ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
5 ta' Diċembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2007 tad-29 ta' Novembru 2007 li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Każakstan u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fl-Ukrajna

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1421/2007 ta' l-4 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri ta’ l-għoti tal-kuntratti ( 1 )

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1423/2007 ta' l-4 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli

36

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1424/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2304/2002 li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji ta’ barra mal-Komunità Ewropea u li jalloka l-ammonti indikattivi taħt l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp

38

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1425/2007 tat-3 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona IV ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' II a min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

55

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1426/2007 tat-3 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VII b-k, VIII, IX u X ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

57

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1427/2007 tat-3 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

59

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1428/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 1 )

61

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/786/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

63

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

65

 

 

2007/787/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

75

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/788/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2007 relatata ma’ proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-2/39.140 – DaimlerChrysler) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4275)

76

 

 

2007/789/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 li tissospendi d-dazju definittiv ta’ antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1420/2007 fuq importazzjonijiet tas-silikomanganiż li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Każakistan

79

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2007/790/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2008 (BĊE/2007/16)

81

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/791/PESK ta' l-4 ta’ Diċembru 2007 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH)

83

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1419/2007

tad-29 ta' Novembru 2007

li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mressqa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

Miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1470/2001 (2), il-Kunsill impona dazji definittivi ta’ antidumping ta’ minn 0 sa 66.1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi u integrati (“CFL-i”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ) wara investigazzjoni. Qabel dan, il-Kummissjoni kienet imponiet dazji proviżorji kontra d-dumping bir-Regolament (KE) Nru 255/2001 (3).

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 866/2005 (4), il-Kunsill estenda l-miżuri kontra d-dumping li huma fis-seħħ biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet tas-CFL-i kkunsinnati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jew ir-Repubblika tal-Filippini kemm jekk dikjarati li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, mir-Republika Iżlamika tal-Pakistan jew mir-Repubblika tal-Filippini u kemm jekk le. L-estensjoni waslet wara investigazzjoni ta’ kontra l-evażjoni li saret skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1322/2006 (5), il-Kunsill emenda l-miżuri kontra d-dumping li jinsabu fis-seħħ. L-emenda saret wara reviżjoni temporanja li saret fir-rigward ta’ l-ambitu tal-prodott. Ir-riżultat ta’ l-investigazzjoni u l-effett ta’ l-emenda tar-Regolament kien li l-lampi li jaħdmu b’vultaġġ bl-elettriku ta’ kurrent dirett (“DC-CFL-i”) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-miżuri. Il-miżuri kontra d-dumping skond dan se jkopru biss il-lampi ta’ vultaġġ minn kurrent elettriku alternanti (inklużi lampi ta’ skariku fluworexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku kemm alternanti u kemm dirett) (“AC-CFL-i”).

(4)

Bir-Regolament (KE) Nru 1205/2007 (6) il-Kunsill ipproroga il-miżuri ta’ kontra d-dumping li hemm fis-seħħ. Il-proroga saret wara reviżjoni ta’ skadenza li twettqet skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Investigazzjoni kurrenti

(5)

Il-bidu ta’ l-investigazzjoni seħħ wara talba għal reviżjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba tresqet mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija tad-Dawl tal-Lampi Fluworexxenti Kompatti u Integrati tal-Komunità (2CFLI) (“l-applikant”).

(6)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm xhieda biżżejjed biex jingħata bidu għal reviżjoni, il-Kummissjoni, fit-8 ta’ Settembru 2006, bdiet investigazzjoni (7) skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. L-ambitu tar-rapport interim huwa limitat għal-livell ta’ dumping safejn huwa kkonċernat wieħed mill-produtturi, Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen).

Investigazzjoni u l-partijiet ikkonċernati

(7)

Il-Kummissjoni innotifikat b'mod uffiċjali l-applikant u l-produttur esportatur fl-RPĊ, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-gvern tal-pajjiż esportatur, dwar il-bidu tar-reviżjoni.

(8)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ.

(9)

Sabiex tkun tista' tikseb it-tagħrif meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produttur esportatur ikkonċernat. Il-produttur esportatur ikkoopera billi wieġeb għall-kwestjonarji u wara dan saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-produttur esportatur kif ukoll tal-partijiet l-oħra marbuta ma’ dan il-produttur esportatur, jiġifieri:

Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co. Ltd

Il-kumpanija relatata fl-RPĊ

Megaman Electrical & Lighting Ltd (Xiamen),

Il-kumpaniji relatati f'Ħongkong

Neonlite Electronic & Lighting Ltd (HK)

Electric Light Systems Ltd (HK)

Importatur relatat fil-Komunità

IDV, Import und Direkt-Vertriebs-Ges.mbH, Germany

Perjodu ta’ Investigazzjoni

(10)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni f'dak li huwa l-livell ta’ dumping għar-reviżjoni interim tal-produttur esportatur, Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen), kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

Prodott ikkonċernat

(11)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess kif iddeterminat fir-Regolament li jemenda, jiġifieri lampi ta’ skariku fluworexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku alternanti (inklużi lampi ta’ skariku fluworexxenti kompatti u elettroniċi li jaħdmu b’kurrent elettriku kemm alternanti u kemm dirett), b’tubu tal-ħġieġ wieħed jew iktar, bl-elementi illuminanti u l-komponenti elettroniċi kollha mwaħħla mas-sieq tal-lampa, jew li huma integrati fis-sieq tal-lampa li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment klassifikabbli fil-kodiċi NM ex 8539 31 90.

Prodott simili

(12)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, instab li s-CFL-i mmanifatturat fil-pajjiż u għall-bejgħ domestiku fl-RPĊ, u s-CFL-i esportat mill-RPĊ għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u l-istess użu bażiku. Gћaldaqstant u skond kif ġie konkluż fir-Regolament ta’ proroga, dawn il-prodotti huma l-istess fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   DUMPING

Trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (TES)

(13)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet ta’ antidumping dwar prodotti li joriġinaw fl-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li jistgħu jippruvaw li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li hemm kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq f'dak li huwa manifattura u bejgħ tal-prodott simili.

(14)

Filwaqt li l-produttur esportatur Ċiniż ingħata trattament ta’ ekonomija tas-Suq fl-investigazzjoni oriġinali, kellha ssir stima fir-reviżjoni interim biex jinstab jekk il-kriterji rilevanti għat-TES kinux għadhom preżenti. Konsegwentement intbagħtet formola għall-klejms tat-TES skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku biex timtela mill-produttur esportatur Ċiniż, u mill-kumpanija relatata Megaman Electrical & Lighting Ltd (Xiamen).

(15)

Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, il-kriterji għat-TES huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:

(1)

id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni gћas-sinjali tas-suq u mingћajr indћil sinifikanti mill-Istat;

(2)

id-ditti kummerċjali għandhom sett wieħed ċar ta’ kotba tal-kontijiet li huma vverifikati indipendentement skond standards ta’ kontabilità internazzjonali (IAS) u huma applikati għall-għanijiet kollha;

(3)

ma hemm l-ebda tagћwiġ sinifikanti li għadu nieżel mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

(4)

iċ-ċertezza legali u l-istabilità hija ggarantita mil-liġijiet dwar il-falliment u l-propjretà;

(5)

l-iskambji ta’ valuta jsiru bir-rata tas-suq.

(16)

Kif intqal qabel, il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fil-bini tal-produttur esportatur u l-kumpanija relatata Megaman Electrical & Lighting Ltd, kull tagħrif mibgħut fl-applikazzjonijiet tat-TES u li kien meqjus meħtieġ. L-investigazzjoni wriet li l-produttur esportatur Ċiniż issodisfa l-kondizzjonijiet kollha għall-għoti tat-TES.

Valur normali

(17)

Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, l-ewwel ġie vverifikat jekk il-bejgħ domestiku totali tal-produttur esportatur kienx rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li dan kien ikopri 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità.

(18)

Fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur ma setax jitqies bħala rappreżentattiv u l-valur normali għalhekk kellu jinbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, ikkalkolat b'mod li jkun ibbażat fuq il-kost ta’ produzzjoni fil-pajjiż esportatur miżjud b'ammont raġonevoli għall-ispejjeż u l-profitti ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ.

(19)

Il-valur normali ġie skond dan stabbilit fuq il-bażi tad-data tal-produttur esportatur stess għall-kost ta’ manifattura (KOM) għall-produzzjoni ddestinata għall-konsum domestiku.

(20)

Min-naħa l-oħra, l-ammont għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi tal-bejgħ (ĠAB) (Ġenerali, Amministrattivi u Bejgħ) u l-profitti ma setgħax jiġi stabbilit skond il-paragrafu ta’ introduzzjoni ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku dwar id-data attwali marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ fil-kummerċ ta’ kuljum tal-prodott ikkonċernat.

(21)

Ġie eżaminat jekk il-ĠAB u l-profitt setgħux jiġu stabbiliti skond l-artikolu 2(6)(a) u (b). Iżda, peress li ebda esportatur ieħor ma ġie investigat f'din ir-reviżjoni, il-metodoloġija ta’ l-Artikolu 2(6)(a), jiġifieri l-medja differenzjata ta’ l-ammonti attwali ta’ esportaturi oħra, ma setgħatx tintuża. Bl-istess mod, il-metodoloġija ta’ l-Artikolu 2(6)(b) ma kinitx xierqa peress li ma kienx hemm bejgħ fis-suq domestiku ta’ prodotti li huma ta’ l-istess kategorija.

(22)

Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni kkalkulat medja differenzjata filwaqt li użat ir-rati ta’ profitt u l-ispejjeż tal-ĠAB ta’ żewġ produtturi esportaturi li jikkooperaw fil-pajjiż ta’ analoġija użati fir-reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u li kellhom bejgħ domestiku fil-kummerċ ta’ kuljum. L-ispejjeż tal-ĠAB u r-rati medji ta’ profitt li nstabu f'dawn iż-żewġ produtturi esportaturi li jikkooperaw tal-Korea ta’ Isfel ġew miżjuda ma’ l-ispejjeż ta’ manifattura mġarrba mill-produttur esportatur ikkonċernat fir-rigward tat-tipi esportati, kif stipulat bl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

Prezz ta’ esportazzjoni

(23)

Il-produttur esportatur esporta bejgħ lejn il-Komunità kemm direttament lil klijenti indipendenti kif ukoll permezz ta’ importaturi relatati f'pajjiż terz u l-Komunità. Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti.

(24)

F’każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur jew negozjant relatat, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-importatur relatat mal-konsumaturi indipendenti. L-aġġustamenti saru għall-ispejjez kollha li ġġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid kif ukoll l-ispejjeż ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi, u marġni ta’ qligħ raġjonevoli, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-marġni ta’ qligħ xieraq ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut min-negozjanti/importaturi li jikkooperaw li mhumiex relatati u li joperaw fis-suq Komunitarju.

Tqabbil

(25)

Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-produttur esportatur investigat, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, spejjeż ta’ trasport ta’ merkanzija bil-baħar u ta’ assigurazzjoni, tqandil, tgħabbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ ppakkjar, spejjeż ta’ kreditu, spejjeż ta’ garanzija u kummissjonijiet fejn huwa applikabbli u ġġustifikat.

Rati ta’ interess użati għal finijiet ta’ kreditu

(26)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-konċessjoni tal-kost tal-kreditu, il-produttur esportatur jistqarr li għandha tintuża r-rata ta’ depożitu minflok ir-rata ta’ kreditu minħabba li, peress li l-kumpanija għandha biżżejjed likwidità, l-ispejjeż ta’ kreditu huma limitati għad-dħul mill-interessi mhux perċepiti fil-kont bankarju tagħha ta’ depożitu.

(27)

Skond il-prassi li b'mod konsistenti ġiet applikata mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, ma nstabx xieraq li l-kalkolu tal-konċessjoni tal-kost tal-kreditu jkun ibbażat fuq ir-rata ta’ depożitu għar-raġuni li dawn huma spejjeż ta’ opportunità meta mqabbla ma’ l-ispejjeż attwali.

(28)

F'dan il-kuntest huwa nnutat li l-interess li l-klijenti jkollhom iħallsu fil-każ ta’ dewmien ta’ pagament jagħti x'jifhem li l-kumpanija tkun iddeterminat dawn l-interessi fuq il-bażi tar-rati ta’ kreditu milli r-rati ta’ depożitu.

Marġini ta’ Dumping

(29)

Kif previst fl-Artikolu 2 (11) u (12) tar-Regolament bażiku, l-valuri normali medji differenzjati ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità ġew imqabbla mal-prezz medju differenzjat ta’ esportazzjoni ta’ kull tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan it-tqabbil wera li hemm marġini ta’ dumping taħt il-minimu għall-produttur esportatur li esporta lill-Komunità fil-PIR.

D.   GĦELUQ

(30)

Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li ċ-ċirkustanzi fir-rigward tad-dumping li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri għall-kumpanija fl-investigazzjoni oriġinali ma nbidlux. Ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku għandha għalhekk tiġi fi tmiem.

E.   TMIEM TAR-REVIŻJONI

(31)

Abbażi taċ-ċirkustanzi ta’ hawn fuq, ir-reviżjoni parzjali interim li tirrigwarda Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co. Ltd għandha tiġi fi tmiem mingħajr emenda għar-Regolament (KE) Nru 1205/2007.

(32)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni pproponiet li ttemm dan il-proċediment. Il-fehmiet li tressqu ġew imbagħad eżaminati iżda ma kinux b'mod li jistgħu jbiddlu l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti manifatturati minn Lisheng Electronic & Lighting (Xiamen) Co. Ltd u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li ngħatat bidu skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, hija b'dan terminata mingħajr ebda emendament tar-Regolament (KE) Nru 1205/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 195, 19.7.2001, p. 8.

(3)  ĠU L 38, 8.2.2001, p. 8

(4)  ĠU L 145, 9.6.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 244, 7.9.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 272, 17.10.2007, p. 1.

(7)  ĠU C 217, 8.9.2006, p. 2.


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1420/2007

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Każakstan u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(1)

Fis-6 ta’ Settembru 2006, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, permezz ta’ avviż (“avviż tal-bidu”) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2), il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ proċediment anti-dumping, dwar importazzjonijiet fil-Komunità ta’ siliko-manganiż (inkluż il-ferro-siliko-manganiż) (“SiMn”) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), fil-Każakstan u fl-Ukrajna (“il-pajjiżi konċernati”).

(2)

Il-proċediment inbeda wara li fl-24 ta’ Lulju 2006 tressaq lment mill-Comité de Liaison des Industries de Ferro-Alliages (EUROALLIAGES) (“min qed jagħmel l-ilment”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ SiMn (“produtturi li qed jagħmlu l-ilment”). L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping ta’ SiMn li joriġina fil-pajjiżi konċernati kif ukoll ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, u li tqieset biżżejjed biex tkun iġġustifikata l-bidu ta’ proċediment.

(3)

Parti interessata qalet li l-Kummissjoni missha inizjat dan il-proċediment ukoll kontra importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja. Fiż-żmien ta’ meta nbeda l-proċediment attwali, iżda, il-Kummissjoni ma kellhiex evidenza biżżejjed ta’ dumping li jagħmel ħsara għad-dispożizzjoni tagħha li setgħet iġġustifikat li jinbeda proċediment kontra importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja f’konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku.

2.   Il-partijiet konċernati mill-proċediment

(4)

B’mod uffiċjali l-Kummissjoni informat lil min qed jagħmel l-ilment, lill-produtturi Komunitarji li qed jagħmlu l-ilment u lill-produtturi Komunitarji l-oħrajn magħrufa, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati, lill-importaturi/kummerċjanti u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, lill-fornituri u lill-utenti li kien magħruf li huma konċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw konċernati, bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-terminu stabbilit fl-avviż tal-bidu. Il-partijiet interessati kollha li għamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(5)

Biex il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina u fil-Każakstan ikunu jistgħu jippreżentaw talba għat-trattament tas-suq ta’ l-ekonomija (“MET” - market economy treatment) jew għal trattament individwali (“IT” - individual treatment), jekk xtaqu, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba lill-produtturi esportaturi li kien magħruf li huma konċernati kif ukoll lill-awtoritajiet taċ-Ċina u tal-Każakstan. Erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina u produttur wieħed li jesporta fil-Każakstan talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew it-trattament IT jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jilħqux il-kundizzjonijiet għall-MET.

(6)

Minħabba l-għadd kbir apparenti ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina u l-għadd kbir ta’ importaturi fil-Komunità fl-avviż tal-bidu ġie previst l-użu ta’ teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping u tal-ħsara, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(7)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hemmx bżonn tat-teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha fiċ-Ċina u l-importaturi Komunitarji ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni, u jipprovdu, kif ġie speċfikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li għandhom x’jaqsmu mal-prodott konċernat waqt il-perjodu ta’ l-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006.

(8)

Sa fejn huma konċernati l-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, minħabba li erba’ gruppi ta’ kumpanniji li għandhom bejgħ bl-esportazzjoni ta’ SiMn lejn il-Komunità matul l-IP indikaw li kienu lesti li jkunu inklużi f’kampjun, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ.

(9)

Dwar l-importaturi lejn il-Komunità Ewropea, żewġ importaturi biss li ma kellhomx x’jaqsmu ippreżentaw ruħhom u provdew l-informazzjoni mitluba fil-ħin. Għalhekk ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kienu magħrufa li huma konċernati u lill-kumpanniji l-oħrajn kollha li ppreżentaw ruħhom fit-termini stabbiliti fl-avviż tal-bidu. Ir-risposti għall-kwestjonarji waslu minn erba’ produtturi Komunitarji, mill-erba’ gruppi ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina, mill-uniku produttur esportatur mill-Każakstan, minn tliet produtturi esportaturi mill-Ukrajna, minn żewġ importaturi mhux relatati u minn disa’ utenti mhux relatati fil-Komunità. Barra minn dan, żewġ utenti ppreżentaw xi kummenti mingħajr ma rrispondew għall-kwestjonarju.

(11)

Iżda wieħed mill-gruppi ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina sussegwentement ma qabilx għal verifika ppjanata fuq il-post għall-għarrieda kif provdut fit-talbiet tagħhom għal MET/IT u fir-risposti għall-kwestjonarju. Għalhekk, wara li għarrfet lill-kumpanniji konċernati dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ koperazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 48 qieset lil dawn il-kumpanniji bħala li ma kinux qed jikkoperaw fil-proċediment u fil-preżentazzjonijiet kollha magħmula minnhom ġew imwarrba.

(12)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għall-fini ta’ MET/IT, fil-każ taċ-Ċina u l-Każakstan, u ta’ determinazzjoni tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat kif ukoll ta’ l-interess Komunitarju għall-pajjiżi kollha konċernati. Saru żjarat ta’ verifika fl-uffiċji tal-kumpanniji li ġejjin:

(a)

Il-produtturi Komunitarji

Eramet Comilog Manganese, Pariġi, Franza

Ferroatlantica S.L., Madrid, Spanja

Huta Łaziska SA, Łaziska Górne, il-Polonja

OFZ, a.s., Istebne, Slovakkja.

(b)

L-Utenti fil-Komunità

Compañía Española de Laminación, S.L., Castellbisbal, Spanja

Mittal Steel Poland SA (Arcelor SA), Kraków, il-Polonja.

(c)

L-importaturi mhux relatati

Metalleghe S.P.A., Brescia, l-Italja

(d)

Il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina

Il-Grupp Minmetals

Minmetals (Guizhou) Ferro-Alloys Co., Ltd., Guiyang

Guiyang Huaxi Minmetals Ferro-Alloys Co., Ltd., Qingzhen

China Minmetals Shenzhen Co., Ltd., Shenzhen

Minmetals Shanghai Pudong Trading Co., Ltd., Shanghai

China National Minerals Co., Ltd., Beijing

Minmetals Orient Import & Export Trading Co., Ltd., Beijing.

Il-Grupp Jilin

Jilin Ferroalloys Co., Ltd., Jilin City

Jilin Ferroalloy Imp & Exp Co., Ltd., Jilin City.

Il-Grupp Shanxi Jinneng

Shanghai Jinneng International Trade Co. Ltd., Shanghai

Datong Jinneng Jinli Ferroalloy Co. Ltd., Datong

Shanxi Jinneng Group Jinguan Ferroalloy, Datong

Datong Jinneng Industrial Silicon Co. Ltd., Datong.

(e)

Il-produttur esportatur fil-Każakstan

OJSC Kazchrome (“Kazchrome”), Aktyubinsk u Aksu.

(f)

Il-produtturi esportaturi fl-Ukrajna

PJSC Nikopol Ferroalloys Plant (“NFP”), Nikopol u l-kummerċjanti relatati tagħha

SPIG “Interpipe” Corporation, Dniepopetrovsk

Nikopolskie Ferrosplavy LLC, Dniepopetrovsk

JSC Stakhanov Ferroalloys Plant (“Stakhanov”), Stakhanov

OJSC Zaporozhye Ferroalloys Plant (“Zaporozhye”), Zaporozhye.

(g)

Il-kummerċjanti relatati fl-Iżvizzera

Steelex SA, Lugano, relatata ma’ PJSC Nikopol Ferroalloys Plant

ENRC, Kloten, relatata ma’ OJSC Kazchrome.

(13)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fiċ-Ċina u fil-Każakstan li għalihom jista’ ma jingħatax l-MET, saret verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-data minn pajjiż analogu fuq il-post ta’ dan il-produttur li ġej u l-kumpannija relatata tal-bejgħ tiegħu fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (“l-Istati Uniti”):

Eramet Marietta, Inc., Marietta, Ohio (produttur)

Eramet North America, Inc., Coraopolis, Pennsylvania (kumpannija relatata tal-bejgħ).

3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

B.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott konċernat

(15)

Il-prodott konċernat huwa siliko-manganiż (inkluż ferro-siliko-manganiż) (“SiMn”) li joriġina fiċ-Ċina, fil-Każakstan u fl-Ukrajna (“il-prodott konċernat”), normalment iddikjarat taħt il-Kodiċijiet NM 7202 30 00 u ex 8111 00 11.

(16)

Il-prodott konċernat jintuża fl-industrija ta’ l-azzar għad-deossidazzjoni u bħala liga. Normalment huwa prodott mill-manganiż mhux maħdum u s-silikon li huma mħallta u miġjuba għal temperaturi ta’ fużjoni ġewwa forn.

(17)

L-SiMn jeżisti fi kwalitajiet differenti u jista’ jkollu kontenut differenti ta’ ħadid (Fe), manganese (Mn), silikon (Si) u karbonju (C). Sa fejn huwa konċernat il-kontenut tal-karbonju, tista’ ssir distinzjoni bejn l-SiMn b’kontenut ta’ karbonju baxx ħafna, li għandu kwalità ogħla (u jiġbed prezz ogħla), u l-SiMn b’kontenut ta’ karbonju ogħla, li jista’ jitqies bħala l-kwalità normali. L-SiMn jinbiegħ f’daqsijiet differenti ta’ trab, partiċelli jew biċċiet. Minkejja dawn id-differenzi, il-kwalitajiet u d-daqsijiet kollha ġew meqjusa bħala prodott uniku għaliex għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi ewlenin u l-istess użi ewlenin.

2.   Il-prodotti simili

(18)

L-investigazzjoni wriet li l-SiMn prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija Komunitarja, l-SiMn prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi taċ-Ċina, tal-Każakstan u ta’ l-Ukrajna, u fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti, li fl-aħħar serviet bħala pajjiż analogu, u l-SiMn importat lejn il-Komunità miċ-Ċina, mill-Każakstan u mill-Ukrajna, essenzjalment għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. Għalhekk jitqiesu li huma simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(19)

Produttur wieħed li jesporta iddikjara li l-manganese mhux maħdum, normalment iddikjarat taħt il-Kodiċi NM 8111 00 11, għandu jkun kopert mill-investigazzjoni. F’dan ir-rigward huwa konfermat li l-prodott konċernat huwa siliko-manganiż, kif inhuwa ddikjarat fil-premessa (15) u mhux il-manganese mhux maħdum, iżda jinkludi wkoll is-siliko-manganiż mhux maħdum. Filwaqt li l-SiMn ġeneralment huwa ddikjarat taħt il-Kodiċi NM 7202 30 00, jista’ wkoll jiġi ddikjarat, skond il-kontenut ta’ ħadid, bħala siliko-manganiż mhux maħdum jew trabijiet tas-siliko-manganiż taħt il-Kodiċi NM 8111 00 11.

C.   ID-DUMPING

1.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (“MET”)

(20)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet dwar l-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Każakstan, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-istess Artikolu għal dawk il-produtturi li wrew li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera minn dawn il-produtturi esportaturi li l-kundizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq jipprevalixxu fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ riferenza biss, dawn il-kriterji huma deskritti fil-qosor hawn taħt:

(1)

id-deċiżjonijiet kummerċjali jsiru b’risposta għal sinjali tas-suq, mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-ispejjeż jirriflettu l-valuri tas-suq;

(2)

id-ditti ghandhom sett wieħed ċar ta’ rekords ta’ kotba bażiċi, li huma vverifikati b’mod indipendenti skond standards internazzjonali ta’ żamma tal-kotba u jiġu applikati għall-iskopijiet kollha;

(3)

ma hemm ebda tgħawwiġ sinifikanti li ġej mis-sistema ta’ ekonomija ta’ qabel li ma kinitx tas-suq;

(4)

il-liġijiet dwar il-falliment u dwar il-proprjetajiet jiggarantixxu l-istabbbiltà u ċ-ċertezza legali;

(5)

il-konverżjonijiet tar-rata ta’ l-iskambju huma mwettqa skond rati tas-suq.

(21)

Erba’ gruppi ta’ produtturi Ċiniżi li jesportaw inizjalment talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u rrispondew għall-formola ta’ talba għall-MET għall-produtturi esportaturi fit-termini determinati. Iżda, wieħed minn dawn il-gruppi wara dan iddeċieda li ma jikkoperax ma’ l-investigazzjoni (kif jissemma fil-premessa (11) hawn fuq). Għalhekk, it-talbiet għal MET tat-tliet gruppi Ċiniżi l-oħrajn ta’ produtturi esportaturi elenkati fil-premessa (12) ġew meqjusa. Dawn il-gruppi kollha inkludew kemm produtturi tal-prodott konċernat kif ukoll il-kumpanniji relatati mal-produtturi u involuti fil-bejgħ tal-prodott konċernat. Tassew hija l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li teżamina jekk grupp sħiħ ta’ kumpanniji relatati jilħaqx il-kundizzjonijiet għall-MET.

(22)

L-uniku produttur esportatur mill-Każakstan talab l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u rrisponda għall-formola ta’ talba għall-MET għall-produtturi esportaturi fit-termini mogħtija.

(23)

Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw, il-Kummissjoni tablet l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni preżentata fit-talba għal MET fuq il-post tal-kumpanniji in kwistjoni kif qieset meħtieġ.

1.1.   Id-determinazzjoni ta’ MET dwar il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina

(24)

L-investigazzjoni żvelat li l-MET ma setgħat tingħata lil ebda produttur esportatur Ċiniż elenkat fil-premessa (12) għaliex ebda minn dawn il-gruppi ma laħaq il-kriterju 1 stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u, barra minn dan, wieħed minn dawn naqas li jilħaq il-kriterju 2 u ieħor naqas milli jilħaq il-kriterju 3. Ukoll, għall-grupp li ma laħaqx il-kriterji 1 u 2, baqgħu dubji serji dwar il-kriterju 3 u fi kwalunkwe każ, dan il-grupp naqas milli jippreżenta sett sħiħ ta’ formoli ta’ talba għall-MET u risposti għall-kwestjonarju tal-kumpanniji relatati tiegħu involuti fil-produzzjoni u/jew in-negozjar tal-prodott konċernat.

