ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
26ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 63/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 64/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2008 u għas-snin ta' wara għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 66/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ il-kwota tariffarja annwali għas-sena 2008 u s-snin ta’ wara applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja u li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 67/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri għall-iżnaturar komplet ta’ l-alkoħol għall-iskopijiet ta'eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2008 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ

21

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/76/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2008 rigward il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2001

27

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/77/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2008 li tapprova l-pjanijiet għall-2008 għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawk il-ħnieżer kontra dik il-marda fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 270)

28

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/78/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Jannar 2008 dwar miżuri li jħaffu l-bidliet għall-ewro fil-ġejjieni (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6912)

30

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 63/2008

tal-21 ta’ Jannar 2008

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri provviżorji

(1)

Fis-27 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni imponiet, permezz tar-Regolament (KE) Nru 896/2007 (2), (“ir-Regolament provviżorju”) dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja (il-“pajjiż konċernat”).

(2)

Ta’ min jiftakar li l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-analiżi tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sa tmiem il-PI (il-“perjodu meqjus”).

(3)

L-indirizzi tal-produtturi Komunitarji elenkati fil-premessa (7) tar-Regolament provviżorju huma kkoreġuti kif ġej:

Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A., Dos Hermanas (Sevilla), Spanja;

Sensient Fragrances S.A., Granada, Spanja;

Takasago International Chemicals (Europe) S.A., Murcia, Spanja.

2.   Proċedura sussegwenti

(4)

Wara l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol mill-Indja, il-partijiet kollha ngħataw il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li r-Regolament provviżorju kien ibbażat fuqhom (l-iżvelar provviżorju). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu fejn setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet orali jew bil-miktub relatati ma’ dan l-iżvelar.

(5)

Xi partijiet interessati ressqu kummenti bil-miktub. Dawk il-partijiet li talbu dan, ingħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu bil-kelma tal-fomm. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha.

(6)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv u l-ġbir definittiv ta’ ammonti miksuba permezz tad-dazju provviżorju (“l-iżvelar finali”). Il-partijiet interessati ġew mogħtija wkoll perjodu fejn setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti orali u miktuba sottomessi min-naħa tal-partijiet interessati ġew kunsidrati u, fejn dan kien f’loku, il-konklużjonjiet ġew modifikati kif meħtieġ.

B.   PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(7)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward il-prodott konċernat u l-prodott simili, il-premessi (9) sa (12) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

C.   DUMPING

1.   Il-valur normali

(8)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, il-produttur esportatur imsemmi fil-premessa (17) tar-Regolament provviżorju allega li l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni injorat ċerti elementi importanti li jaffettwaw l-ispiża tal-produzzjoni u, b’hekk, il-valur normali ta’ determinazzjoni. Talab li l-valur normali tiegħu għandu jkun ibbażat fuq l-ispiża tal-produzzjoni tiegħu minflok ma’ jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezzijiet lokali fl-andament normali tal-kummerċ tal-produttur esportatur l-ieħor li jikkopera.

(9)

L-ewwelnett, l-allegazzjonijiet imsemmija hawn fuq rigward l-ispiża tal-produzzjoni nstabu li ma kienux ġustifikati. It-tieni, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-valur normali għall-produttur esportatur konċernat (ara l-premessa (17) tar-Regolament provviżorju) titqies bħala l-aktar addattata għar-raġunijiet li ġejjin: (i) il-produttur esportatur konċernat m’għandu l-ebda bejgħ lokali tal-prodott simili u ta’ l-istess kategorija ġenerali tal-prodotti fil-PI, (ii) il-prodotti jistgħu jinbidlu perfettament ma’ xulxin u (iii) produttur esportatur wieħed ieħor biss ikkopera fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, jekk il-valur normali ma kienx ibbażat fuq il-prezzijiet tal-produttur Indjan l-ieħor, kien se jinħtieġ li jiġu ddeterminati l-ammonti għall-bejgħ, għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-qligħ skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Kollox ma’ kollox, l-użu tal-prezzijiet tal-bejgħ lokali tal-produttur Indjan l-ieħor jidhru li huma l-aktar bażi rappreżentattiva biex jirriflettu l-kondizzjonijiet tal-bejgħ prevalenti fuq is-suq domestiku Indjan u b’hekk għall-istabbiliment tal-valur normali. Għalhekk it-talba ġiet rifjutata.

(10)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-valur normali, il-premessi (13) sa (17) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

2.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

(11)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti, il-premessa (18) tar-Regolament provviżorju hi b’dan konfermata.

3.   Tqabbil

(12)

Produttur esportatur sostna li l-Kummissjoni, meta ddeterminat għall-finijiet ta’ tqabbil l-aġġustamenti għall-prezz ta’ l-esportazzjoni, għamlet ċerti deduzzjonijiet mhux ġustifikati fir-rigward ta’ ċerti elementi li jikkonċernaw l-ispejjeż tat-trasport, il-ġarr u l-kreditu. Il-Kummissjoni aċċettat it-talba u rrivediet l-aġġustamenti rilevanti skond dan.

(13)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessa (19) tar-Regolament provviżorju hija b’dan konfermata.

4.   Marġini tad-dumping

(14)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, parti waħda argumentat li għal dawk il-produtturi esportaturi li ma kkoperawx, għandu jiġi kalkolat marġini tad-dumping ogħla bbażat fuq il-prezzijiet CIF l-aktar baxxi tal-produtturi esportaturi li kkoperaw. F’dan ir-rigward, ġie nnutat li ma nstabu l-ebda indikazzjonijiet li juru li l-kumpanniji li ma kkoperawx kienu qegħdin jiddampjaw fil-PI fuq livell ogħla mill-kumpanniji li kkoperaw. Min-naħa l-oħra, tqabbil bejn id-data ta’ l-Eurostat rigward l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u l-volum u l-valur ta’ l-esportazzjonijiet lill-Komunità rrapportati mill-produtturi esportaturi li jikkoperaw juri li (i) il-volum ta’ importazzjonijiet fil-Komunità minn kwalunkwe produttur esportatur li ma kkoperax irrappreżenta inqas minn 20 % ta’ l-importazzjonijiet totali mill-Indja fil-PI (il-proporzjon preċiż ma jistax jiġi żvelat minħabba raġunijiet ta’ kunfidenżjalità) u (ii) il-prezzijiet mitluba minn kwalunkwe produttur li ma jesportax fuq is-suq Komunitarju kienu mid-dehra ogħla minn dawk mitluba mill-kumpanniji li jikkoperaw. Għalhekk, dan it-talba ġiet miċħuda.

(15)

Wara l-iżvelar finali, l-istess parti tenniet t-talba ta’ hawn fuq rigward il-marġini ta’ dumping ta’ kwalunkwe produttur esportatur li ma jikkoperax. L-ebda argument ġdid ma tressaq, li jista’ jbiddel il-konklużjonijiet magħmula fil-premessa (14) hawn fuq. Il-parti konċernata żiedet biss li ma setgħetx tivverifika d-data ta’ importazzjoni użata fl-analiżi li saret mill-Kummissjoni, billi kienet allegatament miżmuma kunfidenzjali. Il-kumpannija kienet infurmata li l-volum ta’ importazzjoni u l-prezz ta’ importazzjoni medju kienu stabbiliti fid-dettall fil-premessi (38) u (39) tar-Regolament provviżorju u li l-għajn ta’ l-istatistika, jiġifieri Eurostat, kienet miftuħa għall-pubbliku. B’hekk, il-kumpannija ma kienet fl-ebda każ ipprojbita milli tivverifika l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u tiddefendi jeddijietha. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(16)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-marġini tad-dumping definittivi riveduti, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Il-Kumpannija

Il-Marġini ta’ Dumping Definittiv

Neeru Enterprises, Rampur

3,1  %

Privi Organics Limited, Mumbai

7,5  %

Il-Kumpanniji l-oħra kollha

7,5  %

D.   IL-ĦSARA

(17)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, produttur esportatur qal li l-produttur Komunitarju li kien għamel importazzjonijiet sostanzjali ta’ dihydromyrcenol mill-Indja fil-PI (ara l-premessa (25) tar-Regolament provviżorju) għandu jiġi eskluż mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u għaldaqstant l-analiżi tal-ħsara, kif ukoll id-determinazzjoni tal-livell tat-tneħħija tal-ħsara. F’dan ir-rigward, ġie mfakkar li l-produttur Komunitarju konċernat ma biddilx in-negozju ewlieni tiegħu minn produzzjoni għall-importazzjoni. Tabilħaqq, kien għamel l-importazzjonijiet imsemmija hawn fuq mill-Indja b’mod partikolari sabiex iżomm il-produzzjoni tiegħu stess tal-prodott simili vijabbli. Għalhekk, ma teżisti l-ebda raġuni għall-esklużjoni ta’ din il-kumpannija mill-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, ġie osservat li anki jekk il-produttur konċernat ġie eskluż mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, is-sejba tal-ħsara ma kinetx se tkun differenti. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(18)

