ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
6 ta' Frar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2008 tal-5 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2008 tal-5 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar intervent fis-suq tal-butir

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/96/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li tagħti deroga mitluba mill-Belġju li tirreferi għar-reġjun tal-Vallonja skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6643)

21

 

 

2008/97/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2008 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi ta’ l-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 324)  ( 1 )

25

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE ta' l-4 ta’ Mejju 2007 dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ( ĠU L 138, 30.5.2007 )

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 32/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 104/2008

tal-5 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

143,2

JO

84,0

MA

41,7

SN

192,7

TN

111,3

TR

92,2

ZZ

110,9

0707 00 05

EG

201,7

JO

202,1

MA

52,1

TR

112,7

ZZ

142,2

0709 90 70

MA

56,6

TR

125,0

ZA

79,4

ZZ

87,0

0709 90 80

EG

191,8

ZZ

191,8

0805 10 20

EG

45,6

IL

58,4

MA

64,2

TN

51,4

TR

70,3

ZZ

58,0

0805 20 10

IL

107,2

MA

102,6

TR

101,8

ZZ

103,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

84,5

EG

62,2

IL

74,7

JM

97,0

MA

134,9

PK

46,3

TR

76,1

US

60,6

ZZ

79,5

0805 50 10

EG

63,7

IL

120,5

MA

81,7

TR

113,4

ZZ

94,8

0808 10 80

CA

87,1

CN

75,1

MK

39,9

US

113,1

ZZ

78,8

0808 20 50

CN

49,0

US

111,5

ZA

96,5

ZZ

85,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 32/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 105/2008

tal-5 ta’ Frar 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar intervent fis-suq tal-butir

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 (2) li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ intervent fis-suq tal-butir u l-krema. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3), emenda d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-intervent u l-ħażna privata ta’ butir u krema. Minħabba dawk l-arranġamenti l-ġodda u fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, huwa xieraq li r-regoli dettaljati li jirregolaw l-intervent fis-suq tal-butir u l-krema jkunu emendati u simplifikati fejn ikun meħtieġ. Biex l-affarijiet ikunu ċari, ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandu jitħassar u jkun sostitwit b’Regolament ġdid.

(2)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistabbilixxi l-kriterji li bihom il-butir għandu jinxtara bi prezz fiss jew permezz ta’ stedina għal offerti, u f’liema ċirkustanzi l-akkwist għandu jkun sospiż. Għandhom ikunu pprovduti arranġamenti prattiċi li jikkonċernaw il-proċess ta’ akkwist. Biex tkun żgurata konformità mar-rekwiżiti fir-rigward tal-kwalità u l-preżentazzjoni tal-butir fiż-żmien meta tintbagħat l-offerta, u wara li jinħażen, il-bejjiegħa għandhom ikunu obbligati jissottomettu impenn bil-miktub għal dak l-iskop flimkien ma’ l-offerta tagħhom. Offerti għandhom ikunu akkompanjati wkoll b’ipoteka biex ikun hemm garanzija li l-offerta tinżamm u li l-butir tal-kwalità meħtieġa jkun ikkonsenjat fit-termini ta’ żmien li għandhom ikunu stabbiliti.

(3)

Biex ikun eliġibbli għal intervent, il-butir għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ kwalità u preżentazzjoni, li jeħtiġilhom ikunu definiti. Il-metodi ta’ analiżi u regoli dettaljati li jirregolaw il-kontroll tal-kwalità għandhom ukoll ikunu speċifikati u, jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ dan, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal kontrolli ta’ radjoattività fil-butir, li l-livelli massimi tagħha jeħtieġ li jkunu stabbiliti, skond il-każ, b’leġiżlazzjoni Komunitarja. Madankollu, għandu jkun possibbli għal Stati Membri li jawtorizzaw sistema ta’ awto-kontroll, suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet.

(4)

Biex ikun żgurat li l-arranġamenti ta’ intervent jiffunzjonaw sewwa, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ impriżi ta’ manifattura u l-verifika tal-konformità magħhom. Biex ikun żgurat li l-arranġamenti jkunu effettivi, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex tittieħed azzjoni jekk kundizzjonijiet bħal dawn ma jitħarsux. Billi l-butir jista’ jinxtara minn korp kompetenti ta’ Stat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħu ikun ġie prodott, il-korp kompetenti li jagħmel l-akkwist għandu, f’każijiet bħal dawn, ikun jista’ jivverifika li l-kundizzjonijiet dwar kwalità u preżentazzjoni jitħarsu.

(5)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistipula li l-akkwist għandu jsir permezz ta’ proċedura ta’ offerti. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi akkwist b’intervent jekk tkun intlaħqet ċerta kwantità offruta għal intervent. Biex il-Kummissjoni tkun f’qagħda li tieħu deċiżjoni bħal din, għandhom ikunu adottati dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ tal-kwantità ta’ butir offrut għal intervent pubbliku.

(6)

Malli jintlaħqu dawn il-kwantitajiet, il-Kummissjoni tista’ wkoll tiddeċiedi li tissokta tagħmel akkwist permezz ta’ proċedura fissa ta’ offerti. Għandhom ikunu determinati regoli dettaljati rilevanti. Biex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha fil-Komunità jkunu ttrattati b’mod ugwali, stediniet għal offerti għandhom ikunu reklamati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Id-dettalji ta’ l-offerta, partikolarment il-kwantità minima, skadenzi għal sottomissjoni u l-prezz massimu ta’ akkwist għandhom ikunu definiti.

(7)

Għandu jkun possibbli li tkun garantita l-kwalità tal-butir u l-kundizzjonijiet ta’ akkwist permezz ta’ kontrolli fi stadji differenti tul il-ħażna. Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti m’għandux jimponi piż addizzjonali fuq il-baġit Komunitarju. Għandu, għalhekk, ikun hemm dispożizzjoni biex butir ta’ standard inferjuri jittieħed lura mill-operatur, li għandu jkun obbligat iħallas l-ispejjeż li jkunu saru għall-ħażna.

(8)

L-obbligi ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu speċifikati bil-għan li jkun hemm kontroll tajjeb ta’ ħażniet merfugħa, billi tkun stipulata distanza massima għall-post tal-ħażna u l-ispejjeż li jkollhom jitħallsu meta dik id-distanza tinqabeż u l-ħtieġa, b’mod partikolari, li l-ħażniet ikunu aċċessibbli; li l-lottijiet ikunu identifikati u li l-butir maħżun ikun assigurat kontra riskji. Biex ikunu żgurati frekwenza uniformi u livell ta’ kontrolli, jeħtieġ li jkunu speċifikati n-natura u l-għadd ta’ spezzjonijiet ta’ postijiet ta’ ħażna, liema spezzjonijiet għandhom isiru mill-awtoritajiet nazzjonali.

(9)

Ġestjoni tajba ta’ ħażna ta’ intervent tkun teħtieġ li l-butir jerġa’ jinbiegħ malli jkunu disponibbli postijiet tal-bejgħ. Biex ikunu ġestiti aħjar il-kwantitajiet u biex is-suq ma jkunx destabilizzat, il-prezz tal-bejgħ għandu jkun stabbilit wara li ssir proċedura ta’ offerti. Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ bejgħ, inkluż id-depożitu ta’ garanzija, partikolarment fir-rigward ta’ termini ta’ żmien għal ħlas. Offerenti għandhom ikollhom il-possibbiltà jiddistingwu fl-offerta tagħhom bejn butir ta’ krema ħelwa u butir ta’ krema qarsa u l-prezz tal-bejgħ iffissat ikun jista’ jvarja skond il-post fejn il-butir ikun offrut għall-bejgħ.

(10)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ butir. Biex ikun żgurat li l-arrangamenti jkun jista’ jsirilhom monitoraġġ tajjeb, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar kuntratt u sett ta’ speċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna. Għall-istess raġuni, għandhom ukoll ikunu stabbiliti regoli dettaljati dwar dokumentazzjoni, żamma ta’ kotba u frekwenza ta’ proċeduri ta’ kontroll u spezzjoni, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti bl-Artikolu 6(3). Biex jitħaffew il-kontrolli fuq il-preżenza tal-butir tal-butir maħżun b’kuntratti ta’ ħażna privata, għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar tneħħija mill-ħażna f’lottijiet sħaħ sakemm l-Istat Membru ma jawtorizzax it-tneħħija ta’ kwantitàjiet iżgħar.

(11)

Biex ikun żgurat li l-iskema ta’ ħażna privata titmexxa sewwa, ikun jaqbel li l-ammont ta’ għajnuna jkun iffissat kull sena. Id-dati ta’ dħul għal ħżin, id-dati li fihom dawk li jaħżnu jkunu jistgħu ineħħu mill-ħażna, il-perjodi ta’ ħażna u l-ammonti ta’ għajnuna g]andhom ikunu jistgħu jinbidlu biex titqies il-qagħda tas-suq.

(12)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

AMBITU

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ intervent li ġejjin fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999:

(a)

ħażna pubblika:

(i)

akkwist ta’ butir:

bi prezz fiss,

b’offerti;

(ii)

bejgħ ta’ butir;

(b)

għajnuna għal ħażna privata ta’ butir.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Unjoni Ekonomika Belgo-Lussemburgiża għandha titqies bħala Stat Membru wieħed.

3.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “korp kompetenti” tfisser l-aġenzija tal-ħlas jew, skond il-każ, il-korp assenjat mill-aġenzija tal-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (4).

KAPITOLU II

ĦAŻNA PUBBLIKA

TAQSIMA 1

Kundizzjonijiet għall-akkwist ta’ butir

Artikolu 2

Il-korp kompetenti għandu jikseb biss butir li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u ta’ l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u li jkun offrut għal intervent fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

Artikolu 3

1.   Il-korp kompetenti għandu jikkontrolla l-kwalità tal-butir billi juża l-metodi deskritti fl-Anness I u abbażi ta’ kampjuni meħuda skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness II. Iżda Stati Membri jistgħu, suġġett għal ftehim bil-miktub mal-Kummissjoni, jistabbilixxu sistema ta’ awto-kontroll taħt is-sorveljanza tagħhom infushom fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ kwalità u fil-każ ta’ ċerti impriżi approvati.

2.   Livelli ta’ radjoattività fil-butir ma għandhomx jaqbżu l-livelli massimi permessi, fejn japplika, skond regoli Komunitarji.

Il-livell ta’ tniġġiż radjuattiv ta’ butir għandu jsirlu monitoraġġ biss jekk is-sitwazzjoni jkun jeħtiġilha dan, u tul il-perjodu meħtieġ. Fejn ikun meħtieġ, għandu jkun determinat kemm għandhom idumu l-kontrolli u l-għan tagħhom skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

3.   Il-butir għandu jkun ġie magħmul matul it-23 jum qabel il-jum li fih il-korp kompetenti jkun irċieva l-offerta għal bejgħ.

