ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 3

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
5ta' Jannar 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 4/2008 ta’ l-4 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 5/2008 ta’ l-4 ta’ Jannar 2008 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2001 f'dak li jirrigwarda d-data ta’ l-għeluq għat-tressiq tal-prospetti tal-ħsad u tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2007/2008

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 6/2008 ta’ l-4 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (Verżjoni kodifikata)

13

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 3/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 3/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2007

dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (1) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2701/1999 (2), il-Komunità tista’ twettaq azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni fis-suq intern u fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, għal ċertu numru ta’ prodotti agrikoli. Ir-riżultati sa issa kienu inkoraġġanti ħafna.

(2)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, il-prospettivi ta’ l-iżvilupp tas-swieq sew ġewwa kif ukoll barra l-Komunità, kif ukoll tal-kuntest tal-kummerċ internazzjonali, huwa f’loku li tiġi żviluppata politika globali u koerenti ta’ l-informazzjoni u l-promozzjoni dwar il-prodotti agrikoli u l-modi ta’ produzzjoni tagħhom flimkien mal-prodotti ta’ l-ikel ibbażati fuq il-prodotti agrikoli, fis-suq intern u fis-swieq ta’ pajjiż terzi, madankollu, mingħajr ma tħajjar għall-konsum ta’ prodott abbażi ta’ l-oriġini partikolari tiegħu.

(3)

Għal finijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li jitħassru r-Regolamenti (KE) Nru 2702/1999 u (KE) Nru 2826/2000, u li jinbidlu b’Regolament wieħed, filwaqt li jinżammu l-ispeċifiċitajiet ta’ l-azzjonijiet skond fejn isiru.

(4)

Din il-politika tissupplimenta u ssaħħaħ b’mod siewi l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri, partikolarment billi ġġib ‘il quddiem l-immaġni ta’ dawn il-prodotti fost il-konsumaturi fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kwalità, l-aspetti nutrittivi u dawk tas-sikurezza ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u tal-modi ta’ produzzjoni. Attività bħal din, billi tgħin ħalli jinfetħu swieq ġodda f’pajjiżi terzi, x’aktarx ukoll li jkollha effett moltiplikattiv fuq l-inizjattivi nazzjonali u privati.

(5)

Jeħtieġ li jiġu definiti l-kriterji ta’ l-għażla tas-setturi u l-prodotti kkonċernati, kif ukoll it-temi u s-swieq li se jaħdmu fuqhom il-programmi Komunitarji.

(6)

Jeħtieġ li l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fil-pajjiżi terzi jirrigwardaw sew il-prodotti li jibbenefikaw minn rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni kif ukoll oħrajn li ma jibbenefikawx minnhom.

(7)

It-twettiq ta’ l-azzjonijiet jeħtieġ li jkun żgurat fil-qafas ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni. Jeħtieġ li, f’dak li jirrigwarda l-azzjonijiet li jridu jsiru fis-suq intern u biex jiġu żgurati l-koerenza u l-effikaċità tal-programmi, jiġu stabbiliti l-linji gwida li, għal kull prodott jew settur ikkonċernat, jiddefinixxu l-orjentamenti ġenerali rigward il-fatturi essenzjali tal-programmi komunitarji kkonċernati.

(8)

Fid-dawl tal-karattru tekniku tal-ħidmiet li jridu jsiru, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tkun assistita minn kumitat ta’ esperti fil-komunikazzjoni jew tirrikorri għal assistenti tekniċi.

(9)

Jeħtieġ li jiġu definiti l-kriterji tal-finanzjament ta’ l-azzjonijiet. B’regola ġenerali, huwa f’loku li l-Komunità tassumi biss parti mill-ispejjeż ta’ l-azzjonijiet, sabiex tirresponsabilizza sew lill-organizzazzjonijiet li jkunu qed jipproponuhom kif ukoll lill-Istati Membri kkonċernati. Madankollu, f’xi każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun f’loku li l-Istat Membru kkonċernat ma jiġix obbligat jieħu sehem finanzjarju. F’dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar is-sistemi Komunitarji dwar l-oriġini, il-produzzjoni organika u t-tikkettar, kif ukoll is-simboli grafiċi li dwarhom jipprovdu r-regolamenti dwar l-agrikoltura, partikolarment għar-reġjuni l-aktar periferiċi, jista’ jkun iġġustifikat finanzjament bi sħab bejn il-Komunità u l-Istati Membri, minħabba l-ħtieġa ta’ tagħrif adegwat dwar dawn il-miżuri li huma relattivament riċenti.

(10)

Huwa f’loku li jiġi pprovdut li t-twettiq ta’ l-azzjonijiet jiġi fdat, bi proċeduri adegwati, f’idejn organizzazzjonijiet li jkollhom l-istruttura u l-kompetenzi meħtieġa, sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet magħżula jagħtu l-aħjar riżultat għan-nefqa.

(11)

Minħabba l-esperjenza miksuba u r-riżultati milħuqa mill-Kunsill Internazzjonali taż-żejt taż-żebbuġa, huwa f’loku, madankollu, li jiġi pprovdut li l-Komunità tkun tista’ tkompli tafda f’idejh it-twettiq ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-kompetenza tiegħu. Jeħtieġ ukoll li tkun tista’ tirrikorri għall-għajnuna ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali simili li hemm għal prodotti oħra.

(12)

Bil-għan li jkun hemm verifika sew tat-twettiq tajjeb tal-programmi kif ukoll ta’ l-impatt ta’ l-azzjonijiet, jeħtieġ li jkun ipprovdut monitoraġġ effikaċi min-naħa ta’ l-Istati Membri, kif ukoll valutazzjoni tar-riżultati min-naħa ta’ organizzazzjoni indipendenti.

(13)

Jeħtieġ li l-infiq relatat mal-finanzjament ta’ l-azzjonijiet li dwarhom jipprovdi dan ir-Regolament jiġi ttrattat, skond il-każ, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (3).

(14)

Jeħtieġ li jiġu deċiżi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament preżenti, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-mod ta’ produzzjoni tagħhom kif ukoll tal-prodotti ta’ l-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli, li jsiru fis-suq intern jew fil-pajjiżi terzi u li jissemmew fl-Artikolu 2, fil-kundizzjonijiet ipprovduti f’dan ir-Regolament, jistgħu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità, għal kollox jew parzjalment.

Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu implimentati fil-qafas ta’ programm ta’ informazzjoni u promozzjoni.

2.   L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 la għandhom ikunu orjentati skond marki kummerċjali u lanqas iħajru għall-konsum ta’ prodott skond l-oriġini partikolari tiegħu. L-oriġini ta’ prodott li jkun is-suġġett ta’ azzjoni madankollu jista’ jiġi indikat, meta din id-deżinjazzjoni tkun qiegħda ssir skond ir-regoli tal-Komunità.

Artikolu 2

Azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni

1.   L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) huma dawn li ġejjin:

(a)

Azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi, ta’ promozzjoni pubbliċitarja, partikolarment bil-għan li jenfasizzaw il-karatteristiċi intrinsiċi u l-vantaġġi tal-prodotti Komunitarji, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-kwalità, is-sikurezza ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, il-metodi tal-produzzjoni speċifiċi, l-aspetti nutrittivi u tas-saħħa, it-tikkettar, il-benessri ta’ l-annimali u r-rispett ta’ l-ambjent.

(b)

Kampanji ta’ informazzjoni, partikolarment dwar is-sistemi Komunitarji rigward id-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti (DOP), l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IOP), l-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (STG) u l-produzzjoni organika, kif ukoll rigward sistemi oħra tal-Komunità li jikkonċernaw l-istandards tal-kwalità u t-tikkettar tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u dwar is-simboli grafiċi pprovduti bil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Komunità;

(ċ)

Azzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sistema Komunitarja ta’ l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni speċifikati (n.k.p.r.s.), inbejjed b’indikazzjoni ġeografika u xarbiet alkoħoliċi b’indikazzjoni ġeografika jew indikazzjoni tradizzjonali riservata;

(d)

Studji ta’ valutazzjoni tar-riżultati ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni.