L-istess produttur esportatur argumenta wkoll li l-qagħda ekonomika globali tal-produtturi Komunitarji kienet tajba ħafna; b’mod partikolari, kien allegatament tjieb b’mod sinifikanti fl-2005 u fl-PI u tali tendenza pożittiva wisq probabbilment tkompli fil-ġejjieni qrib skond dan l-esportatur. Dawn il-konklużjonijiet ġew ibbażati fuq l-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u l-volum tal-bejgħ, l-istokkijiet u s-sehem tas-suq ippreżentati fil-premessi (45) sa (47) tar-Regolament provviżorju. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat billi ma jikkunsidrax kif xieraq li kien hemm waqgħa drammatika fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ dihydromyrcenol fil-Komunità (ara l-premessi (47) sa (49) tar-Regolament provviżorju), u li l-industrija Komunitarja rnexxielha biss iżżid il-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tagħha u, b’hekk, iżżomm is-sehem tagħha fuq is-suq Komunitarju li qiegħed jikber akkost ta’ telf kbir, waqgħa fil-fatturat ta’ l-investiment u l-fluss ‘il barra tal-flus. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(19)

Wara l-iżvelar finali, il-produttur esportatur imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq tenna t-talba tiegħu u żied li l-Kummissjoni ma kinetx analizzat kif xieraq il-qagħda tal-produttur Komunitarju konċernat, jiġifieri l-produttur li kien għamel importazzjonijiet sostanzjali tal-prodott konċernat. B’mod partikolari, l-aspetti li ġejjin allegatament ma kinux analizzati. (i) il-perċentwali tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott konċernat rappreżentat minn dan il-produttur importatur; (ii) in-natura ta’ l-interess ta’ dan il-produttur importatur fl-importazzjoni; (iii) il-livell tan-natura fuq terminu ta’ żmien twil ta’ l-impenn muri minn dan il-produttur importatur għall-produzzjoni lokali għall-kuntrarju li titkompla l-importazzjoni; u (iv) il-proporzjon ta’ l-importazzjonijiet għall-produzzjoni domestika għal dan il-produttur importatur.

(20)

F’dan ir-rigward, ġie nnutat li l-punti kollha mqajmin rigward il-qagħda tal-produttur Komunitarju konċernat kienu tassew ġew analizzati kif xieraq; Madankollu, ċerti dettalji ma setgħux jiġu żvelati minħabba n-natura kunfidenzjali tagħhom. Kif jidher mill-premessa (25) tar-Regolament provviżorju u l-premessa (17) hawn fuq, ir-raġunijiet ewlenin għal nuqqas ta’ esklużjoni tal-produttur konċernat mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, u mill-produzzjoni Komunitarja kienu (i) in-natura ta’ l-interess tagħha fl-importazzjoni (jiġifieri kien jimporta l-prodott konċernat sabiex iżomm il-produzzjoni tiegħu fil-Komunità tal-prodott simili vijabbli), u (ii) l-impatt marġinali tas-sitwazzjoni tiegħu fuq is-sitwazzjoni globali ta’ l-industrija Komunitarja (jiġifieri l-fatt li l-esklużjoni possibbli tiegħu ma tbiddilx is-sejbiet tal-ħsara). Fl-aħħar, ma hemmx għalfejn jingħad li permess tas-sostenn ta’ l-ilment u tal-koperazzjoni bis-sħiħ ma’ l-investigazzjoni, dan il-produttur immira li jikkontrolla l-influss ta’ l-importazzjonijiet dumped mill-Indja. Għalhekk wera b’mod ċar l-impenn tiegħu lejn il-produzzjoni domestiku għall-kuntrarju li titkompla l-importazzjoni. L-allegazzjonijiet imsemmija fil-premessa (17) hawn fuq għalhekk huma miċħuda.

(21)

B’referenza għall-premessa (41) tar-Regolament provviżorju, produttur esportatur wieħed ressaq li l-undercutting fil-prezz kellu jiġi bbażat fuq il-prezz ta’ l-importazzjoni medju mill-Indja aktar milli l-prezzijiet ta’ importazzjoni tal-produtturi esportaturi li jikkoperaw. F’dan ir-rigward, hu osservat li minħabba l-livell ta’ koperazzjoni f’dan il-każ, jiġifieri aktar minn 80 %, u billi l-istatistika ta’ l-importazzjoni totali hija bbażata fuq kodiċi ex NM, jiġifieri li jistgħu jinkludu ċerta kwantità ta’ prodotti għajr id-dihydromyrcenol (ara l-premessa (36) tar-Regolament provviżorju), it-tqabbil tal-prezz ibbażat fuq il-prezz ta’ importazzjoni medju se jkun ħafna inqas preċiż mill-marġini stabbiliti ta’ undercutting tal-kumpannija individwali. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(22)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-ħsara, il-premessi (23) sa (56) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

E.   IL-KAWŻALITÀ

(23)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, produttur esportatur wieħed talab li l-importazzjonijiet mill-Indja ma kinux ikkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja minħabba li l-prezz tagħhom kien qiegħed jiżdied u s-sehem tas-suq tagħhom niżel b’2.4 punti ta’ perċentwali fil-PI. Dan ir-raġunament iħalli barra bosta aspetti importanti ta’ l-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet dumped mill-Indja u tal-qagħda tas-suq Komunitarju. Kif ġie muri fil-premessi (38) sa (42) tar-Regolament provviżorju, il-volum ta’ l-importazzjonijiet dumped tal-prodott konċernat mill-Indja fil-Komunità żdied minn madwar 25 000 kilogrammi fl-2003 għal madwar 760 000 kilogrammi fil-PI. Is-sehem tas-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied minn 0.7 % fl-2003 għal 17.3 % fil-PI. It-tnaqqis żgħir tas-sehem tagħhom fil-PI kien minħabba espansjoni f’daqqa tas-suq Komunitarju f’dan il-perjodu, aktar milli tnaqqis fil-volum tagħhom. tabilħaqq, il-volum ta’ l-importazzjonijiet dumped mill-Indja komplew jiżdiedu fil-PI, għalkemm mhux bl-istess rata bħal fil-perjodu preċedenti. Globalment, il-preżenza ta’ l-importazzjonijiet dumped mill-Indja fuq is-suq Komunitarju żdiedu b’mod ħafna aktar sinifikanti milli l-konsum Komunitarju fuq il-perjodu kkunsidrat. Fl-aħħar ġie mfakkar li l-importazzjonijiet dumped mill-Indja waqqgħu l-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’marġini jiet sostanzjali. Iż-żieda ta’ importazzjonijiet dumped bi prezzijiet li jwaqqgħu b’mod sinifikattiv il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja ħabtet b’mod ċar ma’ żmien b’sitwazzjoni li saret agħar ta’ l-industrija Komunitarja. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(24)

L-istess produttur esportatur kompla jargumenta li kwalunkwe ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja kien tort tagħha. Huma allegaw li, kieku mhux hekk, ma kienx possibbli li wieħed issofri telf f’ambjent fejn id-domanda qiegħda tiżdied, bi preżżijiet ogħla, għaldaqstant bejgħ u fatturat ogħla u produttività dejjem iżjed. Bħala spjegazzjoni possibbli, din il-parti kkwotat iż-żieda fil-paga medja b’24 % mill-2003 sal-PI.

(25)

L-ewwelnett, għalkemm il-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied bi 2 % bejn l-2005 u l-PI, kien aktar minn 30 % inqas mill-2003, filwaqt li l-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja żdied biss bi 22 % bejn l-2003 u l-PI (ara l-premessa (47) tar-Regolament provviżorju). Għaldaqstant, id-dħul tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b’mod sinifikanti, jiġifieri b’madwar 15 % tul il-perjodu meqjus. It-tieninett, l-iżvilupp ta’ l-ispiża tax-xogħol medju għandu jidher flimkien mat-tendenzi ta’ l-impjieg u l-produttività. Kif spjegat fil-premessa (51) tar-Regolament provviżorju, iż-żieda ta’ 25 % tul il-perjodu meqjus ta’ l-ispiża tal-ħidma għal kull ħaddiem kienet minħabba, inter alia, il-bidliet fl-istruttura ta’ impjieg lejn sehem ogħla ta’ l-impjieg kwalifikat. Iċ-ċifri kkonfermaw li dawn il-bidliet wasslu għal produttività ogħla, li min-naħa tagħha kkumpensat il-medja ogħla ta’ l-ispiża tax-xogħol. Bħala riżultat, l-ispiża tax-xogħol totali għal kull unità baqgħet l-istess. Barra minn hekk, il-produzzjoni tad-dihydromyrcenol ma teħtieġx ħafna xogħol. Għalhekk hu kkunsidrat li ż-żieda fil-pagi ma setax ikkontribwixxa għat-telf ta’ l-industrija Komunitarja. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

(26)

Wara l-iżvelar finali, l-istess produttur esportatur ressaq ħafna argumenti ġodda rigward il-kawżalità. Dawn jistgħu jitqassru kif ġej: (i) il-ħsara kienet tort l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat magħmula mill-produttur Komunitarju stess imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq; (ii) il-ħsara kienet tort l-investimenti enormi magħmula mill-industrija Komunitarja stess fil-kapaċità ta’ produzzjoni ġdida tagħhom u mis-self meħud għal dan il-għan minn istituzzjonijiet finanzjarji; (iii) l-iżvilupp tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma kienx analizzat; (iv) il-ħsara kienet tort iż-żieda magħmula apposta fil-kapaċità ta’ produzzjoni u l-impjieg ta’ xogħol kwalifikat supplimentari u, b’hekk, iż-żieda fl-ispejjeż ta’ produzzjoni.