4.   Il-kwantità minima ta’ butir offruta għandha tkun ta’ 10 tunnellati metriċi. Stati Membri jistgħu jesiġu li l-butir ikun offrut biss f’tunnellati metriċi sħaħ.

5.   Il-butir għandu jkun ippakkjat u kkonsenjat fi blokok ta’ mill-anqas 25 kilogramma netta.

6.   Il-butir għandu jkun ippakkjat f’materjal ġdid u b’saħħtu, b’tali mod li jkun żgurat li jkun protett matul it-trasport, il-ħażna u t-tneħħija mill-ħażna. L-ippakkjar għandu juri mill-anqas id-dettalji li ġejjin, fejn jaqbel permezz ta’ kodiċi:

(a)

in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni;

(b)

id-data tal-produzzjoni;

(ċ)

id-data ta’ dħul fil-ħażna;

(d)

in-numru tal-lott ta’ produzzjoni u n-numru tal-pakkett; in-numru tal-pakkett jista’ jinbidel b’numru ta’ pjattaforma immarkat fuq il-pjattaforma;

(e)

il-kliem “krema ħelwa” jekk il-fażi kollha ilma tal-butir ikollha l-pH korrispondenti.

Stati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu li juru d-data ta’ dħul fil-ħażna fuq l-ippakkjar, bil-kundizzjoni li l-maniġer tal-maħżen jobbliga ruħu li jżomm reġistru li fih id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu rreġistrati fid-data tad-dħul fil-ħażna.

Artikolu 4

1.   Impriżi msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikunu approvati biss jekk:

(a)

ikunu approvati skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u jkollhom it-tagħmir tekniku adattat;

(b)

jintrabtu li jżommu dokumentazzjoni permanenti fil-forma stabbilita mill-korp kompetenti ta’ kull Stat Membru, u jkollhom lista tal-fornitur u ta’ l-oriġini tal-materja prima, il-kwantitajiet ta’ butir miksub u l-ippakkjar, l-identifikazzjoni u d-data ta’ ħruġ ta’ kull lott ta’ produzzjoni maħsub għal intervent pubbliku;

(ċ)

jaqblu li jissottomettu l-produzzjoni tagħhom ta’ butir għal spezzjoni uffiċjali speċifika;

(d)

jintrabtu li jgħarrfu lill-korp kompetenti, mill-anqas jumejn tax-xogħol minn qabel, bl-intenzjoni tagħhom li jipproduċu butir għal intervent pubbliku; iżda l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi terminu iqsar ta’ żmien.

2.   Biex tkun żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-korp kompetenti għandu jagħmel spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż, abbażi ta’ l-iskeda ta’ intervent ta’ produzzjoni tal-butir ta’ l-impriżi konċernati.

Huma għandhom jagħmlu mill-anqas:

(a)

spezzjoni waħda kull perjodu ta’ 28 ġurnata ta’ produzzjoni għal intervent b’mill-anqas spezzjoni waħda kull sena, biex jeżaminaw id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b);

(b)

spezzjoni waħda kull sena, biex tkun ivverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħra għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-approvazzjoni għandha tkun irtirata jekk il-kundizzjonijiet minn qabel stabbiliti fil-paragrafu 1(a) ma jibqgħux jitħarsu. L-approvazzjoni tista’ terġa’ tingħata fuq talba ta’ l-impriża konċernata wara perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur, wara spezzjoni sewwa.

Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, meta impriża tinstab li ma kinitx konformi ma’ wieħed mill-impenji tagħha kif imsemmi fil-paragrafi 1(b), (ċ) u (d), l-approvazzjoni għandha tkun sospiża għal perjodu ta’ bejn xahar u 12-il xahar skond kemm tkun gravi l-irregolarità.

L-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jimponix sospensjoni meta jkun stabbilit li l-irregolarità ma kinitx intenzjonata jew riżultat ta’ negliġenza gravi u tkun ta’ importanza żgħira fir-rigward ta’ l-effikaċja ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4.   Għandu jsir rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skond il-paragrafi 2 u 3, li jispeċifika:

(a)

id-data ta’ l-ispezzjoni;

(b)

kemm ikunu damu l-ispezzjonijiet;

(ċ)

l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli.

Artikolu 5

1.   Meta l-butir ikun offrut għal intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn kien prodott, l-akkwist għandu jkun issuġġettat għal preżentazzjoni ta’ ċertifikat mogħti mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni.

Iċ-ċertifikat għandu jkun ippreżentat lill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li jagħmel l-akkwist sa mhux aktar tard minn 45 jum wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta u għandu jkollu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3(6) (a), (b) u (d) ta’ dan ir-Regolament, u konferma li l-butir kien prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, f’impriża approvata fil-Komunità.

2.   Meta l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun wettaq il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat għandu jkollu wkoll ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli u jikkonferma li l-prodott imsemmi jkun butir li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F’dak il-każ, l-ippakkjar imsemmi fl-Artikolu 3(6) ta’ dan ir-Regolament għandu jkun issiġillat permezz ta’ tikketta innumerata maħruġa mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jkollu n-numru tat-tikketta.

TAQSIMA 2

Proċedura ta’ akkwist ta’ butir bi prezz fiss

Artikolu 6

L-akkwist ta’ butir b’90 % tal-prezz ta’ intervent skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

Artikolu 7

1.   Bejjiegħa għandhom jissottomettu offerta bil-miktub mal-ħruġ ta’ riċevuta, jew b’kull mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni flimkien ma’ prova ta’ riċevuta.

2.   Offerti għandu jkollhom:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;

(b)

il-kwantità offruta;

(ċ)

l-isem u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-impriża approvata skond l-Artikolu 4(1);

(d)

id-dati ta’ manifattura tal-butir;

(e)

il-post fejn ikun qiegħed jinżamm il-butir.

3.   Offerti għandhom ikunu validi biss jekk:

(a)

ikunu relatati ma’ kwantità ta’ butir li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(4);

(b)

ikunu akkumpanjati minn impenn bil-miktub mill-bejjiegħ li huwa jkun konformi ma’ l-Artikolu 11(2);

(ċ)

tingħata prova li l-bejjiegħ ikun iddepożita garanzija ta’ EUR 5 għal kull 100 kg fl-Istat Membru li fih kienet sottomessa l-offerta sa mhux aktar tard mill-jum li fih l-offerta tkun ġiet riċevuta.

4.   L-impenn imsemmi fil-paragrafu 3(b), jekk jintbagħat l-ewwel lill-korp kompetenti, għandu jitqies li jkun iġġedded b’mod taċitu għal offerti sussegwenti sakemm ikun ikkanċellat espliċitament mill-bejjiegħ jew mill-korp kompetenti, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-offerta oriġinali tistipula li l-bejjiegħ ikollu l-intenzjoni jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu;

(b)

offerti sussegwenti jkunu jirreferu għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u għad-data ta’ l-offerta oriġinali.

5.   Il-korp kompetenti għandu jirreġistra l-jum li fih ikun irċieva l-offerta, il-kwantitajiet involuti u d-dati rispettivi tagħhom ta’ manifattura u l-post fejn il-butir offrut ikun maħżun.

6.   Offerti jistgħu ma jkunux irtirati wara li l-korp kompetenti jkun irċevihom.

Artikolu 8

Iż-żamma ta’ l-offerta, il-konsenja tal-butir fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ewlenin skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (6).

Artikolu 9

1.   Wara li jqis l-offerta, u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-jum li fih ikun irċieva l-offerta għall-bejgħ, il-korp kompetenti għandu joħroġ ordni ta’ konsenja datata u innumerata li turi:

(a)

l-kwantità li għandha tkun ikkonsenjata;

(b)

id-data finali tal-konsenja tal-butir;

(ċ)

il-maħżen tal-friża li fih għandha tkun ikkonsenjata.

2.   Fi żmien 21 jum mill-jum li fih jirċievi l-offerta għall-bejgħ, il-bejjiegħ għandu jikkonsenja l-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża. Il-konsenja tista’ tinqasam f’diversi konsenji.

L-ispejjeż kollha li jsiru fil-ħatt tal-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża għandhom jitħallsu mill-bejjiegħ.

3.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(3)(ċ) għandha tinħeles malli l-bejjiegħ ikun ikkonsenja l-kwantità kollha murija fl-ordni tal-konsenja fit-terminu ta’ żmien imsemmi hemmhekk u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2.

Jekk il-butir ma jkunx konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2 il-butir għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantità mwarrba.

4.   Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, meta l-bejjiegħ jonqos li jikkonsenja l-butir fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-ordni ta’ konsenja, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(3)(ċ) għandha tintilef b’mod proporzjonat mal-kwantitajiet mhux ikkonsenjati u l-akkwist għandu jkun ikkanċellat fir-rigward ta’ dawn il-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew ikkonsenjati.

5.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-butir għandu jitqies li jkun ġie kkonsenjat lill-korp kompetenti fil-jum meta l-kwantità kollha ta’ butir koperta mill-offerta tidħol fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti, iżda mhux aktar kmieni mill-jum wara dak li fih tkun inħarġet l-ordni tal-konsenja.

6.   Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-bejgħ m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 10

1.   L-aġenzija tal-ħlas għandha tħallas lill-bejjiegħ għal kull kwantità ta’ butir meħud, bejn il-45 jum u l-65 jum wara l-jum li fih ikun ittieħed, bil-kundizzjoni li l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 2 u 3 tkun ġiet stabbilita.

2.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-jum tat-teħid għandu jfisser il-jum li fih il-butir jidħol fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti, iżda mhux aktar kmieni mill-jum wara dak li fih tkun inħarġet l-ordni tal-konsenja msemmija fl-Artikolu 9(1).

Artikolu 11

1.   Il-butir għandu jgħaddi minn perjodu ta’ ħażna ta’ prova. Dan il-perjodu għandu jkun ffissat għal 30 jum li jibdew mill-jum li fih il-butir ikun ittieħed.

2.   Permezz ta’ l-offerti tagħhom, il-bejjiegħa għandhom jintrabtu li, meta l-ispezzjoni mad-dħul fil-maħżen indikat mill-korp kompetenti turi li l-butir ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 2 u 3, jew meta, fl-aħħar tal-perjodu ta’ ħażna ta’ prova, il-kwantità minima organolettika tal-butir turi li tkun anqas minn dik stabbilita fl-Anness:

(a)

huma jieħdu lura l-butir imsemmi u

(b)

huma jħallsu l-ispejjeż tal-ħażna tal-butir imsemmi mill-jum li fih ikun ittieħed sad-data li fiha jkun tneħħa mill-ħażna.

L-ispejjeż ta’ ħażna li jkollhom jitħallsu għandhom ikunu determinati abbażi ta’ l-ammonti standard ta’ spejjeż għal dħul, tneħħija u ħażna stabbiliti skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 (7).

