ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
20 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1510/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1511/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1512/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1513/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1514/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 rigward id-deroga relatata mal-firda bejn il-linji tal-produzzjoni ta' l-għalf organiku u ta' dak mhux organiku

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-vermut

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1519/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 fir-rigward tat-termini ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf li jagħmlu parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem ( 1 )

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1521/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf ( 1 )

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1522/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwarha fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003

27

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ( 1 )

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/851/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/687/KE, 2006/875/KE u 2006/876/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi ta’ ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5985)

47

 

 

2007/852/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/5/KE rigward provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ l-Asparagus officinalis skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6168)  ( 1 )

57

 

 

2007/853/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar l-issoktar fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ l-Asparagus officinalis skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE li ngħataw bidu fl-2005 ( 1 )

59

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud ( ĠU L 347, 11.12.2006 )

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1510/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

191,0

MA

97,9

TN

157,6

TR

116,2

ZZ

140,7

0707 00 05

JO

237,0

MA

57,0

TR

86,3

ZZ

126,8

0709 90 70

MA

74,3

TR

106,5

ZZ

90,4

0709 90 80

EG

290,4

ZZ

290,4

0805 10 20

AR

36,7

MA

76,3

TR

81,0

ZA

38,1

ZW

28,6

ZZ

52,1

0805 20 10

MA

72,4

ZZ

72,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

15,2

IL

66,8

TR

75,2

ZZ

52,4

0805 50 10

EG

49,3

MA

119,9

TR

102,7

ZZ

90,6

0808 10 80

CA

86,7

CN

87,6

MK

29,7

US

77,3

ZZ

70,3

0808 20 50

AR

71,1

CN

44,6

US

122,8

ZZ

79,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1511/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji Komunitarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 huma, għal ċerti kwoti, inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.1.2008-31.3.2008

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(kg)

1

09.4410

1,077885

2

09.4411

 (1)

1 275 000

3

09.4412

1,095290

4

09.4420

1,474926

5

09.4421

2,293577

6

09.4422

1,644736


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1512/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Iżrael (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4092), huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008, (fil-każ tal-liċenzji għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4091), huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, għandhom japplikaw il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.1.2008-31.3.2008

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1.4.2008-30.6.2008

(kg)

IL1

09.4092

3,012048

IL2

09.4091

 (1)

140 000


(1)  Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1513/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1383/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mit-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4103 skond ir-Regolament (KE) Nru 1383/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma ta' 250 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 34.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1514/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1382/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda r-reġim ta’ importazzjoni tal-laħam tal-majjal (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4046 skond ir-Regolament (KE) Nru 1382/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma ta' 1 750 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 28.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1515/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1399/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaz-zalzett u għal ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-Iżvizzera (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4180 skond ir-Regolament (KE) Nru 1399/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ April 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma ta' 475 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 7.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1516/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra florinati (1), u partikolarment l-Artikoli 3(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006, ir-reġistri għat-tagħmir stazzjonarju tar-refriġerazzjoni, l-ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana għandhom ikollhom ċerta informazzjoni. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, jixraq li tingħata aktar informazzjoni biex tkun indikata fir-reġistri tat-tagħmir.

(2)

L-informazzjoni dwar l-ammont ta’ gassijiet serra florinati għandu jiġi inkluż fir-reġistri tat-tagħmir. Meta l-ammont ta’ gassijiet serra florinati ma jkunx magħruf, l-operatur tat-tagħmir ikkonċernat għandu jiżgura li persunal kwalifikat jiddetermina dak l-ammont sabiex jiffaċilita l-kontrolli tat-tnixxija.

(3)

Qabel ma tiġi ċċekkjata t-tnixxija, persunal iċċertifikat għandu jgħarbel bir-reqqa l-informazzjoni li hemm fir-reġistri tat-tagħmir biex jiddetermina kwistjonijiet preċedenti u jikkonsulta rapporti preċedenti.

(4)

Sabiex ikun hemm kontroll effiċjenti tat-tnixxija, l-iċċekkjar tat-tnixxija jrid jiffoka fuq dawk il-partijiet tat-tagħmir li x’aktarx inixxu.

(5)

It-tnixxija trid tiġi ċċekkjata bl-użu ta’ metodi ta’ kejl diretti jew indiretti. Metodi ta’ kejl diretti jidentifikaw it-tnixxija bl-użu ta’ mezzi ta’ lokalizzazzjoni li jistgħu jiddeterminaw jekk l-ammont tal-gassijiet serra florinati huwiex qed jaħrab mis-sistema. Miżuri ta’ kejl indiretti huma bbażati fuq l-identifikazzjoni ta’ prestazzjoni mhux normali fis-sistema u fuq l-analiżi ta’ parametri rilevanti.

(6)

Metodi ta’ kejl indiretti għandhom ikunu applikati f’każi fejn it-tnixxija tiżviluppa bil-mod ħafna u fejn it-tagħmir ikun qiegħed f’ambjent ventilat sew li jagħmilha diffiċli biex wieħed jillokalizza gassijiet serra florinati li qed jaħarbu mis-sistema għall-arja. Metodi ta’ kejl dirett huma meħtieġa biex jidentifikaw il-punt eżatt tat-tnixxija. Id-deċiżjoni dwar il-metodu tal-kejl li għandu jiġi użat għandha tittieħed minn persunal iċċertifikat li jkollu t-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa biex jiddetermina l-aktar metodu xieraq ta’ kejl skond il-każ.

(7)

Meta jkun hemm ħjiel ta’ tnixxija, għandha ssir verifika sabiex tiġi identifikata u ssir it-tiswija.

(8)

Sabiex tkun żgurata s-sigurtà tas-sistema msewwija, il-verifika ta’ segwitu, ipprovduta fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 għandha tiffoka fuq il-partijiet tas-sistema fejn ġiet illokalizzata u fuq il-partijiet ta’ ħdejha.

(9)

Stallazzjoni difettuża ta’ sistemi ġodda tikkostitwixxi riksju sinifikanti ta’ tnixxija. Għalhekk, sistemi li għandhom kemm ġew stallati jridu jiġu ċċekkjati għat-tnixxija hekk kif jibdew jitħaddmu.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva (KE) Nru 2037/2000 tal-ParlamentEwropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi, skond ir-Regolament (KE) Nru 842/2006, ir-rekwiżiti standard għall-kontroll tat-tnixxija minn tagħmir stazzjonarju li jaħdem jew li temporanjment mhux qed jitħaddem ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana li jkollu fih 3 kg jew aktar ta’ ċerti gassijiet serra florinati.

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal tagħmir b’sistemi ermetikament issiġġillati, li huma ttikkettati hekk u li fihom inqas minn 6 kg ta’ gassijiet serra florinati.

Artikolu 2

Ir-reġistri tat-tagħmir

1.   L-operatur għandu jindika ismu, l-indirizz postali u n-numru tat-telefown fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, minn hawn’il quddiem “reġistri tat-tagħmir”.

2.   L-ammont ta’ gassijiet serra fflorinati għat-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana għandu jkun indikat fir-reġistri tat-tagħmir.

3.   Meta l-ammont ta’ gassijiet serra fflorinati għat-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana ma jkunx indikat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew fuq it-tikketta ta’ dik is-sistema, l-operatur għandu jiżgura li dan jiġi ddeterminat minn persunal iċċertifikat.

4.   Meta l-kawża tat-tnixxija tkun ġiet identifikata, dan għandu jiġi indikat fir-reġistri tat-tagħmir.

Artikolu 3

Il-kontroll tar-reġistri tat-tagħmir

1.   Qabel ma tiġi ċċekkjata t-tnixxija, il-persunal iċċertifikat għandu jiċċekkja r-reġistri tat-tagħmir.

2.   Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-informazzjoni relevanti dwar kwalunkwe kwistjoni li tirrepeti ruħha u oqsma problematiċi.

Artikolu 4

Kontrolli sistematiċi

Il-partijiet li ġejjin tat-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana għandhom jiġu sistematikament iċċekkjati:

(1)

ġonot;

(2)

valvi inkluż s-saqajn;

(3)

siġilli, inklużi siġilli fuq nixxiefa u filtri li jistgħu jinbidlu;

(4)

parti mis-sistema soġġetti għall-vibrazzjoni;

(5)

konnessjonijiet ma’ mezzi ta’ sigurtà jew operattivi.

Artikolu 5

Għażla tal-metodu tal-kejl

1.   Il-persunal iċċertifikat għandu japplika metodu ta’ kejl dirett kif speċifikat fl-Artikolu 6 jew metodu ta’ kejl indirett kif speċifikat fl-Artikolu 7 meta tiġi ċċekkjata t-tnixxija għal tagħmir ta’ refriġerazzjoni, ikkundizzjonar ta’ l-arja u b’pompa tas-sħana.

2.   Metodi ta’ kejl dirett jistgħu jiġu applikati dejjem.

3.   Metodi ta’ kejl indirett jistgħu biss jiġu applikati meta l-parametri tat-tagħmir li għandhom jiġu analizzati, imsemmija fl-Artikolu 7(1), jagħtu informazzjoni affidabbbli dwar l-ammont ta’ gassijiet serra florinati indikati fir-reġistri tat-tagħmir u dwar il-probabilità tat-tnixxija.

Artikolu 6

Metodi ta’ kejl dirett

1.   Sabiex tiġi identifikata t-tnixxija, il-persunal iċċertifikat għandu juża wieħed jew aktar minn dawn il-metodi ta’ kejl dirett:

(a)

jiċċekkja ċ-ċirkwiti u l-komponenti li jirrapreżentaw riskju ta’ tnixxija permezz ta’ mezzi ta’ lokalizzazzjoni tal-gass adattati għar-refriġerant fis-sistema

(b)

l-applikazzjoni ta’ fluwidu jew żebgħa xierqa ultravjola (UV) għal-lokalizzazzjoni fiċ-ċirkwit.

(ċ)

sapun apposta.

2.   Mezzi ta’ lokalizzazzjoni tal-gass imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jiġu ċċekkjati kull 12-il xahar sabiex jiżguraw li jaħdmu sew. Is-sensittività ta’ mezzi li jinġarru għal-lokalizzazzjoni tal-gass għandha tkun ta’ mill-inqas 5 grammi fis-sena.

3.   L-applikazzjoni ta’ fluwidu ta’ lokalizzazzjoni jew żebgħa xierqa UV fiċ-ċirkwit tar-refriġerazzjoni għandha ssir biss jekk il-manifattur tat-tagħmir ikun approva li dawn il-metodi ta’ lokalizzazzjoni huma teknikament possibbli. Il-metodu għandu jintuża biss minn persunal iċċertifikat sabiex iwettaq attivitajiet li jinvolvu l-iżgassar tat-tagħmir sabiex jintlaħaq iċ-ċirkwit tar-refriġerazzjoni li fih il-gassijiet serra florinati.

4.   Meta l-metodi speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jidentifikawx tnixxija u l-partijiet imsemmija fl-Artikolu 4 ma juru l-ebda sinjal ta’ tnixxija u l-persunal iċċertifikat iqis li hemm tnixxija, dan għandu jispezzjona l-partijiet l-oħra tat-tagħmir.

5.   Qabel l-ittestjar bil-pressjoni b’Nitroġenu Ħieles mill-Ossiġnu (OFN) jew gass ieħor xieraq għall-ittestjar bil-pressjoni biex tiġi ċċekkjati t-tnixxija, il-gassijiet serra florinati għandhom jinġabru mis-sistema sħiħa minn persunal iċċertifikat fl-irkupru u l-ġbir ta’ gassijiet serra fflorinati minn dan it-tip speċifiku ta’ tagħmir.

Artikolu 7

Metodi ta’ kejl indirett

1.   Sabiex tiġi identifikata tnixxija, il-persunal iċċertifikat għandu jiċċekkja t-tagħmir viżwalment u manwalment u janalizza wieħed jew aktar minn dawn il-parametri:

(a)

il-pressjoni;

(b)

it-temperatura;

(ċ)

il-kurrent tal-kompressur;

(d)

il-livelli tal-likwidu;

(e)

il-volum tal-mili mill-ġdid.

2.   Kull suspett ta’ tnixxija ta’ gassijiet serra florinati jrid jiġi segwit minn stħarriġ tat-tnixxija bl-użu ta’ metodu dirett kif speċifikat fl-Artikolu 6.

3.   Wieħed jew aktar mis-sitwazzjonijiet segwenti għandhom jikkostitwixxu preżunzjoni għas-suspett ta’ tnixxija:

(a)

sistema mwaħħla ta’ lokalizzazzjoni tat-tnixxija li tindika tnixxija;

(b)

it-tagħmir jipproduċi ħsejjes mhux normali jew vibrazzjoni jew silġ jew kapaċità ta’ tberrid insuffiċejnti;

(ċ)

indikazzjonijiet ta’ korrużjoni, tnixxija ta’ żejt u ħsara fil-komponenti jew materjali f’punti ta’ tnixxija possibbli;

(d)

indikazzjonijiet ta’ tnixxija mill-ħġieġa jew indikaturi tal-livelli jew għajnuniet viżwali oħra;

(e)

indikazzjonijiet ta’ ħsara fi swiċċis tas-siġurtà, swiċċis tal-pressjoni, gejġis u konnessjonijiet tas-senser;

(f)

devjazzjonijiet minn kundizzjonijiet operattivi normali indikati minn parametri analizzati, inkluż qari minn sistemi elettroniċi ta’ ħin reali;

(ġ)

sinjali oħra li jindikaw it-telf tas-sustanza refriġeranti.

Artikolu 8

It-tiswija tat-tnixxija

1.   L-operatur għandu jiżgura li t-tiswija titwettaq minn persunal iċċertifikat biex iwettaq dik l-attività speċifika.

Qabel it-tiswija, għandu jsir ippumpjar ‘il barra jew irkupru, fejn meħtieġ.

2.   L-operatur għandu jiżgura li t-test għat-tnixxija bin-Nitroġenu Ħieles mill-Ossiġnu (OFN) jew l-ittestjar bil-pressjoni u gass għat-tnixxif oħrajn xierqa jsiru fejn meħtieġa, segwiti mill-evakwazzjoni, l-iċċarġjar mill-ġdid u t-test għat-tnixxija.

Qabel l-ittestjar bil-pressjoni b’Nitroġenu Ħieles mill-Ossiġnu (OFN) jew gass ieħor xieraq għall-ittestjar bil-pressjoni, il-gassijiet serra florinati għandhom jinġabru mill-applikazzjoni fejn meħtieġ.

3.   Il-kawża tat-tnixxija għandha tkun ġiet identifikata kemm jista’ jkun, sabiex jiġi evitat li terġa’ sseħħ.

Artikolu 9

Verifika ta’ segwitu

Il-persunal iċċertifikat għandu, meta jkun qed iwettaq il-verifika tas-segwitu msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, jiffoka fuq dawk l-partijiet fejn instabet it-tnixxija u ssewwiet kif ukoll il-partijiet ta’ ħdejha li setgħu ġew sfurzati waqt it-tiswija.

Artikolu 10

Rekwiżiti għal tagħmir ġdid

Sistemi li għadhom kemm ġew stallati jridu jiġu ċċekkjati għat-tnixxija hekk kif jibdew jitħaddmu.

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/540/KE (ĠU L 198, 31.7.2007, p. 35).


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1517/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li jemenda l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 rigward id-deroga relatata mal-firda bejn il-linji tal-produzzjoni ta' l-għalf organiku u ta' dak mhux organiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (1) u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

It-tieni paragrafu tal-punt 3 tal-Parti E ta' l-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jipprovdi għal deroga mill-obbligu li t-tagħmir kollu li jintuża fit-taqsimiet li jippreparaw materjal kompost ta' l-għalf kopert bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ikun għal kollox separat mit-tagħmir li jintuża fit-taqsimiet li jippreparaw materjal kompost ta' l-għalf mhux kopert b'dak ir-Regolament. Din id-deroga tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2007.

