ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
30ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 dwar il-miżuri li l-Kummissjoni għandha twettaq għall-perjodu 2008-2013 bl-użu ta' l-applikazzjonijiet ta' telerilevament implimentati fil-qafas tal-politika agrikola komuni

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 79/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju)

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2008 tad-29 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 81/2008 tad-29 ta’ Jannar 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 82/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

8

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/82/KE

 

*

Deċiżjoni 1/2007 tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-KE u ta’ l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Protokoll 2 (dwar prodotti ta’ l-azzar) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

10

 

 

2008/83/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 4/2007 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Afrika t'Isfel għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE

11

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 78/2008

tal-21 ta’ Jannar 2008

dwar il-miżuri li l-Kummissjoni għandha twettaq għall-perjodu 2008-2013 bl-użu ta' l-applikazzjonijiet ta' telerilevament implimentati fil-qafas tal-politika agrikola komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 33(2)(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-politika agrikola komuni (PAK) għandha tqis il-karattru partikolari ta' l-attività agrikola, li titnissel mill-istruttura soċjali ta' l-agrikoltura u mid-disparità strutturali u naturali ta' bejn id-diversi reġjuni agrikoli. F'dan ir-rigward, hemm il-ħtieġa ta' informazzjoni dwar il-kundizzjoni ta' l-artijiet u ta' l-uċuħ tar-raba', partikolarment għat-tmexxija ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq. L-applikazzjonijiet ta' telerilevament jistgħu jipprovdu parti mill-informazzjoni meħtieġa għal dan il-għan, dejjem jekk jistgħu jkopru ż-żoni kollha ta' interess għat-tmexxija tas-swieq agrikoli.

(2)

Permezz ta' l-esperjenza miksuba matul il-perjodu 2004-2007 fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1445/2000/KE tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-applikazzjoni ta' stħarriġ mill-ajru u metodi ta' teknika ta' remote sensing għall-istatistiċi agrikoli għal 1999 sa 2003 (2) kif emendata, kif ukoll tad-Deċiżjonijiet li ġew qabilha, bħal, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/503/KEE tas-26 ta’ Settembru 1988 li tistabbilixxi proġett esperimentali ta' telerilevament applikat għall-finijiet ta' statistika agrikola (3), is-sistema agrometeoroloġika għat-tbassir tal-ħsad u għall-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta' l-artijiet u ta' l-uċuħ tar-raba' saret operazzjonali, laħqet livell avvanzat ta' żvilupp u wriet l-effiċjenza tagħha.

(3)

Barra minn hekk, it-telerilevament wera li joffri risposta adattata għall-ħtiġijiet tat-tmexxija tal-PAK, kif ukoll li l-ħtiġijiet identifikati ma setgħux jintlaħqu permezz tas-sistemi tradizzjonali ta' l-istatistika u t-tbassir agrikoli. It-telerilevament wassal ukoll għal aktar preċiżjoni, oġġettività, veloċità u frekwenza fl-osservazzjonijiet li jsiru, filwaqt li kompla jorqom il-mudelli tat-tbassir agrikolu, b'mod partikulari billi daħħal mudelli msejsa fuq ir-reġjuni. Fl-aħħar nett, it-telerilevament ikkontribwixxa għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet speċifiċi jew komplementari għall-istabbilment u għall-ġbir ta' statistiċi agrikoli, u ġab miegħu tnaqqis fl-ispejjeż marbutin mal-monitoraġġ u mal-kontroll tan-nefqa agrikola. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jeħtieġ li jsir provvediment għat-tkomplija ta' dawn l-applikazzjonijiet ta' telerilevament b'finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) għall-perjodu 2008-2013, skond l-Artikolu 3(2)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (4).

(4)

B'danakollu, jeħtieġ li jkunu addattati u organizzati mill-ġdid ir-regoli ddettaljati ta' implimentazzjoni għall-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bl-użu tat-telerilevament li jkunu separati il-miżuri operazzjonali li jsiru fil-kuntest ta' din is-sistema minn dawk li jeħtieġu aktar riċerka u żvilupp. Għaldaqstant, għandu jsir provvediment separat għal dawn il-miżuri fil-programm qafas ta' riċerka u żvilupp.

