irkupru ta’ l-għajnuna mogħtija skond l-iskema msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun immedjat u effettiv

2.   Ir-Renju Unit għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 5

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, ir-Renju Unit għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

Il-lista ta’ benefiċjarji li rċevew għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 875/2007, u l-ammont totali ta’ għajnuna li kull wieħed minnhom irċieva;

(b)

ammont totali (kapital u mgħaxijiet) li għandu jkun irkuprat mingħand kull benefiċjarju;

(ċ)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri meħudin diġà u dawk ippjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni; u

(d)

dokumenti li juru li l-benefiċjarji kienu ordnati jroddu lura l-ħlas ta’ l-għajnuna.

2.   Ir-Renju Unit għandu jżomm lill-Kummissjoni mgħarrfa bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħudin għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru ta’ l-għajnuna mogħtija skond l-iskema imsemmija fl-Artikolu 1(2) ikun sar.

Huwa għandu jibgħat immedjatament kull informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-miżuri diġà meħuda u ppjanati b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

Huwa għandu jagħti wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u ta’ mgħaxijiet ta’ rkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 291, 30.11.2006, p. 5.

(3)  ĠU C 289, 28.11.2006, p. 10.

(4)  ĠU C 260, 17.9.1994, p. 3; ĠU C 100, 27.3.1997, p. 12; u ĠU C 19, 20.1.2001, p. 7.

(5)  Linji gwida ta’ l-1994 u l-1997.

(6)  Linji gwida ta’ l-2001.

(7)  Punt 2.2.3.3(ċ) tal-Linji gwida ta’ l-2001 għall-eżami ta’ għajnuna mill-Istat lis-sajd u lill-akwakoltura.

(8)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1421/2004 (ĠU L 260, 6.8.2004, p. 1).

(9)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 49.

(10)  ĠU L 211, 21.8.2003, p. 63.

(11)  ĠU L 81, 18.3.2006, p. 36.

(12)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(13)  ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6.

(14)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1935/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006).