(25)

Sa fejn huwa konċernat il-kriterju 1, ebda mill-gruppi ta’ kumpanniji Ċiniżi konċernati ma wrew li laħqu dan il-kriterju. Il-gruppi ta’ kumpanniji kollha nstabu li fl-aħħar mill-aħħar jappartjenu għall-Istat u naqsu li jippreżentaw evidenza li tista’ titqies biżżejjed biex tneħħi d-dubji dwar interferenza sinifikanti mill-Istat fid-deċiżjonijiet dwar l-immaniġġar. Għalhekk ma setax jiġi eskluż li l-kumpanniji kienu taħt kontroll u interferenza sinifikanti mill-Istat.

(26)

Għal grupp wieħed ta’ kumpanniji, minbarra n-nuqqas ta’ konformità mal-kriterju 1, ġie stabbilit li ma setax juri li ma hemm ebda tgħawwiġ li ntiret mis-sistema ekonomika mhux tas-suq ta’ qabel (kriterju 3), minħabba xi benefiċċji ta’ self mhux ikkumpensati li kumpannija waħda fil-grupp kienet irċeviet mill-kumpannija ewlenija li kienet tappartjeni għall-Istat.

(27)

Barra minn dan, għal grupp ieħor ta’ kumpanniji, minbarra n-nuqqas ta’ konformità mal-kriterju 1, ġie stabbilit li ma setax juri li ma hemm ebda tgħawwiġ li nżamm mis-sistema ekonomika mhux tas-suq ta’ qabel, b’mod partikolari minħabba l-eżistenza ta’ kummerċ bi tpartit matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni. Dan il-grupp naqas ukoll li juri li l-kotba ta’ bosta mill-entitajiet ivverifikati tiegħu ġew ivverifikati b’mod indipendenti skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà, għaliex l-applikazzjoni ta’ prinċipji tajbin u bażiċi taż-żamma tal-kotba, b’mod partikolari fir-rigward tad-deprezzament ta’ l-assi fissi, ġiet imdawra mill-kumpannija prinċipali (parent) u dan il-ksur ġie aċċettat mill-awdituri tal-kumpanniji.

(28)

Barra minn dan, fl-istess grupp, għall-inqas kumpannija waħda li dehret li kienet involuta fin-negozjar tal-prodott konċernat la kienet ippreżentat formola ta’ talba għal MET u lanqas risposta għal kwestjonarju, li qiegħed fid-dubju d-dipendibbiltà ta’ l-informazzjoni provduta.

(29)

Il-partijiet interessati ingħataw opportunità li jikkummentaw fuq dawn is-sejbiet. Il-kummenti rċevuti minn żewġ gruppi Ċiniżi ta’ produtturi esportaturi ma pprovdew ebda prova ġdida li setgħet tibdel is-sejbiet li jirrigwardaw id-determinazzjoni ta’ l-MET.

(30)

Fuq bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ebda mill-gruppi Ċiniżi ta’ produtturi esportaturi li jilħqu l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, u għalhekk, ma setgħux jingħataw MET.

1.2.   Id-determinazzjoni ta’ l-MET dwar l-uniku produttur esportatur fil-Każakstan

(31)

L-uniku produttur esportatur fil-Każakstan wera li laħaq il-ħames kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, u għalhekk ingħata l-MET. Il-produttur esportatur u l-industrija Komunitarja (ara l-premessa (91)) ingħataw opportunità li jikkumentaw dwar is-sejbiet ta’ MET. Il-kummenti li waslu mill-industrija Komunitarja ma pprovdew ebda prova ġdida li setgħet tibdel is-sejbiet li jirrigwardaw id-determinazzjoni ta’ l-MET.

2.   It-trattament individwali (“IT”)

(32)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, huwa stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għall-pajjiżi kollha li jaqgħu taħt dak l-Artikolu ħlief għall-każijiet fejn il-kumpanniji jistgħu juru li jilħqu l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(33)

Sa fejn hija konċernata ċ-Ċina, il-produtturi esportaturi kollha li talbu l-MET talbu wkoll l-IT fil-każ li ma jingħatawx il-MET.

(34)

Fuq bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li l-gruppi kollha ta’ kumpanniji konċernati naqsu li juru li kumulattivament kienu jilħqu r-rekwiżiti kollha għall-IT kif stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Jiġifieri li ġie stabbilit li l-kumpanniji naqsu milli jilħqu l-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5)(c) tar-Regolament bażiku li l-maġġoranza ta’ l-azzjonijiet jappartjenu għal persuni privati, ladarba kif inhuwa spjegat fil-premessa (25), il-kumpanniji kollha nstabu li fl-aħħar mill-aħħar kienu jappartjenu għall-Istat. Għalhekk, it-talbiet tagħhom kellhom jiġu miċħuda.

3.   Il-valur normali

3.1.   Il-metodoloġija ġenerali

(i)   Ir-rappreżentanza globali

(35)

Sa fejn hija konċernata d-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, għal kull produttur li qed jesporta konċernat fil-Każakstan u fl-Ukrajna, jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott konċernat lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ kienx jirrappreżenta għall-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ esportat tal-prodott konċernat lejn il-Komunità.

(ii)   It-tqabbil tat-tipi ta’ prodotti

(36)

Il-Kummissjoni wara dan identifikat dawk it-tipi ta’ prodott mibjugħa domestikament mill-produtturi esportaturi li għandhom bejgħ totali domestiku rappreżentattiv, li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(iii)   Ir-rappreżentanza speċifika għat-tip ta’ prodott

(37)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u misjuba li huma direttament komparabbli mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ prodott tqies rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul l-IP irrappreżenta għall-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tat-tip komparabbli ta’ prodott esportat lejn il-Komunità.

(iv)   It-test ta’ l-andament ordinarju tal-kummerċ

(38)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat għal kull produttur esportatur konċernat fil-Każakstan u fl-Ukrajna jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies bħala mibjugħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott esportat il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bi qliegħ lil klijenti indipendenti matul l-IP.

(39)

Għal dawk it-tipi ta’ prodott fejn aktar minn 80 % skond il-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku ma kienx anqas baxxi mill-ispiża ta’ l-unità u fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni medja bil-piż differenzjat, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, ġie ikkalkulat bħala medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi kollha tat-tip in kwistjoni.

(40)

F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ profittabbli ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien aktar baxx min-nefqa tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip biss, sakemm dak il-bejgħ irrappreżenta 10 % jew aktar tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip.

(41)

Fil-każijiet fejn il-volum ta’ bejgħ profittabbli ta’ kwalunkwe tip ta’ prodott irrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali ta’ bejgħ, tqies li dan it-tip partikolari kien mibjugħ fi kwantitajiet mhux suffiċjenti għall-prezz domestiku biex tkun provduta bażi xierqa għall-istabbiliment tal-valur normali.

(42)

Kull fejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. Skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni minflok ikkalkulat valur normali mibni, kif ġej.

(43)

Il-valur normali nbena billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura ta’ l-esportatur tat-tipi esportati ġie miżjud, aġġustat fejn meħtieġ, ammont raġonevoli għall-infiq tal-bejgħ, ġenerali u amministrattiv (“SG&A”) u marġini raġonevoli ta’ profitt.

(44)

Fil-każijiet kollha l-SG&A u l-profitt ġew stabbiliti skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-fini, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-SG&A li ntefqu u l-profitt realizzat minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi konċernati fis-suq domestiku kinux jikkostitiwixxu data dipendibbli.

3.2.   Il-pajjiż analogu

(45)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fl-ekonomiji li huma fit-tranżizzjoni, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx l-MET għandu jiġi stabbilit fuq bażi tal-prezz jew valur mibni f’pajjiż terz li għandha l-ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) jew il-prezz minn dan il-pajjiż terz lil pajjiżi oħrajn, jew fejn dawn mhumiex possibbli, fuq kwalunkwe bażi oħra raġonevoli.

(46)

Fl-avviż tal-bidu, ġie ppjanat li tintuża l-Brażil bħala pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali għaċ-Ċina u l-Każakstan, fejn meħtieġ, u l-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar dan. L-ebda parti interessata ma oġġezzjonat għal din il-proposta.

(47)

Il-Kummissjoni fittxet il-koperazzjoni mill-produtturi magħrufa fil-Brażil u mbagħad ukoll minn produtturi f’pajjiżi oħrajn potenzjalment analogi, jiġifieri l-Indja, il-Ġappun, in-Norveġja, l-Afrika t’Isfel u l-Istati Uniti. L-offerti tal-koperazzjoni, madankollu, inkisbu biss mill-produtturi fin-Norveġja u fl-Istati Uniti. Fuq bażi ta’ l-informazzjoni miksuba minn tliet kumpanniji Norveġiżi, ġie konkluż li s-suq domestiku ta’ SiMn fin-Norveġja kien żgħir ħafna. Għalhekk is-suq Norveġiż ma tqiesx rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali għaċ-Ċina u l-Każakstan.

(48)

Dwar l-uniku produttur magħruf Amerikan, intbagħat kwestjonarju lil dak il-produttur u d-data preżentata fir-risposta tagħha ġiet ivverifikata fuq il-post għall-għarrieda. Il-volum tal-bejgħ domestiku ta’ dak il-produttur in kwistjoni fl-Istati Uniti instab li huwa sinifikanti u rappreżentattiv biżżejjed meta mqabbel mal-volum ta’ esportazzjonijiet taċ-Ċina u l-Każakstan tal-prodott konċernat lejn il-Komunità. Barra minn dan, is-suq ta’ l-Istati Uniti jista’ jitqies suq miftuħ, minħabba li l-livell ta’ dazju fuq l-importazzjoni huwa baxx (dazju MFN ta’ 3.9 % tal-prezz FOB). L-investigazzjoni wriet li kien hemm importazzjonijiet sostanzjali ta’ SiMn lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti. Għalhekk, is-suq ta’ l-Istati Uniti tqies li huwa suq kompetittiv u rappreżentattiv biżżejjed għad-determinazzjoni tal-valur normali għaċ-Ċina u l-Każakstan.

(49)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar dan, u waslu kummenti minn tliet partijiet interessati li oġġezzjonaw għall-għażla ta’ l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu. Grupp wieħed ta’ esportaturi Ċiniżi sostna l-ewwelnett li ma hemmx biżżejjed kompetizzjoni fis-suq ta’ l-Istati Uniti ladarba (i) il-produttur li qed jikkopera huwa l-uniku produttur fis-suq domestiku u (ii) il-volum ta’ importazzjonijiet lejn is-suq ta’ l-Istati Uniti huwa allegatament limitat minħabba l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping fl-Istati Uniti fuq importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż mill-pajjiżi produtturi ewlenin fid-dinja. It-tieni, sostna li l-fatt li l-produttur mill-Istati Uniti li kkopera huwa kumpannija relatata ma’ wieħed mill-produtturi li għamlu l-ilment xeħet dubju fuq id-dipendibbiltà u r-rappreżentattività ta’ l-informazzjoni tiegħu dwar l-ispiża u l-prezz. It-tielet, ġie allegat li għandu jitqies li l-aċċess għall-materjali mhux ipproċessati huwa differenti fl-Istati Uniti, fejn ma kien hemm ebda provvisti domestiċi tal-materja prima ewlenija, il-manganiż mhux maħdum, u ċ-Ċina, fejn il-provvisti domestiċi huma disponibbli. Ir-raba’, ġie allegat li pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku aktar simili għal dak taċ-Ċina jikkostitwixxi pajjiż analogu aktar xieraq mill-Istati Uniti.

(50)

Il-produttur esportatur Ċiniż allega li l-Indja jew, it-tieni, l-Ukrajna, ikunu għażliet aktar xierqa għal pajjiż analogu, l-aktar minħabba li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tas-suq f’dawn il-pajjiżi jkunu aktar komparabbli mas-sitwazzjoni fiċ-Ċina. Bħala t-tielet għażla, ġie propost li l-valur normali għaċ-Ċina għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-data preżentata minn dawk il-produtturi Ċiniżi li jikkwalifikaw għall-MET. Fl-aħħar, jekk l-Istati Uniti jinżamm bħala pajjiż analogu, ġie allegat li għandhom isiru aġġustamenti għall-valur normali biex jitqiesu d-differenzi fl-aċċess għall-materjal prima u d-differenzi fl-infiq tal-produzzjoni minħabba spejjeż ogħla ta’ xogħol u ambjentali fl-Istati Uniti.

(51)

Il-kummenti li għamlu żewġ partijiet interessati oħrajn ma żidux fis-sustanza ma’ dawn il-kummenti msemmija hawn fuq li għamel il-produttur esportatur Ċiniż.

(52)

Dwar l-Indja, il-Kummissjoni kienet fittxet il-koperazzjoni mingħand bosta produtturi Indjani, iżda minkejja indikazzjonijiet inizjali pożittivi, fl-aħħar ma nkisbet ebda koperazzjoni. B’konsegwenza, l-Indja ma setgħetx tintuża bħala pajjiż analogu. Dwar l-Ukrajna, instabu livelli għoljin ta’ dumping fl-investigazzjoni għal dak il-pajjiż (ara l-premessa (87)). Skond il-prattika konsistenti, pajjiż li jwettaq dan it-tip ta’ dumping ma jitqiesx bħala pajjiż analogu xieraq. Dwar it-tielet proposta, jiġifieri biex il-valur normali għaċ-Ċina jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-data preżentata mill-produtturi Ċiniżi li jikkwalifikaw għal MET, huwa biżżejjed li wieħed jinnota li l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku jgħid b’mod speċifiku li għandu jintuża “pajjiż terz ta’ l-ekonomija tas-suq” u wkoll l-ebda mill-produtturi Ċiniżi ma nstab li jikkwalifika għal MET.

(53)

Ukoll, dwar l-oġġezzjonijiet speċfiċi magħmula dwar l-adegwatezza ta’ l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, għandu jiġi nnutat dan li ġej: dwar l-allegat nuqqas ta’ kompetizzjoni fis-suq lokali, kif diġà msemmi fil-premessa (48), l-investigazzjoni wriet li, minkejja li l-produttur ta’ l-Istati Uniti li kkopera huwa l-uniku produttur lokali, kien hemm importazzjonijiet sostanzjali ta’ siliko-manganiż lejn l-Istati Uniti. Tassew, l-importazzjonijiet matul l-IP kienu bosta drabi aktar meta mqabbla mal-volum ta’ bejgħ domestiku tal-produttur ta’ l-Istati Uniti li kkopera. F’dan ir-rigward huwa wkoll osservat li l-eżistenza tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ għall-prodott in kwistjoni ma tipprekludix l-għażla ta’ pajjiż partikolari bħala pajjiż analogu, għaliex l-iskop tal-miżuri anti-dumping huwa preċiżament biex iroddu l-kompetizzjoni ġusta fis-suq in kwistjoni.

(54)

Dwar l-allegazzjoni li r-relazzjoni bejn il-kumpannija ta’ l-Istati Uniti li kkoperat u produttur Ewropew tista’ taffettwa d-dipendibbiltà tad-data provduta, dawn l-allegazzjonijet ma kinux jikkoinċidu mas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni. Ma nstabet ebda indikazzjoni li r-relazzjoni kien se jkollha xi effett ta’ tgħawwiġ fuq il-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-profittabbbiltà tal-produttur ta’ l-Istati Uniti, u l-Kummissjoni ssodisfat ruħha dwar il-preċiżjoni u d-dipendibbiltà ta’ l-informazzjoni provduta għall-għanijiet ta’ din l-investigazzjoni.

(55)

Fl-aħħar, l-argumenti dwar l-aċċess għall-materjali mhux ipproċessati u d-differenzi fl-ispejjeż ġew meqjusa wkoll. Il-prezz tal-materja prima mhux ipproċessata (manganiż mhux maħdum) użat fil-produzzjoni ta’ siliko-manganiż mill-kumpannija ta’ l-Istati Uniti li kkoperat ġie mqabbel mal-prezzijiet li ħallsu l-kumpanniji Ċiniżi għall-manganiż mhux maħdum u ma nstabu ebda differenzi sinifikanti. Ukoll, huwa nnutat li l-produtturi Ċiniżi li kkoperaw importaw ukoll parti mir-rekwiżiti taghhom ta’ manganiż mhux maħdum. L-argument, kif ukoll it-talba għall-aġġustament, għalhekk ġew miċħuda.

(56)

Dwar fatturi oħrajn invokati, bħal-livell ta’ żvilupp ekonomiku jew l-ispejjeż ta’ xogħol u ambjentali, il-parti interessata naqset milli tissostanzja l-allegazzjoni tagħha biżżejjed, u dawn il-fatturi ma tqisux rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk l-Istati Uniti huwiex pajjiż analogu xieraq u lanqas biex jiġġustifikaw aġġustament għall-valur normali. Huwa wkoll osservat li minħabba li l-infiq u l-prezzijiet ġeneralment ma jitqisux bħala bażi vijabbli għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiżi li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, dan il-paragun huwa kontra l-iskop ta’ l-użu tal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(57)

Għar-raġunijiet fuq imsemmija, huwa konkluż li l-Istati Uniti jikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(58)

Wara l-għażla ta’ l-Istati Uniti bħala pajjiż analogu u skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi Ċiniżi li jesportaw, li l-ebda minnhom ma ngħata MET, ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni vverifikata li waslet mingħand l-uniku produttur ta’ l-Istati Uniti li kkopera.

(59)

Il-metodoloġija ġenerali deskritta fil-preamboli (35) sa (44) ġiet applikata għall-produttur li kkopera fil-pajjiż analogu. Minħabba li l-bejgħ domestiku ta’ SiMn mill-produttur ta’ l-Istati Uniti li kkopera ma seħħx fl-andament ordinarju tal-kummerċ matul l-IP, il-valur normali nbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-marġini tal-profitt użat biex jinbena l-valur normali ġie ddeterminat skond l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-marġini tal-profitt applikabbli għall-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti għall-produttur ta’ l-Istati Uniti. Intuża l-infiq għall-bejgħ, dak ġenerali u dak amministrattivi li għamel il-produttur ta’ l-Istati Uniti li kkopera fil-bejgħ domestiku kollu matul l-IP.

3.4.   Il-Każakstan

(60)

Il-metodoloġija ġenerali deskritta fil-preamboli (35) sa (44) ġiet applikata għall-uniku produttur li kkopera fil-Każakstan, li ngħata l-MET. Minħabba l-bejgħ domestiku limitat, il-valur normali kellu jinbena skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, instab li l-bejgħ domestiku tal-prodott simili minn Kazchrome ma kienx rappreżentattiv u li l-bejgħ domestiku ta’ dan il-produttur ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti ma kienx fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Għalhekk, l-ammonti għall-SG&A u għall-profitt użati biex jinbena l-valur normali kienu għall-bidu ibbażati, skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, fuq il-medja bil-piż differenzjat ta’ dawn l-ammonti miksuba mill-produtturi Ukraini li kkoperaw fil-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott simili. Sussegwentement għal għoti ta’ tagħrif definittiv, il-produttur esportatur argumenta li metodoloġija użata biex ikun determinat l-SG&A u l-profitt ma kinetx xierqa fid-dawl tal-fatt li nstab dumping sinifikattiv għall-produtturi esportaturi Ukraini li kkoperaw. Bħala alternattiva, il-produttur esportatur Każakstani ddikjara li għandhom jintużaw l-ammonti għall-SG&A u l-profitt stabbiliti fil-pajjiż analogu. Wara dawn il-kummenti, kien tassew ikkunsidrat li ma kienx jixraq li jintużaw profitti mill-produttur Ukraini f’dawn iċ-ċirkustanzi. Kien għalhekk eżaminat mill-ġdid skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku li fuq il-bażi tiegħu setgħu jkunu stabbiliti l-ammonti għall-SG&A u l-profitt. F’dan ir-rigward, kien analizzat jekk tistax tintuza xi data dwar l-SG&A u l-profitt tal-kumpannija relatata għal SiMn biex ikun stabbilit l-ammont relevanti. Billi l-kumpannija hija attrezzata biex topera skond kundizzjonijiet tas-suq u sabiex tkun riflessa b’mod kemm jista' jkun preċiż is-sitwazzjoni tas-suq domestiku tal-kumpannija Każakstana, kien deċiż li l-medja bil-piż differenzjat ta’ l-SG&A u l-profitt miksuba fuq il-bejgħ domestiku tagħha ta’ SiMn lil klijenti mhux relatata u relatati għandha tintuża skond id-daħla ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolamenti bażiku. F’dan ir-rigward, għandu jkun innutat li l-SG&A u l-profitt li saru fil-bejgħ domestiku tagħha lil klijenti mhux relatati u relatati kienu kważi f’livelli identiċi, u hekk juru la l-SG&A u lanqas il-profitt li saru fil-bejgħ lil klijenti relatati domestiċi ma huma effettwati bir-relazzjoni. Aktar minn hekk, il-bejgħ domestiku nstab li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ u f’livell sinikattiv raġjonevoli (2.8 % tal-volum ta’ esportazzjoni ta’ SiMn lill-Komunità). Billi d-daħla ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku tipprijoratizza l-użu ta’ l-SG&A u l-profitt ta’ kumpannija nnifisha li jkun sar fuq il-bejgħ domestiku fil-andament ordinarju tal-kummerċ, il-klejm li jsir rikors għal data miksuba mill-produttur fil-pajjiż analogu hija għalhekk irrifjutata.

3.5.   L-Ukrajna

(61)

Il-metodoloġija ġenerali deskritta fil-preamboli (35) sa (44) hawn fuq ġiet applikata għat-tliet prodotturi li jesportaw fl-Ukrajna. Għall-parti l-kbira tal-bejgħ, il-valur normali kellu jinbena minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ domestiku suffiċjenti ta’ mudelli komparabbli. Skond l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku, l-ammonti ta’ l-infiq tal-bejgħ, dak ġenerali u dak amministrattiv u tal-profitti wżati biex jinbena l-valur normali ġew ibbażati fuq id-data attwali tal-kumpanniji dwar il-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti.

4.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(62)

Il-produtturi esportaturi għamlu l-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità direttament lil xerrejja indipendenti jew permezz ta’ kumpanniji kummerċjali relatati jew mhux relatati li kienu jinsabu barra mill-Komunità.

(63)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ xerrejja indipendenti fil-Komunità jew permezz ta’ kumpanniji kummerċjali mhux relatati li kienu jinsabu barra mill-Komunità, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli għall-prodott konċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(64)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ kumpanniji kummerċjali relatati li kienu jinsabu f’pajjiż terz, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati nbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti fil-Komunità.

4.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(65)

Ladarba ebda mill-produtturi Ċiniżi li jesportaw u li kkoperaw ma ngħata MET/IT, id-data dwar il-bejgħ mill-esportazzjoni tagħhom ma ntużatx biex jiġu stabbiliti marġini individwali ta’ dumping iżda ntużat biss fil-kalkolu tad-dazu tul il-pajjiż kollu, kif elaborat fil-premessa (79) hawn taħt.

(66)

It-tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi li kkoperaw fiċ-Ċina għamlu l-bejgħ kollu mill-esportazzjoni lejn il-Komunità direttament lil xerrejja indipendenti fil-Komunità. Għalhekk il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli għall-prodott konċernat.

4.2.   Il-Każakstan

(67)

L-uniku produttur esportatur li kkopera wettaq esportazzjonijiet tal-prodott konċernat lejn il-Komunità permezz ta’ kumpannija kummerċjali relatata li kienet tinsab f’pajjiż terz. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni ta’ din il-kumpannija għalhekk ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati nbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti fil-Komunità.

4.3.   L-Ukrajna

(68)

Żewġ produtturi esportaturi fl-Ukrajna wettqu esportazzjonijiet lejn il-Komunità permezz ta’ kumpanniji kummerċjali mhux relatati li kienu jinsabu barra mill-Komunità u t-tielet produttur Ukrain li jesporta għamel ftit mill-bejgħ tiegħu tal-prodott konċernat lejn il-Komunità lil kumpannija kummerċjali fl-Ukrajna għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Fiż-żewġ każijiet, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli għall-prodott konċernat meta nbiegħu lill-kumpannija kummerċjali għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(69)

Xi ftit mill-bejgħ tat-tielet produttur esportatur saru permezz ta’ katina ta’ kumpanniji relatati u fl-aħħar mill-aħħar minn negozjat relatat f’pajjiż terz. F’dawn il-każijiet, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ din il-kumpannija relatata lil xerrejja indipendenti fil-Komunità.

5.   Paragun

(70)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew ipparagunati fuq bażi ex fabbrika u fl-istess livell ta’ kummerċ. Biex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, tqiesu b’mod xieraq fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(71)

Fuq din il-bażi, għall-produtturi kollha li jesportaw mill-Każakstan u mill-Ukrajna, ingħataw aġġustamenti għad-differenzi fil-livelli tal-kummerċ, fl-ispejjeż tat-trasport u ta’ l-assikurazzjoni, fl-ispejjeż ta’ l-immaniġġjar, tat-tagħbija u dawk anċillari, fl-ispejjeż ta’ l-imballaġġ, fl-ispejjeż tal-kreditu u fl-ispejjeż ta’ wara l-bejgħ (garanzija) fejn applikabbli u fejn kien iġġustifikat.

(72)

L-SG&A użat biex jinbena l-valur normali għall-produttur esportatur Każakstani skond il-metodoloġija mniżżla fil-premessa (60) hawn fuq, inkludiet spejjeż għal merkanzija domestika u l-assikurazzjoni. Għalhekk, għalkemm ma saret ebda klejm f’dan ir-rigward, saru aġġustamenti ex officio għall-valur normali skond l-Artikolu 2(10)(e) biex jitnaqqas l-SG&A bl-ammont ta’ l-ispejjeż li jkunu saru fuq il-merkanzija domestika u l-assikurazzjoni.

(73)

L-uniku produttur esportatur li kkopera fil-Każakstan, Kazchrome, ippreżenta li, flimkien man-negozjant relatat li kien jinsab fl-Iżvizzera, ENRC, kien jiffirma dak li sejjaħ “entità ekonomika waħdanija”. Għalhekk allega li, filwaqt li l-prezz tal-bejgħ tan-negozjant għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-prezz ta’ l-esportazzjoni, ma kellhom isiru ebda aġġustamenti għall-ispejjeż ta’ l-esportazzjoni, l-ispejjeż SG&A u l-profitt tan-negozjant.

(74)

L-allegazzjoni ġiet debitament iġġustifikata. Instab li ENRC u Kazchrome, għalkemm kienu partijiet relatati, kienu entitajiet legali separati. Barra minn dan, dawn iż-żewġ entitajiet kienu qed jaġixxu fuq bażi ta’ relazzjoni ta’ xerrej-bejjiegħ. Għalhekk ġie konkluż li, fil-fluss tal-bejgħ ta’ Kazchrome lejn il-Komunità, ENRC kellha funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Ukoll, ġie stabbilit li, filwaqt li l-bejgħ Komunitarju kollu ta’ Kazchrome sar permezz ta’ ENRC, dan in-negozjant ma kienx parti fil-mezz ta’ bejgħ domestiku ta’ Kazchrome. Barra minn hekk, ġie konkluż li l-aġġustament tal-prezz ta’ l-esportazzjoni għandu wkoll ikopri l-ispejjeż tat-trasport lil hinn mill-fabbrika, filwaqt li jitqiesu termini differenti ta’ bejgħ, biex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-prezz ta’ l-esportazzjoni u l-valur normali fuq livell ex fabbrika.

(75)

Għalhekk, it-talba kellha tiġi miċħuda u saru aġġustamenti għall-prezz ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku u għat-trasport skond l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku. Il-livell tal-kummissjoni ġie kkalkolat skond l-evidenza diretta li tindika l-eżistenza ta’ dawn il-funzjonijiet. F’dan il-kuntest, fil-kalkolu tal-kummissjoni, ġew meqjusa l-ispejjeż SG&A li għamlet l-ENRC biex tbiegħ il-prodott konċernat minn Kazchrome, kif ukoll marġini ta’ profitt għal ENRC, ibbażat, f’dan il-każ, fuq dak irrapportat minn importatur mhux relatat li kkopera fl-investigazzjoni.