Artikolu 12

1.   Sa mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta’ Brussell) ta’ kull nhar ta’ Tlieta, il-korp kompetenti għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ butir li, matul il-ġimgħa ta’ qabel, kienu s-suġġett ta’ offerta għall-bejgħ skond l-Artikolu 7.

2.   Malli jkun osservat li l-offerti f’ċertu sena joqorbu t-18 000 tunnellata metrika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri minn liema data għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kuljum qabel nofsinhar (ħin ta’ Brussell) għall-kwantitajiet ta’ butir offerti fil-jum ta’ qabel.

Malli jkun osservat li l-offerti f’ċertu sena jaqbżu l-kwantità ta’ 30 000 tunnellata msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-akkwist jista’ jkun sospiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament.

Fil-każ ta’ sospensjoni ta’ akkwist skond it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, ebda offerti ġodda ma għandhom ikunu aċċettati mill-jum wara l-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li tissospendi l-akkwist.

TAQSIMA 3

Proċedura ta’ akkwist ta’ butir b’offerti

Artikolu 13

1.   Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 li tibda tagħmel akkwist ta’ butir permezz ta’ stedina miftuħa b’mod permanenti għal offerti skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, l-Artikoli 2 u 3(1)(2)(4) sa (6) u l-Artikoli 4, 5, 9, 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw sakemm ma jingħadx xort’oħra f’din it-Taqsima.

2.   Avviż ta’ stedina għal offerti għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   It-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti bi tweġiba għall-istediniet individwali għal offerti għandu jkun sal-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Iżda, f’Awwissu għandu jkun sal-11.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ nhar ta’ Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika it-terminu ta’ żmien għandu jkun sal-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-jum tax-xogħol ta’ qabel.

Artikolu 14

1.   Partijiet interessati għandhom jipparteċipaw fil-proċedura ta’ offerti mħabbra mill-korp kompetenti ta’ Stat Membru jew billi jissottomettu offerta bil-miktub u tinħarġilhom irċevuta, jew b’kull mezz ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub flimkien ma’ prova ta’ rċevuta.

2.   Offerti għandu jkollhom:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-offerent;

(b)

il-kwantità offruta;

(ċ)

il-prezz propost għal kull 100 kilogramma butir, esklużi taxxi u ħlasijiet nazzjonali, ikkonsenjat fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża, espress f’EUR sa mhux aktar minn żewġ punti deċimali;

(d)

l-isem u n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-impriża approvata skond l-Artikolu 4(1);

(e)

id-dati ta’ manifattura tal-butir;

(f)

il-post fejn ikun qed jinżamm il-butir.

3.   Offerti jkunu validi biss jekk:

(a)

ikunu relatati ma’ kwantità ta’ butir li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(4);

(b)

il-butir ikun ġie prodott matul il-31 jum qabel id-data ta’ l-għeluq ta’ l-offerta;

(ċ)

ikunu akkumpanjati bl-impenn bil-miktub mill-offerent li huwa jkun konformi ma’ l-Artikolu 11(2);

(d)

tingħata prova li l-offerent ikun iddepożita garanzija ta’ EUR 5 għal kull 100 kg għall-istedina għal offerti msemmija, fl-Istat Membru li fih tkun ġiet sottomessa l-offerta, qabel it-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 13(3) għal sottomissjoni ta’ offerti.

4.   L-impenn imsemmi fil-paragrafu 3(ċ), jekk ikun ingħata l-ewwel lill-korp kompetenti, għandu jitqies li jkun ġie mġedded b’mod taċitu għal offerti sussegwenti sakemm ikun ikkanċellat b’mod espliċitu mill-offerent jew mill-korp kompetenti, bil-kundizzjoni li:

(a)

l-offerta oriġinali tistipula li l-offerent ikollu l-ħsieb li jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu;

(b)

offerti sussegwenti jkunu jirreferu għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u għad-data ta’ l-offerta oriġinali.

5.   Il-korp kompetenti għandu jirreġistra l-jum li fih tkun waslet l-offerta, il-kwantitajiet involuti u d-dati rispettivi tagħhom ta’ manifattura u l-post fejn il-butir offrut ikun maħżun.

6.   Ma jistgħux ikunu rtirati offerti wara t-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 13(3) għas-sottomissjoni ta’ offerti li jkunu relatati ma’ l-istedina għal offerti msemmija.

Artikolu 15

Iż-żamma ta’ l-offerta wara t-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti, il-konsenja tal-butir fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 18(3) ta’ dan ir-Regolament u l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ewlenin skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 16

1.   Fil-jum ta’ l-iskadenza tat-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 13(3), il-korp kompetenti għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet u bil-prezzijiet offruti mill-offerenti.

Jekk ma jkunu ntbagħtu ebda offerti il-korp kompetenti jikkomunika dan lill-Kummissjoni fl-istess terminu ta’ żmien.

2.   Fid-dawl ta’ l-offerti riċevuti għal kull stedina għal offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu ta’ akkwist, b’referenza għall-prezzijiet ta’ intervent applikabbli, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Tista’ tittieħed deċiżjoni biex l-istedina għal offerti ma titkompliex.

Artikolu 17

M’għandhomx jintlaqgħu offerti jekk il-prezz propost ikun ogħla mill-prezz massimu msemmi fl-Artikolu 16(2), li jkun japplika għall-proċedura ta’ offerti msemmija.

Artikolu 18

1.   Offerenti għandhom ikunu mgħarrfa mill-ewwel mill-korp kompetenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura ta’ offerti.

Meta l-offerti ma jirnexxux, il-garanziji msemmija fl-Artikolu 14(3)(d) għandhom jinħelsu mill-ewwel.

Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.

2.   Il-korp kompetenti għandu joħroġ mill-ewwel lill-offerent li jirnexxi ordni ta’ konsenja datata u innumerata li turi:

(a)

il-kwantità li għandha tkun ikkonsenjata;

(b)

id-data finali għal konsenja tal-butir;

(ċ)

il-maħżen tal-friża li fih għandha tkun ikkonsenjata.

3.   Fi żmien 21 jum mid-data ta’ l-għeluq għas-sottomissjoni ta’ offerti, l-offerent li jirnexxi għandu jikkonsenja l-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża. Il-konsenja tista’ tkun maqsuma f’diversi konsenji.

L-ispejjeż kollha magħmula għall-ħatt tal-butir fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża għandhom jitħallsu mill-offerent li jirnexxi.

4.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(3)(d) ghandha tinħeles malli l-offerent li jirnexxi ikun ikkonsenja l-kwantità murija fuq l-ordni ta’ konsenja fit-terminu ta’ żmien stabbilit hemmhekk u tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2.

Jekk il-butir ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 2 il-butir għandu jitwarrab u l-garanzija għandha tintilef fir-rigward tal-kwantità mwarrba.

5.   Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, meta l-offerent li jirnexxi jonqos li jikkonsenja l-butir fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-ordni tal-konsenja, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(3)(d) għandha tintilef b’mod proporzjonat mal-kwantitajiet mhux ikkonsenjati u l-akkwist għandu jkun ikkanċellat fir-rigward tal-kwantitajiet li ma jkunux għadhom ġew ikkonsenjati.

6.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-butir għandu jitqies li jkun ġie kkonsenjat lill-korp kompetenti fil-jum meta l-kwantità kollha ta’ butir milquta mill-ordni ta’ konsenja tidħol fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti, iżda mhux aktar kmieni mil-jum wara dak li fih l-ordni ta’ konsenja tkun inħarġet.

TAQSIMA 4

Dħul fil-ħażna u tneħħija mill-ħażna

Artikolu 19

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu standards tekniċi għal imħażen tal-friża, u għandhom jipprovdu b’mod partikolari għal temperatura ta’ ħażna daqs jew aktar baxxa minn -15 °C, u għandhom jieħdu kull miżura oħra neċessarja biex jiżguraw li l-butir ikun ikkonservat tajjeb. Ir-riskji rilevanti għandhom ikunu koperti minn assigurazzjoni fil-forma ta’ obbligu kuntrattwali għal dawk li jaħżnu jew minn kopertura komprensiva tar-responsabbiltà merfugħa mill-korp kompetenti; l-Istati Membri jistgħu wkoll jaġixxu bħala assiguraturi tagħhom infushom.

2.   Il-korp kompetenti għandu jesiġi li l-butir ikun ikkonsenjat fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża, u jinħażen u jinżamm hemmhekk, fuq pjattaformi, b’mod li jinħolqu lottijiet faċilment identifikabbli u aċċessibbli malajr.

3.   Il-korp kompetenti responsabbli għall-kontrolli għandu jagħmel kontrolli mingħajr avviż fuq il-preżenza tal-butir maħżun, skond l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 (8).

Artikolu 20

1.   Il-korp kompetenti għandu jagħżel l-eqreb maħżen tal-friża disponibbli ħdejn fejn ikun maħżun il-butir.

Id-distanza massima msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha tkun ta’ 350 kilometru.

Iżda l-korp kompetenti jista’ jagħżel maħżen ieħor li jkun jinsab fid-distanza msemmija fit-tieni subparagrafu, sakemm l-għażla ta’ dak il-maħżen tal-friża ma ġġibx magħha spejjeż addizzjonali ta’ ħażna.

Il-korp kompetenti jista’ jagħżel maħżen tal-friża li jkun jinsab lil hinn minn dik id-distanza jekk in-nefqa li tirriżulta, inklużi spejjeż ta’ ħażna u transport, tkun aktar baxxa. F’dak il-każ il-korp kompetenti għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu.

2.   Meta l-korp kompetenti li jkun akkwista l-butir ikun fi Stat Membru li ma jkunx dak li fit-territorju tiegħu ikun maħżun il-butir offrut, id-distanza bejn il-maħżen tal-bejjiegħ u l-fruntiera ta’ l-Istat Membru tal-korp kompetenti li jixtri m’għandhiex titqies fil-kalkolu tad-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Lil hinn mid-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, l-ispejjeż addizzjonali ta’ trasport li tagħmel tajjeb għalihom l-aġenzija tal-ħlas għandhom ikunu EUR 0,065 għal kull tunnellata metrika u għal kull kilometru. L-ispejjeż addizzjonali għandhom jitħallsu mill-aġenzija tal-ħlas biss jekk it-temperatura tal-butir ma taqbiżx 6 °C mal-wasla fil-maħżen tal-friża.

Artikolu 21

Waqt li jkun qed jitneħħa mill-ħażna, fil-każ ta’ konsenja barra l-maħżen tal-friża, il-korp kompetenti għandu jagħmel il-butir disponibbli fuq pjattaformi fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen, mgħobbi, skond il-każ, fuq il-mezz ta’ trasport jekk dan ikun trakk jew vagun tal-ferrovija. L-ispejjeż involuti għandhom jitħallsu mill-aġenzija tal-ħlas u kull spiża ta’ stivar u ħatt minn fuq il-pjattaformi għandu jagħmel tajjeb għalihom ix-xerrej tal-butir.