(2)

L-esperjenza turi li l-operaturi jagħmlu applikazzjoni wiesgħa ta' din id-deroga. L-użu ta' l-istess linja ta' produzzjoni għall-materjal ta' l-għalf organiku u fi żmienijiet separati, għal dak mhux organiku, tirrikjedi l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tindif adegwati biex jiggarantixxu l-integrità tal-produzzjoni ta' l-għalf organiku. Ġiet provduta evidenza li miżuri ta' dan it-tip, meta jkunu applikati rigorożament taħt kontroll strett, jistgħu jkunu effikaċi.

(3)

L-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (2) jipprovdi li l-produzzjoni ta' għalf organiku għandha tinżamm separata fiż-żmien jew spazju mill-produzzjoni ta' għalf mhux organiku.

(4)

Għaldaqstant huwa f'loku li d-deroga tiġi estiża sakemm ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti E ta' l-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, fit-tieni paragrafu tal-punt 3, id-data “il-31 ta' Diċembru 2007” għandha tinbidel bid-data “il-31 ta' Diċembru 2008”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 (ĠU L 293, 10.11.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1518/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-vermut

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/1993 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli (1), b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Arġentina f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidla ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, fl-ambitu tal-proċess ta’ l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea (2), approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/930/KE (3) li tipprevedi l-ftuħ ta’ kwota tariffarja erga omnes għall-vermut. Din il-kwota trid tkun miftuħa.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (4) jistipula r-regoli amministrattivi applikabbli għall-kwoti tariffarji maħsuba biex jintużaw fl-ordni kronoloġiku tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali. Jeħtieġ li jkun previst li l-kwota tariffarja miftuħa permezz ta’ dan ir-Regolament titmexxa skond dawn ir-regoli.

(3)

Skond l-impenji tal-Komunità taħt il-ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ l-Ittri, għandha ssir dispożizzjoni li dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwota tariffarja annwali (numru ta’ referenza 09.0098) ta’ 13 810 hl (erga omnes) hija miftuħa għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-vermut u nbejjed oħra magħmula mill-għeneb frisk imħawra bi pjanti jew sustanzi aromatiċi f’kontenituri li jaqbżu ż-2 litri u li għandhom saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-18 % vol, tas-subintestatura 2205 90 10, f’rata ta’ kwota ta’ 7 EUR/hl.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja annwali msemmija fl-Artikolu 1 hija amministrata mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 92.

(3)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 91.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1519/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 fir-rigward tat-termini ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf li jagħmlu parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-possibilità ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ addittiv wara applikazzjoni mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni.

(2)

L-użu ta’ l-addittiv salinomycin diclazuril 0,5 g/100 g (“Clinacox 0.5 % Premix”), diclazuril 0,2 g/100 g (“Clinacox 0.2 % Premix”), li jagħmel parti mill-grupp tal-“Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn” kien ġie awtorizzat għal 10 snin għat-tiġieġ għas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 (2). L-awtorizzazzjoni kienet konnessa mal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv.

(3)

L-użu ta’ l-addittiv diclazuril 0,5 g/100 g (“Clinacox 0.5 % Premix”), diclazuril 0,2 g/100 g (“Clinacox 0.2 % Premix”) li jagħmel parti mill-grupp tal-“Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn” kien ġie awtorizzat għal 10 snin għad-dundjani għas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 (3). L-awtorizzazzjoni kienet konnessa mal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv.

(4)

L-użu ta’ l-addittiv diclazuril 0,5 g/100 g (“Clinacox 0,5 % Premix”), diclazuril 0,2 g/100 g (“Clinacox 0,2 % Premix”) li jagħmel parti mill-grupp tal-“Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn” kien ġie awtorizzat għal 10 snin għat-tiġieġ maħsuba biex ibidu mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2003 (4). L-awtorizzazzjoni kienet konnessa mal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv.

(5)

Id-detentur ta’ l-applikazzjoni, Janssen Animal Health B.V.B.A., bagħat applikazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittivi msemmija fil-premessi 2 sa 4 ta’ dan ir-Regolament. Ma’ l-applikazzjoni huma bagħtu data li turi li d-drittijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ dawk l-addittivi ġew trasferiti lil Janssen Pharmaceutica N.V., il-kumpanija prinċipali Belġjana tagħha, b’effett mit-2 ta’ Lulju 2007.

(6)

L-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ addittiv konnessa ma’ persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tagħha lil persuna oħra hija bbażata fuq proċedura purament amministrattiva u ma twassalx għal valutazzjoni ġdida ta’ l-addittivi. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel ġiet infurmata bl-applikazzjoni.

(7)

Biex Janssen Pharmaceutica N.V. tkun tista’ tisfrutta d-drittijiet ta’ sidien tagħhom mit-2 ta’ Lulju 2007, hemm bżonn li jinbidel isem il-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittivi b’effett mit-2 ta’ Lulju 2007. B’hekk, hemm bżonn li dan ir-Regolament japplika retroattivament.

(8)

Ir-Regolamenti (KE) Nri 2430/1999, 418/2001 u 162/2003 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(9)

Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu l-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw kollha.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2430/1999, fil-kolonna 2 tad-daħla għal E 771, il-kliem “Janssen Animal Health B.V.B.A” jinbidlu bil-kliem “Janssen Pharmaceutica N.V.”.

2.   Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 418/2001, fil-kolonna 2 tad-daħla għal E 771, il-kliem “Janssen Animal Health B.V.B.A” jinbidlu bil-kliem “Janssen Pharmaceutica N.V.”.

3.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 162/2003, fil-kolonna 2 tad-daħla għal E 771, il-kliem “Janssen Animal Health B.V.B.A”. jinbidlu bil-kliem “Janssen Pharmaceutica N.V.”.

Artikolu 2

Il-ħażniet eżistenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ April 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-2 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 296, 17.11.1999, p. 3. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 249/2006 (ĠU L 42, 14.2.2006, p. 22).

(3)  ĠU L 62, 2.3.2001, p. 3.

(4)  ĠU L 26, 31.1.2003, p. 3.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1520/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif ipprovdut fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Saccharomyces cerevisiae (MUCL 39885) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-baqar imrobbija għall-ħalib, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 879/2004 (3). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu għal baqar imrobbija għall-ħalib. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għad-dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1801/2003 (4). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-klieb mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (5). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8)

L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Lactobacillus acidophilus (D2/CSL CECT 4529) ġie awtorizzat provviżorjament għat-tiġieġ għall-bajd, għall-ewwel darba, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2154/2003 (6). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,4-beta-glucanase, EC 3.2.1.4 prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 142) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (7). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(10)

Il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rikjesti sabiex il-ħaddiema jkunu mħarsa mill-espożizzjoni għall-addittivi stipulati fl-Annessi. Din il-protezzjoni għandha tiġi assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (8).

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness I hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness II hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 3

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness III hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 4

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi”, kif speċifikat fl-Anness IV hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 5

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness V, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 65.

(4)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 16.

(5)  ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).

(6)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 11.

(7)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.

(8)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1710

Saccharomyces cerevisiae

MUCL 39885

Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fiha minimu ta’:

Fl-għamla granulata ta’ trab, sferi u ovali:

1 × 109 CFU/g addittiv

Baqar għall-ħalib

1,23 × 109

2,33 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Il-kwantità ta’ Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta’ kuljum ma tistax tkun aktar minn 8,4 × 109 CFU għal kull 100 kg ta’ piż tal-ġisem sa 600 kg. Iktar minn 600 kg, żid 0,9 × 109 CFU għal kull 100 kg addizzjonali ta’ piż tal-ġisem.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1707

Enterococcus faecium

DSM 10663/NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha minimu ta’:

 

Forma ta’ trab u għamla granulari:

3,5 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla miksija:

2,0 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla likwida:

1 × 1010 CFU/ml addittiv

Dundjani għat-tismin

1 × 107

1,0 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih il-coccidiostats permessi: diclazuril, halofuginone, lasalocid sodium, maduramicin ammonium monensin sodium, robenidine.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS III

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1707

Enterococcus faecium

DSM 10663/NCIMB 10415

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium li fiha minimu ta’:

 

Forma ta’ trab u għamla granulari:

3,5 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla miksija:

2,0 × 1010 CFU/g addittiv

 

Għamla likwida:

1 × 1010 CFU/g addittiv

Klieb

1 × 109

3,5 × 1010

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS IV

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1715

Lactobacillus acidophilus

D2/CSL

CECT 4529

Preparazzjoni ta’ Lactobacillus farciminis li fiha minimu ta’:

50 × 109 CFU/g addittiv

Tiġieġ li jbidu

1 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS V

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enzimi

E 1616

Endo-1,4-beta-glucanase

EC 3.2.1.4

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-glucanase prodott minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 142) li għandha attività minima ta’:

 

Għamla solida: 2 000 CU (1)/g

 

Għamla likwida: 2 000 CU/ml

Ħnienes (miftuma)

350 CU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kilogramma ta’ għalf sħiħ: 350-1 000 CU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira betaglucans), eż. li fihom aktar minn 40 % xgħir.

4.

Għall-ħnienes miftuma sa piż approssimattiv ta’ 35 kg.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 CU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0 128 mikromoli ta’ zokkor riduttiv (ekwivalenti ta’ glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f’pH ta’ 4,5 u 30 °C.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru1521/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni hija dwar awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital), bħala addittiv ta’ l-għalf għal ħnieżer nisa, sabiex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 ġie awtorizzat proviżorjament għall-ħnienes u l-ħnieżer għatismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003 (2) proviżorjament għall-ħnieżer nisa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2003 (3) proviżorjament għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 (4) u għal għaxar snin (Bonvital) għall-ħnienes (mitfuma) u ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 (5).

(5)

Tressqet data ġdida bħala sostenn ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħnieżer nisa. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li l-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) ma għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa ta’ l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (6). Ikkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li jista’, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni għal din il-kategorija ta’ l-annimali supplimentari. Skond din l-opinjoni, l-użu tal-preparazzjoni hu effiċjenyi biex itejjeb ir-rendiment tal-parametri tal-ħnieżer nisa. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ addittivi ta’ l-għalf fl-għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 11.

(4)  ĠU L 84, 2.4.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).

(5)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16.

(6)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf għall-Annimali dwar is-sikurezza u l-effettività tal-prodott “Bonvital”, preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium bħala addittiv ta’ l-għalf għall-ħnieżer nisa. Adottata fl-10 ta’ Lulju 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 521, p. 1-8.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana

4b1841

Lactosan Starterkulturen GmbH & Co KG

Enterococcus faecium DSM 7134

(Bonvital)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 li fiha ammont minimu ta’:

Trab: 1 × 1010 CFU/g ta’ l-addittiv

Bċejjeċ żgħar (mikroenkapsulata): 1 × 1010 CFU/g ta’ l-addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Enterococcus faecium DSM 7134

 

Metodu analitiku (1):

Metodu ta’ enumerazzjoni bi pjanċi għad-diffużjoni ta’ bile esculin azide agar u identifikazzjoni: pulsed field gel electrophoresis (PFGE)

Ħnieżer nisa

0,5 × 109

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu fil-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Introduzzjoni fid-dieta tal-ħnieżer nisa mid-data 90 tat-tqala sa l-aħħar tat-treddigħ.

9.1.2018


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli f’dan l-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1522/2007

tad-19 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwarha fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabilixxi ċertu skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 54(5) u 145(d) u (d) d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi regoli għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni mill-2005.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (3) li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex, jiddefinixxi r-regoli għall-appoġġ diżakkoppjat u l-integrazzjoni ta’ l-appoġġ għall-banana fl-iskema ta’ ħlas waħdieni. Għandhom għalhekk jiġu adottati r-regoli ddettaljati relatati. Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom isegwu l-istess linji bħal dawk stabbiliti diġà fir-Regolament (KE) Nru 795/2004 fir-rigward taż-żejt taż-żebbuġa, it-tabakk, il-qoton, il-ħops, il-pitravi, il-kannamieli, iċ-ċikwejra u l-banana.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu jiġi żviluppat aktar fir-rigward tad-definizzjoni ta' mixtliet (nurseries).

(4)

Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jipprovdi għal regoli ddettaljati għall-bdiewa li jkunu għamlu investimenti fil-kapaċità ta' produzzjoni jew li krew pakketti ta' raba’ fit-tul. Dawk id-dispożizzjonijiet jeħtieġu li jiġu adattati sabiex titqies is-sitwazzjoni partikolari tal-bdiewa fis-settur tal-frott u tal-ħaxix li għamlu investimenti bħal dawn jew daħlu għal kuntratti ta' kiri fit-tul qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007.

(5)

L-Istati Membri li ssieħbu mal-Komunità mill-1 ta’ Mejju 2004 stabilixxew sistema ta' identifikazzjoni għall-pakketti tar-raba’ skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Meta qalbu mis-sistema ta' identifikazzjoni l-qadima għal dik ġdida, jista' jkun li l-karatteristiċi ta' ċerti pakketti ta' raba’ kif kienu fl-2003 ma ġewx riflessi b'mod preċiż fis-sistema ta' identifikazzjoni l-ġdida minħabba diffikultajiet tekniċi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta' “ettaru eliġibbli għal dritt ta’ l-art imwarrba” kif jissemma fl-Artikolu 54(2) ta' dak ir-Regolament f'dan il-kuntest f'dawk l-Istati Membri kollha, għandhom ikunu awtorizzati jidderogaw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004, mir-referenza għad-data pprovduta għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna liż-żoni matul l-2003, stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 54(2) bil-kundizzjoni li jiżguraw li t-total ta' l-erja agrikola eliġibbli għal dritt tat-twarrib ta' l-art ma jiżdiedx. L-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu jkun emendat skond dan. Peress li xi wħud minn dawk l-Istati Membri implimentaw l-Iskema tal-Ħlas Waħdieni mill-1 ta’ Jannar 2007, din id-deroga għandha tapplika minn dik id-data.

(6)

Għal bdiewa li diġà ġew allokati, xtraw jew irċevew drittijiet għall-ħlas sa l-aħħar data ta' applikazzjoni għall-istabbiliment ta' drittijiet għall-ħlas għas-sena tad-determinazzjoni ta' l-ammonti u l-ettari eliġibbli kif jissemma fil-punt M ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-valur u l-għadd tad-drittijiet għall-ħlas tagħhom għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid b'riżultat ta' l-ammonti ta' referenza u l-ettari dderivati mill-integrazzjoni tas-settur tal-frott u l-ħxejjex. Drittijiet għall-ħlasijiet għat-twarrib ta' l-art u drittijiet soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali m'għandhomx jitqiesu f'dan il-kalkolu.

(7)

Skond l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-riżerva nazzjonali għandha terġa' tiġi kkostitwita bi tnaqqis ta' persentaġġ lineari ta' l-ammonti kollha ta' referenza. Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jiċċaraw kif għandhom jipproċedu l-Istati Membri fir-rigward ta' l-integrazzjoni ta' l-ammont ta' referenza għall-frott u l-ħxejjex fir-riforniment tar-riżerva nazzjonali.

(8)

L-Istati Membri li japplikaw il-mudell reġjonali stabbilit fl-Artikolu 59(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-għadd ta' drittijiet għall-ħlas għal kull bidwi b'riżultat ta' l-integrazzjoni ta' ettari ta' frott u ta' ħxejjex.

(9)

Id-data għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, dwar l-għażliet ipprovduti fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tiġi stabbilita.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (c) jiġi sostitwit b'li ġej:

“(c)

‘uċuh tar-raba’ permanenti’ għandha tfisser uċuh tar-raba’ kkoltivati mingħajr rotazzjoni minbarra mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar u li tagħti ħsad ripetut inkluż mixtliet, u msaġar ta' rotazzjoni qasira (kodiċi NM ex 0602 90 41), bl-eċċezzjoni ta uċuh tar-raba’ multi annwali u l-mixtliet ta' dawk l-uċuh tar-raba’ multiannwali”.