(27)

B’rigward għal dawn l-argumenti l-ġodda, ġie osservat li (i) l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat magħmula minn wieħed mill-produtturi Komunitarji ma setgħux affettwaw is-sitwazzjoni globali ta’ l-industrija Komunitarja billi kienu minuri (ara l-premessi (17) u (20) hawn fuq). Barra min hekk, ġie mfakkar li dawn l-importazzjonijiet saru bħala reazzjoni għall-influss normali ta’ l-importazzjonijiet dumped mill-Indja u t-telf ikkawżat lill-industrija Komunitarja minnha, jiġifieri wara li l-ħsara materjali kienet diġà seħħet; (ii) l-ebda investiment ġdid ta’ kwalunkwe tip ma seħħ fil-kapaċità tal-produzzjoni tul il-perjodu meqjus; għall-kontra, il-kapaċità baqgħet l-istess u l-investiment naqas sinifikament (ara l-premessi (45) u (49) tar-Regolament provviżorju); (iii) ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ġie analizzat fil-premessa (68) tar-Regolament provviżorju u ma nstabx jikser ir-rabta ta’ kawżalità; u (iv) l-ebda xogħol supplimentari ma ġie impjegat mill-industrija Komunitarja. Kif jidher fil-premessa (51) tar-Regolament provviżorju, l-impjieg naqas bi 15 % bejn l-2003 u l-PI. Il-bidliet fl-istrutturi ta’ l-impjieg inkisbu bit-tkeċċija ta’ impjegati mhux kwalifikati. B’rigward għall-kapaċità tal-produzzjoni, ġie mfakkar li ma kien hemm l-ebda espansjoni ta’ kwalunkwe tip. L-argumenti msemmija fil-premessa (24) hawn fuq għalhekk ġew miċħuda.

(28)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-kawżalità, il-premessi (57) sa (76) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

F.   L-INTERESS KOMUNITARJU

(29)

Produttur esportatur wieħed ressaq li l-miżuri li jimponu se jfixklu bil-kbir lill-importaturi u lill-utenti fil-Komunità, u b’hekk iqiegħdu fil-periklu eluf ta’ impjiegi u dħul tat-taxxa, iżda ma ppreżenta l-ebda xhieda f’dan ir-rigward. Dawn l-allegazzjonijiet tqiesu irrilevanti. Tabilħaqq, l-ebda wieħed mill-importaturi u utenti ma oppona l-konklużjonijiet provviżorji rigward l-interess tagħhom (ara l-premessi (86) u (88) tar-Regolament provviżorju) li wera li ma kienx probabbli li dawn il-partijiet jiġu affettwati b’mod sostanzjali minn kwalunkwe miżuri anti-dumping. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. Il-produttur esportatur kien infurmat ukoll li l-produtturi esportaturi mhumiex normalment meqjusa bħala partijiet konċernati mill-analiżi ta’ interess Komunitarju.

(30)

Wara l-iżvelar finali, dan il-produttur esportatur tenna t-talba tiegħu u ressaq li kellu d-dritt jikkummenta dwar kwalunkwe aspett tal-proċedimenti anti-dumping, interess Komunitarju inkluż. Madankollu, l-ebda argument sostanzjat ma tressaq, li jista’ jbiddel il-konklużjonijiet magħmula fil-premessa (29) hawn fuq. B’rigward għad-drittijiet tal-produttur esportatur biex iqajjem il-kummenti dwar kwalunkwe aspett tal-proċediment, ġie nnutat li huma tabilħaqq ma kinux ipprojbiti milli jagħmlu dan. Madankollu, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku, dawn il-partijiet normalment mhumiex konċernati mill-analiżi ta’ interess Komunitarju u l-kummenti tagħhom jistgħu ma jingħataw kas, b’mod partikolari meta ma huma sostnuti minn ebda xhieda fattwali.

(31)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar l-interess Komunitarju, il-premessi (77) sa (90) stipulati fir-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

G.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

1.   Il-livell li fih titneħħa l-ћsara

(32)

Ġie mfakkar li produttur esportatur wieħed ressaq li l-produttur Komunitarju li kien għamel importazzjonijiet sostanzjali ta’ dihydromyrcenol mill-Indja fil-PI għandu jiġi eskluż mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u għaldaqstant id-determinazzjoni tal-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara għandha tiġi bbażata fuq iż-żewġ produttur Komunitarji li fadal biss. Kif spjegat fil-premessi (15) u (14) hawn fuq, din it-talba nstabet li ma kinetx ġustifikata. Minħabba dan u fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tal-ħsara, il-premessi (92) sa (94) tar-Regolament provviżorju huma b’dan konfermati.

2.   Il-forma u l-livell tal-miżuri

(33)

Fid-dawl tal-preċedenti u b’konformità ma’ l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv, fil-livell tal-marġini ta’ dumping misjuba, billi għaż-żewġ produtturi esportaturi li koperaw, il-livell tat-tneħħija tal-ħsara nstab li kienu ogħla mill-marġini ta’ dumping.

(34)

B’referenza għall-premessi (14) u (15) hawn fuq, ġie meqjus xieraq li jiġi stabbilit id-dazju għal kwalunkwe kumpannija oħra, li ma kinetx ikkoperat fl-investigazzjoni, fuq il-livell tad-dazju ogħla li għandu jiġi impost fuq il-kumpanniji li jikkoperaw.

(35)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ammonti ta’ dazju definittiv huma kif ġej:

Il-Produttur

Dazju Anti-Dumping

Neeru Enterprises, Rampur

3,1  %

Il-Kumpanniji l-oħra kollha (kif ukoll Privi Organics Limited, Mumbai)

7,5  %

(36)

Wara li saru magħrufa l-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li ssir rakkomandazzjoni li jiġu imposti dazji definittivi ta’ anti-dumping, Neeru Enterprises ipproponiet impenn fuq il-prezz skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ġie nnutat li fl-aħħar snin, il-prodott konċernat wera volatilità konsiderevoli fil-prezzijiet u għaldaqstant mhux addattat għal impenn ta’ prezzijiet iffissat. Bħala approċċ alternattiv, ġiet prevista l-possibbiltà ta’ tqegħid f’indiċi tal-prezz ta’ importazzjoni minimu għall-prezz tal-materja prima ewlenija, b’mod partikolari l-alpha-pinene. Madankollu, din l-alternattiva nstabet li ma kinetx taħdem għar-raġunijiet li ġejjin: (i) iċ-ċaqliq fil-prezz tal-prodott konċernat ma jistax jiġi spjegat biżżejjed miċ-ċaqliq fil-prezz ta’ l-alpha-pinene, u (ii) l-alpha-pinene mhux prodott ta’ kumdità li għalih tkun disponibbli kwalunkwe statistika aċċessibbli ġeneralment li turi l-prezzijiet tas-suq tagħha. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li kwalunkwe impenn dwar il-prezz ma jkunx prattiku f’dan il-każ u għalhekk ma jistax jiġi aċċettat. L-esportatur konċernat ġie infurmat b’dan u ngħata l-opportunità li jikkummenta. Madankollu, il-kummenti tiegħu ma biddlux il-konklużjoni ta’ hawn fuq.

(37)

Ir-rata tad-dazju kontra d-dumping individwali ta’ kull kumpannija speċifikata f’dan ir-Regolament kienet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, din tirrifletti s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni rigward din il-kumpannija. Ir-rata tad-dazju (b’kuntrast mad-dazju applikabbli fil-pajjiżi kollha tal-“kumpanniji kollha l-oħra”) hija għaldaqstant esklużivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiż konċernat u maħduma mill-kumpannija u għaldaqstant mill-entità legali speċifika msemmija. Prodotti importati li jkunu maħduma minn xi kumpannija oħra li mhijiex imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inkluż entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu suġġetti għal rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”.

(38)

Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju anti-dumping gћal kumpanniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, per eżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun hemm bżonn, ir-Regolament ikun imbagħad emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpanniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

3.   Ġbir ta’ dazju provviżorju

(39)

Fid-dawl tal-kobor tal-marġini ta’ dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara kkawżat lill-industrija Komunitarja, tqies li hemm bżonn li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju impost mir-Regolament provviżorju, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2007, jinġabru definittivament sa l-ammont ta’ dazju definittivament impost minn dan ir-Regolament. Fejn id-dazju definittiv ikun anqas mid-dazju provviżorju, id-dazju għandu jiġi kalkolat mill-ġdid u l-ammonti żgurati li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazju għandhom jiġu rilaxxati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b’dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol ta’ purità bil-piż ta 93 % jew aktar, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2905 22 90 (Kodiċi TARIC 2905229010), li joriġina mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju ta’ l-anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanufatturati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-Produttur

Dazju anti-dumping

(%)