2.   Fis-suq intern, l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jistgħu jieħdu s-sura ta’ parteċipazzjoni f’wirjiet, fieri u espożizzjonijiet ta’ importanza nazzjonali jew Ewropea, partikolarment bil-ħolqien ta’ posti maħsuba biex jivvalorizzaw l-immaġni tal-prodotti Komunitarji.

3.   Fil-pajjjiżi terzi, l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jistgħu wkoll jieħdu s-suriet li ġejjin:

(a)

azzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sistema Komunitarja ta’ l-inbejjed tal-mejda;

(b)

parteċipazzjoni f’wirjiet, fieri u espożizzjonijiet ta’ importanza internazzjonali, partikolarment bil-ħolqien ta’ posti maħsuba biex jivvalorizzaw l-immaġni tal-prodotti Komunitarji;

(ċ)

studji ta’ swieq ġodda, meħtieġa għat-tkabbir tas-swieq;

(d)

missjonijiet kummerċjali ta’ livell għoli.

Artikolu 3

Is-setturi u l-prodotti kkonċernati

1.   Is-setturi u l-prodotti li jistgħu jiġu koperti bl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) fis-suq intern għandhom jiġu stabbiliti billi jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-opportunità tal-valorizzazzjoni tal-kwalità, tal-karattru tipiku, tal-metodi speċifiċi ta’ produzzjoni, ta’ l-aspetti nutrittivi u tas-saħħa, tas-sikurezza alimentari, tal-benessri ta’ l-annimali jew tar-rispett ta’ l-ambjent tal-prodotti kkonċernati, permezz ta’ kampanji tematiċi jew indirizzati lejn pubbliku partikolari ta’ mira;

(b)

il-prattika ta’ sistema ta’ tikkettar li tgħarraf lill-konsumaturi, u ta’ sistemi għat-traċċabbiltà u l-kontroll tal-prodotti;

(ċ)

il-ħtieġa li jiġu affrontati problemi speċifiċi jew ekonomiċi f’settur partikolari;

(d)

l-opportunità li jingħata tagħrif dwar is-sinifikat tas-sistemi Komunitarji rigward id-DOP/IĠP, l-STG u l-prodotti organiċi;

(e)

l-opportunità li jingħata tagħrif dwar is-sinifikat tas-sistema Komunitarja rigward l-n.k.p.r.s., inbejjed b’indikazzjoni ġeografika u xarbiet alkoħoliċi b’indikazzjoni ġeografika jew indikazzjoni tradizzjonali riservata.

2.   Għandhom ikunu eliġibbli għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), li jsiru f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-prodotti li ġejjin:

(a)

prodotti maħsuba għall-konsum dirett jew għall-ipproċessar, li għalihom hemm opportunitajiet ta’ esportazzjoni jew possibbiltajiet ta’ swieq ġodda fil-pajjiżi terzi, partikolarment mingħajr l-għoti ta’ rifużjonijiet;

(b)

prodotti tipiċi jew ta’ kwalità b’valur miżjud qawwi.

Artikolu 4

Il-listi ta’ temi, prodotti u pajjiżi li jistgħu jkunu s-suġġetti ta’ azzjonijiet

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), l-elenki ta’ temi u prodotti msemmija fl-Artikolu 3, kif ukoll tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Dawn l-elenki għandhom jiġu rriveduti kull sentejn. Madankollu, fejn meħtieġ, dawn l-elenki jistgħu jiġu emendati fl-intervall, bl-istess proċedura.

Meta jkunu qed jintgħażlu l-pajjiżi terzi, għandhom jitqiesu s-swieq tal-pajjiżi terzi li fihom hemm domanda reali jew potenzjali.

Artikolu 5

Linji gwida

1.   Għall-promozzjoni fis-suq intern, għal kull settur jew prodott magħżul, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), il-linji ta’ gwida li jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ l-istrateġija li għandha tiġi segwita għall-proposti ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni.

Dawn il-linji ta’ gwida għandhom jagħtu indikazzjonijiet ġenerali, b’mod partikolari dwar:

(a)

l-għanijiet u l-miri li għandhom jintlaħqu;

(b)

l-indikazzjoni ta’ temi jew temi li għandhom ikunu s-suġġett ta’ l-azzjonijiet magħżula;

(ċ)

it-tipi ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu;

(d)

it-tul taż-żmien ta’ dawn il-programmi;

(e)

skond is-swieq u t-tipi ta’ l-azzjonijiet previsti, it-tqassim indikattiv tas-somma disponibbli għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fit-twettiq tal-programmi.

F’ dak li għandu x’ jaqsam mal-promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex friski, tingħata attenzjoni partikolari għall-azzjonijiet ta’ promozzjoni indirizzati lit-tfal fl-istabbilimenti tat-tagħlim.

2.   Għall-promozzjoni fil-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), linji ta’ gwida li jiddefinixxu l-modalitajiet ta’ l-istrateġija li għandha tiġi segwita għall-proposti ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni, għall-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 3(2) jew għal uħud minnhom.

Artikolu 6

L-organizzazzjonijiet inkarigati bit-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni

1.   Għat-twettiq ta’ l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (c), il-paragrafu 2, u l-paragrafu 3(a), (b) u (c), f’konformità mal-linji ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 5(1), u b’riserva tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu preżenti, l-organizzazzjoni(jiet) professjonali jew interprofessjonali rappreżentattiva/i tas-settur(i) kkonċernat(i) fi Stat Membru jew għadd ta’ Stati Membri, jew fuq il-livell Komunitarju, għandha/hom tistabbilixxi/jistabbilixxu proposti għal programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni ta’ tul massimu ta’ tliet snin.

2.   Meta l-azzjonijiet ta’ promozzjoni f’pajjiżi terzi jiġu deċiżi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, il-Komunità tista’ twettaqhom permezz tal-Kunsill Internazzjonali għaż-żejt taż-żebbuġa.

Għas-setturi l-oħra, il-Komunità tista’ tfittex l-għajnuna ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li joffru garanziji simili.

Artikolu 7

It-tfassil u t-trażmissjoni tal-programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet li jipprovdu dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni.

L-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jeżamina(w) kemm ikunu opportuni l-proposti ta’ programmi, u jivverifika(w) il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament, flimkien mal-linji ta’ gwida mfassla skond l-Artikolu 5 u ma’ l-ispeċifikazzjonijiet rispettivi tagħhom. Għandhom ukoll jivverifikaw li l-programmi kkonċernati joffru valur tajjeb għan-nefqa.

Wara li jeżamina(w) il-programmi(i), l-Istat(i) Membru/i għandu/hom jistabbilixxi/u elenku tal-programmi magħżula, fil-limitu tal-krediti disponibbli, u għandu/hom jikkommetti/u lilu/lilhom nnifsu/nfushom għal sehem fil-finanzjament tagħhom, jekk ikun il-każ.

2.   L-Istat(i) Membru/i għandu/hom jibgħat/jibagħtu lill-Kummissjoni l-elenku tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1, it-tielet inċiż, flimkien ma’ kopja ta’ dawn il-programmi.

Jekk lill-Kummissjoni jirriżultalha li programm li jkun ġie ppreżentat jew inkella wħud minn dawn l-azzjonijiet ma jkunx/ux konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji, f’dak li jirrigwarda l-azzjonijiet li jsiru fis-suq intern, mal-linji ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 5, jew li ma joffrux valur tajjeb għall-infiq, fi żmien li għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) bl-ineliġibbiltà tal-programm kollu jew ta’ parti minnu. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni ta’ dan it-tip matul dan il-perjodu, il-programm għandu jitqies eliġibbli.

L-Istat(i) Membru/i għandu/hom jikkunsidra(w) osservazzjonijiet li l-Kummissjoni tista’ tagħmillu/tagħmlilhom, u jibgħat/jibagħtu lil din ta’ l-aħħar il-programmi rriveduti bi qbil ma’ l-organizzazzjoni(jiet) proponenti msemmija fl-Artikolu 6(1), fi żmien li għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 8

L-għażla tal-programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni

1.   Il-Kumissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), għandha tiddeċiedi dwar l-għażla tal-programmi u l-baġits korrispondenti. Il-prijorità għandha tingħata għall-programmi proposti minn diversi Stati Membri, jew li jipprevedu azzjonijiet f’diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi.

