ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
21 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 1530/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta’ Ottubru 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2007 ta’ l-10 Diċembru 2007 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan

2

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1532/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta’ ross li joriġina fil-Bangladexx

19

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1533/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007, rigward l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1534/2007 ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

33

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1536/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju definittiv ta’ l-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti biks tal-magnesia li joriġinaw, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

42

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1537/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jippervedi l-għoti ta’ rimunerazzjoni ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għal tonn imwassal għand l-industrija ta’ l-iproċċessar tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2007

46

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1538/2007 ta ’l-20 ta’ Diċembru 2007 ir-Regolament (KE) Nru 327/1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur

49

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1539/2007 ta ’l-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2007/2008

50

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1540/2007 ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2007/2008

52

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1541/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-prova ta’ l-ikkompletar ta’ formalitajiet doganali għall-importazzjoni taz-zokkor f’pajjiżi terzi kif provdut bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999

54

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1542/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-proċeduri ta’ ħatt l-art u użin ta’ aringi, kavalli u sawrell

56

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

62

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1544/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2707/2000 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola f’ċerti stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni

64

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1545/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-kwantità komplimentarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008

67

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1546/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ miżuri għall-bejgħ ta’ krema, butir u butir konċentrat fis-suq Komunitarju

68

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika ta’ Cape Verde mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

70

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1548/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art irtirata mill-produzzjoni għall-ksib ta’ materja prima

71

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2007 ta’ l-20 Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

75

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1550/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

79

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1551/2007 ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

85

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1552/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

87

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1553/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

89

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1554/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

90

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

91

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1556/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

94

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1557/2007 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

98

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/76/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb bħala sustanzi attivi ( 1 )

100

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/858/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2007 li taħtar il-President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u s-Supplenti tiegħu

105

 

 

2007/859/KE

 

*

Deċiżjoni tal-kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ tal-manjoka

106

Protokoll li jemenda l-ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn ir-renju tat-Tajlandja u l-Komunità ekonomika ewropea dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ tal-manjoka

108

 

 

2007/860/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu

111

 

 

2007/861/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

113

Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

114

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/862/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Ungerija u fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6158)  ( 1 )

119

 

 

2007/863/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007 li tagħti deroga mitluba mir-Renju Unit rigward l-Irlanda ta’ Fuq skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6281)

122

 

 

2007/864/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fil-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6490)  ( 1 )

127

 

 

2007/865/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fil-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6494)  ( 1 )

129

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/1


DEĊIŻJONI Nru 1530/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta’ Ottubru 2007

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta b’diżastri.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista' jiġi mobilizzat.

(4)

Il-Ġermanja u Franza ressqu applikazzjonijiet sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, fir-rigward ta' żewġ diżastri kkawżati minn maltemplata kbira u minn ċiklun tropikali rispettivament,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 172 195 985 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 24 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


REGOLAMENTI

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/2


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1531/2007

ta’ l-10 Diċembru 2007

dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim tas-Sħubija u l-Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u r-Repubblika tal-Każakistan (1), jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar għandu jkun suġġett għal ftehim speċifiku dwar arranġamenti kwantitattivi.

(2)

Il-Ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakistan fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar (2) konkluż fid-19 ta’ Lulju 2005 skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. Fl-2007, miżuri awtonomi stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1870/2006 (3) rregolaw il-kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Każakistan.

(3)

Iż-żewġ Partijiet għandhom il-ħsieb li jikkonkludu Ftehim ġdid għall-2008 u għas-snin sussegwenti.

(4)

Sa meta jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi għas-sena 2008.

(5)

Ladarba l-kondizzjonijiet li wasslu għall-iffissar tal-limiti kwantitattivi għall-2007 baqgħu fil-biċċa l-kbira fis-seħħ, huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi għall-2008 fuq l-istess livell bħal dak ta’ l-2007.

(6)

Huwa meħtieġ li jkun hemm il-mezzi sabiex dan ir-reġim jiġi amministrat fil-Komunità b’tali mod li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid billi jkunu previsti dispożizzjonijiet simili kemm jista’ jkun possibbli.

(7)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tiġi vverifikata u li għal dan il-għan jitwaqqfu metodi adatti ta’ koperazzjoni amministrattiva.

(8)

Il-prodotti li jitpoġġew f’żona libera jew li jkunu importati taħt arranġamenti li jirregolaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni) m’għandhomx jiġu attribwiti għal-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni.

(9)

L-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament teħtieġ l-introduzzjoni ta’ kriterju għal liċenzja ta’ l-importazzjoni tal-Komunità sabiex il-prodotti in kwistjoni jkunu jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

(10)

Sabiex ikun żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta’ amministrazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta’ l-importazzjoni qabel ma jkollhom konferma mill-Kummissjoni li jibqgħu disponibbli ammonti adegwati fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan.

2.   Il-prodotti ta’ l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I.

3.   Il-klassifikazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4).

4.   L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skond ir-regoli li hemm fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 2

1.   L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta’ l-azzar elenkati fl-Anness I li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità li joriġinaw mir-Repubblika tal-Każakistan għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini, kif stipulat fl-Anness II u ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni li tinħareġ mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

2.   Sabiex ikun żgurat li l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ma jkunux jeċċedu f’kull żmien il-limiti kwantitattivi sħaħ għal kull grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji ta’ l-importazzjoni biss jekk ikollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp tal-prodott rilevanti tal-prodotti ta’ l-azzar fir-rigward tal-pajjiż fornitur, li għal dawn l-importatur jew l-importaturi jkunu ssottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet imsemmija.

3.   L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V. Il-ġarr tal-prodotti għandu jitqies li jkun seħħ fid-data li fiha dawn ikunu tgħabbew fuq il-mezzi ta’ ġarr ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m’għandhomx japplikaw għall-prodotti li jkunu tpoġġew f’żona libera jew f’maħżen ħieles jew li jkunu ġew importati taħt l-arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar attiv (sistema ta’ sospensjoni).

2.   Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 sussegwentement jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara x-xogħol jew l-ipproċessar, għandu jkun applikabbli l-Artikolu 2(2) u l-prodotti li jiġu rilaxxati għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 4

1.   Għall-għan sabiex ikun applikat l-Artikolu 2(2), qabel jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness IV għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet li jkollhom għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, appoġġjati mil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tavża jekk l-ammont(i) meħtieġ(a) ta’ kwantitajiet ikunux disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha din tirċievi l-avviżi ta’ l-Istati Membri (“fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

2.   It-talbiet inklużi fl-avviżi lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk dawn jistabbilixxu b’mod ċar f’kull każ il-pajjiż esportatur, il-kodiċi tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li għandhom ikunu importati, in-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li se jitpoġġew f’ċirkolazzjoni libera.

3.   Kemm jista’ jkun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma ma’ l-awtoritajiet l-ammont sħiħ muri fit-talbiet li jkunu ġew innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw lill-Kummissjoni minnufih wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar kull kwantità li ma tintużax matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu ttrasferiti b’mod awtomatiku fil-kwantitajiet li jibqa’ tal-limitu kwantitattiv sħiħ tal-Komunità għal kull grupp tal-prodott.

5.   In-notifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fin-netwerk integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm għal raġunijiet tekniċi ta’ bilfors ma jkunx meħtieġ li temporanjament jintużaw mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

6.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond l-Artikoli 12 sa 16.

7.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar kull tħassir ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà, f’każijiet fejn il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni li jikkorrispondu jkunu tneħħew jew ġew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ikunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakitsan dwar it-tneħħija jew it-tħassir ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew importati fil-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jiġu attribwiti għal-limitu kwantitattiv rilevanti stipulat fl-Anness V.

Artikolu 5

1.   Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti elenkati fl-Anness I li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakistan ikunu nġarru, għaddew minn rotot oħra jew ikunu ġew importati mod ieħor fil-Komunità bi ksur tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-ħtieġa sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, din għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim fuq l-aġġustament meħtieġ tal-limiti kwantitattivi li jikkorrispondu li għandhom isiru.

2.   Kif appena joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lir-Repubblika tal-Każakistan sabiex tieħu l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkunu ġew miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu.

3.   Jekk il-Komunità u r-Repubblika tal-Każakistan ma jaslux għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li jkun hemm xhieda ċara ta’ ksur, din għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakistan.

Artikolu 6

1.   Liċenzja ta’ l-esportazzjoni (li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan) għandha tkun meħtieġa għal kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-azzar li tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V sal-livell ta’ dawn il-limiti.

2.   L-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-importatur sabiex tkun tista’ tinħareġ il-liċenzja ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 7

1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta’ oġġetti in kwistjoni kienet attribwita għal-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp tal-prodott ikkonċernat.

2.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fl-Anness I.

Artikolu 8

L-esportazzjonijiet għandhom jiġu attribwiti għal-limiti kwantitattivi rilevanti stipulati fl-Anness V u jinġarru fis-sens ta’ l-Artikolu 2(3).

Artikolu 9

1.   Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tinkludi fiha kopji żejda murija sew bħala tali. Il-liċenzja ta’ esportazzjoni u l-kopji tagħhom kif ukoll iċ-ċertifikati ta’ l-oriġini u l-kopji tagħhom għandhom jimtlew bl-Ingliż.

2.   Jekk id-dokumenti msemmija fuq jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu bil-linka u b’ittri kbar.

3.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikollhom qies ta’ 210 × 297 mm. Il-karta għandha tkun bajda tal-kitba, skond il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpa mekkanika u tkun tiżen inqas minn 25 g/m2. Fl-isfond ta’ kull parti għandu jkun hemm stampat ix-xbieha ta’ guilloche. Dan għandu jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

4.   Skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament l-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala validi għall-importazzjoni.

5.   Kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandhom ikollhom fuqhom numru tas-serje standardizzat, kemm jekk ikun stampat jew le, li bih dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati mill-ewwel.

6.   In-numru ta’ serje għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż li qed jesporta, kif ġej:

KZ

=

Repubblika tal-Każakistan

żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba, kif ġej:

BE

=

Belġju

BG

=

Bulgarija

CZ

=

Repubblika Ċeka

DK

=

Danimarka

DE

=

Ġermanja

EE

=

Estonja

GR

=

Greċja

ES

=

Spanja

FR

=

Franza

IE

=

Irlanda

IT

=

Italja

CY

=

Ċipru

LV

=

Latvja

LT

=

Litwanja

LU

=

Lussemburgu

HU

=

Ungerija

MT

=

Malta

NL

=

Olanda

AT

=

Awstrija

PL

=

Polonja

PT

=

Portugall

RO

=

Rumanija

SI

=

Slovenja

SK

=

Slovakkja

FI

=

Finlandja

SE

=

Iżvezja

GB

=

Renju Unit,

numru b’figura waħda li jkun juri s-sena tal-kwota li tikkorrispondi għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż “4” għas-sena 2004;

numru b’żewġ figuri li jkun juri l-uffiċċju li jkun qed joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż li jesporta;

numru b’ħames figuri bejn 00 001 sa 99 999 li jiġi allokat għall-Istat Membru speċifiku tad-destinazzjoni.

Artikolu 10

Il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tista’ tinħareġ wara l-ġarr tal-prodotti li magħhom din ikollha x’taqsam. F’dawn il-każijiet hi għandu jkollha l-konferma “maħruġa retrospettivament”.

Artikolu 11

F’każ li tinsteraq, tintilef jew tinqered il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument sabiex jakkwista duplikat tiegħu li għandu jsir fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ l-esportazzjoni li dan ikollu fil-pussess tiegħu.

Il-liċenzja duplikata li tinħareġ b’dan il-mod għandu jkollha fuqha l-konferma “duplikata”. Hija għandu jkollha fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali.

Artikolu 12

1.   Safejn il-Kummissjoni, konformement ma’ l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja ta’ l-importazzjoni f’mhux aktar minn ħamest jiem ta’ xogħol wara li l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li tikkorrispondi. Din il-preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena wara dik li fiha l-oġġetti koperti bil-liċenzja jkunu nġarru. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, irrispettivament mill-Istat Membru muri fuq il-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.

2.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq raġuni mmotivata kif suppost mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jestendu l-perjodu tal-validità għal perjodu ieħor li ma jkunx jeċċedi l-erba’ xhur.

3.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jitfasslu fug il-mudell stabbilit fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4.   Id-dikjarazzjoni jew it-talba li tkun saret mill-importatur sabiex jikseb il-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom jikkontjenu:

(a)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-esportatur;

(b)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ l-importatur;

(c)

id-deskrizzjoni eżatta ta’ l-oġġetti u l-kodiċi(jiet) TARIC;

(d)

il-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-oġġetti;

(e)

il-pajjiż tal-kunsinna;

(f)

il-grupp korrett tal-prodott u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni;

(g)

il-piż nett skond l-intestatura TARIC;

(h)

il-valur c.i.f. tal-prodotti fil-fruntieri tal-Komunità skond l-intestatura TARIC;

(i)

jekk il-prodotti kkonċernati humiex ta’ sekonda kwalità jew ta’ kwalità inferjuri;

(j)

fejn ikun il-każ, id-dati tal-ħlas u t-twassil u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

(k)

id-data u n-numru tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni;

(l)

kull kodiċi intern użat għal għanijiet amminstrattivi;

(m)

id-data u l-firma ta’ l-importatur.

5.   L-importaturi mhumiex obbligati li jimportaw il-kwantità sħiħa koperta minn liċenzja ta’ l-importazzjoni f’kunsinna waħda.

Artikolu 13

Il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandha tiddipendi mill-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u l-kwantitajiet murija fil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakistan, li fuq il-bażi ta’ dawn ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 14

Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u bla diskriminazzjoni lejn kull importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta’ l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, u mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kondizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli preżenti.

Artikolu 15

1.   Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa mir-Repubblika tal-Każakistan għal grupp partikolari tal-prodott ikunu ferm aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa minnufih sabiex jieqfu milli joħorġu aktar liċenzji ta’ l-importazzjoni. F’dan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mill-ewwel mill-Kummissjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw milli joħorġu aktar liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakistan li ma jkunux koperti bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6 sa 11.

Artikolu 16

1.   Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni muri fl-Anness III.

2.   Il-formoli tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-estratti tagħhom għandhom ikunu f’kopji duplikati, kopja minnhom immarkata “Kopja tal-pussessur” u jkollha n-numru 1 u tingħata lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità emittenti” li jkollha fuqha n-numru 2, li din għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2.

3.   Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li tkun libera minn kull polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jkun segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nfisha, għandu jkollha fl-isfond tagħha xbieha ta’ guilloche ta’ lewn aħmar li tirrendi kull falsifikazzjoni li tista’ ssir b’mezzi mekkaniċi jew kimikali viżibbli għall-għajn.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati minn stampaturi li jintgħażlu mill-Istat Membru li fih dawn ikunu stabbiliti. Fil-każ ta’ l-aħħar, ir-referenza għall-għażla mill-Istat Membru għandha tkun tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha fuqha l-identifikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li biha jkun jista’ jingħaraf l-istampatur.

5.   Meta jinħarġu, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru ta’ ħruġ li jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkun avżat lill-Kummissjoni b’mod elettroniku fin-netwerk integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

6.   Il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru emittenti.

7.   Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-grupp korrett tal-prodott ta’ l-azzar.

8.   Il-marki ta’ l-aġenziji emittenti u ta’ l-awtoritajiet addebitanti għandhom ikunu applikati bl-użu ta’ timbru. Madankollu, pressa ibbuzzata magħquda ma’ ittri jew figuri miksuba b’perforazzjoni, jew l-istampar fuq il-liċenzja jista’ jintuża minflok it-timbru ta’ l-awtorità emittenti. L-awtoritajiet emittenti għandhom jużaw kwalunkwe metodu kontra l-falsifikazzjoni sabiex il-kwantità allokata tiġi rreġistrata b’tali mod li jkun impossibbli li jitniżżlu figuri jew referenzi oħrajn.

9.   Il-parti ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jitniżżlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu tlestew il-formalitajiet ta’ l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġni ta’ estensjoni oħrajn li jkollhom fuqhom kaxxi li jkunu jixbhu lil dawk li jkun hemm fuq in-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet addebitanti għandhom jittimbraw b’tali mod li nofs il-marka tat-timbru tkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna ta’ estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta’ estensjoni, marka oħra ta’ timbru għandha titpoġġa bl-istess mod f’kull paġna u fil-paġna ta’ qabel.

10.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-estratti li jinħarġu, u t-tagħrif u l-konfermi li jitniżżlu fihom, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull Stat Membru bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-konfermi li jkunu saru mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.

11.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ikun indispensabbli, jitolbu sabiex il-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jiġu maqluba fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 196, 28.7.1999, p. 3.

(2)  ĠU L 232, 8.9.2005, p. 64.

(3)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1352/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 3).


ANNESS I

SA Prodotti ċatti rrumblati

SA1. Kolji

 

7208100000

 

7208250000

 

7208260000

 

7208270000

 

7208360000

 

7208370010

 

7208370090

 

7208380010

 

7208380090

 

7208390010

 

7208390090

 

7211140010

 

7211190010

 

7219110000

 

7219121000

 

7219129000

 

7219131000

 

7219139000

 

7219141000

 

7219149000

 

7225301000

 

7225303010

 

7225309000

 

7225401510

 

7225502010

SA2. Pjanċa Tqila

 

7208400010

 

7208512000

 

7208519100

 

7208519800

 

7208529100

 

7208521000

 

7208529900

 

7208531000

 

7211130000

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

 

7208400090

 

7208539000

 

7208540000

 

7208908010

 

7209150000

 

7209161000

 

7209169000

 

7209171000

 

7209179000

 

7209181000

 

7209189100

 

7209189900

 

7209250000

 

7209261000

 

7209269000

 

7209271000

 

7209279000

 

7209281000

 

7209289000

 

7209908010

 

7210110010

 

7210122010

 

7210128010

 

7210200010

 

7210300010

 

7210410010

 

7210490010

 

7210500010

 

7210610010

 

7210690010

 

7210701010

 

7210708010

 

7210903010

 

7210904010

 

7210908091

 

7211140090

 

7211190090

 

7211232010

 

7211233010

 

7211233091

 

7211238010

 

7211238091

 

7211290010

 

7211908010

 

7212101000

 

7212109011

 

7212200011

 

7212300011

 

7212402010

 

7212402091

 

7212408011

 

7212502011

 

7212503011

 

7212504011

 

7212506111

 

7212506911

 

7212509013

 

7212600011

 

7212600091

 

7219211000

 

7219219000

 

7219221000

 

7219229000

 

7219230000

 

7219240000

 

7219310000

 

7219321000

 

7219329000

 

7219331000

 

7219339000

 

7219341000

 

7219349000

 

7219351000

 

7219359000

 

7225401290

 

7225409000


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

СПИСЪК НА КОМПЕТЕНТНИТЕ НАЦИОНАЛНИ ОРГАНИ

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE AUTORITEITEN

WYKAZ WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

LISTA AUTORITĂȚILOR NAȚIONALE COMPETENTE

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

 

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral de l'économie, des PME, des classes moyennes et de l'énergie

Direction générale du potentiel économique

Service des licences

Rue de Louvain 44

B-1000 Bruxelles

Fax (32-2) 277 50 63

Federale Overheidsdienst Economie, KMO,

Middenstand & Energie

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Leuvenseweg 44

B-1000 Brussel

Fax (32-2) 277 50 63

 

БЪЛГАРИЯ

Министерство на икономиката и енергетиката

дирекция “Регистриране, лицензиране и контрол”

ул. “Славянска” № 8

1052 София

Факс: (359-2) 981 50 41

Fax:

(359-2) 980 47 10

(359-2) 988 36 54

 

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: (420) 224 21 21 33

 

DANMARK

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Fax: (45) 35 46 60 01

 

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle,

(BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn 1

Fax: (49) 6196 90 88 00

 

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Faks: + 372 631 3660

 

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Fax: + 353-1-631 25 62

 

ΕΛΛΑΔΑ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών,

Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Φαξ: (30-210) 328 60 94

 

ESPAÑA

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E-28046 Madrid

Fax: + 34-91 349 38 31

 

FRANCE

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des entreprises

Sous-direction des biens de consommation

Bureau textile-importations

Le Bervil

12, rue Villiot

F-75572 Paris Cedex 12

Fax (33) 153 44 91 81

 

ITALIA

Ministero delle Attività produttive

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

Viale America, 341

I-00144 Roma

Fax (39) 06 59 93 22 35/59 93 26 36

 

KYPROS

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ: (357) 22 37 51 20

 

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Fakss: + 371-728 08 82

 

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT-01104 Vilnius

Fax: + 370-5-26 23 974

 

LUXEMBOURG

Ministère de l'économie et du commerce extérieur

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax (352) 46 61 38

 

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax: (36-1) 336 73 02

 

MALTA

Diviżjoni għall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax: (356) 25 69 02 99

 

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax (31-50) 523 23 41

 

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Außenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax: (43-1) 7 11 00/83 86

 

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki

Plac Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

Polska

Fax: (48-22) 693 40 21/693 40 22

 

PORTUGAL

Ministério das Finanças e da Administração Pública

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua da Alfândega, n.o 5, r/c

P-1149-006 Lisboa

Fax: (+ 351) 218 81 39 90

 

ROMÂNIA

Ministerul pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale

Direcția Generală Politici Comerciale

Str. Ion Câmpineanu, nr. 16

București, sector 1

Cod poștal 010036

Tel.: (40-21) 315 00 81,

Fax: (40-21) 315 04 54

e-mail: clc@dce.gov.ro

 

SLOVENIJA

Ministrstvo za finance

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Spodnji plavž 6C

SI-4270 Jesenice

Faks (386-4) 297 44 56

 

SLOVENSKO

Odbor obchodnej politiky

Ministerstvo hospodárstva

Mierová 19

827 15 Bratislava 212

Slovenská republika

Fax: (421-2) 48 54 31 16

 

SUOMI/FINLAND

Tullihallitus

PL 512

FI-00101 Helsinki

Faksi + 358-20-492 28 52

Tullstyrelsen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

Fax.: + 358-20-492 28 52

 

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Fax (46-8) 30 67 59

 

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House — West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax + (44-1642) 36 42 69


ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(tunnellati metriċi)

Prodotti

Sena 2008

SA. Prodotti ċatti

SA1. Kolji

87 125

SA2. Pjanċa tqila

0

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

117 875


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/19


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1532/2007

tas-17 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta’ ross li joriġina fil-Bangladexx

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (1) jipprevedi għat-tnaqqis ta’ dazji ta’ importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet tar-ross li joriġina minn dan il-pajjiż. Dan it-tnaqqis jikkorrispondi, minn naħa waħda, għal ammonti ffissati fl-ecu u, min-naħa l-oħra, għal ammont ta’ l-aspett ta’ protezzjoni ta’ l-industrija previst fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2).

(2)

Mill-adozzjoni ta’ dan l-arranġament, saru ħafna emendi tar-regoli orizzontali applikabbli fil-qasam, mingħajr madankollu ma wasslu għall-emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90. Il-fatturi previsti fl-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament għall-kalkolu tad-dazji applikabbli fuq l-importazzjonijiet għandhom jiġu applikati b'kont meħud tar-regoli orizzontali konċernati, li joħloq ir-riskju ta’ interpretazzjonijiet diverġenti.

(3)

Iżjed partikolarment, id-dazji varjabbli fuq l-importazzjoni kienu konvertiti f'dazji tad-dwana mill-1 ta’ Luju 1995, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti tranżitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali (3).

(4)

Mill-1 ta’ Lulju 2006 tneħħiet in-nozzjoni ta’ “ammont ta’ protezzjoni ta’ l-industrija” permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li emenda r-Regolament 1785/2003 fir-rigward ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni tar-ross (4).

(5)

Il-mekkaniżmu ta’ “switch-over” introdott fl-1984 fis-sistema agrimonetarja Komunitarja, li kellha l-għan li jiġi evitat li jiġu żviluppati rati agrikoli ta’ kambju bl-istess mod tar-rati monetarji, tneħħa fl-1 ta’ Frar 1995 kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 150/95 tat-23 ta’ Jannar 1995 li emenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 dwar l-unità ta’ akkont u r-rati ta’ konverżjoni li għandhom jiġu applikati fl-ambitu tal-politika agrikola komuni (5). Meta r-Regolament (KEE) Nru 3813/92 ġie mħassar mill-1 ta’ Jannar 1999 mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-ewro (6), il-prezzijiet u l-ammonti previsti mill-politika agrikola komuni (PAK), espress fl-ecu, ġew miżjuda b'mod parallel bl-applikazzjoni ta’ fattur korrettiv ta’ 1,207509, sabiex jiġi newtralizzat ir-ritorn għal livell reali tar-rati ta’ kambju fil-munità nazzjonali użati fl-ambitu tal-PAK, u l-istess koeffiċjent ta’ 1,207509 ġie għalhekk applikat mill-1 ta’ Frar 1995 lill-ammonti previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3491/90.

(6)

Konsegwentement huwa meħtieġ li jiġi adattat ir-Regolament (KEE) Nru 3491/90 sabiex jiġi stabbilit b'mod ċar liema huma l-aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tad-dazji ta’ importazzjoni applikabbli għar-ross li joriġina mill-Bangladexx importat taħt dak ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3491/90 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Bangladexx u fil-limiti tal-kwantitajiet previsti f'Artikolu 2, id-dazju ta’ l-importazzjoni applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ ross li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 10 (eskluż il-kodiċi NM 1006 10 10), 1006 20 u 1006 30 hu l-istess:

għar-ross għadu fil-ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 10, ħlief għall-kodiċi NM 1006 10 10, għad-dazji tad-dwana ffissati fit-tariffa komuni tad-dwana, imnaqqsa b'50 % u b'ammont ieħor ta’ EUR 4.34;

għar-ross bla ħliefa li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 20, għad-dazju ffissat skond l-Artikolu 11a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (*), imnaqqas b'50 % u b'ammont ieħor ta’ EUR 4.34;

għar-ross nofsu mitħun jew ross mitħun kollu li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 30, għad-dazju ffissat skond l-Artikolu 11c tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, imnaqqas b’ EUR 16.78, b'50 % oħra u b'EUR 6.52

(*)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006.”"

(2)

l-Artikolu 2(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, it-terminu “dazju” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “dazju fuq l-importazzjoni”;

(b)

it-tieni subparagrafu għandu jinbidel minn dan li ġej:

“Il-kwantitajiet fl-istadji tat-tħin diversi mill-istadju tar-ross bla ħliefa għandhom jiġu konvertiti bl-użu tar-rati ta’ konverżjoni ffissati fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 467/67/KEE tal-21 ta’ Awissu 1967 li jiffissa ir-rati ta’ konverżjoni, l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar u l-valur tal-prodotti derivati għall-istadji varji ta’ l-ipproċessar tar-ross (4).”;

(3)

in-nota 4 ta’ qiegħ il-paġna għandha tiġi emendata kif ġej:

“(4)

ĠU 204, 24.8.1967, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2325/88 (ĠU L 202, 27.7.1988, p. 41).”;

(4)

l-Artikolu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 3

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 337, 4.12.1990, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 25.6.1976, p. 1. Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 3072/95 (ĠU L 329, 30.12.1995, p. 18).

(3)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 1340/98 (ĠU L 184, 27.6.1998, p. 1).

(4)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 22, 31.1.1995, p. 1.

(6)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1533/2007

tas-17 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007, rigward l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta’ l-istokkijiet ta’ merluzz (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 (3) jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità għal ċerti ħażniet ta’ ħut li jgħixu fil-baħar fond.

(2)

Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal ta’ l-Atlantiku (NEAFC) fil-laqgħa straordinarja tagħha f'Ġunju 2007 iddeċidiet li testendi r-rakkomandazzjonijiet dwar projbizzjoni fuq is-sajd għall-Orange roughy fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC matul it-tieni nofs ta’ l-2007. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-liġi Komunitarja.

(3)

Il-kondizzjonijiet li japplikaw għas-sajd f'ċerti żoni jeħtieġ li jiġu ċċarati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-Ftehim tad-19 ta’ Diċembru 1966 bejn in-Norveġja, id-Danimarka u l-IŻvezja dwar l-aċċess reċiproku għas-sajd fl-Iskagerrak u l-Kattegat. Għalhekk jeħtieġ li ssir emenda.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 (4) jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċertu ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid.

(5)

Wara konsultazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Islanda fit-28 ta’ Marzu 2007, intlaħaq arranġament dwar il-kwoti għall-bastimenti Islandiżi li jistgħu jinqabdu mill-kwota Komunitarja li ġiet allokata skond il-Ftehim tagħha mal-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Groenlandja qabel it-30 ta’ April 2007 u għal bastimenti Komunitarji li jistadu għar-Redfish fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ l-Islanda bejn Lulju u Diċembru. Dan l-arranġament għandu jiġi implimentat fil-liġi Komunitarja.

(6)

Il-kondizzjonijiet li japplikaw għas-sajd f'ċerti żoni għal għadd ta’ TACs jeħtieġ li jiġu ċċarati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-Ftehim tad-19 ta’ Diċembru 1966 bejn in-Norveġja, id-Danimarka u l-IŻvezja dwar l-aċċess reċiproku għas-sajd fl-Iskagerrak u l-Kattegat. Għalhekk jeħtieġ li ssir emenda.

(7)

Fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (5), għandu jiġi ċċarat l-istatus xjentifiku ta’ ċerti ħażniet.