(b)

Wara l-punt (k), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(l)

‘Mixtliet’ huma dawk kif iddefiniti fil-punt G/5 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE (*) rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi, il-lista ta' prodotti agrikoli, l-eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet u r-reġjuni u d-distretti rigward l-istħarriġ ta' l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli.

(*)  ĠU L 38, 12.2.2000, p. 1.”"

(2)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-investimenti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun l-1 ta’ Novembru 2007.”

(b)

Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-investimenti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun l-1 ta’ Novembru 2007.”;

(c)

Fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-kiri fit-tul fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun l-1 ta’ Novembru 2007.”;

(3)

Fl-Artikolu 32(4) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament, fil-każ li l-Istati Membri ġodda fl-ambitu ta' l-Artikolu 2(g) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jkunu ltaqgħu ma' diffikultajiet tekniċi biex jiddeterminaw il-limiti ta' ċerti pakketti ta' raba’ b'konsegwenza tat-transizzjoni mis-sistema ta' identifikazzjoni tal-pakketti tar-raba’ eżistenti fid-data msemmija fl-Artikolu 54(2) ta' dak ir-Regolament għas-sistema ta' identifikazzjoni għall-pakketti ta' raba’ msemmija fl-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament, jistgħu jidderogaw mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sabiex jistabbilixxu r-referenza għad-data pprovduta għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna liż-żoni għall-2003 fit-30 ta’ Ġunju 2006. Għandhom jieħdu azzjoni biex jipprevjenu kwalunkwe żieda sinifikanti fl-erja totali eliġibbli għal drittijiet ta' twarrib. Madankollu l-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jiffissaw it-30 ta’ Ġunju 2007 bħala dik id-data.”

(4)

Il-Kapitolu 6c li ġej għandu jiddaħħal qabel il-Kapitolu 7:

“KAPITOLU 6 C

L-INKLUŻJONI TAS-SETTUR TAL-FROTT U TAL-ĦXEJJEX FL-ISKEMA TAL-ĦLAS WAĦDIENI

Artikolu 48f

Regoli ġenerali

1.   Għall-finijiet ta' l-istabbiliment ta' l-ammont u d-determinazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas fil-kuntest ta' l-integrazzjoni tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex fl-iskema tal-ħlas waħdieni, l-Artikoli 37 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom japplikaw suġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 48g ta' dan ir-Regolament u, fil-każ li l-Istat Membru jkun għamel użu mill-possibilità pprovduta fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fl-Artikolu 48h ta' dan ir-Regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004, għall-allokazzjoni ta' drittijiet għall-ħlas li jirriżultaw mill-integrazzjoni tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex fl-iskema tal-ħlas waħdieni, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2008.

3.   Skond kif ikun il-każ, l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika għall-valur tad-drittijiet għall-ħlas kollha li kienu jeżistu qabel l-integrazzjoni ta' l-appoġġ għall-frott u l-ħxejjex u għall-ammonti ta' referenza kkalkolati għall-appoġġ finanzjarju għall-frott u l-ħxejjex.

4.   Il-perċentwali ta' tnaqqis iffissat mill-Istati Membri skond l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jgħodd għall-ammonti ta' referenza li jikkorrispondu għall-prodotti tal-frott u l-ħxejjex integrati fl-iskema ta' ħlas waħdieni.

5.   Il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-Artikolu 42(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 m'għandux jerġa' jibda għad-drittijiet għall-ħlas li jirriżultaw mir-riżerva nazzjonali li l-ammont tagħha jkun ġie kkalkulat mill-ġdid jew miżjud skond l-Artikoli 48g u 48h ta' dan ir-Regolament.

6.   Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(1), l-Artikoli 12 sa 17, l-Artikolu 20 u l-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-iskema tal-ħlas waħdieni għandha tkun is-sena li fiha l-Istat Membru jiddetermina l-ammonti u l-ettari eliġibbli kif jissemma fil-punt M ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, filwaqt li jitqies il-perjodu transitorju fakultattiv ta' tliet snin, kif jissemma fit-tielet paragrafu ta' dak il-punt.

Artikolu 48g

Regoli speċifiċi

1.   Jekk, sa l-aħħar data għall-applikazzjoni għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas stabbilita skond l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, il-bidwi ma jkollux id-dritt għal ħlasijiet inkella jkollu biss drittijiet għat-twarrib, jew drittijiet soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali, huwa għandu jirċievi drittijiet għall-ħlas, ikkalkulati skond l-Artikoli 37 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-frott u l-ħaxix.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta l-bidwi jkun kera bi drittijiet ta' ħlas bejn l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-iskema tal-ħlas waħdieni u s-sena ta' l-integrazzjoni tas-settur tal-frott u l-ħaxix.

2.   Jekk il-bidwi ġie allokat jew xtara jew irċieva drittijiet ta' pagament sa l-aħħar data għall-applikazzjoni għall-istabbiliment ta' drittijiet għall-ħlas stabbiliti skond l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, il-valur u l-għadd ta' drittijiet għall-ħlas li għandu, jridu jiġu kkalkulati mill-ġdid b'dan il-mod:

(a)

l-għadd ta' drittijiet għall-ħlas għandu jkun l-istess bħall-għadd ta' drittijiet għall-ħlas fis-sjieda tiegħu, miżjud bl-għadd ta' ettari stabbiliti skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-frott u l-ħxejjex, patata għall-ikel u mixtliet;

(b)

il-valur għandu jinkiseb billi s-somma tal-valur tad-drittijiet ta' pagament tiegħu u l-ammont ta' referenza kkalkulat skond l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-appoġġ finanzjarju għall-frott u l-ħxejjex tiġi diviża bin-numru stabbilit skond il-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

Drittijiet għall-ħlasijiet għat-twarrib ta' l-art u drittijiet soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali m'għandhomx jitqiesu fil-kalkolu msemmi f'dan il-paragrafu.

3.   Id-drittijiet għall-ħlas mikrija qabel id-data għat-tressiq ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni stipulati skond l-Artikolu 12 għandhom jitqiesu fil-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2. Madankollu, id-drittijiet għall-ħlas mikrija permezz ta' klawsola kuntrattwali kif jissema fl-Artikolu 27, qabel il-15 ta’ Mejju 2004, għandhom jitqiesu fil-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biss jekk il-kundizzjonijiet tal-kiri jistgħu jiġu aġġustati.

Artikolu 48h

Implimentazzjoni reġjonali

1.   Meta Stat Membru jkun għamel użu mill-għażla pprovduta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bdiewa għandhom jirċievu għadd ta' drittijiet għall-ħlas li jkun ugwali għall-għadd ta' ettari ġodda eliġibbli għall-frott u l-ħxejjex, patata għall-ikel u mixtliet skond l-Artikolu 59(4) ta' dak ir-Regolament.

Il-valur tad-drittijiet għall-ħlas jiġi kkalkulat skond il-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 59 u l-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 63 ta' dak ir-Regolament.

L-ewwel sena ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 59(4) ta' dak ir-Regolament għandha tkun l-2008.

2.   Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-għadd addizzjonali ta' drittijiet għal kull bidwi fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi skond il-punt M ta' l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-frott u l-ħaxix, il-patata għall-ikel u l-mixtliet.”;

(5)

L-Artikolu 49b li ġej qed jiddaħħal qabel l-Artikolu 50:

“Artikolu 49b

L-integrazzjoni tal-frott u l-ħxejjex

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2008, id-deċiżjoni li jkunu ħadu fir-rigward ta' l-alternattivi msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, imqassma skond il-prodotti, is-sena u, fejn xieraq, ir-reġjuni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, l-Artikolu 1(3) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 608/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 31).

(3)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.


DIRETTIVI

20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/31


DIRETTIVA 2007/66/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (4), u d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri tal-appalti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (5) jikkonċernaw il-proċeduri ta’ reviżjoni fir-rigward ta’ kuntratti mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti kif imsemmija fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ appalti, provvista pubblika u servizz pubbliku (6) u mill-entitajiet kontraenti kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina il-proċeduri tal- appalti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (7). Id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE huma maħsuba sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE.

(2)

Għaldaqstant, id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE japplikaw biss għal kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tkun xi tkun il-proċedura kompetittiva jew il-mezzi tas-sejħa għall-kompetizzjoni li jintużaw, inklużi kompetizzjonijiet tad-disinn, sistemi ta’ kwalifika u sistemi dinamiċi ta’ akkwist. Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli rimedji effettivi u rapidi kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti dwar jekk kuntratt partikolari jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni personali u materjali tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE.

(3)

Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja wrew ċertu numru ta’ nuqqasijiet fil-mekkaniżmi ta’ reviżjoni fl-Istati Membri. Minħabba dawn in-nuqqasijiet, il-mekkaniżmi stabbiliti fid-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE mhux dejjem jippermettu l-konformità mal-liġi Komunitarja, b’mod partikolari fi stadju fejn il-ksur ikun għadu jista’ jissewwa. Konsegwentament, il-garanziji ta’ trasparenza u nuqqas ta’ diskriminazzjoni mfittxija minn dawn id-Direttivi għandhom jissaħħew biex jiżguraw li l-Komunità fl-intier tagħha tibbenefika mill-effetti pożittivi tal-modernizzazzjoni u mis-simplifikazzjoni tar-regoli dwar l- appalti pubbliċi li nkisbu mid-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE. Għaldaqstant, id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE għandhom jiġu emendati biż-żieda ta’ kjarifiki essenzjali li jippermettu li jintlaħqu r-riżultati maħsuba li jinkisbu mill-leġislatura Komunitarja.

(4)

In-nuqqasijiet li ġew nnutati jinkludu, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ perijodu li jippermetti reviżjoni effettiva bejn id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kuntratt u l-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat. Xi kultant dan jirriżulta f’ċirkostanzi fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħmlu irriversibbli l-konsegwenzi tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tad-disputa biex jipproċedu malajr għall-iffirmar tal-kuntratt. Sabiex jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas, li huwa ostaklu serju għall-ħarsien ġudizzjarju effettiv ta’ l-offerenti kkonċernati, jiġifieri, dawk l-offerenti li għadhom ma ġewx esklużi b’mod definittiv, jeħtieġ li jkun provdut perijodu minimu sospensiv li matulu tiġi sospiża l-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat, irrispettivament jekk il-konklużjoni ssirx fil-mument ta’ l-iffirmar tal-kuntratt jew le.

(5)

It-tul ta’ żmien tal-perijodu minimu sospensiv għandu jqis il-mezzi ta’ komunikazzjoni differenti. Jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni rapidi, jista’ jiġi previst perijodu iqsar milli jekk jintużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn. Din id-Direttiva tipprevedi biss għal perijodi minimi sospensivi. L-Istati Membri huma liberi li jintroduċu jew iżommu perjodi li jeċċedu dawk il-perijodi minimi. L-Istati Membri huma wkoll liberi jiddeċiedu liema perijodu għandhu japplika, jekk mezzi ta’ komunikazzjoni differenti jintużaw flimkien.

(6)

Il-perijodu sospensiv għandu jagħti lill-offerenti kkonċernati biżżejjed żmien biex jeżaminaw id-deċiżjoni ta’ l-għoti ta’ kuntratt u biex jevalwaw jekk ikunx hemm skop li tinbeda proċedura ta’ reviżjoni. Meta deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt tkun innotifikata lilhom, l-offerenti kkonċernati għandhom jingħataw l-informazzjoni rilevanti, li hi essenzjali għalihom biex ifittxu reviżjoni effettiva. Bl-istess mod dan japplika għal kandidati safejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti ma tkunx għamlet disponibbli fiż-żmien propizju l-informazzjoni dwar ir-rifjut ta’ l-applikazzjoni tagħhom.

(7)

Tali informazzjoni rilevanti tinkludi, partikolarment, sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif stabbilit fl- Artikolu 41 tad-Direttiva 2004/18/KE u l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2004/17/KE. Billi t-tul ta’ żmien tal-perijodu sospensiv ivarja minn Stat Membru għal ieħor, huwa importanti wkoll li l-offerenti u l-kandidati kkonċernati jkunu infurmati bil-perijodu effettiv disponibbli lilhom biex jippreżentaw proċedimenti ta’ reviżjoni.

(8)

Dan it-tip ta’ perijodu minimu sospensiv mhux maħsub li japplika jekk id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2004/17/KE ma jirrikjedux pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fil-każi ta’ urġenza estrema kif previst fl-Artikolu 31(1)(ċ) tad-Direttiva 2004/18/KE jew l-Artikolu 40(3)(d) tad-Direttiva 2004/17/KE. F’dawk il-każi sufficienti jkun biżżejjed li jiġu previsti proċeduri effettivi ta’ reviżjoni wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Bl-istess mod, mhux meħtieġ perijodu sospensiv jekk l-uniku offerent ikkonċernat ikun dak li jingħata l-kuntratt u m’hemmx kandidati kkonċernati. F’dan il-każ m’hemm ebda persuna oħra li tkun għadha fil-proċedura ta’ appalti b’interess li tirċievi n-notifika u li tibbenefika mill-perijodu sospensiv sabiex tkun permessa reviżjoni effettiva.

(9)

Finalment, fil-każi ta’ kuntratti bbażati fuq ftehim qafas jew sistema dinamika ta’ xiri, perijodu sospensiv obbligatorju jista’ jkollu impatt fuq il-gwadanni fl-effiċjenza intenzjonati b’dawn il-proċeduri ta’ offerti. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, minflok ma jintroduċu perijodu sospensiv obbligatorju, biex jipprovdu għan-nuqqas ta’ effett bħala sanzjoni effettiva skond l-Artikoli 2d tad-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE għal ksur ta’ l-Artikolu 32(4) u l-Artikolu 33(5) u (6) tad-Direttiva 2004/18/KE u ta’ l-Artikolu 15(5) u (6) tad-Direttiva 2004/17/KE.

(10)

Fil-każi msemmija fl-Artikolu 40(3)(i) tad-Direttiva 2004/17/KE, il-kuntratti bbażati fuq ftehim qafas ma jeħtiġux pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. F’dawn il-każi perijodu sospensiv m’ għandux ikun obbligatorju.

(11)

Meta Stat Membru jirrikjedi persuna li jkollha l-ħsieb li tuża l-proċedura ta’ reviżjoni biex tinforma lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti b’dik l-intenzjoni, hu meħtieġ li jiġi ċċarat li dan m’għandux jaffettwa l-perijodu sospensiv jew kwalunkwe perijodu ieħor biex issir applikazzjoni għal reviżjoni. Barra minn hekk, meta Stat Membru jitlob li l-persuna kkonċernata tkun fittxet qabel xejn reviżjoni mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti, jeħtieġ li din il-persuna jkollha perijodu minimu raġonevoli li fih tirrikorri għand il-korp kompetenti ta’ reviżjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, f’każ li din il-persuna tixtieq tikkontesta t-tweġiba jew in-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

(12)

Talba għal reviżjoni ftit qabel it-tmiem tal-perijodu minimu sospensiv m’għandux ikollha l-effett li ċċaħħad lill-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni miż-żmien minimu meħtieġ sabiex jaġixxi, b’mod partikolari sabiex itawwal il-perjodu sospensiv għall-konklużjoni tal-kuntratt. Għalhekk hu meħtieġ li wieħed jipprovdi għal perijodu minimu sospensiv indipendenti, li m’għandux jintemm qabel ma l-korp ta’ reviżjoni jkun ħa deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. Dan m’għandux iżomm lill-korp ta’ reviżjoni milli jagħmel evalwazzjoni minn qabel dwar jekk ir-reviżjoni hix fil-fatt ammissibbli. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li dan il-perijodu għandu jintemm jew meta l-korp ta’ reviżjoni jkun ħa deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal miżuri intermedjarji, inkluża dwar sospensjoni ulterjuri tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew meta l-korp ta’ reviżjoni jkun ħa deċiżjoni dwar il-merti tal-każ, b’mod partikolari dwar l-applikazzjoni biex titwarrab deċiżjoni illegali.