(5)

Għandu jkun provdut ukoll li l-informazzjoni u l-istimi li joħorġu minn dawn il-miżuri, miżmuma mill-Kummissjoni, ikunu disponibbli għall-Istat Membri, kif ukoll li jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport proviżjonali u rapport finali dwar il-kundizzjonijiet ta' l-implimentazzoni tal-miżuri ta' telerilevament li jkunu saru, u dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-miżuri li twettaq il-Kummissjoni bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' telerilevament fil-qafas tal-politika agrikoli komuni (PAK) jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FAEG, skond l-Artikolu 3(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, fejn ikollhom l-għan li jipprovdu lill-Kummissjoni bil-mezzi:

(a)

sabiex tmexxi s-swieq agrikoli;

(b)

sabiex tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku ta' l-artijiet agrikoli u tal-kundizzjoni ta' l-uċuħ tar-raba', b'mod li jistgħu jsiru stimi, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħsad u mal-produzzjoni agrikola;

(ċ)

sabiex tħeġġeġ l-aċċess għall-istimi msemmija fil-punt b);

(d)

sabiex tiżgura s-segwitu teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika.

2.   B'mod partikolari, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

il-ġbir jew ix-xiri ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK, partikolarment id-data miksuba permezz tas-satellita u d-data meteoroloġika;

(b)

il-ħolqien ta' infrastruttura ta' data spazjali u websajt;

(ċ)

studji speċifiċi fuq il-kundizzjonijiet tal-klima;

(d)

l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi.

Fejn meħtieġ, dawn il-miżuri għandhom isiru f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-laboratorji u l-korpi nazzjonali.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni u l-istimi li jirriżultaw mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) elettronikament disponibbli għall-Istati Membri.

Artikolu 3

Għandhom jiġu adottati regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, partikolarment f'dak li jirrigwarda t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' l-informazzjoni u l-istimi msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Sa mhux aktar tard rispettivament mill-31 ta’ Lulju 2010 u mill-31 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport intermedju u rapport finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' telerilevament u dwar l-użu tar-riżorsi finanzjarji li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni skond dan ir-Regolament.

Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport finali għandu jkun akkumpanjat minn proposta biex jitkomplew dawn il-miżuri fil-qafas tal-PAK.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  Opinjoni mogħtija fis-16 ta' Jannar 2008 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 163, 4.7.2000, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).

(3)  ĠU L 273, 5.10.1988, p. 12.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).


30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 79/2008

tat-28 ta’ Jannar 2008

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, stabbilixxa fil-Protokoll 2 dwar prodotti ta’ l-azzar sistema ta’ kontroll doppju, mingħajr limiti kwantitattivi, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar li joriġinaw fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2)

Is-sistema tal-kontroll doppju ġiet implimentata mir-Regolament (KE) Nru 152/2002 tal-21 ta’ Jannar 2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunità Ewropea (sistema tal-kontroll doppju) (1).

(3)

Bid-Deċiżjoni.1/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 (2) tiegħu, il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja emenda l-Protokoll 2 dwar prodotti ta’ l-azzar bl-effett li abolixxa s-sistema tal-konroll doppju. Ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 għandu għalhekk jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 152/2002 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 25, 29.1.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  Ara paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 80/2008

tad-29 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,0

TN

129,8

TR

92,7

ZZ

87,8

0707 00 05

EG

190,8

JO

178,8

MA

50,4

TR

102,2

ZZ

130,6

0709 90 70

MA

72,1

TR

146,1

ZZ

109,1

0709 90 80

EG

121,8

ZZ

121,8

0805 10 20

EG

46,8

IL

54,3

MA

68,8

TN

54,2

TR

66,2

ZA

22,3

ZZ

52,1

0805 20 10

MA

104,5

TR

98,8

ZZ

101,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

81,9

IL

75,2

JM

103,1

MA

147,6

PK

48,1

TR

72,7

US

60,1

ZZ

84,1

0805 50 10

EG

74,2

IL

117,2

TR

120,5

ZZ

104,0

0808 10 80

CA

84,1

CL

60,8

CN

81,3

MK

42,4

US

110,2

ZA

60,7

ZZ

73,3

0808 20 50

CL

59,3

CN

49,3

TR

159,1

US

109,0

ZA

98,0

ZZ

94,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 81/2008

tad-29 ta’ Jannar 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 23, 26.1.2008, p. 15.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mit-30 ta’ Jannar 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,21

4,69

1701 11 90  (1)

23,21

9,93

1701 12 10  (1)

23,21

4,50

1701 12 90  (1)

23,21

9,50

1701 91 00  (2)

22,77

14,47

1701 99 10  (2)

22,77

9,33

1701 99 90  (2)

22,77

9,33

1702 90 95  (3)

0,23

0,41


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 82/2008

tat-28 ta’ Jannar 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2008, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (3), il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (il-kodiċi NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jirreferu għal uħud minn dawn il-kodiċijiet NM. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dawn l-Annessi jiġu aġġustati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1214/2007 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2007 (ĠU L 145, 7.6.2007, p. 12).