(76)

Għall-produttur mill-Ukrajna li fl-aħħar kien ibiegħ permezz ta’ negozjant relatat f’pajjiż terz (ara l-premessa (69)), sar aġġustament għall-prezz ta’ l-esportazzjoni għal kummissjoni skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, fil-każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ dan in-negozjant relatat, għaliex dan in-negozjant kellu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Il-kumpannija konċernata, NFP, u n-negozjant relatat in kwistjoni, Steelex SA, instabu li kienu entitajiet legali separati u, direttament jew indirettament, kienu jaħdmu fuq il-bażi ta’ relazzjoni xerrej – bejjiegħ. Barra minn dan, għall-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità permezz ta’ Steelex SA tħallset kummissjoni. Il-livell tal-kummissjoni kkalkolata mill-istituzzjonijiet Komunitarji kienet ibbażata fuq evidenza diretta li indikat l-eżistenza ta’ dawn il-funzjonijiet. F’dan il-kuntest, l-infiq ta’ SG&A li għamlet Steelex SA biex tbigħ il-prodott konċernat prodott minn NFP ġew meqjusa, kif ukoll marġini ta’ profitt irrapportat minn importatur mhux relatat li kkopera fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, NFP għamlet parti mill-bejgħ tagħha lejn il-Komunità minn Steelex SA permezz ta’ negozjant mhux relatat li kien jinsab f’pajjiż terz ieħor. Għal dan il-bejgħ, minbarra l-kummissjoni għal Steelex SA, instab raġonevoli li jsir aġġustament għal kummissjoni għan-negozjant mhux relatat skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għaliex dan in-negozjant kellu wkoll funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Il-kummissjoni ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-qligħ ikkalkolat fuq il-bejgħ in kwistjoni.

(77)

Produttur wieħed li jesporta mill-Ukrajna talab aġġustament għall-konverżjonijiet tal-munita, skond l-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku. Din it-talba kienet ibbażata fuq it-tibdiliet bejn ir-rata ta’ skambju fid-data tal-fattura u r-rata ta’ skambju fid-data fid-data tal-ħlas. F’dan ir-rigward huwa importanti li jiġi ssottolineat li d-data tal-fattura hija, skond l-Artikolu 2(10)(j) tar-Regolament bażiku, meqjusa li tkun id-data tal-bejgħ u r-rata ta’ l-iskambju li għandha tiġi applikata għalhekk għandha tkun ir-rata ta’ l-iskambju li tipprevali fid-data tal-bejgħ. Għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda.

6.   Il-marġni tad-dumping

6.1.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(78)

Fin-nuqqas li jingħata MET jew IT lil ebda mit-tliet produtturi Ċiniżi li jesportaw li kkoperaw, ġie kkalkolat marġini tad-dumping għaċ-Ċina kollha bl-użu ta’ fattur ta’ tagħbija għall-valur CIF ta’ kull grupp ta’ esportaturi, jiġifieri dawk li kkoperaw u dawk li ma kkoperawx.

(79)

Għal dan il-fin, il-marġini tad-dumping ġie l-ewwel ikkalkulat għall-produtturi Ċiniżi li jesportaw li kkoperaw l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, fuq bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju bil-piż differenzjat tal-pajjiż analogu skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz ta’ l-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat skond it-tip ta’ prodott kif stabbilit hawn fuq.

(80)

Għandu jiġi osservat li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkonsistew kemm minn SiMn b’kontenut normali ta’ karbonju, kif ukoll minn SiMn bil-karbonju baxx. Iżda l-produttur li kkopera fil-pajjiż analogu pproduċa biss SiMn b’kontenut normali ta’ karbonju. Għalhekk intużat biss id-data li tikkonċerna dan it-tip ta’ prodott komuni fil-paragun.

(81)

It-tieni, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għall-produtturi esportaturi kollha li ma kkoperawx fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku.

(82)

Biex jiġi ddeterminat il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx, l-ewwel ġie stabbilit il-livell ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni. Għal dan il-fin, il-volum ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità rrapportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw ġie mqabbel mal-volum totali ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina, kif ibbażat fuq l-istatistika dwar l-importazzjoni ta’ l-Eurostat. Dan it-tqabbil jindika li l-livell ta’ koperazzjoni kien baxx, ladarba l-esportazzjoni mill-produtturi li kkoperaw irrappreżenta inqas minn 29 % ta’ l-importazzjonijiet totali lejn il-Komunità miċ-Ċina matul l-IP.

(83)

Għalhekk, il-livell ta’ dumping għall-volumi ta’ l-esportazzjoni ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li ma koperawx ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ l-ogħla marġini ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkoperaw għall-SiMn ta’ kontenut normali ta’ karbonju. Din l-istrateġija tqieset xierqa ladarba ma kien hemm ebda indikazzjoni li xi produttur li ma kkoperax kien qed iwettaq dumping f’livell aktar baxx mill-produtturi esportaturi li kkoperaw. Għalhekk, marġini tad-dumping medju għall-pajjiż kollu ġie kkalkulat bl-użu, bħala fattur ta’ tagħbija, il-valur CIF ta’ kull grupp ta’ esportaturi, jiġifieri l-esportaturi li kkoperaw u l-esportaturi li ma kkoperawx. Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping għall-pajjiż kollu, espress bħala perċentwal tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, mingħajr dazju mħallas, huwa ta’ 60.1 %.

6.2.   Il-Każakstan

(84)

Fuq bażi ta’ l-ilment, l-informazzjoni disponibbli mill-produttur esportatur li resaq u minn data statistikali oħra deher li OJSC Kazchrome huwa l-uniku produttur esportatur mill-Każakstan ta’ siliko-manganiż. Ladarba ma nstabu ebda indikazzjonijiet li xi produttur esportatur b’mod deliberat astjena milli jikkopera tqies xieraq li jiġi stabbilit il-marġini tad-dumping residwali fl-istess livell stabbilit għal OJSC Kazchrome.

(85)

Il-marġni tad-dumping stabbiliti, espressi bħala perċentwal tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, mingħajr dazju mħallas, għalhekk huma dawn li ġejjin:

OJSC Kazchrome: 6.5 %;

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha: 6.5 %.

6.3.   L-Ukrajna

(86)

Fuq bażi ta’ l-ilment, l-informazzjoni disponibbli mill-produtturi esportaturi li resqu u minn data statistikali oħra, ġie konkluż li l-livell ta’ koperazzjoni kien ogħla minn 80 % fil-każ ta’ l-Ukrajna. Għalhekk, ġie meqjus xieraq li l-marġini ta’ dumping residwali jiġi stabbilit fuq il-livell ta’ l-ogħla marġini tad-dumping stabbilit għal produttur esportatur li kkopera fil-pajjiż konċernat.

(87)

Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, mingħajr dazju mħallas, għalhekk huma dawn li ġejjin:

PJSC Nikopol Ferroalloys Plant: 39.1 %;

JSC Stakhanov Ferroalloys Plant: 53.4 %;

OJSC Zaporozhye Ferroalloys Plant: 56.7 %;

Il-kumpanniji l-oħrajn kollha: 56.7 %.

D.   IL-ĦSARA

1.   Ġenerali

(88)

Fl-1998, ġew imposti miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ SiMn li joriġinaw fiċ-Ċina u fl-Ukrajna (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 495/98 (3)). Dawk il-miżuri skadew fil-bidu ta’ Marzu 2003. Għalhekk, fil-parti bikrija tal-perjodu meqjus kien hemm miżuri fis-seħħ dwar l-importazzjoni miż-zewġ pajjiżi konċernati. Dan il-fatt ġie meqjus meta saret l-analiżi tal-ħsara. Kif indikat fil-premessa (118) hawn taħt, l-evoluzzjoni fir-rigward tal-profittabbiltà tindika b’mod ċar li t-tneħħija tal-miżuri anti-dumping f’Marzu 2003 ma influwenzatx b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu ta’ wara. Għalhekk huwa konkluż li, kontra dak li allegaw xi partijiet interessati, is-sena 2002 tista’ titqies bħala l-bażi għall-kalkolu ta’ l-indiċijiet imsemmija fil-preamboli (93) sa (141).

(89)

L-SiMn huwa materja prima ewlenija wżata għall-produzzjoni ta’ l-azzar. Kien hemm żieda sinifikanti fid-domanda għall-azzar mad-dinja kollha, iżda l-aktar fl-Asja, li bdiet lejn l-aħħar ta’ l-2003 u kompliet matul l-ewwel nofs ta’ l-2004. Dan, flimkien man-nuqqasijiet ta’ produzzjoni ta’ SiMn fl-Asja rriżultaw f’domanda dinjija akbar għall-SiMn, u wasslu għal żieda fil-prezz matul l-2004 bħal qatt qabel. Meta saret l-analiżi tal-ħsara, ittieħed kont ta’ dawn iċ-ċirkostanzi mhux tas-soltu, biex jiġi żgurat li ma jaffettwawx aktar minn tant l-istampa tal-ħsara.

2.   Il-produzzjoni Komunitarja u l-industrija Komunitarja

(90)

Fil-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn ħames produtturi. Il-produzzjoni ta’ dawn il-ħames produtturi Komunitarji għalhekk jitqies li jikkostitwixxu l-produzzjoni Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(91)

Minn dawn il-ħames produtturi, li huma membri ta’ l-assoċjazzjoni li għamlet l-ilment, iddikjaraw l-interess tagħhom biex jikkoperaw fil-proċediment fit-terminu stabbilit fl-avviż tal-bidu. Dawn l-erba’ produtturi instabu li huma responsabbli għall-proporzjon il-kbira, f’dan il-każ madwar 88 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. L-erba’ produtturi li kkoperaw għalhekk jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem jissejħu “l-industrija Komunitarja”. Il-produttur Komunitarju l-ieħor minn hawn ‘il quddiem jissejjaħ bħala “l-produttur Komunitarju l-ieħor”. Dan il-produttur Komunitarju l-ieħor ma opponiex l-ilment.

3.   Il-konsum Komunitarju

(92)

Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja stess billi ngħata kas tal-bidliet fil-livelli ta’ l-istokks, id-data dwar il-volumi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni għas-suq Komunitarju miksuba minn Eurostat u, dwar il-produttur Komunitarju l-ieħor, minn stimi magħmula mill-produtturi fl-industrija Komunitarja.

(93)

Matul l-IP, is-suq Komunitarju għall-prodott konċernat u l-prodott simili kien madwar 9 % ogħla milli fl-2002, jiġifieri madwar 914 000 tunnellata. Matul il-perjodu meqjus, il-konsum żdied sa punt massimu fl-2004, meta kien 14 % ogħla milli fl-2002, iżda waqa’ fis-snin ta’ wara.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Konsum totali tal-KE (tunnellati)

836 613

872 083

962 021

923 028

903 550

Indiċi (2002=100)

100

104

115

110

108

4.   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

(a)   L-istima akkumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

(94)

Il-Kummissjoni qieset jekk l-effett ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati għandux jiġi evalwat b’mod kumulattiv jew le skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(95)

Il-marġini tad-dumping misjub għal kull wieħed mill-pajjiżi konċernati kien ogħla minn de minimis, il-volum ta’ l-importazzjonijiet minn kull wieħed minn dawn il-pajjiżi mhux negliġibbli u l-istima akkumulattiva ma setgħetx titqies xierqa minħabba l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati u l-prodott simili Komunitarju. Dawn il-kundizzjonijiet simili tal-kompetizzjoni kienu evidenzjati mill-fatt li l-prodott konċernat importat mill-pajjiżi konċernati u l-prodott simili prodott u mibjugħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komuintarju kienu jixxiebħu u kienu jitqassmu permezz ta’ l-istess mezzi kummerċjali. Barra minn dan, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet kollha kienu sostanzjali u rriżultaw f’ishma tas-suq sinifikanti. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ prezzijiiet inqas mill-prezz ta’ l-industrija (undercutting) mill-importazzjonijiet mill-Ukrajna kif jintqal fil-premessa (104), huwa meqjus li l-effett ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna għandu jiġi evalwat separatament.

(96)

Il-produttur esportatur mill-Każakstan irritjena li l-Każakstan ma għandhiex tiġi akkumulata maċ-Ċina għall-għanijiet ta’ l-istima tal-ħsara, minħabba l-imġiba tagħha dijametrikament differenti tas-suq. Dan il-produttur esportatur argumenta inter alia li l-evoluzzjoni tal-volumi ta’ l-importazzjonijiet mill-Każakstan, il-valuri u s-sehem tas-suq għall-Komunità kienu differenti mill-pajjiżi l-oħrajn konċernati u li kien hemm differenza fit-taħlita tal-prodott. Dwar dan, huwa rikonoxxut li matul il-perjodu meqjus kien hemm tnaqqis ġenerali fil-volumi ta’ l-importazzjoni u fis-sehem tas-suq fir-rigward tal-Każakstan (dan ta’ l-aħħar kien 5.8 % fl-2002 u 4.6 % matul l-IP). Iżda kemm il-volum kif ukoll is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Każakstan matul il-perjodu meqjus kienu relattivament stabbli u kienu f’livelli li ma jistgħux jitqiesu insinifikanti. Barra minn dan, l-investigazzjoni wriet li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet mill-Każakstan mhuwiex differenti b’mod sinifikanti minn dak għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati l-oħrajn. Għalhekk, anki fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet fil-premessi ma jistax ikunkonkluż li hemm imġiba tas-suq diametrikament differenti bejn l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Każakstan u konsegwentament il-klejm għandha tiġi miċħuda.

(97)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie meqjus li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ntlaħqu fir-rigward taċ-Ċina u l-Każakstan. L-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi konċernati għalhekk ġew eżaminati b’mod kumulattiv, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ġew evalwati separatament.

(b)   Il-volum

(98)

Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat miċ-Ċina u mill-Każakstan lejn il-Komunità żdiedu b’rata stabbli minn madwar 48 000 tunnellata fl-2002 sa madwar 162 000 tunnellata fl-2004, qabel ma naqsu għal madwar 96 000 tunnellata matul l-IP. Bejn l-2002 u l-IP, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdiedu b’99 %.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan (tunnellati)

48 091

66 509

162 227

142 993

95 491

Indiċi (2002=100)

100

138

337

297

199

Sehem mis-suq ta’ l- importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan

5,7  %

7,6  %

16,9  %

15,5  %

10,6  %

Prezz ta’ l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan (EUR/tunnellati)

462

464

829

689

564

Indiċi (2002=100)

100

101

179

149

122

(99)

Il-volumi ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat mill-Ukrajna lejn il-Komunità naqsu xi ftit minn madwar 154 000 tunnellata fl-2002 għal madwar 138 000 tunnellata fl-2003 u 2004, qabel ma naqsu għal madwar 180 000 tunnellata matul l-2005 u għal madwar 210 000 tunnellata matul l-IP. Bejn l-2002 u l-IP, il-volum ta’ l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdied b’36 %.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Ukrajna

(tunnellati)

154 391

137 683

137 514

179 993

210 302

Indiċi (2002=100)

100

89

89

117

136

Sehem mis-suq ta’ l- importazzjonijiet mill-Ukrajna

18,5  %

15,8  %

14,3  %

19,5  %

23,3  %

Prezz ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukraine

(EUR/tonne)

508

490

912

602

550

Indiċi (2002=100)

100

97

180

118

108

(c)   Is-sehem mis-suq

(100)

Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan kien ta’ 5.8 % matul l-2002. Dan żdied fl-2003 u wkoll fl-2004, fejn laħaq is-17.0 % f’dik is-sena. Matul l-2005 is-sehem mis-suq naqas ftit għal 15.5 % u reġa’ naqas matul l-IP għal 10.4 %. Fuq kollox, bejn l-2002 u l-IP, is-sehem mis-suq żdied b’4.6 punti perċentwali għal kważi d-doppju ta’ dak is-sehem mis-suq fl-2002.

(101)

Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna kien ta’ 18.5 % matul l-2002. Dan naqas fl-2003 kif ukoll fl-2004, fejn laħaq l-14.4 % f’dik is-sena. Matul l-2005 is-sehem mis-suq żdied għal 19.5 % u reġa' żdied matul l-IP għal 23.0 %. Fuq kollox, bejn l-2002 u l-IP, is-sehem mis-suq żdied b’4.5 punti perċentwali.

(d)   Il-prezzijiet

(i)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(102)

Matul l-2004, il-prezzijiet għall-SiMn żdiedu fid-dinja kollha għal livell eċċezzjonali minħabba sitwazzjoni ta’ domanda akbar mis-soltu u ta’ provvista baxxa aktar mis-soltu, kif spjegat fil-premessa (89). Dan huwa rifless fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati għal dik is-sena u għall-2005. Iżda dan ma affettwax il-prezzijiet matul l-IP. B’mod ġenerali, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fiċ-Ċina u fil-Każakstan żdied bi 22 % bejn l-2002 u l-IP, filwaqt li l-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina fl-Ukrajna żdied bi 8 % fl-istess perjodu.

(ii)   Il-bejgħ bi prezzijiet irħas (Price undercutting)

(103)

Sar paragun tal-prezzijiet minn mudell għall-ieħor bejn il-prezzijiet tal-produttur esportatur u l-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fil-Komunità. Ghal dan l-iskop, il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja lill-klijenti indipendenti ġew imqabbla mal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkoperaw tal-pajjiżi konċernati. Fejn meħtieġ ġew applikati l-aġġustamenti biex jitqiesu d-differenzi fil-livell tal-kummerċ u fil-kwalità tal-prodotti.

(104)

Il-paragun wera li matul l-IP, SiMn li joriġina miċ-Ċina u l-Każakstan mibjugħ fil-Komunità kull wieħed kien bi prezz aktar baxx mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’0.5 % u konsegwentement b'4.5 % b’mod ġenerali fuq il-bażi tal-medja bil-piż differenzjat. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna kienu fuq livelli komparabbli bħal dawk ta’ l-industrija Komunitarja (jiġifieri ebda bejgħ bi prezz aktar baxx).

(105)

Bil-ħsieb li jkun assigurat li fil-kalkolu tat-tqaċċit il-prezzijiet kienu mqabbla fl-istess livell ta’ kummerċ, prezzijiet ex fabbrika ta’ l-industrija tal-Komunità kienu mqabbla ma’ prezzijiet ta’ oġġetti importati hekk kif daħlu fit-territorju fiżiku tal-Komunità, aġġustat sew għall-ispejjeż tal-ħatt u r-rilaxx tad-dwana. Parti interessata kkontestat il-metodoloġija użata fir-rigward tal-kumpannija Kazakastana, billi qalet li l-bażi għall-kalkolu tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet għandu jkun il-prezz CIF fil-mument tar-rilaxx tad-dwana fil-portijiet ta’ l-UE, u mhux il-prezz ta’ l-oġġetti importati hekk kif jidħlu fit-territorju fiżiku tal-Komunità (f’dan il-każ il-fruntiera fuq l-art fil-Litwanja). Ma kien ippreżentat ebda argument konvinċenti li seta’ jappoġġja l-ħtieġa li jkun applikat metodu differenti ta’ kalkolu għal din il-kumpannija. Għall-kuntrarju, għandu jkun innutat li l-prezzijiet CIF fil-mument ta’ rilaxx tad-dwana ta’ importazzjonijiet Kazakastani jinkludu ammont sinifikanti ta’ spejjeż tat-trasport wara li l-oġġetti jkunu għaddew mill-fruntiera tal-Komunità fil-Litwanja u li jitqabblu mal-prezzijiet ex fabbrika ta’ l-industrija tal-Komunità jkun diskriminatorju għal din l-aħħar, billi l-prezzijiet ex fabbrika ma jinkludu ebda spiża ta’ trasport. Għalhekk, huwa konkluż li l-metodoloġija applikata hija l-aktar waħda xierqa u konsegwentement il-klejm ġiet rifjutata.

5.   Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(106)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi Komunitarji kollha li għandhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

(a)   Il-Produzzjoni

(107)

Minn livell ta’ madwar 241 000 tunnellata fl-2002, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet għal massimu matul l-2004 ta’ madwar 255 000 tunnellata, minħabba domanda eċċezzjonali kif spjegat fil-premessa (89), qabel ma naqset fl-2005 u żdiedet xi ftit matul l-IP. B’mod ġenerali, il-produzzjoni naqset fil-perjodu meqjus b’6 % għal madwar 226 000 tunnellata matul l-IP. Għandu jiġi nnutat li l-produttur Komunitarju waqqaf il-produzzjoni ta’ SiMn matul l-2003 u għall-parti l-kbira ta’ l-IP.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Produzzjoni (tunnellati)

241 784

220 073

255 671

221 402

226 142

Indiċi (2002=100)

100

91

106

92

94

(b)   Il-kapaċità u r-rati ta’ l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

(108)

Il-kapaċità għall-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja baqgħet stabbli, f’livell ta’ madwar 325 000 tunnellata, matul il-perjodu meqjus kollu

 

2002

2003

2004

2005

IP

Kapaċitá tal-produzzjoni (tunnellati)

325 226

325 537

325 254

326 068

326 696

Indiċi (2002=100)

100

100

100

100

100

Utilizzazzjoni tal-kapaċitá

74  %

68  %

79  %

68  %

69  %

Indiċi (2002=100)

100

91

106

91

93

(109)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet 74 % fl-2002. Naqset għal 68 % fl-2003, reġgħet żdiedet għal 79 % fl-2004, u mbagħad naqset għal 69 % fl-IP. Dan jirrefletti l-varjazzjonijiet fil-volumi ta’ produzzjoni kif deskritt fil-premessa (107).

(c)   Il-ħażniet

(110)

Il-livell ta’ ħażniet ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’45 % fl-2003, iżda reġa’ lura fl-2004 għal kważi l-istess livell bħall-2002. It-tnaqqis kbir fil-ħażniet fl-2003 kien minħabba r-reazzjoni għaż-żieda eċċezzjonali fid-domanda msemmija fil-premessa (89). Il-ħażniet fl-għeluq imbagħad żdiedu fl-2005 bi 22 % u mbagħad naqsu b’mod sinifikanti fl-IP għal livell ta’ 30 % aktar baxx mil-livelli fl-2002. Dan it-tnaqqis ġenerali fil-ħażniet fl-għeluq huwa responsabbli għall-fatt li l-volum ta’ bejgħ fil-KE ta’ l-industrija Komunitarja baqa’ ġeneralment stabbli (ara l-premessa (111)), minkejja t-tnaqqis fil-produzzjoni kif deskritt fil-premessa (107).

 

2002

2003

2004

2005

IP

Ħażniet ta’ l-għeluq (tunnellati)

21 017

11 561

20 983

25 682

14 618

Indiċi (2002=100)

100

55

100

122

70

(d)   Il-volumi ta’ bejgħ

(111)

Il-volum ta’ bejgħ mill-industrija Komunitarja tal-produzzjoni tagħha stess lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju matul l-IP kien ta’ madwar 227 000 tunnellata, l-istess bħal fl-2002. Iżda l-volumi ta’ bejgħ fl-2003 u fl-2005 kienu 6 % u 8 % aktar baxxi, rispettivament. Fl-2004, il-volum ta’ bejgħ kien ogħla, ta’ 4 % tal-livell fl-2002 u fl-IP għar-raġunijiet diġà spjegati fil-premessa (89).

 

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ bejgħ fil-KE lill-konsumaturi (tunnellati)

227 571

213 778

236 494

208 687

227 690

Indiċi (2002=100)

100

94

104

92

100

(e)   Is-sehem mis-suq

(112)

Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas minn 28,9 % fl-2002 sa 24,2 % fl-2003, u mbagħad irkupra għal 24,8 % fl-2004. Fl-2005, is-sehem mis-suq reġa’ naqas għal 22,6 %. Matul l-IP, ikrupra xi ftit għal 24,9 %. Matul il-perjodu meqjus, l-industrija Komunitarja tilfet 2,3 punti perċentwali ta’ sehem tas-suq.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja

28,9  %

25,2  %

26,6  %

24,0  %

25,0  %

Indiċi (2002=100)

100

87

92

83

87

(f)   It-tkabbir

(113)

Bejn l-2002 u l-IP, meta l-konsum komunitarju żdied bi 9 punti perċentwali, il-volumi ta’ bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju ma żdiedx, u s-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi 2.3 punti perċentwali. Min-naħa l-oħra, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq taċ- Ċina u ta’ l-Ukrajna żdiedu tul l-istess perjodu. Għalhekk huwa konkluż li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika minn tkabbir fis-suq Komunitarju.