(13)

Sabiex tħares kontra l-għoti dirett illegali ta’ kuntratti, li l-Qorti tal-Ġustizzja sejħet l-aktar ksur serju tal-liġi Komunitarja fil-qasam ta’ l-appalti pubbliċi, min-naħa ta’ awtorità kontraenti jew ta’ entità kontraenti, għandu jkun hemm provvediment għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għaldaqstant, kuntratt li jirriżulta minn għoti dirett illegali għandu bħala prinċipju jitqies ineffettiv. L-ineffettività m’għandhiex tkun awtomatika iżda għandha tkun aċċertata minn korp ta’ reviżjoni indipendenti, jew għandha tkun ir-riżultat ta’ deċiżjoni tiegħu.

(14)

L-ineffettività hi l-aktar mod effettiv biex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni u biex jinħolqu opportunitajiet ta’ negozju ġodda għal dawk l-operaturi ekonomiċi li jkunu ġew imċaħħda illegalment mill-opportunita li jikkompetu. Għotjiet diretti fis-sens ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu l-għotjiet kollha ta’ kuntratti mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea skond id-Direttiva 2004/18/KE. Dan jikkorrispondi għal proċedura mingħajr sejħa minn qabel għal kompetizzjoni skond it-tifsira fid-Direttiva 2004/17/KE.

(15)

Ġustifikazzjonijiet possibbli għal għoti dirett fis-sens ta’ din id-Direttiva jistgħu jinkludu l-eżenzjonijiet fl-Artikoli 10 sa 18 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 31, l-Artikolu 61 jew l-Artikolu 68 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/18/KE jew għoti ta’ kuntratt “in-house” legali bi qbil ma’ l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(16)

L-istess japplika għal kuntratti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal esklużjoni jew arranġamenti speċjali skond l-Artikolu 5(2), l-Artikoli 18 sa 26, l-Artikoli 29 u 30 jew l-Artikolu 62 tad-Direttiva 2004/17/KE, għal każi li jinvolvu l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 40 (3) tad-Direttiva 2004/17/KE jew għall-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz skond l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(17)

Proċedura ta’ reviżjoni għandha tkun disponibbli ta’ l-inqas għal kull persuna li jkollha jew li kellha interess li tikseb kuntratt partikolari u li kienet jew li tinsab fir-riskju li tkun milquta minn ksur allegat.

(18)

Sabiex jiġi evitat il-ksur serju ta’ l-obbligu ta’ perijodu sospensiv u s-sospensjoni awtomatika, li huma pre-rekwiżiti għal reviżjoni effettiva, għandhom jiġu applikati sanzjonijiet effettivi. Il-kuntratti li jsiru bi ksur tal-perijodu sospensiv jew s-sospensjoni awtomatika għandhom għalhekk jitqiesu li huma fil-prinċipju ineffettivi jekk ikunu sar ukoll ksur tad-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2004/17/KE sal-punt li dan il-ksur ikun affettwa l- opportunita’ ta’ l-offerent li qed japplika għal reviżjoni sabiex jikseb il-kuntratt.

(19)

Fil-każ ta’ ksur ta’ rekwiżiti formali oħra, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-prinċipju ta’ l-ineffettività bħala mhux xieraq. F’dawk il-każi l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jipprovdu għal penali penali alternattivi. Penali alternattivi għandhom jiġu limitati għall-impożizzjoni ta’ multi li għandhom jitħallsu lil korp indipendenti mill-awtorità jew entità kontraenti jew għal tnaqqis tat-tul ta’ żmien tal-kuntratt. Huma l-Istati Membri li jiddeterminaw id-dettalji ta’ penali penali alternattivi u r-regoli ta’ l-applikazzjoni tagħhom.

(20)

Din id-Direttiva m’għandhiex teskludi l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet aktar stretti skond il-liġi nazzjonali.

(21)

L-objettiv li għandu jinkiseb fejn l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli li jiżguraw li kuntratt għandu jkun meqjus bħala ineffettiv hu li d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet taħt il-kuntratt għandhom jieqfu milli jiġu nfurzati u mwettqa. Il-konsegwenzi li jirriżultaw minn kuntratt ikkunsidrat ineffettiv għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali. Il-liġi nazzjonali tista’ għalhekk, per eżempju, tipprevedi l-kanċellazzjoni retroattiva ta’ l-obbligi kuntrattwali kollha (ex tunc) jew bil-kontra tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kanċellazzjoni għal dawk l-obbligi li xorta jkunu jridu jiġu mwettqa (ex nunc). Dan m’għandux iwassal għan-nuqqas ta’ penali qawwija jekk l-obbligi derivati minn kuntratt ikunu diġà ġew imwettqa jew bis-sħiħ inkella kważi bis-sħiħ. F’tali każi l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll għal penali alternattivi b’kont meħud tal-limitu sa fejn kuntratt jibqa’ fis-seħħ skond il-liġi nazzjonali. Bl-istess mod, il-konsegwenzi li jikkonċernaw l-irkupru possibbli ta’ kwalunkwe somma li setgħet ġiet imħallsa kif ukoll il-forom kollha l-oħrajn ta’ restituzzjoni possibbli, inkluża r-restituzzjoni fi flus fil-każ fejn ir-restituzzjoni mhux finanzjarja ma tkunx possibbli, għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali.

(22)

Madankollu, sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità tas-sanzjonijiet applikati, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-possibbiltà lill-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni li ma jipperikolax il-kuntratt, jew li jirrikonoxxi l-effetti temporali kollha tiegħu jew uħud minnhom, meta ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-każ ikkonċernat jitolbu li jiġu rrispettati ċerti raġunijiet ewlenin marbuta ma’ interess ġenerali. F’dawk il-każi minflok għandhom jiġu applikati penali alternattivi. Il-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti għandu jeżamina l-aspetti rilevanti kollha sabiex jistabbilixxi jekk raġunijiet ewlenin marbuta ma’ interess ġenerali jeħtiġux li l-effetti tal-kuntratti jinżammu.

(23)

F’każi eċċezzjonali l-użu tal-proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2004/18/KE jew ta’ l-Artikolu 40(3) tad-Direttiva 2004/17/KE jkun permess immedjatament wara l-kanċellament tal-kuntratt. Jekk f’dawk il-każi, għal raġunijiet tekniċi jew raġunijiet pressanti oħrajn, l-obbligi kuntrattwali li jkun baqa’, f’dak l-istadju, ikunu jistgħu jitwettqu biss mill-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt, l-applikazzjoni ta’ raġunijiet ewlenin tista’ tkun ġustifikata.

(24)

L-interessi ekonomiċi fl-effettività ta’ kuntratt jistgħu jitqiesu biss bħala raġunijiet ewlenin jekk f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-ineffettività tkun twassal għal konsegwenzi sproporzjonati. Madankollu, interessi ekonomiċi marbuta direttament mal-kuntratt ikkonċernat m’għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet ta’ importanza ewlenija.

(25)

Barra minn hekk, il-bżonn li maż-żmien tkun żgurata ċ-ċertezza ġuridika tad-deċiżjonijet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti jeħtieġ l-istabbiliment ta’ perijodu minimu raġonevoli ta’ limitazzjoni fuq reviżjonijiet li jkunu qed ifittxu li jistabbilixxu li kuntratt hu ineffettiv.

(26)

Sabiex tiġi evitata l-inċertezza legali li tista’ tirriżulta mill-ineffettività, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżenzjoni minn kwalunkwe każ ta’ ineffettività anke fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tqis li l-għoti dirett ta’ kwalunkwe kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea hu permissibbli skond id-Direttiva 2004/18/KE u 2004/17/KE u jkun applika perijodu minimu ta’ waqfien li jippermetti rimedji effettivi. Il-pubblikazzjoni volontarja li jikkawża dan il-perijodu ta’ waqfien ma timplika ebda estensjoni ta’ l-obbligi derivanti mid-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2004/17/KE.

(27)

Peress li din id-Direttiva ssaħħaħ il-proċeduri ta’ reviżjoni nazzjonali, speċjalment fil-każi ta’ għoti dirett illegali, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu mħeġġa jagħmlu użu minn dawn il-mekkaniżmi l-ġodda. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali l-infurzabbiltà ta’ l-ineffettività ta’ kuntratt hija limitata għal ċertu perijodu. L-effettività ta’ dawn it-termini ta’ żmien għandha tkun rispettata.

(28)

It-tisħiħ tal-effettività tal-proċeduri nazzjonali ta’ reviżjoni għandu jħeġġeġ lill-persuni kkonċernati biex jagħmlu użu akbar mill-possibbiltajiet ta’ reviżjoni permezz ta’ proċedura interlokutorja qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-mekkaniżmu korrettiv għandu jkun iffokat mill-ġdid fuq ksur serju tal-liġi Komunitarja fil-qasam tal-appalti pubbliċi.

(29)

Is-sistema ta’ ċertifikazzjoni volontarja stipulata mid-Direttiva 92/13/KE, li, permezz tagħha, l-entitajiet kontraenti għandhom il-possibbiltà li jkollhom il-konformità tal-proċeduri tagħhom għall-għoti tal-kuntratti stabbilita permezz ta’ eżamijiet perjodiċi, ma ntużat kważi qatt. Għalhekk ma tistax tikseb l-objettiv tagħha li tilqa’ kontra numru sinifikanti ta’ każijiet ta’ ksur tal-liġi Komunitarja dwar l-appalti pubbliċi. Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit impost fuq l-Istati Membri mid-Direttiva 92/13/KEE li jiżguraw id-disponibbiltà permanenti ta’ korpi akkreditati għal dan il-għan tista’ tirrappreżenta nefqa ta’ manutenzjoni amministrattiva li mhijiex ġustifikata aktar fid-dawl tan-nuqqas ta’ talba reali min-naħa ta’ l-entitajiet kontraenti. Għal dawn ir-raġunijiet, is-sistema ta’ ċertifikazzjoni għandha titneħħa.

(30)

Bl-istess mod, il-mekkaniżmu ta’ konċiljazzjoni stipulat mid-Direttiva 92/13/KEE ma attirax wisq interess min-naħa ta’ l-operaturi ekonomiċi. Dan kemm minħabba l-fatt li ma jippermettix, minnu nnifsu, il-kisba ta’ miżuri intermedjarji li jorbtu, li x’aktarx jipprevjenu fil-ħin il-konklużjoni illegali ta’ kuntratt, kif ukoll minħabba n-natura tiegħu, li ftit li xejn hija kompatibbli ma’ l-osservanza tal-perjodi partikolarment qosra applikabbli għal reviżjonijiet li jfittxu miżuri intermedjarji u t-twarrib ta’ deċiżjonijiet meħuda kontra l-liġi. Barra minn hekk, l-effettività potenzjali tal-mekkaniżmu ta’ konċiljazzjoni ddgħajfet aktar minħabba d-diffikultajiet fil-kompilazzjoni ta’ lista kompleta u wiesa’ biżżejjed ta’ kunċiljaturi indipendenti f’kull Stat Membru, disponibbli f’kull ħin u kapaċi li jittrattaw it-talbiet għall-konċiljazzjoni f’avviż ta’ qasir żmien ħafna. Għal dawn ir-raġunijiet, il-mekkaniżmu ta’ konċiljazzjoni għandu abolit.

(31)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob lill-Istati Membri jfornuha b’informazzjoni dwar l-operat tal-proċeduri nazzjonali ta’ reviżjoni, fi proporzjoni mal-objettiv mixtieq, billi tinvolvi l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kuntratti Pubbliċi sabiex jiġu stabbiliti l-medda u n-natura ta’ din l-informazzjoni. Effettivament, hija biss id-disponibbiltà ta’ din l-informazzjoni li tista’ tippermetti l-evalwazzjoni korretta ta’ l-effetti tal-bidliet introdotti b’din id-Direttiva fi tmiem ta’ perjodu sinifikanti ta’ implimentazzjoni.

(32)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-progress li jkun sar fl-Istati Membri u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn tliet snin wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tagħha.

(33)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 89/665/KEE u 92/12/KEE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(34)

Billi, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ l-awtonomija proċedurali ta’ l-Istati Membri.

(35)

Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (9), l-Istati Membri għandhom ifasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jippubblikawhom.

(36)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal rimedju effettiv u għal tribunal imparzjali, bi qbil ma’ l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 47 tal-Karta.

(37)

Id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati f’dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 89/665/KEE

Id-Direttiva 89/665/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikoli 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Skop u disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ reviżjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (*) sakemm tali kuntratti ma jkunux esklużi skond l-Artikoli 10 sa 18 ta’ din id-Direttiva.

Il-kuntratti fis-sens ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti pubbliċi, ftehim qafas, konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u sistemi dinamiċi ta’ xiri.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward ta’ kuntratti li jaqgħu taħt id-Direttiva 2004/18/KE, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, b’mod partikolari, malajr kemm jista’ jkun skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, għar-raġuni li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi Komunitarja fil-qasam tal-appalti pubbliċi jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn impriżi li jiddikjaraw li jkunu sofrew dannu fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt b’riżultat tad- distinzjoni magħmula minn din id-Direttiva bejn regoli nazzjonali li jkunu qed jimplimentaw liġi Komunitarja u regoli nazzjonali oħra.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu disponibbli, taħt regoli dettaljati li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, lil kwalunkwe persuna li jkollha jew kellha interess tikseb kuntratt partikolari u li jkun sarilha jew tkun tinsab fir-riskju li jsirilha dannu minħabba ksur allegat.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna li tkun tixtieq tagħmel użu mill-proċedura ta’ reviżjoni tkun innotifikat lill-awtorità kontraenti dwar il-ksur allegat u bl-intenzjoni li tagħmel appell, sakemm dan ma jaffettwax il-perijodu sospensiv skond l-Artikolu 2a(2) jew kwalunkwe skadenza oħra għall-applikazzjoni għal reviżjoni skond l-Artikolu 2ċ.

5.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna kkonċernata l-ewwel titlob reviżjoni mill-awtorità kontraenti. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għal reviżjoni tirriżulta fis-sospensjoni immedjata tal-possibbiltà ta’ konklużjoni tal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi adatti ta’ komunikazzjoni, inkluż faks jew mezzi elettroniċi, li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni għal reviżjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu.

Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tintemm qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi, jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-awtorità kontraenti tkun bagħtet tweġiba, jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data tar-riċevuta ta’ tweġiba.

Artikolu 2

Ħtiġijiet għall-proċeduri ta’ reviżjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda fir-rigward tal-proċeduri ta’ reviżjoni speċifikati fl-Artikolu 1 ikunu jinkludu dispożizzjoni għas-setgħat li:

(a)

jittieħdu, ma’ l-ewwel opportunità possibbli u permezz ta’ proċeduri interlokutorji, miżuri intermedji bil-għan li jiġi korrett il-ksur allegat jew li ma jsirx dannu ulterjuri lill-interessi kkonċernati, inklużi miżuri għas-sospensjoni jew sabiex tiġi żgurata s-sospensjoni tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku jew l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtorità kontraenti;

(b)

jitwarrbu jew jiġi żgurat it-twarrib ta’ deċiżjonijiet meħuda illegalment, inkluż it-tneħħija ta’ speċifikazzjonijiet diskriminatorji tekniċi, ekonomiċi jew finanzjarji fis-sejħa għall-offerti, fid-dokumenti tal-kuntratt jew fi kwalunkwe dokument ieħor relatat mal-proċedura ta’ l-għoti ta’ kuntratt;

(ċ)

jingħataw danni lil persuni li jġarrbu ħsara minn xi ksur.

2.   Is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 u l-Artikoli 2d u 2e jistgħu jingħataw lil korpi separati responsabbli minn aspetti differenti tal-proċedura ta’ reviżjoni.