TAQSIMA 5

Proċedura għal bejgħ ta’ butir b’offerti

Artikolu 22

1.   Il-butir għandu jinbiegħ permezz ta’ stedina permanenti għal offerti.

2.   Il-bejgħ għandu jkun ta’ butir meħud għall-ħażna qabel l-1 ta’ Ġunju 2007.

3.   Stedina permanenti għal offerti għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mill-anqas tmint ijiem qabel l-ewwel data ta’ għeluq stabbilita għas-sottomissjoni ta’ offerti.

4.   Il-korp kompetenti għandu jifformola avviż ta’ stedina permanenti għal offerti li jindika b’mod partikolari t-terminu ta’ żmien u l-indirizz għas-sottomissjoni ta’ offerti.

Huwa għandu jindika wkoll, dwar il-butir li jkun qed iżomm:

(a)

il-postijiet ta’ l-imħażen tal-friża fejn il-butir li jkun ser jinbiegħ ikun maħżun,

(b)

il-kwantità għal bejgħ f’kull maħżen tal-friża u, jekk ikun il-każ, il-kwantità ta’ butir imsemmija fl-Artikolu 3(6)(e).

5.   Il-korp kompetenti għandu jżomm lista aġġornata ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, u jagħmilha disponibbli għal partijiet interessati meta jitolbuha. Huwa għandu jippubblika listi aġġornati f’intervalli regolari f’forma li għandha tkun speċifikata fl-avviż ta’ stedina permanenti għal offerti.

6.   Il-korp kompetenti għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex partijiet interessati jkunu jistgħu:

(a)

jeżaminaw kampjuni tal-butir mqiegħed għall-bejgħ bi ħlas mingħandhom stess qabel ma jissottomettu offerta;

(b)

jivverifikaw ir-riżultati ta’ l-analiżi msemmija fl-Anness I fir-rigward ta’ xaħam, ilma u solidi bla xaħam.

Artikolu 23

1.   Il-korp kompetenti għandu jorganizza sensiela regolari ta’ offerti b’mod individwali tul it-terminu ta’ validità ta’ l-istedina permanenti għal offerti.

2.   It-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti bi tweġiba għall-istediniet individwali għal offerti għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Iżda f’Awwissu għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ nhar ta’ Tlieta, u f’Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni nhar ta’ Tlieta. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika it-terminu ta’ żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) fil-jum tax-xogħol ta’ qabel.

Artikolu 24

1.   Offerti taħt kull sensiela individwali għandhom ikunu sottomessi permezz ta’ offerta bil-miktub u billi tingħata rċevuta, jew b’kull mezz ta’ telekomunikazzjoni flimkien ma’ prova ta’ rċevuta.

Offerti għandhom ikunu sottomessi lill-korp kompetenti li jkun qed iżomm il-butir li għalih tkun qed issir offerta.

2.   Offerti għandhom jindikaw:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-offerent;

(b)

il-kwantità mixtieqa;

(ċ)

il-prezz f’EUR offrut għal kull 100 kilogramma, li ma jinkludix taxxi u ħlasijiet nazzjonali, b’konsenja fiż-żona tat-tagħbija tal-maħżen tal-friża;

(d)

jekk ikun jaqbel, il-maħżen tal-friża fejn il-butir ikun qed jinżamm u, skond il-każ, maħżen tal-friża alternattiv;

(e)

jekk ikun jaqbel, indikazzjoni tat-tip ta’ butir imsemmi fl-Artikolu 3(6)(e) li għalih tkun qiegħda tiġi sottomessa offerta.

3.   Offerti ma jkunux validi jekk:

(a)

ma jkunux relatati ma’ mill-anqas ħames tunnellati jew, jekk il-kwantità disponibbli f’maħżen tal-friża tkun anqas minn ħames tunnellati, mal-kwantità attwali disponibbli;

(b)

ma tinġibx prova li l-offerent ikun iddepożita garanzija għal offerti ta’ EUR 70 għal kull tunnellata metrika, fl-Istat Membru fejn tkun sottomessa l-offerta, għas-sensiela ta’ offerti msemmija, qabel it-terminu ta’ żmien speċifikat għas-sottomissjoni ta’ offerti kif imsemmi fl-Artikolu 23(2).

4.   Offerti ma jistgħux ikunu rtirati wara t-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 25

Għall-finijiet tal-garanzija għal offerti skond l-Artikolu 24(3)(b) ta’ dan ir-Regolament, iż-żamma ta’ offerti wara t-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-Regolament, u l-ħlas tal-prezz sa l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkostitwixxu rekwiżiti ewlenin skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 26

1.   Fil-jum ta’ l-iskadenza tat-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 23(2), il-korp kompetenti għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet u bil-prezzijiet offruti minn offerenti u bil-kwantità ta’ butir offruta għall-bejgħ.

Jekk ebda offerta ma tkun ġiet sottomessa il-korp kompetenti jikkomunika dan lill-Kummissjoni fl-istess terminu ta’ żmien jekk ikun hemm butir disponibbli għall-bejgħ fl-Istat Membru interessat.

2.   Għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għall-butir abbażi ta’ l-offerti riċevuti għal kull sensiela skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Dan il-prezz jista’ jvarja skond fejn ikunu jinsabu l-kwantitajiet ta’ butir offrut għall-bejgħ.

Tista’ tittieħed Deċiżjoni biex ma ssir ebda għotja għas-sensiela.

Artikolu 27

M’għandhomx jintlaqgħu offerti jekk il-prezz offrut ikun anqas mill-prezz minimu stabbilit.

Artikolu 28

1.   Il-korp kompetenti għandu jalloka l-butir abbażi tad-data tad-dħul tiegħu fil-ħażna, u jibda mill-eqdem prodott tal-kwantità totali jew, skond il-każ, mill-eqdem tal-kwantità ta’ butir ta’ krema ħelwa jew qarsa disponibbli fil-maħżen tal-friża indikat mill-offerent.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 27, l-offerent li jirnexxi għandu jkun dak li joffri l-ogħla prezz. Jekk il-kwantità kollha disponibbli ma tiġix allokata, il-bqija għandha tingħata lill-offerenti l-oħra abbażi tal-prezzijiet offruti, u tibda dik ta’ l-ogħla prezz.

3.   Meta l-aċċettazzjoni ta’ offerta tirriżulta f’għoti ta’ kuntratti aktar mill-kwantità ta’ butir disponibbli f’maħżen tal-friża partikulari, il-kwantità disponibbli biss għandha tingħata lill-offerent imsemmi.

Iżda l-korp kompetenti jista’ jindika mħażen tal-friża oħra biex jagħmlu tajjeb għall-kwantità stabbilita fl-offerta, jekk l-offerent jaċċetta.

4.   Meta l-aċċettazzjoni ta’ żewġ offerti jew aktar li joffru l-istess prezz għal butir f’maħżen tal-friża partikulari tista’ twassal biex jingħataw kuntratti iżjed mill-kwantità disponibbli, l-għotja għandha ssir bl-allokazzjoni tal-kwantità disponibbli b’mod proporzjonali mal-kwantitajiet li tkun saret offerta għalihom.

Iżda jekk din l-allokazzjoni twassal għall-għoti ta’ kwantitajiet ta’ anqas minn ħames tunnellati metriċi, l-għotja għandha ssir bit-tlugħ tax-xorti.

5.   Meta wara l-aċċettazzjoni ta’ l-offerti kollha li jirnexxu l-kwantità li tibqa’ fil-maħżen tkun anqas minn 5 000 kg, din il-kwantità li tkun baqgħet għandha tkun offruta mill-korp kompetenti lill-offerenti li jirnexxu u jibda l-ewwel min ikun offra l-ogħla prezz. L-offerent li jirnexxi għandu jingħata l-għażla li jixtri l-kwantità li tkun baqgħet bl-istess prezz ta’ dik mogħtija lilu.

Artikolu 29

Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-proċedura ta’ offerti m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 30

1.   Il-korp kompetenti għandu jgħarraf mill-ewwel lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istedina għal offerti.

Garanziji msemmija fl-Artikolu 24(3)(b) u depożitati għal offerti li ma jirnexxux għandhom jinħelsu mill-ewwel.

2.   Qabel ma jitneħħa l-butir u fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 31(2), offerenti li jirnexxu għandhom iħallsu lill-aġenzija tal-ħlas l-ammont li jkun jikkorrispondi ma’ l-offerta tagħhom għal kull kwantità li jkunu jixtiequ jirtiraw.

3.   Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, jekk l-offerent li jirnexxi ma jkunx konformi mar-rekwiżit msemmija fil-paragrafu 2, il-garanzija ta’ offerti msemmija fl-Artikolu 24(3)(b) għandha tintilef u l-bejgħ tal-kwantitajiet involuti għandu jkun ikkanċellat.

Artikolu 31

1.   Malli l-ammont imsemmi fl-Artikolu 30(2) ikun tħallas il-korp kompetenti għandu joħroġ ordni ta’ tneħħija li turi:

(a)

il-kwantità li fir-rigward tagħha jkun tħallas l-ammont korrispondenti;

(b)

il-maħżen tal-friża li fih ikun maħżun il-butir;

(ċ)

id-data finali għat-tneħħija tal-butir.

2.   Offerenti li jirnexxu għandhom ineħħu l-butir mogħti lilhom fi żmien 30 jum mit-tmiem tal-perjodu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ offerti. It-tneħħija tista’ ssir f’porzjonijiet ta’ mhux anqas minn ħames tunnellati metriċi kull waħda. Iżda meta l-kwantità li tkun baqgħet fil-maħżen tal-friża tkun anqas minn ħames tunnellati metriċi, dik il-kwantità żgħira tista’ tiġi kkonsenjata.

Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, jekk il-butir ma jkunx tneħħa fil-perjodu stabbilit fl-ewwel subparagrafu, l-ispiża tal-ħażna għandu jħallasha l-offerent li jirnexxi mill-jum wara dak li fih ikun skada l-perjodu. Barra minn hekk, il-ħażna għandha tkun għar-riskju ta’ l-offerent.

3.   Il-garanzija depożitata skond l-Artikolu 24(3)(b) għandha tinħeles mill-ewwel fir-rigward ta’ kwantitajiet imneħħija fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Fil-każ ta’ force majeure imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-korp kompetenti għandu jieħu dik l-azzjoni li jkun jidhirlu meħtieġa wara li jkun qies iċ-ċirkustanzi invokati.

KAPITOLU III

ĦAŻNA PRIVATA TA’ BUTIR

TAQSIMA 1

Kundizzjonijiet ta’ kuntratt u ħażna

Artikolu 32

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“lott ta’ ħażna” tfisser kwantità li tiżen mill-anqas tunnellata metrika waħda u ta’ kompożizzjoni u kwalità omoġenja, li toriġina minn fabbrika waħda, u li tkun ittieħdet għall-ħażna f’maħżen wieħed f’jum wieħed;

“jum ta’ bidu ta’ ħażna kuntrattwali” tfisser il-jum wara dak tad-dħul f’maħżen.