Kodiċi TARIC supplimentari

Neeru Enterprises, Rampur, l-Indja

3,1

A827

Il-Kumpanniji l-oħra kollha

7,5

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Għandhom definittivament jinġabru ammonti permezz tad-dazji provviżorji kontra d-dumping skond ir-Regolament (KE) Nru 896/2007 dwar importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol ta’ purità bil-piż ta’ 93 % jew aktar, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2905 22 90 (kodiċi TARIC 2905229010), u li joriġinaw mill-Indja, skond ir-regoli stipulati hawn fuq. L-ammonti miġbura li jeċċedu l-ammont tad-dazju anti-dumping definittiv għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 3.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 64/2008

tal-25 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

154,9

MA

48,2

TN

132,6

TR

89,0

ZZ

106,2

0707 00 05

JO

178,8

TR

125,6

ZZ

152,2

0709 90 70

MA

90,6

TR

146,7

ZZ

118,7

0709 90 80

EG

82,9

ZZ

82,9

0805 10 20

EG

45,4

IL

50,4

MA

64,8

TN

55,4

TR

82,3

ZZ

59,7

0805 20 10

MA

104,5

TR

93,6

ZZ

99,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

84,0

IL

70,0

MA

152,6

PK

48,1

TR

81,8

ZZ

87,3

0805 50 10

BR

72,8

EG

74,2

IL

120,2

TR

123,9

ZZ

97,8

0808 10 80

CA

87,8

CL

60,8

CN

83,6

MK

35,5

US

107,2

ZA

60,7

ZZ

72,6

0808 20 50

CL

59,3

CN

99,5

TR

116,7

US

112,4

ZA

85,9

ZZ

94,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 65/2008

tal-25 ta’ Jannar 2008

li jiftaħ kwoti tariffarji għall-2008 u għas-snin ta' wara għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b'mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja jistabbilixxi fil-punt III il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja. Huwa meħtieġ li dawn il-kwoti jinfetħu għall-2008 u s-snin ta' wara.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jiġu ġestiti bi qbil ma' dawk ir-regoli.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati fl-Anness għandhom jinfetħu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 u għas-snin ta' wara.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

Kwoti tariffarji annwali applikabbli ma' l-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li joriġinaw min-Norveġja

Numru ta' l-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota annwali tal-volum mill-1.1.2008

Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

09.0765

ex 1517 10 90

Marġerina, minbarra l-marġerina likwida, li fiha, bl-użin, aktar minn 10 % ta' xaħam tal-ħalib

2 470 Tunnellata

Eżenti

09.0771

ex 2207 10 00

(Kodiċi TARIC 90 )

Alkoħol etiliku li hu sottonaturat b'qawwa alkoħolika ta' volum ta' 80 % jew ogħla, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KEE

164 000 ettolitru

Eżenti

09.0772

ex 2207 20 00

(Kodiċi TARIC 90 )

Alkoħol etiliku u spirti oħra, denaturati, ta' kull tip ta' qawwa, li mhuwiex dak li jiġi mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KEE

14 340 ettolitru

Eżenti

09.0774

2403 10

Tabakk għat-tipjip, kemm jekk għandu jew ma għandux sostituti tat-tabakk f'liema proporzjon ikun

370 Tunnellata

Eżenti


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 66/2008

tal-25 ta’ Jannar 2008

li jiftaħ il-kwota tariffarja annwali għas-sena 2008 u s-snin ta’ wara applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja u li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/753/KE tas-6 ta’ Diċembru 1996 fir-rigward tal-konklużjoni ta’ Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda u r-Renju tan-Norveġja min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, approvat bid-Deċiżjoni 96/753/KE, jistabbilixxi kwota tariffarja annwali applikabbli għall-importazzjoni taċ-ċikkulata u prodotti oħra ta’ l-ikel li fihom il-kawkaw li joriġinaw min-Norveġja. Jinħtieġ li din il-kwota tinfetaħ għall-2008 u s-snin ta’ wara.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Jixraq li jkun ipprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament tkun immexxija skond dawk ir-regoli.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 u s-snin ta’ wara, l-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja u importati fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness għandhom ikunu soġġetti għad-dazji stipulati f'dak l-Anness fil-limitu tal-kwota annwali msemmija hemmhekk.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi mmexxija mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 345, 31.12.1996, p. 78.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

Nru ta’ l-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota Annwali

Rata applikabbli tad-dazju

09.0764

ex 1806

1806 20

1806 31

1806 32

1806 90

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ l-ikel li fihom il-kawkaw ħlief it-trab tal-kawkaw, li fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu li jaqa' taħt il-Kodiċi NM 1806 10

5 500 tunnellata

35,15 EUR/100 kg


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 67/2008

tal-25 ta’ Jannar 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri għall-iżnaturar komplet ta’ l-alkoħol għall-iskopijiet ta'eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 (2) jipprevedi li l-iżnaturanti li huma użati f'kull Stat Membru bl-għanijiet li l-alkoħol jiġi żnaturat kompletament skond l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE jridu jiġu deskritti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skond l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun ġie żnaturat kompletament skond ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe Stat Membru, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu.

(3)

Il-Bulgarija u r-Rumanija għarrfu liema żnaturanti fi ħsiebhom jużaw.

(4)

Fil-każ tal-Bulgarija, il-Kummissjoni għaddiet dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra fl-1 ta’ Jannar 2007, u fil-każ tar-Rumanija fid-9 ta’ Jannar 2007.

(5)

Waslu xi oġġezzjonijiet dwar ir-rekwiżiti nnotifikati. Għaldaqstant, ġiet segwita kif suppost il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 92/83/KEE u r-rekwiżiti komunikati mill-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiddaħħlu fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 3199/93 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Taxxi tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2005.

(2)  ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2023/2005 (ĠU L 326, 13.12.2005, p. 8).


ANNESS

Ma' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3199/93, jiżdiedu dawn il-paragrafi li ġejjin:

“Bulgarija

Għall-iżnaturar komplet ta’ l-alkoħol ethyl, il-kwantitajiet indikati ta’ dawn is-sustanzi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ 100 litru ta’ alkoħol ethyl b’kontenut effettiv minimu ta’ 90 % alkoħol f’termini ta’ volum:

5 litri ta' methylethylketone;

2 litri ta' alkoħol isopropyl;

0,2 grammi methylene blue.

Rumanija

Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

1 gramma ta' denatonium benzoate,

2 litri ta' methylehtylketone (butanone), u

0,2 grammi methylene blue.”


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 68/2008

tal-25 ta’ Jannar 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 45/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 16, 19.1.2008, p. 9.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mis-26 ta’ Jannar 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

21,89

5,36

1701 11 90  (1)

21,89

10,62

1701 12 10  (1)

21,89

5,17

1701 12 90  (1)

21,89

10,16

1701 91 00  (2)

22,77

14,47

1701 99 10  (2)

22,77

9,33

1701 99 90  (2)

22,77

9,33

1702 90 95  (3)

0,23

0,41


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 69/2008

tal-25 ta’ Jannar 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2008 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' 10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel inċiż,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 fetaħ u ddefinixxa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX għar-Regolament imsemmi.

(2)

Is-subperjodu tax-xaħar ta' Jannar huwa l-ewwel subperjodu għall-kwoti provduti fil-punti a), b), ċ) u d) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jinvolvu kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jiġu definiti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jinvolvu kwantità li ma taqbiżx dik disponibbli.

(5)

Għaldaqstant jeħtieġ li, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-sottoperjodu li jmiss, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 - 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, jiġu definiti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2008, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti koperti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 - 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 msemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 60/2008 (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 6).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2008 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98

a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Frar 2008

(f'kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 (2)

15 136 312


b)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2008

(f'kg)

It-Tajlandja

09.4128

 (2)

7 246 608

L-Awstralja

09.4129

 (3)

1 019 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (3)

1 805 000


ċ)   Kwota ta' ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 , provduta bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2008

(f'kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4148

2,160463  %

0


d)   Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , provduta bl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2008

(f'kg)

It-Tajlandja

09.4149

 (2)

30 070 765

L-Awstralja

09.4150

 (1)

16 000 000

Il-Gujana

09.4152

 (1)

11 000 000

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4153

 (1)

9 000 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

1,746724  %

6 000 008


e)   Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2008

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2008

(f'kg)

It-Tajlandja

09.4112

1,496205  %

0

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4116

2,627527  %

0

L-Indja

09.4117

1,386787  %

0

Il-Pakistan

09.4118

1,291686  %

0

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

1,388030  %

0

Il-pajjiżi kollha

09.4166

1,165956  %

17 011 010


(1)  l-ebda koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli. L-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.

(3)  l-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/21


DEĊIŻJONI Nru 70/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Jannar 2008

dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 95 u 135 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-Komunità u l-Istati Membri impenjaw ruħhom, skond l-Aġenda ta’ Liżbona, biex iżidu l-kompetittività ta’ kumpaniji li qed jagħmlu l-kummerċ fl-Ewropa. Skond id-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta’ servizzi ta’ l-e-Government pan-Ewropej lil amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC) (3), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni effiċjenti, effettivi u interoperabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u ċ-ċittadini tal-Komunità.

(2)

L-azzjoni eGovernment pan-Ewropea, kif prevista mid-Deċiżjoni 2004/387/KE, teħtieġ miżuri biex tiżdied l-effiċjenza ta’ l-organizzazzjoni tal-kontrolli doganali u biex tkun żgurata ċ-ċirkolazzjoni ta’ data mingħajr tfixkil biex l-iżdoganar isir aktar effiċjenti, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-frodi, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, biex iservu l-interessi fiskali, biex jitħarsu l-proprjetà intellettwali u l-wirt kulturali, biex tiżdied is-sikurezza tal-merkanzija u s-sigurtà tal-kummerċ internazzjonali u biex jitjieb il-ħarsien tas-saħħa u ta’ l-ambjent. Għal dak il-għan, il-forniment ta’ teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għal skopijiet doganali huwa ta’ interess kruċjali.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-ħolqien ta’ ambjent sempliċi u mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (4), li segwiet wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ambjent sempliċi u mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ, tistieden lill-Kummissjoni biex tħejji, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, pjan strateġiku pluriennali għall-ħolqien ta’ ambjent doganali elettroniku interoperabbli u koerenti għall-Komunità. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5) jeħtieġ l-użu ta’ tekniki ta’ l-ipproċessar tad-data għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet sommarji u għall-iskambju elettroniku ta’ data bejn l-awtoritajiet doganali, bil-ħsieb li l-kontrolli doganali jkunu bbażati fuq sistemi awtomatizzati ta’ analiżi tar-riskju.