3.   Meta korp tal-prim istanza, li hu indipendenti mill-awtorità kontraenti, jirrevedi deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kontraenti ma tkunx tista’ tikkonkludi l-kuntratt qabel ma l-korp ta’ reviżjoni jkun ħa deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri intermedjarji jew għal reviżjoni. Is-sospensjoni m’għandhiex tintemm qabel l-iskadenza tal-perijodu sospensiv imsemmi fl-Artikoli 2a(2) u 2d(4) u (5).

4.   Ħlief fejn previst fil-paragrafu 3 u l-Artikolu 1(5), il-proċeduri ta’ reviżjoni mhux neċessarjament ikollhom l-effett ta’ sospensjoni awtomatika fuq il-proċeduri ta’ l-għoti ta’ kuntratt li magħhom għandhom x’jaqsmu.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni għandu jqis il-konsegwenzi probabbli tal-miżuri intermedjarji fl-interessi ta’ dawk kollha li jistgħu jsofru dannu, kif ukoll fl-interess pubbliku, u jista’ jiddeċiedi li ma jagħtix dawn il-miżuri meta l-konsegwenzi negattivi tagħhom jistgħu jkunu akbar mill-benefiċċji tagħhom.

Deċiżjoni li ma tingħatax miżuri intermedjarji m’għandha tippreġudika l-ebda pretensjoni oħra tal-persuna li tkun qed titlob tali miżuri.

6.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fil-każ fejn jiġu mitluba danni minħabba li deċiżjoni kienet meħuda illegalment, id-deċiżjoni kkontestata għandha l-ewwel titwarrab minn korp li jkollu s-setgħat neċessarji.

7.   Ħlief fejn previst fl-Artikoli 2d sa 2f, l-effetti ta’ l-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq kuntratt konkluż wara li jkun ingħata għandhom ikunu stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

Barra minn hekk, ħlief f’każ fejn deċiżjoni jkollha tiġi mwarrba qabel l-għoti tad-danni, Stat Membru jista’ jipprovdi li, wara l-konklużjoni ta’ kuntratt skond l-Artikolu 1(5), paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikoli 2a sa 2f, is-setgħat tal-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom ikunu limitati għall-ħlas tad-danni lil kull persuna li tkun sofriet minnħabba ksur tal-liġi.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-korpi responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu jistgħu jiġu infurzati b’mod effettiv.

9.   Fejn il-korpi responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni ma jkunux ta’ natura ġudizzjarja, għandhom dejjem jingħataw raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, f’każ bħal dan, għandha ssir dispożizzjoni biex ikunu garantiti proċeduri li bihom kwalunkwe miżura kontra l-liġi allegatament meħuda mill-korp ta’ reviżjoni, jew kwalunkwe difett allegat fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu, jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn korp ieħor li jkun qorti jew tribunal fis-sens ta’ l-Artikolu 234 tat-Trattat, u indipendenti kemm mill-awtorità kontraenti kif ukoll mill-korp ta’ reviżjoni.

Il-membri ta’ tali korp indipendenti għandhom jiġu maħtura u jħallu l-kariga tagħhom taħt l-istess kondizzjonijiet bħal membri tal-ġudikatura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-awtorità responsabbli mill-ħatra tagħhom, il-perijodu tagħhom fil-kariga, u t-tneħħija tagħhom. ta’ l-inqas il-President ta’ dan il-korp indipendenti għandu jkollu l-istess kwalifiki legali u professjonali bħall-membri tal-ġudikatura. Il-korp indipendenti għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu wara proċedura li fiha jinstemgħu ż-żewġ naħat, u dawn id-deċiżjonijiet għandhom, b’mezzi ddeterminati minn kull Stat Membru, ikunu jorbtu legalment.

(*)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).”."

(2)

għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 2a

Perijodu sospensiv

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 1(3) ikollhom żmien biżżejjed għal reviżjoni effettiva tad-deċiżjonijiet ta’ l-għoti ta’ kuntratt meħuda mill-awtoritajiet kontraenti, billi jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa li jirrispettaw il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 2ċ.

2.   Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt tintbagħat lill-offerenti u l-kandidati kkonċernati jekk jintuża faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ perijodu jew ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt tiġi mibgħuta lill-offerenti u l-kandidati kkonċernati jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data ta’ meta tkun ġiet irċevuta d-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt.

L-offerenti għandhom jitqiesu li huma kkonċernati jekk ikun għadhom ma ġewx definittivament esklużi. Esklużjoni tkun definittiva jekk tkun ġiet notifikata lill-offerent ikkonċernat u tkun jew ġiet ikkunsidrata legali minn korp ta’ reviżjoni indipendenti jew ma tkunx għadha tista’ tiġi soġġetta għal proċedura ta’ reviżjoni.

Il-kandidati għandhom jitqiesu li huma kkonċernati jekk l-awtorità kontraenti ma tkunx għamlet disponibbli informazzjoni dwar ir-rifjut ta’ l-applikazzjoni tagħhom qabel in-notifika tad-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt lill-offerenti kkonċernati.

Il-komunikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ għoti lil kull offerent u kandidat ikkonċernat għandha tkun akkumpanjata b’dan li ġej:

sommarju tar-raġunijiet rilevanti, kif stabbilit fl-Artikolu 41(2) tad-Direttiva 2004/18/KE, soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 41(3) ta’ dik id-Direttiva, u;

dikjarazzjoni preċiża tal-perijodu eżatt ta’ waqfien applikabbli b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu dan il-paragrafu.

Artikolu 2b

Derogi mill-perijodu sospensiv

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-perijodi msemmija fl-Artikolu 2a(2) ta’ din id-Direttiva ma japplikawx fil-każi li ġejjin:

(a)

jekk id-Direttiva 2004/18/KE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(b)

jekk l-uniku offerent ikkonċernat fis-sens ta’ l-Artikolu 2a(2) ta’ din id-Direttiva huwa dak li jingħata l-kuntratt u m’hemmx kandidati kkonċernati;

(ċ)

fil-każ ta’ kuntratt ibbażat fuq ftehim qafas kif previst fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/18/KE u fil-każ ta’ kuntratt speċifiku bbażat fuq sistema dinamika ta’ akkwist kif previst fl-Artikolu 33 ta’ din id-Direttiva.

Jekk tkun invokata din id-deroga, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ikun ineffettiv skond l-Artikoli 2d sa 2f ta’ din id-Direttiva, fejn:

ikun hemm ksur tat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(4) jew ta’ l-Artikoli 33(5) jew (6) tad-Direttiva 2004/18/KE, u

il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18/KE.

Artikolu 2ċ

Termini ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ reviżjoni

Meta Stat Membru jipprovdi li kwalunkwe applikazzjoni għal reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ awtorità kontraenti meħuda fil-kuntest ta’, jew b’konnessjoni ma’, proċedura għall-għoti tal-kuntratti li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE għandha ssir qabel l-iskadenza ta’ perijodu speċifikat, dan il-perijodu għandu jkun ta’ mill-anqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data meta d-deċiżjoni ta’ l-awtorità kontraenti tintbagħat lill-offerent jew lill-kandidat jekk jintuża faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, dan il-perijodu għandu jkun jew ta’ mill-anqas 15-il jum kalendarju, b’effett mill-jum wara d-data meta d-deċiżjoni ta’ l-awtorità kontraenti tintbagħat lill-offerent jew lill-kandidat jew ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data tar-riċevuta tad-deċiżjoni ta’ l-awtorità kontraenti. Il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-awtorità kontraenti lil kull offerent jew kandidat għandha tkun akkumpanjata minn sommarju tar-raġunijiet rilevanti. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal reviżjoni dwar deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) ta’ din id-Direttiva li mhumiex soġġetti għal notifika speċifika, il-perijodu ta’ żmien għandu jkun ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata.

Artikolu 2d

Ineffettività

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratt ikun meqjus bħala ineffettiv minn korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità kontraenti jew li l-ineffettività tiegħu hija r-riżultat ta’ deċiżjoni ta’ tali korp ta’ reviżjoni f’xi wieħed mill-każi li ġejjin:

(a)

jekk l-awtorità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea meta dan ma jkunx permissibbli skond id-Direttiva 2004/18/KE;

(b)

fil-każ ta’ ksur ta’ l-Artikolu 1(5), l-Artikolu 2(3) jew l-Artikolu 2a(2) ta’ din id-Direttiva, jekk dan il-ksur ikun ċaħħad lill-offerent milli jitlob reviżjoni tal-possibbiltà ta’ rimedji pre-kuntrattwali, fejn dak il-ksur ikun sar flimkien ma’ ksur tad-Direttiva 2004/18/KE, jekk dan il-ksur ikun affettwa l-opportunità ta’ l-offerent li qed japplika għal reviżjoni, biex jikseb il-kuntratt;

(ċ)

fil-każi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2b(ċ) ta’ din id-Direttiva, jekk l-Istati Membri jkunu invokaw id-deroga mill-perijodu sospensiv għall-kuntratti li huma bbażati fuq ftehim qafas u sistema dinamika ta’ xiri.

2.   Il-konsegwenzi meta kuntratt jiġi kkunsidrat ineffettiv għandhom jiġu stipulati mil-liġi nazzjonali.

Il-liġi nazzjonali tista’ tipprovdi għall- annullament retroattiv tal-obbligi kuntrattwali kollha jew tillimita l-iskop tal-annullament għal dawk l-obbligi li xorta jkunu għad iridu jitwettqu. F’dan il-każ ta’ l-aħħar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ penali oħra fis-sens ta’ l-Artikolu 2e(2).

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità kontraenti ma jistax jikkunsidra kuntratt ineffettiv, minkejja li jkun ingħata kontra l-liġi għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jekk il-korp ta’ reviżjoni jsib, wara li jkun eżamina l-aspetti rilevanti kollha, li raġunijiet superjuri relatati ma’ interess ġenerali jirrikjedu li l-effetti tal-kuntratt għandhom jinżammu. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali alternattivi fis-sens ta’ l-Artikolu 2e(2), li għandhom jiġu applikati minnflok.

L-interessi ekonomiċi f’kuntratt effettiv jistgħu jitqiesu biss bħala raġuni ewlenija biss jekk f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-ineffettività tkun twassal għal konsegwenzi sproporzjonati.

Madankollu, interessi ekonomiċi marbuta direttament mal-kuntratt ikkonċernat m’għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet superjuri li jirrigwardaw interess ġenerali. L-interessi ekonomiċi marbuta direttament mal-kuntratt jinkludu, fost oħrajn, l-ispejjeż li jirriżultaw mid-dewmien fit-twettiq tal-kuntratt, l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tnedija ta’ proċedura ġdida ta’ appalt ġdida, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-bdil ta’ l-operatur ekonomiku li jwettaq il-kuntratt u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligi legali minħabba l-ineffettività.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu ma japplikax, fejn:

l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea huwa permess skond id-Direttiva 2004/18/KE,

l-awtorità kontraenti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea avviż kif deskritt fl-Artikolu 3a ta’ din id-Direttiva fejn esprimiet l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi l-kuntratt, u

il-kuntratt ma ġiex konkluż qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(ċ) ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika, jekk:

l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt ikun skond it-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(4) jew ma’ l-Artikoli 33(5) u (6) tad-Direttiva 2004/18/KE,

l-awtorità kontraenti tkun bagħtet deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt flimkien ma’ sommarju tar-raġunijiet kif imsemmi fl-ewwel inċiż tar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a(2) ta’ din id-Direttiva, lill-offerenti kkonċernati, u

il-kuntratt ma jkunx ġie konkluż qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt tintbagħat lill-offerenti kkonċernati jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ perijodu jew ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt tintbagħat lill-offerenti kkonċernati jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data ta’ meta tkun ġiet irċevuta d-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt.

Artikolu 2e

Ksur ta’ din id-Direttiva u penali alternattivi

1.   Fil-każ ta’ ksur ta’ l-Artikolu 1(5), l-Artikolu 2(3) jew l-Artikolu 2a(2), li ma jaqax taħt l-Artikolu 2d(1)(b), l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-ineffettività skond l-Artikoli 2d(1) sa (3) jew għal penali alternattivi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-awtorità kontraenti għandu jiddeċiedi, wara li jkun evalwa l-aspetti rilevanti kollha, jekk il-kuntratt għandux jitqies bħala ineffettiv jew jekk għandhomx ikunu imposti penali alternattivi.

2.   Il-penali alternattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. Penali alternattivi għandhom ikunu:

l-impożizzjoni ta’ multi mill-awtorità kontraenti; jew

it-tnaqqis tat-tul tal-kuntratt.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-korp ta’ reviżjoni diskrezzjoni wiesgħa biex jieħu kont tal-fatturi rilevanti kollha, inkluża s-serjetà tal-ksur, l-imġieba ta’ l-awtorità kontraenti u, fil-każi msemmija fl-Artikolu 2d(2), sa meta l-kuntratt jibqa’ fis-seħħ.

L-għoti tad-danni ma jikkostitwixxix piena adegwata għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 2f

Termini ta’ żmien

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjoni għal reviżjoni skond l-Artikolu 2d(1) għandha ssir

(a)

qabel l-iskadenza ta’ mill-anqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha

l-awtorità kontraenti tkun ippubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt skond l-Artikoli 35(4), 36 u 37 tad-Direttiva 2004/18/KE, sakemm dan l-avviż jinkludi ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-awtorità kontraenti biex tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea; jew

l-awtorità kontraenti infurmat lill-offerenti u lill-kandidati kkonċernati bil-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni ikun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 41(2) ta’ din id-Direttiva 2004/18/KE, soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 41(3) ta’ dik id-Direttiva. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każi imsemmija fl-Artikolu 2b(ċ) ta’ din id-Direttiva;

(b)

u fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-anqas 6 xhur b’effett mill-jum wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.

2.   Fil-każi l-oħra kollha, inklużi applikazzjonijiet għal reviżjoni skond l-Artikolu 2e(1), l-iskadenzi għall-applikazzjoni għal reviżjoni għandhom ikunu ddeterminati mil-liġi nazzjonali, kif soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2ċ.”;

(3)

L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Mekkaniżmu korrettiv

1.   Il-Kummissjoni tista’ tinvoka l-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 5 meta, qabel ma jiġi konkluż kuntratt, tqis li jkun seħħ ksur serju tal-liġi Komunitarja fil-qasam tal-appalti pubbliċi waqt il-proċedura ta’ l-għoti ta’ kuntratt skond id-Direttiva 2004/18/KE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bir-raġunijiet li wassluha biex tikkonkludi li jkun sar ksur serju u titlob il-korrezzjoni tiegħu b’mezzi xierqa.

3.   Fi żmien 21 jum kalendarju minn meta jkun irċieva n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

(a)

il-konferma tiegħu li l-ksur ġie korrett;

(b)

sottomissjoni raġunata li tispjega għaliex ma saret l-ebda korrezzjoni; jew

(ċ)

notifika li l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ġiet sospiża mill-awtorità kontraenti fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi tas-setgħat speċifikati fl-Artikolu 2(1)(a).

4.   Sottomissjoni raġunata ikkomunikata skond il-paragrafu 3(b) tista’ sserraħ fost kwistjonijiet oħra fuq il-fatt li l-ksur allegat huwa diġà suġġett għal proċedura ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew oħra jew għal appell kif imsemmi fl-Artikolu 2(9). F’tali każ, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-riżultat ta’ dawk il-proċeduri hekk kif isir magħruf.

5.   Fejn ikun ingħata avviż li proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt tkun ġiet sospiża skond il-paragrafu 3(ċ), l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni meta s-sospensjoni titneħħa jew meta proċedura ta’ kuntratt oħra relatata kompletament jew parzjalment ma’ l-istess suġġett tkun ġiet mibdija. Dik in-notifika għandha tikkonferma li l-ksur allegat ġie korrett jew tkun tinkludi sottomissjoni raġunata li tispjega għaliex ma saret l-ebda korrezzjoni.”