(8)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 847/96, meta aktar minn 75 % tat-TAC prekawzjonali tiġi utilizzata qabel il-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ l-applikazzjoni tagħha, Stat Membru bi kwota għall-ħażna li għaliha tkun ġiet ifissata t-TAC jista’ jitlob żieda fit-TAC. Talba bħal cin mill-Olanda tqieset bħala ġustifikata fir-rigward tal-Barbun Imperjali u l-Partun fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV u għandha tiġi implimentata.

(9)

Wara konsultazzjonijiet bil-miktub bejn il-Komunità u l-Gżejjer Faroe, intlaħaq qbil dwar l-aċċess fir-rigward ta’ l-Aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni I u II ta’ l-ICES. Dan l-arranġament għandu jiġi implimentat fil-liġi Komunitarja.

(10)

Skond il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija għas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Groenlandja (6), ammont addizzjonali ta’ ħalibatt ta’ Greenland ġie allokat lill-Komunità fil-Lvant tal-Groenlandja fl-2007. Dan l-arranġament għandu jiġi implimentat fil-liġi Komunitarja.

(11)

Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Grigal ta’ l-Atlantiku (NEAFC) fil-laqgħa straordinarja tagħha f'Ġunju 2007 adottat rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC fl-2007 għar-Redfish f'ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II ta’ l-ICES. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu implimentati fil-liġi Komunitarja.

(12)

Il-kondizzjonijiet għal bastimenti ssostitwiti jew irtirati fir-rigward ta’ l-allokazzjoni ta’ jiem addizzjonali għall-waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu ċċarati, peress li r-referenza għal ċerti bastimenti kkonċernati mil-limitazzjonijiet ta’ l-isforz tas-sajd hija indikata b'mod inkorrett.

(13)

Id-deroga mill-ħtiġiet ta’ tnissil fl-Annessi IIA, IIB u IIC għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għal bastimenti mgħammra b'sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti fir-rigward tal-messaġġi dwar l-isforzi tas-sajd għandha tiġi ċċarata.

(14)

It-titolu ta’ l-Anness IIB għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu jiġi korrett sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ l-ambitu ta’ dak l-Anness.

(15)

L-indikazzjoni tat-tul ta’ l-irkaptu passiv għandu jinbidel minn 2.5 kilometri għal 5 mili nawtiċi sabiex jiġi żgurat li s-sikurezza fil-manipular tax-xbieki ma tkunx imxekkla fid-dawl tar-regoli eżistenti għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 356/2005 ta’ l-1 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u xbieki tat-tkarkir bit-travu (7) u ċerti regoli speċifiċi dwar l-użu ta’ l-għeżula tal-garġi.

(16)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 għandhom għaldaqstant jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006

Il-Parti 2 ta’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006 għandha tiġi emendata skond Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 41/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa b’ dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Limiti ta’ l-aċċess

1.   L-ebda sajd minn bastimenti tal-Komunità m'għandu jsir fi Skagerrak fil-limiti ta’ 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tan-Norveġja. Madankollu, il-bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka jew l-IŻvezja għandhom jitħallew jistadu sa erba' mili mil-linji bażi tan-Norveġja.

2.   Is-sajd b’bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-Islanda għandu jkun limitat għaż-żona definita bil-linji dritti li sekwenzjalment jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

 

Żona tal-Lbiċ

1.

63°12′N u 23°05′W minn 62°00′N u 26°00′W,

2.

62°58′N u 22°25′W,

3.

63°06′N u 21°30′W,

4.

63°03′N u 21°00′W minn hemm 180°00′S;

 

Żona tax-Xlokk

1.

63°14′N u 10°40′W,

2.

63°14′N u 11°23′W,

3.

63°35′N u 12°21′W,

4.

64°00′N u 12°30′W,

5.

63°53′N u 13°30′W,

6.

63°36′N u 14°30′W,

7.

63°10′N u 17°00′W minn hemm 180°00′S.”

(2)

L-Annessi IA, IB, IIA, IIB, IIC u III għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandhom jiġu emendati skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 441/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 28).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 754/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 26).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1.) Ir-Regolament tal-Kummissjoni kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

(5)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(6)  ĠU L 172, 30.6.2007, p.4.

(7)  ĠU L 56, 2.3.2005, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1805/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 12).


ANNESS I

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006, il-Parti 2 hija b' dan emendata kif ġej:

(1)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Roundnose grenadier fiż-żona IIIa ta' l-ICES u fl-ilmijiet Komunitarji ta' ta' IIIbcd għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

IIIa u l-ilmijiet Komunitarji ta' IIIbcd

Sena

2007

2008

Danimarka

1 002

946

Ġermanja

6

5  (1)

Żvezja

52

49

KE

1 060

1 000

 

(2)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Orange roughy fiż-żona VI ta' l-ICES (ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

VI (ilmijiet Komunitarji)

Sena

2007

2008

Spanja

6

4

Franza

33

22

Irlanda

6

4

Renju Unit

6

4

KE

51

34 ”

 

(3)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Orange roughy fiż-żona VII ta' l-ICES (ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Orange roughy

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

VII (ilmijiet Komunitarji)

Sena

2007

2008

Spanja

1

1

Franza

147

98

Irlanda

43

29

Renju Unit

1

1

Oħrajn (2)

1

1

KE

193

130

 

(4)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi ta' Orange roughy fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XI, XII u XIV ta' ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

L-ilmijiet Komunitarji ta' I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XI, XII u XIV

Sena

2007

2008

Spanja

4

3

Franza

23

15

Irlanda

6

4

Portugall

7

5

Renju Unit

4

3

KE

44

30 ”

 


(1)  Il-kwota tista' tinstad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIa, IIIb, IIIc u IIId ta' l-ICES biss.”

(2)  Esklussivament għal qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota.”


ANNESS II

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness IA:

(a)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Lipp fiż-żona IIIa ta' l-ICES u l-ilmijiet tal-KE fiż-żoni IIIb, IIIc u IIId ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Lipp

Molva molva

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId

LIN/03.

Belġju

8  (1)

TAC Prekawzjonali
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Danimarka

62

Ġermanja

8  (1)

Żvezja

24

Renju Unit

8  (1)

KE

109

(b)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Awwista tan-Norveġja fiż-żona IIIa ta' l-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Awwista tan-Norveġja

Nephrops norvegicus

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId

NEP/3A/BCD

Danimarka

3 800

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Ġermanja

11  (2)

Żvezja

1 359

KE

5 170

TAC

5 170

(ċ)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Awwista tan-Norveġja fiż-żona VII ta' l-ICES għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Awwista tan-Norveġja

Nephrops norvegicus

Żona

:

VII

NEP/07.

Spanja

1 509

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Franza

6 116

Irlanda

9 277

Renju Unit

8 251

KE

25 153

TAC

25 153 ”

(d)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Awwista tan-Norveġja fiż-żona VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe ta' l-ICES għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Speċi

:

Awwista tan-Norveġja

Nephrops norvegicus

Żona

:

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

NEP/8ABDE.

Spanja

259

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Franza

4 061

KE

4 320

TAC

4 320 ”

(e)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi ta' Barbun Imperjali u Partun fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Barbun Imperjali u Partun

Psetta maxima u Scopthalmus rhombus

Żona

:

L-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

T/B/2AC4-C

Belġju

386

TAC Prekawzjonali
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Danimarka

825

Ġermanja

211

Franza

99

Olanda

2 923

Żvezja

6

Renju Unit

813

KE

5 263

TAC

5 263 ”

(f)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Lingwata komuni fiż-żona IIIa ta' l-ICES u fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIc u IIId ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Lingwata komuni

Solea solea

Żona

:

IIIa, l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId

SOL/3A/BCD

Danimarka

755

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Ġermanja

44  (3)

Olanda

73  (3)

Żvezja

28

KE

900

TAC

900

(g)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Mazzola griża fiż-żona IIIa ta' l-ICES; fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Mazzola griża

Squalus acanthias

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta' I, V, VI, VII, VIII, XII u XIV

DGS/135X14

KE

2 828  (4)

TAC Prekawzjonali
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

TAC

2 828

(h)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Norway pout fiż-żona IIIa ta' l-ICES u fl-ilmijiet Komunitarji taż-żoni IIa u IV ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Norway pout

Trisopterus esmarki

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

NOP/2A3A4.

Danimarka

0

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Ġermanja

0  (5)

Olanda

0  (5)

KE

0

Norveġja

1 000  (6)  (7)

TAC

Mhux rilevanti

2)

Fl-Anness IB:

(a)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Aringi fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni I u II ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Ilmijiet tal-KE u dawk Internazzjonali ta’ I u II

HER/1/2.

Belġju

30

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Danimarka

28 550

Ġermanja

5 000

Spanja

94

Franza

1 232

Irlanda

7 391

Olanda

10 217

Polonja

1 445

Portugall

94

Finlandja

442

Żvezja

10 580

Renju Unit

18 253

KE

83 328

Norveġja

74 995  (8)

Gżejjer Faroe

10 834  (8)

TAC

1 280 000


Kondizzjonijiet speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni speċifikati:


 

L-ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta' 62° N u ż-żona ta' sajd madwar Jan Mayen

(HER/*2AJMN)

Belġju

30  (9)

Danimarka

28 550  (9)

Ġermanja

5 000  (9)

Spanja

94  (9)

Franza

1 232  (9)

Irlanda

7 391  (9)

Olanda

10 217  (9)

Polonja

1 445  (9)

Portugall

94  (9)

Finlandja

442  (9)

Żvezja

10 580  (9)

Renju Unit

18 253  (9)


 

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faroe ta' II u Vb, fit-Tramuntana ta’ 62°

(HER/*25B-F)

Belġju

3

Danimarka

3 712

Ġermanja

650

Spanja

12

Franza

159

Irlanda

960

Olanda

1 329

Polonja

187

Portugall

12

Finlandja

56

Żvezja

1 374

Renju Unit

2 374

(b)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Capelin fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Capelin

Mallotus villosus

Żona

:

L-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV

CAP/514GRN

L-Istati Membri kollha

0

 

KE

28 490  (10)  (11)

TAC

Mhux rilevanti

(ċ)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Ħalibatt ta' Greenland fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Ħalibatt ta' Greenland

Reinhardtius hippoglossoides

Żona

:

L-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV

GHL/514GRN

Ġermanja

6 718

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Renju Unit

353

KE

7 946  (12)

TAC

Mhux rilevanti

(d)

L-iskrizzjoni li ġejja dwar l-ispeċi Redfish fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II ta' l-ICES għandha tiddaħħal wara l-iskrizzjoni dwar ir-Redfish fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II:

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

L-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II ta' l-ICES

RED/1/2INT

KE

Mhux rilevanti (13)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

TAC

15 500  (14)

(e)

L-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Redfish fl-ilmijiet ta' l-Islanda fiż-żona Va ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Speċi

:

Redfish

Sebastes spp.

Żona

:

L-ilmijiet ta' l-Islanda ta' Va

RED/05A-IS

Belġju

100  (15)  (16)

 

Ġermanja

1 690  (15)  (16)

Franza

50  (15)  (16)

Renju Unit

1 160  (15)  (16)

KE

3 000  (15)  (16)

TAC

Mhux rilevanti

3)

Fl-Anness IIA:

(a)

Il-punt 10.1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“10.1.

Għadd ta' jiem addizzjonali li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żona fejn ikollu abbord kwalunkwe rkaptu msemmi fil-punt 4.1 jista' jkun allokat lil Stati Membri mill-Kummissjoni abbażi tal-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2002. L-isforz magħmul fl-2001, imkejjel f'jiem kilowatt, tal-bastimenti rtirati li jużaw l-irkaptu rilevanti fiż-żona rilevanti għandu jinqasam bl-isforz magħmul mill-bastimenti kollha li użaw dak l-irkaptu fl-2001. L-għadd ta' jiem addizzjonali mbagħad jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-proporzjon li tirriżulta, bl-għadd ta' jiem li kienu ġew allokati oriġinarjament.

Kwalunkwe parti ta’ jum li tirriżulta minn dan il-kalkolu għandha tiġi aġġustata għall-eqreb jum sħiħ. Dan il-punt m'għandux japplika fejn bastiment ġie mibdul skond il-punt 5.1 jew meta l-irtirar ikun diġà intuża fi snin preċedenti biex jinkisbu jiem miżjuda fuq il-baħar.”

(b)

Il-punt 22 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“22.   Messaġġi dwar l-isforz tas-sajd

B'deroga għall-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru ta' ħażniet ta' merluzz (*), il-bastimenti mgħammra b'sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti skond l-Artikolu 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003 għandhom jiġu esklużi mill-ħtiġiet ta' tnissil stipulati fl-Artikolu 19c tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93.

(*)  ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8.”"

4)

Fl-Anness IIB:

(a)

It-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-ISFORZI TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI FIL-KUNTEST TA' L-IRKUPRU TA' ĊERTI ĦAŻNIET TA' MARLOZZ TAN-NOFSINHAR U AWWISTA TAN-NORVEĠJA FIŻ-ŻONI VIIIc U IXa, ĦLIEF IL-GOLF TA' CADIZ”.

(b)

Il-punt 9,1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“9.1.

Għadd ta' jiem addizzjonali li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żona fejn jkollu abbord kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' l-irkaptu tas-sajd imsemmija fil-punt 3 jista' jkun allokat lil Stati Membri mill-Kummissjoni abbażi tal-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li saru mill-1 ta’ Jannar 2004 jew skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 jew li jirriżultaw minn ċirkostanzi oħrajn debitament motivati mill-Istati Membri. Kwalunkwe bastiment li jista' juri li tneħħa b'mod definit miż-żona jista' wkoll ikun ikkunsidrat. L-isforz li sar fl-2003 mkejjel f'jiem kilowatt, tal-bastimenti rtirati li jużaw l-irkaptu inkwistjoni fiż-żona rilevanti għandu jiġi diviż bl-isforz magħmul mill-bastimenti kollha li użaw dak l-irkaptu tul l-istess sena. L-għadd ta' jiem addizzjonali mbagħad jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-proporzjon li tirriżulta, bin-numru ta' jiem li kienu ġew allokati oriġinarjament. Kwalunkwe parti ta’ jum li tirriżulta minn dan il-kalkolu għandha tiġi aġġustata għall-eqreb jum sħiħ. Dan il-punt m'għandux japplika fejn bastiment ġie mibdul skond il-punt 4.1 jew meta l-irtirar ikun diġà intuża fi snin preċedenti biex jinkisbu jiem miżjuda fuq il-baħar.”

(ċ)

Il-punt 17 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“17.   Messaġġi dwar l-isforz tas-sajd

L-Artikoli 19b, 19c, 19d, 19e u 19k tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom japplikaw għall-bastimenti li jġorru abbord gruppi ta' rkaptu tas-sajd definit fil-punt 3 ta' dan l-Anness u joperaw fiż-żona definita fil-punt 1 ta' dan l-Anness. Bastimenti mgħammra b’sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti skond l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003 għandhom ikunu esklużi mill-ħtiġiet ta' tnissil stipulati fl-Artikolu 19c tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93.”

5)

Fl-Anness IIC:

(a)

Il-punt 9.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.1.

Għadd ta' jiem addizzjonali li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żona fejn jkollu abbord kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' l-irkaptu tas-sajd imsemmija fil-punt 3 jista' jkun allokat lil Stati Membri mill-Kummissjoni abbażi tal-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li saru mill-1 ta’ Jannar 2004 jew skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 jew li jirriżultaw minn ċirkostanzi oħrajn debitament motivati mill-Istati Membri. Kwalunkwe bastiment li jista' juri li tneħħa b'mod definit miż-żona jista' wkoll ikun ikkunsidrat. L-isforz li sar fl-2003 mkejjel f'jiem kilowatt, tal-bastimenti rtirati li jużaw l-irkaptu inkwistjoni fiż-żona rilevanti għandu jiġi diviż bl-isforz magħmul mill-bastimenti kollha li użaw dak l-irkaptu tul l-istess sena. L-għadd ta' jiem addizzjonali imbagħad jiġi kkalkolat permezz tal-multiplikazzjoni tal-proporzjon li tirriżulta, bl-għadd ta' jiem li kienu ġew allokati oriġinarjament. Kwalunkwe parti ta’ jum li tirriżulta minn dan il-kalkolu għandha tiġi aġġustata għall-eqreb jum sħiħ. Dan il-punt m'għandux japplika fejn bastiment ġie mibdul skond il-punt 4.1 jew meta l-irtirar ikun diġà intuża fi snin preċedenti biex jinkisbu jiem miżjuda fuq il-baħar.”

(b)

Il-punt 16 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“16.   Messaġġi dwar sforzi tas-sajd

L-Artikoli 19b, 19c, 19d, 19e u 19k tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom japplikaw għall-bastimenti li jġorru abbord gruppi ta' rkaptu tas-sajd definit fil-punt 3 ta' dan l-Anness u joperaw fiż-żona definita fil-punt 1 ta' dan l-Anness. Bastimenti mgħammra b’sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti skond l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003 għandhom ikunu esklużi mill-ħtiġiet ta' tnissil stipulati fl-Artikolu 19c tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93.”

6)

Fl-Anness III:

Il-punt 9.4(a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Għeżula tal-garġi b'qies il-malji daqs jew akbar minn 120 mm u anqas minn 150 mm, sakemm ma jintużawx f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, ikunu ta' mhux aktar minn 100 malja fond, għandhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0.5, u huma armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 5 mili nawtiċi fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu fl-ilma għandu jkun ta' 24 siegħa; jew”.


(1)  Il-kwota tista' tinstad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIa, IIIb, IIIc u IIId ta' l-ICES biss.”

(2)  Il-kwota tista' tinstad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIa, IIIb, IIIc u IIId ta' l-ICES biss.”

(3)  Il-kwota tista' tinstad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIa, IIIb, IIIc u IIId ta' l-ICES biss.”

(4)  Id-Danimarka u l-IŻvezja biss jistgħu jistadu fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IIIa ta' l-ICES”

(5)  Il-kwota tista' tinstad fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa, IIIa, u IV ta' l-ICES biss.

(6)  Din il-kwota tista’ tinstad fiż-żona ta' l-ICES VIa fit-Tramuntana ta’ 56° 30' N.

(7)  Bħala qabdiet inċidentali biss.”

(8)  Il-qabdiet meħuda minn din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja u tal-Gżejjer Faroe (kwota ta' aċċess). Din il-kwota tista’ tinstad fl-ilmijiet tal-KE fit-Tramuntana ta’ 62° N.

(9)  Meta t-total tal-qabdiet ta' l-Istati Membri kollha jkun laħaq 74 995 tunnellata, m'għandu jkun permess l-ebda qbid ulterjuri.”

(10)  Li minnhom 28 490 tunnellata huma allokati lill-Islanda.

(11)  Għandu jinstad qabel it-30 ta’ April 2007.”

(12)  Li minnhom 800 tunnellata huma allokati lin-Norveġja u 75 tunnellata lill-Gżejjer Faroe.”

(13)  L-attivitajiet tas-sajd għandhom ikunu limitati għal dawk il-bastimenti li qabel kienu involuti f'sajd għar-Redfish fiż-żona Regolatorja tan-NEAFC.

(14)  Jista’ jinstad fil-perjodu mill-1 ta’ Settembru sal-15 ta’ Novembru 2007. It-TAC tinkludi l-qabdiet inċidentali kollha.”

(15)  Inklużi l-qabdiet sekondarji inevitabbli (il-merluzz mhux permess).

(16)  Li għandhom jinstadu bejn Lulju u Diċembru.”


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1534/2007

ta' l-20 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

191,0

MA

97,4

TN

148,3

TR

130,3

ZZ

141,8

0707 00 05

JO

237,0

MA

57,0

TR

84,8

ZZ

126,3

0709 90 70

MA

88,7

TR

97,5

ZZ

93,1

0709 90 80

EG

290,4

ZZ

290,4

0805 10 20

AR

42,8

MA

76,3

TR

81,0

ZA

35,0

ZW

28,6

ZZ

52,7

0805 20 10

MA

75,5

ZZ

75,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

30,2

IL

66,8

TR

73,2

ZZ

56,7

0805 50 10

EG

49,3

MA

121,9

TR

106,8

ZZ

92,7

0808 10 80

CA

86,7

CN

90,5

MK

29,7

US

79,6

ZZ

71,6

0808 20 50

AR

71,1

CN

44,6

US

110,3

ZZ

75,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1535/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu.

Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv għall-għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex, permezz ta’ Regolament, tistipula limitu li ladarba jinqabeż, l-għajnuniet ma jkunux meqjusa li jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għaldaqstant ma jkunux suġġetti għall-proċedura tan-notifika stabbilita bl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2)

Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat u b’mod partikolari ċċarat il-kunċett ta’ l-għajnuna għall-finijiet ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, f’għadd ta’ deċiżjonijiet. Iċċarat ukoll il-politika tagħha f’dak li għandu x’jaqsam mal-limitu de minimis, li ladarba jinqabeż, ikun jista’ jagħti lok għall-inapplikkabbiltà ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, fl-ewwel lok fil-komunikazzjoni tagħha dwar l-għajnuniet de minimis  (3), imbagħad fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis  (4), sostitwit fl-1 ta’ Jannar 2007 mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuniet de minimis  (5). Minħabba r-regoli speċifiċi u r-riskji applikabbli fis-settur agrikolu u peress li anke l-ammonti l-aktar baxxi ta’ għajnuniet jistgħu jissodisfaw il-kriterji ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat f’dan is-settur, ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 eskluda lis-settur agrikolu mill-ambitu ta’ applikazzjoni tiegħu. Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 eskluda lis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli mill-ambitu ta’ applikazzjoni tiegħu.

(3)

Għalkemm l-esperjenza miksuba matul is-snin uriet li anke l-ammonti l-aktar baxxi ta’ għajnuniet mogħtija fis-settur ta’ l-agrikoltura jistgħu ma jissodisafawx il-kriterji ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat jekk jikkonkorru ċerti kundizzjonijiet, il-Kummissjoni stabbilixxiet xi regoli li jippermettu l-għoti ta’ għajnuniet de minimis fis-settur imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuniet de minimis fis-settur ta’ l-agrikoltura (6). Dan ir-Regolament li bis-saħħa tiegħu l-ammont totali ta’ l-għajnuniet de minimis mogħtija lill-istess intrapriża huwa kkunsidrat li ma jissodisfax il-kriterji kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat jekk ma jaqbiżx EUR 3 000 għal kull benefiċjarju fuq perjodu ta’ tliet snin u lanqas l-ammont akkumulat stabbilit mill-Istat Membru u li jirrappreżenta 0.3 % tal-produzzjoni annwali tas-settur agrikolu, ikopri kemm il-produzzjoni primarja u l-attivitajiet ta’ l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli.

(4)

Minħabba x-xebh li jeżisti bejn l-attivitajiet ta’ l-ipproċessar u tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli, minn naħa, u l-attivitajiet industrijali, min-naħa l-oħra, l-attivitajiet ta’ l-ipproċessar u tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti agrikoli ġew inklużi fl-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006, li jirregola l-għajnuniet de minimis għall-attivitajiet industrijali. Għaldaqstant dawn l-attivitajiet ġew esklużi mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004. Għall-finijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1860/2004 jiġi abrogat u sostitwit b’regolament ġdid, applikabbli esklussivament għas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli.

(5)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza tal-Kummissjoni, l-ammont massimu ta’ għajnuna ta’ EUR 3 000 għal kull benefiċjarju fuq perjodu ta’ tliet snin jista’ jiżdied għal EUR 7 500, u l-limitu ta’ 0.3 % tal-produzzjoni annwali tas-settur agrikolu jiżdied għal 0.75 %, mingħajr ma jintlaqat il-kummerċ bejn l-Istati Membri, mingħajr ma l-kompetizzjoni tkun jew tirriskja li tkun imxekkla u mingħajr ma l-għajnuniet konċessi f’dawn il-limiti jinqabdu mill-Artikolu 87(1) tat-Trattat, kemm-il darba jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, din iż-żjieda se tippermetti li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi. Is-snin li għandhom jitqiesu huma l-eżerċizzji fiskali li tuża l-intrapriża fl-Istat Membru kkonċernat. Il-perjodu ta’ referenza ta’ tliet snin għandu jiġi vvalutat fuq bażi ta’ rotazzjoni b’tali mod li, għal kull għotja ta’ għajnuna de minimis, l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis li jingħata fis-sena fiskali kkonċernata, kif ukoll matul is-sentejn fiskali ta’ qabel, jeħtieġ li jiġi ddeterminat. L-għajnuniet li fit-totalità tagħhom jeċċedu EUR 7 500 ma jistgħux jiġu maqsuma f’ammonti iżgħar biex jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-għajnuniet għall-esportazzjoni u lanqas għall-għajnuniet li jiffavorixxu l-użu ta’ prodotti nazzjonali għad-detriment tal-prodotti importati. B’mod partikolari, l-għajnuniet għat-twettiq u għall-funzjonament ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’pajjiżi oħrajn għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni tiegħu. L-għajnuniet li jimmiraw li jkopru l-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali u l-ispejjeż għal studji jew għal servizzi ta’ konsulenza neċessarji għall-introduzzjoni ta’ prodott ġdid jew ta’ prodott eżistenti f’suq ġdid ġeneralment ma jikkostitwixxux għajnuniet għall-esportazzjoni.

(7)

Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, meta l-Komunità tkun adottat regolament dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’settur determinat ta’ l-agrikoltura, l-Istati Membri huma obbligati li jastjenu milli jieħdu kwalunkwe miżura li min-natura tagħha tmur kontra jew hija ta’ ħsara għal dik l-organizzazzjoni (7). Hu għalhekk li dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-għajnuniet li l-ammont tagħhom huwa ffissat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mixtrija jew imqiegħda fis-suq.

(8)

Għall-finijiet ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ applikazzjoni korretta tal-limitu de minimis, jeħtieġ li l-Istati Membri jirrikorru għall-istess metodu ta’ kalkolu. Biex jiġi ffaċilitat il-kalkolu, jeħtieġ li l-ammont ta’ l-għajnuniet mogħtija mod ieħor milli taħt il-forma ta’ sussidji jkun konvertit f’ammont ekwivalenti għas-sussidju gross. Il-kalkolu ta’ l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross tal-forom ta’ għajnuniet trasparenti minbarra s-sussidji jew l-għajnuniet li jitħallsu f’ħafna biċċiet jeħtieġ l-użu tar-rati ta’ interess tas-suq fis-seħħ fil-mument ta’ l-għotja. Fir-rigward ta’ applikazzjoni uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat, huwa xieraq li jiġi meqjus li r-rati tas-suq applikabbli għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma r-rati ta’ referenza ffissati perjodikament mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi u li huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew fuq l-Internet. Madankollu jista’ jkun meħtieġ li jiżdiedu xi punti ta’ bażi addizzjonali mar-rata bażika fir-rigward ta’ garanziji fornuti jew ta’ riskju assoċjat mal-benefiċjarju.

(9)

F’din l-istess perspettiva ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ applikazzjoni korretta tal-limitu de minimis, dan ir-Regolament m’għandux japplika ħlief għall-għajnuniet de minimis trasparenti. B’“għajnuna trasparenti”, wieħed għandu jifhem għajnuna li biha huwa possibbli li jkun ikkalkolat preċiżament u minn qabel l-ekwivalenti għas-sussidju gross, mingħajr il-ħtieġa ta’ analiżi tar-riskju. Dan il-kalkolu preċiż jista’, per eżempju, jintuża għal sussidji, għal titjib fir-rati ta’ l-interessi jew għal eżenzjonijiet fiskali fissi. L-għajnuniet li jikkonsistu f’self vantaġġjuż għandhom jitqiesu bħala għajnuniet de minimis trasparenti meta jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross fuq il-bażi tar-rati ta’ l-interess applikabbli fuq is-suq fil-mument ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna. L-għajnuniet li jikkonsistu f’xi kontribuzzjonijiet ta’ kapitali m’għandhomx jitqiesu bħala għajnuniet de minimis trasparenti, ħlief jekk l-ammont totali tal-kontribuzzjoni f’kapital pubbliku huwa anqas mil-limitu de minimis għal kull benefiċjarju. L-għajnuniet li jikkonsistu f’miżuri ta’ investiment kapitali bħal dawk indikati fil-linji gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat bl-għan li jippromwovu l-investimenti f’forma ta’ investimenti kapitali f’intrapriżi żgħar u medji (8) m’għandhomx jitqiesu bħala għajnuniet de minimis trasparenti, ħlief jekk, fil-qafas tas-sistema ta’ l-investiment kapitali kkonċernat, il-kontribuzzjoni kapitali għal kull intrapriża benefiċjarja ma taqbiżx il-limitu de minimis għal kull benefiċjarju.