(g)   L-impjiegi

(114)

Il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja l-ewwel naqas bi 32 % bejn l-2002 u l-2003, żdiedet bi 27 punti perċentwali fl-2004, u mbagħad naqas bi 13-il punt perċentwali fl-2005 u 26 punt perċentwali fl-IP. Matul il-perjodu meqjus, il-volum tal-produzzjoni baqa’ relattivament stabbli, u varja bejn 91 % u 106 % tal-livell ta’ l-2002. Iżda għal produttur wieħed li waqqaf il-produzzjoni ta’ SiMn fl-IP, kif imsemmi fil-premessa (107), il-varjazzjoni fil-volumi ta’ produzzjoni matul il-perjodu meqjus kienet aktar pronunzjata u l-varjazzjoni fl-impjiegi jirrifletti dan. B’mod ġenerali, l-impjiegi fl-industrija Komunitarja naqsu bi 44 % bejn l-2002 u l-IP, jiġifieri minn madwar 700 persuna għal madwar 400 persuna. Dan juri li l-industrija Komunitarja tjiebet l-effiċjenza ladarba, fl-istess ħin, il-volumi tal-produzzjoni naqsu biss b’6 %.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Impjiegi (persuni)

702

475

668

577

391

Indiċi (2002=100)

100

68

95

82

56

(h)   Il-produttività

(115)

Il-produttività tal-ħaddiema Komunitarji, mkejla f’riżultat (tunnellati) għal kull impjegat fis-sena, li tibda minn livell ta’ 344 tunnellata għal kull impjegat, żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat, ħlief fl-2004, u matul l-IP kienet fuq livell ta’ 68 % ogħla mill-2002. Dan jirrifletti l-fatt li l-impjiegi naqsu b’44 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-produzzjoni naqset biss b’6 %. Iż-żieda fil-produttività hija parzjalment dovuta għall-fatt li t-tnaqqis fl-impjiegi kien ogħla għal dawk il-produtturi Komunitarji fejn il-produttività għall-ewwel kienet relativament baxxa.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Produttivitá (tunnellati għal kull impjegat)

344

463

383

384

578

Indiċi (2002=100)

100

135

111

111

168

(i)   Il-pagi

(116)

Il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b’26 % bejn l-2002 u l-2003, baqgħet fuq livell simili matul l-2004 u mbagħad reġgħet żdiedet fl-2005 u fl-IP biex kien 77 % ogħla milli fl-2002. Iż-żieda fin-nefqa medja fil-pagi hija parzjalment dovuta għall-fatt li t-tnaqqis fl-impjiegi kien ogħla għal dawk il-produtturi Komunitarji fejn il-paga medja kienet għall-ewwel relattivament baxxa.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Nefqa fl-impjiegi totali għal kull impjegat (EUR)

17 602

22 102

21 636

22 459

31 092

Indiċi (2002=100)

100

126

123

128

177

(j)   Il-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(117)

Il-prezzijiet għal kull unit għall-bejgħ Komunitarju lil klijenti indipendenti żdiedu fuq kollox b’14 % bejn l-2002 u l-IP. Fl-2004 il-prezzijiet kienu eċċezzjonalment għoljin minħabba s-sitwazzjoni dinjija ta’ domanda akbar min-normal u provvista aktar baxxa min-normal imsemmija fil-premessa (89). L-effett ta’ din is-sitwazzjoni kompla parzjalment matul l-2005 meta l-prezzijiet reġgħu lura għal livelli aktar normali, iżda matul l-IP 14 % kienu ogħla milli fl-2002.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Prezz ta’ l-unità fis-suq tal-KE (EUR/tunnellata)

521

526

928

640

593

Indiċi (2002=100)

100

101

178

123

114

(k)   Il-profittabbiltà u d-dħul lura fuq l-investimenti

(118)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili, espressa bħala perċentwal ta’ bejgħ nett, żdiedet minn 0,8 % fl-2002 sa 3,1 % fl-2003, żdiedet b’mod eċċezzjonali għal 37,2 % fl-2004 minħabba s-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (89), reġgħet lura għal 7,0 % fl-2005 u għal 2,5 % fl-IP. Għalhekk, il-profittabbiltà żdiedet b’1,7 punti perċentwali bejn l-2002 u l-IP.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Profittabbiltà tal-bejgħ tal-KE lil kumpanniji mhux relatati (% tal-bejgħ nett)

0,8  %

3,1  %

37,2  %

7,0  %

2,5  %

 

100

385

4 668

884

313

ROI (profitt f’% ta’ valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti)

3,6  %

11,0  %

410,2  %

24,4  %

10,4  %

 

100

303

11 252

668

284

(119)

Id-dħul lura fuq l-investiment (“ROI” - return on investments), espressa bħala profitt fil-perċentwal tal-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti, b’mod wiesgħa segwa t-tendenzi tal-profittabbiltà. Żdied minn livell ta’ 3,6 % fl-2002 għal 11 % fl-2003, żdied b’mod eċċezzjonali għal 410 % in 2004, reġa’ lura għal 24 % fl-2005, u mbagħad laħaq livell ta’ 10,4 % fl-IP, u b’hekk żdied b’6,8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(l)   Il ħruġ u d-dħul tal-flus tal-kontanti u l-ħila li jinġabar kapital

(120)

Il-ħruġ u d-dħul nett tal-flus minn attivitajiet operattivi kien kważi żero fl-2002. Żdied għal madwar 9 miljun EUR fl-2003, għal 83 miljun EUR fl-2004, u mbagħad reġa’ lura għal madwar 16-il miljun EUR fl-2005 u 17-il miljun fl-IP. Ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-industrija Komunitarja ffaċċjat diffikultajiet fil-ġbir tal-kapital.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Dħul u ħruġ ta’ flus (EUR)

132

9 551

83 701

16 445

17 092

Indiċi (2002=100)

100

7 214

63 220

12 421

12 910

(m)   L-Investimenti

(121)

L-investimenti annwali ta’ l-industrija Komunitarja fil-produzzjoni tal-prodott simili laħqu ħames darbiet aktar bejn l-2002 u l-2003 qabel ma reġgħu lura fl-2004 għal madwar il-livelli ta’ l-2002. L-investimenti reġgħu żdiedu b’madwar ħames darbiet aktar bejn l-2004 u l-2005 u mbagħad naqsu xi ftit matul l-IP. B’mod ġenerali, l-investimenti żdiedu b’madwar 900 % bejn l-2002 u l-IP. L-investimenti ta’ l-industrija Komunitarja jistgħu jiġu attribwiti l-aktar għal produttur Komunitarju wieħed u ġie stabbilit li kienu għall-mantenuzzjoni u t-tiġdid tat-tagħmir eżistenti, u mhux għal skopijiet ta’ żieda ta’ kapaċità.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Investimenti netti (000 EUR)

1 528

8 376

2 351

17 365

15 333

Indiċi (2002=100)

100

548

154

1 136

1 003

(n)   Il-kobor tal-marġini tad-dumping

(122)

Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati, l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jitqies li huwa negliġibbli.

(o)   L-irkupru mid-dumping tal-passat

(123)

Kif indikat fil-premessa (88), l-evoluzzjoni fir-rigward tal-profittabbiltà tindika b’mod ċar li t-tneħħija tal-miżuri anti-dumping fuq SiMn f’Marzu 2003 ma influwenzatx b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu ta’ wara.

6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(124)

F’kuntest ta’ konsum li qed jiżdied, is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi 2.3 punti perċentwali sa 24.9 % matul il-perjodu meqjus. Fl-istess ħin, il-produzzjoni naqset b’6 % u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset ukoll b’5 punti perċentwali. Barra minn dan l-industrija Komunitarja kellha tirrilaxxja għadd ta’ impjiegi. Min-naħa l-oħra, xi indikaturi tal-ħsara jindikaw tendenza pożittiva matul il-perjodu meqjus, bħall-profittabbiltà, id-dħul u l-ħruġ tal-flus, id-dħul lura fuq l-investimenti u l-prezz tal-bejgħ li żdied b’14 %. Analiżi aktar dettaljata ta’ dik id-data madankollu turi li, minħabba n-natura tal-kummerċ, marġini ta’ profitt ta’ 2.5 % ma jitqiesx suffiċjenti għaliex ma jistax jiggarantixxi l-kontinwazzjoni ta’ l-industrija fit-terminu twil. Dwar iż-żieda fil-prezz, kien biżżejjed biex tiġi koperta ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, iżda mhux biex jiżdied il-marġini ta’ profitt. Għalhekk, filwaqt li għadd ta’ indikaturi juru tendenzi pożittivi, l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika miż-żieda ġenerali fil-konsum fis-suq Komunitarju, kif inhuwa evidenzjat mit-telf tagħha mis-sehem mis-suq, mit-tnaqqis tal-produzzjoni u mill-profittabbiltà baxxa tagħha.

(125)

Minħabba li produttur Komunitarju wieħed ma mmanifatturax il-prodott simili b’mod kontinwu matul il-perjodu meqjus, u waqqaf il-produzzjoni għal kollox matul l-2003 u għall-parti l-kbira ta’ l-IP, kif issemma fil-premessa (107), l-impatt ta’ din l-intermittenza ġie eżaminat aktar fid-dettall. L-analiżi wriet, madankollu, li minħabba l-produzzjoni ġeneralment żgħira ta’ dan il-produttur, it-tendenza ta’ produzzjoni intermittenti kellha biss impatt limitat fuq l-istampa sħiħa tal-ħsara u ma nefħitx l-indikaturi tal-ħsara b’mod sinifikanti. Dan huwa evidenzjat mill-fatt li l-esklużjoni ta’ dan il-produttur mill-analiżi tirriżulta biss f’ċifri ta’ operat ftit aħjar. B’mod partikolari, il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja xorta ma tkunx sodisfaċenti fuq livell ta’ 3.2 % matul l-IP, filwaqt li l-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità xorta turi tendenzi negattivi. Għalhekk huwa konkluż li l-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja ma tistax tiġi attribwita biss għal dan il-produtturi Komunitarju.

(126)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali fis-sens ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(127)

Skond l-Artikolu 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma suġġetti għal dumping kkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja fi grad li jippermettilha tkun ikklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufin għajr għall-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, li fl-istess ħin jistgħu jkunu qed jagħmlu ħsara lill-industrija Komunitarja, ġew eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping.

2.   L-effett ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping

(128)

Bejn l-2002 u l-IP, il-volum ta’ importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping tal-prodott konċernat li joriġina fiċ-Ċina u fil-Każakstan żdied b’99 % u sehemhom mis-suq Komunitarju żdied b’madwar 4.6 punti perċentwali. Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet naqas bi 22 % bejn l-2002 u l-IP, iżda l-prezzijiet kienu ġeneralment aktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus. Matul l-istess perjodu, il-volum ta’ importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping tal-prodott konċernat li joriġina fl-Ukrajna żdied b’36 % u sehemhom mis-suq Komunitarju żdied b’madwar 4.5 punti perċentwali. Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied bi 8 % bejn l-2002 u l-IP, iżda l-prezzijiet kienu ġeneralment fuq livelli qrib dawk ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus.

(129)

Kif indikat fil-premessa (104) hawn fuq, it-tqaċċit fil-prezz ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Każakstan kien b’mod ġenerali 0.5 % fuq bażi tal-medja bil-piż differenzjat, filwaqt li ma kien hemm ebda tqaċċit fil-prezz mill-importazzjonijiet mill-Ukrajna.

(130)

Minħabba l-bejgħ bi prezz aktar baxx minn dak tas-suq Komunitarju mill-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan, huwa meqjus li dawn l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping eżerċitaw pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet, u rażżnu lill-industrija Komunitarja milli żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sa livell li kien ikun neċessarju biex jiġi realizzat profitt sostenibbli. Għalhekk, hemm konnessjoni ta’ kawżalità ċara bejn dawk l-importazzjonijiet u l-ħsara lill-industrija Komunitarja. Min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ bi prezz aktar baxx ta’ l-importazzjonijiet mill-Ukrajna u l-fatt li l-marġni tal-ħsara għall-Ukrajna huwa f'livell de minimis (ara l-premessi (168) u (169)), huwa meqjus li ma hemm konnessjoni ta’ kawżalità ċara bejn l-importazzjonijiet mill-Ukrajna u l-ħsara lill-industrija Komunitarja.

3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

(a)   L-operat fl-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(131)

Kif jidher mit-tabella hawn taħt, il-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni naqas b’40 % matul il-perjodu meqjus. Il-prezz ta’ l-unità għal dan il-bejgħ baqa’ relattivament stabbli, għajr dawk matul l-2004.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ bejgħ mill-esportazzjoni

(tunnellati)

12 056

16 445

10 524

9 713

7 191

Indiċi (2002=100)

100

136

87

81

60

Prezz tal-bejgħ mill-esportazzjoni

(EUR/tunnellata)

598

522

787

592

578

Indiċi (2002=100)

100

87

132

99

97

(132)

Madankollu, ta’ min jinnota li l-livell ta’ bejgħ mill-esportazzjoni mhuwiex sinifikanti fil-kuntest tal-bejgħ totali ta’ l-industrija Komunitarja, u jirrappreżenta biss madwar 3 % sa 7 % tal-bejgħ totali matul il-perjodu meqjus. Għalhekk huwa meqjus li l-attività ta’ esportazzjoni ma setgħet ikkontribwixxiet b’ebda mod għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

(b)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(133)

L-analiżi ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi hija bbażata fuq data mill-Eurostat. Għal għadd ta’ pajjiżi kien possibbli li din id-data tiġi vverifikata ma’ informazzjoni vverifikata provduta minn partijiet interessati, li kkonferma d-dipendibbiltà tad-data ta’ l-Eurostat.

(134)

L-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi kollha, ħlief il-pajjiżi konċernati, naqsu matul il-perjodu meqjus b’madwar 6 %, jiġifieri minn madwar 377 000 tunnellata fl-2002 għal madwar 354 000 tunnellata fl-IP. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas minn madwar 45 % għal madwar 39 %. L-għejun ewlenin ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma n-Norveġja, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Brażil.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Volum mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (tunnellati)

376 919

437 205

393 857

364 250

353 802

Indiċi (2002=100)

100

116

104

97

94

Sehem mis-suq tal-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha

45,1  %

50,1  %

40,9  %

39,5  %

39,2  %

Prezz mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (EUR/tunnellata)

523

528

823

691

597

Indiċi (2002=100)

100

101

157

132

114

Sors: Eurostat.

(135)

L-importazzjonijiet min-Norveġja naqsu b’madwar 11 %, u s-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet naqas b’madwar 4.9 punti perċentwali (IP = 21.9 %), matul il-perjodu meqjus. B’mod ġenerali, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet min-Norveġja kien ogħla minn dak ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu meqjus kollu. Filwaqt li l-prezz baxx ta’ l-importazzjonijiet tal-karbonju min-Norveġja jista’ jkun aktar baxx mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja sa ċertu punt, minħabba li din il-kwalità ta’ prodott tirrappreżenta biss parti żgħira (madwar 5 %) tal-produzzjoni kollha ta’ l-industrija Komunitarja, u minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ ġenerali bi prezz aktar baxx minn dak tas-suq u t-tnaqqis kemm fil-volumi ta’ l-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq, ġie meqjus li l-importazzjonijiet min-Norveġja ma kkontribwixxewx għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

In-Norveġja

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati)

224 253

213 838

178 639

200 310

200 272

Indiċi (2002=100)

100

95

80

89

89

Sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet

26,8  %

24,5  %

18,6  %

21,7  %

22,2  %

Prezz ta’ l-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

574

604

956

765

656

Indiċi (2002=100)

100

105

167

133

114

Sors: Eurostat.

(136)

L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b’aktar minn 300 %, u s-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet żdied b’7.3 punti perċentwali (IP = 9.7 %), matul il-perjodu meqjus. Fl-istess ħin, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja kien ftit ogħla minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja (jiġifieri ebda bejgħ bi prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq). Minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ bi prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq mill-importazzjonijiet mill-Indja, huwa meqjus li ma hemm ebda evidenza ċara li l-importazzjonijiet mill-Indja ikkontribwixxew għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

L-Indja

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati)

19 954

33 497

31 593

48 123

89 017

Indiċi (2002=100)

100

168

158

241

446

Sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet

2,4  %

3,8  %

3,3  %

5,2  %

9,9  %

Prezz ta’ l-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

479

449

804

591

521

Indiċi (2002=100)

100

94

168

123

109

Sors: Eurostat.

(137)

L-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel naqsu b’madwar 38 %, u s-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet naqas b’madwar 2.45 punti perċentwali (IP = 3.2 %) matul il-perjodu meqjus. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel kien aktar baxx minn dak ta’ l-industrija Komunitarja u simili għal dak prattikat mill-pajjiżi konċernati. Għalhekk huwa meqjus li l-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel setgħu kkontribwixxew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja. Iżda, minħabba t-tnaqqis sinifikanti b’mod ġenerali fl-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel u s-sehem mis-suq żgħir tagħhom, mhuwiex meqjus biżżejjed biex titkisser il-konnessjoni ta’ kawżalità bejn il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja u l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping miċ-Ċina u l-Każakstan.

L-Afrika t'Isfel

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel (tunnellati)

47 808

81 330

58 753

52 640

29 531

Indiċi (2002=100)

100

170

123

110

62

Sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet

5,7  %

9,3  %

6,1  %

5,7  %

3,3  %

Prezz ta’ l-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

417

429

660

611

501

Indiċi (2002=100)

100

103

158

147

120

Sors: Eurostat.

(138)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, inkluża l-Brażil, naqsu b’madwar 59 %, u s-sehem tas-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet naqas b’madwar 6.4 punti perċentwali (IP = 3.8 %), matul il-perjodu meqjus. Fl-istess ħin, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kien ogħla minn dak ta’ l-industrija Komunitarja (jiġifieri ebda bejgħ bi prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq). Minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ bi prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq minn dawk l-importazzjonijiet u t-tendenzi li jonqsu, huwa meqjus li ma kkontribwixxewx għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

Pajjiżi terzi oħrajn (inkluż il-Brażil)

2002

2003

2004

2005

IP

Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati)

84 904

108 539

124 872

63 178

34 982

Indiċi (2002=100)

100

128

147

74

41

Sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet

10,1  %

12,4  %

13,0  %

6,8  %

3,9  %

Prezz ta’ l-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

460

476

713

598

528

Indiċi (2002=100)

100

104

155

130

115

Sors: Eurostat.

(c)   Il-kompetizzjoni mill-produttur Komunitarju l-ieħor

(139)

Kif indikat fil-premessa (91) above, produttur Komunitarju wieħed ma koperax fl-investigazzjoni. Fuq bażi ta’ informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni mill-produtturi Komunitarji li kkoperaw, huwa stmat li l-volum ta’ bejgħ tiegħu fil-Komunità kien ta’ madwar 30 000 tunnellata matul il-perjodu kollu meqjus. B’mod simili, is-sehem tas-suq korrispondenti kien stabbli matul il-perjodu kollu meqjus bħala madwar 3 %. Għalhekk il-produttur Komunitarju l-ieħor ma kisibx volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq bi ħsara għall-industrija Komunitarja. Ebda informazzjoni ma kienet disponibbli dwar il-prezzijiet ta’ dan il- produttur Komunitarju.

 

2002

2003

2004

2005

IP

Volum tal-bejgħ fil-KE tal-produtturi Komunitarji l-oħrajn (tunnellati)

30 000

30 000

30 000

30 000

30 000

Indiċi (2002=100)

100

100

100

100

100

Sehem mis-suq tal-produtturi Komunitarji l-oħrajn

3,6  %

3,4  %

3,1  %

3,3  %

3,3  %

Indiċi (2002=100)

100

96

87

91

93

Sors: Investigazzjoni, ilment.

(140)

Minħabba dan ta’ hawn fuq, u minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni kontrarja, huwa konkluż li l-produttur Komunitarju l-ieħor ma kkontribwixxiex għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

(d)   L-ispejjeż tal-produzzjoni (materja prima)

(141)

L-elementi ewlenin fin-nefqa totali tal-produzzjoni huma l-materja prima (madwar 45 % sa 55 %) u l-elettriku (madwar 20 % sa 30 %). Il-ħidma diretta hija responsabbli għal madwar 5 % ta’ l-ispejjeż. L-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdiedet bi 12 % bejn l-2002 u l-IP.

 

2002

2003

2004

2005

IP

L-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-unità

(EUR/tunnellata)

517

510

583

595

578

Indiċi (2002=100)

100

99

113

115

112

(142)

Xi partijiet interessati allegaw li l-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja kienet tista’ tiġi attribwita għaż-żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Fir-rigward ta’ spejjeż materjali, ladarba dawn huma ġeneralment prodotti ta’ materja prima li, bħala prinċipju huma nnegozjati fis-suq internazzjonali, huwa meqjus li ż-żieda fil-prezz affettwa lill-produtturi kollha ta’ SiMn, li normalment ikunu mġiegħla jżidu l-prezzijiet tagħhom kollha. Għalhekk il-ħsara ma kinitx ikkawżata miż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-materjal prima fihom infushom iżda mill-fatt li, minħabba l-importazzjonijiet li huma suġġetti għal dumping li kienu qed jinbiegħu bi prezz aktar baxx mill-prezzijiet fis-suq ta’ l-industrija Komunitarja, l-industrija Komunitarja ma setgħetx tbigħ f’livell li tkun tista’ tirrealizza marġini ta’ profitt suffiċjenti. Dwar in-nefqa ta’ l-impjiegi, kif indikat fil-premessa (115) hawn fuq, id-data dwar il-produttività wriet li, b’mod ġenerali, l-industrija Komunitarja rnexxielha tpaċi ż-żidiet fl-ispejjeż ma’ żidiet fl-effiċjenza u l-produttività. Xi partijiet irreferew għall-ispejjeż ta’ l-elettriku bħala r-raġuni prinċipali għala l-industrija tal-Komunità setgħet issofri danni. F’dan ir-rigward, kien stabbilit li l-prezzijiet ta’ l-elettriku għal utenti industrijali fil-pajjiżi fejn l-industrija tal-Komunità hija bbażata kienu f’konformità mal-prezzijiet fi swieq oħra kbar fid-dinja u konsegwentement ma jistgħux jitqiesu bħala sors ta’ dannu kaġunat fuqhom minnhom stess. L-ispejjeż ta’ l-elettriku seta’ kellhom xi impatt fuq il-ħidma ġenerali, iżda biss fil-każ ta’ produttur Komunitarju wieħed li esperjenza nuqqasijiet ta’ provvista ta’ l-elettriku minħabba żidiet importanti fil-prezzijiet ta’ l-elettriku u t-tilwima relatata mal-provditur ta’ l-enerġija. B’mod ġenerali huwa konkluż li ż-żidiet fin-nefqa tal-produzzjoni ma kkontribwixxewx għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja.

(e)   Il-ħsara kkawżata mill-produttur stess

(143)

Ladarba l-investiment ta’ produttur Komunitarju wieħed żdied b’mod sinifikanti bejn l-2004 u l-2005 (ara l-premessa (121)), ġie eżaminat jekk l-inġurja kinitx kawżata minnu stess. Dan l-investiment kellu impatt dirett fuq l-ispiża tal-produzzjoni u għalhekk fuq il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja. Madankollu l-analiżi wriet li minħabba t-tagħbija limitata ta’ dan l-investiment fl-ispiża totali tal-produzzjoni, l-impatt fuq il-profittabbiltà kien marġinali. Għalhekk huwa konkluż li l-investiment ta’ produttur Komunitarju wieħed seta’ kkontribwixxa għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja iżda mhux sa estent li jkisser il-konnessjoni tal-kawżalità.

(f)   Ix-xaqliba ‘l isfel fis-suq għas-siliko-manganiż minħabba fiċ-ċiklu fil-produzzjoni ta’ l-azzar

(144)

Xi partijiet allegaw li t-tnaqqis fid-domanda għall-azzar u t-tnaqqis konsegwenti fid-domanda għal SiMn, li saret matul it-tieni nofs ta’ l-2004 u fl-ewwel nofs ta’ l-2005, wara ż-żieda bħal qatt qabel fid-domanda deskritta fil-premessa (89), ikkontribwixxa għall-istat ħażin ta’ l-industrija Komunitarja. Madankollu l-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu kollu meqjus, il-konsum Komunitarju żdied b’mod ġenerali bi 9 %. Minħabba dan, l-argument huwa miċħud.

4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(145)

Il-koinċidenza fiż-żmien bejn, min-naħa l-waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping miċ-Ċina u l-Każakstan, is-sejbiet ta’ żieda fl-ishma mis-suq u l-bejgħ bi prezzijiet irħas u, min-naħa l-oħra, id-deterjorazzjoni fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, twassal għall-konklużjoni li l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping ikkawżaw il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(146)

Ġew analizzati fatturi oħrajn iżda nstabu li ma kinux raġuni determinanti għall-ħsara mġarrba. Dwar l-Ukrajna, li tirrappreżenta 23 % tas-sehem mis-suq, ladarba ma hemmx bejgħ bi prezz aktar baxx b’mod ġenerali, jitqies li l-importazzjonijiet minnha ma kkontribwixxewx għall-ħsara ta’ l-industrija Komunitarja. L-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel setgħu kkontribwixxew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja, iżda minħabba s-sehem mis-suq żgħir tagħhom u l-volumi li qed jonqsu mhux f’ammont biżżejjed li jkisser il-konnessjoni tal-kawżalità stabbilita ma’ l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan. Minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ bi prezz aktar baxx, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet u ċ-ċifri tat-tendenzi, lanqas ma hemm xi evidenza li l-importazzjonijiet mill-Indja jew minn pajjiżi terzi oħrajn (inkluża l-Brażil), ikkontribwixxew għall-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja. L-investiment ta’ produttur wieħed tal-Komunità seta’ kkontribwixxa għad-dannu soffert mill-industrija tal-Komunità; iżda, minħabba piż limitat ta’ dan l-investiment, mhux sal-punt li jikser ir-rabta kawżali. Barra minn hekk, l-ebda fattur ieħor magħruf, jiġifieri l-operat fl-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, il-kompetizzjoni mill-produttur Komunitarju l-ieħor, iż-żieda fin-nefqa tal-produzzjoni jew iċ-ċiklu tas-suq għall-azzar, ikkontribwixxa għall-ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.

(147)

Fuq bażi ta’ l-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet sew bejn u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa li għandhom effett fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effett ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, huwa konkluż li l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan kkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS KOMUNITARJU

(148)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar id-dumping, il-ħsara u l-kawżalità, jeżistux raġunijiet konvinċenti jew le li jwasslu għall-konklużjoni li li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan l-iskop, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset l-impatt tal-miżuri fuq il-partijiet kollha involuti kif ukoll il-konsegwenzi probabbli li ma jittieħdux miżuri.

1.   L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

(149)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, jiġu imposti miżuri jiġu fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Każakstan. Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dawn il-miżuri twassal għal żieda fil-prezzijiet għal SiMn minn dawn il-pajjiżi u tipprovdi lill-industrija Komunitarja l-opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha permezz ta’ prezzijiet ogħla u possibbilment permezz ta’ volumi akbar ta’ bejgħ u sehem mis-suq akbar. Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa mistenni li l-importazzjonijiet ikomplu bi prezzijiet aktar baxxi miċ-Ċina u mill-Każakstan, u li l-industrija Komunitarja ma jkollhiex l-opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha.

(150)

Dwar il-prodott bil-karbonju baxx, dan jirrappreżenta biss 5 % mill-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja u huwa importat l-aktar min-Norveġja, iżda wkoll miċ-Ċina. Filwaqt li hu meqjus li, jekk jiġu imposti l-miżuri, il-kwantitajiet li bħalissa jiġu miċ-Ċina jistgħu sa ċertu punt jiġu sostitwiti minn importazzjonijiet min-Norveġja, il-miżuri jipprovdu lill-industrija Komunitarja l-opportunità li żżid il-produzzjoni tagħha u l-bejgħ tagħha tal-prodott bil-karbonju baxx sabiex tilħaq id-domanda.

2.   L-interess tal-produtturi Komunitarji l-oħrajn

(151)

Hemm biss produttur wieħed fil-Komunità minbarra l-industrija Komunitarja. Fin-nuqqas ta’ koperazzjoni minn dan il-produttur, u għalhekk ta’ data preċiża dwar l-attività tiegħu, huwa stmat, fuq bażi ta’ l-informazzjoni mill-produtturi Komunitarji li kkoperaw, li l-produzzjoni ta’ dan il-manifattur hija madwar 10 % sa 15 % ta’ dik ta’ l-industrija Komunitarja. Jekk jiġu imposti l-miżuri anti-dumping, l-istess tip ta’ żviluppi bħal dawk stabbiliti fil-premessi (149) u (150) għall-industrija Komunitarja, jistgħu jiġu mistennija għal dan il-produttur Komunitarju l-ieħor ukoll.

3.   L-interess ta’ l-importaturi mhux relatati fil-Komunità

(152)

Żewg importaturi indipendenti tal-prodott konċernat ikkoperaw fil-proċediment billi mlew u ppreżentaw il-kwestjonarji.

(153)

Dawn l-importaturi esprimew tħassib li, jekk jiġu imposti l-miżuri, dwar (i) l-impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-provvista fil-Komunità, minħabba li l-kapaċità totali tal-produzzjoni fil-Komunità ammontat għal biss madwar terz tal-konsum, u (ii) l-effett negattiv ta’ kwalunkwe miżura fuq in-nefqa tal-produzzjoni konċernata, li bħala materja prima fondamentali għall-produzzjoni ta’ l-azzar, jaffettwa l-produzzjoni Komunitarja ta’ l-azzar.

(154)

Dwar is-sitwazzjoni tal-provvista fil-Komunità, huwa veru li l-konsum huwa madwar tliet darbiet daqs il-kapaċità Komunitarja kurrenti tal-produzzjoni u li l-industrija Komunitarja pprovdiet biss madwar 25 % tad-domanda Komunitarja matul l-IP. Madankollu l-industrija Komunitarja kienet qed topera b’utilizzazzjoni ta’ kapaċità ta’ madwar 70 % matul l-IP, u b’utilizzazzjoni ta’ kapaċità bejn 70 % u 80 % matul il-perjodu meqjus. Għalhekk hija f’pożizzjoni li żżid b’mod sinjinfikanti l-produzzjoni kurrenti. Ukoll, minħabba l-kwantitajiet relattivament limitati ta’ l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal miżuri (kif indikat fil-premessi (149) u (150) hawn fuq) u minħabba li t-tnaqqis possibbli ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati jista’ jiġi kkumpensat minn esportazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, huwa meqjus li l-impożizzjoni tad-dazji ma jkollhiex impatt imdaqqas fuq id-disponibbiltà ta’ provvisti għall-importaturi. Ukoll, minbarra l-provvisti minn produtturi Komunitarji u mill-pajjiżi konċernati mill-investigazzjoni, is-suq Komunitarju huwa wkoll provdut, sa l-estent ta’ kważi 40 % tal-konsum, minn pajjiżi oħrajn, b’mod partikolari n-Norveġja, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Brażil. Dawk il-pajjiżi b’mod kumulattiv fl-imgħoddi pprovdew kwantitajiet ogħla lill-Komunità.