(4)

Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3a

Kontenut ta’ avviż għal trasparenza ex-ante volontarja

L-avviż imsemmi fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2d(4), li l-format tiegħu għandu jkun adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3b(2), għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ l-awtorità kontraenti;

(b)

deskrizzjoni ta’ l-oġġett tal-kuntratt;

(ċ)

ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-awtorità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(d)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ l-operatur ekonomiku li favur tiegħu tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt; u

(e)

fejn xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità kontraenti.

Artikolu 3b

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi stabbilit mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 (**) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (***) għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

(**)  ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 77/63/KEE (ĠU L 13, 15.1.1977, p. 15)."

(***)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).”;"

(5)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-Kumitat, biex jagħtuha informazzjoni dwar it-tħaddim tal-proċeduri ta’ reviżjoni nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali t-test tad-deċiżjonijiet kollha, flimkien mar-raġunijiet għalihom, li jkunu ttieħdu mill-korpi ta’ reviżjoni tagħhom b’konformità ma’ l-Artikolu 2d(3).”;

(6)

Għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tagħha, u partikolarment dwar l-effettività tal-penali alternattivi u t-termini ta’ żmien.”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 92/13/KEE

Id-Direttiva 92/13/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Skop u disponibilità tal-proċeduri ta’ reviżjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal kuntratti msemmija fid-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-kordinazzjoni tal-proċeduri ta’ appalti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u l-posta (****), ħlief jekk tali kuntratti jkunu esklużi skond l-Artikoli 5(2), l-Artikoli 18 sa 26, l-Artikolu 29 sa 30 jew l-Artikolu 62 ta’ dik id-Direttiva.

Il-kuntratti fis-sens ta’ din id-Direttiva jinkludu kuntratti ta’ provvista, ta’ xogħol u ta’ servizzi, ftehim qafas u sistemi dinamiċi ta’ xiri.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fil-każi ta’ kuntratti li jaqgħu taħt id-Direttiva 2004/17/KE, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jiġu riveduti b’mod effettiv u, partikolarment, malajr kemm jista’ jkun skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 2f ta’ din id-Direttiva, għal raġunijiet li dawn id-deċiżjonijiet ikunu kisru l-liġi Komunitarja fil-qasam ta’ l-akkwist jew ir-regoli nazzjonali li jittrasponu dik il-liġi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn intrapriżi li jista’ jagħti l-każ li jagħmlu talba fir-rigward ta’ danni fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt b’riżultat ta’ distinzjoni magħmula minn din id-Direttiva bejn regoli nazzjonali li jimplimentaw il-liġi Komunitarja u regoli oħra nazzjonali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu disponibbli, taħt regoli ddettaljati li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal kwalunkwe persuna li jkollha jew kellha interess tikseb kuntratt partikolari u li jkun sarilha jew tkun tinsab fir-riskju li jsirilha dannu minħabba ksur allegat.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna li tkun tixtieq tagħmel użu mill-proċedura ta’ reviżjoni tkun innotifikat lill-entita’ kontraenti dwar il-ksur allegat u bl-intenzjoni tagħha li tfittex reviżjoni, sakemm din ma taffettwax il-perijodu sospensiv skond l-Artikolu 3(2) jew kwalunkwe terminu limitu ieħor għall-applikazzjoni għal reviżjoni skond l-Artikolu 5.

5.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-persuna kkonċernata l-ewwel titlob reviżjoni mill-entità kontraenti. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sottomissjoni ta’ tali applikazzjoni għal reviżjoni tirriżulta fis-sospensjoni immedjata tal-possibbiltà ta’ konklużjoni tal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi adatti ta’ komunikazzjoni, inkluż faks jew mezzi elettroniċi, li għandhom jintużaw għall-applikazzjoni għal reviżjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu.

Is-sospensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu m’għandhiex tintemm qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-entità kontraenti tkun bagħtet tweġiba jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi, jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha l-entità kontraenti tkun bagħtet tweġiba, jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data meta t-tweġiba tkun ġiet irċevuta.

(****)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).”;"

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

għandu jiddaħħal it-titolu “Rekwiżiti għall-proċeduri ta’ reviżjoni”.

(b)

il-paragrafi 2 sa 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Is-setgħat speċifikati fil-paragrafu 1 u l-Artikoli 2d u 2e jistgħu jingħataw lil korpi separati responsabbli minn aspetti differenti tal-proċedura ta’ reviżjoni.

3.   Meta korp tal-prim istanza, li hu indipendenti mill-entità kontraenti, jkollu jirrevedi deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entità kontraenti ma tkunx tista’ tikkonkludi l-kuntratt qabel ma l-korp ta’ reviżjoni jkun ħa deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal miżuri intermedjarji jew għal reviżjoni. Is-sospensjoni m’għandhiex tintemm qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ waqfien imsemmi fl-Artikolu 2a(2) u l-Artikoli 2d(4) u (5).

3a.   Ħlief fejn stabbilit fil-paragrafu 3 u l-Artikolu 1(5), il-proċeduri ta’ reviżjoni mhux neċessarjament ikollhom l-effett ta’ sospensjoni awtomatika fuq il-proċeduri ta’ l-għoti ta’ kuntratt li magħhom għandhom x’jaqsmu.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni jista’ jqis il-konsegwenzi probabbli tal-miżuri intermedjarji għall-interessi kollha li jistgħu jsofru dannu, kif ukoll l-interess pubbliku, u jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dawn il-miżuri meta l-konsegwenzi negattivi tagħhom jistgħu jkunu akbar mill-benefiċċji tagħhom.

Deċiżjoni li ma jingħatawx miżuri intermedjarji m’għandha tippreġudika l-ebda pretensjoni oħra tal-persuna li tkun qed titlob tali miżuri.”

(ċ)

il-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“6.   Ħlief kif stipulat fl-Artikoli 2d sa 2f, l-effetti ta’ l-eżerċitar tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fuq il-kuntratt li ġie konkluż wara li jkun ingħata, għandhom jiġu ddeterminati mil-liġi nazzjonali.

Barra minn hekk, ħlief f’każ li xi deċiżjoni għandha tiġi mwarrba qabel il-ħlas tad-danni, Stat Membru jista’ jipprovdi li, wara l-konklużjoni ta’ kuntratt bi qbil ma’ l-Artikolu 1(5), il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 2a sa 2f, is-setgħat tal-korp responsabbli mill-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom ikunu limitati għall-ħlas tad-danni lil kull persuna li tkun sofriet minħabba ksur tal-liġi.”;

(d)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 9, il-kliem “qorti jew tribunal skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 177 tat-Trattat” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “qorti jew tribunal skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 234 tat-Trattat”;

(3)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 2a

Perijodu sospensiv

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 1(3) jkollhom żmien biżżejjed għal reviżjoni effettiva tad-deċiżjonijiet ta’ l-għoti ta’ kuntratt meħuda mill-entitajiet kontraenti, billi jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa li jirrispettaw il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 2ċ.

2.   Kuntratt ma jistax jiġi konkluż wara d-deċiżjoni li jingħata kuntratt skond id-Direttiva 2004/17/KE, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt tintbagħat lill-offerenti u l-kandidati kkonċernati, jekk jintuża faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju, b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-Deċiżjoni ta’ l-għoti ta’ kuntratt tiġi mibgħuta lill-offerenti u l-kandidati kkonċernati jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data ta’ meta tkun ġiet irċevuta d-Deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt.

L-offerenti għandhom jitqiesu li huma kkonċernati jekk għad ma ġewx esklużi definittivament. Esklużjoni tkun definittiva jekk tkun ġiet notifikata lill-offerenti kkonċernati u tkun jew ġiet ikkunsidrata legali minn korp ta’ reviżjoni indipendenti ma tkunx għadha tista’ tiġi soġġetta għal proċedura ta’ reviżjoni.

Il-kandidati għandhom jitqiesu li jkunu kkonċernati jekk l-awtorità kontraenti ma tkunx għamlet disponibbli informazzjoni dwar ir-rifjut ta’ l-applikazzjoni tagħhom qabel in-notifika tad-Deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt lill-offerenti kkonċernati.

Il-komunikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ l-għoti lil kull offerent u kandidat ikkonċernat għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej:

sommarju tar-raġunijiet rilevanti, kif stabbilit fl-Artikolu 49(2) tad-Direttiva 2004/17/KE, u

dikjarazzjoni preċiża tal-perijodu sospensiv eżatt applikabbli skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu dan il-paragrafu.

Artikolu 2b

Derogi mill-perijodu sospensiv

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-perijodi msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-Direttiva ma japplikawx fil-każi li ġejjin:

(a)

jekk id-Direttiva 2004/17/KE ma tirrikjedix pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(b)

jekk l-uniku offerent ikkonċernat fis-sens ta’ l-Artikolu 2a(2) ta’ din id-Direttiva huwa dak li jiġi mogħti l-kuntratt u m’hemmx kandidati kkonċernati;

(ċ)

fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri kif previst fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/17/KE.

Jekk tkun invokata din id-deroga, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ikun ineffettiv skond l-Artikoli 2d u 2f ta’ din id-Direttiva, fejn:

ikun hemm ksur ta’ l-Artikoli 15(5) jew (6) tad-Direttiva 2004/17/KE, u

il-valur tal-kuntratt ikun stmat li huwa ugwali għal jew jaqbeż il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/17/KE.

Artikolu 2ċ

Termini ta’ żmien għall-applikazzjoni ta’ reviżjoni

Meta l-Istati Membri jipprovdu li kwalunkwe applikazzjoni għal reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ awtorità kontraenti meħuda fil-kuntest ta’, jew b’konnessjoni ma’, proċedura għall-għoti tal-kuntratti li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE għandha ssir qabel l-iskadenza ta’ perijodu speċifikat, dan il-perijodu għandu jkun ta’ mill-anqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data meta d-deċiżjoni ta’ l-awtorità kontraenti tintbagħat lill-offerent jew lill-kandidat jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, dan il-perijodu għandu jkun jew ta’ mill-anqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data meta d-deċiżjoni ta’ l-entita’ kontraenti tintbagħat lill-offerent jew lill-kandidat jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data li tkun ġiet irċevuta d-deċiżjoni ta’ l-entità kontraenti. Il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-entità kontraenti lil kull offerent jew kandidat għandha tkun akkumpanjata minn sommarju tar-raġunijiet rilevanti. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal reviżjoni dwar deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) ta’ din id-Direttiva li mhumiex soġġetti għal notifika speċifika, il-perijodu ta’ żmien għandu jkun ta’ mill-anqas għaxart ijiem kalendarju mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata.

Artikolu 2d

Ineffettività

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratt ikun meqjus bħala ineffettiv minn korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-entità kontraenti jew li l-ineffettività tiegħu hija r-riżultat ta’ deċiżjoni ta’ tali korp ta’ reviżjoni f’xi wieħed mill-każijiet li jmiss:

(a)

jekk l-entità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mingħajr ma dan ikun permissibbli skond id-Direttiva 2004/17/KE;

(b)

fil-każ ta’ ksur ta’ l-Artikolu 1(5), l-Artikolu 2(3) jew l-Artikolu 2a(2) ta’ din id-Direttiva, jekk dan il-ksur ikun ċaħħad lill-offerent milli japplika għal reviżjoni tal-possibbiltà li jiġu segwiti rimedji pre-kuntrattwali,fejn ksur bħal dan ikun flimkien ma’ ksur tad-Direttiva 2004/17/KE, jekk dak il-ksur ikun affettwa l-opportunita’ għall-offerent li qed japplika għal reviżjoni biex jikseb il-kuntratt;

(ċ)

fil-każi ta’ ksur imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2b(ċ) ta’ din id-Direttiva, jekk l-Istati Membri jkunu invokaw id-deroga mill-perijodu ta’ waqfien għal kuntratti li huma bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri.

2.   Il-konsegwenzi ta’ meta kuntratt jiġi kkunsidrat ineffettiv għandhom ikunu stabbiliti mill-liġi nazzjonali.

Il-liġi nazzjonali tista’ għalhekk tipprovdi għall-kanċellazzjoni retroattiva ta’ l-obbligi kuntrattwali kollha jew tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kanċellazzjoni għal dawk l-obbligi li xorta jkunu jridu jiġu mwettqa. Fl-aħħar każ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ penali oħra fis-sens ta’ l-Artikolu 7(2).

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-entita’ kontraenti ma jistax jikkunsidra kuntratt bħala ineffettiv, minkejja li jkun ingħata illegalment għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jekk il-korp ta’ reviżjoni jsib, wara li jkun eżamina l-aspetti rilevanti kollha, li raġunijiet superjuri relatati ma’ interess ġenerali jirrikjedu li l-effetti tal-kuntratt għandhom jinżammu. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali alternattivi fis-sens ta’ l-Artikolu 2e(2), li għandhom ikunu applikati minflok.

L-interessi ekonomiċi f’kuntratt effettiv jistgħu jitqiesu bħala raġunijiet ewlenija biss jekk f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-ineffettività tkun twassal għal konsegwenzi sproporzjonati.

Madankollu, interessi ekonomiċi marbuta direttament mal-kuntratt ikkonċernat m’għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet superjuri li jirrigwardaw interess ġenerali. L-interessi ekonomiċi marbuta direttament mal-kuntratt jinkludu, fost oħrajn, l-ispejjeż li jirriżultaw mid-dewmien fit-twettiq tal-kuntratt, l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tnedija ta’ proċedura ta’ appalt ġdida, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-bdil ta’ l-operatur ekonomiku li jwettaq il-kuntratt u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-obbligi legali minħabba l-ineffettività.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika, jekk:

l-awtorità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea huwa permissibbli skond id-Direttiva 2004/17/KE,

l-entità kontraenti tkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea avviż kif deskritt fl-Artikolu 3a ta’ din id-Direttiva fejn esprimiet l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi l-kuntratt, u

il-kuntratt ma jkunx ġie konkluż qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-paragrafu 1(ċ) ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika, jekk:

l-entità kontraenti tqis li l-għoti ta’ kuntratt huwa bi qbil ma’ l-Artikoli 15(5) u (6) tad-Direttiva 2004/17/KE,

l-awtorità kontraenti tkun bagħtet deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt flimkien ma’ sommarju tar-raġunijiet kif imsemmi fl-ewwel inċiz tar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 2a(2) ta’ din id-Direttiva, lill-offerenti kkonċernati, u

il-kuntratt ma jkunx ġie konkluż qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-inqas għaxart ijiem kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt tintbagħat lill-offerenti kkonċernati jekk jintużaw faks jew mezzi elettroniċi jew, jekk jintużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, qabel l-iskadenza ta’ perijodu jew ta’ mill-inqas 15-il jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ l-għoti ta’ kuntratt tintbagħat lill-offerenti kkonċernati jew mill-inqas għaxart ijiem kalendarji b’effett mill-jum wara d-data ta’ meta tkun ġiet irċevuta d-deċiżjoni ta’ l-għoti tal-kuntratt.

Artikolu 2e

Ksur ta’ din id-Direttiva u penali alternattivi

1.   F’każ ta’ ksur ta’ l-Artikolu 1(5), l-Artikolu 2(3) jew l-Artikoli 2a(2), mhux kopert mill-Artikolu 2d(1)(b), l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-ineffettività skond l-Artikolu 2d(1) sa (3) jew penali alternattivi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-korp ta’ reviżjoni indipendenti mill-entità kontraenti għandu jiddeċiedi, wara li jkun evalwa l-aspetti rilevanti kollha, jekk il-kuntratt għandux jitqies bħala ineffettiv jew jekk għandhomx ikunu imposti penali alternattivi.