(10)

Huwa neċessarju li tingħata sigurtà ġuridika lis-sistemi ta’ garanzija li mhumiex sensittivi li jaffettwaw l-iskambji u li jħassru l-kompetizzjoni u li għalihom hija disponibbli data suffiċjenti li tippermetti li teżamina l-effetti potenzjali b’mod affidabbli. Dan ir-Regolament għandu minn dak il-ħin jipprevedi limitu speċifiku għall-garanziji, bbażat fuq l-ammont garantit tas-self bażi. Dan il-limitu speċifiku għandu jkun determinat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni ta’ l-ammont ta’ għajnuna Statali inkluż fis-sistemi ta’ garanzija li jkopru s-self favur xi intrapriżi vijabbli. Dan m’għandux japplika lanqas għall-għajnuniet individwali ad hoc konċessi barra mill-qafas ta’ sistema ta’ garanzija, u lanqas għall-garanziji li jiffokaw fuq tranżazzjonijiet moħbija li ma jikkostitwixxux self, bħal per eżempju l-garanziji li jiffokaw fuq operazzjonijiet f’kapital. Il-limitu speċifiku għandu jkun iffissat fuq il-bażi tal-fatt li, meta titqies rata limitu (rata bażika netta) ta’ 13 % li tikkorrispondi max-xenarju l-anqas favorevoli għas-sistemi ta’ garanziji fil-Komunità, garanzija li tikkorrispondi għal EUR 56 250 tista’ tkun ikkunsidrata li għandha ammont ta’ sussidju gross ekwivalenti għal-limitu de minimis ta’ EUR 7 500. Huma biss il-garanziji li jkopru massimu ta’ 80 % tas-self moħbi li għandhom jiġu koperti mil-limitu speċifiku. Metodoloġija approvata mill-Kummissjoni wara notifika fuq il-bażi ta’ regolamentazzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ l-għajnuniet mill-Istat tista’ ugwalment tintuża mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu, fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, is-sussidju gross ekwivalenti li qiegħed fil-garanzija, jekk il-metodoloġija approvata tiffoka b’mod espliċitu fuq it-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjonijiet moħbija kkonċernati.

(11)

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-intrapriżi f’diffikultà fis-sens tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-irkupru u għar-ristrutturar ta’ intrapriżi f’diffikultà fid-dawl tad-diffikultajiet (9) marbuta mad-determinazzjoni ta’ l-ammont tas-sussidju gross ekwivalenti għall-għajnuna konċessa lil dan it-tip ta’ intrapriżi.

(12)

Skond il-prinċipji li jirregolaw l-għajnuniet stipulati fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat, l-għajnuna de minimis għandha titqies daqs li kieku kienet konċessa fil-mument ta’ l-għoti tad-dritt tad-dħul ta’ din l-għajnuna lill-intrapriża, bis-saħħa tar-regolamentazzjoni nazzjonali applikabbli.

(13)

Sabiex jiġi evitat li d-dispożizzjonijiet dwar l-intensitajiet ta’ għajnuniet massimi ffissati fi strumenti Komunitarji differenti ma jiġux injorati, l-għajnuniet de minimis ma jistgħux jiġu akkumulati ma’ l-għajnuniet mill-Istat għall-istess infiq ammissibbli jekk din l-akkumulazzjoni twassal għal intensità ta’ għajnuna li taqbeż il-livell stipulat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz tar-regolamentazzjoni Komunitarja.

(14)

Dan ir-Regolament ma jeskludix il-possibilità li miżura adottata minn Stat Membru ma tkunx ikkunsidrata bħala għajnuna Statali fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat fuq bażi oħra għajr dan ir-Regolament, per eżempju fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet kapitali jew ta’ garanziji, għax il-miżura kkonċernata hija konformi mal-prinċipju ta’ l-investitur privat li jopera fil-kundizzjonijiet normali f’ekonomija tas-suq.

(15)

Il-Kummissjoni għandha tassigura li r-regoli applikabbli għall-għajnuniet mill-Istat jiġu osservati u, b’mod partikolari, li l-għajnuniet konċessi b’konformità mar-regola de minimis jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fuq is-suġġett. B’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni stipulat fl-Artikolu 10 tat-Trattat, l-Istati Membri huma obbligati li jiffaċilitaw it-twettiq ta’ dan l-għan billi jiġi stabbilit il-mekkaniżmu neċessarju biex ikun assigurat li l-ammont totali ta’ l-għajnuniet konċessi b’konformità ma’ l-imsemmija regola la jaqbeż il-limitu ta’ EUR 7 500 għal kull benefiċjarju, u lanqas il-kwoti globali stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-valur tal-produzzjoni fis-settur agrikolu. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri, meta jagħtu għajnuna de minimis, jinfurmaw lill-impriża kkonċernata bl-ammont ta’ għajnuna allokat u bil-karattru de minimis tagħha, billi jirreferu għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, qabel l-allokazzjoni ta’ l-għajnuna, l-Istat Membru għandu jikseb mingħand l-impriża dikjarazzjoni li tirrigwarda l-għajnuniet l-oħra de minimis li tkun irċeviet matul l-eżerċizzju fiskali attwali u ż-żewġ eżerċizzji preċedenti, u għandu jivverifika bir-reqqa jekk l-għajnuna l-ġdida twassalx biex l-ammont totali ta’ għajnuniet de minimis irċevuti jaqbżu l-limiti applikabbli. L-osservanza ta’ dawn il-limiti tista’ wkoll tkun ivverifikata permezz ta’ reġistru ċentrali. Fil-każ ta’ sistemi ta’ garanziji mwettqa mill-Fond Ewropew ta’ l-Investiment, dan ta’ l-aħħar jista’ jistabbilixxi lista ta’ benefiċjarji u jeżiġi lill-Istati Membri biex dawn jinformaw lill-benefiċjarji bl-għajnuna de minimis riċevuta.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 kellu inizjalment jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008. Peress li dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ qabel din id-data, jeħtieġ li jiġu mfissra l-konsegwenzi ta’ l-applikazzjoni tiegħu, għall-għajnuniet konċessi għall-intrapriżi tas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kif mitlub mir-Regolament (KE) Nru 1860/2004.

(17)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u partikolarment minħabba l-bżonn li tkun riveduta regolarment il-politika tagħha fil-qasam ta’ l-għajnuniet mill-Istat, huwa meħtieġ li jkun limitat il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ fejn dan jiskadi mingħajr ma jkun ġie mġedded, l-Istati Membri jkollhom perjodu ta’ adattament ta’ sitt xhur għall-għajnuniet de minimis li jkunu saru skond dawn id-dispożizzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu ta’ l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-għajnuniet konċessi lill-intrapriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli, bl-eċċezzjoni ta’:

(a)

l-għajnuniet li l-ammont tagħhom huwa stipulat skond il-prezz jew il-kwantità tal-prodotti fis-suq;

(b)

l-għajnuniet li jiffavorixxu l-attivitajiet marbuta ma’ l-esportazzjoni, jiġifieri l-għajnuniet direttament marbuta mal-kwantitajiet esportati, mat-twettiq jew mal-funzjonament ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew ma’ spejjeż oħra kurrenti marbuta ma’ l-attività ta’ l-esportazzjoni;

(ċ)

l-għajnuniet suġġetti għall-użu preferenzjali tal-prodotti nazzjonali fuq prodotti importati;

(d)

l-għajnuniet konċessi lil intrapriżi f’diffikultà.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet segwenti għall-espressjonijiet li ġejjin:

1.

“intrapriżi tas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli”: l-intrapriżi li huma attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli;

2.

“prodotti agrikoli”: il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, ħlief għall-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (10).

Artikolu 3

Għajnuniet de minimis

1.   L-għajnuniet li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu, jitqiesu li ma jissodisfawx il-kriterji kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għaldaqstant li mhumiex suġġetti għan-notifika rikjesta mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

2.   L-ammont totali ta’ l-għajnuniet de minimis mogħtija għall-istess intrapriża ma jistax jeċċedi EUR 7 500 fuq perjodu ta’ tliet snin jew ta’ tliet eżerċizzji fiskali. Dawn il-limiti japplikaw tkun xi tkun il-forma u l-ambitu ta’ l-għajnuna. Il-perjodu li għandu jitqies huwa ddeterminat permezz ta’ referenza għall-eżerċizzji fiskali użati mill-intrapriża fl-Istat Membru kkonċernat.

Jekk l-ammont ta’ għajnuna totali konċessa għal miżura ta’ għajnuna jaqbeż il-limitu msemmi fl-ewwel linja, dan l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jibbenefika minn dan ir-Regolament, anke għall-frazzjoni li ma taqbiżx dan il-limitu. F’dan il-każ, il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintalab għal din il-miżura la fil-mument ta’ l-għotja ta’ l-għajnuna, u lanqas aktar tard.

3.   L-ammont akkumulat ta’ l-għajnuniet de minimis mogħti minn kull Stat Membru lill-intrapriżi tas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli fuq perjodu ta’ tliet snin jew ta’ tliet eżerċizzji fiskali ma jaqbiżx il-valur stipulat fl-Anness.

4.   Il-limiti stipulati fil-paragrafi 2 u 3 huma mfissra bħala sussidji. Iċ-ċifri kollha użati huma f’ammonti grossi, jiġifieri qabel it-tnaqqis tat-taxxi jew imposti oħra. Meta l-għajnuna ma tieħux il-forma ta’ sussidju, l-ammont ta’ l-għajnuna li għandu jitqies huwa l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross.

5.   L-għajnuniet li jitħallsu f’diversi pagamenti għandhom isiru skond il-valur tagħhom fil-mument tal-konċessjoni. Ir-rata ta’ l-interessi li għandha tintuża biex isir u jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross hija r-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument tal-konċessjoni.

6.   Dan ir-Regolament ma japplikax ħlief għall-għajnuniet, tkun xi tkun il-forma tagħhom, li għalihom huwa possibbli li jkun ikkalkulat b’mod preċiż u minn qabel l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross mingħajr ma jkun neċessarju li tkun effettwata analiżi tar-riskju (“għajnuniet trasparenti”). B’mod partikolari:

(a)

l-għajnuniet li jikkonsistu f’self huma kkunsidrati bħala għajnuniet trasparenti minn meta l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’ rati ta’ interess applikabbli fis-suq fil-mument tal-konċessjoni ta’ l-għajnuna;

(b)

l-għajnuniet li jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet kapitali m’għandhomx jitqiesu bħala għajnuniet trasparenti, ħlief jekk l-ammont totali tal-kontribuzzjoni f’kapitali pubbliċi ma taqbiżx il-limitu de minimis;

(ċ)

l-għajnuniet li jikkonsistu f’xi miżuri ta’ investiment kapitali m’għandhomx jitqiesu bħala għajnuniet trasparenti, ħlief jekk, fil-qafas tas-sistema ta’ investiment kapitali kkonċernat, il-kontribuzzjoni tal-kapitali għal kull intrapriża ma taqbiżx il-limitu de minimis;

(d)

l-għajnuniet individwali mogħtija fil-qafas ta’ sistema ta’ garanziji favur xi intrapriżi li mhumiex intrapriżi f’diffikultà huma kkunsidrati bħala għajnuniet de minimis trasparenti meta l-parti “garanzija” tas-self moħbi ma taqbiżx EUR 56 250 kull intrapriża. Jekk il-parti “garanzija” tas-self moħbi ma tirrapreżentax ħlief frazzjoni ta’ dan il-limitu, l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross tal-garanzija huwa preżunt li jikkorispondi ma’ l-istess frazzjoni tal-limitu msemmi fil-paragrafu 2. Il-garanzija ma tistax taqbeż 80 % tas-self moħbi;

is-sistemi ta’ garanziji huma kkunsidrati wkoll bħala sistemi ta’ għajnuniet trasparenti jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(i)

qabel it-twettiq tagħhom, il-metodoloġija li tippermetti li jkun ikkalkulat l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross inkluż fil-garanzija għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kienet approvata mill-Kummissjoni skond ir-regolamentazzjoni adottata minn din ta’ l-aħħar fil-qasam ta’ l-għajnuniet mill-Istat;

(ii)

il-metodoloġija approvata tiffoka b’mod espliċitu fuq it-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjonijiet moħbija konċernati permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-għajnuniet de minimis ma jistgħux ikunu akkumulati ma’ l-għajnuniet mill-Istat għall-istess spejjeż ammissibbli jekk din l-akkumulazzjoni twassal għal intensità fl-għajnuna li taqbeż il-livell iffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz tar-regolamentazzjoni Komunitarja.

Artikolu 4

Kontroll

1.   Meta Stat Membru jikkunsidra li jagħti għajnuna de minimis lil xi intrapriża, dan għandu jinfurmaha bil-miktub dwar l-ammont potenzjali ta’ din l-għajnuna (espress f’ammont ekwivalenti għas-sussidju gross) kif ukoll li din l-għajnuna hija waħda de minimis, billi ssir referenza espliċita għal dan ir-Regolament u billi jikkwota t-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Jekk l-għajnuna de minimis tiġi allokata lil diversi impriżi fil-kuntest ta’ reġim u jingħataw ammonti ta’ għajnuna differenti lil dawn l-impriżi, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel li jissodisfa dan l-obbligu billi jgħarraf lill-impriżi dwar ammont fiss li jikkorrispondi għall-ammont massimu ta’ għajnuna li jkun jista’ jiġi allokat fil-kuntest ta’ dan ir-reġim. F’dan il-każ, dan l-ammont fiss iservi biex jiġi ddeterminat jekk il-limitu stipulat fl-Artikolu 3(2) hux rispettat. L-Istat Membru jrid ukoll jikseb mingħand l-impriża kkonċernata, qabel l-allokazzjoni ta’ l-għajnuna, dikjarzzjoni bil-miktub, jew f’forma elettronika, dwar l-għajnuniet de minimis oħra li tkun irċeviet matul iż-żewġ eżerċizzji fiskali preċedenti u l-eżerċizzju fiskali attwali.

L-Istat Membru għandu jikseb minn kull benefiċjarju dikjarazzjoni li tistabbilixxi li l-ammont ta’ għajnuna miksub minn dan ta’ l-aħħar ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 3(2). Jekk dan l-ammont jinqabeż, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li l-miżura ta’ għajnuna li wasslet biex jinqabeż dan il-limitu tkun notifikata lill-Kummissjoni jew irkuprata mingħand il-benefiċjarju.

2.   L-Istat Membru għandu biss jikkonċedi għajnuna de minimis wara li jkun ivverifika li din ma twassalx biex l-ammont totali ta’ l-għajnuniet de minimis mogħtija matul il-perjodu li jkopri l-eżerċizzju fiskali kkonċernat u ż-żewġ eżerċizzji preċedenti jeċċedi l-limiti msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3).

3.   Fil-każ fejn Stat Membru ħoloq reġistru ċentrali ta’ l-għajnuniet de minimis li fih informazzjoni kompleta dwar kull għajnuna de minimis li taqa’ fl-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u konċessa minn awtorità ta’ dan l-Istat Membru, il-kundizzjoni prevista fil-paragrafu 1(2) ma tibqax tapplika meta r-reġistru jkopri perjodu ta’ tliet snin jew anqas.

4.   Meta għajnuna tingħata minn Stat Membru fuq il-bażi ta’ sistema ta’ garanziji li jagħtu garanzija li hija ffinanzjata mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea permezz ta’ mandat mogħti lill-Fond Ewropew ta’ l-Investiment, il-paragrafu 1(1), tista’ ma tapplikax

F’dawn il-każijiet, tapplika s-sistema ta’ kontroll sewgenti:

(a)

il-Fond Ewropew ta’ l-Investiment jistabbilixxi, kull sena u fuq il-bażi ta’ informazzjoni li l-intermedjarji finanzjarji għandhom jagħtuh, lista ta’ benefiċjarji ta’ l-għajnuna u ta’ l-ammont ekwivalenti għas-sussidju gross miksub minn kull benefiċjarju; il-Fond Ewropew ta’ l-investiment jibgħat din l-informazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat jittrażmetti l-informazzjoni lill-benefiċjarji finali ta’ l-għajnuna fit-tliet xhur wara r-riċeviment;

(ċ)

l-Istat Membru kkonċernat jikseb dikjarazzjoni minn kull benefiċjarju li tistabbilixxi li l-ammont ta’ għajnuna de minimis miksub minn dan ta’ l-aħħar ma jaqbiżx il-limitu de minimis. Jekk dan l-ammont jinqabeż, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li l-miżura ta’ għajnuna li wasslet biex jinqabeż dan il-limitu tkun notifikata lill-Kummissjoni jew irkuprata mingħand il-benefiċjarju.

5.   L-Istati Membri jirreġistraw u jiġbru l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistri hekk kostitwiti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha neċessarja biex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ġewx osservati.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu hija miżmuma:

(a)

għall-għajnuniet de minimis individwali, matul perjodu ta’ għaxar snin li għandhom jiddekorru mid-data tal-konċessjoni ta’ l-għajnuna;

(b)

għas-sistemi ta’ għajnuniet de minimis, matul perjodu ta’ għaxar snin li jibdew jgħoddu mid-data ta’ l-għotja ta’ l-aħħar għajnuna individwali skond is-sistema kkonċernata.

6.   Fuq talba miktuba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu, fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol jew kwalunkwe perjodu itwal iffissat fit-talba, kull informazzjoni li l-Kummissjoni tqis li hija neċessarja biex tkun tista’ tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ġewx rispettati, partikolarment l-ammont totali ta’ l-għajnuniet de minimis mogħtija lil xi intrapriża partikolari u lis-settur agrikolu ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5

Abrogazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-għajnuniet konċessi qabel l-1 ta’ Jannar 2008 lill-intrapriżi tas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli, bil-kundizzjoni li l-imsemmija għajnuniet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1 sa 4, ħlief għar-rekwiżit ta’ referenza espliċita għal dan ir-Regolament, imsemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4(1). Kull għajnuna li ma tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet hija vvalutata mill-Kummissjoni b’konformità ma’ l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u n-noti applikabbli f’dan il-qasam.

2.   Kwalunkwe għajnuna de minimis mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 applikabbli għas-settur tal-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli sad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, titqies li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għalhekk hija eżentata mill-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

3.   ma’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, l-għajnuniet de minimis li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu japplikaw fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet previsti b’dan ir-Regolament matul perjodu supplimentari ta’ sitt xhur.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u l-perjodu ta’ validità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU C 151, 5.7.2007, p. 16.

(3)  ĠU C 68, 6.3.1996, p. 9.

(4)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

(5)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

(6)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 875/2007 (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6).

(7)  Sentenza tad-19 ta’ Settembru 2002 fil-kwistjoni C-113/00, Spanja v il-Kummissjoni, Rek. 2002 p. I-7601, punt 73.

(8)  ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.

(9)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(10)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.


ANNESS

L-ammont massimu totali ta’ l-għajnuniet de minimis mogħtija lill-intrapriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli lil kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3(3)

(EUR)

BE

51 532 500

BG

23 115 000

CZ

26 257 500

DK

59 445 000

DE

297 840 000

EE

3 502 500

IE

40 282 500

EL

75 382 500

ES

274 672 500

FR

438 337 500

IT

320 505 000

CY

4 327 500

LV

5 550 000

LT

11 572 500

LU

1 777 500

HU

44 497 500

MT

870 000

NL

165 322 500

AT

40 350 000

PL

119 542 500

PT

47 782 500

RO

98 685 000

SL

8 167 500

SK

11 962 500

FI

26 752 500

SE

30 217 500

UK

152 842 500


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1536/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju definittiv ta’ l-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti biks tal-magnesia li joriġinaw, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku” (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   TALBA GĦAL REVIŻJONI

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Yingkou Dalmond Refractories Co. Ltd. (“l-applikant”), produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”).

B.   PRODOTT

(2)

Il-prodott li jinsab taħt reviżjoni huwa briks tal-magnesia mhux sottoposti għan-nar, li l-komponent tagħhom tal-magnesia fih mill-inqas 80 % Mgo, kemm jekk fih magnesite li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kemm jekk le (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment disponibbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (il-kodiċi TARIC 6815910010, 6815991020 u 6815999020). Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss għat-tagħrif.

C.   MIŻURI ATTWALI

(3)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv ta’ l-antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1659/2005 (2) li skond huwa l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u inkluż il-prodott ikkonċernat prodott mill-applikant, huma suġġetti għal dazju definittiv ta’ l-antidumping ta’ 39.9 % bl-eċċezzjoni ta’ bosta kumpaniji msemmija b’mod speċjali li huma soġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

D.   RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI

(4)

L-applikant qiegħed jallega li huwa jopera taħt il-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jew bħala alternattiva jiddikjara trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li huwa ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità tul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li fuq kienu bbażati l-miżuri ta’ l-antidumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (“l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li dan ma huwa relatat ma’ l-ebda produttur esportatur tal-prodott soġġett għall-miżuri ta’ l-antidumping imsemmija hawn fuq.

(5)

L-applikant ulterjorment jallega li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali.

E.   PROĊEDURA

(6)

Il-produtturi tal-Komunità magħrufa li huma kkonċernati kienu informati bl-applikazzjoni ta’ hawn fuq u ngħataw l-opportunità li jikkumentaw.

(7)

Wara li eżaminat l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni ta’ “sportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bil-ħsieb li jiġi ddeterminat jekk l-applikant huwiex jopera taħt kondizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jew alternattivament jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u, jekk huwa hekk, il-marġini individwali ta’ dumping ta’ l-applikant u, kemmildarba jinstab li seħħ id-dumping, il-livell ta’ dazju li għalih għandhom ikunu soġġetti l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati lejn il-Komunità.

(8)

Jekk jiġi deċiż li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li ssir emenda fuq ir-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005.

(a)

Kwestjonarji

Sabiex tikseb tagħrif li tqis bħala meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant.

(b)

Il-ġbir ta’ tagħrif u s-smigħ ta’ seduti

Il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jipprovdu evidenza ta’ sostenn.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu minn jekk il-parti tippreżentax ruħha matul il-perjodu stipulat mir-Regolament attwali.

(ċ)

Stat ta’ ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li huwa jopera taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jkun iddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, għandhom jintbagħtu talbiet ssostanzjati kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta’ talba lill-applikant, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(d)

Għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax stat ta’ ekonomija tas-suq imma jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jintuża pajjiż addattat b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bi ħsiebha terġa’ tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika għal dan il-għan kif kien sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija xierqa, fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-applikant jingħata stat ta’ ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun hemm bżonn, tuża’ wkoll sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f’pajjiż addattat b’ekonomija tas-suq, eż. għall-fini li jinbidlu kull elementi ta’ spiża jew prezz li mhux affidabbli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk ma tkunx disponibbli d-data affidabbli meħtieġa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika għal dan il-għan ukoll.

F.   REVOKA TAD-DAZJU FIS-SEĦĦ U REĠISTRAZZJONI TA’IMPORTAZZJONIJIET

(9)

Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju ta’ l-anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi revokat fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-applikant. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet għandhom isiru bil-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni b’konformità ma’ l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat li jekk fir-riżultat tar-reviżjoni jinstab dumping fir-rigward ta’ l-applikanti, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu intaxxati retroattivament mid-data tal-bidu ta’ din ir-reviżjoni. L-ammont li għalih huwa responsabbli l-applikant ma jistax jiġi stmat f’dan l-istadju tal-proċediment.

G.   LIMITI TA’ ŻMIEN

(10)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni sana, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien li matulhom:

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-perspettivi tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies waqt l-investigazzjoni,

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni,

il-partijiet interessati fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar l-adegwadezza ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li, fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax status ta’ ekonomija tas-suq, tkun meqjusa bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-għan li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina,

l-applikant jista’ jressaq talba sostanzjata kif xieraq għal stat ta’ ekonomija tas-suq.

H.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(11)

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(12)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

I.   L-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

(13)

Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3).

J.   UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(1)

(14)Huwa wkoll osservat li jekk partijiet interessati jqisu li qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom ta’ difiża, jistgħu jirrikjedu l-intervent ta’ l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ “Kummerċ”. Huwa jaġixxi bħala punt komuni tal-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn meħtieġ, medjazzjoni fuq kwistjonijiet proċedurali li jaffetwaw il-protezzjoni ta’ l-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, kunfidenzjalità, estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-trattament tal-preżentazzjoni bil-miktub jew bil-fomm ta’ l-opinjonijiet. Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web ta’ l-Uffiċjal tas-Seduta fil-websajt tad-DĠ Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta’ dan ta’ hawnhekk qed titnieda reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1659/2005 skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 sabiex jiġi ddetermiat jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet ta’ briks tal-magnesia mhux sottoposti għan-nar, li għandhom il-komponent tagħhom tal-magnesia li fih mill-inqas 80 % MgO, kemm jekk fihom il-magnesite u kemm jekk le, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 6815 91 00, ex 6815 99 10 u ex 6815 99 90 (il-kodiċi TARIC 6815910010, 6815991020 u 6815999020) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, prodotti u mibjugħa minn Yingkou Dalmond Refractories Co. Ltd. (kodiċi addizzjonali TARIC A 853) għandhomx ikunu suġġetti għad-dazju ta’ l-antidumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1659/2005.

Artikolu 2

Id-dazju ta’ l-antidumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1659/2005 huwa revokat permezz ta’ dan ta’ hawnhekk fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri huma b’dan ordnati, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-partijiet interessati, biex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom lill-Kumissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa 8(a) ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe informazzjoni oħra, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 40 ġurnata mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta’ 40 jum.

2.   Il-partijiet involuti fl-investigazzjoni jistgħu jkunu jridu jikkummentaw dwar jekk l-Istati Uniti ta’ l-Amerika hijiex xierqa li titqies bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għall-għan li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u għandhom iressqu l-kummenti tagħhom fi żmien għaxart ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Talba issostanzjata kif suppost għal tarttament ta’ ekonomija tas-suq trid tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4.   Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu ttikkettjati bħala “Limitat  (4)” u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, għandhom ikunu akkumpanjati b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun ittikkettjata “ĦALL-SPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”

Kull informazzjoni li għandha x’taqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat f’l-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: J-79 4/23

B-1049 Brussels

Fax (32 2) 295 65 05

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 267, 12.10.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim ta’ l-Antidumping).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1537/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jippervedi l-għoti ta’ rimunerazzjoni ta’ kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għal tonn imwassal għand l-industrija ta’ l-iproċċessar tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u akwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rimunerazzjoni ta’ kumpens ipprovduta mill-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, tista’ tingħata, skond ċerti kundizzjonijiet, lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tat-tonn tal-Komunità, għall-kwantitajiet tat-tonn imwassla lill-industrija ta’ l-ipproċessar waqt it-trimestru li għalih jirreferu l-kunsiderazzjonijiet dwar il-prezz, meta l-prezz tal-bejgħ medju trimestrali u l-prezz ta’ l-importazzjoni miżjud, skond il-każ, mit-taxxa ta’ kumpens, jkunu f’livell ta’ inqas minn 87 % tal-prezz Komunitarju tal-produzzjoni tal-prodtt in kwistjoni.

(2)

L-analiżi tas-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju ppermettiet li wieħed jara li, tul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu, għat-tonn alonga (Thunnus alalunga), sew il-prezz medju tal-bejgħ trimestrali tas-suq sew il-prezz ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1024/2000, kienu qegħdin f’livell inferjuri għal 87 % tal-prezz tal-produzzjoni Komunitarja fis-seħħ, adottat mir-Regolament (KE) Nru 1969/2006 tal-Kunsill (2).

(3)

L-operazzjonijiet li għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tad-dritt għar-rimunerazzjoni, huma l-bejgħiet li l-fatturi tagħhom huma ddatati fi ħdan it-trimestru kkonċernat, u li nżammu għall-kalkolu tal-prezz medju tal-bejgħ ta’ kull xahar skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2183/2001 tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fir-rigward ta’ l-għoti ta’ ħlas kompensatorju għal tonn għall-industrija ta’ l-ipproċessar (3)

(4)

Skond l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, l-ammont tar-rimunerazzjoni f’kull każ ma għandux jaqbeż:id-differenza bejn it-triggering threshold u l-prezz medju tal-bejgħ tal-prodott involuti fis-swieq tal-Komunità, jew ir-rata waħda għal kulħadd ekwivalenti għal 12 % ta’ dan it-threshold.

(5)

Il-kwantitajiet eliġibbli għar-rimunerazzjoni ta’ kumpens f’kull każ m’għandhomx jaqbżu, għat-trimestru kkonċernat, il-limiti ffissati fl-Artikolu 27 (3) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(6)

Il-kwantitajiet tat-tonn alonga (Thunnus alalunga) mibjugħa u mwassla għand l-industrija ta’ l-ipproċessar stabbilita fit-territorju doganali tal-Komunità kienu ogħla fit-trimestru kkonċernat għall-kwantitajiet mibjugħin u mwassla waqt l-istess trimestru tat-tliet snin ta’ sajd ta’ qabel. Billi dawn il-kwantijiet jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 27 (3) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, jeħtieġ li jiġi llimitat il-volum globali tal-kwantitajiet ta’ dawn il-prodotti li huma eliġibbli biex igawdu minn dan il-kumpens.

(7)

B’applikazzjoni tal-limiti previsti fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għall-kalkolu ta’ l-ammont tar-rimunerazzjoni ta’ kumpens allokata lil kull organizzazzjoni tal-produtturi, jeħtieġ jiġi ffissat it-tqassim tal-kwantitajiet eliġibbli bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati, f’proporzjon tal-produzzjoni rispettiva tagħhom tul l-istess trimesteru tas-snin tas-sajd 2004, 2005 u 2006.

(8)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rimunerazzjoni ta’ kumpens fl-Artikolu 27 (2007) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 tingħata, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2007, għat-tonn alonga (Thunnus alalunga).

L-ammont massimu tal-kumpens, skond l-Artikolu 27(2), l-ewwel u t-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huwa ffissat għal 5 euro t-tunnellata.

Artikolu 2

1.   Il-volum globali tal-kwantitajiet li jistgħu jgawdu mir-rimunerazzjoni ta’ kumpens huwa ta’ 34,320 tunnellata ta’ tonna alonga (Thunnus alalunga).