Artikolu 33

Kuntratt ta’ ħażna privata jista’ jkun iffinalizzat biss għal butir kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Il-butir għandu jkun ġiet prodott f’impriża approvata skond l-Artikoli 4(1) (a), (b) u (ċ) ta’ dan ir-Regolament tul it-28 jum li jiġu qabel il-jum ta’ bidu ta’ ħażna kuntrattwali. Il-livell ta’ radjoattività tiegħu m’għandux jaqbeż il-livelli massimi permessi msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Kuntratti relatati mal-ħażna privata ta’ butir kif imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikun ffinalizzati bejn il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinħażen il-butir u persuni fiżiċi jew legali iżjed ’il quddiem imsejħa “kuntratturi”.

Artikolu 35

1.   Kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu ffinalizzati bil-miktub għal lott ta’ ħażna wieħed jew aktar u għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet dwar:

(a)

il-kwantità ta’ butir li għaliha japplika l-kuntratt;

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna;

(ċ)

id-dati relatati ma’ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, bla ħsara għar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999;

(d)

l-identità tal-maħżen tal-friża.

2.   Il-miżuri ta’ kontroll, partikolarment dawk imsemmija fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu s-suġġett ta’ speċifikazzjonijiet formulati mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ ħażna. Il-kuntratt ta’ ħażna għandu jirreferi għal dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

3.   L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jipprovdu li l-ippakkjar tal-butir ikun juri għall-anqas id-dettalji li ġejjin, li jistgħu ikunu kkodifikati, skond il-każ:

(a)

in-numru li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni;

(b)

id-data ta’ produzzjoni;

(ċ)

id-data ta’ dħul fil-ħażna;

(d)

in-numru tal-lott ta’ produzzjoni;

(e)

il-kelma “immellaħ” fil-każ ta’ butir kif imsemmi fit-tieni inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999;

(f)

il-piż nett.

Stati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu li juru d-data ta’ dħul fil-ħażna fuq l-ippakkjar, bil-kundizzjoni li l-maniġer tal-maħżen jobbliga ruħu li jżomm reġistru li fih d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu rreġistrati fid-data ta’ dħul fil-ħażna.

Artikolu 36

1.   Id-dħul fil-ħażna jista’ jsir biss bejn l-1 ta’ Marzu u l-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena. It-tneħħija mill-ħażna tista’ ssir biss mis-16 ta’ Awwisu tas-sena tal-ħażna. Ħażna kuntrattwali għandha tintemm fil-jum ta’ qabel dak tat-tneħħija mill-ħażna jew sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ Frar wara d-dħul fil-ħażna.

2.   It-tneħħija mill-ħazna għandha ssir f’lottijiet sħaħ ta’ ħażna jew, jekk il-korp kompetenti jawtorizza dan, fi kwantitajiet iżgħar. Iżda fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 40(2)(a) kwantità ssiġġillata biss tista’ titneħħa mill-ħażna.

Artikolu 37

1.   Applikazzjonijiet biex ikun iffinalizzat kuntratt mal-korp kompetenti jistgħu jkunu relatati biss ma’ lottijiet ta’ butir li jkunu ġew kompletament maħżuna.

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-korp kompetenti fi żmien 30 jum mid-data tad-dħul fil-maħżen tal-friża. Il-korp kompetenti għandu jirreġistra d-data tal-wasla tagħhom.

Jekk l-applikazzjoni tasal għand il-korp kompetenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara d-data ta’ l-għeluq, il-kuntratt ta’ ħażna xorta waħda jista’ jkun iffinalizzat iżda l-għajnuna għandha titnaqqas bi 30 %.

2.   Kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu ffinalizzati fi żmien 30 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni, suġġetti, meta jkun jaqbel, għal konferma sussegwenti ta’ l-eliġibbiltà tal-butir kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu. Fil-każ meta l-eliġibbiltà ma tkunx ikkonfermata, il-kuntratt imsemmi għandu jitqies bħala null u bla effett.

Artikolu 38

1.   Meta l-butir jinħażen fi Stat Membru differenti minn dak tal-produzzjoni, il-finalizzazzjoni tal-kuntratt ta’ ħażna msemmi fl-Artikolu 34 għandha tkun suġġetta għal preżentazzjoni ta’ ċertifikat.

Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 35(3)(a), (b) u (d) u għandu jikkonferma li l-butir kien prodott f’impriża approvata li hija suġġetta għal kontrolli ta’ verifika li l-butir ikun magħmul minn krema jew ħalib skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Iċ-ċertifikat għandu jingħata mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni fi żmien 50 jum mid-data tad-dħul tal-butir fil-ħażna.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, kuntratti ta’ ħażna għandhom ikunu ffinalizzati fi żmien 60 jum mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni, suġġetti, skond il-każ, għal konferma sussegwenti ta’ l-eliġibbiltà tal-butir kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu. Fil-każ fejn l-eliġibbiltà ma tkunx ikkonfermata, il-kuntratt imsemmi għandu jitqies bħala null u bla effett.

2.   Meta l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun għamel il-kontrolli fuq in-natura u l-kompożizzjoni tal-butir imsemmijin fl-Artikolu 40(1) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat għandu jkollu fih ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli u għandu jikkonferma li l-prodott imsemmi jkun butir skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F’dak il-każ, l-ippakkjar għandu jkun issiġġillat permezz ta’ tikketta innumerata u maħruġa mill-korp kompetenti ta’ l-Istat Memru ta’ produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jkollu fuqu n-numru tat-tikketta.

TAQSIMA 2

Kontrolli

Artikolu 39

1.   L-Istat Membru għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet kollha għall-jedd għal ħlas ta’ l-għajnuna jkunu sodisfatti.

2.   Il-kuntrattur jew, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, il-persuna responsabbli biex topera l-maħżen tal-friża għandhom jagħmlu disponibbli għall-korp kompetenti kull dokumentazzjoni li tippermetti verifika tad-dettalji li ġejjin tal-butir imqiegħed f’ħażna privata:

(a)

in-numru ta’ approvazzjoni li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta’ produzzjoni;

(b)

id-data tal-produzzjoni;

(ċ)

id-data ta’ dħul fil-ħażna;

(d)

in-numru tal-lott tal-ħażna;

(e)

preżenza fil-maħżen u l-indirizz tal-maħżen tal-friża;

(f)

id-data ta’ tneħħija mill-ħażna.

3.   Il-kuntrattur jew, fejn japplika, il-persuna responsabbli biex topera l-maħżen tal-friża, għandhom iżommu dokumentazzjoni ta’ ħażniet disponibbli fil-maħżen għal kull kuntratt, li jkun fiha:

(a)

in-numru tal-lott tal-ħażna tal-butir imqiegħed f’ħażna privata;

(b)

id-dati ta’ dħul fil-ħażna u tneħħija mill-ħażna;

(ċ)

il-kwantità ta’ butir, indikata għal kull lott ta’ ħażna;

(d)

il-post tal-butir fil-maħżen tal-friża.

4.   Il-butir maħżun għandu jkun faċilment aċċessibbli u faċilment identifikabbli skond il-lott u l-kuntratt.

Artikolu 40

1.   Il-korp kompetenti għandu jagħmel kontrolli fid-data jew wara d-data ta’ dħul ta’ butir fil-maħżen tal-friża u fi żmien 28 jum mid-data ta’ reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal finalizzazzjoni ta’ kuntratt kif imsemmi fl-Artikolu 37(1).

Biex ikun żgurat li l-butir maħżun ikun eliġibbli għal għajnuna, kampjun rappreżentattiv ta’ mill-anqas 5 % tal-kwantitajiet maħżuna għandu jkun ikkontrollat biex ikun żgurat li, fir-rigward, inter alia, tal-piż, l-identifikazzjoni, in-natura u l-kompożizzjoni tal-butir, il-lottijiet kollha ta’ ħażna jkunu konformi mad-dettalji fl-applikazzjoni għall-finalizzazzjoni ta’ kuntratt.

2.   Il-korp kompetenti għandu:

(a)

jissiġġilla l-butir skond il-kuntratt, lott ta’ ħażna jew kwantità iżgħar waqt il-kontroll imsemmi fil-paragrafu 1; jew

(b)

jagħmel kontroll mingħajr avviż, permezz ta’ teħid ta’ kampjun, biex jiżgura li l-butir ikun jinsab fil-maħżen tal-friża. Il-kampjun imsemmi għandu jkun rappreżentattiv u għandu jikkorrispondi għal mill-anqas 10 % tal-kwantità totali skond il-kuntratt għal miżura ta’ għajnuna għal ħażna privata.

3.   Fl-aħħar tal-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna, il-korp kompetenti għandu, b’teħid ta’ kampjuni, jivverifika l-piż u l-identifikazzjoni ta’ butir. Iżda meta l-butir ikun għadu maħżun wara l-skadenza tal-perjodu massimu kuntrattwali ta’ ħażna, dak il-kontroll jista’ jsir meta l-butir jitneħħa mill-ħażna.

Għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kuntrattur għandu jgħarraf lill-korp kompetenti u jindika l-lottijiet ta’ ħażna involuti, mill-anqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel:

(a)

it-tmiem tal-perjodu massimu kuntrattwali ta’ ħażna jew

(b)

il-bidu ta’ l-operazzjonijiet ta’ tneħħija fejn il-butir jitneħħa qabel l-iskadenza tal-perjodu massimu kuntrattwali ta’ ħażna.

L-Istat Membru jista’ jaċċetta terminu aqsar minn ħamest ijiem tax-xogħol.

4.   Għandu jsir rapport dwar il-kontrolli mwettqa skond il-paragrafi 1, 2 u 3, li jispeċifika:

(a)

id-data tal-kontrolli;

(b)

kemm ikunu damu l-kontrolli;

(ċ)

l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli u kontrofirmat mill-kuntrattur jew, skond il-każ, mill-persuna responsabbli biex topera l-maħżen tal-friża, u għandu jkun inkluż fl-inkartament tal-ħlas.

5.   Fil-każ ta’ irregolaritajiet li jolqtu mill-anqas 5 % tal-kwantitajiet ta’ butir ikkontrollat, il-kontroll għandu jkun estiż għal kampjun akbar li għandu jkun determinat mill-korp kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw każijiet bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien erba’ ġimgħat.

TAQSIMA 3

Għajnuna għal ħażna

Artikolu 41

1.   Għajnuna għal ħażna privata kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 tista’ tingħata biss meta l-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna jkun bejn 90 u 210 ijiem.