(155)

Huwa rikonoxxut li jekk jiġu introdotti l-miżuri, jista’ jkun hemm xi waqfien fit-terminu l-qasir minħabba dewmien possibbli bil-produzzjoni Komunitarja li tkun qed tiżdied u jekk ikun neċessarju li xi utenti jirranġaw provvisti alternattivi.

(156)

Sa fejn huma konċernati l-importaturi, ukoll kieku l-industrija Komunitarja kellha żżid il-produzzjoni, il-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha fil-Komunità, minħabba li l-industrja Komunitarja tista’ biss tipprovdi madwar 30 % tas-suq Komunitarju, u minħabba li l-konsum Komunitarju qed jikber, xorta jibqa’ l-ħtieġa għal attività sostanzjali fl-importazzjoni. Filwaqt li huwa rikonoxxut li l-importaturi b’mod ġenerali joperaw b’marġini ta’ profitt relattivament baxx u li kwalunkwe soluzzjoni ta’ tilwimiet fiż-żmien qasir li jirriżultaw mill-utenti jfittxu li jirranġaw provvisti ġodda jew alternattivi jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-marġni tagħhom, jtiqies li l-importaturi huma f’pożizzjoni li jissalvagwardjaw il-marġni taghhom billi jgħaddu l-ispejjeż miżjuda lill-utenti.

4.   L-interess ta’ l-utenti

(157)

Għaxar utenti tal-prodott konċernat fl-industrija tal-metall ikkoperaw fil-proċediment billi mlew u ppreżentaw kwestjonarji jew għamlu preżentazzjonijiet. Waslet ukoll preżentazzjoni mill-Konfederazzjoni Ewropea ta’ l-Industriji tal-Ħadid u l-Azzar (EUROFER).

(158)

L-utenti esprimew tħassib simili dwar provvista suffiċjenti u spejjeż akbar għall-utenti aħħarin, bħalma għamlu l-importaturi, kif jingħad fil-premessa (153) hawn fuq. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (154), huwa meqjus li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkollhiex effett detrimentali serju fit-terminu l-medju fuq is-sitwazzjoni tal-provvista fil-Komunità.

(159)

L-effett dirett ta’ żieda fil-prezz ta’ SiMn fuq in-nefqa tal-produzzjoni ta’ l-azzar ikun limitat, għaliex SiMn ma jippreżentax aktar minn 1 % ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-azzar tal-karbonju, u anki inqas fil-każ ta’ stainless steel. Fuq bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-assoċjazzjoni ta’ l-industrija ta’ l-utenti (EUROFER) dwar l-ispiża annwali totali għall-użu tagħhom ta’ l-SiMn, huwa stmat li l-effett ta’ anki żieda sinifikanti ta’ 20 % fil-prezz li jaffettwa lill-SiMn kollu jkun li tnaqqas il-profittabbiltà tal-produtturi ta’ l-azzar (li bħalissa qed jiksbu livelli ta’ profitt ta’ bejn 10 % u 40 %) b’ madwar 0.2 % biss. Minħabba li miżuri jkunu b’rata li hija aktar baxxa b’mod sinifikanti, u jaffettwaw biss massimu ta’ 10 % tal-konsum tal-Komunità (fil-każ li l-ebda importazzjoni suġġetta għal miżuri ma tkun sostitwita minn importazzjonijiet minn oriġini oħra), l-effett ta’ kwalunkwe miżura possibbli fuq il-profittabbiltà ta’ l-industrija ta’ l-azzar ikun limitat b’mod estrem.

(160)

Ġie allegat li s-suq għall-SiMn huwa wieħed globali u li d-domanda globali qed tiżdied skond domanda li qed tiżdied għall-azzar. Meta d-domanda tiżdied fuq il-provvista, dan jista’ jwassal għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet, kif ġara fl-2004. Jekk tiżviluppa interruzzjoni temporanja tal-provvista u tad-domanda fil-Komunità, kif deskritt fil-premessa (155), dan jista’ jwassal għal żidiet fil-prezzijiet fit-terminu l-qasir ogħla mil-livell ta’ dazji imposti. Iżda, minħabba li s-suq għall-SiMn huwa wieħed SiMn globali, jitqies li l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità huwa stabbilit mill-interazzjoni tal-provvista u d-domanda globali u li l-prezzijiet Komunitarji ma għandhomx jiżvijaw ħafna mill-prezzijiet dinjin għal xi terminu estiż minħabba l-preżenza ta’ xi importazzjonijiet minn oriġini oħrajn fis-suq. Ukoll, il-produtturi ta’ l-azzar li bħalissa qed joperaw f’livelli sodisfaċenti ta’ profitt (10 % sa 40 %), fi kwalunkwe każ ikollhom il-possibbiltà li jgħaddu l-effett ta’ kwalunkwe żieda fil-prezz għall-prodott konċernat, li jkun illimitat mis-sinifikanza relattivament minuri ta’ l-SiMn fl-ispiża totali tal-produzzjoni ta’ l-azzar.

(161)

L-utenti kellhom ukoll dubji dwar l-effettività ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri, u argumentaw li l-impożizzjoni u t-tneħħija tal-miżuri ta’ qabel kellhom ftit effett fuq il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja. F’dan ir-rigward, għalkemm l-iskop ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping huwa li jintraddu l-kundizzjonijiet ġusti fis-suq bl-għan li tingħata l-opportunità lill-industrija Komunitarja, li ġarrbet ħsara materjali permezz ta’ dumping, li tirkupra, il-fatt li dan l-irkupru seta’ ma rrealizzax ruħu fl-imgħoddi ma għandux ikun raġuni kontra li titqies l-adegwatezza ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fejn dan issa huwa meħtieġ.

(162)

Xi utenti indikaw li tul madwar dawn l-aħħar 10 snin l-industrija Komunitarja ta’ l-azzar ġarrbet minn spejjeż miżjuda minn miżuri anti-dumping li kienu saru fuq bosta materji primi użati biss jew l-aktar għall-produzzjoni ta’ l-azzar. Indikaw ukoll li, minbarra dan il-proċediment, kien hemm għadd ta’ proċedimenti oħrajn li bħalissa huma miftuħin dwar il-materji primi wżati fil-produzzjoni ta’ l-azzar. L-effett ġenerali, huma argumentaw, kien li jqiegħdu lill-produtturi Komunitarji ta’ l-azzar fi żvantaġġ fuq livell internazzjonali. Dwar il-miżuri ta’ qabel, għandu jiġi nnutat li l-maġġoranza tal-miżuri ta’ qabel issa skadew. Dwar l-effett kumulattiv tal-miżuri fuq għadd ta’ materji primi, għandu jibqa’ miftakar li l-għan tal-miżuri anti-dumping huwa li jeliminaw l-impatt ta’ kundizzjonijiet ta’ suq mgħawweġ li jirriżultaw mill-preżenza ta’ importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping. L-effett tal-miżuri anti-dumping fihom infushom, ukoll meta jkunu imposti fuq għadd ta’ materji primi li jaffettwaw l-istess industrija, ma għandux ikollu effett li jgħawweġ. Fi kwalunkwe każ, l-impatt ta’ l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżura f’dan il-każ fuq l-industrija ta’ l-azzar ikun negliġibbli, kif spjegat fil-premessa (159) hawn fuq.

(163)

Wara li kien żvelat, EUROFER tenniet l-argument tagħha li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkunux fl-interess globali tal-Komunità billi huma jwasslu għal żieda fl-ispejjeż għall-utenti u jkollhom ftit effett biex titjieb is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Ebda informazzjoni ġdida ma kienet provduta f’dan ir-rigward u għalhekk ir-raġunar provdut hawn fuq (premessi (157) sa (162)) huwa konfermat u fuq din il-bażi huwa meqjus li kwalunkweimpatt mill-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-utenti x’aktarx tkun ġeneralment negliġibbli.

5.   Il-konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(164)

Biex wieħed jikkonkludi, huwa mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Każakstan, minkejja d-disponibbiltà ta’ kwantitajiet limitati u li qed jonqsu ta’ SiMn fis-suq minn pajjiżi oħrajn (jiġifieri l-Afrika t’Isfel u n-Norveġja fil-każ ta’ SiMn b’karbonju baxx) u minn provdituri mhux suġġetti għal miżuri bi prezzijiet simili għal dawk prattikati miċ-Ċina u mill-Każakstan qabel l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe dazju, jipprovdu opportunità lill-industrija Komunitarja, kif ukoll għall-produttur Komunitarju l-ieħor, li ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha permezz ta’ volumi akbar ta’ bejgħ, prezzijet ta’ bejgħ ogħla u sehem mis-suq akbar. Filwaqt li jista’ jkun hemm xi effetti negattivi fil-forma ta’ żidiet fl-ispejjeż għall-utenti li jirriżultaw mill-ħtieġa possibbli li jiġu rranġati provvisti ġodda jew alternattivi, jitqies li l-effett ġenerali ta’ l-utenti fuq l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq iċ-Ċina u l-Każakstan ikun negliġibbli. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-ebda raġuni importanti ma teżisti biex ma jiġux imposti l-miżuri f’dan il-każ u li l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun fl-interess tal-Komunità.

G.   IL-MIŻURI DEFINITTIVI

Il-livell stmat ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara

(165)

Il-livell ta’ kwalunkwe miżura anti-dumping għandu jkun biżżejjed li tiġi eliminata l-ħsara lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġni ta’ dumping misjuba. Meta jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli lill-industrija Komunitarja tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping.

(166)

L-industrija Komunitarja allegat li marġini ta’ profitt ta’ 8 % tad-dħul għandu jitqies bħala livell xieraq li tista’ tkun mistennija li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Dan ġie eżaminat u nstab li l-marġini ta’ profitt iddikjarat jirriżulta fil-ġbir lura ta’ l-investiment kapitali fi żmien relativament qasir. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja stess ġeneralment iddeprezzat l-investimenti kapitali tagħha f’terminu itwal. Fuq din il-bażi, huwa meqjus li marġini ta’ profitt ta’ 5 %, li huwa skond il-marġini li ntuża fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri anti-dumping ta’ qabel, huwa livell xieraq li l-industrija Komunitarja tista’ tkun mistennija li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara.

(167)

Iż-żieda fil-prezz meħtieġa mbagħad ġiet iddeterminata fuq bażi ta’ paragun, għal kull tip ta’ prodott, tal-prezz medju mobbli ta’ l-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ bi prezz aktar baxx minn dak tas-suq, bil-prezz li ma jagħmilx ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja. Il-prezz li ma jagħmilx ħsara nkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja biex jiġi rifless il-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe differenza li rriżultat mill-paragun imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur totali ta’ l-importazzjoni CIF. Fin-nuqqas li jingħata MET jew IT lil ebda mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoperaw, ġie kkalkolat marġini ta’ ħsara għaċ-Ċina kollha fuq bażi tal-prezzijiet minn Comext.

(168)

Il-paragun tal-prezzijiet imsemmi hawn fuq wera dawn il-marġni ta’ ħsara:

L-Ukrajna: il-kumpanniji kollha

1,6  %

OJSC Kazchrome

7,3  %

Iċ-Ċina

8,2  %

(169)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jitqies li dazju anti-dumping definittiv għandu jkun impost fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ SiMn li joriġinaw fil-Każakstan u fiċ-Ċina fil-livell tal-marġini aktar baxxi ta’ dumping u ta’ ħsara, skond ir-regola ta’ l-inqas dazju.. B’analoġija ma’ l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-inġurja għall-Ukrajna huwa taħt livell de minimis, l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dan il-pajjiż għandha tintemm.

(170)

Għalhekk, u għar-raġunijiet diġà msemmija fil-premessi (165) sa (169), id-dazji anti-dumping għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpannija

Rata ta’ dazju

Il-Każakstan

Il-kumpanniji kollha

6,5  %

Iċ-Ċina

Il-kumpanniji kollha

8,2  %

H.   L-IMPENJI

(171)

Wara l-iżvelar ta’ fatti essenzjali u konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien intenzjonat li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazji ant-dumping definittivi, il-produttur esportatur fil-Kazakstan offra impenn tal-prezz skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Il-prodott konċernat wera fl-aħħar snin volatilità konsiderevoli fi prezzijiet u għalhekk mhuwiex tajjeb għal impenn ta’ prezz iffissat. Sabiex tingħeleb din il-problema l-produttur esportatur offra li jagħmel indiċi tal-prezz minimu ta’ l-importazzjoni mal-prezz tal-materja prima prinċipali, u hekk ma jkunx possibbli l jsir indiċi tal-prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni mal-prezz tal-materja prima. Bħala alternattiva l-produttur esportatur offra wkoll li jagħmel indiċi tal-prezz minimu ta’ l-importazzjoni fuq il-bażi ta’ l-ispiża tiegħu stess tal-produzzjoni kif muri fil-kontijiet verifikati. Iżda din it-triq ma tistax tkun aċċettata billi l-evoluzzjoni tan-nefqa tagħha mhux bilfors jikkorrispondu ma’ l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tagħha. Aktar minn hekk, impenn bħal dan huwa meqjus bħala li ma jaħdimx billi jkun diffiċli ħafna għall-Kummissjoni li timmonitorja konstantament l-evoluzzjoni ta’ l-ispejjeż. Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, kien konkluż li l-impenn offrut mill-esportatur ma setax ikun aċċettat.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa b'dan impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż (inkluż ferro-siliko-manganiż) li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċijiet NM 7202 30 00 u ex 8111 00 11 (kodiċi TARIC 8111001110), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Każakstan.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju tal-prodotti deskriti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpanniji ta’ hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Manifattur

Rata tad-dazju

Il-Każakstan

Il-kumpanniji kollha

6,5  %

Iċ-Ċina

Il-kumpanniji kollha

8,2  %

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġinaw fl-Ukrajna huwa b’dan terminat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 214, 6.9.2006, p. 14.

(3)  ĠU L 62, 3.3.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 154/2003 (ĠU L 25, 30.1.2003, p. 25).


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1421/2007

ta' l-4 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-4 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

114,0

MA

63,5

SY

68,2

TR

97,5

ZZ

85,8

0707 00 05

JO

196,3

MA

52,5

TR

80,2

ZZ

109,7

0709 90 70

MA

57,9

TR

82,6

ZZ

70,3

0709 90 80

EG

301,9

ZZ

301,9

0805 10 20

AR

28,9

AU

15,0

SZ

38,2

TR

50,7

ZA

40,1

ZW

17,7

ZZ

31,8

0805 20 10

MA

66,5

ZZ

66,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

62,5

HR

21,2

IL

66,9

TR

81,9

UY

95,3

ZZ

65,6

0805 50 10

EG

61,3

TR

102,4

ZA

104,9

ZZ

89,5

0808 10 80

AR

87,7

CA

87,3

CL

86,0

CN

78,9

MK

31,5

US

83,6

ZA

95,7

ZZ

78,7

0808 20 50

AR

71,1

CN

45,5

TR

141,1

ZZ

85,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1422/2007

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjonijiet għall-proċeduri ta’ l-għoti tal-kuntratti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehimiet milħuqa fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (3), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar il-Kuntratti Pubbliċi (minn issa ‘l quddiem ‘il-Ftehim’). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta’ xiri b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (minn issa ‘l quddiem “il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2004/17/KE u 2004/18/KE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dawk id-Direttivi, fl-istess ħin ikunu jistgħu jikkonformaw ma’ l-obbligi li jinsabu fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti li jinsabu f’dawk id-Direttivi għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi assigurat li jikkorrispondu ma’ l-ekwivalenti f’Ewro, mqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta’ koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li ma humiex koperti mill-Ftehim.

(4)

Id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/1268/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata hekk:

(1)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt (a) l-ammont “EUR 422 000” jinbidel b’“EUR 412 000”;

(b)

f’punt (b) l-ammont “EUR 5 278 000” jinbidel b’“EUR 5 150 000”.

(2)

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ammont “EUR 422 000” jinbidel b’“EUR 412 000”;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ammont “EUR 422 000” jinbidel b’“EUR 412 000”.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata hekk:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt (a) l-ammont “EUR 137 000” jinbidel b’“EUR 133 000”;

(b)

f’punt (b) l-ammont “EUR 211 000” jinbidel b’“EUR 206 000”;

(c)

f’punt (c) l-ammont “EUR 5 278 000” jinbidel b’“EUR 5 150 000”.

(2)

L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt (a) l-ammont “EUR 5 278 000” jinbidel b’“EUR 5 150 000”;

(b)

f’punt (b) l-ammont “EUR 211 000” jinbidel b’“EUR 206 000”.

(3)

Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 5 278 000” jinbidel b’“EUR 5 150 000”.

(4)

Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 5 278 000” jinbidel b’“EUR 5 150 000”.

(5)

L-Artikolu 67(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt (a) l-ammont “EUR 137 000” jinbidel b’“EUR 133 000”;

(b)

f’punt (b) l-ammont “EUR 211 000” jinbidel b’“EUR 206 000”;

(c)

f’punt (c), l-ammont “EUR 211 000” jinbidel b’“EUR 206 000”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).

(2)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/97/KE.

(3)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1423/2007

ta' l-4 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu, u l-Artikolu korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (2) jipprevedi l-possibbiltà għall-ħruġ ta’ liċenzji u ċertifikati elettroniċi ta’ l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni.

(2)

L-esperjenza turi li sabiex tiżdied l-effiċjenza ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25 jistgħu jittejbu bil-ħsieb li jiġi ċċarat aktar li l-liċenzji u ċ-ċertifikati jistgħu jinżammu u jiġu ġestiti elettronikament mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru minflok jinħarġu lill-impurtatur jew esportatur, u li fejn id-dejta dwar l-esportazzjoni ġiet introdotta u trażmessa elettronikament lill-awtorità tal-ħruġ, l-entrati fuq il-liċenzja jew ċertifikat elettroniku ta’ l-esportazzjoni u l-approvazzjoni tiegħu jistgħu jsiru wkoll elettronikament.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kollha kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Minkejja l-Artikolu 24, Stat Membru jista' jippermetti li l-liċenzja jew ċertifikat ikun:

(a)

jiġi ppreżentat lill-korp tal-ħruġ jew l-awtorità responsabbli mill-ħlas tar-rifużjoni;

(b)

fil-każ fejn japplika l-Artikolu 19, jinħażen fuq id-database tal-korp tal-ħruġ jew l-awtorità responsabbli mill-ħlas tar-rifużjoni.”

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-Istat Membru għandu jiddeċiedi liema awtorità għandha tagħmel il-kitba fuq il-liċenzja jew iċ-ċertifikat u tawtorizzahom.

Madankollu, l-attrubuzzjoni u l-validazzjoni u l-approvazzjoni tagħha fuq il-liċenzja jew ċertifikat għandhom ukoll jitqiesu li twettqu meta:

(a)

dokument li jagħti b’mod dettaljat il-kwantitajiet esportati nħareġ bil-kompjuter; dan id-dokument għandu jkun mehmuż mal-liċenzja jew ċertifikat u ffajljat miegħu;

(b)

il-kwantitajiet esportati ġew introdotti fuq database elettronika uffiċjali ta’ l-Istat Membru kkonċernat u jkun hemm rabta bejn din l-informazzjoni u ċ-ċertifikat elettroniku; Stat Membru jista’ jagħżel li jarkivja din l-informazzjoni billi jżomm id-dokumenti elettroniċi fuq verżjoni fuq il-karta.

Id-data tal-preżentazzjoni għandha titqies bħala d-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 24”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1424/2007

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2304/2002 li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji ta’ barra mal-Komunità Ewropea u li jalloka l-ammonti indikattivi taħt l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2304/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 li jimplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 fuq l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji ta’ barra mal-Komunità’ Ewropea (Id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni ta’ Barra) (2),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill dwar il-finanzjament ta’ għajnuna Komunitarja taħt il-qafas multiannwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE u l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji ta’ Barra li għaliha hi applikabbli r-Raba’ Parti tat-Trattat tal-KE (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ftehim Intern li jistabbilixxi l-għaxar EDF”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF (4),

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2304/2002 adottat skond l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija għandhom jiġu aġġornati skond l-emendi li saru f’dik id-Deċiżjoni, fid-dawl ta’ l-għaxar Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp li għadu kif ġie stabbilit (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“għaxar EDF”). Huma għandhom ukoll jiġu aġġornati mar-revizjoni ta’ l-Artikoli li jikkorrispondu fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Grupp ta’ l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (5) (il-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE).

(2)

Meta jitqiesu l-bżonnijiet, il-kapaċitajiet u r-restrizzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi u t-territorji ta’ barra (minn hawn ’il quddiem imsejħa “OCTs”), l-assistenza finanzjarja ta’ l-għaxar EDF lill-OCTs għandha tingħata bħala sostenn tal-baġit, sakemm l-amministrazzjoni ta’ l-OCT tan-nefqa pubblika tippreżenta biżżejjed trasparenza, responsabbiltà u effikaċja. Barra dan, il-proċeduri ta’ l-akkwist pubbliku ta’ l-OCTs għandhom ikunu konformi ma’ l-istandards tar-Regolament Finanzjarju ta’ l-għaxar EDF fir-rigward ta’ trasparenza u għemil bil-miftuħ. Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba taħt id-disa’ EDF, l-assistenza finanzjarja taħt l-għaxar EDF għandha tingħata bħala appoġġ għal proġetti jew programmi f’ċirkostanzi eċċezzjonali biss, jiġifieri meta l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit ma jintlaħqux.

(3)

Bħala kundizzjoni għall-adozzjoni tagħhom, għandu jiġi verifikat li d-Dokumenti Waħdiena ta’ l-Ipprogrammar (SPDs) ikun fihom l-elementi kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 20(4) tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija.

(4)

Skond l-Artikolu 3(1) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija, l-SPDs għandhom, meta jkun xieraq, jagħtu attenzjoni partikolari lill-azzjonijiet immirati għat-tisħiħ tal-ħiliet ta’ governanza u dawk istituzzjonali ta’ l-OCTs benefiċjarji u, fejn ikun rilevanti, għall-iskeda probabbli ta’ l-azzjonijiet maħsuba, inkluż fl-oqsma finanzjarji, fiskali u ġudizzjarji.

(5)

Għandu jsir provvediment għall-ipprogrammar ta’ l-allokazzjoni taħt l-għaxar EDF biex tagħti appoġġ lill-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità ta’ l-OCTs li jegħlbu l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bħala mikroekonomiji ta’ gżejjer żgħar, per eżempju permezz ta’ inizjattivi ta’ preparazzjoni u mitigazzjoni għal diżastri reġjonali. F’dan ir-rigward, għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni b’mod partikolari bejn l-appoġġ għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali u l-appoġġ fil-livell territorjali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali wkoll lill-kooperazzjoni bejn l-OCTs, l-Istati ta’ l-ACP u, f’koordinazzjoni ma’ strumenti finanzjarji oħra tal-Komunità, lir-reġjuni l-aktar imbegħda msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

(6)

L-ammonti indikattivi allokati lill-OCTs benefiċjarji taħt l-għaxar EDF għandhom jiġu determinati skond l-Artikolu 3(5) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament kienu soġġetti għal konsultazzjoni ma’ l-OCTs.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat EDF-OCT stabbilit bl-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2304/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri għall-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja lill-pajjiżi u territorji ta’ barra (OCTs) amministrata mill-Kummissjoni taħt l-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija u r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.”

(2)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

L-ipprogrammar territorjali

Operazzjonijiet finanzjati minn għajnuna li ma titħallasx lura taħt l-għaxar EDF fil-qafas tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija għandhom jiġu pprogrammati mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-għaxar EDF permezz ta’ l-adozzjoni ta’ SPD skond il-mudell fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Il-preparazzjoni ta’ l-SPD

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-OCT għandhom jippreparaw proposta għall-SPD wara konsultazzjonijiet ma’ l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ persuni interessati fil-proċess ta’ l-iżvilupp, u għandhom jimxu fuq l-esperjenzi miksuba u l-aħjar prattiki.

Kull proposta għal SPD għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet u għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull OCT. Hi għandha tidentifika indikaturi orjentati lejn ir-riżultati biex jiġu sorveljati u tippromwovi l-approprjazzjoni lokali ta’ programmi ta’ kooperazzjoni.

2.   Il-proposta għall-SPD għandha tkun is-suġġett ta’ skambju ta’ opinjonijiet bejn l-OCT u l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni rilevanti, jekk ikun applikabbli.

L-OCT għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi r-riżultati ta’ kwalunkwe studji ta’ vijabilità, biex tagħmel l-evalwazzjoni ta’ l-abbozz ta’ l-SPD mill-Kummissjoni effettiva kemm jista’ jkun.

3.   L-allokazzjoni finanzjarja ta’ l-għaxar EDF għandha fil-prinċipju tingħata bħala sostenn tal-baġit, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġu ġustifikati kif jixraq.

Meta l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit ma jintlaħqux, l-SPD għandha tipprovdi għal miżuri li joħolqu l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit.

Kwalunkwe diverġenza bejn l-analiżi ta’ l-OCT stess u dik tal-Komunità għandha tiġi nnotata.”

(4)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

L-evalwazzjoni ta’ l-SPD mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposta għall-SPD biex tistabbilixxi jekk ikunx fiha l-elementi kollha meħtieġa u jekk tkunx konsistenti ma’ l-għanijiet tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija, ta’ dan ir-Regolament u tal-politika rilevanti tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll il-proposta għall-SPD biex tistabbilixxi jekk ikunx fiha l-elementi kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 20(4) tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija.

Hi għandha tinforma lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment dwar l-abbozz li tkun irċeviet.

Bla preġudizzju għall-Artikolu 4(3), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk l-assistenza finanzjarja ta’ l-għaxar EDF għandhiex tingħata bħala sostenn tal-baġit, soġġetta għal evalwazzjoni preliminari tat-trasparenza, responsabbiltà u effikaċja ta’ l-amministrazzjoni tan-nefqa pubblika u ta’ għemil bil-miftuħ u trasparenza fl-akkwist pubbliku skond l-istandards stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF, jew jekk għandhiex tingħata bħala appoġġ għal programmi jew proġetti.”

(5)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Il-programmi reġjonali

1.   L-Artikoli 3 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sostenn finanzjarju għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali taħt l-Artikolu 3(2) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija.

Fl-evalwazzjoni tagħha tal-proposti, il-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari l-impatt mistenni fuq l-integrazzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju fir-reġjun li jifforma parti minnu.

Sa fejn ikun possibbli, għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni ma’ programmi fil-livell territorjali u ma’ azzjonijiet li jinvolvu pajjiżi ta’ l-ACP u/jew ir-reġjuni l-aktar imbegħda msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat. Dan jista’ jinvolvi l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet u tar-riżorsi speċifiċi għall-iskop li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-ACP u/jew ir-reġjuni l-aktar imbegħda, u l-modalitajiet biex tiġi identifikata u kkoordinata l-għażla ta’ azzjonijiet ta’ interess komuni.

Ir-rabta tan-nefqa għandha tkun preċeduta minn deċiżjoni finanzjarja tal-Kummissjoni li tkopri s-sostenn għal proġetti u programmi.

2.   Sabiex tinkiseb skala adegwata u biex tiżdied l-effiċjenza, fondi reġjonali u territorjali jistgħu jiġu mħallta biex jiġu ffinanzjati programmi reġjonali b’komponent territorjali distint.