2.   It-tqassim tal-volum globali bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati huwa ddefinit fl-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar mit-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2007.

(2)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 293, 10.11.2001, p. 11.


ANNESS

Tqassim bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-kwantiajiet ta’ tonn li jistgħu jingħataw rimunerazzjoni ta’ kumpens għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2007, skond l-Artikolu 27 (4) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, b’indikazzjoni tal-kwantitajiet għal kull persentaġġ tal-kumpens.

(f’tunnellati)

Tonn alonga (Thunnus alalunga)

Kwantitajiet li jistgħu jiġu kkumpensati b’ 100 %

(art. 27(4), l-ewwel inċiż)

Kwantitajiet li jistgħu jiġu kkumpensati b’ 50 %

(art. 27(4), it-tieni inċiż)

Kwantitajiet totali li jistgħu jiġu kkumpensati

(l-Artikolu 27(4), l-ewwel u t-tieni inċiż)

OPAGAC

11,940

0

11,940

OPTUC

0

0

0

OP 42

0

0

0

ORTHONGEL

0,271

22,109

22,380

APASA

0

0

0

MADEIRA

0

0

0

Komunità – Total

12,211

22,109

34,320


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/49


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1538/2007

ta ’l-20 ta’ Diċembru 2007

ir-Regolament (KE) Nru 327/1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL mfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 (3) jillimita l-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa min ċerti pajjiżi terzi għal finijiet tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għas-sena tal-kwota kurrenti.

(2)

Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni amministrattiva li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet Komunitarji, filwaqt li l-validità ta’ dawn il-liċenzji u l-kontroll tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. Għaldaqstant iż-żamma tagħha bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji la tidher li hija ġustifikata u lanqas neċessarja. Jeħtieġ għalhekk li titneħħa.

(3)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 327/98 jigi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 327/98, għandu jitħassar it-tielet inċiż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006. (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1539/2007

ta ’l-20 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Scotch whisky għall-perjodu 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 ta’ l-10 ta’ Novembru 2006 li jistipula ċerti regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 rigward l-iffissar u l-għoti tar-rifużjonijiet aġġustati għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ ċerti xarbiet spiritużi (2) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi illi l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tax-xarba spirituża kkonċernata, abbażi tas-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi mal-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni tax-xarba spirituża kkonċernata.

(2)

Abbażi tat-tagħrif li ta r-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2006, dan il-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni fl-2006 kien ta’ sitt snin għall-iScotch whisky.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2007/2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008, il-koeffiċjenti pprovvduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni ta’ l-iScotch whisky huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


ANNESS

Koeffiċjenti applikabbli għar-Renju Unit

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-produzzjoni tal-malt whisky

għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni tal-grain whisky

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008

0,445

0,526


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1540/2007

ta' l-20 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ Irish whiskey għall-perjodu 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 ta’ l-10 ta’ Novembru 2006 li jistipula ċerti regoli dettalljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 rigward l-iffissar u l-għoti tar-rifużjonijiet aġġustati għaċ-ċereali esportati fil-forma ta’ ċerti xarbiet spiritużi [titlu mhux uffiċjali] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi li l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-koeffiċjent għandu jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tax-xorb spirituż ikkonċernat, fuq il-bażi tax-xejra nnotata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta’ snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta’ dan ix-xorb spirituż.

(2)

Fuq il-bażi tat-tagħrif fornut mill-Irlanda u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2006, dan il-perjodu medju tal-maturazzjoni fl-2006 kien ħames snin għall-Irish whiskey.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru 2008.

(4)

L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi l-konċessjoni ta’ rifużjonijiet rigward l-esportazzjonijiet lejn il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjenti għall-perjodu 2007/2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru 2008, il-koeffiċjenti pprovduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 applikabbli għaċ-ċereali użati fl-Irlanda fil-produzzjoni ta’ l-Irish whiskey għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2007 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


ANNESS

Il-koeffiċjenti applikabbli fl-Irlanda

Perjodu ta’ applikazzjoni

Koeffiċjent applikabbli

għax-xgħir utilizzat fil-produzzjoni ta’ l-Irish whiskey, kategorija B (1)

għaċ-ċereali utilizzati fil-produzzjoni ta’ l-Irish whiskey, kategorija A

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008

0,706

1,782


(1)  Inkluż ix-xgħir ipproċessat f’malt.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1541/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

dwar il-prova ta’ l-ikkompletar ta’ formalitajiet doganali għall-importazzjoni taz-zokkor f’pajjiżi terzi kif provdut bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari Artikolu 40(1)(g) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, meta dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq.

(2)

L-Artikolu 1 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar sejħa permanenti għall-offerti biex ikunu deċiżi r-rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/2008 (2) tipprovdi għal differenzjazzjoni bħal din billi teskludi ċerti destinazzjonijiet.

(3)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (3) jipprovdi li fejn ir-rata tar-rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni, ir-rifużjonijiet iridu jitħallsu skond il-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati fl-Artikoli 15 u 16 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jipprovdi li l-prodotti għandhom ikunu importati fl-istat naturali tagħhom fil-pajjiż terz jew wieħed mill-pajjiżi terzi li għalih tapplika r-rifużjoni.

(5)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jelenka d-dokumenti varji li jistgħu jikkostitwixxu prova ta’ l-ikkompletar tal-formalitajiet doganali f’pajjiż terz fejn ir-rata ta’ rifużjoni hija differenzjata skond id-destinazzjoni. Skond il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f’ċerti każijiet speċifiċi li jridu jiġu determinati, li l-prova msemmija f’dak l-Artikolu tista’ titqies li tiġi pprovduta permezz ta’ dokument speċifiku jew b’xi mod ieħor.

(6)

Fis-settur taz-zokkor l-operazzjonijiet ta’ esportazzjoni huma normalment regolati b’kuntratti li jkunu definiti bħala fob fis-suq tal-“futures” ta’ Londra. Konsegwentement, f’dak l-istadju ta’ fob, ix-xerrejja jaċċettaw l-obbligi kontrattwali kollha, inkluża l-prova ta’ l-ikkompletar tal-formalitajiet tad-dwana, mingħajr ma jkunu l-benefiċjarji diretti tar-rifużjoni li dik il-prova tagħti dritt għalih. Il-ksib ta’ dik il-prova għall-kwantitajiet esportati kollha jista’ jikkawża diffikultajiet amministrattivi konsiderevoli f’ċerti pajjiżi, u dawn jistgħu sostanzjalment jdewmu jew jipprevjenu l-ħlas tar-rifużjoni għall-kwantitajiet kollha li effettivament ikunu ġew esportati.

(7)

Biex tillimita l-impatt fuq l-ekwilibrju tas-suq taz-zokkor, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2007 ta’ l-20 ta’ April mal-prova ta’ l-ikkompletar tal-formalitajiet tad-dwana għall-importazzjoni ta’ zokkor f’pajjiżi terzi hekk kif provdut fl-Artikolu 16 tar-Regolament(KE) Nru 800/1999 (4) jipprovdi għall-illaxkar tar-regoli fuq prova ta’ l-ikkompletar tal-formalitajiet doganali sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(8)

Minħabba li d-diffikultajiet amministrattivi li taw lok għal din d-deroga u l-impatti tagħhom fuq is-suq għadhom jippersistu, il-provi alternattivi ta’ destinazzjoni għandhom japplikaw sa l-2008.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-każ ta’ esportazzjonijiet imwettqa skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, prodotti għandhom jitqiesu li ġew impurtati f’pajjiż terz mal-preżentazzjoni tat-tliet dokumenti li ġejjin:

(a)

kopja tad-dokument tat-trasport;

(b)

dikjarazzjoni li l-prodott inħatt, magħmula minn awtorita’ uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat, mill-awtoritajiet uffiċjali ta’ wieħed mill-Istati Membri stabbiliti fil-pajjiż tad-destinazzjoni, jew minn aġenzija ta’ sorveljanza internazzjonali approvata skond l-Artikoli 16a sa 16f tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, li tiċċertifika li l-prodott ħalla l-post tal-ħatt jew talanqas li, sa fejn tkun taf l-awtorita’ jew aġenzija li toħroġ id-dikjarazzjoni, il-prodott ma jkunx sussegwentement tgħabba mill-ġdid bl-għan li jerga’ jkun esportat;

(ċ)

dokument bankarju maħruġ minn intermedjarji approvati stabbiliti fil-Komunità’ li jiċċertifika li l-pagament li jikkorrispondi għall-esportazzjoni kkonċernata ġie kkreditat fil-kont ta’ l-esportatur li jkun infetah magħhom, jew prova tal-pagament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1298/2007 (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 3)

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1001/2007 ĠU L 226, 30.8.2007, p. 9).

(4)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 14.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1542/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

dwar il-proċeduri ta’ ħatt l-art u użin ta’ aringi, kavalli u sawrell

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni għas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jipprovdi li jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati fir-rigward tat-twaqqif ta’ l-istrutturi amministrattivi u tekniċi meħtieġa biex jiġu żgurati kontroll, spezzjoni u infurzar effettivi kif stipulat fl-Artikolu 23(3) tiegħu.

(2)

Biex tiġi assigurata l-kompetizzjoni ġusta, huwa xieraq li jiġu introdotti proċeduri armonizzati għall-ħatt l-art u l-użin ta’ aringi, kavalli u sawrell.

(3)

Bejn l-2002 u l-2005 ġew żviluppati proċeduri għall-ħatt l-art u l-użin, permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe u dawn iddaħħlu bħala parti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja matul il-fażi ta’ żvilupp bħala miżuri tranżitorji tekniċi u ta’ kontroll fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (2).

(4)

Għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni adegwati tal-qabdiet ta’ aringi, kavalli u sawrell li jinħattu l-art minn bastimenti Komunitarja, dan għandu jsir biss f’portijiet apposta fil-Komunità jew f’pajjiżi terzi li japplikaw sistema simili għas-sistema Komunitarja għall-ħatt l-art u l-użin ta’ dawk l-ispeċijiet.

(5)

Biex tittejjeb l-akkuratezza ta’ l-informazzjoni mdaħħla fil-ġurnal ta’ abbord, huwa meħtieġ li jkunu previsti ċerti eċċezzjonijiet għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut ta’ l-Istati Membri (3). Għal raġunijiet ta’ ċarezza huwa xieraq li jkun speċifikat li ċerti rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament japplikaw flimkien ma’ dawk stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (4) [politika tas-sajd komuni].

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

Dan ir-Regolament għandu japplika għal qabdiet li jinħattu l-art fil-Komunità Ewropea minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità u ta’ pajjiżi terzi, jew minn bastimenti tas-sajd Komunitarji f’pajjiżi terzi, ta’ kwantitajiet, għal kull qabda li tinħatt, li taqbeż l-10 tunnellati ta’ aringi (Clupea harengus), kavalli (Scomber scombrus) u sawrell (Trachurus spp.), jew taħlita tagħhom, maqbuda

(a)

għall-aringi fiż-żoni I, II, IIIa, IV, Vb, VI, u VII ta’ l-ICES (5);

(b)

għall-kavalli u s-sawrell fiż-żoni IIa, IIIa, IV, VI, u VII ta’ l-ICES.

Artikolu 2

Portijiet magħżula

1.   Għandu jkun ipprojbit li jinħattu l-art qabdiet ta’ aringi, kavalli jew sawrell barra l-portijiet magħżula mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet mal-Komunità rigward il-ħatt l-art ta’ ħut bħal dan.

2.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jittrażmetti lill-Kummissjoni lista ta’ portijiet magħżula li fihom jistgħu jinħattu l-art qabdiet ta’ aringi, kavalli u sawrell. Għandu ukoll jikkomunika lill-Kummissjoni il-proċeduri ta’ spezzjoni u sorveljanza applikabbli f’dawk il-portijiet, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet għar-reġistrar u r-rappurtar tal-kwantitajiet ta’ kwalunkwe speċijiet bħal dawn f’kull qabda li tinħatt l-art.

3.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jittrażmetti lill-Kummissjoni, għallinqas 15-il jum qabel ma jidħlu fis-seħħ, kwalunkwe tibdiliet fil-listi ta’ portijiet u għall-proċeduri ta’ spezzjoni u sorveljanza msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, flimkien mal-lista ta’ portijiet magħżula minn pajjiżi terzi, lill-Istati Membri kollha kkonċernati.

5.   Il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jippubblikaw lista ta’ portijiet magħżula, u tibdiliet li jsirulha, fil-websajts tagħhom.

KAPITOLU II

ĦATT L-ART FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 3

Id-dħul fil-port

1.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd, inkella l-aġent tiegħu, għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn għandha tinħatt il-qabda, mill-inqas erba’ sigħat bil-quddiem bid-dħul fil-port tal-ħatt ta’ l-Istat Membru kkonċernat, dwar dan li ġej:

(a)

il-port li fih biħsiebu jidħol, isem il-bastiment u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu;

(b)

stima tal-ħin tal-wasla f’dak il-port;

(ċ)

il-kwantitajiet f’kilogrammi piż ħaj skond l-ispeċi miżmuma abbord;

(d)

iż-żona li fiha saret il-qabda, kif definit fl-Artikolu 10(d) hawn taħt.

2.   Stat Membru jista’ jipprevedi perjodu ta’ notifika iqsar minn dak stipulat fil-paragrafu 1. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni 15-il jum qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom itellgħu din l-informazzjoni fuq il-websajts rispettivi tagħhom.

Artikolu 4

Rilaxx

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jesiġu li r-rilaxx ma jibdiex qabel jiġi awtorizzat. Jekk ir-rilaxx jiġi interrott, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni qabel ikun jista’ jkompli.

Artikolu 5

Il-ġurnal ta’ abbord

1.   Permezz ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tal-punt 4.2 ta’ l-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jissottometti, immedjatament mal-wasla tiegħu fil-port, il-paġna jew paġni rilevanti tal-ġurnal ta’ abbord lill-awtorità kompetenti fil-port tal-ħatt l-art.

2.   Il-kwantitajiet miżmuma abbord, notifikati qabel il-ħatt l-art kif jissemma fl-Artikolu 3(1)(c), għandhom ikunu ugwali għall-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord wara li dan jimtela.

3.   Permezz ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83 il-marġini permessi tat-tolleranza fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandha tkun 10 %.

Artikolu 6

Użin ta’ ħut frisk

1.   Ix-xerrejja kollha li jixtru ħut frisk għandhom jiżguraw li l-kwantitajiet kollha li jirċievu jintiżnu fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti. L-użin għandu jsir qabel ma l-ħut jintgħażel, jiġi pproċessat, jinħażen, jiġi ttrasportat mill-port tal-ħatt u jerġa’ jinbiegħ. Iċ-ċifra li tirriżulta mill-użin għandha tintuża biex jimtlew id-dikjarazzjonijiet ta’ ħatt l-art, noti ta’ bejgħ u dikjarazzjonijiet ta’ konsenja.

2.   Fid-determinazzjoni tal-piż, kull tnaqqis għall-ilma m’għandux jaqbeż 2 %.

Artikolu 7

Użin ta’ ħut frisk wara t-trasport

1.   B’deroga mill-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li ħut frisk jintiżen wara t-trasport mill-port tal-ħatt l-art sakemm il-ħut ma jkunx intiżen mal-ħatt u jiġi ttrasportat lejn destinazzjoni fit-territorju ta’ l-Istat Membru għal mhux aktar minn 100 kilometru mill-port fejn inħatt l-art.

2.   L-użin tal-ħut frisk wara t-trasport, kif jissemma fil-paragrafu 1, jista’ jkun permess biss jekk:

(a)

it-tanker li fih ikun trasportat il-ħut ikun akkumpanjat minn spettur mill-post tal-ħatt l-art sal-post fejn jintiżen il-ħut, jew

(b)

l-awtoritajiet kompetenti fil-post tal-ħatt l-art jagħtu l-approvazzjoni tagħhom biex il-ħut jiġi ttrasportat.

3.   L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

immedjatament qabel ma t-tanker jitlaq mill-port tal-ħatt l-art, ix-xerrej jew l-aġent tiegħu irid jagħti dikjarazzjoni miktuba lill-awtoritajiet kompetenti, li fiha jsemmi l-ispeċi tal-ħut u l-isem tal-bastiment li minnu l-ħut ġie rilaxxat, in-numru uniku ta’ l-identità tat-tanker u dettalji tad-destinazzjoni fejn il-ħut ikun se jintiżen; id-dikjarazzjoni trid tinkludi d-data u l-ħin kif ukoll il-ħin stmat tal-wasla tat-tanker fid-destinazzjoni.

(b)

kopja tad-dikjarazzjoni prevista fil-punt (a) trid tinżamm mis-sewwieq matul it-trasport tal-ħut, u tingħata lir-riċevitur tal-ħut fid-destinazzjoni.

Artikolu 8

Faċilitajiet ta’ l-użin tal-ħut frisk imħaddma pubblikament

Fil-każijiet fejn jintużaw faċilitajiet ta’ użin pubbliċi, il-parti li tiżen il-ħut għandha tipprovdi lix-xerrej nota tal-piż li tindika d-data u l-ħin ta’ l-użin u n-numru ta’ l-identifikazzjoni tat-tanker. Kopja tan-nota tal-piż għandha tinhemeż man-nota tal-bejgħ jew dikjarazzjoni tal-konsenja.

Artikolu 9

Faċilitajiet ta’ l-użin tal-ħut frisk imħaddma privatament

1.   F’każijiet fejn jintużaw faċilitajiet privati ta’ l-użin, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

2.   Is-sistema ta’ l-użin għandha tkun approvata, ikkalibrata u ssiġillata mill-awtoritajiet kompetenti.

3.   Il-parti li tiżen il-ħut għandha żżomm reġistru ta’ l-użin, bil-paġni legati fi ktieb u nnumerati, li jindika:

(a)

l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment li minnu nħatt l-art il-ħut,

(b)

in-numru ta’ l-identifikazzjoni tat-tankers għall-każijiet fejn il-ħut ġie ttrasportat mill-port tal-ħatt l-art qabel intiżen skond l-Artikolu 7. Kull tagħbija tat-tanker għandha tintiżen u tiġi rreġistrata għaliha,

(ċ)

l-ispeċi tal-ħut,

(d)

il-piż ta’ kull ħatt l-art,

(e)

id-data u l-ħin tal-bidu u t-tmiem ta’ l-użin.

4.   Meta l-użin isir fuq sistema ta’ konvejer belt, din għandha tkun mgħammra b’miter viżibbli li jirreġistra t-total kumulattiv tal-piż. Il-valur muri fuq il-miter mal-bidu ta’ l-użin kif ukoll it-total kumulattiv għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru ta’ l-użin. Kull darba li tintuża s-sistema għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru ta’ l-użin.

Artikolu 10

It-tikkettjar tal-ħut iffriżat

Il-bastimenti għandhom jitħallew iħottu biss ħut iffriżat li jkun identifikat permezz ta’ tikketta jew timbru li jinqara b’mod ċar. It-tikketta jew timbru, imqiegħda fuq kull kaxxa jew blokka ta’ ħut iffriżat jindika:

(a)

l-isem jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti li jkun qabad il-ħut;

(b)

speċi;

(ċ)

id-data ta’ produzzjoni;

(d)

iż-żona li fiha saret il-qabda; iż-żona għandha tirreferi għas-sub-żona u taqsima jew sub-taqsima li fihom japplikaw il-limiti tal-qbid skond il-liġi tal-Komunità.

Artikolu 11

Użin ta’ ħut iffriżat

1.   Ix-xerrejja kollha u detenturi ta’ ħut iffriżat għandhom jiżguraw li l-kwantitajiet kollha maħtuta l-art jintiżnu qabel ma l-ħut jiġi pproċessat, jinħażen, jiġi ttrasportat mill-port tal-ħatt l-art jew jinbiegħ. Il-piż tal-ħut iffriżat li jinħatt fil-kaxxi għandu jiġi ddeterminat skond l-ispeċi permezz tal-moltiplikazzjoni ta’ l-għadd totali ta’ kaxxi bil-piż nett medju għal kaxxa, li jiġi kkalkulat skond il-metodoloġija stipulata fl-Anness.

2.   Il-parti li tiżen il-ħut għandha żżomm reġistru tal-ħatt, li jindika:

(a)

l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment li minnu nħatt l-art il-ħut;

(b)

l-ispeċijiet tal-ħut li nħattu;

(ċ)

id-daqs tal-lott u l-kampjun tal-pallets skond l-ispeċi, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness;

(d)

il-piż ta’ kull pallet fil-kampjun u l-piż medju tal-pallets;

(e)

l-għadd ta’ kaxxi fuq kull pallet fil-kampjun;

(f)

il-piż ta’ kull kaxxa vojta, jekk differenti mill-piż tal-kaxxi vojta speċifikat fil-punt 4 ta’ l-Anness;

(g)

il-piż medju ta’ pallet vojt, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 3(b) ta’ l-Anness;

(h)

il-piż medju kull kaxxa, skond l-ispeċi.

3.   Iċ-ċifra li tirriżulta mill-użin għandha tintuża biex jimtlew id-dikjarazzjonijiet ta’ ħatt l-art, noti ta’ bejgħ u dikjarazzjonijiet ta’ konsenja.

Artikolu 12

Iż-żamma tad-dokumenti ta’ l-użin

Ir-reġistru ta’ l-użin u r-reġistri msemmija fl-Artikolu 9(3) u 11(2) u l-kopji tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub ipprovduti fl-Artikolu 7(3)(b) għandhom jinżammu għal sitt snin.

Artikolu 13

Nota tal-bejgħ u dikjarazzjoni ta’ konsenja

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 il-proċessur, ir-riċevitur jew ix-xerrej tal-ħut kollu maħtut l-art għandhom jissottomettu kopja tan-nota ta’ bejgħ jew dikjarazzjoni ta’ konsenja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat malli jintalbu jagħmlu dan imma fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-tlestija ta’ l-użin.

Artikolu 14

Aċċess mill-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess sħiħ f’kull ħin għas-sistema ta’ l-użin, ir-reġistri ta’ l-użin, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub u l-postijiet kollha fejn jiġi pproċessat u jinżamm il-ħut.

Artikolu 15

Verifiki

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu verifiki amministrattivi fuq il-ħatt l-art kollu dwar il-qbil ta’ dawn li ġejjin:

(1)

kwantitajiet skond l-ispeċi indikati fl-avviż minn qabel tal-ħatt l-art, imsemmija fl-Artikolu 3(1)(c), u l-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment,

(2)

il-kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment mal-kwantitajiet irreġistrati fuq id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art,

(3)

il-kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art mal-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta’ konsenja jew nota tal-bejgħ,

(4)

iż-żona fejn seħħ il-qbid, kif reġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment u d-data VMS għall-bastiment ikkonċernat.

Artikolu 16

Spezzjoni sħiħa

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jiżguraw li minn ta’ l-inqas 15 % tal-kwantitajiet ta’ ħut maħtut l-art u minn ta’ l-inqas 10 % tal-ħatt l-art ta’ ħut ikunu suġġetti għal spezzjonijiet sħaħ. Spezzjonijiet bħal dawn għandhom isiru skond il-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   L-użin tal-qabda mill-bastiment għandu jiġi ssorveljat skond l-ispeċi. Fil-każ ta’ bastimenti li jippumpjaw il-qabda l-art, għandu jiġi ssorveljat l-użin ta’ l-iskarika globali. Fil-każ tal-ħatt l-art ta’ ħut iffriżat, il-kaxxi kollha għandhom jintiżnu u l-metodoloġija għall-ikkalkular tal-piż nett medju tal-kaxxi msemmija fl-Anness għandha tiġi ssorveljata.

3.   Id-data li ġejja għandha tiġi kontro-verifikata, apparti minn dik imsemmija fl-Artikolu 15:

(a)

il-kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fir-reġistru ta’ l-użin mal-kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fid-dikjarazzjoni ta’ konsenja jew in-nota tal-bejgħ;

(b)

id-dikjarazzjonijiet bil-miktub irċevuti mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 7(3)(a) u d-dikjarazzjonijiet bil-miktub miżmuma mid-destinatarju tal-ħut, skond l-Artikolu 7(3)(b);

(ċ)

in-numri ta’ l-identità tat-tankers imdaħħla fir-reġistru ta’ l-użin skond l-Artikolu 9(3)(b) u n-numri li jidhru fid-dikjarazzjonijiet bil-miktub previsti fl-Artikolu 7(3)(a).

4.   Għandu jiġi vverifikat li l-bastiment m’għandux iżjed ħut abbord, ladarba r-rilaxx ikun intemm.

Artikolu 17

Dokumentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ spezzjoni

L-attivitajiet kollha ta’ spezzjoni koperti mill-Artikolu 16 għandhom jiġu ddokumentati. Tali dokumentazzjoni għandha tinżamm għal sitt snin.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

(3)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

(4)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(5)  Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal ta’ l-Atlantiku (ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).


ANNESS

Metodoloġija għall-kalkolu tal-piż medju nett ta’ kaxxi jew blokok ta’ ħut iffriżat

1.

Il-piż medju kull kaxxa għandu jiġi ddeterminat skond l-ispeċi, permezz tal-pjan ta’ kampjunar tat-tabella ta’ hawn taħt. Il-kampjun tal-pallets għandu jiġi magħżul b’mod aleatorju.

Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni

Daqs tal-lott

(għadd ta’ kaxxi)

Daqs tal-kampjun

(għadd ta’ pallets × 52 kaxxa)

5 000 jew inqas

3

5 001 –10 000

4

10 001 –15 000

5

15 001 –20 000

6

20 001 –30 001

7

30 001 –50 000

8

Aktar minn 50 000

9

2.

Kull pallet ta’ kaxxi fil-kampjun għandu jintiżen. Il-piż gross totali tal-pallets kollha fil-kampjun għandu jiġi diviż bl-għadd totali ta’ pallets fil-kampjun biex wieħed jasal għall-piż gross medju kull pallet ta’ kull speċi.

3.

Biex wieħed jasal għall-piż nett medju kull kaxxa ta’ kull speċi, għandhom jitnaqqsu dawn li ġejjin mill-piż gross medju tal-pallet imsemmi fil-punt 2:

(a)

Il-piż medju ta’ kull kaxxa vojta – ugwali għall-piż tas-silġ, kartun, plastik jew materjal ta’ ppakkjar ieħor u mmoltiplikat bl-għadd ta’ kaxxi fuq il-pallet;

(b)

Il-piż medju ta’ disa’ pallets vojta kif jintużaw fil-ħatt.

Il-piż nett li jirriżulta għal kull pallet ta’ kull speċi imbagħad għandu jiġi diviż bl-għadd ta’ kaxxi fuq il-pallet.

4.

Il-piż ta’ kull kaxxa vojta msemmi fil-punt 3(a) għandu jkun ta’ 1,5 kg. L-Istati Membri jistgħu jużaw kaxxi b’piż vojt differenti, jekk jissottomettu l-metodoloġija tal-kampjunar tagħhom u kwalunkwe tibdil li jsirilha għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/62


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1543/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u r-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3)(b) u (14) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (2) u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 (3) jiftħu stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ prodotti tal-ħalib lejn destinazzjonijiet minbarra ċerti pajjiżi terzi u żoni.

(2)

Sabiex ma jkunx hemm misinterpretazzjonijiet ta’ l-istatus ta’ dawk id-destinazzjonijiet, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn pajjiżi terzi u territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 581/2004 u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, jistabbilixxu l-perjodu ta’ applikazzjoni għal offerti dwar iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat kif xieraq. Minħabba s-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004, li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir, u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat (4), ipprovdiet għal perjodu wieħed fix-xahar għall-applikazzjoni għall-offerti fl-aħħar terz ta’ l-2007.

(4)

Peress li aktarx din is-sitwazzjoni tas-suq se tibqa’ l-istess, u bl-għan li jkunu evitati proċeduri u spejjeż amministrattivi żejda, huwa xieraq li din il-frekwenza ta’ żmien tkun adottata b’mod definit b’bażi permanenti minn Jannar 2008.

(5)

Għalhekk jeħtieġ li ssir emenda għar-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004 kif xieraq.

(6)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 581/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma intiżi għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha minbarra l-pajjiżi u ż-żoni li ġejjin:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka;

(b)

it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.”

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

“2.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

F’Awwissu għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fl-ewwel Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.

Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’Awwissu għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jintemm fil-13:00 (ħin ta’ Brussel) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.”

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 582/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej:

“1.   Offerta permanenti hija miftuħa sabiex tiġi ddeterminata r-rifużjoni għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat imsemmi fis-sezzjoni 9 ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (*) fi xkejjer ta’ mill-anqas 25 kilogramma piż nett u li jkun fih mhux aktar minn 0.5 % fil-piż ta’ materja mhux lattika miżjuda li jidħol taħt il-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000, li hu maħsub għall-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha ħlief il-pajjiżi u ż-żoni li ġejjin:

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka;

(b)

it-territorji ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(*)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1.”"

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

“2.   Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’Awwissu għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jibda fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fl-ewwel Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jibda fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol li jkun imiss.

Kull perjodu ta’ l-offerti għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

f’Awwissu għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fir-raba’ Tlieta;

(b)

f’Diċembru għandu jintemm fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) fit-tieni Tlieta.

Jekk it-Tlieta tkun festa, il-perjodu għandu jintemm fil-13:00 (ħin ta’ Brussell) tal-jum ta’ xogħol preċedenti.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1.7.2008.