2.   Penali alternattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. Il-penali alternattivi għandhom ikunu:

l-impożizzjoni ta’ multi mill-entità kontraenti; jew

it-tnaqqis tat-tul tal-kuntratt.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-korp ta’ reviżjoni diskrezzjoni wiesgħa biex jieħu kont tal-fatturi rilevanti kollha, inkluża s-serjetà tal-ksur, l-imġieba ta’ l-entità kontraenti u, fil-każi msemmija fl-Artikolu 2d(2), sa meta l-kuntratt jibqa’ fis-seħħ.

L-għoti tad-danni ma jikkostitwixxix piena adegwata għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 2f

Termini ta’ żmien

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-applikazzjoni għal reviżjoni skond l-Artikolu 2d(1) għandha ssir

(a)

qabel l-iskadenza ta’ mill-anqas 30 jum kalendarju b’effett mill-jum wara d-data li fiha

l-entita’ kontraenti tkun ippubblikat avviż ta’ l-għoti ta’ kuntratt skond l-Artikoli 43 u 44 tad-Direttiva 2004/17/KE, sakemm dan l-avviż jinkludi l-ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-entità kontraenti biex tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea; jew

l-awtorità kontraenti tkun infurmat lill-offerenti u lill-kandidati kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-kuntratt, sakemm din l-informazzjoni jkun fiha sommarju tar-raġunijiet rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 49(2) tad-Direttiva 2004/17/KE. Din l-għażla tapplika wkoll għall-każi imsemmija fl-Artikolu 2b(ċ) ta’ din id-Direttiva;

(b)

u fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ mill-anqas 6 xhur b’effett mill-jum wara d-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.

2.   Fil-każi l-oħra kollha, inklużi applikazzjonijiet għal reviżjoni skond l-Artikolu 2e(1), it-termini ta’ żmien għall-applikazzjoni għal reviżjoni għandhom ikunu ddeterminati mil-liġi nazzjonali, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ ll-Artikolu 2ċ.”

(4)

L-Artikoli 3 sa 7 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 3a

Kontenut ta’ avviż għal trasparenza ex-ante volontarja

L-avviż imsemmi fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2d(4), li l-format tiegħu għandu jkun adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3b(2), għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ l-entità kontraenti;

(b)

deskrizzjoni ta’ l-oġġett tal-kuntratt;

(ċ)

ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ l-entità kontraenti li tagħti l-kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(d)

l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta’ l-operatur ekonomiku li favur tiegħu tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratt; u

(e)

fejn xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa bħala meħtieġa mill-entità kontraenti.

Artikolu 3b

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi stabbilit mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 (*****) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (******) għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

(*****)  ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 77/63/KEE (ĠU L 13, 15.1.1977, p. 15)."

(******)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).”;"

(5)

L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Mekkaniżmu korrettiv

1.   Il-Kummissjoni tista’ tinvoka l-proċedura li hemm provdut għaliha fil-paragrafi 2 sa 5 meta, qabel ma jkun konkluż kuntratt, hija tqis li jkun seħħ ksur serju tal-liġi Komunitarja fil-qasam tal-appalti pubbliċi waqt il-proċedura ta’ l-għoti ta’ kuntratt skond id-Direttiva 2004/17/KE jew fir-rigward ta’ l-Artikolu 27(a) ta’ din id-Direttiva fil-każ ta’ entitajiet kontraenti li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bir-raġunijiet li wassluha biex tikkonkludi li jkun twettaq ksur serju u titlob il-korrezzjoni tiegħu b’mezzi adegwati.

3.   Fi żmien 21 jum kalendarju minn meta tiġi rċevuta n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

(a)

il-konferma tiegħu li l-ksur ġie korrett; jew

(b)

sottomissjoni raġunata li tispjega għaliex ma saret l-ebda korrezzjoni; jew

(ċ)

notifika li l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ġiet sospiża jew mill-entità kontraenti fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi tas-setgħat speċifikati fl-Artikolu 2(1)(a).

4.   Sottomissjoni raġunata ikkomunikata skond il-paragrafu 3(b) tista’ sserraħ fost kwistjonijiet oħra fuq il-fatt li l-ksur allegat huwa diġà suġġett għal proċedura ta’ reviżjoni ġudizzjarja, jew ta’ reviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(9). F’tali każ, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-riżultat ta’ dawk il-proċeduri hekk kif isir magħruf.

5.   Fejn tkun ingħatat notifika li proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt tkun ġiet sospiża skond il-paragrafu 3(ċ), l-Istat Membru kkonċernat għandu javża lill-Kummissjoni meta s-sospensjoni titneħħa jew meta proċedura ta’ kuntratt oħra relatata kompletament jew parzjalment ma’ l-istess suġġett tkun ġiet mibdija. Dik in-notifika ġdida għandha tikkonferma li l-ksur allegat ġie korrett jew tkun tinkludi sottomissjoni raġunata li tispjega għaliex ma tkun saret l-ebda korrezzjoni.”

(6)

L-Artikoli 9 sa 12 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-Kumitat, biex jagħtuha informazzjoni dwar it-tħaddim tal-proċeduri ta’ reviżjoni nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali t-test tad-deċiżjonijiet kollha, flimkien mar-raġunijiet għalihom, li jkunu ttieħdu mill-korpi ta’ reviżjoni tagħhom b’konformità ma’ l-Artikolu 2d(3).

Artikolu 12a

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard mit-20 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tagħha, u partikolarment dwar l-effettività tal-penali alternattivi u ta’ l-iskadenzi.”;

(7)

l-Anness għandu jitħassar.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-20 ta’ Diċembru 2009. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet immedjatament lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 93, 27.4.2007, p. 16.

(2)  ĠU C 146, 30.6.2007, p. 69.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2007.

(4)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 92/50/KEE (ĠU L 209, 24.7.1992, p. 1).

(5)  ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).

(6)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/97/KE.

(7)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/97/KE.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(9)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/687/KE, 2006/875/KE u 2006/876/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi ta’ ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali u għall-verifiki bil-għan li jipprevjenu ż-żoonosi għall-2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5985)

(2007/851/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) u l-Artikoli 29 u 32 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċerti mardiet ta’ l-annimali u ż-żoonosi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/687/KE tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar il-programmi li jikkwalifikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fl-2007 għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali, ta’ ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi, kif ukoll għal programmi għall-qerda tal-BSE u l-iscarpie (2) tistipola r-rata proposta u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/875/KE tat-30 ta’ Novembru 2006 li tapprova programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali, ta’ ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi preżentata mill-Istati Membri għas-sena 2007 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/876/KE tat-30 ta’ Novembru 2006 li tapprova programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali, ta’ ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi preżentata mill-Bulgarija u r-Rumanija għas-sena 2007 u li temenda d-Deċiżjoni 2006/687/KE stabbiliet l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm sottomess mill-Istati Membri.

(4)

Il-Kummissjoni evalwat ir-rapporti mgħoddija mill-Istati Membri dwar in-nefqa ta’ dawn il-programmi. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni juru li xi wħud mill-Istati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa għall-2007 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(5)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal xi wħud minn dawn il-programmi għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq illi fondi mill-programmi ta’ l-Istati Membri li mhumiex qed jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom jerġgħu jiġu allokati lil dawk il-pajjiżi li qed jaqbżuha. L-allokazzjoni mill-ġdid trid tissejjes fuq l-aktar informazzjoni riċenti dwar in-nefqa reali ta’ l-Istati Membri kkonċernati.

(6)

Id-Deċiżjonijiet 2006/687/KE, 2006/875/KE u 2006/876/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(7)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I sa V tad-Deċiżjoni 2006/687/KE huma emendati bi qbil ma’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2006/875/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punt (d), “EUR 1 200 000” jinbidel b’“EUR 790 000”;

(ii)

Il-punt (e), “EUR 1 850 000” jinbidel b’“EUR 900 000”;

(iii)

Il-punt (ġ), “EUR 4 850 000” jinbidel b’“EUR 4 100 000”;

(b)

Fil-paragrafu 3, “EUR 600 000” jinbidel b’“EUR 450 000”;

(2)

L-Artikolu 2(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a), “EUR 3 500 000” jinbidel b’“EUR 5 500 000”;

(b)

Il-punt (b), “EUR 1 100 000” jinbidel b’“EUR 1 950 000”;

(ċ)

Il-punt (ċ), “EUR 2 000 000” jinbidel b’“EUR 3 000 000”;

(d)

Il-punt (d), “EUR 95 000” jinbidel b’“EUR 20 000”;

(e)

Il-punt (e), “EUR 1 600 000” jinbidel b’“EUR 1 280 000”;

(3)

L-Artikolu 3(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a), “EUR 3 000 000” jinbidel b’“EUR 8 000 000”;

(b)

Il-punt (b), “EUR 2 500 000” jinbidel b’“EUR 2 950 000”;

(ċ)

Il-punt (ċ), “EUR 1 100 000” jinbidel b’“EUR 1 550 000”;

(4)

L-Artikolu 4(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b), “EUR 400 000” jinbidel b’“EUR 1 600 000”;

(b)

Il-punt (ċ), “EUR 35 000” jinbidel b’“EUR 85 000”;

(ċ)

Il-punt (e), “EUR 2 300 000” jinbidel b’“EUR 4 800 000”;

(d)

Il-punt (f), “EUR 225 000” jinbidel b’“EUR 425 000”;

(5)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

Il-punt (a), “EUR 5 000 000” jinbidel b’“EUR 5 900 000”;

(ii)

Il-punt (b), “EUR 200 000” jinbidel b’“EUR 570 000”;

(iii)

Il-punt (ċ), “EUR 4 000 000” jinbidel b’“EUR 5 000 000”;

(iv)

Il-punt (e), “EUR 1 600 000” jinbidel b’“EUR 1 220 000”;

(b)

Fil-paragrafu 3, “EUR 650 000” jinbidel b’“EUR 200 000”;

(6)

L-Artikolu 6(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a), “EUR 4 900 000” jinbidel b’“EUR 8 000 000”;

(b)

Il-punt (b), “EUR 160 000” jinbidel b’“EUR 360 000”;

(ċ)

Il-punt (ċ), “EUR 1 300 000” jinbidel b’“EUR 1 400 000”;

(d)

Il-punt (d), “EUR 600 000” jinbidel b’“EUR 1 100 000”;

(7)

L-Artikolu 7(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a), “EUR 660 000” jinbidel b’“EUR 550 000”;

(b)

Il-punt (ċ), “EUR 250 000” jinbidel b’“EUR 500 000”;

(ċ)

Il-punt (ġ), “EUR 2 000 000” jinbidel b’“EUR 960 000”;

(d)

Il-punt (h), “EUR 875 000” jinbidel b’“EUR 550 000”;

(e)

Il-punt (i), “EUR 175 000” jinbidel b’“EUR 0”;

(f)

Il-punt (j), “EUR 320 000” jinbidel b’“EUR 590 000”;

(ġ)

Il-punt (m), “EUR 60 000” jinbidel b’“EUR 110 000”;

(h)

Il-punt (q), “EUR 450 000” jinbidel b’“EUR 20 000”;

(i)

Il-punt (r), “EUR 205 000” jinbidel b’“EUR 50 000”;

(8)

L-Artikolu 8(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a), “EUR 800 000” jinbidel b’“EUR 1 100 000”;

(b)

Il-punt (b), “EUR 500 000” jinbidel b’“EUR 650 000”;

(9)

Fl-Artikolu 9(2)(a), “EUR 250 000” tinbidel b’“EUR 350 000”;

(10)

Fl-Artikolu 10(2), “EUR 120 000” tinbidel b’“EUR 350 000”;

(11)

L-Artikolu 12(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (ċ), “EUR 160 000” jinbidel b’“EUR 310 000”;

(b)

Il-punt (d), “EUR 243 000” jinbidel b’“EUR 460 000”;

(ċ)

Il-punt (j), “EUR 510 000” jinbidel b’“EUR 900 000”;

(d)

Il-punt (n), “EUR 10 000” jinbidel b’“EUR 15 000”;

(e)

Il-punt (t), “EUR 121 000” jinbidel b’“EUR 46 000”;

(f)

Il-punt (x), “EUR 130 000” jinbidel b’“EUR 200 000”;

(ġ)

Il-punt (y), “EUR 275 000” jinbidel b’“EUR 1 125 000”;

(12)

L-Artikolu 13(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b), “EUR 1 059 000” jinbidel b’“EUR 1 320 000”;

(b)

Il-punt (ċ), “EUR 1 680 000” jinbidel b’“EUR 1 950 000”;

(ċ)

Il-punt (f), “EUR 1 827 000” jinbidel b’“EUR 1 650 000”;

(d)

Il-punt (ġ), “EUR 10 237 000” jinbidel b’“EUR 9 100 000”;

(e)

Il-punt (i), “EUR 6 755 000” jinbidel b’“EUR 6 410 000”;

(f)

Il-punt (j), “EUR 3 375 000” jinbidel b’“EUR 3 000 000”;

(ġ)

Il-punt (k), “EUR 348 000” jinbidel b’“EUR 530 000”;

(h)

Il-punt (s), “EUR 3 744 000” jinbidel b’“EUR 244 000”;

(i)

Il-punt (t), “EUR 2 115 000” jinbidel b’“EUR 2 940 000”;

(j)

Il-punt (v), “EUR 1 088 000” jinbidel b’“EUR 610 000”;

(13)

L-Artikolu 14(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (d), “EUR 500 000” jinbidel b’“EUR 50 000”;

(b)

Il-punt (ġ), “EUR 713 000” jinbidel b’“EUR 413 000”;

(ċ)

Il-punt (i), “EUR 800 000” jinbidel b’“EUR 70 000”;

(d)

Il-punt (j), “EUR 150 000” jinbidel b’“EUR 65 000”;

(e)

Il-punt (o), “EUR 328 000” jinbidel b’“EUR 530 000”;

(f)

Il-punt (p), “EUR 305 000” jinbidel b’“EUR 45 000”;

(14)

L-Artikolu 15(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (ċ), “EUR 927 000” jinbidel b’“EUR 827 000”;

(b)

Il-punt (e), “EUR 1 306 000” jinbidel b’“EUR 516 000”;

(ċ)

Il-punt (f), “EUR 5 374 000” jinbidel b’“EUR 4 500 000”;

(d)

Il-punt (h), “EUR 629 000” jinbidel b’“EUR 279 000”;

(e)

Il-punt (i), “EUR 3 076 000” jinbidel b’“EUR 620 000”;

(f)

Il-punt (j), “EUR 2 200 000” jinbidel b’“EUR 1 280 000”;

(ġ)

Il-punt (l), “EUR 332 000” jinbidel b’“EUR 232 000”;

(h)

Il-punt (o), “EUR 716 000” jinbidel b’“EUR 41 000”;

(i)

Il-punt (q), “EUR 279 000” jinbidel b’“EUR 179 000”;

(j)

Il-punt (t), “EUR 9 178 000” jinbidel b’“EUR 5 178 000”;

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2006/876/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a), “EUR 830 000” jinbidel b’“EUR 0”;

(b)

Il-punt (b), “EUR 800 000” jinbidel b’“EUR 0”;

(2)

Fl-Artikolu 2(2)(a), “EUR 425 000” tinbidel b’“EUR 275 000”;

(3)

Fl-Artikolu 3(2)(a), “EUR 508 000” tinbidel b’“EUR 5 000”;

(4)

L-Artikolu 4(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a), “EUR 23 000” jinbidel b’“EUR 88 000”;

(b)

Il-punt (b), “EUR 105 000” jinbidel b’“EUR 505 000”;

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 13.10.2006, p. 52. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Direttiva 2006/876/KE (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 57).