2.   F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), il-Kummissoni tista’ tiddefinixxi limiti aktar baxxi jew ogħla f’dak li jirrigwarda l-ispiża reali tal-programmi magħżula skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-limiti jistgħu jinbidlu skond in-natura tal-programmi kkonċernati. Il-kriterji applikati jistgħu jiġu ddeterminati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 9

Il-proċedura fin-nuqqas ta’ programmi ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni għas-suq intern

1.   Fin-nuqqas ta’ programmi li għandhom isiru fis-suq intern, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), ippreżentata(i) skond l-Artikolu 6(1), l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jiddefinixxi/u, fuq il-bażi tal-linji ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 5(1), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel/jagħżlu permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-organizzazzjoni nkarigata bit-twettiq tal-programm li jkun(u) qiegħed/qegħdin jikkommetti/u lilu/lilhom nnifsu/nfushom għall-kofinanzjament tiegħu.

2.   L-Istat(i) Membru/i għandu/hom iressqu lill-Kummissjoni l-programm magħżul skond il-paragrafu 1, flimkien ma’ opinjoni motivata dwar:

(a)

kemm ikun opportun il-programm;

(b)

il-konformità tal-programm u ta’ l-organizzazzjoni proposti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u, jekk ikun il-każ, mal-linji ta’ gwida applikabbli;

(ċ)

il-valutazzjoni tal-valur li l-programm joffri għan-nefqa.

3.   Għall-finijiet ta’ l-eżami tal-programmi min-naħa tal-Kummissjoni, għandhom japplikaw l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(1).

4.   F’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), il-Kummissoni tista’ tiddefinixxi limiti aktar baxxi jew ogħla f’dak li jirrigwarda l-ispiża reali tal-programmi magħżula skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu preżenti. Dawn il-limiti jistgħu jinbidlu skond in-natura tal-programmi kkonċernati. Il-kriterji applikati jistgħu jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 10

Azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni li għandhom isiru fuq inizjattiva tal-Kummissjoni

Wara l-informazzjoni tal-kumitati msemmija fl-Artikolu 16(1) jew jekk ikun il-każ, tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (5), tal-kumitat permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (6) jew tal-kumitat permanenti għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar l-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti ta’ prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel (7), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

għal azzjonijiet li għandhom isiru fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi:

(i)

l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(d) ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) u (c), u l-paragrafu 2, ta’ dan ir-Regolament, meta l-azzjonijiet ikunu ta’ interess Komunitarju jew meta ma tkun tressqet l-ebda proposta f’lokha skond l-Artikoli 6 u 9 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

għal azzjonijiet li għandhom isiru fil-pajjiżi terzi:

(i)

l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(d) ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a), u l-paragrafu 3(a), (b) u (c), ta’ dan ir-Regolament, meta l-azzjonijiet ikunu ta’ interess Komunitarju jew meta ma tkun tressqet l-ebda proposta f’lokha skond l-Artikoli 6 u 9 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

L-organizzazzjonijiet inkarigati bit-twettiq ta’ dawn l-azzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni, abbażi ta’ sejħa għall-offerti miftuħa jew ristretta, għandha tagħżel:

(a)

l-assistenti tekniċi li possibbilment ikunu meħtieġa għall-valutazzjoni tal-proposti ta’ programmi, pprovduti bl-Artikolu 7(2), inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ twettiq proposti;

(b)

l-organizzazzjoni(jiet) inkarigata/i bit-twettiq ta’ l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10.

2.   Wara kompetizzjoni bil-mezzi adegwati, l-organizzazzjoni proponenti għandha tagħżel l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-programmi magħżula f’konformità ma’ l-Artikolu 7(1).

Madankollu, f’ċerti kundizzjonijiet li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), l-organizzazzzjoni proponenti tista’ tkun awtorizzata timplimenta hija stess ċerti partijiet tal-programm.

3.   L-organizzazzjonijiet inkarigati bit-twettiq ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni jeħtiġilhom ikollhom għarfien espert tal-prodotti u s-swieq ikkonċernati, u jiddisponu mill-mezzi meħtieġa biex jiżguraw it-twettiq l-aktar effikaċi possibbli ta’ l-azzjonijiet, filwaqt li jqisu d-dimensjoni Komunitarja tal-programmi kkonċernati.

Artikolu 12

Il-monitoraġġ tal-programmi

1.   Grupp tal-monitoraġġ, magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, ta’ l-Istati Membri kkonċernati u l-organizzazzjonijiet proponenti, għandu jiżgura l-monitoraġġ tal-programmi magħżula msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

2.   L-Istati Membri kkonċernati huma responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-programmi magħżula msemmija fl-Artikoli 8 u 9, kif ukoll għall-ħlasijiet relatati. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li l-materjal ta’ informazzjoni u promozzjoni li jiġi prodott fil-kuntest tal-programmi msemmija jkun konformi mar-regoli Komunitarji.

Artikolu 13

Il-Finanzjament

1.   Bla ħsara għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Komunità għandha tiffinanzja l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10 għal kollox. Il-Komunità għandha tiffinanzja għal kollox ukoll l-ispiża relatata għall-assitenti tekniċi magħżula skond l-Artikolu 11(1)(a).

2.   Is-sehem finanzjarju tal-Komunità fil-programmi magħżula msemmija fl-Artikoli 8 u 9 ma għandux jaqbeż il-50 % ta’ l-ispiża reali tal-programmi. Fil-każ ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni ta’ tul ta’ sentejn jew tliet snin, is-sehem għal kull sena ta’ twettiq ma għandux jaqbeż dan il-livell massimu.

Il-persentaġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu huwa ta’ 60 % għall-azzjonijiet ta’ promozzjoni ta’ frott u ħxejjex maħsuba speċifikament għat-tfal fl-istabbilimenti tat-tagħlim tal-Komunità.

3.   L-organizzazzjonijiet proponenti għandhom jieħdu sehem fil-finanzjament tal-programmi li jkunu pproponew talanqas għal-livell ta’ 20 % ta’ l-ispiża reali tal-programmi, filwaqt li l-bqija tal-finanzjament għandu jsir mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), b’kunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, tas-sehem finanzjarju tal-Komunità msemmi fil-paragrafu 2.

Il-partijiet rispettivi ta’ l-Istati Membri u ta’ l-organizzazzjonijiet proponenti għandhom ikunu definiti meta l-programm jitressaq lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(2).

Il-pagamenti li jagħmlu l-Istati Membri jew l-organizzazzjonijiet proponenti jistgħu jkunu ġejjin minn dħul parafiskali jew minn kontributi obbligatorji.

4.   Fejn japplika l-Artikolu 6(2), il-Komunità, wara li tapprova l-programm, għandha tagħti kontribut adegwat lill-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata.

5.   Għall-programmi msemmija fl-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli minn dik il-parti tal-finanzjament mhux ipprovduta mill-Komunità.

Il-finanzjament min-naħa ta’ l-Istati Membri jista’ jkun ġej minn dħul parafiskali.

6.   L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għas-sehem finanzjarju ta’ l-Istati Membri, u lanqas għas-sehem finanzjarju li jkun ġej minn dħul parafiskali jew minn kontributi obbligatorji ta’ l-Istati Membri jew ta’ l-organizzazzjonijiet proponenti fil-każ tal-programmi li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ Komunitarju skond l-Artikolu 36 tat-Trattat, li l-Kummissjoni tkun għażlithom skond l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

L-infiq Komunitarju

Il-finanzjament Komunitarju ta’ l-azzjonjiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandu jsir, skond il-każ, f’konformità ma’ l-Artikolu 3(1)(d), jew ma’ l-Artikolu 3(2)(b), tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 15

Il-proċeduri ta’ l-implimentazzjoni

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 16

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (8).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi definit għal xahar.