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (EC) No 276/2007.

(4)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 23.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/64


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1544/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2707/2000 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola f’ċerti stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna għall-ħalib mogħti lill-istudenti fi stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni, irrispettivament mill-kontenut ta’ xaħam fih, u jistipula l-adattament tal-livell ta’ għajnuna għal prodotti oħra eliġibbli.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2707/2000 (2) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2707/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri jistgħu jħallsu l-għajnuna għall-prodotti eliġibbli li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness I.

2.   Fid-dipartimenti Franċiżi lil hinn mix-xtut, il-ħalib bit-togħma taċ-ċikkulata jew ta’ xorta oħra jista’ jkun ħalib rikostitwit.

3.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żieda ta’ massimu ta’ 5 mg ta’ fluworin għal kull kilogramma mal-prodotti tal-kategorija I.

4.   Għandha tingħata għajnuna biss fuq il-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament jekk il-prodotti huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), u b’mod partikolari mar-rekwiżiti ta’ preparazzjoni fi stabbiliment approvat u mar-rekwiżiti ta’ mmarkar ta’ identifikazzjoni speċifikati fit-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(*)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; kif ikoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3."

(**)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; kif ikoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”;"

2)

L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Ir-rati ta’ għajnuna jinsabu fl-Anness II.”;

3)

L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għall-prodotti tal-kategoriji II sa VI li jinsabu fl-Anness 1 il-kalkolu għandu jsir skond dawn l-ekwivalenzi:

(a)

il-kategorija II: 100 kg = 300 kg ħalib;

(b)

il-kategorija III: 100 kg = 765 kg ħalib;

(c)

il-kategorija IV: 100 kg = 850 kg ħalib;

(d)

il-kategorija V: 100 kg = 935 kg ħalib;

(e)

il-kategorija VI: 100 kg = 750 kg ħalib.”

4)

L-Annessi I u II għandhom jinbidlu bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 311, 12.12.2000, p. 37. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 704/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 31).


ANNESS

L-ANNESS I

IL-LISTA TAL-PRODOTTI ELIĠIBBLI GĦALL-GĦAJNUNA KOMUNITARJA

Il-Kategorija I

(a)

ħalib ittrattat bis-sħana

(b)

ħalib ittrattat bis-sħana bit-togħma taċ-ċikkulata jew ta’ xorta oħra, li jkun fih mill-anqas 90 % bħala piż tal-ħalib imsemmi f’(a)

(ċ)

Jogurt jew piimä/filmjölk jew piimä/fil ipproċessati mill-ħalib imsemmi f’(a)

Il-Kategorija II

Ġobnijiet mhux imħawra (1) friski u pproċessati b’kontenut ta’ xaħam bħala piż ta’ materjal niexef ta’ mill-anqas 40 %

Il-Kategorija III

Ġobnijiet oħra minbarra dawk friski u pproċessati, b’kontenut ta’ xaħam bħala piż ta’ materjal niexef ta’ mill-anqas 45 %.

Il-Kategorija IV

Ġobon Grana Padano.

Il-Kategorija V

Ġobon Parmigiano-Reggiano

Il-Kategorija VI

Ġobon Halloumi

L-ANNESS II

Rati ta’ għajnuna

(a)

EUR 18,15/100 kg għall-prodotti tal-kategorija I

(b)

EUR 54,45/100 kg għall-prodotti tal-kategorija II

(c)

EUR 138,85/100 kg għall-prodotti tal-kategorija III

(d)

EUR 154,28/100 kg għall-prodotti tal-kategorija IV

(e)

EUR 169,70/100 kg għall-prodotti tal-kategorija V

(f)

EUR 136,13/100 kg għall-prodotti tal-kategorija VI


(1)  Għall-għanijiet ta’ din il-kategorija, ġobon mhux imħawwar għandu jfisser ġobon derivat esklussivament mill-ħalib, bil-ftehim li s-sustanzi meħtieġa għall-manifattura tiegħu jistgħu jiġu miżjuda, basta dawn is-sustanzi ma jiġux użati biex jieħdu post, b’mod parzjali jew totali ta’ xi kostitwent tal-ħalib.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/67


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1545/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa l-kwantità komplimentarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat fl-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u fl-Indja għall-provvista fir-raffineriji għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistipula li, matul is-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, u sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji Komunitarji, id-dazji fuq l-importazzjoni fuq kwantità komplementarja ta’ l-importazzjonijiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġinaw fl-Istati msemmija fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu sospiżi.

(2)

Dik il-kwantità komplementarja għandha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tal-kummerċ 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti tas-settur taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali [traduzzjoni mhux uffiċjali] (2), fuq bażi ta’ previżjoni Komunitarja ta’ bilanċ ta’ provvista għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat. Għas-sena kummerċjali 2007/2008, il-bilanċ jindika l-ħtieġa għall-importazzjoni ta’ kwantità komplementarja ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ provvista tar-raffineriji Komunitarji.

(3)

Biex ikun żgurat li r-raffineriji fi ħdan il-Komunità jkollhom provvista suffiċjenti ta’ zokkor għall-bżonnijiet ta’ provvista tradizzjonali tagħhom, il-kwantità komplementarja għandha tkun allokata bejn il-pajjiżi terzi ikkonċernati b'tali mod li kunsinna sħiħa tkun żgurata. Għall-Indja, huwa kkunsidrat xieraq li tinżamm il-kwantità inizjali ta’ 10 000 tunnellata. Rigward il-bqija tal-bżonn ta’ provvista, kwantità globali għandha tiġi stabbilita għall-Istati AKP, li flimkien impenjaw ruħhom li jimplimentaw huma stess proċeduri għall-allokazzjoni tal-kwanititajiet sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008, il-kwantità komplementarja taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat lest għar-raffinar li taqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 11 10, kif imsemmija fl-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, għandha tkun:

(a)

70 000 tunnellata espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Istati elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 minbarra l-Indja;

(b)

10 000 tunnellata espressi f'ekwivalenti ta’ zokkor abjad li joriġina fl-Indja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/68


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1546/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ miżuri għall-bejgħ ta’ krema, butir u butir konċentrat fis-suq Komunitarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 li jemenda d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru (KE) 1255/1999 dwar il-ħżin privat ta’ butir u krema, notevolment billi titneħħa r-referenza għall-istandards ta’ kwalità nazzjonali bħala kriterju ta’ eliġibblità għall-għajnuna għall-ħżin privat ta’ butir.

(2)

Minħabba dawn l-arranġamenti huwa xieraq li l-kriterji ta’ eliġibbiltà jiġu alinjati ma’ l-iskemi ta’ għajnuna għall-bejgħ ta’ krema, butir u butir konċentrat stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1898/2005 (2). B'mod partikolari għandhom jitneħħew ir-referenzi għall-istandard ta’ kwalità nazzjonali u jiġu sostitwiti kulfejn meħtieġ bil-kriterji ta’ eliġibbiltà tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar kontrolli għandhom jiġu adattati skond dan.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 ghandu jigi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) jitbiddel b'dan li ġej:

“(a)

il-butir magħmul direttament u esklussivament mill-krema ppasturizzata li jkun jilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999”;

(2)

Fl-Artikolu 45, il-paragrafu 2 għandu jitbiddel b'dan li ġej:

“2.   Meta jkunu ġew miżjuda t-traċċjaturi fil-butir jew fil-krema, jew jekk il-butir jew il-krema jkunu ġew inkorporati fil-prodotti finali jew, meta japplika fil-prodotti intermedji, fi Stat Membru ieħor għajr il-pajjiż tal-fabbrikazzjoni, dan il-butir jew din il-krema għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jiddikjara li:

(a)

għal butir, prodott fit-territorju tiegħu f'impriża approvata li tkun soġġetta għal kontrolli li jivverifikaw li l-butir magħmul direttament u esklussivament mill-krema jew mill-ħalib skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999;

(b)

għal krema, prodotta fit-territorju tiegħu f'impriża approvata li tkun soġġetta għal kontrolli li jivverifikaw li l-krema magħmula direttament u esklussivament mill-ħalib tal-baqra prodott fil-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

3.   Meta l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun twettaq kontrolli dwar in-natura u l-kompożizzjoni tal-butir imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fih ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli u konferma li l-prodott konċernat huwa butir skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F'dak il-każ, l-ippakkeġġjar għandu jkun issiġillat permezz ta’ tikketta nnumerata maħruġa mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni. Dan in-numru għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat.”

(3)

Fl-Artikolu 72(b), il-punt (i) jitbiddel b'dan li ġej:

“(i)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999”

(4)

Fl-Artikolu 74, il-paragrafu 2 jitbiddel b'dan li ġej:

“2.   Fil-każ tal-butir imsemmi fit-tieni inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-ammont ta’ l-għajnuna stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi mmultiplikat b'0.9756.”

(5)

Fl-Artikolu 81, il-paragrafu 1 jitbiddel b'dan li ġej:

“1.   Il-butir għandu jintbagħat lill-benefiċjarju f’pakketti b’ittri ċari u li ma jitħassrux fuqhom il-marka ta’ identifikazzjoni skond l-Artikolu 72(b) u wieħed jew iktar annotazzjonijiet elenkati fl-Anness XVI(1).”

(6)

L-Artikolu 82 jitbiddel b'dan li ġej:

“Artikolu 82

1   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri ta’ spezzjoni kollha neċessarji biex jiġi żgurat li dan il-Kapitolu ġie ssodisfat. B'mod partikolari kontrolli dwar id-dokumenti kummerċjali u r-rekords ta’ l-istokk tal-fornitur għandhom isiru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89. (*)

Barra minn hekk, l-eliġibbiltà tal-butir għandha tiġi vverifikata billi jsiru analiżi ta’ kampjuni fiżiċi aleatorji sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ l-Artikolu 72(b)(i) ta’ dan ir-Regolament u biex jivverifikaw li ma fihx xaħam mhux tal-ħalib.

Il-kontrolli għandhom ikunu soġġetti għal rapport ta’ spezzjoni li jispeċifika d-data tal-kontroll, it-tul ta’ żmien tiegħu u l-operazzjonijiet li twettqu.

2   Meta l-butir jiġi prodott fi Stat Membru minbarra l-Istat Membru fejn ikun inxtara minn benefiċjarju, il-ħlas ta’ l-għajnuna għandu jkun soġġett għal preżentazzjoni ta’ ċertifikat mogħti mill-aġenzija kompetenti ta l-Istat Membru tal-produzzjoni.

Dan iċ-ċertifikat għandu jikkonferma li l-butir konċernat ġie prodott f'impriża approvata li tkun soġġetta għal kontrolli li jivverifikaw li l-butir ġie magħmul mill-krema jew mill-ħalib skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

Meta l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun wettaq kontrolli dwar in-natura u l-kompożizzjoni tal-butir imsemmi fl-Artikolu 72(1) ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat imsemmi fl-ewwel subparagrafu 2 ta’ dan il paragrafu għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta’ dawk il-kontrolli u konferma li l-prodott konċernat huwa butir skond it-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. F'dak il-każ, l-ippakkeġġjar għandu jkun issiġillat permezz ta’ tikketta nnumerata maħruġa mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni. Dan in-numru għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat.

(*)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

L-Artikolu 1(3) sa (6) għandu japplika għall-konsenji kollha ta’ butir li jsiru abbażi tal-kupun, kif imsemmi fl-Artikolu 75(1) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005, li jkun validu għax-xahar ta’ Jannar 2008 u wara.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.

(2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 96/2007 (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 6).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/70


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1547/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika ta’ Cape Verde mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika ta’ Cape Verde (minn issa ‘l quddiem tissejjeħ “Cape Verde”) hija inkluża fl-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati taħt l-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati tal-Komunità.

(2)

L-Artikolu 12(7) tar-Regolament (KE) Nru 980/2005 jipprovdi għat-tneħħija ta’ pajjiż mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, meta dak il-pajjiż jiġi eskluż min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ perjodu tranzitorju ta’ mill-inqas tliet snin, biex itaffi xi effetti ħżiena li jistgħu jiġu kkawżati bit-tneħħija tal-preferenzi tariffarji mogħtija taħt l-arranġament speċjali għal pajjiżi l-inqas żviluppati.

(3)

Cape Verde ġiet eskluża min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008 (2).

(4)

Cape Verde għandha għalhekk titħalla tkompli tgawdi mill-preferenzi mogħtija taħt l-arranġament speċjali għal pajjiżi l-inqas żviluppati, sa tmiem l-2010.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Repubblika ta’ Cape Verde għandha titneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji ta’ l-arranġament speċjali għal pajjiżi l-inqas żviluppati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 30.6.2005, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 4).

(2)  Riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea Ġenerali ta’ l-UN ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/71


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1548/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art irtirata mill-produzzjoni għall-ksib ta’ materja prima

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(da) u (dd) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2006 jiddefinixxi r-regoli għall-appoġġ mhux separat għall-frott u l-ħaxix. Il-Kapitoli 10g u 10h tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedu l-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u l-pagament tranżitorju għall-frott artab. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-regoli dettaljati jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ l-għoti ta’ dawn l-għajnuniet.

(2)

L-Artikolu 143ċ tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jippermetti lill-Istati Membri l-ġodda jikkomplementaw il-pagamenti diretti Komunitarji. Għadd ta’ pagamenti diretti ġew totalment jew parzjalment inklużi fl-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri kollha għajr dawk l-Istati Membri l-ġodda li għadhom japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku taż-żona. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ pagament uniku, l-esperjenza bl-applikazzjoni ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari wriet li l-Istati Membri l-ġodda ltaqgħu ma’ ċerti diffikultajiet meta ġew biex japplikaw ir-regoli previsti mill-Artikolu 143ċ tar-Regolament imsemmi. Għaldaqstant, għal finijiet ta’ aktar ċarezza, jixraq li tingħata aktar preċiżjoni lit-tifsira ta’ ċerti termini użati fl-Artikolu 143ċ(2) u (7) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Il-punt E tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness VIII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jistabbilixxi l-possibbiltà li jingħata sostenn lil bdiewa li huma eliġibbli għal pagamenti diretti nazzjonali komplementari fil-Bulgarija u fir-Rumanija bħala parti mill-miżuri temporanji addizzjonali għall-iżvilupp rurali. Jixraq li, fil-każ ta’ kontribut Komunitarju, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2), li stabbilixxa r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità (cross-compliance), modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, japplika għal dawn il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mid-data ta’ l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 110u u l-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 110v tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedu li l-għajnuniet previsti f’dawn l-Artikoli jingħataw bil-kundizzjoni li jiġi konkluż kuntratt ta’ pproċessar. Għal dak il-għan, jixraq li jiġi meħtieġ li kuntratt jiġi konkluż fir-rigward tal-materja prima agrikola kkonċernata, bejn, fuq naħa, l-ewwel proċessur approvat u, fuq in-naħa l-oħra, produttur jew organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta li tirrappreżentah jew, fil-każ ta’ pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u pagament tranżitorju għall-frott artab, kollettur approvat li jirrappreżenta l-produttur.

(5)

Bil-għan li jiġi garantit li l-materja prima li tibbenefika mill-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u mill-pagament tranżitorju għall-frott artab hija pproċessata totalment, jidher xieraq li tiġi stabbilita sistema ta’ approvazzjoni ta’ l-ewwel proċessuri u kolletturi. Operaturi awtorizzati bħal dawn għandhom jikkonformaw ma’ rekwiżiti minimi u għandhom ikunu sanzjonati f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligi tagħhom, skond regoli dettaljati li jiġu stipulati fuq livell nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti.

(6)

Bil-għan li jkunu jistgħu jiġġestixxu l-allokazzjoni finanzjarja għall-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix b’mod xieraq, l-Istati Membri għandhom jiffissaw, kmieni fis-sena, ammont indikattiv ta’ għajnuna għal kull ettaru u, qabel il-perjodu ta’ żmien għall-pagamenti, ammont finali ta’ għajnuna għal kull ettaru.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), jiżdied il-punt (t) li ġej:

“(t)

pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u pagament tranżitorju għall-frott artab previsti mill-Kapitoli 10g u 10h tat-Titolu IV tar-Regolament imsemmi.”;

(2)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (e), (h), (i), (j), (m), (p) u (t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0.3 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fil-każ ta’ Malta, il-pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (e), (h), (i), (j), (m), (p) u (t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0,1 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fil-każ tal-Greċja, il-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix imsemmijin fl-Artikolu 1(t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0,1 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Fil-każ tal-Bulgarija, il-Latvja, l-Ungerija u l-Polonja il-pagamenti għall-frott artab imsemmijin fl-Artikolu 1(t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni, għal kull tip ta’ għalla, li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ talanqas 0,1 ettari, fejn kull pakkett agrikolu kkoltivat jaqbeż id-daqs minimu stabbilit mill-Istat Membri fi ħdan il-limitu previst mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. ”

(3)

Fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu (a), (b), (ċ), (h), (j) u (t) għandhom jingħataw esklussivament għaż-żoni miżrugħa jew imħawla li fuqhom twettqu l-kundizzjonijiet normali kollha fil-qasam tal-koltivazzjoni skond l-istandards lokali. ”;

(4)

Fl-Artikolu 3(1), jiżdied il-punt (v) li ġej:

“(v)

l-ammont totali ta’ għajnuna mħallas fil-każ ta’ pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix u ta’ pagament tranżitorju għall-frott artab previsti mill-Kapitoli 10g u 10h tat-Titolu IV tar-Regolament Nru 1782/2003.”;

(5)

Dan l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 139:

“Artikolu 139a

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 143ċ tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ‘il-pagament dirett korrispondenti li japplika fl-Istati Membri tal-Komunità hekk kif kienet fit-30 ta’ April 2004’[traduzzjoni mhux uffiċjali] imsemmi fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu msemmi għandha tfisser kwalunkwe pagament dirett fl-Anness I tar-Regolament imsemmi mogħti fis-sena ta’ applikazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tagħhom huma simili għal dawk tal-pagament dirett nazzjonali komplementari kkonċernat.

2.   F’applikazzjoni tat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 143ċ(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tqis l-allokazzjoni finanzjarja speċifika għas-(sub)settur imsemmija fl-Artikolu 143ċ(5) tar-Regolament imsemmi u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-pagament dirett korrispondenti li japplika fl-Istati Membri tal-Komunità hekk kif kienet fit-30 ta’ April 2004.”;

(6)

L-Artikolu 140(1) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu japplika għall-pagament dirett nazzjonali komplementari kofinanzjat skond l-Artikolu 33h tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jew, fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skond is-Sezzjoni I, punt E ta’ l-Anness VIII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. ”

(7)

Dan il-Kapitolu 17ċ li ġej jiddaħħal wara l-Kapitolu 17d:

“KAPITOLU 17d

PAGAMENTI TRANŻITORJI GĦALL-FROTT U L-ĦAXIX U PAGAMENT TRANŻITORJU GĦALL-FROTT ARTAB

Artikolu 171d

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

‘applikant’ tfisser kwalunkwe bidwi li jikkoltiva ż-żoni msemmijin fl-Artikolu 110t u 110v tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bil-ħsieb li jikseb l-għajnuniet previsti mill-Artikolu msemmi;

(b)

‘għajnuna’ tfisser il-pagament tranżitorju għall-frott u l-ħaxix previst mill-Artikolu 110t tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew il-pagament tranżitorju għall-frott artab previst mill-Artikolu 110v tar-Regolament imsemmi;

(ċ)

‘l-ewwel proċessur’ tfisser kwalunkwe utent ta’ materja prima agrikola msemmija fl-Artikoli 110t u 110v tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jagħmel l-ewwel ipproċessar tagħha bil-ħsieb li jikseb prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (*);

(d)

‘kollettur’ tfisser kwalunkwe persuna li tikkonkludi kuntratt ma’ applikant skond it-tifsira tal-punt (a) li jixtri f’ismu talanqas wieħed mill-prodotti msemmijin rispettivament fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2) jew fl-Artikolu 110v(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(e)

‘organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta’ tfisser kwalunkwe entità ġuridika jew parti definita biċ-ċar ta’ entità ġuridika li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (**) u li hija rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi u minn gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti skond l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 171da

Kuntratt

1.   Bla ħsara għall-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 110u(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-kuntratt ta’ l-ipproċessar imsemmi fl-Artikoli 110u(3) u 110v(2) tar-Regolament imsemmi għandu jiġi konkluż bejn, fuq naħa, l-ewwel proċessur approvat, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 171db, u, min-naħa l-oħra, applikant jew organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta li tirrappreżentah jew kollettur approvat, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 171db, li jirrappreżenta l-applikant.

Meta l-organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta taġixxi wkoll ta’ l-ewwel proċessur approvat, il-kuntratt jista’ jieħu l-forma ta’ impenn ta’ provvista.

2.   Il-kuntratt jew l-impenn ta’ provvista għandu jispeċifika talanqas dan li ġej:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet firmatarji tal-kuntratt jew l-impenn ta’ forniment;

(b)

l-ispeċijiet ikkonċernati u l-medd art imħawla b’kull speċi;

(ċ)

fejn xieraq, impenn mill-applikant li lill-ewwel proċessur jikkonsenjalu l-kwantità totali maħsuba jew il-kwantitajiet minimi definiti mill-Istati Membri.

Fil-każijiet li fihom il-kuntratt jiġi konkluż bejn l-ewwel proċessur approvat u organizzazzjoni ta’ produtturi rikonoxxuta jew kollettur approvat li jirrappreżenta l-applikant, il-kuntratt għandu jispeċifika wkoll l-ismijiet u l-indirizzi, imsemmija fil-punt (a), ta’ l-applikanti kkonċernati, kif ukoll l-ispeċijiet u l-medd art imħawla, imsemmija fil-punt (b), għal kull applikant ikkonċernat.

Artikolu 171db

Approvazzjoni ta’ l-ewwel proċessuri u tal-kolletturi

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ approvazzjoni ta’ l-ewwel proċessuri u tal-kolletturi li jinsabu fuq fit-territorju tagħhom. B’mod partikolari, għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni billi talanqas jiggarantixxu li:

(a)

l-ewwel proċessuri u l-kolletturi approvati jippossjedu l-kapaċitajiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 171da;

(b)

l-ewwel proċessuri approvati jippossjedu l-kapaċitajiet produttivi xierqa.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura ta’ kontrolli ta’ l-approvazzjoni.

L-approvazzjonijiet mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 u r-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandhom jibqgħu validi għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3.   Jekk jirriżulta li l-ewwel proċessur jew il-kollettur approvat jonqos milli jikkonforma ma’ l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati abbażi tiegħu, jew meta l-ewwel proċessur jew il-kollettur approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-verifiki li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-Istati Membri għandhom jimponu penali. Ir-rata tal-penali għandha tkun ikkalkolata fid-dawl tal-gravità tal-ksur.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ l-ewwel proċessuri u kolletturi approvati disponibbli għall-pubbliku talanqas xahrejn qabel id-data ffissata skond l-Artikolu 11(2) jew l-Artikolu 13(13a) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

Artikolu 171dc

Livell ta’ għajnuna għall-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix

1.   F’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 110u(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u qabel il-15 ta’ Marzu tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jiffissaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-ammont indikattiv ta’ għajnuna għal kull ettaru.

2.   F’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 110u(1) u 110u(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont finali ta’ għajnuna għal kull ettaru abbażi taż-żona determinata.

(*)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29."

(**)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, l-Artikolu 1(6) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 972/2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 993/2007 (ĠU L 222, 28.8.2007, p. 10).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/75


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1549/2007

ta’ l-20 Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu;

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 taghha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (3) joffri, b’ċerti kundizzjonijiet, il-possibbiltà li proċessaturi japplikaw għal liċenzji ta’ l-importazzjoni.

(2)

Il-laħam tat-tjur immellaħ li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 0210 99 39 mhuwiex kopert bir-Regolament (KEE) Nru 2777/75. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-operaturi li tradizzjonalment jimportaw dan il-prodott jitħallew igawdu mill-kwota tariffarja speċifika għal-laħam tat-tjur immellaħ.

(3)

Fost il-kundizzjonijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 616/2007, hemm b’mod partikolari l-kundizzjoni li l-ipproċessar jeħtieġlu jkun sar abbażi ta’ laħam tat-tjur kopert bil-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, u li r-riżultati tiegħu jkunu preparati abbażi ta’ laħam tat-tjur kopert bil-kodiċijiet tan-NM 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

(4)

Ġaladarba r-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ma jkoprix il-preparati omoġenizzati tal-kodiċi tan-NM 1602 10, u filwaqt li ċerti operaturi speċjalizzati f’dan it-tip ta’ pproċessar urew l-interess tagħhom li jieħdu sehem fi kwoti tariffarji koperti bir-Regolament (KE) Nru 616/2007, jeħtieġ li jiġi provdut li dawn il-prodotti għall-ipproċessar ikunu inklużi, filwaqt li madankollu dan ikun limitat biss għall-prodotti omoġenizzati li ma jkun fihom l-ebda laħam ħlief dak tat-tjur.

(5)

L-esperjenza turi li l-kwantitajiet disponibbli għall-gruppi 6 u 8 ma jiġux utilizzati. Raġuni waħda għal din l-utilizzazzjoni baxxa tinsab fil-fatt li l-kwantità minima li operatur ikun jista’ japplika għaliha, ffissata bir-Regolament għal 100 tunnellata, hija kbira wisq, minħabba li ta’ spiss ikunu kkonċernati swieq “niċċa”.

(6)

Jeħtieġ għalhekk li titnaqqas il-kwantità minima li l-operaturi jistgħu japplikaw għaliha għal dawn il-gruppi speċifiċi.

(7)

L-Istati Membri joħorġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni lill-operaturi aktar minn xahrejn qabel il-bidu tas-subperjodu jew il-perjodu kkonċernat, u għaldaqstant aktar minn xahrejn qabel il-perjodu tal-validità tagħhom. Iż-żmien bejn il-ħruġ u l-possibbiltà li timporta b’dawn il-liċenzji huwa partikolarment twil.

(8)

Biex jiġi evitat li wħud minn dawn il-liċenzji ma jintużawx f’importazzjonijiet qabel il-perjodu ta’ validità tagħhom, jeħtieġ li jkun impost li l-bidu tal-perjodu ta’ validità jitniżżel fuq il-liċenzji ta’ l-importazzjoni.

(9)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 616/2007 jiġi emendat skond dan.

(10)

Il-miżuri stabbiliti b’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 4(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, x’ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 msemmi, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti li jkunu jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jew ta’ laħam tat-tjur immellaħ kopert bil-kodiċi tan-NM 0210 99 39.”

2.

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“2.   B’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kif ukoll mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-applikant għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, x’ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, jista’ wkoll jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ikun ipproċessa talanqas 1 000 tunnellata ta’ laħam tat-tjur li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, fi preparati abbażi ta’ laħam tat-tjur koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jew fi preparati omoġenizzati koperti bil-kodiċi tan-NM 1602 10 00 li ma jkun fihom l-ebda laħam għajr dak tat-tjur.”

3.

Fl-Artikolu 4(5), it-tieni inċiż għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Għall-gruppi 3, 6 u 8, il-kwantità minima li jeħtiġilha tkopri l-applikazzjoni għal liċenzja għandha titnaqqas għal 10 tunnellati.”

4.

L-Anness II.B għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

“B.

Referenzi msemmija fl-Artikolu 4(7), it-tieni inċiż:

bil-Bulgaru

:

Намаляване на ОМТ, както предвижда Регламент (ЕО) № 616/2007

В действие от …

bl-Ispanjol

:

reducción del AAC tal como prevé el Reglamento (CE) no 616/2007

Válida desde el …

biċ-Ċek

:

Snížení celní sazby podle nařízení (ES) č. 616/2007

Platné ode dne

bid-Daniż

:

Nedsættelse af FFT-toldsatser, jf. forordning (EF) nr. 616/2007

Gyldig fra den …

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes des GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 616/2007

Gültig ab dem

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära vähendamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 616/2007

Kehtib alates

bil-Grieg

:

μείωση του δασμού του ΚΔ όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 616/2007

Ισχύει από …

bl-Ingliż

:

reduction of CCT duty pursuant to Regulation (EC) No 616/2007

valid from …

bil-Franċiż

:

réduction du TDC comme prévu au règlement (CE) no 616/2007

Valable à partir du

bit-Taljan

:

riduzione del dazio TDC come prevede il regolamento (CE) n. 616/2007

Valido a decorrere dal

bil-Latvjan

:

Kopējā muitas tarifa (KMT) samazinājums, kā paredzēts Regulā (EK) Nr. 616/2007

Piemērojams no

bil-Litwan

:

BMT muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 616/2007

Galioja nuo

bl-Ungeriż

:

A 616/2007/EK rendeletben előírt KTV csökkentés

Érvényesség kezdete

bil-Malti

:

Tnaqqis tat-Tariffa Doganali Komuni kif jipprovdi r-Regolament (CE) Nru 616/2007

Valida mid-data

bl-Olandiż

:

Verlaging van het GDT overeenkomstig Verordening (EG) nr. 616/2007

Geldig vanaf

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 616/2007

Ważne od dnia […] r.

bil-Portugiż

:

Redução do direito da pauta aduaneira comum prevista no Regulamento (CE) n.o 616/2007

Válida a partir de

bir-Rumen

:

reducerea TVC în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 616/2007

Valabil de la

bis-Slovakk

:

Zníženie cla SCS podľa nariadenia (ES) č. 616/2007

Platné od ...

bis-Sloven

:

Skupna carinska tarifa, znižana v skladu z Uredbo (ES) št. 616/2007

Velja od

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 616/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus

Voimassa alkaen

bl-Iżvediż

:

Minskning av gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 616/2007

Giltig fr.o.m. …”


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/79


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1550/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145 (ċ), (da), (l), (m), (n) u (p) tiegħu,

Billi:

(1)

Fir-rapport tagħha lill-Kunsill (2) dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità, il-Kummissjoni identifikat numru ta’ aspetti li jistgħu jittejbu sabiex is-sistema ssir aktar effiċjenti u sabiex ir-regoli li jirregolaw din l-implimentazzjoni jiġu ssimplifikati. Sabiex jiddaħħal fis-seħħ dan it-titjib, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (3) għandu jiġi emendat f’diversi aspetti.