3.   L-Artikoli 8 u 16 sa 30 japplikaw mutatis mutandis għall-programmi reġjonali.”

(6)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 7

L-użu tar-riżerva

1.   Il-Kummissjoni għandha talloka riżorsi mir-riżerva B għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(4)(b) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija fuq il-bażi tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha taġġusta skond kif meħtieġ l-ammonti indikattivi diġa allokati u tinforma lill-OCTs u lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha dwar l-allokazzjonijiet il-ġodda.

2.   Għall-finijiet ta’ rbit tar-riżorsi kontemplat fl-Artikolu 28 u fl-Anness II D tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija, kwalunkwe OCT li jikkonsidra lilu nnfisu bħala eliġibbli għas-sostenn kontemplat hemmhekk għandu jagħmel talba kompleta fuq il-formoli provduti mill-Kummissjoni u jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex din tiġi evalwata.

It-talba għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena li tiġi wara s-sena li għaliha s-sostenn addizzjonali jkun meħtieġ.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-OCT fl-iqsar żmien possibbli bid-deċiżjoni tagħha.”

(7)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

L-Impenji

1.   In-nefqa fuq l-għajnuna finanzjarja għall-OCTs għandha tintrabat mill-Kummissjoni skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.

2.   Fl-ambitu ta’ l-SPD, ir-rabta tan-nefqa għandha tkun preċeduta minn deċiżjoni finanzjarja tal-Kummissjoni li fil-prinċipju tkopri s-sostenn tal-baġit, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u li jiġu ġustifikati kif jixraq.

3.   Barra mill-ambitu ta’ l-SPD, in-nefqa taħt ir-riżerva B mhux allokata li titwarrab skond l-Artikolu 3(4) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija għandha tintrabat mill-Kummissjoni u tkun implimentata skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.”

(8)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

L-aġenti li jħallsu

L-istituzzjonijiet finanzjarji fl-OCT li magħhom il-Kummissjoni tiftaħ kontijiet skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF għall-iskopijiet ta’ implimentazzjoni tal-kooperazzjoni ma’ l-OCT għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ ‘Aġenti li Jħallsu’.

Għandhom jitħallsu l-interessi fuq fondi depożitati ma’ l-Aġenti li Jħallsu fil-Komunità.

L-Aġenti li Jħallsu m’għandhom jircievu l-ebda kumpens għas-servizzi tagħhom u l-ebda interessi m’għandhom jitħallsu fuq il-fondi depożitati.”

(9)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Regolamenti ġenerali għall-kuntratti

1.   Il-proċeduri li jirregolaw l-għotja ta’ kuntratti għandhom jiġu indikati fil-ftehimiet finanzjarji.

2.   Meta l-għajnuna finanzjarja tingħata permezz ta’ sostenn tal-baġit, il-proċeduri għall-akkwist pubbliku ta’ l-OCT in kwistjoni għandhom japplikaw.

3.   Fil-każijiet l-oħra kollha, l-għoti tal-kuntratt għandu jimxi fuq id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF.”

(10)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Id-delegazzjonijiet

1.   Meta l-Kummissjoni tkun rappreżentata minn Delegazzjoni taħt l-awtorità ta’ Kap tad-Delegazzjoni, hi għandha tinforma b’dan lill-OCT ikkonċernat. F’każijiet bħal dawn, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF li jikkonċernaw l-uffiċjali awtorizzati u l-uffiċjali tal-kontijiet permezz ta’ subdelegazzjoni, għandhom japplikaw.

2.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkun il-kuntatt prinċipali għall-atturi ta’ kooperazzjoni differenti fl-OCT ikkonċernat. Hu għandu jikkoopera u jaħdem fil-qrib ma’ l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat.

3.   Il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jkollu l-istruzzjonijiet u l-poteri delegati meħtieġa biex jiffaċilita u jħaffef l-operazzjonijiet kollha taħt dan ir-Regolament.

4.   Fuq bażi regolari, il-Kap tad-Delegazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet ta’ l-OCT dwar l-attivitajiet tal-Komunità li jistgħu jikkonċernaw direttament il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-OCT ikkonċernata.”

(11)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat

1.   Il-Gvern ta’ kull OCT għandu jaħtar Uffiċjal Territorjali Awtorizzat biex jirrapreżentah fl-operazzjonijiet kollha finanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF amministrati mill-Kummissjoni u mill-Bank. L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jaħtar deputat Uffiċjal Territorjali Awtorizzat, wieħed jew aktar, biex jissostitwuh meta ma jkunx jista’ jwettaq id-doveri tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’din il-ħatra. Kull fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet dwar il-ħiliet istituzzjonali u t-tmexxija finanzjarja xierqa, l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu għall-implimentazzjoni tal-programmi u tal-proġetti kkonċernati lill-korp responsabbli fi ħdan l-amministrazzjoni ta’ l-OCT. L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’kull delega bħal din.

Meta l-Kummissjoni ssir taf bi problemi fit-twettiq ta’ proċeduri relatati ma’ l-amministrazzjoni ta’ riżorsi ta’ l-EDF, għandha, flimkien ma’ l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat, tagħmel il-kuntatti kollha meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni u tieħu l-passi kollha li jkunu xierqa.

L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jieħu r-responsabbiltà finanzjarja għall-kompiti eżekuttivi fdati f’idejh biss.

Meta riżorsi ta’ l-EDF jiġu amministrati b’mod deċentralizzat u bla ħsara għal kwalunkwe poteri addizzjonali li jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni, l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu:

(a)

jkun responsabbli għall-koordinazzjoni, l-ipprogrammar, il-monitoraġġ regolari u r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs it-terminu u ta’ l-aħħar tat-terminu, ta’ l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni, u, jekk ikun applikabbli, għall-koordinazzjoni mad-donaturi;

(b)

f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jkun responsabbli għall-preparazzjoni, l-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ programmi u proġetti;

(ċ)

jipprepara dokumenti ta’ sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, id-dokumenti ta’ sejħiet għal proposti;

(d)

jippreżenta dokumenti ta’ sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, dokumenti ta’ sejħiet għal proposti, lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni qabel jibgħat sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, sejħiet għal proposti;

(e)

f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, joħroġ sejħiet għall-offerti u, fejn ikun xieraq, sejħiet għal proposti;

(f)

jirċievi offerti u, jekk ikun applikabbli, proposti, u jibgħat kopji ta’ l-offerti lill-Kummissjoni; jippresiedi fuq il-ftuħ ta’ l-offerti u jiddeċiedi skond ir-riżultati ta’ l-eżami tagħhom qabel jgħaddi ż-żmien tal-validità ta’ l-offerti, waqt li jqis iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kuntratti;

(ġ)

jistieden lill-Kummissjoni għall-ftuħ ta’ l-offerti u, jekk ikun applikabbli, tal-proposti u jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-eżami ta’ l-offerti u l-proposti, għall-approvazzjoni tal-proposti għall-għoti ta’ kuntratti u għotjiet;

(h)

jippreżenta kuntratti u stimi ta’ programmi u kwalunkwe addenda għall-istess lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni;

(i)

jiffirma l-kuntratti u addenda għall-istess approvati mill-Kummissjoni;

(j)

japprova u jawtorizza infiq fil-limiti tal-fondi assenjati lilu; u

(k)

waqt l-operazzjonijiet ta’ eżekuzzjoni, jagħmel kwalunkwe arranġament ta’ adattament meħtieġ biex jiżgura l-eżekuzzjoni xierqa ta’ programmi jew proġetti approvati mill-aspett ekonomiku u tekniku.

2.   L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu, waqt l-eżekuzzjoni ta’ l-operazzjonijiet u bla ħsara għar-rekwiżit li jinforma lill-Kummissjoni, jiddeċiedi dwar:

(a)

aġġustamenti u alterazzjonijiet tekniċi fi programmi u proġetti fi kwistjonijiet ta’ dettal sakemm ma jaffettwawx is-soluzzjoni teknika adottata u jibqgħu fil-limiti tar-riżerva għal aġġustamenti kontemplati fil-ftehim finanzjarju;

(b)

tibdil ta’ sit għal proġetti ta’ unitajiet multipli fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew soċjali;

(ċ)

l-impożizzjoni jew il-maħfra ta’ penali għad-dewmien;

(d)

atti li jeħilsu lil min jagħti garanzija;

(e)

ix-xiri ta’ oġġetti, ta’ kwalunkwe oriġini, mis-suq lokali;

(f)

l-użu ta’ apparat u makkinarju tal-kostruzzjoni li ma joriġinax fl-OCTs, fl-Istati Membri jew fl-Istati ta’ l-ACP sakemm ma jkunx hemm produzzjoni ta’ apparat u makkinarju komparabbli fl-OCTs, fl-Istati Membri jew fl-Istati ta’ l-ACP;

(ġ)

subkontrattazzjoni;

(h)

l-approvazzjoni finali, sakemm il-Kummissjoni tkun preżenti waqt l-approvazzjoni proviżorja, tiffirma l-minuti relativi u, fejn ikun xieraq, tkun preżenti waqt l-approvazzjoni finali, b’mod partikolari meta n-natura tar-riżervi reġistrati waqt l-approvazzjoni proviżorja titlob xogħol kbir addizzjonali; u

(i)

l-impjieg ta’ konsulenti u esperti oħra ta’ assistenza teknika.

3.   Barra dan l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu:

(a)

jħejji u, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ, jippreżenta r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni;

(b)

jwettaq ir-revizjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 22;

(ċ)

jiżgura li dawk il-korpi involuti fit-tmexxija u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-EDF iżommu jew sistema separata ta’ kontabilità jew inkella kodiċi ta’ kontabilità adegwata għat-transazzjonijiet kollha relatati ma’ l-assistenza; u

(d)

jieħu kwalunkwe miżura neċessarja biex jiżgura l-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 16, 19, 24 u 30.

4.   Meta r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 21 jiġi preżentat, il-Kummissjoni u l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandhom jirrevedu r-riżultati prinċipali tas-sena preċedenti.

Wara din ir-revizjoni, il-Kummissjoni tista’ tgħaddi kummenti lill-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat. L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe azzjoni meħuda dwar dawn il-kummenti. Meta, f’każijiet li jkunu sostanzjati kif jixraq, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-miżuri meħuda ma jkunux xierqa, tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-OCT u lill-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għal aġġustamenti mmirati biex itejjbu l-effikaċja ta’ l-arranġamenti ta’ monitoraġġ jew ta’ tmexxija, flimkien mar-raġunijiet għal rakkomandazzjonijiet bħal dawn.

Malli jirċievi rakkomandazzjonijiet bħal dawn, l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu sussegwentement juri l-passi li jkunu ttieħdu biex jittejjbu l-arranġamenti ta’ monitoraġġ jew ta’ tmexxija jew għandu jispjega għaliex ma jkunux ittieħdu dawk il-passi.”

(12)

L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 22

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu

1.   Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu għandha tiġi organizzata biex jiġu eżaminati r-riżultati inizjali ta’ l-SPD, ir-rilevanza tagħhom u sa liema punt intlaħqu l-miri.

Din għandha wkoll tevalwa l-użu li jkun sar mir-riżorsi finanzjarji u l-operazzjoni ta’ monitoraġġ u ta’ implimentazzjoni.

2.   Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminiu għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat u l-Istat Membru kkonċernat.

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu għandha titwettaq ġeneralment bejn 30 u 42 xahar wara d-dħul fs-seħħ tal-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-għaxar EDF.

Jista’ jiġi stabbilit terminu differenti fl-SPD, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-indikaturi adottati fil-każ ta’ sostenn tal-baġit.

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu għandha titwettaq minn assessur indipendenti, tiġi preżentata lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ u mbagħad tintbagħat lill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rilevanza u l-kwalità tar-revizjoni fuq il-bażi ta’ kriterji definiti fl-SPD, inkluż fir-rigward ta’ l-allokazzjoni finanzjarja ta’ l-EDF.”

(13)

L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

L-adattament ta’ l-allokazzjonijiet ta’ l-EDF

Waqt li tuża r-riżultati tal-monitoraġġ, tal-verifika u ta’ l-evalwazzjonijiet bħala bażi u waqt li tqis il-kummenti tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ, il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammonti u l-kundizzjonijiet ta’ l-SPD inizjali fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq proposta mill-OCT ikkonċernat, fid-dawl tal-ħtiġijiet u tal-prestazzjoni attwali ta’ dak l-OCT u waqt li tqis sewwa l-aħħar data ta’ l-istatistika disponibbli dwar dak l-OCT.

Dan l-adattament normalment għandu jsir fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 22 jew, fil-każ ta’ irregolaritajiet, fl-iqsar żmien possibbli, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija.”

(14)

L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Irkupru u ħlasijiet lura

1.   Kwalunkwe ħlas lura dovut lill-Kummissjoni għandu jsir sad-data ta’ l-għeluq indikata fl-ordni ta’ l-irkupru mħejjija skond ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar EDF. Din id-data ta’ l-għeluq għandha tkun l-aħħar ġurnata tat-tieni xahar li jiġi wara l-ħruġ ta’ l-ordni.

2.   Kwalunkwe dewmien fil-ħlas lura għandu jagħti lok għal interessi minħabba ħlas tard, li jibdew jgħaddu mid-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1 sad-data meta attwalment isir il-ħlas. Ir-rata ta’ tali interessi għandha tkun punt perċentwali u nofs aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, fl-ewwel jum ta’ xogħol tax-xahar li fih taħbat id-data ta’ l-għeluq.

3.   L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jżomm kont ta’ l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mill-ħlasijiet ta’ assistenza Komunitarja li jkunu diġa saru, u jiżgura li l-ammonti jiġu rkuprati mingħajr dewmien mhux ġustifikat.

Il-benefiċjarju għandu jħallas lura kwalunkwe ammont li għandu jiġi rkuprat, flimkien ma’ l-interessi riċevuti minħabba l-ħlas tard, billi jnaqqas l-ammonti kkonċernati mill-prospett ta’ l-infiq tiegħu u talba għall-ħlas lill-Kummissjoni li jkun imiss, jew, fejn dan ma jkunx biżżejjed, permezz ta’ rifużjoni lill-Komunità.

L-Uffiċjal Territorjali Awtorizzat għandu jibgħat prospett lill-Kummissjoni darba kull sena ta’ l-ammonti li jkunu għad iridu jiġu rkuprati f’dik id-data, klassifikati skond is-sena li fiha nbdew il-proċeduri ta’ l-irkupru.”

(15)

L-Anness huwa sostitwit b’Anness ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Skond l-Artikolu 3(5) ta’ l-Anness II Aa tad-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija, l-ammonti indikattivi allokati taħt l-għaxar EDF għandhom ikunu s-segwenti:

(EUR f’miljuni)

OCTs

Allokazzjoni indikattiva ta’ l-għaxar EDF

Il-Kaledonja l-Ġdida

19,81

Il-Polineżja Franċiża

19,79

Wallis u Futuna

16,49

Mayotte

22,92

St Pierre u Miquelon

20,74

Aruba

8,88

L-Antilli Olandiżi

24

Il-Gżejjer Falkland

4,13

Turks u Caicos

11,85

Anguilla

11,7

Montserrat

15,66

Saint Helena u d-dipendenzi (Ascension, Tristan da Cunha)

16,63

Pitcairn

2,4

Kooperazzjoni u integrazzjoni reġjonali

40

Riżerva B mhux allokata

15

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Louis MICHEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/249/KE (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33).

(2)  ĠU L 348, 21.12.2002, p. 82.

(3)  ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.

(4)  Għadha mhix ippubblikata – KUM(2007) 410 finali, 16.7.2007.

(5)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-ACP-KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22).


ANNESS

“ANNESS

STRUTTURA STANDARD GĦAL DOKUMENTI WAĦDIENA TA’ L-IPPROGRAMMAR GĦAL PAJJIŻI U TERRITORJI TA’ BARRA TAĦT L-GĦAXAR EDF

It-test sħiħ, inkluż is-sommarju eżekuttiv u kapitoli 1 sa 6, għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 15-il-paġna (Għadd ta’ Kliem) u l-annessi.

PARTI A:   L-ISTRATEĠIJA TAL-KOOPERAZZJONI

Sommarju eżekuttiv

L-SPDs għandhom jibdew b’sommarju eżekuttiv ta’ nofs paġna. Dan għandu jinkludi l-isfidi prinċipali politiċi, istituzzjonali, ekonomiċi, soċjali jew ambjentali ta’ l-OCT fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul, l-għan prinċipali ta’ l-SPD, ir-raġunijiet prinċipali għall-għażla tal-qasam fokali u d-distribuzzjoni ġenerali tal-fondi.

Kapitolu 1:   L-għanijiet ta’ kooperazzjoni tal-KE

F’din it-taqsima, l-għanijiet wiesgħa ta’ kooperazzjoni tal-KE huma dikjarati b’mod espliċitu, kif stabbilit mit-Trattat tal-KE, id-Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni Barranija, ftehimiet internazzjonali u d-Dikjarazzjoni riċenti dwar il-Politika ta’ l-Iżvilupp tal-KE.

Kapitolu 2:   Evalwazzjoni tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, soċjali u ambjentali

Kwistjonijiet/żviluppi importanti ta’ politika domestika u aspetti rilevanti tal-kuntest ester għandhom ikunu koperti, inklużi s-sitwazzjoni politika, aspetti kummerċjali, s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, aspetti ambjentali u, fl-aħħarnett, is-sostenibbiltà ta’ politiki attwali u sfidi fuq perjodu medju.

Dan għandu jkun eżerċizzju analitiku u mhux wieħed deskrittiv biss. L-analiżi għandha tkun motivata mid-djalogu, ppreparata f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ donaturi oħra (jekk ikun applikabbli) u li tinvolvi atturi mhux governattivi.

Kull fejn ikun rilevanti, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni ta’ prinċipji internazzjonali ta’ governanza tajba fl-oqsma finanzjarji, fiskali u ġudizzjarji, u għall-entità u l-kalendarju tar-riformi f’dan ir-rigward.

Bl-istess mod, għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-disponibilità ta’ data ta’ l-istatistika aġġornata.

Kapitolu 3:   L-aġenda politika ta’ l-OCT

Din it-taqsima għandha tipprovdi dikjarazzjoni fil-qosor ta’ l-għanijiet u l-oġġettivi tal-gvern, kif stabbiliti fid-dokumenti ta’ politika uffiċjali, fi pjanijiet fuq żmien medju u fit-tul, strateġiji ta’ riforma jew programmi ta’ żvilupp. Din għandha tiġi kkompletata b’indikazzjoni dwar kif il-gvern jipproponi li jikseb dawn l-għanijiet.

Kapitolu 4:   Evalwazzjoni ta’ kooperazzjoni tal-KE tal-passat u li għadha għaddejja

Din it-taqsima għandu jkun fiha rapport qasir tar-riżultati u l-‘esperjenzi miksuba’ minn kooperazzjoni tal-KE tal-passat u li għadha għaddejja. Rakkomandazzjonijiet minn evalwazzjonijiet rilevanti ta’ l-OCT, oqsma jew proġetti speċifiċi għandhom jiġu meqjusa.

Paragrafu ta’ koerenza (taħlita ta’ politika tal-KE) għandu jevalwa l-konnessjonijiet bejn l-SPD u politiki, riżorsi u strumenti oħra tal-Komunità. Għandha tingħata deskrizzjoni qasira ta’ programmi ta’ Stati Membri ta’ l-UE u ta’ donaturi oħra (jekk ikun applikabbli). Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni bejn il-programmi territorjali u reġjonali u għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta’ l-ACP u r-reġjuni l-aktar imbegħda msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Kapitolu 5:   L-istrateġija ta’ rispons

Din it-taqsima għandha tistabbilixxi l-għażliet strateġiċi għall-kooperazzjoni tal-KE, u tispeċifika fuq liema qasam/settur se tikkonċentra l-assistenza. Dik l-għażla għandha toħroġ b’mod loġiku minn:

l-għanijiet politiċi tal-KE;

analiżi tas-sitwazzjoni ta’ l-OCT u ta’ l-istrateġija ta’ l-iżvilupp tiegħu, li tiddetermina r-rilevanza u s-sostenibbiltà ta’ l-istrateġija ta’ sostenn;

il-konklużjonijiet milħuqa fil-kuntest ta’ kwalunkwe eżerċizzju ta’ ‘taħlita ta’ politika’/analiżi ta’ koerenza;

il-volum indikattiv tal-fondi disponibbli;

l-esperjenzi miksuba minn attivitajiet tal-KE tal-passat u li għadhom għaddejjin;

il-komplimentarjetà ma’ l-assistenza mingħand donaturi oħra kbar u l-programmi tal-Gvern ta’ l-OCT stess. L-assistenza tal-Komunità għandha tkun iffokata fuq oqsma fejn hi għandha vantaġġi komparattivi jew kompetenzi partikolari.

Din it-taqsima għandu jkun fiha wkoll evalwazzjoni qasira tal-ħila istituzzjonali u, fejn ikun xieraq, jiġu indirizzati l-ħtiġijiet possibbli għal azzjonijiet ta’ żvilupp istituzzjonali u tal-ħila, jew, jekk ikun meħtieġ, appoġġ għal azzjonijiet biex tissaħħaħ il-governanza, inkluż fl-oqsma finanzjarji, fiskali u ġudizzjarji, kull fejn ikunu rilevanti.

Meta l-appoġġ għal programmi jew proġetti jkun propost bħala l-modalità finanzjarja, ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati li ma jkunux jippermettu li l-assistenza tingħata bħala sostenn tal-baġit, għandhom jiġu deskritti. Jekk il-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit ma jiġux sodisfatti, għandha tiġi provduta deskrizzjoni ta’ liema miżuri se jitwettqu biex jiġi żgurat li jinħolqu l-kundizzjonijiet għas-sostenn tal-baġit.

PARTI B:   PROGRAMM TERRITORJALI

Kapitolu 6:   Programm territorjali

Dan il-Kapitolu huwa preżentazzjoni tal-programm territorjali ta’ l-OCT li hu bbażat fuq u konsistenti kollu kemm hu ma’ l-analiżi strateġika. Il-programm territorjali huwa parti integrali mill-SPD u għandu jkun kompost mit-taqsimiet segwenti:

GĦAŻLA A:   PROGRAMM TA’ APPOĠĠ GĦALL-POLITIKA SETTORJALI

Identifikazzjoni

Titolu

 

Spiża totali

Speċifika: Kontribuzzjoni tal-KE u jekk applikabbli l-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju (u ta’ donaturi oħra, jekk applikabbli)

Metodu ta’ għajnuna/mod ta’ tmexxija

Programm ta’ Appoġġ għall-Politika Settorjali:

Sostenn tal-baġit settorjali (tmexxija ċentralizzata);

Fond ippuljat (ċentralizzat (dirett jew indirett)/deċentralizzat/jew tmexxija konġunta);

Mod tal-proġett (ċentralizzat (dirett jew indirett)/deċentralizzat/tmexxija konġunta).

Kodiċi DAC

 

Settur

 

1.   Il-motivazzjoni fundamentali u l-kuntest ta’ l-OCT

Is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali

Konklużjonijiet prinċipali mill-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni makro-ekonomika, partikolarment il-prospetti fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul.

Jekk is-sostenn tal-baġit jintuża bħala modalità finanzjarja, indika s-segwenti:

Is-sitwazzjoni makro-ekonomika: l-istruttura tal-GDP; il-prestazzjoni ekonomika riċenti u t-tendenzi mistennija, li jkopru t-tkabbir tal-GDP u l-inflazzjoni; il-finanzi pubbliċi, d-defiċit fiskali, il-piż tad-dejn u l-ammont ta’ l-arretrati; s-sehem mill-infiq f’setturi prinċipali; l-kont kurrenti u kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, r-riżervi; s-sitwazzjoni monetarja; r-rwol ta’ l-assistenza esterna fl-ekonomija; r-relazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali.

Il-profil u t-tendenzi fil-faqar: l-evoluzzjoni tal-GDP reali għal kull persuna mill-popolazzjoni; l-konsistenza bejn ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku u l-isfida tat-tnaqqis tal-faqar; ir-riżultati ta’ servejs tal-faqar; is-sitwazzjoni ta’ l-indikaturi soċjali prinċipali mqabbla ma’ pajjiżi oħra; l-evoluzzjoni ta’ l-indikaturi tas-snin riċenti (fejn ikunu disponibbli).

Li l-kriterju rilevanti ta’ l-eliġibbiltà għas-Sostenn tal-Baġit ikun sodisfatt, jiġifieri li teżisti sitwazzjoni makro-ekonomika stabbli biżżejjed.

Il-politika ta’ kooperazzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju

Il-politika, prijoritajiet u orjentazzjonijiet strateġiċi prinċipali:

Il-karatteristiċi prinċipali tal-politika ta’ l-iżvilupp u l-istrateġija nazzjonali (analiżi tas-sitwazzjoni preżenti, dikjarazzjoni ta’ politika u strateġija, pjan(ijiet) ta’ azzjoni, perspettivi finanzjarji u baġit fuq perjodu ta’ żmien medju, kejl tal-prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni);

Ir-realiżmu tal-politika u l-istrateġija (per eżempju konnessjonijiet bejn it-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar, orjentazzjonijiet strateġiċi);

L-approprijazzjoni tal-politika u l-istrateġija mill-Gvern b’mod ġenerali u mill-Ministeru tas-settur b’mod speċifiku.

Il-Programm Settorjali tal-Gvern

L-oriġini u l-istatus tal-programm settorjali tal-Gvern:

Is-sejbiet prinċipali ta’ l-evalwazzjoni tal-politika settorjali u tal-baġit settorjali u l-perspettivi finanzjarji għall-perjodu medju (jekk ikunu disponibbli) kif ukoll il-konnessjoni mal-qafas strateġiku territorjali;

L-evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali;

Il-qafas ġenerali għall-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ politiki u strateġiji settorjali.

Jekk is-sostenn tal-baġit jintuża bħala modalità finanzjarja, pprovdi l-konklużjonijiet prinċipali dwar l-evalwazzjoni tat-tmexxija finanzjarja pubblika:

Il-kwalità tas-sistema eżistenti tat-tmexxija finanzjarja pubblika inklużi kwalunkwe kwistjonijiet u riformi speċifiċi settorjali tat-tmexxija finanzjarja pubblika;

Evalwazzjoni tal-proċess ta’ titjib fit-tmexxija finanzjarja pubblika;

Jekk jintuża s-sostenn tal-baġit, indika li l-kriterji ta’ eliġibbiltà rilevanti huma sodisfatti:

Politika settorjali definita tajjeb u

Programm definit tajjeb biex itejjeb it-tmexxija finanzjarja pubblika.

Esperjenzi miksuba

Referenza għal reviżjonijiet, evalwazzjonijiet, riżultati ta’ monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet rilevanti preċedenti.

Azzjonijiet komplementari

Deskrizzjoni ġenerali qasira ta’ azzjonijiet tal-KE li għadhom għaddejjin, azzjonijiet ta’ donaturi oħra u/jew ta’ l-OCT benefiċjarju komplementari għal dik preżenti.

Il-koordinazzjoni tad-donaturi

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni ma’ l-OCT benefiċjarju u/jew donaturi oħra, notevolment Stati Membri.

2.   Deskrizzjoni

L-għanijiet u r-riżultati mistennija

L-għanijiet u l-elementi prinċipali tal-programm settorjali tal-Gvern u l-għanijiet tal-Programm preżenti ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali fir-rigward ta’ dak il-programm.

Ir-riżultati mistennija mill-programm settorjali tal-Gvern u mill-Programm ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali; attivitajiet speċifiċi biex jitwettqu taħt il-Programm ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali.

Il-partijiet interessati

Deskrizzjoni tal-partijiet interessati prinċipali, inklużi benefiċjarji; konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u msieħba oħra; approprijazzjoni u evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali.