(4)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-għanijiet li għandhom jintlaħqu għall-ħolqien ta’ ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ, kif ukoll l-istruttura, il-mezzi u l-limiti ta’ żmien biex dan isir.

(5)

Il-Kummissjoni għandha timplimenta din id-Deċiżjoni b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet u l-kompiti rispettivi tal-partijiet ikkonċernati u li jsir provvediment dwar kif l-ispejjeż iridu jinqasmu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(6)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqsmu r-responsabbiltà għall-komponenti Komunitarji u nazzjonali tas-sistemi ta’ skambju ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni, b'mod konformi mal-prinċipji stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 253/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003 li tadotta programm ta’ azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2007) (6) u b'kont meħud tad-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2002 li tadotta programm Komunitarju għat-titjib fit-tħaddim tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (programm Fiscalis 2003-2007) (7).

(7)

Biex tkun żgurata l-konformità ma’ din id-Deċiżjoni, u l-konsistenza bejn is-sistemi differenti li għandhom jiġu żviluppati, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ monitoraġġ.

(8)

Rapporti regolari mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-progress ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(9)

Sabiex jinkiseb ambjent mingħajr karti, tinħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi. Biex titħaffef dik il-kooperazzjoni, il-Grupp tal-Politika Doganali għandu jiżgura l-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-konsultazzjoni ma’ l-operaturi ekonomiċi għandha ssir kemm f’livell nazzjonali kif ukoll f’livell Komunitarju fl-istadji kollha ta’ tħejjija ta’ dawk l-attivitajiet.

(10)

Il-pajjiżi aderenti u dawk kandidati għandhom jitħallew jieħdu sehem f’dawk l-attivitajiet, bil-ħsieb tat-tħejjija għall-adeżjoni.

(11)

Peress li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-ħolqien ta’ ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ ma jistax jintlaħaq b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilita f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dan l-għan.

(12)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(13)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex testendi l-limiti ta’ żmien kif previst fl-Artikolu 4(2), (3) u (5) ta’ din id-Deċiżjoni. Peress li dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni, dawn għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Sistemi doganali elettroniċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi doganali elettroniċi siguri, integrati, interoperabbli u aċċessibbli għall-iskambju ta’ data li tinsab f'dikjarazzjonijiet doganali, dokumenti li jakkumpanjaw id-dikjarazzjonijiet doganali u ċertifikati u l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti ieħor.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-istruttura u l-mezzi għat-tħaddim ta’ dawk is-sistemi doganali elettroniċi.

Artikolu 2

Objettivi

1.   Is-sistemi doganali elettroniċi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitfasslu sabiex jilħqu l-għanijiet li ġejjin:

(a)

iħaffu l-proċeduri ta’ importazzjoni u esportazzjoni;

(b)

inaqqsu l-ispejjeż ta’ konformità u dawk amministrattivi u jtejbu l-perijodu ta’ żmien għall-iżdoganar;

(ċ)

jikkoordinaw approċċ komuni dwar il-kontroll tal-merkanzija;

(d)

jgħinu biex jiżguraw il-ġbir kif suppost tad-dazji doganali u l-ħlasijiet l-oħrajn kollha;

(e)

jiżguraw l-provvista rapida ta’ informazzjoni u r-riċeviment ta’ informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-katina ta’ forniment internazzjonali;

(f)

jippermettu l-fluss mingħajr xkiel ta’ data bejn l-awtoritajiet ta’ pajjiżi esportaturi u importaturi kif ukoll bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi, waqt li jippermettu li d-data li tiddaħħal fis-sistema terġa’ tintuża.

L-integrazzjoni u l-evoluzzjoni tas-sistemi doganali elettroniċi għandhom ikunu proporzjonati ma’ l-għanijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-għanijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkisbu mill-inqas bil-mezzi li ġejjin:

(a)

l-iskambju armonizzat ta’ informazzjoni abbażi ta’ mudelli ta’ data u formati ta’ messaġġi aċċettati internazzjonalment;

(b)

l-organizzazzjoni mill-ġdid ta’ proċessi doganali u proċessi li għandhom x'jaqsmu mad-dwana bil-ħsieb li jiġu ottimizzati l-effiċjenza u l-effettività tagħhom, li jiġu ssimplifikati u li titnaqqas l-ispiża ta’ konformità doganali;

(ċ)

l-offerta ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi doganali elettroniċi lil operaturi ekonomiċi li tippermetti lil dawn l-operaturi li jinteraġixxu bl-istess mod ma’ l-awtoritajiet doganali ta’ kwalunkwe Stat Membru.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, il-Komunità għandha tippromwovi l-interoperabbiltà tas-sistemi doganali elettroniċi mas-sistemi doganali ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aċċessibbiltà tas-sistemi doganali elettroniċi għal operaturi f'pajjiżi terzi, bil-ħsieb li jinħoloq ambjent mingħajr karti f'livell internazzjonali fejn dan ikun previst skond ftehim internazzjonali u soġġett għal arranġamenti finanzjarji adatti.

Artikolu 3

Skambju ta’ data

1.   Is-sistemi doganali elettroniċi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-iskambju ta’ data bejn l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri u bejn dawk l-awtoritajiet u dawn li ġejjin:

(a)

l-operaturi ekonomiċi;

(b)

il-Kummissjoni;

(ċ)

amminstrazzjonijiet jew aġenziji uffiċjali oħrajn involuti fil-moviment internazzjonali tal-merkanzija (minn hawn 'il quddiem imsejħa “amministrazzjonijiet jew aġenziji oħrajn”).

2.   Kwalunkwe żvelar jew komunikazzjoni ta’ data għandha tikkonforma bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data, partikolarment id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment liberu ta’ tali data  (9) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data  (10).

Artikolu 4

Sistemi, servizz u limiti ta’ żmien

1.   L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jagħmlu operattivi s-sistemi doganali elettroniċi li ġejjin skond il-ħtiġijiet u l-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ:

(a)

sistemi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, li joperaw flimkien mas-sistema għat-transitu u li jippermettu l-fluss mingħajr xkiel ta’ data minn sistema doġanali waħda għal oħra fil-Komunità kollha;

(b)

sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-operaturi ekonomiċi, li topera flimkien mas-sistema awtorizzata ta’ l-operaturi ekonomiċi u li tippermetti li dawk l-operaturi ekonomiċi jirreġistraw darba biss għall-interazzjonijiet kollha tagħhom ma’ l-awtoritajiet doganali fil-Komunità kollha, b'kont meħud tas-sistemi Komunitarji jew nazzjonali eżistenti;

(ċ)

sistema għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż il-proċess ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni, il-ġestjoni ta’ ċertifikati għall-operaturi ekonomiċi awtorizzati u r-reġistrazzjoni ta’ dawk iċ-ċertifikati f'bażi ta’ data aċċessibbli mill-awtoritajiet doganali.

2.   L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jistabbilixxu u jagħmlu operattivi sal-15 ta’ Frar 2011, il-portali doganali komuni biex jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi l-informazzjoni meħtieġa għal transazzjonijiet doganali fl-Istati Membri kollha.

3.   Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tistabbilixxi u tagħmel operattiv sal-15 ta’ Frar 2013, ambjent tariffarju integrat li jippermetti l-kollegament ma’ sistemi oħrajn relatati ma’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni mħaddma fil-Kummissjoni u l-Istati Membri.

4.   Il-Kummissjoni għandha, fi sħubija ma’ l-Istati Membri fil-Grupp tal-Politika Doganali u sal-15 ta’ Frar 2011, tevalwa l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali komuni għal:

(a)

qafas għal punti ta’ aċċess uniċi, li jippermetti lill-operaturi ta’ l-ekonomija biex jagħmlu użu minn interazzjoni waħda biex iressqu d-dikjarazzjonijiet doganali elettroniċi, anke jekk il-proċedura tad-dwana titwettaq fi Stat Membru ieħor;

(b)

interfaces elettroniċi għal operaturi ekonomiċi li jippermettulhom iwettqu l-kummerċ kollu relatat mad-dwana, anke jekk ikunu involuti diversi Stati Membri, ma’ l-awtoritajiet doganali ta’ l-Istat Membru fejn huma stabbiliti; u

(ċ)

servizzi ta’ interface uniku li jipprovdu l-fluss bla xkiel ta’ data bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali, bejn l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni, u bejn l-awtoritajiet doganali u amministrazzjonijiet jew aġenziji oħrajn, u li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jissottomettu lid-dwana l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżdoganar ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, inkluża informazzjoni li tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni li ma għandhiex x'taqsam ma’ dwana.

5.   Fi żmien tliet snin ta’ evalwazzjoni pożittiva ta’ l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali komuni msemmija fil-paragrafu 4 (a) u (b), l-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jagħmlu kull sforz biex jistabbilixxu u jagħmlu operattiv il-qafas għal punti ta’ aċċess uniċi u l-interfaces elettroniċi.

6.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu kull sforz biex jistabbilixxu u jagħmlu operattiv il-qafas għas-servizzi ta’ interface uniku. L-evalwazzjoni tal-progress li jkun inkiseb f'dan il-qasam għandu jiġi inkluż fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 12.