(2)

L-Artikolu 143bb tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għal pagament separat għall-frott u l-ħaxix fl-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona kif provdut fl-Artikolu 143b ta’ l-istess Regolament. Minħabba n-natura tiegħu, dan il-pagament m’għandux x’jaqsam maż-żona agrikola. Għaldaqstant, il-provvedimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni waħdanija skond ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 ma japplikawx għal dik l-iskema ta’ pagament. B’hekk, it-tifsira ta’ l-iskemi ta’ għajnuna relatati maż-żona għandha tiġi emendata kif xieraq u għandu jsir provvediment għal proċedura ta’ applikazzjoni xierqa.

(3)

Id-dispożizzjonijiet rigward il-pagament għaz-zokkor kif provduti fil-Kapitolu 10e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 m’għadhomx jgħoddu u għandhom jitħassru.

(4)

Id-data għall-iffissar tal-proporzjon ta’ mergħa permanenti li għandha tinżamm fil-livell ta’ l-Stati Membri għandha tiġi stabbilita għall-Bulgarija u r-Rumanija. Għandha wkoll tiġi pprovduta l-aħħar data sa meta t-tagħrif dwar dan il-proporzjon għandu jiġi mgħarraf lill-Kummissjoni.

(5)

Wara l-introduzzjoni tal-pagament tranżitorju għall-frott u l-ħaxix kif provdut fil-Kapitolu 10 g tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u tal-pagament tranżitorju għall-frott artab kif provdut fil-Kapitolu 10h ta’ l-istess Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċedura ta’ l-applikazzjoni.

(6)

Wara l-introduzzjoni ta’ l-iskema ta’ ħlas waħdieni u d-diżakkoppjament tal-pagament relatat maż-żona, m’għadux meħtieġ li l-verifiki fuq il-post għal dawk il-pagamenti ma jkunux imħabbra fil-każijiet kollha. Irid jiġi ċċarat ukoll meta m’għandhomx jitħabbru verifiki fuq il-post dwar il-konformità [kundizzjonalità], partikularment sabiex jiġi evitat il-ħabi ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ irregolarità.

(7)

L-esperjenza wriet li hemm bżonn ta’ iktar flessibbiltà meta tintlaħaq ir-rata minima ta’ kontroll għall-verifiki għall-konformità. L-Istat Membru għandu jkollu l-għażla li jilħaq ir-rata minima mhux biss fil-livell ta’ l-awtorità kompetenti ta’ kontroll imma wkoll fil-livell ta’ l-aġenzija tal-ħlas jew fil-livell ta’ att jew standard jew ta’ grupp ta’ atti jew ta’ standards. Barra minn hekk, meta kampjun ikollu jitwessa’ iktar mir-rata minima ta’ kontroll wara li jinstab numru kbir ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, dik l-estensjoni għandha tkun immirata lejn l-atti u l-istandards ikkonċernati u mhux lejn iż-żona kollha suġġetta għall-konformità. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom jiġu emendati kif inhu xieraq.

(8)

Barra minn hekk, l-esperjenza wriet li l-għażla ta’ kampjun ta’ kontroll għall-verifiki fuq il-post tista’ titjieb jekk tħalli 'l dan il-kampjun jintgħażel mhux biss fil-livell ta’ l-awtorità kompetenti ta’ kontroll imma wkoll fil-livell ta’ l-aġenzija tal-ħlas jew għal kull att jew standard.

(9)

L-eżistenza ta’ rati ta’ kontroll li jvarjaw kif provdut fil-leġiżlazzjoni speċifika dwar il-kontroll tal-konformità tagħmilha aktar bi tqila għall-Istati Membri li jorganizzaw il-kontrolli. Għaldaqstant, għandha tiddaħħal rata waħda ta’ kontroll għal verifiki fuq il-post għall-konformità. Minkejja dan, kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità li jinstab matul il-verifiki fuq il-post skond il-leġiżlazzjoni settorjali għandu jiġi rrappurtat u segwit skond il-konformità.

(10)

It-teħid ta’ kampjuni ta’ verifiki fuq il-post għall-konformità jista’ jitjieb billi titqies fl-analiżi tar-riskju l-parteċipazzjoni tal-bdiewa fis-sistema konsultattiva għar-rziezet [azjendi agrikoli] kif provduta fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, flimkien mal-parteċipazzjoni tagħhom f’sistemi ta’ ċertifikazzjoni relevanti. Madanakollu, meta titqies dik il-parteċipazzjoni għandu jintwera li l-bdiewa li qed jieħdu sehem f’dawk l-iskemi jirrappreżentaw riskju iżgħar minn dawk li ma jkunux qed jieħdu sehem fihom.

(11)

Biex tiżgura element ta’ kwalità rappreżentattiva fil-kampjun li ser jingħażel għall-verifiki fuq il-post għall-konformità, ċerta parti mill-kampjun għandha tingħażel b’mod każwali. F’każ li n-numru ta’ verifiki fuq il-post għall-konformità jiżdied, għandu wkoll ikun jista’ jiżdied il-perċentwal tal-bdiewa li jintgħażlu b’mod każwali għal dawk il-verifiki.

(12)

Sabiex ikun possibbli wkoll li l-verifiki fuq il-post għall-konformità jinbdew kemm jista’ jkun kmieni fis-sena, anke qabel ma l-informazzjoni kollha dwar il-formoli ta’ l-applikazzjoni tkun disponibbli, l-għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll, ibbażata fuq l-informazzjoni diġà disponibbli, għandha tkun possibbli.

(13)

Ġeneralment, il-verifiki fuq il-post għall-konformità jkunu jeħtieġu numru ta’ żjajjar fl-istess razzett. Il-verifiki jistgħu jkunu limitati għal żjara waħda ta’ kontroll sabiex jitnaqqas il-piż tagħhom fuq il-bdiewa u l-amministrazzjonijiet. Iż-żmien meta tkun se ssir dik iż-żjara għandu jiġi ċċarat. Minkejja dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li verifika rappreżentattiva u effettiva tal-ħtiġijiet u l-istandards li jkun għad iridu jiġu vverifikati titwettaq fl-istess sena kalendarja.

(14)

Rigward verifiki fuq il-post għall-kriterji ta’ eliġibbiltà, ġie ppruvat li l-possibbiltà li verifiki jkunu limitati għal kampjun miż-żona li trid tiġi vverifikata hija effettiva. Għaldaqstant jixraq li din il-possibbiltà titwessa’, għall-verifiki fuq il-post għall-konformità, fejn dan huwa l-każ. Madanakollu, meta l-verifika tal-kampjun tikxef każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, il-kampjun li jkun ġie vverifikat għandu jitwessa’. Dan il-prinċipju għandu japplika wkoll fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-att u l-istandard tipprovdi għal dan it-tip ta’ verifika.

(15)

Sabiex il-verifiki fuq il-post jiġu ssimplifikati u sabiex il-ħiliet ta’ kontroll eżistenti jintużaw aħjar, għandu jkun provdut li verifiki fil-livell tar-rziezet ikunu mibdula permezz ta’ verifiki amministrattivi jew verifiki fil-livell ta’ l-obbligi, meta l-effettività tal-kontrolli hija ta’ l-inqas daqs dik milħuqa meta l-verifiki jkunu mwettqa fuq il-post.

(16)

Barra minn hekk, għandu jkun possibbli wkoll għal Stat Membru li juża indikaturi oġġettivi speċifiċi għal ċerti ħtiġijiet jew standards meta jsiru l-verifiki fuq il-post. Dawk l-indikaturi għandhom ikunu marbutin direttament mal-ħtiġijiet jew l-istandards li jirrappreżentaw u għandhom ikopru l-aspetti kollha li jridu jiġu vverifikati.

(17)

L-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jipprovdi li t-tnaqqis possibbli wara li jiġi stabbilit każ ta’ nuqqas ta’ konformità ser jibda japplika fl-istess sena kalendarja li fiha tiddaħħal l-applikazzjoni. Naturalment, il-verifika fuq il-post għandha titwettaq fl-istess sena li fiha tkun iddaħħlet l-applikazzjoni. Dan għandu jkun iċċarat fir-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(18)

Il-bdiewa għandhom jiġu mgħarrfa dwar xi nuqqas ta’ konformità li jkun stabbilit wara verifika fuq il-post. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċertu perjodu ta’ żmien limitat li fih il-bdiewa għandhom jirċievu din l-informazzjoni. Madanakollu, anke jekk jinqabeż dan il-limitu ta’ żmien, il-bdiewa kkonċernati ma għandhomx id-dritt li jevitaw il-konsegwenzi normali ta’ dik in-nuqqas ta’ konformità stabbilita.

(19)

Id-dispożizzjonijiet attwali dwar it-tnaqqis li għandu jiġi applikat f’sitwazzjoni ta’ każijiet ripetuti ta’ nuqqas ta’ konformità, ma jqisux l-andament għall-aħjar jew għall-agħar tan-nuqqas ta’ konformità ripetut. Sabiex jinkuraġġixxi t-titjib u jipprova jwaqqaf is-sitwazzjoni milli tmur għall-agħar, il-perċentwal li għandu jiġi ffissat u mmultiplikat bil-fattur ta’ tlieta għall-ewwel repetizzjoni għandu jqis dawn il-bidliet.

(20)

L-introduzzjoni ta’ l-iskemi ta’ għajnuna ġodda għal pagamenti diretti teħtieġ tiġdid tar-referenzi għal-livelli massimi baġitarji msemmija fl-Artikolu 71a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(21)

F’ċerti każijiet, intitolamenti mogħtija bi żball jikkorrispondu għal ammonti żgħar ħafna u jkun meħtieġ piż amministrattiv sostanzjali biex jerġgħu jinkisbu. Fid-dawl tas-simplifikazzjoni u tal-bilanċ bejn il-piż amministrattiv u l-ammont li jrid jerġa’ jinkiseb, hija ġustifikata l-introduzzjoni ta’ ammont minimu li jwassal għall-kisba mill-ġdid ta’ dan l-ammont.

(22)

L-emendi pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin jew perjodi ta’ primjums li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2008. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(24)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 12 jinbidel b’dan li ġej:

“(12)

‘Skemi ta’ għajnuna relatati maż-żona’: għandha tfisser l-iskema ta’ ħlas waħdieni, il-ħlas tal-ħops lill-gruppi ta’ produtturi magħrufa, imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-iskemi ta’ għajnuna kollha mwaqqfa taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament, ħlief dawk stabbiliti taħt il-Kapitoli 7, 10f, 11 u 12 ta’ dak it-Titolu IV, ħlief il-pagament separat għaz-zokkor stabbilit fl-Artikolu 143b(a) ta’ dak ir-Regolament u ħlief għall-pagament separat għall-frott u l-ħaxix stabbilit fl-Artikolu 143bb ta’ dak ir-Regolament;”

(b)

Il-punt 32 jinbidel b’dan li ġej:

“(32)

‘Att’: għandha tfisser kull waħda mid-Direttivi u r-Regolamenti individwali elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003; iżda, id-Direttivi u r-Regolamenti elenkati fil-punti 7 u 8 ta’ l-Anness III ta’ dak ir-Regolament għandhom jistabbilixxu att waħdieni;”

(2)

Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Għall-Bulgarija u r-Rumanija, il-proporzjon ta’ referenza għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

l-art taħt mergħa permanenti se tkun l-art taħt mergħa permanenti ddikjarata mill-bdiewa fl-2007 skond l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

iż-żona totali agrikola għandha tkun iż-żona totali agrikola ddikjarata mill-bdiewa fl-2007.”

(3)

Fl-Artikolu 13 jiżdied il-paragrafu li ġej qabel il-paragrafu 14:

“13a.   F’każ ta’ applikazzjoni għal pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħaxix kif provdut fil-Kapitolu 10 g tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew applikazzjoni għal pagamenti tranżitorji għall-frott artab kif provdut fil-Kapitolu 10h ta’ dak it-Titolu, l-applikazzjoni waħdiena għandu jkun fiha kopja tal-kuntratt ta’ l-ipproċessar jew ta’ l-impenn ta’ provvista skond l-Artikolu 171da tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu tista’ tintbagħat apparti, sa data iktar tard, li ma għandhiex tkun iktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tintbagħat l-applikazzjoni.”

(4)

Fit-Titolu II tal-Parti II, it-titlu tal-Kapitolu IIIa jinbidel b’dan li ġej:

 

“GĦAJNUNA GĦALL-PRODUTTURI TAL-PITRAVI ZOKKRIJA U TAL-KANNAMIELA, PAGAMENT SEPARAT GĦAZ-ZOKKOR U PAGAMENT SEPARAT GĦALL-FROTT U L-ĦAXIX”

(5)

L-Artikolu 17a huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titlu jinbidel b’dan li ġej:

“Ħtiġijiet marbuta ma’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-produtturi tal-pitravi zokkrija u tal-kannamiela, mal-pagament separat għaz-zokkor u mal-pagament separat għall-frott u l-ħaxix”

(b)

Fil-paragrafu 1, il-kliem tal-bidu għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“Bdiewa li japplikaw għall-għajnuna għall-produtturi tal-pitravi zokkrija u tal-kannamiela, kif provdut fil-Kapitolu 10f tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, bdiewa li japplikaw għall-pagament separat għaz-zokkor kif provdut fl-Artikolu 143ba ta’ dak ir-Regolament u bdiewa li japplikaw għall-pagament separat għall-frott u l-ħaxix kif provdut fl-Artikolu 143bb ta’ dak ir-Regolament, għandhom idaħħlu applikazzjoni għall-għajnuna li jkun fiha t-tagħrif kollu meħtieġ biex l-eliġibbiltà tagħhom għall-għajnuna tiġi stabbilita, u b’mod partikulari:”

(ċ)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-applikazzjoni għall-għajnuna għall-produtturi tal-pitravi zokkrija u tal-kannamiela, għall-pagament separat għaz-zokkor jew għall-pagament separat għall-frott u l-ħaxix rispettivament għandhom jiddaħħlu sa data li għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri, li ma għandhiex tkun iktar tard mill-15 ta’ Mejju u, fil-każ ta’ l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, mhux iktar tard mill-15 ta’ Ġunju.”

(6)

Fil-Kapitolu I tat-Titolu III tal-Parti II, jiżdied l-Artikolu 23a li ġej:

“Artikolu 23a

1.   Jistgħu jitħabbru verifiki fuq il-post, bil-kundizzjoni li l-għan tal-kontroll ma jkunx mhedded. L-aħbar se tkun strettament limitata għall-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ u ma għandhiex taqbeż l-erbatax-il ġurnata.

Madanakollu, għal verifiki fuq il-post li għandhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem ta’ l-irziezet, l-avviż imsemmi fl-ewwel subparagrafu m’għandux jaqbeż it-48 siegħa ħlief f’każijiet ġustifikati kif xieraq. Barra minn hekk, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-atti u l-istandards relevanti għall-konformità teħtieġ li l-verifiki fuq il-post ma jkunux imħabbra, dawk ir-regoli għandhom jgħoddu wkoll fil-każ ta’ verifiki fuq il-post li għandhom x’jaqsmu mal-konformità.

2.   Fejn xieraq, il-verifiki fuq il-post li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament u kull verifika oħra li dwarha hemm provvediment fir-regoli tal-Komunità għandhom jitwettqu fl-istess waqt.”

(7)

L-Artikolu 25 għandu jitħassar.

(8)

L-Artikoli 44 u 45 jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 44

Rata minima ta’ kontroll

1.   Fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-istandards li għalihom hija responsabbli, l-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha twettaq verifiki fuq mill-inqas 1 % mill-bdiewa kollha li jressqu applikazzjoni għall-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna għall-pagamenti diretti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li għalihom hija responsabbli l-awtorità kompetenti ta’ kontroll kkonċernata.

Ir-rata minima ta’ kontroll imsemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tintlaħaq fil-livell ta’ kull awtorità kompetenti ta’ kontroll jew fil-livell ta’ kull att jew standard jew ta’ gruppi ta’ atti jew ta’ standards. Fil-każijiet fejn il-kontrolli ma jitwettqux mill-Aġenziji tal-Ħlas kif provdut fl-Artikolu 42, din ir-rata minima ta’ kontroll tista’ madanakollu tintlaħaq fil-livell ta’ kull Aġenzijia tal-Ħlas.

Fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-att u l-istandards diġà tiffissa rati minimi ta’ kontroll, dik ir-rata għandha tiġi applikata sa dak il-limitu minflok ir-rata minima msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu minflok li kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità misjub waqt kwalunkwe verifika fuq il-post taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-atti u l-istandards li jitwettqu apparti l-kampjun imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rrappurtati lill-awtorità kompetenti ta’ kontroll li għandha taħt idejha l-atti u l-istandards ikkonċernati, u segwiti minnha stess. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

2.   Jekk il-verifiki fuq il-post jikxfu livell imdaqqas ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ att jew standard partikulari, in-numru ta’ verifiki fuq il-post li jkollhom jitwettqu għal dan l-att jew l-istandard fil-perjodu ta’ kontroll li jkun imiss għandu jiżdied.

Artikolu 45

Għażla tal-kampjun ta’ kontroll

1.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa bħala segwiment ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità miġjuba għall-attenzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tal-kontroll b’xi mod ieħor, l-għażla ta’ kull kampjun ta’ rziezet li għandhom jiġu vverifikati skond l-Artikolu 44 għandha tkun ibbażata, fejn huwa l-każ, fuq analiżi tar-riskju skond il-leġiżlazzjoni applikabbli, jew fuq analiżi tar-riskju adattata għall-ħtiġijiet jew għall-istandards. Dik l-analiżi tar-riskju tista’ tkun ibbażata fuq il-livell tar-razzett individwali jew fuq il-livell tal kategoriji ta’ rziezet jew ta’ żoni ġeografiċi jew, fil-każ tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fuq il-livell ta’ l-obbligi.

L-analiżi tar-riskju tista’ tqis waħda jew tnejn mill-punti li ġejjin:

(a)

il-parteċipazzjoni tal-bidwi fis-sistema konsultattiva għar-rziezet kif provduta fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

il-parteċipazzjoni tal-bidwi f’sistema ta’ ċertifikazzjoni jekk l-iskema in kwistjoni tkun relevanti għall-ħtiġijiet u l-istandards ikkonċernati.

1a.   Biex jiġi pprovdut l-element ta’ kwalità rappreżentattiva, bejn 20 % u 25 % tan-numru minimu ta’ bdiewa li għandu jsirulhom verifiki fuq il-post kif provdut fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 44(1) għandhom jintgħażlu b’mod każwali.

Madanakollu, jekk in-numru ta’ bdiewa li għandu jsirulhom verifiki fuq il-post jaqbeż in-numru minimu ta’ bdiewa li għandu jsirulhom verifiki fuq il-post kif provdut fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 44(1), il-perċentwal ta’ bdiewa magħżula b’mod każwali fil-kampjun addizzjonali ma għandux jaqbeż il-25 %.

1b.   Fejn xieraq, l-għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll tista’ ssir qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ l-applikazzjoni in kwistjoni, ibbażata fuq l-informazzjoni li hija diġà disponibbli. Il-kampjun proviżorju għandu jitlesta meta jkunu disponibbli l-applikazzjonijiet relevanti kollha.

2.   Il-kampjuni tal-bdiewa li jridu jiġu ċċekkjati skond l-Artikolu 44 għandhom ikunu magħżula mill-kampjuni tal-bdiewa li kienu diġà ntgħażlu skond l-Artikoli 26 u 27 u li għalihom japplikaw il-ħtiġijiet jew l-istandards relevanti.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, il-kampjuni ta’ bdiewa li jridu jiġu vverifikati skond l-Artikolu 44 jistgħu jintgħażlu minn fost il-popolazzjoni ta’ bdiewa li jibagħtu applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna għall-pagamenti diretti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li għandhom l-obbligu li jħarsu l-ħtiġijiet jew l-istandards relevanti.

F’dak il-każ:

(a)

fejn ikun deċiż, fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju applikata fil-livell tar-rziezet, li dawk il-bdiewa li ma jibbenefikawx minn għajnuna diretta jirrappreżentaw riskju ogħla minn dawk li applikaw għall-għajnuna, dawk il-bdiewa li applikaw għall-għajnuna jistgħu jinbidlu b’dawk li ma kinux ibbenefikaw minnha; f’dak il-każ, in-numru totali ta’ bdiewa vverifikati għandu, madanakollu, jilħaq ir-rata ta’ kontroll li dwarha hemm provvediment fl-Artikolu 44(1); ir-raġunijiet għal dan it-tip ta’ tibdil għandhom ikunu ġustifikati u dokumentati kif imiss;

(b)

jekk tkun iktar effettiva, l-analiżi tar-riskju tista’ titwettaq fil-livell ta’ l-obbligi, b’mod partikulari l-biċċeriji, il-kummerċjanti u l-fornituri, iktar milli fil-livell tar-rziezet; f’dak il-każ, in-numru ta’ bdiewa vverifikati b’dan il-mod jista’ jingħadd mar-rata ta’ kontroll li dwarha hemm provvediment fl-Artikolu 44(1).

4.   Jista’ jiġi deċiż li s-sistema titkompla b’taħlita tal-proċeduri msemmija fil-paragrafi 2 u 3 f’każ li taħlita ta’ dan it-tip iżżid l-effettività tas-sistema ta’ kontroll.”

(9)

L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdiedu is-subparagrafi li ġejjin:

“Minkejja l-ewwel subparagrafu, meta r-rata minima ta’ kontroll tintlaħaq fil-livell ta’ kull att jew standard jew ta’ gruppi ta’ atti jew ta’ standards kif provduti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 44(1), il-bdiewa magħżula għandhom jiġu vverifikati għall-konformità tagħhom ma’ l-att jew l-istandard jew mal-gruppi ta’ atti jew ta’ standards in kwistjoni.

Ġeneralment, kull bidwi magħżul għal verifika fuq il-post għandu jiġi ċċekkjat fi żmien meta l-biċċa l-kbira tal-ħtiġijiet u ta’ l-istandards li għalihom intgħażel ikunu jistgħu jiġu vverifikati. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li livell xieraq ta’ kontroll għal kull ħtieġa u għal kull standard jintlaħaq matul is-sena.”

(b)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

“1a.   Fejn hu xieraq, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-art agrikola kollha ta’ l-azjenda. Madanakollu, il-verifika attwali fl-għalqa bħala parti minn verifika fuq il-post tista’ tkun limitata għal kampjun ta’ mill-inqas nofs il-ħbula tar-raba’ kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ħtieġa jew ma’ l-istandard fuq iż-żamma, dejjem jekk kampjun ta’ dan it-tip jiżgura livell ta’ kontroll rappreżentattiv u ta’ min joqgħod fuqu f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtiġijiet u l-istandards. Meta dan il-kampjun jikxef każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, il-kampjun tal-ħbula tar-raba’ vverifikat għandu jitkabbar.

Barra minn hekk, fejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-att u l-istandards tipprovdi għaliha, il-verifika attwali għall-konformità mal-ħtiġijiet u l-istandards bħala parti minn verifika fuq il-post tista’ tkun limitata għal kampjun rappreżentattiv ta’ l-affarijiet li jridu jiġu ċċekkjati. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-verifiki jitwettqu għal kull ħtieġa u kull standard li għalih il-konformità tista’ tiġi vverifikata fil-mument taż-żjara.”

(ċ)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:.

“3.   Dejjem jekk l-Istat Membru jiżgura li l-effettività tal-kontrolli hija mill-inqas daqs dik milħuqa meta l-kontrolli jitwettqu permezz ta’ verifiki fuq il-post, kontrolli fil-livell tar-rziezet jistgħu jinbidlu b’verifiki amministrattivi jew b’verifiki fil-livell ta’ l-obbligi kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 45(3).

4.   Huma u jagħmlu l-verifiki fuq il-post, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi oġġettivi ta’ kontroll speċifiċi għal ċerti ħtiġijiet jew standards, kemm-il darba jiżguraw li l-effettività tal-kontroll tal-ħtieġa jew ta’ l-istandard ikkonċernat hija mill-inqas daqs dik ta’ verifiki fuq il-post li jsiru mingħajr l-użu ta’ l-indikaturi.

L-indikaturi għandhom ikunu marbutin direttament mal-ħtiġijiet jew l-istandards li jirrappreżentaw u għandhom ikopru l-aspetti kollha li jridu jiġu vverifikati meta jkunu qed jiġu vverifikati dak jew dawk il-ħtiġijiet jew l-istandards.

5.   Verifiki fuq il-post li għandhom x’jaqsmu mal-kampjun kif provdut fl-Artikolu 44(1) għandhom isiru fl-istess sena kalendarja li fiha jintbagħtu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna.”

(10)

L-Artikolu 48(2) jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-bidwi għandu jiġi mgħarraf dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità stabbilit sa tliet xhur wara d-data tal-verifika fuq il-post.”

(11)

Fl-Artikolu 66(4), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Mingħajr preġudizzju għall-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonati skond l-Artikolu 67, fejn ikunu ġew stabbiliti każijiet ripetuti ta’ nuqqas ta’ konformità, il-perċentwal iffissat skond il-paragrafu 1 fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ripetut, għandu, fir-rigward ta’ l-ewwel ripetizzjoni, jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ tlieta. Għal dan il-għan, fil każ fejn il-perċentwal kien iffissat skond il-paragrafu 2, l-Aġenzija tal-Ħlas għandha tistabbilixxi l-perċentwal li kien jiġi kieku applikat għan-nuqqas ripetut ta’ konformità mal-ħtieġa jew l-istandard ikkonċernat.”

(12)

Fl-Artikolu 71a(2), l-ewwel subparagrafu tal-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“Fir-rigward ta’ l-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li għalihom huma ffissati livelli massimi baġitarji skond l-Artikoli 64(2), 70(2), 71(2), 110p(1), 143b(7), 143ba(2) u 143bc ta’ dak ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jgħodd l-ammonti li joħorġu mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (ċ).”

(13)

Fl-Artikolu 73a, jiżdied il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 2a:

“2b.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jerġgħux jiksbu lura intitolamenti mogħtija bi żball f’każ li l-ammont totali mogħti lill-bidwi bi żball ikun ta’ EUR 50 jew inqas. Barra minn hekk, fejn il-valur totali msemmi fil-paragrafu 2a jikkonċerna EUR 50 jew inqas, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jerġgħux jaħdmu l-kalkolu mill-ġdid.”

(14)

Fl-Artikolu 76(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madanakollu, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni komunikazzjoni dwar dik il-proporzjon ta’ l-art taħt mergħa permanenti fis-sena ta’ referenza 2007 msemmija fl-Artikolu 3(7) l-aktar tard sal-31 March 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jikkonċernaw is-snin jew il-perjodi ta’ primjums li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(2)  COM(2007) 147 finali, 29.3.2007.

(3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 972/2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 3).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/85


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1551/2007

ta' l-20 ta’ Diċembru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mis-21 ta’ Diċembru 2007

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,34  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

28,34  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,34  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

28,34  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3081

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

30,81

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

30,81

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

30,81

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3081

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

c)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/87


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1552/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mill-21 ta’ Diċembru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

30,81

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

30,81

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3081

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

30,81

1702 90 60 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3081

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3081

1702 90 99 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3081  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

30,81

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3081

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

c)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/89


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1553/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fl-20 ta’ Diċembru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fl-20 ta’ Diċembru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 35,810 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/2007 (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 3).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/90


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1554/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fid-19 ta’ Diċembru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fid-19 ta’ Diċembru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 409,99 EUR/t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/91


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1555/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Settembru 2008.

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Diċembru 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

0,00

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

0,00

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

0,00

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

0,00

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

0,00

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

0,00

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

0,00

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

0,00


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/94


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1556/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-21 ta’ Diċembru 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/98


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1557/2007

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-21 ta’ Diċembru 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

30,81

30,81


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (*), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà.

(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


DIRETTIVI

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/100


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/76/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-fluioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb.

(2)

Għal dawk is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent kienu vvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal ġabra ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-fludioxonil u l-clomazone, l-Istat Membru relatur kienet id-Danimarka u kull informazzjoni rilevanti tressqet fil-5 ta’ April 2005 u s-16 ta’ Marzu 2005 rispettivament. Għall-prosulfocarb l-Istat Membru relatur kienet l-Iżvezja u kull informazzjoni rilevanti tressqet fl-20 ta’ April 2005.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentati lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Lulju 2007 għall-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi ta’ l-EFSA (4). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ffinalizzati fid-9 ta’ Ottubru 2007 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb.