Ir-riskji u l-ipotesi

L-identifikazzjoni tar-riskji prinċipali u deskrizzjoni qasira ta’ miżuri li jimmitigaw; elementi li jagħtu prova tas-sostenibbiltà ta’ l-azzjoni proposta. Jekk is-Sostenn tal-Baġit jintuża bħala modalità finanzjarja, r-riskji fir-rigward tal-kriterji ta’ eligibbiltà għandhom jissemmew.

Kwistjonijiet trasversali

Is-sostenibbiltà ambjentali, l-ugwaljanza tas-sessi, governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem.

3.   Kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni

Il-metodu ta’ implimentazzjoni

Għażel l-għażla rilevanti skond il-modalità finanzjarja magħżula:

Tmexxija ċentralizzata.

Tmexxija konġunta permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali.

Tmexxija deċentralizzata permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim finanzjarju ma’ OCT (fil-każ ta’ implimentazzjoni parzjalment ċentralizzata u parzjalment deċentralizzata, uża din l-għażla).

Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist u proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet:

Il-Kummissjoni tikkontrolla ex ante il-proċeduri kuntrattwali għal kuntratti ta’ akkwist > EUR 50 000 u ex post għal kuntratti ta’ akkwist < EUR 50 000.

Jew

Il-Kummissjoni tikkontrolla ex post il-proċeduri kuntrattwali (deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintagħżel biss jekk il-kriterji ta’ deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jkunu kollha sodisfatti).

Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni ta’ ħlasijiet (possibbli biss meta l-proċeduri ta’ l-għotjiet għall-kuntratti rilevanti jkunu ġew deċentralizzati):

Permezz ta’ l-istimi tal-programmi, l-ħlasijiet jiġu deċentralizzati għall-ispejjeż amministrattivi u kuntratti sal-limiti segwenti:

Xogħlijiet

Provvisti

Servizzi

Għotjiet

< EUR 300 000

< EUR 150 000

< EUR 200 000

≤ EUR 100 000

Jew

Il-ħlasijiet huma kompletament deċentralizzati. (Deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintgħażel biss jekk il-kriterji tad-deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jiġu kollha sodisfatti).

Il-proċeduri ta’ l-akkwist u ta’ l-għoti ta’ għotjiet

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika għal dawk l-attivitajiet li għalihom japplikaw il-proċeduri tal-KE: ‘Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet esterni, fis-seħħ fiż-żmien tat-tnedija tal-proċedura in kwistjoni.’

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika jekk il-ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali jipprevedi l-użu tar-regoli u proċeduri tiegħu stess, li jikkonformaw ma’ l-istandards internazzjonali stabbiliti: ‘Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali kkonċernata.’

Jekk japplikaw regoli u proċeduri oħra barra proċeduri tal-KE, dawn il-proċeduri għandhom jiġu speċifikati u għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Il-baġit u l-kalendarju

Analiżi indikattiva ta’ l-ammont totali skond il-komponenti prinċipali, inklużi l-evalwazzjoni, l-verifika u l-viżibbiltà. Fejn ikun xieraq, speċifika wkoll il-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju għal kull oġġett tal-baġit u jekk din il-kontribuzzjoni tkunx b’oġġetti jew bi flus.

Fejn ikun possibbli, indika l-proporzjonijiet ta’ finanzjament riżervat għal għotjiet u għal kuntratti ta’ akkwist; għal kuntratti, indika t-tip ta’ akkwist (servizzi, provvista, xogħlijiet), u għal għotjiet indika l-kategorija prinċipali tal-benefiċjarji li għalihom huma maħsuba.

Jekk applikabbli: Agħti perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ l-akkwist jew is-sejħa għal proposti.

Jekk is-sostenn tal-baġit jintuża bħala l-modalità finanzjarja, agħti kalendarju indikattiv bix-xhur għall-ħruġ ta’ flus, li jagħmel distinzjoni bejn porzjonijiet fissi jew varjabbli, fejn ikun xieraq.

Agħti t-tul ta’ żmien ta’ l-operazzjoni indikat f’xhur minn meta jiġi ffirmat il-Ftehim Finanzjarju (kuntratt jew ftehim ieħor li jimplimenta jekk ma jiġix iffirmat Ftehim Finanzjarju).

Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u kriterji għall-ħruġ ta’ flus

Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni.

L-indikaturi tal-prestazzjoni għall-Programm ta’ Sostenn għall-Politika Settorjali; l-koerenza mal-qafas ġenerali ta’ l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm settorjali tal-gvern; il-proċess tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni; l-mezzi ta’ verifikazzjoni; l-passi biex jissaħħaħ il-kejl tal-prestazzjoni (kif ikun xieraq).

Meta s-sostenn tal-baġit jew finanzjar mill-fond ippuljat jintagħżel bħala l-modalità finanzjarja: kundizzjonijiet ġenerali għall-ħruġ ta’ flus tal-porzjonijiet kollha; oqsma li fihom jiġu definiti kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħruġ ta’ flus ta’ porzjonijiet individwali.

L-input, l-output, ir-riżultat, u, sa fejn ikun possibbli, l-indikaturi ta’ l-impatt għandhom jiġu identifikati għall-oqsma ta’ politika koperti mill-qasam fokali. L-indikaturi għandhom iqisu l-kriterji SMART (specifiċi, li jistgħu jitkejlu fuq perjodu ta’ żmien qasir/medju, li jistgħu jinkisbu, realistiċi u marbuta biż-żmien) u jinkludu livell tal-bidu, mira u terminu ta’ żmien ċar, biex jippermettu paraguni meta jsiru r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs u ta’ l-aħħar tat-terminu.

L-evalwazzjoni u l-verifika

Deskrizzjoni ta’ l-evalwazzjonijiet (ta’ nofs it-terminu, finali, ex post) u l-arranġamenti ta’ verifika.

Il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà

Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà.

GĦAŻLA B:   SOSTENN ĠENERALI TAL-BAĠIT

Identifikazzjoni

Titolu

 

Spiża totali

Kontribuzzjoni tal-KE

Metodu ta’ għajnuna/Mod ta’ tmexxija

Sostenn ġenerali tal-baġit – tmexxija ċentralizzata

Kodiċi DAC

 

Settur

 

1.   Il-motivazzjoni fundamentali u l-kuntest ta’ l-OCT

Is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali

Is-sitwazzjoni makro-ekonomika: l-istruttura tal-GDP; il-prestazzjoni ekonomika riċenti li tkopri t-tkabbir tal-GDP u l-inflazzjoni; il-finanzi pubbliċi, d-defiċit fiskali, il-piż tad-dejn u l-ammont ta’ l-arretrati; s-sehem mill-infiq f’setturi prinċipali; l-kont kurrenti u kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, r-riżervi; s-sitwazzjoni monetarja; r-rwol ta’ l-assistenza esterna fl-ekonomija; sommarju tat-tendenzi prinċipali tal-passat u mistennija fil-fatturi makro-ekonomiċi varjabbli; deskrizzjoni tar-relazzjoni bejn il-pajjiż sieħeb u l-Fond Monetarju Internazzjonali; kwalunkwe suġġett speċjali ta’ interess makro-ekonomiku speċifiku għall-OCT.

Il-profil u t-tendenzi fil-faqar: l-evoluzzjoni tal-GDP reali għal kull persuna mill-popolazzjoni; l-konsistenza bejn ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku u l-isfida tat-tnaqqis tal-faqar; ir-riżultati ta’ servejs tal-faqar; is-sitwazzjoni ta’ l-indikaturi soċjali prinċipali mqabbla ma’ pajjiżi oħra; l-evoluzzjoni ta’ l-indikaturi tas-snin riċenti (fejn ikunu disponibbli).

Indika li l-kriterju rilevanti ta’ eliġibbiltà għas-sostenn tal-baġit huwa sodisfatt, jiġifieri li politika makro-ekonomika orjentata għall-istabilità hija fil-post jew qed tiġi implimentata u li dil-politika għandha tiġi sostnuta mill-KE.

Il-politika u l-istrateġija tal-kooperazzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju

Il-prijoritajiet u orjentazzjonijiet politiċi u strateġiċi prinċipali:

Il-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT:

Il-karatteristiċi prinċipali tal-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT (analiżi tas-sitwazzjoni preżenti, dikjarazzjoni ta’ politika u strateġija, pjan(ijiet) ta’ azzjoni, perspettivi finanzjarji u baġit fuq perjodu ta’ żmien medju, kejl tal-prestazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni);

Ir-realiżmu tal-politika u l-istrateġija (per eżempju konnessjonijiet bejn it-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar, orjentazzjonijiet strateġiċi);

L-approprijazzjoni tal-politika u l-istrateġija.

Il-kejl tal-prestazzjoni: l-eżistenza ta’ proċess ta’ monitoraġġ b’indikaturi tal-prestazzjoni biex ikejlu l-għanijiet milħuqa; l-koerenza ma’ l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju u l-approssimazzjoni politika u ekonomika ma’ l-UE; l-eżistenza ta’ programm biex jiżgura l-kwalità ta’ l-indikaturi tal-prestazzjoni użati.

Indika li l-kriterju rilevanti ta’ eliġibbiltà għas-sostenn tal-baġit huwa sodisfatt, jiġifieri li politika u strateġija ta’ l-iżvilupp jew ta’ riforma definiti tajjeb, qegħdin fil-post jew qed jiġu implimentati u din il-politika għandha tiġi sostnuta mill-KE.

Politiki Settorjali (fejn ikun xieraq)

Deskrizzjoni ġenerali tal-karatteristiċi tas-setturi prinċipali u tal-politiki settorjali fl-oqsma ta’ prijorità indirizzati minn dan il-programm.

Il-Finanzi Pubbliċi

Kwistjonijiet prinċipali dwar finanzi pubbliċi f’żewġ oqsma prinċipali:

It-Tmexxija Finanzjarja Pubblika:

Evalwazzjoni tal-kwalità tas-sistema ta’ Tmexxija Finanzjarja Pubblika eżistenti;

Evalwazzjoni tal-proċess ta’ titjib fit-Tmexxija Finanzjarja Pubblika, inkluż l-impenn ta’ l-awtoritajiet ta’ l-OCT li jtejbu l-prestazzjoni tat-Tmexxija Finanzjarja Pubblika; r-rilevanza u l-grad ta’ implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ riforma; ir-rilevanza u l-grad ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni ta’ programmi ta’ l-iżvilupp tal-ħila fil-qasam tat-Tmexxija Finanzjarja Pubblika;

Indika li l-kriterju rilevanti ta’ eliġibbiltà għas-sostenn tal-baġit huwa sodisfatt, jiġifieri li jeżisti programm kredibbli u rilevanti biex tittejjeb l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi.

Il-Baġit Nazzjonali u l-perspettivi finanzjarji fuq perjodu ta’ żmien medju: id-daqs tas-sostenn tal-baġit meta mqabbel mal-baġit; it-tip ta’ baġit u xi jkopri (inklużi l-istruttura tad-dħul u l-infiq tal-baġit; il-koerenza bejn il-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT u l-allokazzjonijiet u nfiq tal-baġit; l-istrateġija tal-baġit (inkluża s-sostenibbiltà fiskali, s-sostenibbiltà tad-dejn, ir-regoli tal-baġit, strateġiji finanzjarji); kwalunkwe xogħol dwar valur għall-flus; u l-istatus ta’ kwalunkwe perspettivi finanzjarji fuq perjodu ta’ żmien medju (inklużi kopertura, il-grad ta’ integrazzjoni jew in-nuqqas tagħha fil-proċess tal-baġit, il-grad ta’ riorjentazzjoni f’konformità ma’ politiki u strateġiji).

L-esperjenzi miksuba

Sommarju ta’ l-esperjenzi miksuba, inklużi r-riżultati ta’ revizjonijiet, evalwazzjonijiet, monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet preċedenti rilevanti għal dan il-programm speċifiku.

Azzjonijiet komplementari

Deskrizzjoni ġenerali qasira ta’ azzjonijiet tal-KE li għadhom għaddejjin, azzjonijiet ta’ donaturi oħra u/jew ta’ l-OCT benefiċjarju komplementari ma’ dik preżenti.

Il-koordinazzjoni tad-donaturi

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni ma’ l-OCT benefiċjarju u/jew donaturi oħra, notevolment Stati Membri.

2.   Deskrizzjoni

L-għanijiet

L-għanijiet ġenerali: mnisslin mill-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT, din normalment tkopri kontribuzzjoni għall-għanijiet ġenerali ta’ l-iżvilupp u l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju, bħat-tkabbir ekonomiku, it-tnaqqis tal-faqar, is-sigurtà u l-ħbiberija bejn il-ġirien, l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija, s-sħubija ekonomika.

L-iskop (għan speċifiku): mnissel mill-politika u l-istrateġija ta’ l-OCT, għal aspetti partikolari ta’ l-istrateġija ġenerali. Dan ta’ spiss jiġi relatat ma’ titjib fl-istabbiltà makro-ekonomika, t-tmexxija finanzjarja pubblika, l-implimentazzjoni ta’ riformi u titjib fil-prestazzjoni ta’ servizzi governattivi u soċjali.

Ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet prinċipali

Ir-riżultati mistennija: dan ta’ spiss jiġi relatat mat-tħaddim aħjar tas-settur pubbliku jew governattiv ġenerali u l-oġġetti u s-servizz li jipprovdi, kif ukoll titjib fl-istruttura għall-politika pubblika u għan-nefqa pubblika. Dawn l-oġġetti u s-servizzi jkunu dawk li jikkontribwixxu għall-għanijiet ġenerali, bħal dawk relatati mat-tnaqqis tal-faqar u l-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju.

L-attivitajiet ikopru l-kwistjonijiet relatati mad-djalogu politiku, attivitajiet ta’ l-iżvilupp tal-ħila, l-monitoraġġ ta’ kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ flus għal sostenn tal-baġit. Mezzi (jew inputs) jirreferu l-aktar għas-sostenn finanzjarju provdut mis-sostenn tal-baġit, waqt li jindikaw id-daqs ta’ dan is-sostenn relatat ma’ fatturi varjabbli makro-ekonomiċi prinċipali.

Il-partijiet interessati

Deskrizzjoni tal-partijiet interessati prinċipali, inklużi benefiċjarji; konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u msieħba oħra; approprijazzjoni u evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali.

Ir-riskji u l-ipotesi

L-identifikazzjoni tar-riskji prinċipali, notevolment fir-rigward tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u deskrizzjoni qasira ta’ miżuri li jimmitigaw.

Kwistjonijiet trasversali

Is-sostenibbiltà ambjentali, l-ugwaljanza tas-sessi, governanza tajba u drittijiet tal-bniedem.

3.   Kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni

Il-baġit u l-kalendarju

Il-baġit totali u kalendarju indikattiv għall-ħruġ ta’ flus bix-xhur, li jiddistingwu porzjonijiet fissi/varjabbli fejn ikun xieraq.

It-tul ta’ żmien ta’ l-operazzjoni indikat f’xhur minn meta jiġi ffirmat il-Ftehim Finanzjarju.

Allokazzjonijiet tal-baġit għal miżuri komplementari ta’ sostenn għall-azzjoni.

Modalitajiet ta’ sostenn tal-baġit

Speċifika: dirett/indirett; allokat/mhux allokat; politika u strateġija fuq perjodu ta’ żmien medju/perjodu ta’ żmien qasir (kif ikun xieraq).

Proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti ta’ għotjiet

Għal sostenn komplementari bħal assistenza teknika, verifika u evalwazzjoni biss. Għandu jiddaħħal mingħajr modifika: ‘Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet esterni, fis-seħħ fiż-żmien tat-tnedija tal-proċedura in kwistjoni.’

Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u kriterji għall-ħruġ ta’ flus

Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni, kundizzjonijiet ġenerali għall-ħruġ ta’ flus tal-porzjonijiet kollha, kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħruġ ta’ flus ta’ porzjonijiet individwali. L-input, l-output, ir-riżultat, u, sa fejn ikun possibbli, l-indikaturi ta’ l-impatt għandhom jiġu identifikati għall-oqsma ta’ politika koperti bl-oqsma fokali. L-indikaturi għandhom iqisu l-kriterji SMART (specifiċi, li jistgħu jitkejjlu fuq perjodu ta’ żmien qasir/medju, li jistgħu jinkisbu, realistiċi u marbuta biż-żmien) u jinkludu livell tal-bidu, mira u terminu ta’ żmien ċar, biex jippermettu paraguni meta jsiru r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs u ta’ l-aħħar tat-terminu.

L-evalwazzjoni u l-verifika

Deskrizzjoni ta’ l-evalwazzjonijiet (ta’ nofs it-terminu, finali, ex post) u l-arranġamenti ta’ verifika.

Komunikazzjoni u viżibbiltà

Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà.

GĦAŻLA C:   L-APPROĊĊ GĦALL-PROĠETT

Identifikazzjoni

Titolu

 

Spiża totali

Speċifika: Il-kontribuzzjoni tal-KE u jekk applikabbli l-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju (u ta’ donaturi oħra, jekk applikabbli)

Metodu ta’ għajnuna/Mod ta’ tmexxija

Approċċ għall-proġett – ċentralizzat (dirett jew indirett)/deċentralizzat/tmexxija konġunta

Kodiċi DAC

 

Settur

 

1.   Motivazzjoni fundamentali

Il-kuntest settorjali

Karatteristiċi u politiki tas-settur jew qasam tematiku ikkonċernat (fil-livell reġjonali, fejn ikun xieraq) u l-problemi prinċipali li l-proġett hu maħsub biex jindirizza.

L-esperjenzi miksuba

Referenza għal reviżjonijiet, evalwazzjonijiet, riżultati ta’ monitoraġġ u evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet preċedenti, rilevanti għal dan il-proġett speċifiku.

Azzjonijiet komplementari

Deskrizzjoni ġenerali qasira ta’ azzjonijiet tal-KE li għadhom għaddejjin, azzjonijiet ta’ donaturi oħra u/jew ta’ l-OCT benefiċjarju komplementari għal dak preżenti.

Il-koordinazzjoni tad-donaturi

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni ma’ l-OCT benefiċjarju u/jew donaturi oħra, notevolment Stati Membri.

2.   Deskrizzjoni

L-għanijiet

Għanijiet u skop ġenerali (għan speċifiku) ta’ l-appoġġ tal-KE.

Ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet prinċipali

L-istrateġija magħżula biex tirrimedja problemi identifikati li l-proġett hu maħsub biex jindirizza; deskrizzjoni tar-riżultati mistennija u indikazzjoni tal-mod kif se jinkisbu.

Il-partijiet interessati

Deskrizzjoni tal-partijiet interessati prinċipali, inklużi benefiċjarji; konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u msieħba oħra, fejn ikun xieraq; approprijazzjoni u evalwazzjoni tal-ħila istituzzjonali.

Ir-riskji u l-ipotesi

L-identifikazzjoni tar-riskji prinċipali u deskrizzjoni ġenerali ta’ miżuri li jimmitigaw, inklużi kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti qabel u waqt l-implimentazzjoni; elementi li jagħtu prova tas-sostenibbiltà ta’ l-azzjoni proposta.

Kwistjonijiet trasversali

Is-sostenibbiltà ambjentali, l-ugwaljanza tas-sessi, governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem.

3.   Kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni

Metodu ta’ implimentazzjoni

Agħżel l-għażla rilevanti skond il-modalità finanzjarja magħżula:

Tmexxija ċentralizzata.

Tmexxija konġunta permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali.

Tmexxija deċentralizzata permezz ta’ l-iffirmar ta’ ftehim finanzjarju ma’ OCT (fil-każ ta’ implimentazzjoni ċentralizzata parzjalment u implimentazzjoni deċentralizzata parzjalment, uża din l-għażla).

Indika l-kompiti (proċeduri/ħlasijiet ta’ akkwist u ta’ għoti ta’ għotjiet) previsti bħala li huma ċentralizzati jew deċentralizzati, u l-awtorità(jiet) li jikkuntrattaw u li jħallsu.

Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni ta’ kuntratti ta’ akkwist u ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ għotjiet:

Il-Kummissjoni tikkontrolla ex ante il-proċeduri kuntrattwali għal kuntratti ta’ akkwist > EUR 50 000 u ex post għal kuntratti ta’ akkwist < EUR 50 000.

Jew

Il-Kummissjoni tikkontrolla ex post il-proċeduri kuntrattwali (deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintgħażel biss jekk il-kriterji ta’ deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jiġu sodisfatti kollha).

Fil-każ ta’ deċentralizzazzjoni tal-ħlasijiet (possibbli biss meta l-proċeduri ta’ l-għoti tal-kuntratti rilevanti jkunu ġew deċentralizzati):

Permezz ta’ l-istimi tal-programm, il-ħlasijiet jiġu deċentralizzati għall-ispejjeż amministrattivi u kuntratti sal-limiti segwenti:

Xogħlijiet

Provvisti

Servizzi

Għotjiet

< EUR 300 000

< EUR 150 000

< EUR 200 000

≤ EUR 100 000

Jew

Il-ħlasijiet huma deċentralizzati kompletament. (Deċentralizzazzjoni sħiħa tista’ tintgħażel biss jekk il-kriterji tad-deċentralizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jiġu sodisfatti kollha).

Il-proċeduri ta’ l-akkwist u ta’ l-għoti ta’ għotjiet

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika għal dawk l-attivitajiet li għalihom japplikaw il-proċeduri tal-KE: ‘Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet esterni, fis-seħħ fiż-żmien tat-tnedija tal-proċedura in kwistjoni.’

Dan li ġej għandu jiddaħħal mingħajr modifika jekk il-ftehim ma’ organizzazzjoni internazzjonali jipprevedi l-użu tar-regoli u proċeduri tiegħu stess, li jkunu konformi ma’ l-istandards internazzjonali stabbiliti: ‘Il-kuntratti kollha li jimplimentaw l-azzjoni għandhom jingħataw u jiġu implimentati skond il-proċeduri u dokumenti standard stabbiliti u ippubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali kkonċernata.’

Jekk japplikaw regoli u proċeduri oħra barra proċeduri tal-KE, dawn il-proċeduri għandhom jiġu speċifikati u għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Il-baġit u l-kalendarju

Analiżi indikattiva ta’ l-ammont totali skond il-komponenti prinċipali, inklużi l-evalwazzjoni, il-verifika u l-viżibbiltà. Fejn ikun xieraq, speċifika wkoll il-kontribuzzjoni ta’ l-OCT benefiċjarju għal kull oġġett tal-baġit u jekk din il-kontribuzzjoni tkunx b’oġġetti jew bi flus.

Fejn ikun possibbli, indika l-proporzjonijiet ta’ finanzjament riżervat għal għotjiet u għal kuntratti ta’ akkwist; għal kuntratti, indika t-tip ta’ akkwist (servizzi, provvista, xogħlijiet), u għal għotjiet indika l-kategorija prinċipali tal-benefiċjarji li għalihom huma maħsuba.

Jekk huwa applikabbli, agħti perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ l-akkwist jew is-sejħa għal proposti.

It-tul ta’ żmien previst ta’ l-operazzjoni indikat f’xhur minn meta jiġi ffirmat il-Ftehim Finanzjarju (kuntratt jew ftehim ieħor li jimplimenta jekk ma jiġix iffirmat Ftehim Finanzjarju).

Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni

Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni; deskrizzjoni qasira ta’ l-indikaturi prinċipali li jkejlu l-progress. L-input, l-output, ir-riżultat, u, sa fejn ikun possibbli, l-indikaturi ta’ l-impatt għandhom jiġu identifikati għall-oqsma ta’ politika koperti bl-oqsma fokali. L-indikaturi għandhom jiġu identifikati għall-oqsma tal-politika koperti mill-qasam fokali. L-indikaturi għandhom iqisu l-kriterji SMART (specifiċi, li jistgħu jitkejlu fuq perjodu ta’ żmien qasir/medju, li jistgħu jinkisbu, realistiċi u marbuta biż-żmien) u jinkludu livell tal-bidu, mira u terminu ta’ żmien ċar, biex jippermettu paraguni meta jsiru r-reviżjonijiet annwali, ta’ nofs u ta’ l-aħħar tat-terminu.

L-evalwazzjoni u l-verifika

Deskrizzjoni ta’ l-evalwazzjonijiet (ta’ nofs it-terminu, finali, ex post) u l-arranġamenti ta’ verifika.

Il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà

Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà.”


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1425/2007

tat-3 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żona IV ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' II a min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

78

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

COD/2AC4.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa

Data

15.11.2007


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/57


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1426/2007

tat-3 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VII b-k, VIII, IX u X ta' l-ICES; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

79

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

COD/7X7A34

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VII b-k, VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1

Data

15.11.2007


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/59


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1427/2007

tat-3 ta’ Diċembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-KE taż-żona IV ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

80

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

LIN/04.

Speċi

Linarda (Molva molva)

Żona

l-ilmijiet tal-KE taż-żona IV ta' l-ICES

Data

15.11.2007


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1428/2007

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabblixxi miżuri ta’ eradikazzjoni li għandhom jiġu implimentati wara konferma ta' enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) fl-annimali ovini u kaprini.

(2)

Fil-qafas tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Roadmap għat-TSE (2) tal-15 ta’ Lulju 2005, u f'konformità mal-programm ta’ ħidma tas-SANCO għall-2006/2007 dwar it-TSEs (3) tas-17 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 727/2007 tas-26 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, hekk kif emendat, jistipula ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ konferma ta' TSE fi stabbiliment ta' annimali ovini u kaprini u fejn il-preżenza ta' enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) tkun ġiet eliminata.

(3)

Billi l-istruttura tas-settur ta’ l-annimali ovini u kaprini huwa differenti ħafna madwar il-Komunità, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 727/2007, introduċa l-possibilità li jiġu applikati politiki alternattivi, sakemm jiġu stabbiliti regoli armonizzati fil-livell Komunitarju.

(4)

L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, qabel l-emendi li sarulu mir-Regolament (KE) Nru 727/2007, kien jipprovdi għal deroga fir-rigward tal-qerda ta' l-annimali ovini u kaprini wara l-konferma fi stabbiliment ta' każ ta' TSE f'dawn l-annimali. Skond dan, l-Istat Membru seta' jiddeċiedi li jipposponi l-qerda ta' l-annimali sa ħames snin ta' tgħammir f'ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, dik id-deroga ma ġietx inkluża fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, hekk kif emendata, għaliex ma kinitx għadha meħtieġa.

(5)

Fis-17 ta’ Lulju 2007, fil-Każ T-257/07, quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, Franza ressqet azzjoni kontra l-Kummissjoni Ewropea fejn talbet l-annullament ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 727/2007, partikolarment fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu applikati lil merħliet milquta mit-TSE, jew inkella l-annullament sħiħ ta' dak ir-Regolament. Fl-Ordni tagħha tat-28 ta' Settembru 2007, bħala miżuri interim, il-Qorti ssospendiet l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet sakemm tingħata sentenza finali.

(6)

Wara dik l-Ordni, l-Istati Membri ma għandhomx iktar il-possibilità li japplikaw il-miżuri sospiżi. Għalhekk, ċerti Stati Membri jistgħu jsibu diffikultà huma u jipproċedu bil-qerda immedjata ta’ l-annimali kkonċernati.