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1.


ANNESS

L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness III, il-kodiċi NM għan-numru tas-serje 09.0107 fit-tieni kolonna huma emendati kif ġej:

(a)

il-kodiċi NM “ex 5703 90 10” huwa sostitwit bil-kodiċi “ex 5703 90 20”;

(b)

il-kodiċi NM “ex 5703 90 90” huwa sostitwit bil-kodiċi “ex 5703 90 80”.

(2)

Fl-ewwel parti ta' l-Anness IV, għan-numru tas-serje 09.0106, il-kodiċi NM “ex 6204 49 00” fit-tieni kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi NM “6204 49 90”.

(3)

Fit-tieni parti ta' l-Anness IV, il-kodiċi għan-numru tas-serje 09.0106, jiġu emendati kif ġej:

(a)

fil-ringiela għall-kodiċi NM “6204 49 00”, il-kodiċi TARIC “91” fit-tielet kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi TARIC “10”;

(b)

Il-kodiċi NM “6204 49 00” fit-tieni kolonna huwa sostitwit bil-kodiċi NM “6204 49 90”.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/10


DEĊIŻJONI 1/2007 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI TAL-KE U TA’ L-EX REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Protokoll 2 (dwar prodotti ta’ l-azzar) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

(2008/82/KE)

IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistabbilixxi sistema ta’ kontroll doppju, mingħajr limiti kwantitattivi, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2)

Sar progress sinifikanti fil-programm meħtieġ ta’ ristrutturar u konverżjoni għall-industrija ta’ l-azzar fl-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(3)

Il-ħtieġa għal proċedura amministrattiva għall-għoti rapidu ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet fil-flussi kummerċjali sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex tkun evitata kull devjazzjoni tal-kummerċ ma għadhiex teżisti.

(4)

Konsegwentement, ma għadx hemm bżonn ta’ sistema ta’ kontroll doppju, mingħajr limiti kwantitattivi, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(5)

Il-Protokoll 2 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 2 għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzzjoni u l-Anness I ma’ l-imsemmi Protokoll 2 għandhom jitħassru.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Il-President

Antonio MILOŠOSKI


30.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/11


DEĊIŻJONI Nru 4/2007 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Afrika t'Isfel għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE

(2008/83/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ l-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (“l-AKP”) min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut mill-Ftehim (2) li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, u b'mod partikolari l-Protokoll Nru 3 tiegħu dwar l-Afrika t'Isfel,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali ma japplikawx għall-Afrika t'Isfel;

(2)

Fis-7 ta’ Marzu 2006, il-grupp ta’ pajjiżi ta’ l-AKP, membri tal-Komunità ta’ l-Iżvilupp tan-Nofsinhar ta’ l-Afrika (SADC) f'negozjati fuq il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomiku (EPA) mal-Komunità Ewropea, talab li l-Afrika t'Isfel għandha tiġi assoċjata bħala membru sħiħ ta’ dawk in-negozjati u l-Kunsill tal-Ministri aċċetta t-talba, taħt ċerti kondizzjonijiet, fit-12 ta’ Frar 2007;

(3)

In-negozjati ta’ l-EPA huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE, b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu.

(4)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali huwa meħtieġ li jiġi emendat il-Protokoll Nru 3 bil-ħsieb li jittieħed kont ta’ l-inklużjoni sħiħa ta’ l-Afrika t'Isfel fin-negozjati ta’ l-EPA u l-adeżjoni eventwali tagħha fl-EPA;

(5)

Skond l-Artikolu 7 tiegħu, il-Protokoll Nru 3 jista’ jiġi rivedut b'Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Dan il-Protokoll m'għandux lill-Afrika t'Isfel milli tinnegozja u tiffirma wieħed mill-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomiku (EPA) previsti fil-Parti 3, Titolu II ta’ dan il-Ftehim jekk il-partijiet l-oħra ta’ dak l-EPA jaqblu hekk.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Il-President tal-Kumitat ta’ l-Ambaxxaturi AKP-KE b'delega, għall-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

Álvaro MENDONÇA E MOURA


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27. Ftehim applikat proviżorjament skond id-Deċiżjoni Nru 5/2005 (ĠU L 287, 28.10.2005, p. 1).