Artikolu 17

Konsultazzjoni

Qabel ma l-Kummissjoni tistabbilixxi l-elenki pprovduti fl-Artikolu 4, tiddefinixxi l-linji ta’ gwida pprovduti fl-Artikolu 5, tapprova l-programmi msemmija fl-Artikoli 6 u 9, tiddeċiedi dwar azzjonijiet skond l-Artikolu 10 jew tadotta l-proċeduri ta’ applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 15, tista’ tikkonsulta:

(a)

il-grupp konsultattiv “promozzjoni tal-prodotti agrikoli” stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE (9);

(b)

gruppi tekniċi ad hoc ta’ ħidma, magħmula minn membri tal-Kumitati ta’ Ġestjoni jew minn esperti fil-qasam tal-promozzjoni u tal-pubbliċità.

Artikolu 18

Rapport

Qabel il-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll kwakunkwe proposta li tkun f’lokha, jekk ikun il-każ.

Artikolu 19

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2702/1999 u (KE) Nru 2826/2000 b’dan huma mħassra.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolamenti mħassra għandhom jiġu mifhuma li jkunu qed isiru għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness.

Artikolu 20

Id-Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern (ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2702/1999 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1999 dwar miżuri sabiex jipprovdu t-tagħrif fuq, u jippromwovu, il-prodotti agrikoli f’pajjiżi terzi u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 7. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2060/2004). Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 2060 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3).

(3)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 (ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3).

(6)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(9)  ĠU L 120, 24.4.2004, p. 50.


ANNESS

TABELLA TA’ KORRISPONDENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 2702/1999

Ir-Regolament (KE) Nru 2702/1999

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(2)

Artikolu 4

Artikolu 3(2), l-aħħar subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 4

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6

Artikolu 5(3)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, u l-paragrafu 2

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(4),(5) u (6)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 7(a)

Artikolu 10

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 11

Artikolu 8(3) u (4)

Artikolu 12

Artikolu 9(1) sa (4)

Artikolu 13(1) sa (4)

Artikolu 13(5)

Artikolu 9(5)

Artikolu 13(6)

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 12a

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 19

Artikolu 15

Artikolu 20

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000

Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, u l-paragrafu 2

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 6(4) sa (6)

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 7a

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11(1)

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10(2) u (3)

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 15

Artikolu 13

Artikolu 16

Artikolu 13(a)

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 19

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 20


5.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 3/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 4/2008

ta’ l-4 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-4 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

175,4

MA

49,1

TN

129,8

TR

126,4

ZZ

120,2

0707 00 05

JO

172,9

MA

54,7

TR

154,4

ZZ

127,3

0709 90 70

MA

59,2

TR

124,8

ZZ

92,0

0805 10 20

EG

64,5

IL

47,6

MA

57,6

TR

70,1

ZA

34,0

ZZ

54,8

0805 20 10

MA

78,2

ZZ

78,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

29,7

IL

64,4

TR

71,9

ZZ

55,3

0805 50 10

EG

129,4

TR

123,5

ZA

134,4

ZZ

129,1

0808 10 80

CN

94,1

MK

32,1

US

106,5

ZZ

77,6

0808 20 50

CN

39,8

US

107,9

ZA

136,8

ZZ

94,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 3/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 5/2008

ta’ l-4 ta’ Jannar 2008

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2001 f'dak li jirrigwarda d-data ta’ l-għeluq għat-tressiq tal-prospetti tal-ħsad u tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 73 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2001 (2) jipprovdi li produtturi għandhom jippreżentaw prospetti tal-ħsad u tal-produzzjoni sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Diċembru, bil-għan li l-produzzjoni Komunitarja ta’ l-inbid tingħaraf fil-waqt.

(2)

Fi Stat Membru, irriżulta li kien hemm problema ta’ kapaċità f'uħud miċ-ċentri ta’ l-informatika fejn il-produtturi jeħtiġilhom jagħmlu l-prospetti msemmija. Dawn iċ-ċentri ma jistgħux jilqgħu l-prospetti kollha qabel id-data ta’ l-għeluq.

(3)

Biex tissewwa din il-qagħda, li tmur lil hinn mir-responsabbiltà tal-produtturi, u għaldaqstant biex jiġi evitat li l-produtturi jbatu penalitajiet inġusti, jeħtieġ li jingħataw żmien supplimentari għat-tressiq tal-prospetti tal-ħsad u tal-produzzjoni.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2001, għas-sena tas-suq 2007/2008, il-prospetti msemmija fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament imsemmi jistgħu jitressqu sal-31 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 176, 29.6.2001, p. 14.


5.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 3/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 6/2008

ta’ l-4 ta’ Jannar 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u partikolarment Artikoli 12(2) u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-ewro (2), u partikolarment Artikoli 3(2) u 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3446/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom ikunu adottati flimkien mar-regoli ġenerali preskritti fl-Artikolu 12(1) tar- Regolament (KE) 2529/2001.

(3)

Jekk għandha tilħaq l-għan tagħha, din l-għajnuna għandha tingħata biss lill-persuni fiżiċi jew legali stabbiliti fil-Komunità li l-attività u l-esperjenza tagħhom fis-settur toffri biżżejjed ċertezza li l-ħażna tkun affetwata b’manjiera sodisfaċenti u li jkollhom il-kapaċità adegwata fl-imħażen tas-silġ fi ħdan il-Komunità.

(4)

Għall-istess raġuni, l-għajnuna għandha tingħata biss għall-ħażna ta’ prodotti f’kondizzjoni ffriżata, ta’ kwalità xierqa u tajba għall-bejgħ u li joriġinaw mill-Komunità hekk kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 (5) tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju b’livell ta’ radjoattività ta’ mhux aktar mil-livell massimu permissibbli permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 737/90 tat-22 ta’ Marzu 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jiġu minn pajjiżi terzi wara l-aċċident fl-istazzjon ta’ l-enerġija nuklejari ta’ Chernobyl (6).

(5)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jassiguraw li l-annimali involuti jkunu maqtula esklussivament f’biċċeriji li jkunu approvati u ssorveljati.

(6)

Sabiex l-iskema ssir aktar effettiva, il-kuntratti għandhom juru kwantità minima ċerta, skond il-prodott kif xieraq, u l-obligazzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-parti kontraenti, partikolarment dawk li jabbilitaw lill-aġenzija ta’ l-intervent biex tagħmel spezzjoni effetiva, għandhom jiġu speċifikati.

(7)

L-ammont ta’ garanzija intiża sabiex tassigura l-konformità mal-obbligazzjonijiet kontrattwali għandha tiġi iffisata f’perċentwal tal-ammont tal-imsemmija għajnuna.

(8)

Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli (7) il-ħtiġiet primarji għall-ħruġ tal-garanzija għandhom ikunu definiti. Il-ħażna tal-kwantità kontrattata għall-perjodu miftiehem tikkonsisti f’wieħed mill-ħtiġiet primarji għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Sabiex tkun ikkonsidrata l-prattika kummerċjali u għall-raġunijiet prattiċi, ċerta tolleranza dwar l-imsemmija kwantità għandha tkun permissibbli.

(9)

Xi miżura ta’ proporzjonalità fir-rilaxx tal-garanzija u fl-għoti tal-għajnuna hija xierqa meta ċerti ħtiġiet dwar il-kwantità li għandha tiġi maħżuna ma jkunux milħuqa.

(10)

Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-iskema, il-parti kontraenti għandha jkollha permess li tirċievi pagament bil-quddiem mill-għajnuna soġġetta għall-garanzija u għandhom ikunu stabbiliti r-regoli dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, id-dokumenti oħra li għandhom jingħataw u l-limitu ta’ żmien għall-pagament.

(11)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-ewro fis-settur agrikolu u li jemenda ċerti Regolamenti (8), għandu jkun speċifikat il-ġrajj iet operattiv i għar-rati tal-kambju li japplikaw għal għajnuna u għal garanziji fil-każ ta’ ħażna privata.