Meta l-kuntrattur jonqos li jikkonforma mat-terminu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 40(3), l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u għandha titħallas biss fir-rigward tal-perjodu li għalih il-kuntrattur jagħti lill-korp kompetenti prova sodisfaċenti li l-butir baqa’ f’ħażna kuntrattwali.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddetermina kull sena skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-ammont ta’ l-għajnuna msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament għal kuntratti ta’ ħażna privata li jibdew matul is-sena msemmija.

3.   L-għajnuna għandha titħallas wara applikazzjoni mill-kuntrattur, fl-aħħar tal-perjodu kuntrattwali ta’ ħażna, fi żmien 120 jum mill-wasla ta’ l-applikazzjoni, bil-kundizzjoni li l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 40(3) ikunu twettqu u l-kundizzjonijiet għall-jedd għall-għajnuna jkunu tħarsu.

Iżda jekk ikun qed isir stħarriġ amministrattiv għal jedd għall-għajnuna, il-ħlas m’għandux isir sakemm il-jedd ikun rikonoxxut.

4.   Wara 60 jum mill-ħażna kuntrattwali jista’ jsir ħlas wieħed bil-quddiem ta’ l-għajnuna fuq talba tal-kuntrattur jekk huwa jippreżenta garanzija ugwali għall-ħlas bil-quddiem b’żieda ta’ 10 %. Il-ħlas bil-quddiem għandu jkun ikkalkulat abbażi ta’ perjodu ta’ ħażna ta’ 90 jum. Il-garanzija għandha tinħeles malli l-bilanċ ta’ l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3 jkun tħallas.

Artikolu 42

Jekk kontrolli matul il-ħażna jew mat-tneħħija juru butir difettuż, ebda għajnuna m’għandha titħallas għal dawk il-kwantitajiet. Il-bqija tal-lott tal-ħażna li jkun għadu eliġibbli għal għajnuna m’għandhiex tkun anqas minn tunnellata waħda. L-istess regola għandha tapplika meta parti minn lott titneħħa għal dik ir-raġuni qabel is-16 ta’ Awwissu tas-sena ta’ ħażna jew qabel l-iskadenza tal-perjodu minimu ta’ ħażna.

Artikolu 43

Jekk il-qagħda tas-suq tkun teħtieġ hekk, il-Kummissjoni tista’ matul is-sena tbiddel l-ammont ta’ l-għajnuna, il-perjodi ta’ dħul fil-ħażna u tneħħija mill-ħażna u t-tul massimu ta’ ħażna fir-rigward ta’ kuntratti li jkun għad jonqoshom jiġu ffinalizzati.

KAPITOLU IV

REVOKA, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 44

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 huwa hawnhekk revokat. Iżda għandu jibqa’ japplika għal kuntratti ta’ ħażna privata ffinalizzati qabel l-1 ta’ Jannar 2008.

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li qiegħda fl-Anness III.

Artikolu 45

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1971/2007 (ĠU L 261, 6.10.2007, p. 11).

(3)  ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(6)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.

(7)  ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1.

(8)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.


ANNESS I

Rekwiżiti ta’ kompożizzjoni, karatteristiċi ta’ kwalità u metodi analitiċi

Il-butir huwa emulsjoni solida, l-aktar tat-tip ta’ ilma fiż-żejt, bil-karatteristiċi ta’ kompożizzjoni u ta’ kwalità li ġejjin:

Parametri

Karatteristiċi ta’ kontenut u kwalità

Xaħam

Minimu ta’ 82 %

Ilma

Massimu ta’ 16 %

Solidi bla xaħam

Massimu ta’ 2 %

Aċidi bix-xaħam liberi

Massimu ta’ 1,2 mmole/100 g xaħam

Valur ta’ perossidu

Massimu ta’ 0,3 meq ossiġenu/1 000 g xaħam

Coliformes

Mhux traċċabbli f’1g

Xaħam bla ħalib

Mhux traċċabbli b’analiżi ta’ trigliċeride

Traċċi (1)

steroli

Mhux traċċabbli, β-sitosterolu ≤ 40 mg/kg

vanillina

Mhux traċċabbli

ester etiliku ta’ aċidu karoteniku

≤ 6 mg/kg

trigliċeridi ta’ aċidu enanthic

Mhux traċċabbli

Traċċi oħra (1)  (2)

Mhux traċċabbli

Karatteristiċi sensorji

Mill-anqas erbgħa minn ħames punti għal dehra, togħma u konsistenza

Tixrid ta’ l-ilma

Mill-anqas erba’ punti

Il-metodi ta’ referenza li għandhom ikunu applikati għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 213/2001 (ĠU L 37, 7.2.2001, p. 1).


(1)  Traċċi approvati mir-Regolamenti (KE) Nru 1898/2005 (ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1). Kontrolli fuq traċċi m’għandhomx ikunu applikati matul is-sospensjoni ta’ stediniet għal offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1039/2007 (ĠU L 238, 11.9.2007, p. 28).

(2)  Metodi approvati minn korp kompetenti


ANNESS II

Teħid ta’ kampjuni għal analiżi kimika u mikrobijoloġika u evalwazzjoni sensorja

1.   Analiżi kimika u mikrobijoloġika

Kwantità ta’ butir

(kg)

Numru minimu ta’ kampjuni

(> 100 g)

≤ 1 000

2

> 1 000 ≤ 5 000

3

> 5 000 ≤ 10 000

4

> 10 000 ≤ 15 000

5

> 15 000 ≤ 20 000

6

> 20 000 ≤ 25 000

7

> 25 000

7 + 1 għal kull 25 000  Kg parti minnhom

Teħid ta’ kampjuni għal analiżi mikrobijoloġika għandu jsir b’mod asettiku.

Sa ħames kampjuni ta’ 100 g jistgħu jingħaqdu f’kampjun wieħed għal analiżi wara li jitħalltu sewwa.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu b’mod każwali minn partijiet differenti tal-kwantità offruta qabel il-waqt ta’ dħul fil-maħżen tal-friża indikat mill-korp kompetenti.

Tħejjija ta’ kampjun kompost ta’ butir (analiżi kimika):

(a)

billi tuża sonda nadifa u xotta jew strument simili adattat, ħu estratt ta’ l-aħjar parti tal-butir ta’ mill-anqas 30 g u qiegħed f’kontenitur ta’ kampjun. Il-kampjun kompost għandu mbagħad jiġi ssiġġillat u mibgħut fil-laboratorju għal analiżi;

(b)

fil-laboratorju il-kampjun kompost għandu jissaħħan fil-kontenitur oriġinali mhux miftuħ sa 30 °C u mħawwad ta’ spiss sakemm tinkiseb emulsjoni fluwida omoġenja ħielsa minn biċċiet mhux imrattba. Il-kontenitur għandu jkun minn nofs sa żewġ terzi mimli.

Għandhom ikunu analizzati żewġ kampjuni kull sena għal xaħam bla ħalib u kapjun wieħed għal traċċi għal kull produttur li joffri butir għal intervent.

2.   Evalwazzjoni sensorja

Kwantità ta’ butir

(kg)

Numru minimu ta’ kampjuni

1 000 ≤ 5 000

2

> 5 000 ≤ 25 000

3

> 25 000

3 + 1 għal kull 25 000  kg jew parti minnhom

Il-kampjuni għandhom jittieħdu b’mod każwali minn partijiet differenti tal-kwantità offruta bejn 30 u 45 jum wara l-akkwist tal-butir u kklassifikati.

Kull kampjun għandu jkun eżaminat waħdu skond l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 213/2001. Ma jistgħux jittieħdu kampjuni mill-ġdid jew li ssir evalwazzjoni mill-ġdid.

3.   Linji gwida li għandhom ikunu segwiti meta l-kampjuni juru difetti

(a)

analiżi kimika u mikrobijoloġika:

Meta jkunu analizzati kampjuni waħidhom, jistgħu jitħallew jgħaddu kampjun wieħed minn 5 sa 10 kampjuni li juri difett jew żewġ kampjuni minn 11 sa 15-il kampjun li kull wieħed miż-żeġ kampjuni juri difett. Meta kampjun juri difett, għandhom jittieħdu żewġ kampjuni ġodda minn waħda miż-żewġ naħat tal-kampjun li juri d-difett u jkunu eżaminati għall-parametru imsemmi. Fejn l-ebda wieħed miż-żewġ kampjuni ma jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, il-kwantità ta’ butir bejn iż-żewġ kampjuni oriġinali fuq waħda miż-żewġ naħat tal-kampjun li juri d-difett għandha titwarrab mill-kwantità offruta.

Il-kwantità li għandha titwarrab meta l-kampjun ġdid juri difett:

Image

Meta kampjuni komposti jkunu analizzati u jinstab li juru difetti fir-rigward ta’ parametru wieħed, il-kwantità rappreżentata mill-kampjun kompost imsemmi għandha titwarrab mill-kwantità offruta. Il-kwantità rappreżentata minn kampjun kompost wieħed tista’ tkun determinata bis-suddiviżjoni tal-kwantità offruta qabel ma l-kampjuni jittieħdu b’mod każwali minn kull parti tagħha;

(b)

evalwazzjoni sensorja:

Meta kampjun ma jgħaddix mill-evalwazzjoni sensorja, il-kwantità ta’ butir bejn żewġ kampjuni viċini fuq waħda min-naħat tal-kampjun li ma jkunx għadda għandha titwarrab mill-kwantità offruta;

(ċ)

meta kampjuni juru difett sensorju u difett kimiku jew mikrobijoloġiku, il-kwantità kollha għandha titwarrab.


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2771/1999

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 2

-

Artikolu 3

Artikolu 2

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5(1) sa (4)

Artikolu 4(1) sa (4)

Artikolu 5(5)

-

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9

Artikolu 6

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 15(2)

L-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2)

Artikolu 15(a)

It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2)

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 17(a)

Artikolu 15

Artikolu 17(b)

Artikolu 16

Artikolu 17(ċ)

Artikolu 17

Artikolu 17(d)

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 24(a)

Artikolu 26

Artikolu 24(b)

Artikolu 27

Artikolu 24(ċ)(1)

-

Artikolu 24(ċ)(2)

Artikolu 28(1)

Artikolu 24(ċ)(3)

Artikolu 28(2)

Artikolu 24(ċ)(4)

Artikolu 28(3)

Artikolu 24(ċ)(5)

Artikolu 28(4)

Artikolu 24(d)

Artikolu 29

Artikolu 24(e)(1) u (2)

Artikolu 30(1) u (2)

Artikolu 24(f)

Artikolu 31

Artikolu 24(g)

-

Artikolu 25

Artikolu 32

Artikolu 26

Artikolu 34

Artikolu 27(1)

Artikolu 33

Artikolu 27(2)

-

Artikolu 28

Artikolu 35

Artikolu 29

Artikolu 36

Artikolu 30

Artikolu 37

Artikolu 31

Artikolu 38

Artikolu 32

Artikolu 39

Artikolu 33

Artikolu 40

Artikolu 34

Artikolu 41

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(1)

-

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(1)

Artikolu 42

Artikolu 35(2)

-

Artikolu 36

-

Artikolu 37

-

Artikolu 38

Artikolu 43

Anness I

Anness I

Anness IV

Anness II

Anness V

-


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

6.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 32/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li tagħti deroga mitluba mill-Belġju li tirreferi għar-reġjun tal-Vallonja skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6643)

(Il-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika)

(2008/96/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta’ demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax il-kisba ta’ l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva u għandu jkun iġġustifikat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, bħalma huma, fil-każ attwali, staġuni twal ta’ tkabbir u għelejjel b’rata ta’ assorbiment tan-nitroġenu għolja.