7.   Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment għall-manutenzjoni debita u t-titjib meħtieġ tas-sistemi u s-servizzi msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Komponenti u responsabbiltajiet

1.   Is-sistemi doganali elettroniċi għandhom jikkonsistu f’komponenti Komunitarji u komponenti nazzjonali.

2.   Il-komponenti Komunitarji tas-sistemi doganali elettroniċi għandhom jikkonsistu b'mod partikolari fi:

(a)

studji relatati dwar il-fattibbiltà u l-ispeċifikazzjonijiet komuni funzjonali u tekniċi tas-sistema;

(b)

prodotti u s-servizzi komuni, inklużi s-sistemi ta’ referenza komuni meħtieġa għad-dwana u għal informazzjoni relatata mad-dwana;

(ċ)

servizzi tan-Netwerk Komuni ta’ Komunikazzjoni u l-Interface Komuni tas-Sistemi (CCN/CSI) għall-Istati Membri;

(d)

attivitajiet ta’ koordinazzjoni mwettqa mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni meta jimplimentaw u joperaw sistemi doganali elettroniċi fil-qasam komuni tal-Komunità;

(e)

attivitajiet ta’ koordinazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni meta timplimenta u topera sistemi doganali elettroniċi fil-qasam estern tal-Komunità, esklużi s-servizzi mfassla biex jissodisfaw il-ħtiġijiet nazzjonali.

3.   Il-komponenti nazzjonali tas-sistemi doganali elettroniċi għandhom jikkonsistu b'mod partikolari fi:

(a)

speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-sistema nazzjonali;

(b)

sistemi nazzjonali, inklużi d-databases;

(ċ)

kollegamenti tan-netwerk bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi, u bejn l-awtoritajiet doganali u amministrazzjonijiet jew aġenziji oħrajn, fl-istess Stat Membru;

(d)

kwalunkwe softwer jew tagħmir li Stat Membru jqis li hu meħtieġ biex ikun żgurat użu sħiħ tas-sistema.

Artikolu 6

Kompiti tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, b'mod partikolari, dan li ġej:

(a)

il-koordinazzjoni ta’ l-istabbiliment, l-ittestjar għall-konformità, l-installazzjoni, it-tħaddim u l-appoġġ tal-komponenti Komunitarji fir-rigward tas-sistemi doganali elettroniċi;

(b)

il-koordinazzjoni tas-sistemi u s-servizzi previsti f'din id-Deċiżjoni flimkien ma’ proġetti rilevanti oħrajn dwar l-eGovernment f’livell Komunitarju;

(ċ)

l-ikkompletar tal-kompiti allokati lilhom skond il-pjan strateġiku pluriennali previst fl-Artikolu 8(2);

(d)

il-koordinazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ komponenti Komunitarji u nazzjonali bil-ħsieb ta’ implimentazzjoni sinkronizzata tal-proġetti;

(e)

il-koordinazzjoni f'livell Komunitarju tas-servizzi doganali elettroniċi u s-servizzi ta’ interface uniku bil-ħsieb tal-promozzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom f'livell nazzjonali;

(f)

il-koordinazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ.

Artikolu 7

Kompiti ta’ l-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw dan li ġej:

(a)

il-koordinazzjoni ta’ l-istabbiliment, l-ittestjar għall-konformità, l-installazzjoni, it-tħaddim u l-appoġġ tal-komponenti nazzjonali, fir-rigward tas-sistemi doganali elettroniċi;

(b)

il-koordinazzjoni tas-sistemi u s-servizzi previsti f’din id-Deċiżjoni ma’ proġetti rilevanti oħrajn relatati ma’ l-eGovernment f’livell nazzjonali;

(ċ)

l-ikkompletar tal-kompiti allokati lilhom skond il-pjan strateġiku pluriennali previst fl-Artikolu 8(2);

(d)

il-forniment regolari ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni rigward il-miżuri meħuda biex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mis-sistemi doganali elettroniċi;

(e)

il-promozzjoni u l-implimentazzjoni f’livell nazzjonali tas-servizzi doganali elettroniċi u s-servizzi ta’ interface uniku;

(f)

it-taħriġ meħtieġ għall-uffiċjali doganali u uffiċjali kompetenti oħrajn.

2.   L-Istati Membri għandhom jistmaw u jikkomunikaw lill-Kummissjoni annwalment ir-riżorsi umani, baġitarji u tekniċi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 4 u mal-pjan strateġiku pluriennali previst fl-Artikolu 8(2).

3.   Jekk ikun hemm riskju li xi azzjoni prevista minn Stat Membru dwar l-istabbiliment jew it-tħaddim tas-sistemi doganali elettroniċi tista’ tikkomprometti l-interoperabilità jew it-tħaddim ġenerali ta’ dawk is-sistemi, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan qabel ma’ jieħu azzjoni bħal din.

Artikolu 8

Strateġija u koordinazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, fi sħubija ma’ l-Istati Membri fil-Grupp tal-Politika Doganali, tiżgura dan li ġej:

(a)

id-determinazzjoni ta’ l-istrateġiji, ir-riżorsi meħtieġa u l-fażijiet ta’ żvilupp;

(b)

il-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet kollha relatati mad-dwana elettronika, biex ikun żgurat li r-riżorsi, inklużi dawk użati fuq il-livell nazzjonali u dak Komunitarju, jintużaw bl-aħjar u bl-iżjed mod effiċjenti;

(ċ)

il-koordinazzjoni ta’ l-aspetti legali, operattivi, ta’ taħriġ u ta’ l-iżvilupp ta’ l-IT kif ukoll il-provvista ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi dwar dawk l-aspetti;

(d)

il-koordinazzjoni ta’ l-attivitjiet ta’ implimentazzjoni tal-partijiet kollha kkonċernati;

(e)

il-konformità tal-partijiet ikkonċernati mal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 4.

2.   Il-Kummissjoni għandha, fi sħubija ma’ l-Istati Membri fil-Grupp tal-Politika Doganali, tfassal u żżomm aġġornat pjan strateġiku pluriennali li jalloka l-kompiti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Artikolu 9

Riżorsi

1.   Għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment, it-tħaddim u t-titjib tas-sistemi doganali elettroniċi b'mod konformi ma’ l-Artikolu 4, il-Komunità għandha tagħmel disponibbli r-riżorsi umani, baġitarji u tekniċi meħtieġa għall-komponenti tal-Komunità.

2.   Għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment, it-tħaddim u tat-titjib tas-sistemi doganali elettroniċi b'mod konformi ma’ l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi umani, baġitarji u tekniċi meħtieġa għall-komponenti nazzjonali.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-ispejjeż li jridu jsiru minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas ta’ l-Artikolu 2 (3), l-ispejjeż relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jinqasmu bejn il-Komunità u l-Istati Membri b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-Komunità għandha ġġorr l-ispejjeż relatati mad-disinn, l-akkwist, l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-komponenti Komunitarji, imsemmi fl-Artikolu 5(2), b'mod konformi mal-Programm Doganali 2007 stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 253/2003/KE u kwalunkwe programm li jsegwih.

3.   L-Istati Membri għandhom iġorru l-ispejjeż relatati ma’ l-istabbiliment u t-tħaddim tal-komponenti nazzjonali, imsemmi fl-Artikolu 5(3), inklużi l-interfaces ma’ amministrazzjonijiet jew aġenziji oħrajn u operaturi ekonomiċi.

4.   L-Istati Membri għandhom itejbu l-kooperazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jimminimizzaw l-ispejjeż billi jiżviluppaw mudelli ta’ tqassim ta’ l-ispejjeż u soluzzjonijiet komuni.

Artikolu 11

Monitoraġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tivverifika li l-miżuri ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità qegħdin jitwettqu skond din id-Deċiżjoni u li r-riżultati miksuba huma konsistenti ma’ l-għanijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha, fi sħubija ma’ l-Istati Membri fil-Grupp tal-Politika Doganali, tissorvelja regolarment il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità ma’ l-Artikolu 4, bil-ħsieb li jkun iddeterminat jekk intlaħqux l-għanijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) u kif l-effettività ta’ l-attivitajiet involuti fl-implimentazzjoni tas-sistemi doganali elettroniċi tista’ tittejjeb.

Artikolu 12

Rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tagħhom fir-rigward ta’ kull kompitu allokat lilhom taħt il-pjan strateġiku pluriennali msemmi fl-Artikolu 8(2). Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ikkompletar ta’ kull wieħed minn dawn il-kompiti.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport ta’ progress annwali li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel. Dawk ir-rapporti annwali għandhom ikunu bbażati fuq format stabbilit mill-Kummissjoni, fi sħubija ma’ l-Istati Membri fil-Grupp tal-Politika Doganali.

3.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 2, tistabbilixxi rapport konsolidat li jevalwa l-progress magħmul mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, partikolarment lejn il-konformità ma’ l-Artikolu 4, u dwar il-ħtieġa possibbli għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien msemmijin l-Artikolu 4(2), (3) u (5), u tippreżenta dak ir-rapport lill-partijiet ikkonċernati u lill-Grupp tal-Politika Doganali għal aktar konsiderazzjoni.