(12)

L-esperjenza tal-passat bi skemi oħra għall-ħażna privata ta’ prodotti agrikoli uriet il-bżonn li jkun speċifikat sa liema punt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (9) japplika għall-iddeterminar tal-perjodi, tad-dati u l-limiti ta’ żmien msemmija taħt dawn l-iskemi u li jkunu definiti b’eżatezza d-dati meta il-ħażna kontrattwali tibda u tispiċċa.

(13)

Partikolarment, Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 jispeċifika li meta l-aħħar ġurnata ta’ perjodu tkun btala pubblika, il-Ħadd jew is-Sibt, il-perjodu għandu jispiċċa mat-tmiem tal-aħħar siegħa tal-ġurnata segwenti ta’ xogħol. L-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-kuntratti ta’ ħażna tista’ ma tkunx ta’ interess għal dawk li jaħżnu u tista twassal ukoll għal trattament differenti. Għalhekk, għandha ssir deroga mid-determinazzjoni tal-aħħar ġurnata ta’ ħażna fil-kuntratt.

(14)

Għandu jkun hemm miżura ta’ proporzjonalità fl-għoti tal-għajnuna meta l-perjodu tal-ħażna ma jkunx osservat totalment.

(15)

Skond Artikolu 12 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001 il-proċedura tal-offerti hija applikabbli meta jkun hemm sitwazzjoni fis-suq partikolarment diffiċli f’żona jew f’żoni ta’ kwotazzjoni. Is-sejħa għas-sottomissjoni tal-offerti għandha tirriżulta minn deċizjonijiet tal-Kummissjoni meħuda skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 25(2) ta’ l-istess Regolament.

(16)

L-iskop tal-proċedura tal-offerti hija li tiddetermina l-ammont tal-għajnuna. Fil-għażla ta’ dawk li tefgħu l-offerti għandha tingħata preferenza lil dawk l-aktar vantaġġjużi għall-Komunità. Għalhekk, jista’ jiġi ffissat ammont massimu tal-għajnuna sa liema l-offerti jiġu aċċettati. Fejn l-ebda offerta ma tidher vantaġġjuża, tista' ma tintgħażel l-ebda waħda wara l-proċedura ta’ l-offerti.

(17)

Jekk l-ebda offerta ma ma tkun aċċettabli, l-ebda wieħed m’għandu jiġi aċċettat. Għandu jkun hemm miżuri għal sistema ta’ kontrolli sabiex jassiguraw li l-għajnuna ma tkunx ingħatat bla bżonn. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontrolli xierqa skond l-istadji varji tal-ħażna.

(18)

Għandhom jittieħdu passi sabiex jipprevjenu u jippenalizzaw l-irregolitajiet u l-frodi. Għal dan il-għan, ikun xieraq li f’każ ta’ dikjarazzjoni falza il-parti kontraenti tkun eskluza mill-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata għas-sitt xhur ta’ wara ta’ meta jkun instab li tkun saret tali dikjarazzjoni falza.

(19)

Sabiex il-Kummissjoni jkollha kontroll ġenerali fuq l-effett tal-iskema tal-ħażna privata, l-Istati Membri għandhom ifornuha bl-informazzjoni meħtieġa.

(20)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoz,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

L-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata, kif hemm provvediment dwarha f’Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001, għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-kuntratti tal-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandhom jiġi konklużi bejn l-aġenziji tal-intervent tal-Istati Membri u l-persuni fiżiċi jew legali, minn issa ’l quddiem irriferuti bħala “il-parti kontraenti”:

(a)

li ilhom iwettqu n-negozjau fis-setturi tal-laħam u l-qobla minn tal-anqas tnax il-xahar u li huma uffiċjalment irreġistrati fl-Istat Membru, u

(b)

u li għandhom il-kapaċità ta’ ħażna adekwata fil-Komunità.

2.   L-għajnuna għall-ħażna privata tista’ tingħata biss għall-karkasi ta’ ħrief iżgħar minn tnax il-xahar u qatgħat minnhom, ta’ kwalità xierqa u tajba għall-bejgħ ġejjin minn annimali imrobbija fil-Komunità mill-inqas ma tul l-aħħar xahrejn u maqtula mhux aktar minn għaxart ijiem qabel id-data tat-tpoġġija fil-ħażna kif stabbilit f’Artikolu 4(3).

3.   L-ebda laħam b’kontenut ta’ radjoattivita għola mil-livelli massimi permissibbli taħt ir-Regolamenti tal-Komunità ma jista’ jkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ ħażna. Il-livelli applikabbli għall-prodotti ġejjin mill-Komunità għandhom ikunu kif iffissati f’Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Il-livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodott għandu jiġi ċċekjat biss jekk dan ikun meħtieġ fis-sitwazzjoni u għall-perjodu meħtieġ. Meta jkun hemm bzonn, id-dewmien u l-iskop tal-kontrolli għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001.

4.   Il-kuntratti ma jistgħux ikunu għall-anqas mill-kwantità minima li għandha tkun determinata għal kull prodott.

5.   Il-laħam għandu jitpoġġa fil-ħażna frisk u maħżun fi stat iffriżat.

Artikolu 3

1.   Applikazzjonijiet għall-kuntratti jew l-offerti u kuntratti għandhom ikunu dwar wieħed biss mill-prodotti li għalihom l-għajnuna tkun tista’ tingħata.

2.   L-applikazzjonijiet għall-kuntratti jew l-offerti m’għandhomx jiġu aċċettati sakemm ma jkunux jinkludu d-dettalji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 (a), (b), (d) u (e) u tkun ingħatat prova li ġiet provduta garanzija.

3.   Il-kuntratti għandhom jinkludu d-dettalji segwenti:

(a)

dikjarazzjoni li biha l-parti kontraenti tintrabat li tpoġġi fil-ħażna u li taħżen biss prodotti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikoli 2(2) u (3);

(b)

id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-prodott li għandu jinħażen;

(ċ)

il-limitu taż-żmiem għat-tpoġġija fil-ħażna, msemmija f’Artikolu 4(3) tal-kwantità totali imsemmija f’ (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)

it-tul tal-ħażna;

(e)

l-ammont tal-għajnuna għal kull ammont ta’ piż;

(f)

l-ammont tal-garanzija;

(ġ)

dispożizzjoni li tagħmilha possibli li l-perjodu tal-ħażna jkun imqassar jew miżjud skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti tal-Komunità.

4.   Il-kuntratti għandhom jimponu tal-inqas dawn l-obbligi fuq il-parti kontraenti:

(a)

li jpoġġi l-kwantità tal-prodott miftiehma fil-ħażna fil-perjodu stabbilit f’Artikolu 4 u li jaħżinha bir-riskju u l-ispejjez tagħha għalih fil-kondizzjonijiet li jassiguraw il-manteniment tal-karatteristiċi tal-prodott msemmija f’Artikolu 2(2) għall-perjodu kontrattwali, mingħajr ma jbiddel, jibdel jew jitrasferixxi ġo maħżen ieħor il-prodotti maħżuna; b’danakollu, f’każi eċċezjonali u fuq talba b’motivazzjoni xierqa, l-aġenzija tal-intervent, tista’ tawtorizza ir-rilokazzjoni tal-prodotti maħżuna;

(b)

li javża lill-aġenzija tal-intervent li magħha jkun ikkonkluda l-kuntratt, fil-ħin u qabel id-dħul fil-ħażna ta’ kull lott, skond it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 4(1), bid-data u l-post tal-ħażna kif ukoll bin-natura u l-kwantità tal-prodott li għandu jkun jinħażen; l-aġenzija tal-intervent tista’ titlob li din l-informazzjoni tingħata mill-anqas jumejn ta’ xogħol qabel it-tpoġġija fil-ħażna ta’ kull lott individwali;

(ċ)

li jibgħat lill-aġenzija tal-intervent id-dokumenti dwar ix-xogħol tat-tpoġġija fil-ħażna sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data li hemm referenza dwarha f’Artikolu 4 (4);

(d)

li jaħżen il-prodotti skond il-ħtiġiet għall-identifikazzjoni li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 13(4);

(e)

li jippermetti lill-aġenzija li tiċċekja f’kull ħin li l-obligazzjonijiet kollha stabbiliti fil-kuntratt ikunu qed jiġu osservati.