(2)

Il-Belġju ressaq talba lill-Kummissjoni għal deroga skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE li tirreferi għar-reġjun tal-Vallonja.

(3)

Id-deroga mitluba tikkonċerna l-intenzjoni tal-Belġju li jawtorizza fil-Vallonja l-applikazzjoni ta’ 230 kg nitroġenu fuq kull ettaru fis-sena mid-demel tal-bhejjem f’azjendi agrikoli speċifiċi b’aktar minn 48 % ta’ medda ta’ art għall-mergħat. L-applikazzjoni ta’ nitroġenu mid-demel tal-bhejjem fuq mergħat ma jaqbiżx il-230 kg għal kull ettaru fis-sena, filwaqt li fuq għelejjel li jitkabbru f’dawn il-farms ma jaqbiżx il-115 kg nitroġenu għal kull ettaru fis-sena.

(4)

Id-deżinjazzjoni ta’ żoni vulnerabbli għan-nitrati fir-rigward tal-Vallonja, f’konformità mal-paragrafi 2 u 4 ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/676/KEE, tkopri madwar 42 % tat-territorju ta’ dan ir-reġjun u 54 % tar-raba’ maħdum.

(5)

Huwa stmat li madwar 500 farm li jikkorrispondu għal 5,6 % ta’ l-għadd totali ta’ farms f’żoni vulnerabbli għan-nitrati u 3 % ta’ Raba’ Maħdum huma koperti mid-deroga.

(6)

Il-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE fil-Vallonja, “Arrêté du Gouvernement wallon du 15 février 2007 modifiant le Livre II du Code de l’Environnement constituant le Code de l’Eau en ce qui concerne la gestion durable de l’azote en agriculture”, ġiet adottata u tapplika bl-istess mod għad-deroga li ntalbet.

(7)

Id-dejta dwar il-kwalità ta’ l-ilma mressqa turi li fl-2005, fil-Vallonja, il-konċentrazzjoni medja ta’ nitrati fl-ilmijiet tal-wiċċ fiż-żoni vulnerabbli għan-nitrati kienet 16,7 mg/L, b’tendenzi ‘l isfel jew stabbli f’84 % tal-punti ta’ monitoraġġ fil-perjodu mill-2001 sa l-2005. Fl-2005, il-konċentrazzjoni medja fl-ilma tal-pjan kienet 24,8 mg/L nitrati, b’tendenzi ‘l isfel jew stabbli f’74 % tal-punti ta’ monitoraġġ fil-perjodu mill-2001 sa l-2005.

(8)

L-ammont medju ta’ nitroġenu għal kull ettaru mid-demel tal-bhejjem naqas bi 12 % mill-1990 u fl-2004 kien 101 kg/ha tar-Raba’ Maħdum, li minnhom 94 % mid-demel tal-bhejjem ta’ l-ifrat, 3 % mid-demel tal-qżieqeż u 2 % mid-demel tat-tjur. Mill-1990, l-applikazzjoni medja ta’ fertilizzanti kimiċi naqset kemm għan-nitroġenu kif ukoll għall-fosfat, b’19 % u 49 % rispettivament u fl-2004 kien hemm medja ta’ 109 kg/ha u 28 kg/ha rispettivament għan-nitroġenu u għall-fosfat.

(9)

Id-dokumenti anċillari li tressqu fin-notifika juru li l-proposta għal ammont ta’ 230 kg għal kull ettaru fis-sena ta’ nitroġenu minn demel hija ġġustifikata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma staġuni twal tat-tkabbir u għelejjel b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu.

(10)

Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-talba, tqis li l-ammont propost ta’ 230 kg għal kull ettaru fis-sena mid-demel mhux se jippreġudika l-ksib ta’ l-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KE, jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stretti.

(11)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata b’konnessjoni mat-tieni programm ta’ azzjoni fis-seħħ fir-reġjun tal-Vallonja għall-perjodu bejn l-2007 sa l-2010.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Qed tingħata d-deroga mitluba mill-Belġju li tirreferi għar-reġjun tal-Vallonja permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Ottubru 2006, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta’ demel mill-bhejjem minn dak ipprovdut fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“farms tal-bhejjem ta’ l-ifrat” tfisser azjendi b’aktar minn tliet bhejjem ħajjin, li minnhom mill-inqas żewġ terzi huma bhejjem ta’ l-ifrat,

(b)

“art bil-mergħa” tfisser medda ta’ art tal-farm tal-bhejjem ikkoltivata bħala mergħa permanenti jew temporanja (ġeneralment temporanja timplika perjodu inqas minn erba’ snin).

Artikolu 3

Ambitu ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tapplika każ b’każ u fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 għall-farms bil-bhejjem ta’ l-ifrat.

Artikolu 4

Awtorizzazzjoni u impenn annwali

1   Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kull sena.

2   Flimkien ma’ l-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintrabtu bil-miktub li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 5 u 6.

3   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu li l-applikazzjonijiet kollha għal deroga jkunu suġġetti għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 juri li l-kundizzjonijiet ipprovduti mill-Artikoli 5 u 6 mhumiex sodisfatti, l-applikant għandu jkun infurmat minnufih u l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.

Artikolu 5

Applikazzjoni tad-demel u fertilizzanti oħra

1   L-ammont ta’ demel mill-bhejjem li jingħata fis-sena f’farms tal-bhejjem ta’ l-ifrat, inkluż dak mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 230 kg nitroġenu għal kull ettaru, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

2   L-ammont ta’ demel mill-bhejjem li jingħata fuq art bil-mergħa ma għandux jaqbeż 230 kg nitroġenu għal kull ettaru. L-ammont ta’ demel mill-bhejjem li jingħata fis-sena fuq ir-raba’ ma għandux jaqbeż 115 kg nitroġenu għal kull ettaru.

3   Kull farm għandu jżomm pjan ta’ fertilizzazzjoni b’deskrizzjoni tat-tinwib u l-għoti ppjanat ta’ demel u fertilizzanti tan-nitroġenu u tal-fosfat. Għandu jkun disponibbli fil-farm kull sena kalendarja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.

Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-għadd ta’ bhejjem ħajjin, deskrizzjoni tas-sistema ta’ kif jinżammu u jinħażnu, inkluż il-volum disponibbli għall-ħżin tad-demel;

(b)

kalkolu tan-nitroġenu (li minnu jitnaqqas kwalunkwe telf fiż-żamma u l-ħażna) u l-fosfru mid-demel li jiġi prodott fil-farm;

(ċ)

it-tinwib u l-medda ta’ art għall-mergħat u għal kull għalla, flimkien ma’ tpinġija ta’ mappa fejn huma indikati l-għelieqi u fejn jinsabu;

(d)

ir-rekwiżiti prevedibbli li jkollhom l-għelejjel f’termini ta’ nitroġenu u ta’ fosfru;

(e)

l-ammont u t-tip ta’ demel li jingħata barra l-farm u fuq il-farm;

(f)

applikazzjonijiet ta’ nitroġenu u ta’ fosfru mid-demel fuq kull għalqa;

(g)

l-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru b’fertilizzanti kimiċi kif ukoll fertilizzanti oħrajn fuq kull għalqa.

Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-pjanijiet u l-prattiki agrikoli attwali.

4   Kull farm għandha tħejji kontijiet tal-fertilizzazzjoni. Dawn għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja.

5   Kull farm li tibbenefika minn deroga individwali għandha taċċetta li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, il-pjan ta’ fertilizzazzjoni u l-kontijiet tal-fertilizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal kontroll.

6   Għandha titwettaq analiżi tal-fosfru fil-ħamrija għal kull farm li tibbenefika minn deroga individwali għallinqas darba kull erba’ snin għal kull żona omoġenja tal-farm, fir-rigward tat-tinwib u l-karatteristiċi tal-ħamrija. Għandha tinħtieġ analiżi waħda għal kull 5 ettari ta’ raba’.

7   Il-konċentrazzjoni tan-nitrati fil-ħamrija għandha titkejjel kull sena f’kull farm li tibbenefika minn deroga individwali. Għal kull farm, għandhom ikunu analizzati talanqas ħames kampjuni.

8   Ma għandux jingħata d-demel fil-ħarifa qabel il-koltivazzjoni tal-mergħa.

Artikolu 6

Ġestjoni ta’ l-artijiet

1   48 % jew aktar tal-medda ta’ l-art disponibbli għall-għoti tad-demel fuq azjendi tal-bhejjem ta’ l-ifrat għandha tkun kkoltivata bħala mergħa.

2   Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga individwali għandhom iwettqu l-miżuri li ġejjin:

(a)

Mergħa temporanja għandha tinħarat fir-rebbiegħa;

(b)

Il-mergħa ma għandhiex tinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jassimilaw in-nitroġenu atmosferiku. Madankollu, dan mhux se japplika għal-leguminużi f’mergħa b’inqas minn 50 % ta’ leguminużi.

Artikolu 7

Miżuri oħra

1   Din id-deroga għandha tapplika bla ħsara għall-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarja oħra.

2   Kull bidwi li jibbenefika minn deroga individwali għandha tingħatalu assistenza teknika permezz ta’ servizz ta’ konsulenza, li għandu jiggarantixxi l-valutazzjoni tar-riżultati ta’ l-analiżi tal-ħamrija, il-pjanijiet ta’ fertilizzazzjoni u l-kontijiet ta’ fertilizzazzjoni. Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-verifikar tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 8

Monitoraġġ

1   L-awtorità kompetenti għandha tħejji u taġġorna kull sena il-mapep li juru l-perċentwali ta’ farms, il-perċentwali ta’ bhejjem u l-perċentwali ta’ raba’ kopert minn deroga individwali f’kull żona agrikola. Kull sena, dawk il-mapep għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u, għall-ewwel darba, fi tmiem l-2007.

2   Netwerk ta’ monitoraġġ għat-teħid ta’ kampjuni ta’ l-ilma tal-pjan tal-wiċċ u tal-baxx għandu jiġi stabbilit u miżmum sabiex jiġi vvalutat l-impatt ta’ deroga fuq il-kwalità ta’ l-ilma.