(3)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/22/KE (ĠU L 7, 12.1.2007, p. 46)


ANNESS

L-Annessi I sa V tad-Deċiżjoni 2006/687/KE jinbidlu b’dan li ġej:

ANNESS I

Lista ta’ programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ mard ta’ l-annimali kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Marda

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

(EUR)

Il-marda ta’ Aujeszky

Il-Belġju

50  %

350 000

Spanja

50  %

350 000

Il-Bluetongue

Spanja

50  %

8 000 000

Franza

50  %

360 000

L-Italja

50  %

1 400 000

Il-Portugall

50  %

1 100 000

Il-bruċellosi bovina

L-Irlanda

50  %

1 950 000

Spanja

50  %

5 500 000

L-Italja

50  %

3 000 000

Ċipru

50  %

20 000

Il-Portugall

50  %

1 280 000

Ir-Renju Unit (1)

50  %

1 100 000

It-tuberkulożi bovina

Spanja

50  %

8 000 000

L-Italja

50  %

2 950 000

Il-Polonja

50  %

1 550 000

Il-Portugall

50  %

450 000

Id-Deni klassiku tal-majjal

Il-Ġermanja

50  %

1 100 000

Franza

50  %

650 000

Il-Lussemburgu

50  %

35 000

Is-Slovenja

50  %

25 000

Is-Slovakkja

50  %

400 000

Enzootic bovine leucosis

L-Estonja

50  %

20 000

L-Italja

50  %

1 600 000

Il-Latvja

50  %

85 000

Il-Litwanja

50  %

135 000

Il-Polonja

50  %

4 800 000

Il-Portugall

50  %

425 000

Il-bruċellosi ovina u kaprina (B melitensis)

Il-Greċja

50  %

200 000

Spanja

50  %

5 900 000

Franza

50  %

570 000

L-Italja

50  %

5 000 000

Ċipru

50  %

120 000

Il-Portugall

50  %

1 220 000

Poseidom (2)

Franza (3)

50  %

50 000

Ir-Rabja

Il-Bulgarija

50  %

0

Ir-Repubblika Ċeka

50  %

490 000

Il-Ġermanja

50  %

850 000

L-Estonja

50  %

925 000

Il-Latvja

50  %

790 000

Il-Litwanja

50 % territorju proprju; 100 % żoni tal-fruntiera

450 000

L-Ungerija

50  %

900 000

L-Awstrija

50  %

185 000

Il-Polonja

50  %

4 100 000

Ir-Rumanija

50  %

0

Is-Slovenja

50  %

375 000

Is-Slovakkja

50  %

500 000

Il-Finlandja

50  %

112 000

Id-deni Afrikan tal-majjali/Deni klassiku tal-majjali

Il-Bulgarija

50  %

275 000

L-Italja

50  %

140 000

Ir-Rumanija

50  %

5 250 000

Il-marda vexxikolari tal-ħnieżer

L-Italja

50  %

350 000

L-influwenza tat-tjur

Il-Belġju

50  %

66 000

Il-Bulgarija

50  %

88 000

Ir-Repubblika Ċeka

50  %

74 000

Id-Danimarka

50  %

310 000

Il-Ġermanja

50  %

460 000

L-Estonja

50  %

40 000

L-Irlanda

50  %

59 000

Il-Greċja

50  %

42 000

Spanja

50  %

82 000

Franza

50  %

280 000

L-Italja

50  %

900 000

Ċipru

50  %

15 000

Il-Latvja

50  %

15 000

Il-Litwanja

50  %

12 000

Il-Lussemburgu

50  %

15 000

L-Ungerija

50  %

110 000

Malta

50  %

5 000

L-Olanda

50  %

126 000

L-Awstrija

50  %

42 000

Il-Polonja

50  %

87 000

Ir-Rumanija

50  %

505 000

Il-Portugall

50  %

46 000

Is-Slovenja

50  %

32 000

Is-Slovakkja

50  %

21 000

Il-Finlandja

50  %

27 000

L-Iżvezja

50  %

200 000

Ir-Renju Unit

50  %

1 125 000

Total

80 171 000

ANNESS II

Lista ta’ programmi tal-kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żoonożi kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Żoonożi

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

(EUR)

Salmonella

Il-Belġju

50  %

550 000

Il-Bulgarija

50  %

5 000

Ir-Repubblika Ċeka

50  %

330 000

Id-Danimarka

50  %

500 000

Il-Ġermanja

50  %

175 000

L-Estonja

50  %

27 000

L-Irlanda

50  %

0

Il-Greċja

50  %

60 000

Spanja

50  %

960 000

Franza

50  %

550 000

L-Italja

50  %

590 000

Ċipru

50  %

40 000

Il-Latvja

50  %

60 000

L-Ungerija

50  %

110 000

L-Olanda

50  %

1 350 000

L-Awstrija

50  %

80 000

Il-Polonja

50  %

2 000 000

Il-Portugall

50  %

20 000

Ir-Rumanija

50  %

215 000

Is-Slovakkja

50  %

50 000

Total

7 672 000

ANNESS III

Lista ta’ programmi għas-sorveljanza tat-TSEs kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Marda

Stat Membru

Testijiet rapidi tar-rata & testijiet diskriminatorji li saru

Ammont massimu

(EUR)

TSEs

Il-Belġju

100  %

2 084 000

Ir-Repubblika Ċeka

100  %

1 320 000

Id-Danimarka

100  %

1 950 000

Il-Ġermanja

100  %

11 307 000

L-Estonja

100  %

233 000

L-Irlanda

100  %

6 410 000

Il-Greċja

100  %

1 650 000

Spanja

100  %

9 100 000

Franza

100  %

24 815 000

L-Italja

100  %

3 000 000

Ċipru

100  %

530 000

Il-Latvja

100  %

312 000

Il-Litwanja

100  %

645 000

Il-Lussemburgu

100  %

146 000

L-Ungerija

100  %

784 000

Malta

100  %

90 000

L-Olanda

100  %

5 112 000

L-Awstrija

100  %

1 759 000

Il-Polonja

100  %

244 000

Il-Portugall

100  %

2 940 000

Ir-Rumanija

100  %

2 370 000

Is-Slovenja

100  %

308 000

Is-Slovakkja

100  %

610 000

Il-Finlandja

100  %

839 000

L-Iżvezja

100  %

2 020 000

Ir-Renju Unit

100  %

6 781 000

Total

87 359 000

ANNESS IV

Lista ta’ programmi għall-eradikazjoni tal-BSE kif imsemmija fl-Artikolu 4(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Marda

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

(EUR)

BSE

Il-Belġju

50 % qtil

50 000

Ir-Repubblika Ċeka

50 % qtil

750 000

Id-Danimarka

50 % qtil

51 000

Il-Ġermanja

50 % qtil

50 000

L-Estonja

50 % qtil

98 000

L-Irlanda

50 % qtil

70 000

Il-Greċja

50 % qtil

750 000

Spanja

50 % qtil

413 000

Franza

50 % qtil

50 000

L-Italja

50 % qtil

65 000

Il-Lussemburgu

50 % qtil

100 000

L-Olanda

50 % qtil

60 000

L-Awstrija

50 % qtil

48 000

Il-Polonja

50 % qtil

530 000

Il-Portugall

50 % qtil

45 000

Is-Slovenja

50 % qtil

25 000

Is-Slovakkja

50 % qtil

250 000

Il-Finlandja

50 % qtil

25 000

Ir-Renju Unit

50 % qtil

347 000

Total

3 777 000

ANNESS V

Lista ta’ programmi għall-qerda ta’ l-iscrapie kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)

Ir-Rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Marda

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

(EUR)

Scrapie

Il-Belġju

50 % qtil; 50 % genotyping

99 000

Ir-Repubblika Ċeka

50 % qtil; 50 % genotyping

107 000

Il-Ġermanja

50 % qtil; 50 % genotyping

827 000

L-Estonja

50 % qtil; 50 % genotyping

13 000

L-Irlanda

50 % qtil; 50 % genotyping

279 000

Il-Greċja

50 % qtil; 50 % genotyping

516 000

Spanja

50 % qtil; 50 % genotyping

4 500 000

Franza

50 % qtil; 50 % genotyping

8 862 000

L-Italja

50 % qtil; 50 % genotyping

620 000

Ċipru

50 % qtil; 50 % genotyping

1 280 000

Il-Lussemburgu

50 % qtil; 50 % genotyping

28 000

L-Ungerija

50 % qtil; 50 % genotyping

232 000

L-Olanda

50 % qtil; 50 % genotyping

543 000

L-Awstrija

50 % qtil; 50 % genotyping

14 000

Il-Portugall

50 % qtil; 50 % genotyping

41 000

Ir-Rumanija

50 % qtil; 50 % genotyping

980 000

Is-Slovenja

50 % qtil; 50 % genotyping

83 000

Is-Slovakkja

50 % qtil; 50 % genotyping

179 000

Il-Finlandja

50 % qtil; 50 % genotyping

11 000

L-Iżvezja

50 % qtil; 50 % genotyping

6 000

Ir-Renju Unit

50 % qtil; 50 % genotyping

5 178 000

Total

24 398 000


(1)  Ir-Renju Unit fir-rigward ta’ l-Irlanda ta’ Fuq biss.

(2)  Il-marda ta’ l-ilma fil-qalb, il-babesijożi u l-anaplasmożi trażmessi minn insetti li jservu ta’ vetturi ta’ tixrid fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra.

(3)  Franza fir-rigward tal-Guadaloupe, Martinique u Réunion biss.


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2005/5/KE rigward provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ l-Asparagus officinalis skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6168)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/852/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) u (5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni 2005/5/KE tas-27 ta’ Diċembru 2004 li tistipula l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal għall-propagazzjoni ta’ ċerti pjanti ta’ speċi agrikola u veġetali u ta’ dwieli skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 92/33/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE għas-snin 2005 sa l-2009 (2) tistipula l-arranġamenti għall-provi u testijiet komparattivi li jridu jsiru skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward l-Asparagus officinalis mill-2005 sa l-2009.

(2)

Il-korp responsabbli biex isiru dawk il-provi u t-testijiet informa lill-Kummissjoni li x-xogħol mexa ‘l quddiem ħafna iktar malajr milli kien mistenni u li, minħabba żvilupp xieraq ta’ pjanti li kienu qed jiġu osservati matul is-snin 2005 sa l-2007, issa huwa qed jistenna li l-osservazzjonijiet relevanti kollha meħtieġa mis-sejħa għal proġetti ppubblikata fil-21 ta’ Ġunju 2004 (3) ikunu lesti sa l-aħħar ta’ l-2008 minflok l-2009. Huwa qal li bħala riżultat ta’ dan l-ispejjeż eliġibbli se jkunu inqas minn dak li kien oriġinarjament stmat, filwaqt li l-ispejjeż fl-2008 se jkunu ogħla.

(3)

Ibbażat fuq dawk il-fatti, il-korp responsabbli ppreżenta proposta għal kalkolu ġdid ta’ l-ispejjeż eliġibbli u tal-kontribuzzjoni tal-Komunità.

(4)

Konsegwentement, in-nefqa eliġibbli u l-kontribuzzjoni tal-Komunità għandha tkun addattata.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2005/5/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/5/KE hi emendata kif ġej:

(1)

Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1, il-kelma “2009” tinbidel bil-kelma “2008”.

(2)

Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3, il-kelma “2009” tinbidel bil-kelma “2008”.

(3)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).

(2)  ĠU L 2, 5.1.2005, p. 12.

(3)  http://europa.eu.int/comm/food/plant/call2004/index_en.htm


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/5/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tabella bit-titolu “Provi u testjiet li jridu jsiru fl-2009” titħassar.

“Provi u tesijiet li jridu isiru fl-2008

Speċi

Korp Responsabbli

Kundizzjonijiet li jridu jiġu Valutati

Numru ta’ Kampjuni

Spejjeż eliġibbli

(EUR)

Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli)

(EUR)

Asparagus officinalis (*)

BSA Hannover (D)

Identità tal-varjetà u l-purità (fir-raba’)

Kwalità esterna taż-żerriegħa (laboratorju)

100

43 495

34 794

Spiża totali

34 794

(2)

It-tabella bit-titolu “Provi u testjiet li jridu jsiru fl-2009” titħassar.


(*)  Provi u testijiet li jdumu aktar minn sena.”


20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2007

dwar l-issoktar fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ l-Asparagus officinalis skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE li ngħataw bidu fl-2005

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/853/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/5/KE tas-27 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità fuq iż-żrieragħ u l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ ċerti xtieli ta’ speċi agrikola u veġetali u ta’ dwieli skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 92/33/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE għas-snin 2005 sa l-2009 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2005/5/KE tistipula l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi li għandhom isiru taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward ta’ l-Asparagus officinalis mill-2005 sa l-2009.

(2)

Il-provi u t-testijiet imwettqa fl-2005, 2006 u 2007 għandhom jissoktaw fl-2008,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità li bdew fl-2005 dwar iż-żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ l-Asparagus officinalis għandhom jissoktaw fl-2008 skond id-Deċiżjoni 2005/5/KE.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).

(2)  ĠU L 2, 5.1.2005, p. 12.


Corrigendum

20.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 335/60


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 347, tal-11 ta' Diċembru 2006 )

F'paġna 1, in-nota (1) ta' qiegħ il-paġna:

minflok:

ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU 221, 12.8.2006, p. 9).”,

aqra:

ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU 363, 20.12.2006, p. 129).”.

F'paġna 1, in-nota (2) ta' qiegħ il-paġna:

minflok:

ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 69/463/KEE (ĠU L 320, 20.12.1969, p. 34).”,

aqra:

ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 77/388/KEE.”.

F'paġna 22, l-Artikolu 83:

minflok:

“… skond il-Kapitolu 1 …”,

aqra:

“… skond il-Kapitolu 2 …”.

F'paġna 28, l-Artikolu 133, l-aħħar paragrafu:

minflok:

“L-Istati Membri … jistgħu japplikaw ukoll il-kondizzjonijiet previsti fil-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu…”,

aqra:

“L-Istati Membri … jistgħu japplikaw ukoll il-kondizzjonijiet previsti fil-punt (d) ta' dan l-Artikolu …”.

F'paġna 79, Anness XI, Parti A, punt (2), l-aħħar linja:

taħt l-aħħar linja:

“Direttiva 2006/69/KE (ĠU L 221, tat-12.8.2006, p. 9) (l-Artikolu 1 biss)”.

żid il-linja:

“Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, ta' l-20.12.2006, p. 129) (il-punt 2 ta' l-Anness biss)”.

F'paġni 79-80, Anness XI, Parti B, fit-tabella, fil-linji kollha minn “Direttiva 94/4/KEE” sa “Direttiva 2006/69/KEE”:

minflok:

“…/KEE”,

aqra:

“…/KE”.

F'paġna 80, Anness XI, Parti B, l-aħħar linja tat-tabella:

taħt l-aħħar linja:

“Direttiva 2006/69/KE – 1 ta' Jannar 2008”.

żid il-linja:

“Direttiva 2006/98/KE – 1 ta' Jannar 2007”.

F'paġna 88, fil-kolonna “Din id-Direttiva”, it-tlettax-il linja tat-tabella:

minflok:

“Artikolu 140 (a)”,

aqra:

“Artikolu 143 (a)”.

F'paġna 92, taħt ir-raba' linja mill-qiegħ tal-paġna:

daħħal linja ġdida bejn ir-raba' u t-tielet linji mill-qiegħ tal-paġna, kif ġej:

fil-kolonna “Direttiva 77/388/KEE”, daħħal l-indikazzjoni: “Artikolu 24a, it-tieni paragrafu”; u

fil-kolonna “Din id-Direttiva”, daħħal is-sinjal: “–”.

F'paġna 96, fil-kolonna “Din id-Direttiva”, is-sitt linja mill-qiegħ tal-paġna:

minflok:

“Artikolu 198 (1) u (2)”,

aqra:

“Artikolu 198 (1) u (3)”.

F'paġna 117, fil-kolonna “Atti oħrajn”, il-linja ta' qabel ta' l-aħħar f'qiegħ il-paġna:

minflok:

“Anness VIII(7), punt (1), it-tielet subparagrafu, ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003”,

aqra:

“Anness VIII(7), punt (1)(b), it-tielet subparagrafu, ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003”.