Artikolu 4

1.   It-tpoġġija fil-ħażna għandha tikun kompluta sa mhux aktar tard minn 28 ġurnata wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-prodotti jistgħu jkunu mpoġġija fil-ħażna f’lottijiet individwali, kull lott jirrappreżenta il-kwantità mpoġġija fil-ħażna f’lottijiet individwali, kull lott jirrapreżenta l-kwantità mpoġġija f’dik il-ġurnata skond il-kuntratt u skond il-maħżen.

2.   Il-kuntratturi jistgħu, permezz tas-superviżjoni permanenti tal-aġenzija tal-intervent u matul il-perjodu ta’ tpoġġija fil-ħażna, inqattgħu, parzjalment jiddissussaw jew jiddissussaw il-prodotti kollha jew parti minnhom, basta imma li kwantità biżżejjed ta’ karkassi tkun użata biex tassigura li t-tunnaġġ li dwaru l-kuntratt ikun ġie konkjuż tkun maħżuna u li l-laħam kollu li jirriżulta minn dik l-operazzjoni jitqiegħed fil-ħażna. L-intenzjoni li jsir użu minn din il-faċilità għandu jkun notifikat mhux aktar tard mill-jum li fih jibda t-tqegħid fil-ħażna. Madankollu, l-aġenzija tal-intervent tista’ teħtieġ li dik in-notifika isseħħ għall-inqas jumejn tax-xogħol qabel it-tqegħid fil-ħażna ta’ kull lott individwali.

L-għeruq il-kbar, il-qrieqeċ, l-għadam, l-biċċiet tax-xaħam u l-bċejjeċ l-oħra mħollija mit-tqattigħ, id-dissussar parzjali jew id-dissussar ma jistgħu jiġu maħżuna.

3.   It-tqegħid fil-ħażna għandu jibda, għal kull lott individwali tal-kwantitaà kontrattwali, fil-jum li fih jiġi taħt il-kontroll tal-aġenzija tal-intervent.

Dak il-jum għandu jkun il-jum li fih l-piż nett tal-prodott frisk u imkessaħ frisk ikun detterminat:

(a)

fil-post tal-ħażna, meta l-laħam huwa friżat fil-post;

(b)

fil-post tal-iffriżar, meta l-laħam huwa friżat f’faċilitajiet adattati il-barra mill-post tal-ħażna.

B’dana kollu, fil-każ tal-laħam li tpoġġa fil-ħażna wara tqattigħ, iddissussar parzjali jew l-iddissussar, l-użin għandu jitwettaq fuq prodotti li effettivament tqegħdu fil-ħażna u jista’ jsir fil-post ta’ tqattigħ, tad-dissussar parzjali jew tad-dissussar.

Id-determinazzjoni tal-piżijiet tal-prodotti li għandhom jitqegħdu fil-ħażna m’għandux isseħħ qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt.

4.   It-tpoġġija fil-ħażna tispiċċa fil-ġurnata meta l-aħħar lott tal-kwantità miftiehma jiġi mpoġġi fil-ħażna.

Dik il-ġurnata għandha tkun il-ġurnata meta l-prodotti kollha taħt kuntratt ikunu twasslu fil-post tal-ħażna finali, seww jekk friski jew iffriżati.

Artikolu 5

1.   L-ammont tal-garanzija li hemm referenza dwaru f’Artikolu 3(2) m’għandux jeċċedi t-30 % tal-ammont tal-għajnuna li tkun qed tigi mitluba.

2.   Il-ħtiġiet primarji fit-tifsira ta’ Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu li ma tiġix irtirata l-applikazzjoni għall-kuntratt jew offerta u li tinżamm fil-ħażna mill-anqas 90 % tal-kwantità miftiehma għall-perjodu tal-ħażna kontrattat, bir-riskju għall-parti kontraenti u taħt il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 3(4)(a), ta’ dan ir-Regolament.

3.   Artikolu 27(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 m’għandux japplika.

4.   Il-garaniziji għandhom ikunu rilaxxati immedjatament meta l-applikazzjonijiet għall-kuntratti jew l-offerti ma jkunux aċċettati.

5.   Meta l-limitu taż-żmien għat-tqegħid fil-ħażna, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), hu maqbuż, il-garanzija għandha tkun issekwestrata bi qbil ma’ l-artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(3), jekk il-limitu taż-żmien permezz ta’ l-Artikolu 4(1) jkun maqbuż b’aktar minn 10 ġranet, l-għajnuna m’għandiex tkun mogħtija.

Artikolu 6

1.   L-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit għal kull ammont ta’ piż u għandu jkun skond il-piż iddeterminat skond Artikolu 4(3).

2.   Suġġett għall-paragrafu 3 t’hawn taħt, il-partijiet kontraenti għandhom ikunu intitolati għall-għajnuna jekk il-ħtiġiet primarji li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 5(2) jkunu milħuqa.

3.   L-għajnuna għandha titħallas l-aktar għall-kwantità kontrattata provduta.

Jekk il-kwantità fil-fatt maħżuna matul il-perjodu tal-ħażna kontrattata tkun anqas mill-kwantità kontrattata u:

(a)

mhux anqas mid-90 % ta’ dik il-kwantità, l-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment;

(b)

anqas minn 90 % iżda mhux anqas minn 80 % ta’ dik il-kwantità, l-għajnuna għall-kwantità fil-fatt maħżuna għandha tiġi mnaqqsa bin-nofs;

(ċ)

anqas minn 80 % ta’ dik il-kwantità, l-għajnuna m’għandiex tingħata.

4.   Wara tliet xhur ta’ ħażna taħt il-kuntratt, pagament wieħed bil-quddiem jista jsir, wara t-talba tal-parti kontraenti, sakemm jagħti garanzija daqs il-pagament bil-quddiem miżjud b’20 %.

Il-pagament bil-quddiem m’għandux jeċċedi l-ammont tal-għajnuna korrispondenti għal perjodu ta’ ħażna ta’ tliet xhur.

Artikolu 7

1.   B’eċċezzjoni fil-każ ta’ force majeure l-applikazzjoni għall-ħlas tal-għajnuna u d-dokumentazzjoni supplimentari għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu massimu għall-ħażna miftiehma. Meta d-dokumenti supplimentari ma jkunux ġew provduti fiż-żmien stipulat għalkemm il-parti kontraenti tkun ħadet azzjoni f’waqtha sabiex tikseb dawn id-dokumenti, limiti taż-żmien addizzjonali, li ma jistgħux jeċċedu t-total ta’ sitt xhur, jistgħu jingħataw għall-kisba tagħhom.

2.   Suġġett għal każi ta’ force majeure imsemmija f’Artikolu 10 u l-każi ta’ meta tkun infetħet inkjesta dwar jekk il-parti kontraenti hijiex intitolata għall-għajnuna, l-għajnuna għandha tiġi mħallsa mill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard minn tlett xhur mill-ġurnata tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-ħlas, bid-dokumentazzjoni supplimentari meħtieġa, mill-parti kontraenti.

Artikolu 8

Il-ġrajjiet operattivi għar-rati tal-kambju li japplikaw għal għajnuna u għal garanziji huma ripettivament dawk msemmija fl-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

Artikolu 9

1.   Il-perjodi, id-dati u l-limiti taż-żmien li hemm referenza dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu ddeterminati skond ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71. B’danakollu, Artikolu 3(4) ta’ dak ir-Regolament m’għandux japplika għad-determinazzjoni tal-perjodu tal-ħażna kif rifertit f’Artikolu 3(3)(d) ta’ dan ir-Regolament jew kif emendat permezz ta’ Artikolu 3(3)(g) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-ewwel ġurnata tal-perjodu tal-ħażna miftiehma għandha tkun il-ġurnata ta’ wara dik li fiha it-tpoġġija fil-ħażna tkun tlestiet.