4.   Barra minn hekk, ir-rapport konsolidat imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun fih ir-riżultati ta’ kull żjara ta’ monitoraġġ li tkun setgħet saret. Għandu jkun fiha wkoll ir-riżultati ta’ kull kontroll ieħor u tista' tistabbilixxi metodi u kriterji, għal użu f'kull evalwazzjoni sussegwenti, b'mod partikolari evalwazzjoni ta’ l-interoperabbiltà u l-iffunzjonar tas-sistemi doganali elettroniċi.

Artikolu 13

Konsultazzjoni ma’ l-operaturi ekonomiċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw regolarment lill-operaturi ekonomiċi fl-istadji kollha tat-tħejjija, ta’ l-iżvilupp u l-installazzjoni tas-sistemi u s-servizzi previsti fl-Artikolu 4.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom kull wieħed jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni li jlaqqa’ flimkien fuq bażi regolari selezzjoni rappreżentattiva ta’ operaturi ekonomiċi.

Artikolu 14

Pajjiżi li ser jissieħbu jew li huma kandidati

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiżi li ġew rikonoxxuti bħala pajjiżi kandidati jew li ser jissieħbu, bit-tħejjija, l-iżvilupp u l-installazzjoni tas-sistemi u s-servizzi previsti fl-Artikolu 4, u għandha tippermetti l-parteċipazzjoni tagħhom fihom.

Artikolu 15

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

Estensjoni tal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 4(2), (3) u (5) għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 16

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 17

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, 15 ta’ Jannar 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il–President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il–President

J. LENARČIČ


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 47.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2006 (ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 74), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 (ĠU C 242 E, 16.10.2007, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 144, 30.4.2004, p. 65.

(4)  ĠU C 305, 16.12.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 36, 12.2.2003, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni (KE) Nru 787/2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12).

(7)  ĠU L 341, 17.12.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(9)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(10)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Jannar 2008

rigward il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2001

(2008/76/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) ta’ l-istess,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw ta’ l-2001 ġie ffirmat u konkluż f’isem il-Komunità Ewropea fit-18 ta’ Novembru 2002 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/970/KE (2).

(2)

Taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 63(1) u (3), il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw ta’ l-2001 għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2008 sakemm dan ma jiġix estiż lil hinn minn dik id-data b’Deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw għal perijodu wieħed jew tnejn li b’kollox ma jeċċedux erba’ snin.

(3)

L-estensjoni ta’ dak il-Ftehim hija fl-interess tal-Komunità Ewropea.

(4)

Għandha tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kawkaw,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu

Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kawkaw għandha tkun vot favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kawkaw, 2001, għal perjodu wieħed jew tnejn li b’kollox ma jeċċedux erba’ snin u li din l-estensjoni tiġi notifikata lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU C 4, 9.1.2008, p. 6.

(2)  ĠU L 342, 17.12.2002, p. 1.


Kummissjoni

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Jannar 2008

li tapprova l-pjanijiet għall-2008 għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawk il-ħnieżer kontra dik il-marda fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 270)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2008/77/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(1) u r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/89/KEE tintroduċi miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Dawk il-miżuri jinkludu d-dispożizzjoni li l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni, wara l-konferma ta’ każ primarju ta’ deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, pjan tal-miżuri għall-eradikazzjoni ta’ dik il-marda. Dik id-Direttiva fiha wkoll dispożizzjonijiet rigward it-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer slavaġ.

(2)

Id-deni klassiku tal-ħnieżer hu preżenti fil-ħnieżer slavaġ fil-Bulgarija.

(3)

Il-Bulgarija nediet programm għas-sorveljanza u l-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru. Dan il-programm għadu għaddej.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/800/KE tat-23 ta’ Novembru 2006 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawk il-ħnieżer kontra dik il-marda fil-Bulgarija (2) ġiet adottata bħala waħda mill-miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer. Id-Deċiżjoni 2006/800/KE tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(5)

Il-Bulgarija ressqet lill-Kummissjoni, għall-approvazzjoni fil-15 ta’ Ottubru 2007, pjan għall-2008 għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u pjan għat-tilqim ta’ emerġenza ta’ dawn il-ħnieżer fit-territorju kollu ta’ dak l-Istat Membru.

(6)

Dawk il-pjanijiet imressqa mill-Bulgarija ġew eżaminati mill-Kummissjoni u nstabu konformi mad-Direttiva 2001/89/KE. Għaldaqstant, għandhom jiġu approvati.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ

Il-pjan imressaq mill-Bulgarija lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Ottubru 2007 għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, fiż-żona kif stabbilit fil-punt 1 ta’ l-Anness, huwa approvat.

Artikolu 2

Pjan għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ

Il-pjan imressaq mill-Bulgarija lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Ottubru 2007 għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, fiż-żona kif stabbilit fil-punt 2 ta’ l-Anness, huwa approvat.

Artikolu 3

Konformità

Il-Bulgarija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni u tippubblika dawk l-istess miżuri. Għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 4

Applikabbilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 5

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva emendata kif l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 35. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/624/KE (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 43).


ANNESS

1.

Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ għandu jiġi implimentat:

It-territorju kollu tal-Bulgarija.

2.

Żoni fejn il-pjan għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ għandu jiġi implimentat:

It-territorju kollu tal-Bulgarija.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 23/30


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Jannar 2008

dwar miżuri li jħaffu l-bidliet għall-ewro fil-ġejjieni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6912)

(2008/78/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

Filwaqt li l-ewwel grupp ta’ parteċipanti esperjenzaw fażi ta’ bidla twila li matulha l-ewro kienet il-munita tagħhom iżda l-flus kontanti ta’ l-ewro kienu għadhom ma ddaħħlux, ħafna mill-pjanijiet nazzjonali eżistenti għal bidliet fil-ġejjieni jipprevedu d-dħul tal-muniti u tal-karti ta’ l-ewro dakinhar stess ta’ l-adozzjoni ta’ l-ewro. Din id-differenza u d-disponibilità kbira ta’ flus kontanti ta’ l-ewro jimplikaw li l-Istati Membri li qed jippreparaw għall-adozzjoni ta’ l-ewro għandhom jimplimentaw strateġija differenti minn dik użata bejn l-1999 u l-2002;

(2)

F’dawn iċ-ċirkustanzi differenti, id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2000 dwar miżuri li jħaffu t-tħejjija ta’ l-operaturi ekonomiċi għall-bidla għall-ewro (1) ma jindirizzawx b’mod xieraq il-mistoqsijiet li joħorġu mill-bidla fil-kuntest. Għalhekk, sabiex ikun ikkunsidrat dan il-kuntest il-ġdid u jkun hemm tagħlim mill-esperjenza miksuba matul l-introduzzjoni tal-flus kontanti ta’ l-ewro fl-2002, fl-2007 u fl-2008, Rakkomandazzjoni ġdida għandha tiġi adottata,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

Artikolu 1

It-tmexxija ta’ l-organizzazzjoni tal-bidla

1.   L-Istati Membri għandhom iwaqqfu strutturi xierqa u mfassla sabiex jippjanaw, jikkoordinaw u jiffaċilitaw it-tħejjijiet kollha neċessarji għad-dħul ta’ l-ewro.

2.   Pjan nazzjonali ta’ bidla li jkopri l-aspetti kollha ta’ l-organizzazzjoni tal-bidla għall-ewro għandu jiġi ppreparat, diskuss mar-rappreżentanti ta’ l-operaturi ekonomiċi ewlenin (l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-qasam tal-bejgħ u x-xiri bl-imnut, il-kumpaniji CIT, l-industrija tal-bejgħ, l-għaqdiet tal-konsumaturi, il-kmamar tal-kummerċ, eċċ.) u aġġornat regolarment.

Artikolu 2

It-tħaffif tat-tħejjija taċ-ċittadini għall-ewro

1.   Il-liġi nazzjonali għandha timponi l-wiri doppju tal-prezzijiet u ta’ ammonti oħra ta’ flus li jridu jitħallsu, jiġu mislufa jew imnaqqsa. Il-wiri doppju obbligatorju għandu jibda mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni uffiċjali mill-Kunsill tar-rata ta’ konverżjoni ffissata irrevokabbilment bejn il-munita nazzjonali u l-ewro. L-Istati Membri għandhom jiskuraġġixxu lill-bejjiegħa bl-imnut milli jużaw il-wiri doppju qabel l-adozzjoni uffiċjali tar-rata ta’ konverżjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jitolbu l-wiri separat ta’ kull ħlas impost min-negozji talli jaċċettaw il-ħlasijiet bl-ewro fil-perjodu minn meta tiġi ffissata r-rata ta’ konverzjoni sad-dħul ta’ l-ewro. M’għandux jitħalla l-użu ta’ rata ta’ konverżjoni differenti minn dik adottata mill-Kunsill. Il-wiri doppju għandu jibqa’ obbligatorju għal perjodu minimu ta’ sitt xhur u perjodu massimu ta’ sena wara d-dħul ta’ l-ewro. Wara għandu jitwaqqaf, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jidraw għal kollox il-munita l-ġdida.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu mgħarrfa sew dwar l-arranġamenti għall-bidla għall-ewro, dwar id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-karti u tal-muniti ta’ l-ewro u dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-flus kontanti ta’ l-ewro, u għandhom jgħinu liċ-ċittadini jitgħallmu l-iskala ta’ valur il-ġdida. Din il-kampanja ta’ tagħrif għandha tinżamm għal ċertu żmien wara d-dħul ta’ l-ewro. B’mod partikulari, għandhom jitwaqqfu programmi speċjali ta’ tagħrif għal nies vulnerabbli (bħalma huma l-anzjani, in-nies bi problemi ta’ mard fiżiku, sensorjali jew mentali, eċċ.) kif ukoll għan-nies li m’għandhomx aċċess faċli għat-tagħrif (bħall-immigranti u n-nies bla saqaf fuq rashom, l-analfabeti u n-nies li ma jifhmux il-prinċipji bażiċi tal-matematika, eċċ.).