(4)

Minn eżamijiet varji li saru deher li l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb jistgħu jintalbu li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment fir-rigward ta’ l-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(5)

Għandu jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness 1 sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jingħataw iż-żmien li jħejju ruħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(6)

Mingħajr ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet attwali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif inhu xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut ta’ l-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi eżaminati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Għalhekk sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponi l-ebda obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati s’issa li jemendaw l-Anness I.

(8)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Mejju 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u skond id-Direttiva 91/414/KEE, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ April 2009.

Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kondizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw il-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tar-referenza li tikkonċerna din is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għal, dossier li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb bħala jew l-unika sustanza attiva inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ din id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta’ l-annotazzjoni fl-Anness I għat-tali Direttiva dwar il-fludioxonil, il-clomazone u l-prosulfocarb rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta prodott li fih il-fludioxonil,il-clomazone jew il-prosulfocarb bħala l-unika sustanza attiva, fejn neċessarju, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2012 l-aktar tard; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih l-fludioxonil, il-clomazone jew il-prosulfocarb bħala wieħed minn diversi sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Ottubru 2012 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti għall-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda hi l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19).

(4)  EFSA Scientific Report (2007) 110, 1-85, Conclusion regarding the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fludioxonil Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2007) 110, 1-85, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva fludioxonil (iffinalizzat fis-27 ta’ Lulju 2007).

EFSA Scientific Report (2007) 109, 1-73, Conclusion regarding the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance clomazone Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2007) 109, 1-73, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva clomazone (iffinalizzat fis-27 ta’ Lulju 2007), il-verżjoni tat-3 ta’ Awwissu 2007.

EFSA Scientific Report (2007) 111, 1-81, Conclusion regarding the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance prosulfocarb Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2007) 111, 1-81, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva prosulfocarb (iffinalizzat fis-27 ta’ Lulju 2007).


ANNESS

Din it-tabella li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar ta’ l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Id-dħul fis-seħħ

Data ta’ l-Għeluq ta’ l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“166

Prosulfocarb

CAS Nru 52888-80-9

CIPAC Nru 539

S-benzyl dipropyl(thiocarbamat)

970 g/kg

fl-1 ta’ Novembru 2008

fil-31 ta’ Ottubru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prosulfocarb u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fid-9 ta’ Ottubru 2007.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

għas-sikurezza ta’ l-operaturi u jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jippreskrivu tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq.

għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jtaffu r-riskju bħala żona ta’ lqugħ.

għall-protezzjoni ta’ pjanti li mhumiex il-mira u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jtaffu r-riskju bħala żona ta’ lqugħ bla ebda sprej fuq il-post.

167

Fludioxonil

CAS Nru 131341-86-1

CIPAC Nru 522

4-(2,2-difluoro-1,3-benzodioxol-4-yl)-1H-pyrrole-3-carbonitrile

950 g/kg

fl-1 ta’ Novembru 2008

fil-31 ta’ Ottubru 2018

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fludioxonil għall-użi għajr dawk ta’ trattament taż-żrieragħ, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jassiguraw li tiġi pprovduta kull data jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din u:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzjal tal-kontaminazzjoni ta’ l-ilma tal-pjan, b’mod partikolari għall-metaboliti fotoliżi tal-ħamrija tagħha s-CGA 339833, u s-CGA 192155 f’żoni vulnerabbli;

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għal protezzjoni tal-ħut u l-invertebri akkwatiċi.

Il-kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-fludioxonil u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fid-9 ta’ Ottubru 2007.

168

Clomazone

CAS Nru 81777-89-1

CIPAC Nru 509

2-(2-chlorobenzyl)-4,4-dimethyl-1,2-oxazolidin-3-one

960 g/kg

fl-1 ta’ Novembru 2008

fil-31 ta’ Ottubru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-clomazone u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fid-9 ta’ Ottubru 2007.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

għas-sikurezza ta’ l-operaturi u jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jippreskrivu tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq.

għall-protezzjoni ta’ pjanti li mhumiex il-mira u għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jtaffu r-riskju bħala żoni ta’ lqugħ.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/105


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2007

li taħtar il-President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u s-Supplenti tiegħu

(2007/858/KE)

IL-KUNSILLTA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Ottubru 2007, wara li nkisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjur Paul A.C.E. VAN DER KOOIJ, imwieled fit-13 ta’ Jannar 1956, huwa b’dan maħtur President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għal perijodu ta’ ħames snin.

Is-Sinjur Timothy MILLETT imwieled fis-6 ta’ Jannar 1951 huwa b’dan maħtur Supplenti għall-President tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għal perijodu ta’ ħames snin.

Il-mandati tagħhom għandhom jibdew mid-data li fiha huma jassumu d-doveri tagħhom. Dik id-data għandha tiġi miftiehma bejn il-President u l-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 38).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/106


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ottubru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ tal-manjoka

(2007/859/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133(3), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati bil-għan li tkun garantita il-kompatibilità bejn il-Ftehim ta’ Kooperzzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ tal-manjoka (1), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni”, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2).

(2)

Dawn in-negozjati għandhom l-għan li jemendaw l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni sabiex jallinjawh fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (ġestjoni tal-kwoti tariffarji maħsuba biex jintużaw fl-ordni kronoloġiku tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali) u ta’ l-Artikoli 55 sa 65 ta’ l-imsemmi Regolament (dispożizzjonijiet speċifiċi relatati maċ-ċertifikati ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti agrikoli suġġetti għall-arranġamenti speċjali ta’ l-importazzjoni).

(3)

Il-Kummissjoni mexxiet in-negozjati fl-ambitu tal-mandat ta’ negozjar maħruġ mill-Kunsill.

(4)

Il-Kummissjoni laħqet Ftehim fil-forma ta’ Minuti Miftiehma mar-Renju tat-Tajlandja, li għandha interess bħala fornitur tal-prodotti tal-kodiċi NM 0714 10 10, 0714 10 91 u 0714 10 99.

(5)

Dak il-Ftehim fil-forma ta’ Minuti Miftiehma għandu jkun approvat permezz ta’ Protokoll,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ tal-manjoka, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, huwa approvat f’isem il-Komunità.

2.   It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina il-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Protokoll sabiex jorbot lil-Komunità.

Artikolu 3

Sakemm hu neċessarju għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni sħiħa tal-Protokoll mill-1 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali stabbilit mill-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (4).

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 219, 28.7.1982, p. 53.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).


PROTOKOLL

li jemenda l-ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn ir-renju tat-Tajlandja u l-Komunità ekonomika ewropea dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ tal-manjoka

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda,

IL-GVERN TAR-RENJU TAT-TAJLANDJA

min-naħa l-oħra,

MEXXEW, fuq talba tal-Komunità Ewropea, negozjati bil-għan li jiġi emendat l-Artikolu 5 tal-Ftehim tal-Kooperazzjoni dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kummerċ tal-manjoka, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni”, sabiex ikun allinjat mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 55 sa 65 u 308a sa 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93,

AFFERMAW ir-rieda tagħhom li jżommu fis-seħħ il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA:

Álvaro MENDONÇA E MOURA,

Ambaxxatur, Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika tal-Portugall

IL-GVERN TAR-RENJU TAT-TAJLANDJA:

Pisan MANAWAPAT,

Ambaxxatur, Kap tal-Missjoni tat-Tajlanda għall-Komunitajiet Ewropej

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-kwota tariffarja li tikkonċerna l-kwantità mifthiema ta’ esportazzjonijiet titmexxa mill-Komunità skond l-ordni kronoloġiku tad-dati ta’ aċċetazzjoni tad-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera (skond il-prinċipju ‘min jasal l-ewwel, jinqeda l-ewwel’).

Min-naħa tagħha, it-Tajlandja tintrabat li tadotta d-dispożizzjonijiet kollha neċessarji biex toħroġ iċ-ċertifikati ta’ l-oriġini li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet tal-manjoka fil-Komunità.

Jekk ikun il-każ, l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja għall-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u biex din tkun iffaċilitata.”

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim ta’ Kooperazzjoni.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunità u mir-Renju tat-Tajlandja b’mod konformi mal-proċeduri tagħhom.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll qiegħed isir f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti, b’kull wieħed minn dawn it-testi ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на тридесет и първи октомври две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el treinta y uno de octubre de dos mil siete.

V Bruselu dne třicátého prvního řijna dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den enogtredivte oktober to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am einundreißigsten Oktober zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta oktoobrikuu kolmekümne esimesel päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα μια Οκτωβρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the thirty-first day of October in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le trente et un octobre deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì trentuno ottobre duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada trīsdesmit pirmajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų spalio trisdešimt pirmą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év október harmincegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-wiehed u tletin jum ta' Ottubru tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de eenendertigste oktober tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli, dnia trzydziestego pierwszego października roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em trinta e um de Outubro de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, la treizeci și unu octombrie două mii șapte.

V Bruseli tridsiateho prvého októbra dvetisícsedem.

V Bruslju, dne enaintridesetega oktobra leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenäensimmäisenä päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den trettioförsta oktober tjugohundrasju.

Image

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

За Кралство Тайланд

Por el Reino de Tailandia

Za Thajské královstvi

På Kongeriget Thailands vegne

Für das Königreich Thailand

Tai Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Ταϊλάνδης

For the Kingdom of Thailand

Pour le Royaume de Thaïlande

Per il Regno di Tailandia

Taizemes Karalistes vārdā

Tailando Karalystės vardu

a Thaiföldi Királyság részéről

Għar-Renju tat-Tajlandja

Voor het Koninkrijk Thailand

W imieniu Królestwa Tajlandii

Pelo Reino da Tailândia

Pentru Regatul Thailandei

Za Thajské královstvo

Za Kraljevino Tajsko

Thaimaan kuningaskunnan puolesta

På Konungariket Thailands vägnar

Image

Image


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/111


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

li tipprovdi għal għajnuna makrofinanzjarja Komunitarja lil-Libanu

(2007/860/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Jannar 2007 l-awtoritajiet tal-Libanu adottaw programm komprensiv ta’ riformi soċjo-ekonomiċi, li simultanjament jinkludi miżuri fiskali, strutturali u soċjali, li jiffissaw prijoritajiet interim għal azzjoni governattiva.

(2)

Il-Libanu, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (1), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006.

(3)

L-awtoritajiet tal-Libanu ntrabtu ma’ riformi strutturali u ta’ stabbilizzazzjoni ekonomiċi, bl-appoġġ tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) permezz ta’ programm fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Emerġenza għal Wara l-Kunflitti (EPCA) li ġie approvat fid-9 ta’ April 2007.

(4)

Ir-relazzjonijiet bejn il-Libanu u l-Unjoni Ewropea qed jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li hija mistennija twassal għal integrazzjoni ekonomika aktar profonda. L-UE u l-Libanu qablu dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li jidentifika prijoritajiet interim fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu u politiki relatati.

(5)

Il-Libanu jaffaċċa bżonnijiet finanzjarji sostanzjali ġejjin mil-limiti finanzjarji li jġorr is-settur pubbliku, inkluż livell għoli ta’ dejn pubbliku, aggravat bil-kunflitt militari ta’ Lulju u Awwissu 2006 u previżjoni ta’ deterjorament tal-bilanċ tal-ħlasijiet fl-2007.

(6)

L-awtoritajiet Libaniżi talbu għajnuna finanzjarja fuq bażi konċessjonarja mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-Komunità u donaturi bilaterali oħrajn. Barra mill-finanzjament mill-IMF u l-Bank Dinji, jibqa’ diskrepanza finanzjarja residwa sostanzjali x’tiġi koperta sabiex jiġi sollevat il-bilanċ tal-ħlasijiet tal-pajjiż, il-finanzi pubbliċi u d-dejn pubbliku u sabiex tappoġġa għanijiet ta’ politika marbuta ma’ l-isforzi ta’ l-awtoritajiet għar-riforma.

(7)

Il-Libanu huwa wieħed mill-aktar pajjiżi mdejna fid-dinja li qed jiffaċċjaw piż kbir ta’ dejn. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-għajnuna Komunitarja għandha tkun disponibbli fil-forma ta’ taħlita ta’ għotja u self, bħala miżura sabiex tgħin lill-pajjiż benefiċarju f’din iċ-ċirkostanza kruċjali.

(8)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità marbuta ma’ din l-għajnuna finanzjarja, huwa meħtieġ illi jkun hemm ipprovdut għal miżuri xierqa mil-Libanu relatati mal-prevenzjoni ta’, u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra marbuta ma’ din l-għajnuna, kif ukoll għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni u verifiki mill-Qorti ta’ l-Awdituri.

(9)

Il-ħruġ ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ l-awtorità baġitarja.

(10)

Din l-għajnuna għandha tiġi amministata mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli għal-Libanu għajnuna finanzjarja li tammonta għal massimu ta’ EUR 80 miljun, bil-ħsieb li tappoġġa l-isforzi interni tal-Libanu għar-rikostruzzjoni u l-irkupru ekonomiku sostenibbli wara l-gwerra, u b’dan il-mod, ittaffi l-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-gvern.

Minħabba l-livell għoli tad-dejn tal-Libanu, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tikkonsisti f’EUR 50 miljun f’self u sa EUR 30 miljun f’għotjiet.

2.   L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u b’mod konsistenti mal-ftehimiet jew fehimiet milħuqa bejn l-IMF u l-Libanu.

3.   L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għal sentejn li jibdew mill-ewwel jum wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni tibda jkollha effett. Madankollu, jekk iċ-ċirkostanzi jitolbu dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tista’ tiddeċiedi illi testendi l-perjodu ta’ disponibbiltà b’massimu ta’ sena.

Artikolu 2

1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa illi tiftiehem ma’ l-Awtoritajiet tal-Libanu, wara konsulatazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji magħquda ma’ din l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, li għandha tiġi stabbilita f’Memorandum ta’ Fehim u Ftehimiet ta’ Għotja u ta’ Self. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew il-fehimiet msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Tul l-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ timmonitorja l-validità ta’ l-arranġamenti finanzjarji tal-Libanu, tal-proċeduri amministrattivi, mekkaniżmi interni u esterni ta’ sorveljanza li huma relevanti għal tali għajnuna.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politika ekonomika fil-Libanu hija skond l-għanijiet ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja u li l-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma tħarsu b’mod sodisfaċenti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib ma’ l-Istituzzjonijiet Bretton Woods, u, fejn meħtieġ, mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju.

Artikolu 3

1.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għal-Libanu f’massimu ta’ tliet partijiet.

2.   Il-ħlas ta’ kull parti għandu jinħareġ abbażi ta’ implimentazzjoni sodisfacenti tal-programm ekonomiku appoġġat mill-IMF.

3.   Barraminnhekk, it-tieni u t-tielet parti għandhom jinħarġu abbażi ta’ implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku appoġġat mill-IMF u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bejn l-UE u l-Libanu u kwalunkwe miżura oħra miftiehma mal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 2(1), u mhux qabel tliet xhur wara l-ħruġ tal-parti preċedenti.

4.   Il-fondi għandhom jitħallsu lill-Banque du Liban esklussivament b’appoġġ għall-bżonnijiet finanzjarji tal-Libanu.

Artikolu 4

L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi implimentata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u r-regoli ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. Partikolarment, il-Memorandum ta’ Fehim u l-Ftehimiet ta’ Għotja/Self ma’ l-awtoritajiet tal-Libanu għandhom jipprevedu miżuri xierqa mil-Libanu marbuta mal-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra, frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna. Għandhom jipprevedu wkoll kontrolli mill-Kummissjonim inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, bid-dritt li jsiru spezzjonijiet fuq il-post u spezzjonijiet u għal verifiki mill-Qorti ta’ l-Awdituri, fejn xieraq, sabiex jitwettqu fuq il-post.

Artikolu 5

Sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika l-konnessjoni bejn il-kundizzjonijiet ta’ politika stipulati fl-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali kontinwa tal-Libanu, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex toħroġ il-partijiet tal-ħlas ta’ l-għajnuna.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/113


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

(2007/861/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex testendi b'sena l-Ftehim u l-Protokolli eżistenti dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti mar-Repubblika tal-Belarus, b'xi aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi.

(2)

Il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2008, sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, suġġett għall-applikazzjoni provviżorja reċiproka mir-Repubblika tal-Belarus.

(3)

Il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett għal konklużjoni eventwalment possibbli tiegħu f’data aktar 'il quddiem, il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw f'isem il-Komunità il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti.

Artikolu 2

Suġġett għar-reċiproċità, il-ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2008, sa meta jiġi konkluż formalment.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Jekk ir-Repubblika tal-Belarus tonqos milli tissodisfa l-paragrafu 2.4 tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri, il-kwota għall-2008 għandha titnaqqas għal-livelli applikabbli fl-2007.

2.   Id-deċiżjoni li jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandha tittieħed skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2007 (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 16).


FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti

A.   Ittra mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Sinjur,

1.   Għandi l-unur li nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti, inizjalat fl-1 ta’ April 1993, kif emendat l-aħħar u estiz mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006 (minn issa 'l quddiem, “il-Ftehim”).

2.   Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim 31 ta’ Diċembru 2007 u skond l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jaqblu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ieħor ta' sena waħda, suġġett għall-emendi u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jkun kif ġej:

“Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin bis-seħħ tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2008.”

2.2.

L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantittattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus għall-Komunità Ewropea għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra.

2.3.

L-Anness mal-Protokoll Ċ li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Komunità Ewropea wara l-operazzjonijiet ta' traffiku ta' l-ipproċessar passiv (OPT) fir-Repubblika tal-Belarus għandu jiġi sostitwit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 mill-Appendiċi 2 ma' din l-ittra.

2.4.

L-Importazzjonijiet fil-Belarus ta’ prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2008 għal dazji doganali li ma jaqbżux dawk iprovvduti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Belarus, iffirmat fil-11 ta’ Novembru 1999.

F’każ li ma jkunx hemm applikazzjoni ta' dawn ir-rati l-Komunità għandu jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-Ftehim li jkun għadu japplika u fuq bażi pro rata, il-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2007 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006.

3.   Il-Komunità Ewropea u l-Belarus ifakkru l-qbil tagħhom li jidħlu f'konsultazzjonijiet mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim preżenti bil-ħsieb li possibbilment jikkonkludu Ftehim ġdid.

4.   Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, il-ftehimiet u r-regoli tad-WTO għandhom jiġu applikati mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mad-WTO.

5.   Inkun obbligat jekk inti ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni mill-Gvern tiegħek ta’ dak imsemmi fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan, tlestew. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2008 bil-kondizzjoni tar-reċiproċità.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Komunità Ewropea

Appendiċi 1

“ANNESS II

Il-Belarus

Kategorija

Unità

Kwota mill-1 ta’ Jannar 2008

Grupp IA

1

tunnellati

1 586

2

tunnellati

7 307

3

tunnellati

242

Grupp IB

4

Elf biċċa

1 839

5

Elf biċċa

1 105

6

Elf biċċa

1 705

7

Elf biċċa

1 377

8

Elf biċċa

1 160

Grupp IIA

9

tunnellati

363

20

tunnellati

329

22

tunnellati

524

23

tunnellati

255

39

tunnellati

241

Grupp IIB

12

Elf par

5 959

13

Elf biċċa

2 651

15

Elf biċċa

1 726

16

Elf biċċa

186

21

Elf biċċa

930

24

Elf biċċa

844

26/27

Elf biċċa

1 117

29

Elf biċċa

468

73

Elf biċċa

329

83

tunnellati

184

Grupp IIIA

33

tunnellati

387

36

tunnellati

1 312

37

tunnellati

463

50

tunnellati

207

Grupp IIIB

67

tunnellati

359

74

Elf biċċa

377

90

tunnellati

208

Grupp IV

115

tunnellati

322

117

tunnellati

2 543

118

tunnellati

471

Elf biċċa: 1000 biċċa”

Appendiċi 2

“ANNESS MAL-PROTOKOLL Ċ

Kategorija

Unità

Mill- l-1 ta’ Jannar 2008

4

1 000 biċċa

6 190

5

1 000 biċċa

8 628

6

1 000 biċċa

11 508

7

1 000 biċċa

8 638

8

1 000 biċċa

2 941

12

1 000 biċċa

5 815

13

1 000 biċċa

911

15

1 000 biċċa

5 044

16

1 000 biċċa

1 027

21

1 000 biċċa

3 356

24

1 000 biċċa

864

26/27

1 000 biċċa

4 206

29

1 000 biċċa

1 705

73

1 000 biċċa

6 535

83

Tunnellati

868

74

1 000 biċċa

1 140 ”

B.   Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’… li tgħid kif ġej:

“Sir,

1.   Għandi l-unur li nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti, inizjalat fl-1 ta’ April 1993, kif emendat l-aħħar u estiz mill-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006 (minn issa 'l quddiem, “il-Ftehim”).

2.   Fid-dawl ta' l-iskadenza tal-Ftehim fil-31 ta’ Diċembru 2007 u skond l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jaqblu li jestendu t-tul taż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ieħor ta' sena waħda, suġġett għall-emendi u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.1.

It-test ta' l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim għandu jkun kif ġej:

‘Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin bis-seħħ tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2008.’

2.2.

L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantittattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus għall-Komunità Ewropea għandu jiġi sostitwit mill-Appendiċi 1 ma' din l-Ittra.

2.3.

L-Anness mal-Protokoll Ċ li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Komunità Ewropea wara l-operazzjonijiet ta' traffiku ta' l-ipproċessar passiv (OPT) fir-Repubblika tal-Belarus għandu jiġi sostitwit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 mill-Appendiċi 2 ma' din l-ittra.

2.4.

L-Importazzjonijiet fil-Belarus ta’ prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2008 għal dazji doganali li ma jaqbżux dawk iprovvduti għall-2003 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Belarus, iffirmat fil-11 ta’ Novembru 1999.

F’każ li ma jkunx hemm applikazzjoni ta' dawn ir-rati l-Komunità għandu jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu tal-Ftehim li jkun għadu japplika u fuq bażi pro rata, il-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2007 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fis-27 ta’ Ottubru 2006.

3.   Il-Komunità Ewropea u l-Belarus ifakkru l-qbil tagħhom li jidħlu f'konsultazzjonijiet mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-Ftehim preżenti bil-ħsieb li possibbilment jikkonkludu Ftehim ġdid.

4.   Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, il-ftehimiet u r-regoli tad-WTO għandhom jiġu applikati mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mad-WTO.

5.   Inkun obbligat jekk inti ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni mill-Gvern tiegħek ta’ dak imsemmi fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-jum li fih il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali interni meħtieġa għal dan il-għan, tlestew. Sadanittant, għandu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2008 bil-kondizzjoni tar-reċiproċità.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.”

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta’ l-ittra tiegħek.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus


Kummissjoni

21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/119


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Ungerija u fis-Slovakkja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6158)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/862/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll għas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) ġiet adottata bħala reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dawn l-Istati Membri.

(2)

Is-Slovakkja għarrfet lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni reċenti ta’ din il-marda fil-ħnieżer selvaġġi u l-preżenza ta’ din il-marda fid-distrett ta’ Nové Zámky, li għandu fruntiera mad-distretti ta’ Komárno u Levice fis-Slovakkja u l-Kontea ta’ Pest fl-Ungerija. Fid-dawl tat-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli, iż-żoni fis-Slovakkja u fl-Ungerija fejn japplikaw miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer għandhom jiġu emendati biex jinkludu partijiet minn dawn id-distretti.

(3)

Il-qagħda tal-marda fis-Slovakkja tjiebet b’mod konsiderevoli fl-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari ta’ Trenčín (li jinkludi d-distretti ta’ Trenčín u Bánovce nad Bebravou), Prievidza (li tinkludi d-distretti ta’ Prievidza u Partizánske) u Púchov (li jinkludi d-distrett ta’ Ilava biss). Għalhekk il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/805/KE li jikkonċernaw dawk iż-żoni m’għandhomx japplikaw iktar.

(4)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-lista ta’ l-Istati Membri kkonċernati jew ir-reġjuni tagħhom kif stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/805/KE, għandha tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2006/805/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/805/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

(3)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 67. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/631/KE (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 45).


ANNESS

“ANNESS

IL-PARTI I

1.   Il-Ġermanja

A.   Rhineland-Palatinate

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Kreis Daun: il-muniċipalitajiet ta’ Obere Kyll u Hillesheim kif ukoll il-lokalitajiet ta’ Betteldorf, Dockweiler, Dreis-Brück, Hinterweiler u Kirchweiler li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Daun, il-lokalitajiet Beinhausen, Bereborn, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Mannebach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Kelberg, il-lokalitajiet ta’ Berlingen, Duppach, Hohenfels-Essingen, Kalenborn-Scheuern, Neroth, Pelm u Rockeskyll li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Gerolstein u l-Belt ta’ Gerolstein;

(ċ)

fid-Distrett Bitburg-Prüm: il-lokalitajiet Büdesheim, Kleinlangenfeld, Neuendorf, Olzheim, Roth bei Prüm, Schwirzheim u Weinsheim li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Prüm.

B.   Rhine-Westfalia ta’ Fuq

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-bliet Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden u l-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen, Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen (fil-Belt ta’ Euskirchen), u l-muniċipalitajiet ta’ Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim;

(b)

fil-Kreis Rhein-Sieg: il-bliet ta’ Meckenheim u Rheinbach, il-muniċipalità ta’ Wachtberg, il-lokalitajiet ta’ Witterschlick, Volmershofen, Heidgen (fil-muniċipalità ta’ Alfter) u l-lokalitajiet ta’ Buschhoven, Morenhoven, Miel u Odendorf (fil-muniċipalità ta’ Swisttal);

(ċ)

il-belt ta’ Aachen: fin-nofsinhar ta’ l-awtostradi A4, A544 u l-Bundesstrasse B1;

(d)

il-belt ta’ Bonn: in-nofsinhar tal-Bundesstrasse 56 u l-awtostrada A 565 (Bonn-Endenich sa Bonn-Poppelsdorf) u il-lbiċ tal-Bundesstrasse 9;

(e)

fil-Kreis Aachen: il-bliet ta’ Monschau u Stolberg, u l-muniċipalitajiet ta’ Simmerath u Roetgen;

(f)

fil-Kreis Düren: il-bliet ta’ Heimbach u Nideggen, u l-muniċipalitajiet ta’ Hürtgenwald u Langerwehe.

2.   Franza

It-territorju tad-Dipartiment tal-Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-tramuntana ta’ l-awtostrada A 4, fil-lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta’ Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.

IL-PARTI II

1.   L-Ungerija

It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li tinsab fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana ta’ l-awtostrada E 71.

2.   Is-Slovakkja

It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett ta’ Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Nové Zámky), Nové Zámky (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett ta’ Komárno u fil-lvant ta’ l-awtostrada 64, fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75 u fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija) u Levice (li jinkludi t-territorju li jinsab fil-lvant tad-distrett Nové Zámky u fil-lvant ta’ l-awtostrada 66 (E77), fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada 75, fit-tramuntana tal-fruntiera ma’ l-Ungerija u fil-punent tad-distrett ta’ Veľký Krtíš).

IL-PARTI III

1.   Il-Bulgarija:

It-territorju kollu tal-Bulgarija.”


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/122


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007

li tagħti deroga mitluba mir-Renju Unit rigward l-Irlanda ta’ Fuq skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6281)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(2007/863/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (1) u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Jekk l-ammont ta’ demel li Stat Membru bi ħsiebu japplika għal kull ettaru fis-sena huwa differenti minn dak speċifikat fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, dak l-ammont għandu jiġi ffissat sabiex ma jippreġudikax il-kisba ta’ l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva u għandu jkun ġustifikat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, bħalma huma, fil-każ attwali, staġuni twal ta’ tkabbir u għelejjel b’rata għolja ta’ assorbiment tan-nitroġenu.

(2)

Fl-10 ta’ Awwissu 2007, ir-Renju Unit ressaq talba lill-Kummissjoni għal deroga skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE għall-Irlanda ta’ Fuq.

(3)

Id-deroga mitluba tikkonċerna l-intenzjoni tar-Renju Unit li jippermetti l-applikazzjoni fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ kwantitajiet ta’ nitroġenu li jistgħu jilħqu l-250 kg fuq kull ettaru fis-sena mid-demel tal-bhejjem f’farms bil-mergħat. Madwar 732 stabbiliment fl-Irlanda ta’ Fuq, jiġiferi 2,7 % tal-farms totali, 4 % ta’ l-Art Agrikola Użata u 5 % ta’ l-Unitajiet tal-Bhejjem huma potenzjalment koperti mid-deroga.

(4)

Il-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE, ir-Regolamenti għall-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati (l-Irlanda ta’ Fuq) 2006 (ir-Regolament 2006 Nru 489), ġiet adottata u tapplika bl-istess mod għad-deroga li ntalbet.

(5)

Ir-Regolamenti (fl-Irlanda ta’ Fuq) dwar il-Fosforu (Użu fl-Agrikoltura) 2006 stipula l-miżuri li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti bil-fosfati fl-art, għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta’ l-ilma. Ir-regolamenti jipprojbixxu l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti kimiċi sakemm ma jintweriex li l-ammont ma jaqbiżx dak li jeħtieġu l-uċuħ, u dan jirrikjedi, inter alia, il-valutazzjoni ta’ l-istatus tal-fertilità tal-ħamrija permezz ta’ analiżi kimika.