3.   It-tneħħija mill-ħażna tista’ tibda fil-ġurnata ta’ wara l-aħħar ġurnata tal-perjodu tal-ħażna miftiehma.

4.   Il-parti kontraenti għandha tavża lill-aġenzija tal-intervent minn qabel, qabel il-bidu tat-tneħħija intiża mill-ħażna; l-aġenzija tal-intervent tista’ titlob li din l-informazzjoni tingħata mill-anqas jumejn ta’ xogħol qabel dik id-data.

Meta l-obbligu tan-notifika lill-aġenzija tal-intervent ma tkunx onorata iżda tkun ingħatat prova biżżejjed, qabel it-30 ġurnata wara t-tneħħija mill-maħżen, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti dwar id-data tat-tneħħija u il-kwantitajiet konċernati l-għajnuna għandha tingħata, bla preġudizzju għal Artikolu 6(3), u 15 % tal-garanzija għandha tiġi dikjarata bħala ssekwestrata fir-rigward tal-kwantità kkonċernata.

Għall-każi l-oħra kollha ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu l-ebda għajnuna m’għandha tingħata fir-rigward tal-kuntratt konċernat, u l-garanzija kollha għandha tiġi dikjarata bħala ssekwestrata fir-rigward tal-kuntratt konċernat.

5.   Ħlief għall-każi ta’ force majeure riferuti f’Artikolu 10, meta l-parti kontraenti tonqos milli tosserva t-tmiem tal-perjodu tal-ħażna kontrattata, kull ġurnata ta’ nuqqas ta’ konformità tkun tfisser tnaqqis ta’ 10 % fl-ammont tal-għajnuna għall-kuntratt f’dak il-każ.

Artikolu 10

Fil-każ ta’ force majeure meta t-twettiq tal-obligazzjonijiet kontrattwali tal-parti kontraenti jiġu affetwati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri li hija tara neċessarji b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi partikulari. Dik l-awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni b’kull każ ta’ force majeure u l-azzjoni meħuda f’dak il-kas.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

Artikolu 11

Meta l-għajnuna tkun stabbilita f’rata fissa bil-quddiem:

(a)

l-applikazzjoni għall-kuntratt għandha tkun ippreżentata lill-aġenzija tal-intervent kompetenti skond Artikolu 3(1) u (2);

(b)

id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti għandhom jiġu notifkati mill-aġenzija ta’ l-intervenzjoni kompetenti lil kull applikant permezz ta’ ittra rreġistrata, telefax, b’mezz elettroniku, jew ikkunsinjata kontra stqarrija ta’ irċevuta fil-ħames ġurnata tax-xogħol wara l-ġurnata li fiha tkun ippreżentata l-applikazzjoni, sakemm il-Kummissjoni ma tadottax miżuri speċjali ma tul dan il-perjodu.

Meta l-eżaminazzjoni tas-sitwazzjoni turi li kien hemm użu eċċessiv ta’ l-iskema introdotta permezz ta’ dan ir-Regolament, jew jekk ikun hemm riskju ta’ użu eċċessiv, miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu:

is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal mhux aktar minn ħamest ġranet tax-xogħol; f’dak il-każ, l-applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti ippreżentati matul dak il-perjodu m’għandhomx jiġu aċċettati,

it-tqegħid ta’ persentaġġ waħdieni li permezz tiegħu il-kwantitajiet fl-applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti huma mnaqqsa, soġġetti għall-osservanza tal-kwantità kuntrattwarja minima fejn xieraq,

ir-rifjutar ta’ l-applikazzjonijiet magħmula qabel il-perjodu ta’ sospensjoni li l-aċċettazzjoni tagħhom kienet ġiet deċiża matul il-perjodu ta’ sospensjoni.

Meta l-applikazzjoni tiġi aċċettata, il-kuntratt għandu jitqies li jkun ġie konkluż fil-ġurnata tat-tluq tan-notifika msemmija taħt punt (b). L-aġenzija tal-intervent għandha tispeċifika d-data msemmija f’Artikolu 3(3)(ċ).

Artikolu 12

1.   Meta l-għajnuna tkun qed tingħata b’offerta:

(a)

ir-Regolament li joħroġ is-sejħa għall-offerti skond Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001 għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali, il-prodotti li għandhom jiġu maħżuna, il-limitu taż-żmien (id-data u s-siegħa) għas-sottomissjoni tal-offerti u għall-kwantitajiet minimi għal-liema l-offerta tkun tista’ tinħareġ;

(b)

l-offerti għandhom isiru f’ewro u ppreżentati lill-aġenzija tal-intervent ikkonċernata skond Artikolu 3(1) u (2);

(ċ)

l-offerti għandhom jiġu eżaminati f’sessjonijiet privati mill-aġenziji xierqa għal dan il-għan tal-Istati Membri; il-persuni preżenti għal dan l-eżami għandhom ikunu marbuta bil-ġurament tas-segretezza;

(d)

l-offerti mogħtija għandhom jingħataw anonimament lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, sabiex jaslu sa mhux aktar tard mit-tieni ġurnata ta’ xogħol wara d-data finali għall-preżentazzjoni tagħhom kif speċifikat fis-sejħa;

(e)

meta ma tinġabar l-ebda offerta, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan fil-limitu taż-żmien kif speċifikat taħt (d);

(f)

fuq il-bażi tal-offerti mirċieva, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 25(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2529/2001, jew li tistabilixxi ammont ta’ għajnuna massima, jew li ma tagħti l-ebda għajnuna;

(ġ)

meta jkun ġie stabbilit ammont massimu tal-għajnuna, l-offerti li ma jeċċedux dan l-ammont għandhom jiġu aċċettati.

2.   Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-ġurnata li l-Istati Membri jkunu notifikati bid-deċizjoni tal-Kummissjoni, l-aġenzija tal-intervent ikkonċernata għandha tinforma lill-dawk kollha li jkunu tefgħu l-offerti bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti permezz ta’ ittra reġistrata, bil-fax, b’mezz elettroniku jew b’konferma bil-miktub.

Meta l-offerta tkun aċċettata, il-kuntratt għandu jitqies li jkun ġie konkluż fil-ġurnata tat-tluq tan-notifika tal-aġenzija tal-intervent lill-dawk li jkunu tefgħu l-offerti kif riferuti fl-ewwel subparagrafu. L-aġenzija tal-intervent għandha tispeċifika d-data riferita f’Artikolu 3(3)(ċ) kif xieraq.

KAPITOLU III

IL-VERIFIKAR U S-SANZJONIJIET

Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kondizzjonijiet li jagħtu lok għad-dritt għall-għajnuna jkunu mwettqa. Għal dan il-għan huma għandhom jinnominaw l-awtorità nazzjonali li għandha tkun responsabbli li tivverifika l-operazzjoni tal-ħażna.

2.   Il-parti kontraenti għandha tagħmel possibli li l-awtorità responsabbli twettaq il-kontrolli fuq l-operazzjonijiet tal-ħażna, jkollha id-dokumentazzjoni kollha, għal kull kuntratt, li jippermettu partikolarment li l-informazzjoni segwenti dwar il-prodotti mpoġġija fil-ħażna privata tkun verifikata:

(a)

il-pussess komplut fiż-żmien tat-tpoġġija fil-ħażna;

(b)

id-data tat-tpoġġija fil-ħażna;

(ċ)

il-piż u n-numru ta’ kaxxi jew oġġetti mod ieħor ippakjati;

(d)

il-preżenza ta’ prodotti fil-maħżen;

(e)

id-data kkalkulata tat-tmiem tal-perjodu tal-ħażna minima u meta Artikolu 9(5) jiġi applikat, komplut bid-data attwali tat-tneħħija.