3.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-intrapriżi għandhom jorganizzaw korsijiet ta’ taħriġ sabiex l-impjegati li jkunu qed jaħdmu bil-flus kontanti regolarment jidraw l-ewro u b’hekk jiżguraw għarfien aħjar, identifikazzjoni tajba tal-karatteristiċi ta’ sigurtà u manipulazzjoni iktar ta’ malajr tal-muniti u tal-karti ta’ l-ewro. Barra minn hekk, għandhom jiġu organizzati korsijiet ta’ taħriġ prattiku rikorrenti għal nies bi problemi tal-vista, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw memorja sensorja tal-munita l-ġdida.

4.   L-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jipprovdu lin-negozji, u l-iktar lill-SMEs, b’tagħrif preċiż dwar l-iskeda tal-bidla u r-regoli legali, tat-taxxa u tal-kontabilità relevanti. L-għaqdiet tan-negozju, iċ-ċentri ta’ tagħrif dwar l-ewro, il-kmamar tan-negozju u tal-kummerċ u l-konsulenti tan-negozju għandhom jiżguraw li n-negozji li jkollhom x’jaqsmu magħhom jħejju ruħhom tajjeb u jkunu kapaċi jwettqu t-tranżazzjonijiet bl-ewro mid-data tad-dħul tiegħu.

5.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jgħarrfu lill-klijenti tagħhom dwar il-konsegwenzi prattiċi tal-bidla għall-ewro. B’mod partikulari, għandhom jiġbdulhom l-attenzjoni għall-fatt li dawn mhux ħa jkunu jistgħu jagħmlu ħlasijiet iktar bil-miktub jew iżommu kontijiet b’xi waħda mill-unitajiet tal-munita nazzjonali l-qadima tagħhom wara d-data tad-dħul ta’ l-ewro.

6.   In-negozji għandhom jieħdu miżuri biex ikabbru l-għarfien ta’ l-impjegati tagħhom u, għal dan il-għan, jorganizzaw attivitajiet ta’ taħriġ għall-membri tal-persunal tagħhom li jkollhom x’jaqsmu mal-pubbliku.

7.   L-Istati Membri għandhom iżommu taħt għajnejhom it-tħejjijiet ta’ l-operaturi ekonomiċi għall-bidla għall-ewro, l-aktar permezz ta’ kwestjonarji regolari.

Artikolu 3

L-iżgurar tad-dħul ta’ malajr tal-flus kontanti ta’ l-ewro

1.   Sabiex jitnaqqsu s-somom ta’ flus li jridu jinbidlu fiżikament, il-konsumaturi għandhom jitħeġġu biex jiddepożitaw il-flus żejda li jkollhom f’idejhom fil-ġimgħat ta’ qabel il-bidla. Il-kuntratti li s-soltu jirreferu għall-munita nazzjonali li jsiru wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffissar tar-rata ta’ konverżjoni irrevokabbli għandhom preferibbilment jirreferu għall-ewro jekk kemm-il darba dawn ikunu validi wkoll wara d-data tad-dħul ta’ l-ewro.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-ħwienet tal-bejgħ għandhom jużaw il-forniment u t-tqassim minn qabel tal-karti u tal-muniti ta’ l-ewro fix-xhur ta’ qabel il-bidla kif previst mill-Bank Ċentrali Ewropew (2). Il-ħwienet tal-bejgħ għandhom jitqassmulhom il-karti u l-muniti ta’ l-ewro fl-aħħar ġimgħat ta’ qabel il-bidla. Arranġamenti speċjali, inkluż b’mod partikulari settijiet tal-muniti ta’ l-ewro għall-bejjiegħa bl-imnut għandhom jitħejjew għall-ħwienet tal-bejgħ iż-żgħar. Sabiex il-ħwienet tal-bejgħ jitħeġġu jieħdu sehem fit-tqassim minn qabel tal-flus, għandhom jingħatawlhom kundizzjonijiet ta’ debitu differit li huma attraenti mil-lat finanzjarju. Iċ-ċittadini għandu jkollhom il-possibilità li jiksbu settijiet tal-muniti ta’ l-ewro fl-aħħar tliet ġimgħat ta’ qabel il-bidla, biex b’hekk ikun żgurat li kull dar ikollha għad-dispożizzjoni tagħha ta’ l-inqas sett wieħed.

3.   Il-magni tal-ġbid tal-flus għandhom jitranġaw sabiex dawn iqassmu l-karti tal-flus ta’ l-ewro mid-dħul ta’ l-ewro. Il-magni tal-ġbid tal-flus li, minħabba raġunijiet tekniċi, ma jistgħux jitranġaw fil-ħin għandhom jingħalqu. Il-ġbid u l-bdil tal-flus fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu matul il-ġimagħtejn ta’ qabel u ta’ wara l-bidla għandu jsir prinċipalment f’karti tal-flus ta’ valur baxx.

4.   Il-ħwienet tal-bejgħ għandhom ikunu obbligati jagħtu l-bqija f’ewro biss mid-dħul tagħha, sakemm ma jistgħux minħabba raġunijiet prattiċi. Għal dan il-għan għandhom jittieħdu miżuri li jħaffulhom it-tqassim minn qabel tal-flus kontanti u li jnaqqsu d-diffikultajiet relatati maż-żieda fl-ammont ta’ flus kontanti fil-ħwienet tal-bejgħ.

5.   It-terminals kollha elettroniċi fil-postijiet tal-bejgħ għandhom jinqalbu għall-ewro dakinhar stess li dan jiddaħħal. Il-konsumaturi għandhom jitħeġġu biex jużaw il-ħlasijiet elettroniċi iktar ta’ spiss matul l-ewwel ftit ġranet wara d-dħul tiegħu.

6.   L-uffiċji ewlenin ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinfetħu matul l-ewwel ftit ġranet tal-perjodu ta’ ċirkolazzjoni doppja sabiex jitħaffef il-bdil tal-munita nazzjonali għall-ewro. Barra minn hekk, il-ħinijiet ta’ ftuħ tal-banek għandhom jiżdiedu matul iż-żmien tal-bidla. Il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jingħatawlhom faċilitajiet speċjali biex ikollhom provvista ta’ flus kontanti ta’ malajr sabiex jiġu evitati l-kjus.

Artikolu 4

L-evitar ta’ prattiċi abbużivi u ta’ idea żbaljata ta’ l-evoluzzjoni tal-prezzijiet miċ-ċittadini

1.   Għandhom jiġu nnegozjati ftehimiet ma’ l-oqsma tal-bejjiegħa bl-imnut u tas-servizzi sabiex jiġi żgurat li d-dħul ta’ l-ewro jkollu impatt newtrali fuq il-prezzijiet. B’mod partikulari, il-bejjiegħa bl-imnut ma għandhomx iżidu l-prezzijiet minħabba l-bidla u għandhom inaqqsu t-tibdil fil-prezzijiet meta jkunu qed jikkalkulaw il-prezzijiet bl-ewro wara l-konverżjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom jitwettqu bl-adozzjoni ta’ simbolu li jkun jidher u li l-konsumaturi jistgħu jagħrfuh faċilment. Dan is-simbolu għandu jiġi rriklamat permezz ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u ta’ tagħrif. B’kooperazzjoni ma’ l-għaqdiet tal-konsumaturi, għandu jiġi implimentat monitoraġġ mill-qrib tal-konformità tal-bejjiegħa bl-imnut ma’ l-impenji meħuda taħt il-ftehimiet. Għandhom jiġu previsti miżuri dissważivi għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, li jvarjaw minn xandir fil-pubbliku ta’ isem l-intrapriża sa multi possibbli għall-iktar każijiet gravi.

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw monitoraġġ mill-qrib u ta’ sikwit tal-prezzijiet fil-ġimgħat ta’ wara l-adozzjoni tar-rata ta’ konverżjoni sa l-aħħar tal-perjodu ta’ wiri doppju tal-prezzijiet. B’mod partikulari, għandu jingħata tagħrif ta’ kull ġimgħa dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet liċ-ċittadini fil-ġimgħat eżatt qabel u wara l-bidla sabiex tiġi evitata idea possibilment żbaljata.

3.   Wara l-konverżjoni, l-istess spejjeż tal-bank li japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas bil-munita nazzjonali għandhom jiġu applikati għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas bl-ewro.

Artikolu 5

Dispożizzjoni finali

L-Istati Membri huma mistiedna jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Artikolu 6

Id-destinatarji

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri b’deroga kif definita fl-Artikolu 122 tat-Trattat kif ukoll lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, lill-intrapriżi, lill-għaqdiet tan-negozju u lill-għaqdiet tal-konsumaturi f’dawn l-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Rakkomandazzjoni 2000/C 303/05 (ĠU C 303, 24.10.2000, p. 6).

(2)  Ara l-Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l-14 ta’ Lulju 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għat-tibdil tal-flus kontanti ewro u dwar il-frontloading u s-sub-frontloading tal-karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona tal-ewro (BĊE/2006/9, ĠU L 207, 28.7.2006, p. 39).