(6)

Tressqet data dwar il-kwalità ta’ l-ilma, li turi li konċentrazzjonijiet baxxi tan-nitrati huma karatteristika ta’ l-ilmijiet fl-Irlanda ta’ Fuq. Fl-2005, il-konċentrazzjoni medja ta’ nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art kienet taħt l-20 mg/l ta’ nitrati f’71 % tas-siti ta’ monitoraġġ u konċentrazzjonijiet ta’ aktar minn 50 mg/l ta’ nitrati nstabu f’mhux aktar minn 7 % tal-punti ta’ kampjunar. Id-data dwar il-kwalità ta’ l-ilma fix-xmajjar uriet li fl-2005 il-konċentrazzjoni medja tan-nitrati kienet taħt l-20 mg/l f’99 % tal-punti ta’ kampjunar u fl-ebda stazzjon ta’ monitoraġġ ma nstabu aktar minn 50 mg ta’ nitrati f’kull litru ta’ ilma. L-għadajjar il-kbar kollha kellhom konċentrazzjoni medja ta’ nitrati ta’ inqas minn 10 mg/l.

(7)

Skond it-tielet rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati, 72 % tas-siti ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma ta’ taħt l-art urew xejriet stabbli jew li qed jonqsu fil-konċentrazzjoni tan-nitrati matul il-perjodu 1999-2003; matul l-istess perjodu, il-konċentrazzjoni tan-nitrati fl-ilma tal-wiċċ kienet stabbli jew kienet qed tonqos f’87 % ta’ l-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma tal-wiċċ.

(8)

F’konformità mal-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/676/KEE, ir-Regolamenti għall-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati (l-Irlanda ta’ Fuq) 2006 japplika madwar it-territorju kollu ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.

(9)

Fl-aħħar għaxar snin, għadd ta’ bhejjem u l-użu ta’ fertilizzanti kimiċi naqsu. Matul il-perjodu 1995-2005 l-għadd ta’ bhejjem ta’ l-ifrat, qżieqeż u nagħaġ naqas b’2 %, 36 % u 22 %, rispettivament. L-użu tal-fertilizzant kimiku tan-nitroġenu naqas b’41 % fil-perjodu 1995-2005 u r-rata ta’ applikazzjoni għall-2005 kienet ta’ 89 kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru, l-użu tal-fertilizzant tal-fosfat naqas b’49 % fl-istess perjodu u fl-2005, l-użu tal-fosforu fil-medja kien 7 kg kull ettaru. In-nitroġenu żejjed fuq il-livell nazzjonali naqas minn 159 kg/ha fl-1995 għal 124 kg/ha fl-2005.

(10)

Minħabba l-ħafna xita u l-prevalenza ta’ ħamrija li fiha l-ilma m’għandux fejn imur, fl-Irlanda ta’ Fuq, 93 % ta’ l-art agrikola hija allokata għall-ħaxix, li parti kbira minnha hija kklassifikata bħala art b’potenzjal tajjeb ħafna għat-tkabbir tal-ħaxix. Minħabba tnixxija ta’ l-ilma mxekkla, il-potenzjal tad-denitrifikazzjoni tal-parti l-kbira tal-ħamriji fl-Irlanda ta’ Fuq huwa relattivament għoli, u dan inaqqas il-konċentrazzjoni tan-nitrati fil-ħamrija u għalhekk, l-ammont ta’ nitrat li huwa suxxettibbli għat-tlissija.

(11)

Fl-Irlanda ta’ Fuq, 70 % ta’ l-art hija maħduma estensivament u 45 % ta’ l-erja totali ta’ l-art tinħadem taħt skemi agro-ambjentali.

(12)

Il-klima ta’ l-Irlanda ta’ Fuq, ikkaratterizzata minn kwantità annwali ta’ xita mqassma ndaqs matul is-sena u skala ta’ temperatura annwali relattivament dejqa, tippromwovi staġun twil ta’ tkabbir tal-ħaxix ta’ bejn 270 jum fis-sena fiż-żona kostali fil-Lvant u 260 jum fis-sena fil-lowlands ċentrali fejn l-art hija ġestita u maħduma attivament.

(13)

Id-dokumenti anċillari li tressqu fin-notifika juru li l-proposta għal ammont ta’ 250 kg għal kull ettaru fis-sena ta’ nitroġenu minn demel ta’ bhejjem li jirgħu f’mergħat tal-ħaxix hija ġustifikata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħalma huma staġuni twal tat-tkabbir u għelejjel b’assorbiment għoli ta’ nitroġenu.

(14)

Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-talba, tqis li l-ammont propost ta’ 250 kg għal kull ettaru fis-sena mhux se jippreġudika l-ksib ta’ l-għanijiet tad-Direttiva 91/676/KE, jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stretti.

(15)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata flimkien mar-Regolamenti għall-Programm ta’ Azzjoni għan-Nitrati (l-Irlanda ta’ Fuq) 2006, fis-seħħ fl-Irlanda ta’ Fuq għall-perjodu 2007-2010.

(16)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nitrati stabbilit skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/676/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deroga mitluba mir-Renju Unit fir-rigward ta’ l-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ ittra ta’ l-10 ta’ Awwissu 2007, bil-għan li jiġi permess ammont ogħla ta’ demel tal-bhejjem minn dak previst fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 91/676/KEE u fil-punt (a) tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

Farms bil-mergħat” tfisser stabbilimenti fejn 80 % jew aktar taż-żona tar-raba disponibbli għall-għoti tad-demel hija mergħa,

(b)

“Bhejjem li jirgħu” tfisser bhejjem ta’ l-ifrat (għajr għall-għoġġiela tal-vitella), nagħaġ, ċriev, mogħoż u żwiemel,

(ċ)

“Mergħa” tfisser art permanentement jew temporanjament bil-ħaxix (temporanjament timplika perjodu ta’ erba’ snin jew anqas).

Artikolu 3

Ambitu

Din id-Deċiżjoni tapplika każ b’każ u f’kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 għall-farms bil-mergħat.

Artikolu 4

Awtorizzazzjoni u impenn annwali

(1)   Il-bdiewa li jridu jibbenefikaw minn deroga għandhom iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kull sena.

(2)   Flimkien ma’ l-applikazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintrabtu bil-miktub li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 5 u 6.

(3)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiggarantixxu li l-applikazzjonijiet kollha għal deroga jitressqu għal kontroll amministrattiv. Meta l-kontroll imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 juri li l-kundizzjonijiet previsti mill-Artikoli 5 u 6 mhumiex sodisfatti, l-applikant għandu jkun infurmat minnufih. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għandha titqies miċħuda.

Artikolu 5

Applikazzjoni tad-demel u fertilizzanti oħra

(1)   L-ammont ta’ demel li ġej minn bhejjem li jirgħu li jingħata fis-sena f’art ta’ farms bil-mergħat, inkluż dak mill-bhejjem stess, ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ demel li jkun fih 250 kg nitroġenu għal kull ettaru, suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

(2)   L-ammonti totali tan-nitroġenu ma għandhomx jaqbżu d-domanda prevista għan-nutrienti ta’ l-għalla u jqisu l-provvista mill-ħamrija.

(3)   Għal kull farm, għandu jinżamm pjan ta’ fertilizzazzjoni b’deskrizzjoni tar-rotazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ miżrugħa u l-għoti ppjanat ta’ demel u fertilizzanti tan-nitroġenu u tal-fosfati. Dan għandu jkun disponibbli fil-farm kull sena kalendarja sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu.

Il-pjan ta’ fertilizzazzjoni għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-għadd ta’ bhejjem ħajjin, deskrizzjoni tas-sistema ta’ kif jinżammu u jinħażnu, inkluż il-volum disponibbli għall-ħżin tad-demel;

(b)

kalkolu tan-nitroġenu (li minnu jitnaqqas kwalunkwe telf fiż-żamma u l-ħażna) u l-fosfru mid-demel li jiġi prodott fil-farm;

(ċ)

it-tinwib u r-raba’ li jintuża għal kull għalla, flimkien ma’ tpinġija ta’ mappa fejn huma indikati l-għelieqi u fejn jinsabu;

(d)

ir-rekwiżiti prevedibbli li jkollhom l-għelejjel f’termini ta’ nitroġenu u ta’ fosfru;

(e)

l-ammont u t-tip ta’ demel li jingħata barra l-artijiet tal-farm u fil-farm;

(f)

ir-riżultati ta’ l-analiżi tal-ħamrija relatati ma’ l-istatus tan-nitroġenu u tal-fosforu, jekk ikunu disponibbli;

(g)

l-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru mid-demel fuq kull għalqa (taqsimiet tal-farm li huma omoġenji f’dak li jirrigwarda ż-żrigħ u t-tip ta’ ħamrija);

(h)

l-applikazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru b’fertilizzanti kimiċi kif ukoll fertilizzanti oħrajn fuq kull għalqa.

Il-pjanijiet għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara kwalunkwe bidla fil-prattiki agrikoli sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-pjanijiet u l-prattiki agrikoli attwali.

(4)   Kull farm għandha tħejji kontijiet tal-fertilizzazzjoni, fosthom informazzjoni relatata mal-ġestjoni ta’ l-ilma maħmuġ u l-inputs tal-fosforu. Dawn għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja.

(5)   Kull farm bil-mergħat li tibbenefika minn deroga individwali għandha taċċetta li l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, il-pjan ta’ fertilizzazzjoni u l-kontijiet tal-fertilizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu suġġetti għal kontroll.

(6)   Għandha titwettaq analiżi tan-nitroġenu u tal-fosfru fil-ħamrija għal kull farm li tibbenefika minn deroga individwali għallinqas kull erba’ snin għal kull żona omoġenja tal-farm, fir-rigward tat-tinwib u l-karatteristiċi tal-ħamrija. Tkun meħtieġ, mill-anqas, analiżi waħda għal kull ħames ettari ta’ art.

(7)   Ma jistax jingħata d-demel fil-ħarifa qabel il-koltivazzjoni tal-mergħa.

(8)   Kull farm bil-mergħat li tibbenefika minn deroga individwali għandha tiżgura li l-bilanċ tal-fosforu, ikkalkulat skond il-metodoloġija stabbilita mill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ l-Artikolu 7(2) ta’ din id-Deċiżjoni, ma jaqbiżx eċċess ta’ 10 kg ta’ fosforu għal kull ettaru fis-sena.

Artikolu 6

Ġestjoni ta’ l-artijiet

80 % jew aktar ta’ l-art disponibbli għall-għoti tad-demel fuq farms għandha tkun ikkoltivata bil-ħaxix. Il-bdiewa li jibbenefikaw minn deroga individwali għandhom iwettqu l-miżuri li ġejjin:

(a)

mergħa temporanja għandha tinħarat fir-rebbiegħa.

(b)

il-mergħa li tinħarat fit-tipi kollha ta’ ħamrija għandha tiġi segwita minnufih b’għalla b’domanda ta’ nitroġenu għolja;

(ċ)

it-tinwib ma għandux jinkludi pjanti leguminużi jew pjanti oħra li jassimilaw in-nitroġenu atmosferiku. Madankollu, dan mhux se japplika għas-silla f’mergħa b’inqas minn 50 % ta’ silla u għaċ-ċereali u l-piżelli li jinżergħu flimkien fil-mergħa.

Artikolu 7

Miżuri oħra

(1)   Din id-deroga għandha tapplika bla preġudizzju għall-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarja oħra.

(2)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jippreżentaw lill-Kummissjoni l-proċedura ddettaljata għall-kalkolu tal-bilanċ tal-fosforu fil-farms tad-deroga, filwaqt li jitqies l-input ta’ fosfat bil-konċentrat, għalf u fertilizzanti u l-output fil-prodotti (prodotti ta’ l-annimali ħajjin, laħam u prodotti oħra ta’ l-annimali), għalf u għelejjel.

Artikolu 8

Sorveljanza

(1)   L-awtorità kompetenti għandha tħejji u taġġorna kull sena l-mapep li juru l-perċentwal ta’ farms bil-mergħat, il-perċentwal ta’ bhejjem u l-perċentwal ta’ raba’ kopert minn deroga individwali f’kull Distrett.

Kull sena, dawk il-mapep għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u, għall-ewwel darba, sa l-1 ta’ Mejju 2008.

(2)   Il-monitoraġġ tal-farms, li huma koperti mill-programm ta’ azzjoni għandu jsir fuq l-iskala ta’ għelieqi tal-farm u f’ilqugħ agrikoli għall-monitoraġġ. L-ilqugħ ta’ monitoraġġ ta’ referenza għandhom jirrappreżentaw id-diversi it-tipi differenti ta’ ħamrija, il-livelli ta’ intensità u l-prattiki ta’ fertilizzazzjoni.

(3)   Stħarriġ u analiżi tan-nutrienti għandhom jipprovdu d-data dwar l-użu lokali tar-raba’, it-tinwib u l-prattiki agrikoli fuq farms li jibbenefikaw minn derogi individwali. Dik id-data tista’ tintuża għal kalkoli bbażati fuq mudelli tal-kobor tal-lissija tan-nitrati u tat-telf tal-fosfru minn għelieqi fejn jiġi applikat sa 250 kg nitroġenu għall kull ettaru fis-sena f’demel minn bhejjem li jirgħu.

(4)   Il-monitoraġġ ta’ l-ilma tal-pjan tal-wiċċ, l-ilma tal-ħamrija, l-ilma tad-dranaġġ u nixxiegħat f’farms li huma fil-punti ta’ lqugħ agrikoli ta’ monitoraġġ għandhom jipprovdu d-data dwar il-konċentrazzjoni ta’ nitrati u fosfru fl-ilma li jħalli ż-żona ta’ l-għeruq u jidħol fl-ilma tal-pjan u fl-ilma tal-wied.

(5)   Monitoraġġ ta’ l-ilma aktar bir-reqqa għandu jitwettaq għall-ilqugħ agrikoli li jinsabu qrib lagi l-aktar vulnerabbli.

(6)   Għandu jsir studju sabiex, sa tmiem il-perjodu tad-deroga, tinġabar l-informazzjoni xjentifika dettaljata dwar is-sistemi ta’ mergħat għal użu intensiv fl-Irlanda u b’hekk tkun tista’ tittejjeb il-ġestjoni tan-nutrijenti. Dan l-istudju se jiffoka fuq it-telf tan-nutrijenti, inkluż it-tlissija tan-nitrati, it-telf minn denitrifikazzjoni u t-telf tal-fosfati, f’sistemi ta’ produzzjoni intensiva tal-ħalib f’żoni rappreżentattivi.

Artikolu 9

Kontrolli

(1)   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi tal-farms kollha li jibbenefikaw minn deroga individwali għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kwantità massima ta’ 250 kg nitroġenu mid-demel tal-bhejjem, għal kull ettaru fis-sena, mar-rati tal-fertilizazzjoni tan-nitroġenu u tal-fosfru, u mal-kundizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-art.

(2)   Għandu jkun stabbilit programm ta’ spezzjonijiet ta’ l-għelieqi bbażat fuq l-analiżi tar-riskju, riżultati tal-kontrolli tas-snin ta’ qabel u riżultati ta’ kontrolli każwali ġenerali tal-leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 91/676/KEE. L-ispezzjonijiet ta’ l-għelieqi għandhom ikopru talanqas 3 % tal-farms li jibbenefikaw minn deroga individwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 10

Rappurtar

(1)   L-awtorità kompetenti għandha tressaq ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-Kummissjoni kull sena, b’rapport konċiż dwar l-evoluzzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma u l-prattika ta’ valutazzjoni. Ir-rapport għandu jagħti informazzjoni dwar kif titwettaq l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-deroga permezz ta’ kontrolli fuq livell ta’ farms u għandu jinkludi informazzjoni dwar farms mhux konformi fuq il-bażi ta’ riżultati ta’ spezzjonijiet amministrattivi u fuq il-post.

L-ewwel rapport għandu jitressaq sa Novembru 2008 u wara, kull sena sax-xahar ta’ Ġunju.

(2)   Ir-riżultati miksuba b’dan il-mod se jitqiesu mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ talba ġdida eventwali għal deroga.

Artikolu 11

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fil-kuntess tar-Regolamenti għall-Programm ta’ Azzjoni għan-Nitrati (l-Irlanda ta’ Fuq) 2006 (Regolamenti 2006 Nru. 489) ta’ l-1 ta’ Diċembru 2006. Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Id-Direttiva bir-Regolament (KE) tal-parlament u l-Kunsill Ewropew Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/127


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fil-Polonja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6490)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Anness XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsima B, is-Sottotaqsima I(1), il-paragrafu (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Polonja ngħatat perjodi tranżitorji għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B (1) ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. Il-possibbiltà ta’ għoti ta’ perjodi tranżizzjonali għall-istabbilimenti tal-laħam fil-Polonja tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

L-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE (2), 2004/471/KE (3), 2004/474/KE (4), 2005/271/KE (5), 2005/591/KE (6), 2005/854/KE (7), 2006/14/KE (8), 2006/196/KE (9), 2006/404/KE (10), 2006/555/KE (11), 2006/935 /KE (12), 2007/202 /KE (13), 2007/443/KE (14) u 2007/555/KE (15).

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam lestew il-proċess tagħhom ta’ titjib u issa jinsabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Ċerti stabbilimenti temmew l-attivitajiet li għalihom kienu kisbu perjodu tranżitorju. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

(4)

L-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1392.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 52; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 39.

(3)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 56; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 212, 12.6.2004, p. 31.

(4)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 74; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 212, 12.6.2004, p. 44.

(5)  ĠU L 86, 5.4.2005, p. 13.

(6)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 96.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 17.

(8)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 66.

(9)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 80.

(10)  ĠU L 156, 9.6.2006, p. 16.

(11)  ĠU L 218, 9.8.2006, p. 17.

(12)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 105.

(13)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 86.

(14)  ĠU L 166, 28.6.2007, p. 24.

(15)  ĠU L 212, 14.8.2007, p. 3.


ANNESS

Lista ta’ stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta' l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003

Lista ta' stabbilimenti ta' laħam aħmar fi tranżizzjoni

Nru

Nru Veterinarju

Isem ta' l-istabbilimenti

2

02200301

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „Tarczyński” Sp. z o.o.

9

06020203

Zakłady Mięsne w Biłgoraju Czesław Sobczak

11

06020208

Zakład Mięsny „Romex” Romuald Chołota

34

12100112

P.P.H.U. „KWARTET” Ubojnia Zwierząt

52

14370201

Zakład Rzeźniczo-Wędliniarski S. J. Z. Motylewski – J. Zaborowski

53

14140301

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „SZYNKO-POL” Spółka z o.o.

54

14250309

Sp. z o.o. KAMAR

60

16010301

PPHU „PIM” s.j.

67

22630302

Zakład Przetwórstwa Mięsnego M. Korganowski

68

22120303

Zakład Przetwórstwa Mięsnego M. Korganowski

74

24040211

Przetwórstwo Mięsa Andrzej Kosiński

84

26610201

Zakłady Mięsne S.A. Kielce

94

30210307

ALBAN Sp. z o.o. Jerzy Kniat

98

30270206

PPH PEKTUR s.j. Jerzy Pacholski, Marek Domeński


Lista ta' stabbilimenti tal-laħam abjad

109

14250604

Krzyżanowscy

113

30170401

PPHEI AWRA Sp. z o.o.


Lista ta' stabbilimenti ta' laħam aħmar b'kapaċità baxxa

116

PPHU „Elbro” Furmanek spółka jawna

ul. Kościelna 6, 76-032 Mielno, oddział Siemianice,

ul. Polna 1, 76-200 Słupsk


21.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 337/129


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fil-Polonja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6494)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/865/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Anness XII, il-Kapitolu 6, it-Taqsima B, is-Sottotaqsima I(1), il-paragrafu (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Polonja ngħatat perjodi tranżizzjonali għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi B (1) ta’ l-Anness XII għall-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. Il-pssobbiltà li jingħataw perjodi tranżizzjonali għall-istabbilimenti tal-laħam fil-Polonja tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

L-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/458/KE (2), 2004/471/KE (3), 2004/474/KE (4), 2005/271/KE (5), 2005/591/KE (6), 2005/854/KE (7), 2006/14/KE (8), 2006/196/KE (9), 2006/404/KE (10), 2006/555/KE (11), 2006/935/KE (12), 2007/202/KE (13), 2007/443/KE (14), 2007/555/KE (15) u 2008/864/KE (16).

(3)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Pollakka ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam lestew il-proċess tagħhom ta’ titjib u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Ċerti stabbilimenti temmew l-attivitajiet li għalihom kienu kisbu perjodu tranżitorju. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni.

(4)

L-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni tneħħew mill-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 1392.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 52; verżjoni kkorreġuta (ĠU L 202, 7.6.2004, p. 39).

(3)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 58; verżjoni kkorreġuta (ĠU L 212, 12.6.2004, p. 31).

(4)  ĠU L 160, 30.4.2004, p. 74; verżjoni kkorreġuta (ĠU L 212, 12.6.2004, p. 44).

(5)  ĠU L 86, 5.4.2005, p. 13.

(6)  ĠU L 200, 30.7.2005, p. 96.

(7)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 17.

(8)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 66.

(9)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 80.

(10)  ĠU L 156, 9.6.2006, p. 16.

(11)  ĠU L 218, 9.8.2006, p. 17.

(12)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 105.

(13)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 86.

(14)  ĠU L 166, 28.6.2007, p. 24.

(15)  ĠU L 212, 14.8.2007, p. 3.

(16)  Ara paġna 127 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Lista ta’ stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi B ta’ l-Anness XII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003

Lista ta’ stabbilimenti ta’ laħam aħmar fi tranżizzjoni

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

1

02120206

Zakład Mięsny Sp. jawna D.M. Niebieszczańscy

3

02240301

P.P.H. „HE-MA” Przetwórnia Mięsa

5

06080204

„SŁOMKA” Sp. j. Andrzej Słomka, Waldemar Słomka

6

06080201

Zakład Przetwórstwa Mięsnego Bożena i Kazimierz Wójcik

7

06080301

„GIZET” Sp. j. I. Galińska, B. Galińska

8

06020207

PPH „MISA – W” Andrzej Wasąg

10

06070201

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „MAX” Sp. j.

12

06180210

Zakład Przetwórstwa Mięsnego Sp. j. Wrębiak, Witkowski

13

06200203

„Agrozam” Sp. z o.o.

14

06090202

PHU Kowalczykowski Stanisław

15

08040204

Biuro Handlowe „AMBERMAX” Sp. z o.o.

16

08060203

Zakład Masarniczy Stanisław Przewoźny

17

08070201

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „WARTA”

18

08080201

Zakłady Mięsne „TARGED” Sp. z o.o.

19

08090202

Przedsiębiorstwo „DEREKS” Sp. z o.o.

20

08100101

Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe „Rolvex” Sp. z o.o.

21

08100204

Zakład Masarniczy „Czernicki i syn” Jarosław Czernicki

22

10060308

ZAKŁAD PRZETWÓRSTWA MIĘSNEGO

23

10060215

ZMS „ŚCIBIORÓW”

24

10610307

PPU „JUMAR”

25

10030303

Zakład Wędliniarski Władysław Gabrysiak

26

10020202

Zakład Przetw. Mięsn. „KONIAREK”

27

10610311

Zakłady Mięsne „Wędzonka”

29

12030203

Zakład Przetwórstwa Mięsnego s.j.

30

12050304

F.P.H.U. „ANGELA” s.j.

31

12060329

„BOREX-BECON” s.j.

32

12060203

Firma „ADOZ”

33

12100304

Firma Produkcyjno-Handlowa Maria i Zbigniew Szubryt Zakład Masarski Biczyce Dolne

35

12120323

Zakład Przetwórstwa Mięsa, Sp. z o.o., Z. Pr. Chr. „BASO”

36

12180204

„Adam Bąk – Wieprz” Sp. z o.o.

37

12180205

Rzeźnictwo-Wędliniarstwo J. Tomczyk

38

12180307

Rzeźnictwo-Wędliniarstwo Maciej Szlagor

39

12150304

Zakłady Mięsne „MIŚKOWIEC” s.j.

40

12190104

Ubojnia Zwierząt Rzeźnych Skup i Sprzedaż Ćwierci, Jacek Śliwa

41

12190205

P.P.H.U. „RACHOŃ” s.c.

42

14160205

Zakłady Mięsne „Mazowsze”

43

14160201

Przetwórstwo Mięsne „KOSPOL”

44

14300204

Zakład Masarski „Zbyszko”

45

14190204

Zakład Masarski „Danko”

47

14050201

Zakład Produkcyjno-Handlowy Przetwórstwo Mięsne Zbigniew Pniewski

49

14310306

P.P.H. Hetman A. J. Lucińscy Zakład Masarski

50

14340302

Zakład Masarski Radzymin s.c.

51

14340310

Zakład Masarski „Mareta” Sp. J. T.A. Kłobuk E.W. Kacprzak

55

14250327

Zakład Przetwórstwa Flaków

56

14250104

Zakład Masarski „Sadełko” – Czapla – Świniarski Sp. J.

57

14250201

P.P.H.U. „Nasz Produkt” Z. P. CHR.

58

14250202

Masarnia ELMAS

59

16010101

PPHU „PORKPOL”

61

18070301

Zakład Masarski KON-BIT

62

18110302

Firma Produkcyjno-Handlowa Andrzej Kurek

63

18160204

Zakłady Mięsne „Dworak”

64

20040202

Zakład Przemysłu Mięsnego „Europa” S. i Z. Zielińscy Sp. J.

65

22040301

Masarnia Alicja Andrzej Majer

66

22040306

Zakład Przetwórstwa Mięsnego Jerzy Labuda

69

24020203

Rzeźnictwo i Handel Stanisław Kapecki

70

24020308

Zakład Przetwórstwa Mięsnego Józef Bozek

71

24020328

Przetwórstwo Mięsne Emil Droń

72

24610311

„OAZA” Sp. z o.o.

73

24040204

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „UNILANG”

75

24040304

PPHU „Zakłady Mięsne Lubliniec” E.R.J Drążek

76

24070209

Zakłady Mięsne „JANDAR” Sp. z o.o.

77

24120104

Marian Procek – Ubój, Skup i Sprzedaż

78

24160302

„NELPOL” s.c.

79

24170303

Zakład Przetwórstwa Mięsnego „Błachut”

80

26040101

Ubojnia Bydła i Trzody – Ludwik Andrzej Stąpór

81

26040307

Wyrób i Sprzedaż Artykułów Mięsnych – S. Woźniak

82

26040316

PPHU „KORREKT” Wytwórnia Wędlin

83

26090201

FHPU „Tarkowski”

85

26610303

Przetwórnia Mięsa – Antonii Kamiński

86

28010202

Zakład Uboju i Przetwórstwa Mięsnego s.c. Helena Rapa — Marek Jasiński

87

28010201

Zakłady Mięsne Pek-Bart Sp. z o.o.

88

28090201

Zakład Uboju i Przetwórstwa Mięsa i Wędlin, Krzysztof Brzeziński

89

30070203

PPH „POLSKIE MIĘSO”, Krążyński s.j.

90

30120307

ZPM „Janex”

91

30180202

STEK-POL Przetwórstwo Mięsa Kazimierz i Jacek Stempniewicz

92

30180304

Firma Produkcyjno Handlowa Paweł Łuczak

93

30200101

Ubój Zwierząt Ptak, Michalak s.j.

95

30240202

„KARWEX” s.c. Zakład Masarski

96

30240205

Zakład Masarski s.c. Psarskie

97

30260202

Rzeźnictwo Wędliniarstwo S.c. Urszula i Wiesław Ciachowscy

99

30270308

Zakład Mięsny MAS POL, Tomasz Jacaszek

100

32070201

„Rol-Banc” Sp. z o.o.

101

32140207

Spółdzielcza Agrofirma Witkowo

102

32160202

„Fermapol” Sp. z o.o. Rzeźnia w Smardzku


Lista ta’ stabbilimenti ta’ laħam abjad fi tranżizzjoni

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

103

02190623

„Mirjan” Sp. z o.o. M.J. Olendzcy

104

08030601

PPHU „W-D” Sp. z o.o.

105

08040501

„STUDRÓB” Sp. z o.o.

106

12030620

Hurtownia Drobiu „KOKO” Jolanta Kozyra

107

12180502

Z.M. „BRADO-2” S.A.

108

12180503

„KO – BO” S.c. Bartosz Kot, Stanisław Wnęcek

110

26040501

PPH „KIELDRÓB” S.c.

111

26100401

„KULJASZ” S.j. J.W.Sz. Kuliński

112

30090401

Ubojnia Drobiu – Marcin Frątczak

114

32140502

Spółdzielcza Agrofirma Witkowo


Lista ta’ stabbilimenti ta’ laħam aħmar b’kapaċità baxxa fi tranżizzjoni

Nru

Isem l-istabbiliment

115

„Nordis”; Chłodnie Polskie Sp. z o.o. Dział Produkcji Mrożonek ul. Zimna 1(a), 65-707 Zielona Góra


Lista ta’ stabbilimenti ta’ laħam imħallat b’kapaċità baxxa fi tranżizzjoni

Nru

Isem l-istabbiliment

117

„Rudopal” Sp. z o.o. Rudniki 109, 64-330 Opalenica


Lista ta’ mħażen ta’ refriġerazzjoni fi tranżizzjoni

Nru

Nru Veterinarju

Isem l-istabbiliment

Data ta’ konformità sħiħa

118

26611101

Przedsiębiorstwo

Przemysłu Chłodniczego

Chłodnia Kielce P.P.

31.12.2007

119

30611101

PPCh „Calfrost”

31.12.2007