3.   Il-parti kontraenti jew, meta applikabbli, l-operatur tal-maħżen, għandu jżomm rendikont tal-ħażna disponibbli fil-maħżen li tkopri, bin-numru tal-kuntratt:

(a)

l-identifikazzjoni tal-prodotti mpoġġija fil-ħażna privata;

(b)

id-data tat-tpoġġija fil-ħażna u d-data kkalkulata tat-tmiem tal-perjodu minimu tal-ħażna, u d-data reali tat-tneħħija mill-ħażna;

(ċ)

in-numru tal-karkassi jew in-nofs karkassi, kaxex jew oġġetti oħra maħżuna individwalment, deskrizzjoni tal-prodotti u l-piz ta’ kull pallet jew l-oġġetti l-oħra maħżuna individwalment, irreġistrati, meta applikabbli, f’lottijiet individwali;

(d)

il-lokazzjoni tal-prodotti fil-maħżen.

4.   Il-prodotti maħżuna iridu jkunu faċilment identifikabbli u jridu jkunu identifikati individwalment mill-kuntratt. Kull pallet u, meta applikabli, kull oġġett maħżun individwalment għandu jkun immarkat b’mod hekk li n-numru tal-kuntratt, id-deskrizzjoni tal-prodott u l-piż ikunu jidhru. Id-data tat-tpoġġija fil-ħażna trid tkun tidher fuq kull lott individwali impoġġi fil-ħażna f’dik il-ġurnata.

Meta l-prodotti jiġu mpoġġija fil-ħażna, l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-operazzjoni għandha tivverifika l-identifikazzjoni riferita fl-ewwel subparagrafu u tista’ tissiġilla l-prodotti fil-ħażna.

5.   L-awtorità responsabbli għax-xogħol tal-kontrolli għandha tipproċedi:

(a)

għal kull kuntratt, għal kontroll dwar il-konformità mal-obbigazzjonijiet kollha stabbiliti fl-l-Artikolu 3(4); jew

(b)

għal verifika obbligatorja sabiex ikun assigurat li l-prodotti jkunu preżenti fil-maħżen matul l-aħħar ġimgħa tal-perjodu tal-ħażna miftiehma.

Aktar minn hekk, din l-awtorità tipproċedi:

kemm għall-issiġillar tal-prodotti kollha maħżuna taħt il-kuntratt skond it-tieni subparagrafu tar-raba’ paragrafu, jew

għal kontroll ta’ kampjun għall-għarrieda sabiex ikun assigurat li l-prodotti jkunu preżenti fil-maħżen. Il-kampjun meħud għandu jkun rappreżentattiv u jrid jikkorrispondi għall tal-inqas 10 % tal-kwantità kollha mpoġġija fil-ħażna f’kull Stat Membru taħt miżura ta’ għajnuna għall-ħażna privata. Dawn il-verifiki għandhom jinkludu, minbarra l-eżami tal-kontijiet riferiti fil-paragrafu 3, verifika fiżika fuq il-piż u t-tip tal-prodotti u l-identifikazzjoni tagħhom. Dawn il-verifiki fiżiċi għandhom isiru fuq mill-anqas 5 % tal-kwantità soġġetta għall-verifiki għall-għarrieda.

L-ispejjez tas-siġillar u ċ-ċaqliq għall-verifiki għandhom jitħallsu mill-parti kontraenti.

6.   Il-verifiki permezz tal-paragrafu 5 għandhom ikunu soġġetti għal rapport li jistqarr:

(a)

id-data tal-verifika;

(b)

it-tul tiegħu;

(ċ)

l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport dwar il-verifiki għandu jkun iffirmat mill-uffiċċjal responsabbli u kontrofirmat mill-parti kontraenti jew, meta applikabbli, mill-operatur tal-maħżen u għandu jiġi inkluż fil-fajl tal-pagamenti.

7.   Fil-każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti li jaffettwaw mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet tal-prodotti koperti minn kuntratt wieħed soġġett għall-verifiki, il-verifika għandha tkun estiża għal kampjun akbar li għandu jkun iddeterminat mill-awtorità responsabbli għall-verifiki.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw każi bħal dawn lill-Kummissjoni fi żmien erba’ ġimgħat.

Artikolu 14

Fil-każ meta jkun stabbilit u vverifikat mill-awtorità responsabbli mix-xogħol tal-verifiki li d-dikjarazzjoni kif riferita f’Artikolu 3(3)(a) hija dikjarazzjoni falza magħmula jew deliberatament jew permezz ta’ negliġenza serja, il-parti kontraenti f’dan il-każ għandha tkun eskluza mill-iskema tal-għajnuna għall-ħażna privata għal sitt xhur wara x-xahar li fih il-falsifikazzjoni tkun aċċertata.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

1.   l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet kollha adottati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni permezz tat-telefax jew b’mezz elettroniku:

(a)

nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis ta’ kull ġimgħa, bil-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti jkun ġew ippreżentati;

(b)

qabel il-Ħamis ta’ kull ġimgħa u maqsuma skond il-perjodu tal-ħażna, bil-prodotti u l-kwantitajiet li għalihom ikunu ġew konklużi l-kuntratti matul il-ġimgħa preċedenti, bl-għoti ta’ sommarju tal-prodotti u l-kwantitajiet li għalihom ikunu ġew konklużi il-kuntratti;

(ċ)

ta’ kull xahar, bil-prodotti u l-kwantitajiet totali mqiegħda fil-ħażna;

(d)

ta’ kull xahar, bil-prodotti u l-kwantitajiet totali attwalment maħżuna u bil-prodotti u l-kwantitajiet totali li għalihom ikun ġie mitmum il-perjodu kuntrattwali tal-ħażna;

(e)

ta’ kull xahar, jekk il-perjodu tal-ħażna jkun ġie mqassar jew estiż skond l-Artikolu 3(3)(g) jew imnaqqas skond l-Artikolu 9(5), bil-prodotti u l-kwantitajiet li għalihom il-perjodu tal-ħażna jkun ġie rrivedut u bix-xhur oriġinali u rriveduti għat-tneħħija mill-ħażna.

3.   L-applikazzjoni tal-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-ezami regolari skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001.

Artikolu 16

Ir-Regolament (KEE) Nru 3446/90 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 333, 30.11.1990, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(4)  Ara l-Anness I.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(6)  ĠU L 82, 29.3.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(7)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006).

(8)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 873/2007 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 3).

(9)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament (KEE) Nru 3446/90 tal-Kummissjoni

(ĠU L 333, 30.11.1990, p. 39)

 

Regolament (KEE) Nru 1258/91 tal-Kummissjoni

(ĠU L 120, 15.5.1991, p. 15)

Artikolu 1 biss

Regolament (KE) Nru 3533/93 tal-Kummissjoni

(ĠU L 321, 23.12.1993, p. 9)

Artikolu 3 biss

Regolament (KE) Nru 1913/2006 tal-Kummissjoni

(ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52)

Artikolu 15 biss


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 3446/90

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1), frażi tal-bidu

Artikolu 2(1), frażi tal-bidu

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1), punt (a)

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż

Artikolu 2(1), punt (b)

Artikoli 2(2) sa (5)

Artikoli 2(2) sa 5

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu, l-ewwel frażi

Artikolu 4(3), ir-raba’ subparagrafu, it-tieni frażi

Artikolu 4(3), ir-raba’ subparagrafu, it-tieni frażi

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2), frażi tal-bidu u l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 5(2)

Artikoli 5(3), (4) u (5)

Artikoli 5(3), (4) u (5)

Artikoli 6, 7 u 8

Artikoli 6, 7 u 8

Artikoli 9(1), (2) u (3)

Artikoli 9(1), (2) u (3)

Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu u l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(4), it-tielet subparagrafu, kliem tal-bidu u l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 9(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(5)

Artikoli 10, 11 u 12

Artikoli 10, 11 u 12

Artikoli 13(1) sa (4)

Artikoli 13(1) sa (4)

Artikolu 13(5), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu u punt (a) u (b)

Artikolu 13(5), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu u punt (a) u (b)

Artikolu 13(5), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 13(5), l-ewwel subparagrafu, punt (c), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artiklu 13(5), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 13(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu, punt (ċ)

Artikolu 13(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(7)

Artikolu 13(7)

Artikoli 14 u 15

Artikoli 14 u 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17

Artikolu 17, it-tieni subpargarafu

Anness

Anness I

Anness II