3   Stħarriġ u analiżi tan-nutrijenti għandhom jipprovdu d-dejta dwar l-użu lokali tar-raba’, it-tinwib u l-prattiki agrikoli fuq farms li jibbenefikaw minn derogi individwali. Dik id-dejta tista’ tintuża għal kalkoli bbażati fuq mudelli tal-kobor tal-lissija tan-nitrati u tat-telf tal-fosfru minn għelieqi fejn jiġi applikat sa 230 kg nitroġenu għall kull ettaru fis-sena minn demel mill-bhejjem.

4   Għandhom ikunu stabbiliti punti ta’ monitoraġġ biex tkun ipprovduta dejta dwar il-konċentrazzjoni ta’ nitroġenu fl-ilma tal-ħamrija u t-telf korrispondenti li jgħaddi miż-żona ta’ l-għeruq għall-ilma tal-pjan, kif ukoll it-telf ta’ nitroġenu minħabba l-ħolqien ta’ wied u tnixxija taħt wiċċ l-art, kemm jekk f’kundizzjonijiet tad-deroga kif ukoll jekk le

Artikolu 9

Rappurtaġġ

1   L-awtorità kompetenti għandha tressaq ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-Kummissjoni kull sena, b’rapport konċiż dwar l-evoluzzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma, il-valutazzjoni tar-residwi tan-nitrati fil-ħamrija fil-ħarifa f’farms li jibbenefikaw minn deroga u l-prattika ta’ valutazzjoni. Ir-rapport għandu jagħti informazzjoni dwar kif titwettaq il-valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga permezz ta’ kontrolli fuq il-livell ta’ farms u għandu jinkludi informazzjoni dwar farms mhux konformi fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet amministrattivi u fuq il-post. L-ewwel rapport għandu jitressaq sa Ġunju 2008 u wara, kull sena sax-xahar ta’ Ġunju.

2   Ir-riżultati miksuba b’dan il-mod se jitqiesu mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ talba ġdida eventwali għal deroga.

Artikolu 10

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntest tat-tieni programm ta’ azzjoni 2007-2010 għar-Reġjun tal-Vallonja “Arrêté du Gouvernement wallon du 15 février 2007 modifiant le Livre II du Code de l’Environnement constituant le Code de l’Eau en ce qui concerne la gestion durable de l’azote en agriculture”. Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


6.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 32/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Jannar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi ta’ l-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini u mill-bruċellosi tal-bovini u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huwa uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi enżootika tal-bovini

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 324)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/97/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-komunitarju fl-annimali bovini u l-majjali (1), u b’mod partikolari l-Anness A (I) (4), l-Anness A (II) (7) u l-Anness D (I) (E) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-komunitarju ta’ annimali ovini u kaprini (2), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu I ta’ l-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-ħtiġijiet relatati mal-bruċellosi (B. melitensis) u li takkordalhom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun li huwa uffiċjalment ħieles mill-marda (3), telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE.

(2)

L-Italja bagħtet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima II(1)(b) tal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE fir-rigward tal-provinċji ta’ Latina u Ruma fir-Reġjun tal-Lazio u r-Reġjun tal-Veneto. Dawn il-provinċji u dan ir-reġjun għandhom għalhekk ikunu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis).

(3)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li l-Istati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi, mill-bruċellosi u mill-lewkosi bovina enżootika fir-rigward ta’ merħliet bovini sakemm ikun hemm konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

(4)

Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkolosi tal-bovini, il-bruċellosi tal-bovini u l-lewkosi enzootika bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi status uffiċjalment ħieles mit-tuberkolosi, il-bruċellosi, u l-lewkosi enżootika ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri fir-rigward ta’ mrieħel bovini (4).

(5)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Verċelli fir-Reġjun tal-Piemonte u l-provinċji ta’ Pisa u Pistoia fir-Reġjun tat-Toscana sabiex dawn il-provinċji jkunu jistgħu jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi.

(6)

L-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Brindisi fir-Reġjun tal-Puglia u r-Reġjun tat-Toscana sabiex din il-provinċja u dan ir-reġjun ikunu jistgħu jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi.

(7)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mibgħuta mill-Italja, il-provinċji u r-reġjun ikkonċernati għandhom għalhekk jitħabbru reġjuni ta’ l-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi u l-bruċellosi rispettivament fir-rigward ta’ annimali bovini.

(8)

Il-Polonja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward li ċerti powiaty jistgħu jiġu kkunsidrati bħala reġjuni tal-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enżootika bovina.

(9)

Wara valutazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mill-Polonja, dawn il-powiaty fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enżootika bovina ta’ dan l-Istat Membru.

(10)

Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi I, II, u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26)

(2)  ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(3)  ĠU L 13, tat-21.1.1993, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/399/KE (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11).

(4)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/559/KE (ĠU L 212, 14.8.2007, p. 20).


ANNESS I

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, it-tieni paragrafu li jirrigwarda l-Italja huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun ta’ l-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara.

Ir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta’ Latina, Ruma

Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċja ta’ Savona

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċji ta’ Ancona, Ascoli Piceno, Macerata, Pesaro, Urbino.

Ir-Reġjun tal-Molise: Il-Provinċja ta’ Isernia.

Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Cuneo, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.

Ir-Reġjun ta’ Sardinia: Il-Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento.

Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Arezzo, Firenze, Grossetto, Livorno, Lucca, Massa-Carrara, Pisa, Pistoia, Prato, Siena

Ir-Reġjun ta’ l-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni.

Ir-Reġjun tal-Veneto”


ANNESS II

L-Annessi I, II u III għad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU 2

Reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi

Fl-Italja:

Ir-Reġjun ta’ l-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara.

Ir-Reġjun ta’ l-Emilia-Romagna.

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia.

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Como, Lecco, Sondrio.

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno.

Ir-Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Novara, Verbania, Vercelli.

Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Grossetto, Livorno, Lucca, Prato, Pisa, Pistoia, Siena.

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento.

Ir-Reġjun tal-Veneto: Il-Provinċji ta’ Belluno, Padova.”

(2)

Fl-Anness II, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU 2

Ir-reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi

Fl-Italja:

Ir-Reġjun ta’ l-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara.

Ir-Reġjun ta’ l-Emilia-Romagna: Il-Provinċji ta’ Bologna, Ferrara, Forlì-Cesena, Modena, Parma, Piacenza, Ravenna, Reggio Emilia, Rimini.

Ir-Reġjun tal-Friuli Venezia Giulia.

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċja ta’ Rieti.

Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċji ta’ Imperia, Savona.

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno.

Ir-Reġjun tal-Piemonte: il-Provinċji ta’ Alessandria, Asti, Biella, Novara, Torino, Verbania, Vercelli.

Ir-Regjun tal-Puglia: Il-Provinċja ta’ Brindisi.

Ir-Reġjun ta’ Sardinia: Il-Provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano, Sassari.

Ir-Reġjun tat-Toscana.

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento.

Ir-Reġjun ta’ l-Umbria: Il-Provinċji ta’ Perugia, Terni.

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(3)

Fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness III, it-tieni paragrafu li jikkonċerna l-Polonja jinbidel b'dan li ġej:

“Fil-Polonja:

Voivodship Dolnośląskie

Powiaty

:

Bolesławiecki, Dzierżoniowski, Głogowski, Górowski, Jaworski, Jeleniogórski, Jelenia Góra, Kamiennogórski, Kłodzki, Legnicki, Legnica, Lubański, Lubiński, Lwówecki, Milicki, Oleśnicki, Oławski, Polkowicki, Strzeliński, Średzki, Świdnicki, Trzebnicki, Wałbrzyski, Wałbrzych, Wołowski, Wrocławski, Wrocław, Ząbkowicki, Zgorzelecki, Złotoryjski.

Voivodship Lubelskie

Powiaty

:

Bialski, Biała Podlaska, Biłgorajski, Chełmski, Chełm, Hrubieszowski, Janowski, Krasnostawski, Kraśnicki, Lubartowski, Lubelski, Lublin, Łęczyński, Łukowski, Opolski, Parczewski, Puławski, Radzyński, Rycki, Świdnicki, Tomaszowski, Włodawski, Zamojski, Zamość.

Voivodship Łódzkie

Powiaty

:

Bełchatowski, Brzeziński, Kutnowski, Łaski, Łęczycki, Łódzki, Łódź, Opoczyński, Pabianicki, Pajęczański, Piotrkowski, Piotrków Trybunalski, Poddębicki, Radomszczański, Rawski, Skierniewicki, Skierniewice, Tomaszowski, Wieluński, Zduńskowolski, Zgierski.

Voivodship Małopolskie

Powiaty

:

Brzeski, Bocheński, Chrzanowski, Dąbrowski, Gorlicki, Krakowski, Kraków, Limanowski, Miechowski, Myślenicki, Nowosądecki, Nowy Sącz, Oświęcimski, Olkuski, Tarnowski, Tarnów, Wielicki.

Voivodship Opolskie

Powiaty

:

Brzeski, Głubczycki, Kędzierzyńsko-Kozielski, Kluczborski, Krapkowicki, Namysłowski, Nyski, Olecki, Opolski, Opole, Prudnicki, Strzelecki.

Voivodship Podkarpackie

Powiaty

:

Bieszczadzki, Brzozowski, Jasielski, Krośnieński, Krosno, Leski, Leżajski, Łańcucki, Rzeszowski, Rzeszów, Sanocki, Strzyżowski.

Voivodship Śląskie

Powiaty

:

Będziński, Bielski, Bielsko Biała, Bytom, Chorzów, Cieszyński, Częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa, Gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, Kłobucki, Lubliniecki, Mikołowski, Mysłowice, Myszkowski, Piekary Śląskie, Pszczyński, Raciborski, Ruda Śląska, Rybnicki, Rybnik, Siemianowice, Sosnowiec, Świętochłowice, Tarnogórski, Tychy, Tyski, Wodzisławski, Zabrze, Zawierciański, Żory, Żywiecki.

Voivodship Świętokrzyskie

Powiaty

:

Buski, Jędrzejowski, Kazimierski, Kielecki, Kielce, Konecki, Opatowski, Ostrowiecki, Pińczowski, Sandomierski, Skarżyski, Starachowicki, Staszowski, Włoszczowski.

Voivodship Wielkopolskie

Powiaty

:

Jarociński, Kaliski, Kalisz, Kępiński, Kolski, Koniński, Konin, Krotoszyński, Ostrzeszowski, Słupecki, Turecki, Wrzesiński.”


Corrigendum

6.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 32/31


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/361/KE ta' l-4 ta’ Mejju 2007 dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 138, tat-30 ta' Mejju 2007 )

F'paġna 15, premessa 6, it-tielet sentenza:

minflok:

“[L-applikazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu għandha taġġusta wkoll tendenzi simili fil-konsum intern.].”,

aqra:

“L-applikazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu għandha taġġusta wkoll tendenzi simili fil-konsum intern.”.