(7)

Għalhekk, jinħtieġ li terga’ tiġi introdotta d-deroga li kienet tapplika qabel l-emendi li saru lid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, mir-Regolament (KE) Nru 727/2007, sabiex l-Istati Membri, fejn il-frekwenza ta’ l-ARR allele fir-razza jew l-istabbiliment tkun baxxa, jew fejn jitqies meħtieġ sabiex ma jkunx hemm tgħammir ta’ annimali ta’ l-istess demm, ikunu jistgħu jipposponu l-qerda ta’ l-annimali kkonċernati b’ħames snin ta’ tgħammir, mid-data ta’ dik l-Ordni.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt 2.3 tal-Kapitolu A ta’ l-Anness VII, jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

Fejn il-frekwenza ta’ l-ARR allele f'razza jew stabbiliment tkun baxxa, jew fejn jitqies meħtieġ sabiex ma jkunx hemm tgħammir ta’ annimali ta’ l-istess demm, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jipposponi l-qerda ta’ l-annimali kif imsemmija fil-punti 2.3 (b)(i) u (ii) għal massimu ta’ ħames snin ta’ tgħammir.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta' Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).

(2)  KOM(2005) 322 finali.

(3)  SEK(2006) 1527.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Ottubru 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

(2007/786/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005 u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Ottubru 2006 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tiftaħ negozjati ma’ l-Istat ta’ Iżrael bil-ħsieb li jsir aġġustament tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istat ta’ Iżrael, fuq in-naħa l-oħra (1), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

Dawn in-negozjati ntemmu għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

(3)

It-test tal-Protokoll innegozjat ma’ l-Iżrael jipprevedi, fl-Artikolu 9(2), l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u applikat b’mod proviżorju soġġett għall-possibilità tal-konklużjoni tiegħu aktar tard,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju huwa b’ dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jagħżel il-persuna(i) awtorizzata/i biex tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Soġġett għar-reċiproċita’, il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jitelstew il-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

Magħmul fil-Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRETTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Stati Membri tal-KE” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Komunità” rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

fuq naħa

u l-Istat ta’ Iżrael minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Iżrael”

min-naħa l-oħra,

BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Istat ta’ l-Iżrael, fuq in-naħa l-oħra, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”, kien iffirmat fi Brussell fl-20 ta’ Novembru 1995 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2000,

BILLI t-Trattat li jirrigwarda l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u l-Att ta’ dan kien iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007,

BILLI, skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, l-adeżjoni ta’ Partijiet il-ġodda fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jrid ikun hemm qbil dwarha bil-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim,

BILLI saru konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jiġi żgurat li kienu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Komunità u ta’ l-Iżrael,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri ġodda”, jsiru Partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u jieħdu nota u jadottaw rispettivament, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim Ewro-Mediterranju kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Komuni, Dikjarazzjonijiet u Skambji ta’ Ittri.

KAPITOLU I

EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Artikolu 2

Prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati u prodotti ta’ ħut ipproċessati

1.   It-Tabella 1 ta’ l-Anness VI tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, li tistabbilixxi l-konċessjonijiet mit-tariffi fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fl-Iżrael, hi kkumplimentata minn konċessjoni addizzjonali fuq tariffi, deskritta kif ġej:

“Kodiċi CN (*)

Deskrizzjoni tal-prodotti (**)

Kwota annwali

(tunnellati)

Konċessjoni fil-limiti tal-kwota

ex 2106 90 98

Bażi ta’ ċitru għat-tħejjija ta’ luminati u xarbiet li jkollhom volum ta’ mill-inqas 30 % ta’ meraq ta’ frott ikkonċentrat u mhux aktar minn 50 % ta’ sukrosju, u ma jkunx fihom ħalib jew prodotti tal-ħalib

5 550  (***)

33 % ta’ tnaqqis tal-komponent agrikolu

2.   Konċessjonijiet oħra fuq tariffi għall-adattament ta’ konċessjonijiet bilaterali fil-prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati u prodotti ta’ ħut ipproċessati għandhom ikunu konklużi bejn il-Partijiet skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Regoli ta’ Oriġini

Il-Protokoll [4] għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3(1) u 4(1), ir-referenza għall-Istati Membri l-ġodda tħassret.

2.

L-Anness IVa huwa mibdul b’dan li ġej:

“Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, които се обхващатот този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен когато ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no … (1)] declara que, salvo indicación clara en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni bil-Franċiż

L’exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (2).

Verżjoni bit-Taljan

L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo espressa indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni bil-Latvjan

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no … (2).

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinès liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinès kilmés prekés.

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor la care se referă acest document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

Verżjoni bl-Ebrajk

Image

(3)

L-Anness IVb għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, които се обхващат от този документ [митническо разрешение № … (1)] декларира, че освен когато ясно е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no … (1)] declara que, salvo indicación clara en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial. … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni biċ-Ċek

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bid-Daniż

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Ġermaniż

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind:

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Estonjan

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti:

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Grieg

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin:

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Franċiż

L’exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l’origine préférentielle … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bit-Taljan

L’esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiara che, salvo espressa indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Latvjan

Eksportētājs produktiem, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas pilnvara Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir priekšrocību izcelsme no … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Litwan

Šiame dokumente išvardintų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės:

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ungeriż

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak:

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Malti

L-esportatur tal-prodotti koperti b’dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana nru … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b’mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta’ oriġini preferenzjali … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Olandiż

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Pollakk

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie:

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Portugiż

O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor la care se referă acest document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bis-Sloven

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo:

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bis-Slovakk

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bil-Finlandiż

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Isvediż

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2):

kumulazzjoni applikata bi … (isem il-pajjiż/i)

l-ebda kumulazzjoni applikata (3)

Verżjoni bl-Ebrajk

Image

IT-TIENI KAPITOLU

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 4

Provi ta’ l-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva

1.   Il-provi ta’ oriġini maħruġa kif suppost minn Iżrael jew minn Stat Membru fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-protokoll, sakemm

(a)

l-akkwist ta’ tali oriġini tagħti trattament ta’ tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta’ miżuri ta’ tariffi preferenzjali li jinsabu fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jew fis-Sistema Komunitarja ta’ Preferenzi Ġeneralizzati;

(b)

il-prova ta’ l-oriġini u d-dokumenti tat-trasport inħarġu mhux aktar tard mill-jum ta’ qabel id-data ta’ l-adeżjoni;

(ċ)

il-prova ta’ l-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ l-adeżjoni.

Meta prodotti ġew iddikjarati għall-importazzjoni fl-Iżrael jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta’ adeżjoni, skond ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn l-Iżrael u dak l-Istat Membru ġdid f’kull żmien, il-prova ta’ oriġini maħruġa retrospettivament skond dawn il-ftehimiet jew arranġamenti tista’ wkoll tkun aċċettata sakemm tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali f’perjodu ta’ erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni.

2.   L-Iżrael u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta’ “esportaturi approvati” fil-qafas tal-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom sakemm:

(a)

tali dispożizzjoni tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data ta’ l-adeżjoni bejn l-Iżrael u l-Komunità; u

(b)

l-esportatur approvat japplika r-regoli ta’ l-oriġini fis-seħħ f’dak il-ftehim.

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ l-adeżjoni, b’awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skond il-kundizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju.

3.   It-talbiet ta’ verifika sussegwenti tal-provi ta’ oriġini maħruġa taħt il-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 t’hawn fuq jistgħu jitressqu mill-awtoritajiet doganali kompetenti ta’ l-Iżrael jew ta’ l-Istati Membri l-ġodda u għandhom ikunu aċċettati minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta’ tliet snin wara li tintbagħat il-prova ta’ oriġini in kwistjoni. Tali verifiki għandhom jitwettqu skond il-ftehimiet bilaterali dwar il-kummerċ ħieles li kienu fis-seħħ fid-data ta’ ħruġ ta’ l-evidenza ta’ oriġini.

Artikolu 5

Prodotti fi transitu

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jistgħu japplikaw għal prodotti esportati mill-Iżrael lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn l-Iżrael, li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll [4] u li fid-data ta’ l-adeżjoni jkunu fi triqithom jew qed jinħażnu temporanjament, f’maħżen fid-dwana jew f’żona ħielsa fl-Iżrael jew f’dak l-Istat Membru ġdid.

2.   Trattament preferenzjali jista’ jingħata f’każijiet bħal dawn, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ adeżjoni, tal-prova ta’ oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 6

L-Iżrael jimpenja ruħu li la jagħmel kwalunkwe talba, ħtieġa jew referenza u lanqas ma jimmodifika jew jirtira xi konċessjoni skond il-GATT 1994, l-Artikoli XIV.6 u XXVIII dwar prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati jew prodotti ta’ ħut ipproċessati f’rabta ma’ dan it-tkabbir tal-Komunità, soġġett, għal prodotti oħra minbarra dawk li jaqgħu taħt il-Kodiċi CN 2106 90 98, għat-tlestija ta’ negozjati dwar Protokoll Addizzjonali ġdid għall-adattament ta’ konċessjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati jew prodotti ta’ ħut ipproċessati skond l-Anness għal dan il-Protokoll.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju.

L-Anness għal dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali minnu.

Artikolu 8

1.   Dan il-Protokoll irid ikun approvat mill-Komunità, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u minn Iżrael skond il-proċeduri tiegħu stess.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2.   Dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007.

3.   Minkejja paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 2.1 ta’ dan il-Protokoll għandu japplika mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta’ iffirmar ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll inkiteb f’żewġ kopji f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet u kull test huwa ugwalment awtentiku.

Artikolu 11

It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll it-test ta’ l-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma mfassla bil- Bulgaru u r-Rumen (1) u huma t-tnejn awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali.

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-testi.

Съставено в Брюксел, 31 октомври 2007 г.

Hecho en Bruselas, el 31 de octubre de 2007.

V Bruselu dne 31. října 2007.

Udfærdiget i Bruxelles, den 31. oktober 2007.

Geschehen zu Brüssel am 31. Oktober 2007.

Brüsselis, 31. oktoober 2007.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις 31 Οκτωβρίου 2007.

Done at Brussels on the 31 October 2007, which corresponds to the 19th day of Heshvan in the year five thousend seven hundred and sixty eight in the Hebrew calendar.

Fait à Bruxelles, le 31 octobre 2007.

Fatto a Bruxelles, addì 31 ottobre 2007.

Briselē, 2007. gada 31. oktobrī.

Priimta Briuselyje, 2007 m. spalio 31 d.

Kelt Brüsszelben, 2007. október 31-én.

Magħmul fi Brussell, 31 ta' Ottubru 2007.

Gedaan te Brussel, 31 oktober 2007.

Sporządzono w Brukseli, dnia 31 października 2007 r.

Feito em Bruxelas, em 31 de Outubro de 2007.

Întocmit la Bruxelles, 31 octombrie 2007.

V Bruseli 31. októbra 2007.

V Bruslju, dne 31. oktobra 2007.

Tehty Brysselissä 31. lokakuuta 2007.

Som skedde i Bryssel den 31 oktober 2007.

Image

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā —

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Image

Image

За Европейската общност

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Community

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienas vārdā —

Europos bendrijų vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskiej

Pelas Comunidades Europeias

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvá

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisöjen puolesta

För Europeiska gemenskapernas vägnar

Image

Image

Image

За Държавата Израел

Por el Estado de Israel

Za Stát Izrael

For Staten Israel

Für den Staat Israel

Iisraeli Riigi nimel

Για τα Κράτος του Ισραήλ

For the State of Israel

Pour l'État d'Israël

Per lo Stato di Israele

Izraēlas Valsts vārdā —

Izraelio Valstybės vardu

Izrael Állam részéről

Għall-Istat ta' Iżrael

Voor de Staat Israël

W imieniu Państwa Izrael

Pelo Estado de Israel

Pentru statul Israel

Za Izraelský štát

Za Državo Izrael

Israelin valtion puolesta

På Staten Israels vägnar

Image

Image


(*)  Kodiċi CN li jaqblu ma’ Regolament (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1).

(**)  Fejn huma indikati l-kodiċi “ex” CN, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi CN u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

(***)  Għall-2007 din il-kwota tkun fissa għal 3 240 tunnellati.”

(1)  Il-verżjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen għandhom ikunu ppubblikati aktar tard f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali.

ANNESS

dwar l-arranġamenti applikabbli għall-konċessjonijiet tal-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati u prodotti ta’ ħut ipproċessati

Il-Partijiet qablu li l-volum attwali ta’ kummerċ u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq bejn l-Iżrael u l-Bulgarija, u l-Iżrael u r-Rumanija taħt il-Ftehimiet bilaterali eżistenti dwar il-Kummerċ Ħieles, għandhom iservu bħala l-kwantità minima għall-adattament tal-konċessjonijiet bilaterali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli ipproċessati jew prodotti ta’ ħut ipproċessati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju li għandu jkun implimentat fil-qafas ta’ Protokoll Addizzjonali ġdid.


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/75


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Novembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea

(2007/787/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005 u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra (2), ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fil-31 ta’ Ottubru 2007.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Israel, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (3).

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  Għadu mhuwiex pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.

(3)  Ara paġna 65 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Kummissjoni

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Settembru 2007

relatata ma’ proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE

(Każ COMP/E-2/39.140 – DaimlerChrysler)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4275)

(It-Test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2007/788/KE)

(1)

Din id-Deċiżjoni, li ġiet adottata skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, (1) hija indirizzata lil DaimlerChrysler AG (minn issa ‘l quddiem: “DaimlerChrysler”) u tikkonċerna l-provvista ta’ informazzjoni teknika għat-tiswija tal-vetturi tal-marki Mercedes-Benz u Smart.

(2)

L-informazzjoni teknika tikkonsisti f’data, fi proċessi u f’istruzzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jiġu kkontrollati, imsewwija u sostitwiti partijiet difettużi/miksura/użati ta’ vettura bil-mutur jew sabiex jissewew ħsarat fi kwalunkwe waħda mis-sistemi tal-vettura. L-informazzjoni teknika tinkludi seba’ kategoriji prinċipali:

il-parametri bażiċi (id-dokumentazzjoni tal-valuri ta’ referenzi u l-punti fissi tal-valuri kollha li jistgħu jitkejlu li jikkonċernaw il-vettura, bħas-settings tat-torque, il-qisien ta’ l-ikklerjar tal-brejkijiet (brake clearance measurements), il-pressjonijiet idrawliċi u pnewmatiċi);

id-dijagrammi u d-deskrizzjonijiet ta’ stadji f’operazzjonijiet ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni (manwali għas-servizz, dokumenti tekniċi bħala pjanijiet ta’ ħidma, deskrizzjonijiet ta’ għodod li jintużaw biex titwettaq tiswija partikolari, u dijagrammi bħall-iskematiċi tal-wajers jew l-idrawlika);

l-ittestjar u d-dijanjożi (inklużi l-kodiċijiet tal-ħsarat/tat-trouble-shooting, is-softwer u informazzjoni oħra meħtieġa sabiex jiġu dijanjostikati ħsarat fuq il-vettura) – ħafna minn din l-informazzjoni, imma mhux kollha, tinsab f’għodod elettroniċi speċjalizzati;

il-kodiċijiet, is-softwer u informazzjoni oħra meħtieġa għar-ri-programmazzjoni, għar-ri-setting jew għar-ri-inizjalizzazzjoni ta’ l-unitajiet ta’ kontroll elettroniċi (“ECUs”) li jkun hemm fuq vettura. Din il-kategorija hija marbuta ma’ dik preċedenti, billi ta’ spiss l-istess għodod elettroniċi jintużaw sabiex tkun dijanjostikata ħsara, u mbagħad isiru l-aġġustamenti meħtieġa permezz ta’ l-ECUs biex tiġi rranġata;

l-informazzjoni dwar il-partijiet tal-bdil, inklużi l-katalogi tal-parts bil-kodiċijiet u bid-deskrizzjonijiet, u l-metodi ta’ identifikazzjoni tal-vettura (jiġifieri, id-data relatata ma’ vettura speċifika li permezz tagħha s-sewwej ikun jista’ jidentifika l-kodiċijiet individwali għall-parts imwaħħla waqt l-assemblaġġ tal-vettura, u jidentifika l-kodiċijiet korrispondenti għal parts ta’ sostituzzjoni oriġinali u kompatibbli għal dik il-vettura speċifika);

informazzjoni speċjali (avviżi ta’ tfakkira u notifika ta’ ħsarat frekwenti);

materjali ta’ taħriġ.

(3)

F’Diċembru 2006, il-Kummissjoni bdiet proċeduri, u indirizzat valutazzjoni preliminari lil DaimlerChrysler, li kienet tinkludi l-fehma preliminari li l-ftehimiet ta’ DaimlerChrysler ma’ l-imsieħba fis-servizz ta’ wara l-bejgħ tagħha qajmu tħassib dwar il-kompatibbiltà tagħhom ma’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE.

(4)

Fil-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni, donnu li DaimlerChrysler naqset milli tirrilaxxa ċerti kategoriji ta’ informazzjoni teknika dwar it-tiswijiet ferm wara tmiem il-perjodu transitorju pprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 (2). Barra minn hekk, fiż-żmien meta tnediet l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, DaimlerChrysler kienet għadha ma stabbilitx sistema effettiva sabiex is-sewwejja indipendenti jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni teknika dwar it-tiswijiet b’mod li jkun separat (unbundled). Għalkemm matul l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, DaimlerChrysler tejbet l-aċċessibilità ta’ l-informazzjoni teknika tagħha, prinċipalment billi f’Ġunju 2005 stabbiliet sit web (“is-sit web TI”) maħluq apposta għal dan l-iskop, l-informazzjoni li tqiegħdet għad-dispożizzjoni tas-sewwejja indipendenti donnha ma kinitx kompluta.

(5)

Dik il-valutazzjoni preliminari sabet li s-swieq preliminari affetwati mill-prattika in kwistjoni kienu s-suq għall-provvista tas-servizzi ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni għall-karozzi tal-passiġġieri, u s-suq għall-provvista ta’ informazzjoni teknika lis-sewwejja. In-netwerks awtorizzati tal-Mercedes-Benz u ta’ Smart kellhom numru ferm kbir ta’ ishma mis-suq fl-ewwel wieħed minn dawn is-swieq, filwaqt li fit-tieni, DaimlerChrysler kienet l-unika fornitriċi li setgħet toffri l-informazzjoni teknika kollha meħtieġa mis-sewwejja għall-vetturi tagħha.

(6)

Essenzjalment, il-ftehimiet ta’ servizz u ta’ distribuzzjoni tal-parts ta’ DaimlerChrysler jeħtieġu li l-membri tan-netwerks awtorizzati tagħha jwettqu firxa sħiħa ta’ servizzi ta’ tiswija speċifiċi għall-marka, u jagħmluha ta’ bejjiegħa bl-ingrossa ta’ partijiet tal-bdil. Il-Kummissjoni hija mħassba li effetti negattivi possibbli li ġejjin minn tali ftehimiet jistgħu jissaħħu min-nuqqas ta’ DaimlerChrysler li tipprovdi lil sewwejja indipendenti b’aċċess xieraq għall-informazzjoni teknika biex b’hekk teskludi d-ditti li jkunu lesti u disponibbli joffru servizzi ta’ tiswija permezz ta’ mudell kummerċjali differenti.

(7)

Il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet li l-arranġamenti ta’ DaimlerChrysler sabiex tipprovdi l-informazzjoni teknika tagħha lis-sewwejja indipendenti ma kinux jikkorrispondu għall-ħtiġiet ta’ dawn ta’ l-aħħar la rigward l-ambitu ta’ l-informazzjoni disponibbli u lanqas rigward l-aċċessibbiltà għaliha, u li tali prattika, flimkien ma’ prattiki simili minn manifatturi oħra tal-karozzi, setgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-pożizzjoni tas-suq tas-sewwejja indipendenti. Imbagħad, dan seta’ jikkawża dannu konsiderevoli għall-konsumaturi f’termini ta’ tnaqqis sinifikanti fl-għażla ta’ partijiet tal-bdil, prezzijiet ogħla għal servizzi ta’ tiswija, tnaqqis fl-għażla ta’ fejn titwettaq din it-tiswija, kwistjonijiet ta’ sikurezza potenzjali, u nuqqas ta’ aċċess għal ħwienet tat-tiswija innovattivi.

(8)

Barra minn hekk, in-nuqqas apparenti min-naħa ta’ DaimlerChrysler li tipprovdi lil sewwejja indipendenti b’aċċess xieraq għall-informazzjoni teknika jista’ jipprevjeni li l-ftehimiet ma’ l-imsieħba fis-servizz ta’ wara l-bejgħ tagħha jibbenefikaw mill-eżenzjoni mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 1400/2002, peress li skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament, l-eżenzjoni mogħtija hemmhekk ma tapplikax fejn il-fornitur tal-vetturi bil-mutur jirrifjuta li jagħti aċċess lil operaturi indipendenti għal kwalunkwe informazzjoni teknika, tagħmir dijanjostiku u ta’ xort’oħra, għodod, inkluż kwalunkwe softwer rilevanti, jew taħriġ meħtieġ għat-tiswija u għall-manutenzjoni ta’ dawn il-vetturi bil-mutur. Kif ġie ċċarat fil-premessa 26 tar-Regolament, il-kundizzjonijiet ta’ aċċess ma jridux jiddiskriminaw bejn operaturi awtorizzati u dawk indipendenti.

(9)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni waslet għall-fehma preliminari li fil-kuntest ta’ nuqqas ta’ aċċess għal informazzjoni teknika dwar it-tiswijiet, ma kienx probabbli li l-ftehimiet bejn DaimlerChrysler u s-sewwejja awtorizzati tagħha se jibbenefikaw mid-dispożizzjoni ta’ l-Artikolu 81(3).

(10)

Fl-14 ta’ Frar 2007, DaimlerChrysler offriet impenji lill-Kummissjoni sabiex tissodisfa t-tħassib rigward il-kompetizzjoni li kien indirizzat fil-valutazzjoni preliminari.

(11)

Skond dawn l-impenji, il-prinċipju li jiddetermina l-ambitu ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta huwa dak tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn is-sewwejja indipendenti u dawk awtorizzati. F’dan id-dawl, DaimlerChrysler se tiżgura li l-informazzjoni teknika, l-għodod, it-tagħmir, is-softwer u t-taħriġ kollu meħtieġ għat-tiswija u għall-manutenzjoni tal-vetturi tagħha li jiġu pprovduti lis-sewwejja awtorizzati u/jew lill-importaturi indipendenti tal-marki tal-Mercedes-Benz u ta’ Smart fi kwalunkwe Stat Membru ta’ l-UE minn jew f’isem DaimlerChrysler jitqiegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tas-sewwejja indipendenti.

(12)

L-impenji jispeċifikaw li “l-informazzjoni teknika”, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002, tinkludi l-informazzjoni kollha pprovduta lis-sewwejja awtorizzati għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur Mercedes-Benz u Smart. Eżempji partikolari jinkludu softwer, kodiċijiet ta’ ħsarat u parametri kollha, flimkien ma’ aġġornamenti, li huma meħtieġa sabiex issir ħidma fuq l-unitajiet ta’ kontroll elettroniċi (ECUs) ħalli jiġu introdotti jew jerġgħu jiġu stabbiliti s-settings rakkomandati minn DaimlerChrysler, metodi ta’ identifikazzjoni tal-vetturi, katalogi tal-parts, soluzzjonijiet ta’ ħidma li jirriżultaw minn esperjenza prattika u li jkunu relatati ma’ problemi li tipikament jaffetwaw mudell jew lott partikolari, u avviżi ta’ tfakkira kif ukoll avviżi oħra li jidentifikaw tiswijiet li jistgħu jitwettqu mingħajr ħlas fin-netwerk tat-tiswija awtorizzata.

(13)

L-aċċess għal għodod jinkludi aċċess għal għodod dijanjostiċi elettroniċi u għodod oħra ta’ tiswija, flimkien ma’ softwer relatat, inklużi l-aġġornamenti perjodiċi tiegħu, u servizzi ta’ wara l-bejgħ għal tali għodod.

(14)

L-impenji għandhom jorbtu lil DaimlerChrysler u lill-intrapriżi konnessi magħha imma m’għandhomx ikunu direttament vinkolanti fuq l-importaturi indipendenti tal-marki tal-vetturi Mercedes-Benz u Smart. DaimlerChrysler għalhekk qablet li f’dawk l-Istati Membri fejn DaimlerChrysler tqassam il-vetturi Mercedes-Benz u/jew Smart permezz ta’ importaturi indipendenti, se tagħmel mill-aħjar biex tobbliga kuntrattwalment lil dawn l-intrapriżi biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-sewwejja indipendenti bla ħlas u b’mod mhux diskriminatorju permezz tas-siti web kummerċjali nazzjonali tagħhom kwalunkwe biċċa informazzjoni teknika jew verżjoni lingwistika ta’ tali informazzjoni li l-importatur in kwistjoni jkun ipprovda lil sewwejja awtorizzati fl-Istat Membru li għalih inħatar u li ma tkunx disponibbli għas-sewwejja indipendenti fuq is-sit web TI.

(15)

Skond il-premessa 26 tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002, DaimlerChrysler mhix obbligata li tipprovdi lis-sewwejja indipendenti b’informazzjoni teknika li permezz tagħha parti terza tkun tista’ tevita jew iżżarma apparati kontra s-serq abbord il-vettura u/jew tirrikalibra (3) apparati elettroniċi, jew tbagħbas apparati li jillimitaw ir-rendiment ta’ vettura. L-impenji jinnotaw li hekk kif jiġri għal kwalunkwe eċċezzjoni fil-liġi ta’ l-UE, il-premessa 26 għandha tiġi interpretata b’mod dejjaq, u jekk DaimlerChrysler kellha tinvoka din l-eċċezzjoni bħala raġuni sabiex tirrifjuta li tagħti kwalunkwe informazzjoni teknika lis-sewwejja indipendenti, tkun impenjat ruħha li tiżgura li l-informazzjoni li ġiet irrifjutata tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex tkun pprovduta l-protezzjoni deskritta fil-premessa 26, u li n-nuqqas ta’ l-informazzjoni in kwistjoni ma jipprevjenix lis-sewwejja indipendenti milli jwettqu operazzjonijiet għajr dawk elenkati fil-premessa 26, inkluża ħidma fuq apparati bħall-ECUs tal-ġestjoni tal-magna, l-airbags, il-pre-tensioners (it-tagħmir ta’ qabel ma tiġi miżjuda t-tensjoni) taċ-ċinturin tas-sit, jew elementi ta’ sokor ċentrali.

(16)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002 jipprovdi li l-informazzjoni teknika trid tkun disponibbli b’mod li jkun proporzjonat għall-ħtiġiet tas-sewwejja indipendenti. Dan jimplika kemm li l-informazzjoni trid tkun isseparata (unbundled) kif ukoll ipprezzar li jqis sakemm is-sewwejja indipendenti jużaw l-informazzjoni.

(17)

Skond dan il-prinċipju, l-impenji jispeċifikaw li DaimlerChrysler se tinkludi fuq is-sit web TI l-informazzjoni teknika kollha relatata ma’ mudelli li ġew imnedija wara l-1996, u se tiżgura li l-informazzjoni teknika aġġornata kollha tkun fuq is-sit web TI jew fuq kwalunkwe sit suċċessur il-ħin kollu. Madankollu, jekk ċerti elementi ta’ informazzjoni teknika relatata ma’ mudelli li ġew imnedija wara l-1996 jew verżjonijiet lingwistiċi tagħhom li DaimlerChrysler jew l-intrapriżi konnessi magħha tipprovdi lis-sewwejja awtorizzati fi Stat Membru partikolari ma jkunux disponibbli fuq is-sit web TI, għandu jitqies li DaimlerChrysler tkun ikkonformat ma’ l-impenji f’dan ir-rigward jekk tkun qiegħdet l-elementi in kwistjoni għad-dispożizzjoni tas-sewwejja indipendenti fuq is-sit web kummerċjali tagħha fl-Istat Membru in kwistjoni mingħajr dewmien mhux xieraq u bla ħlas.

(18)

DaimlerChrysler se tiżgura li s-sit web TI jista’ jinstab faċilment il-ħin kollu u li dan jipprovdi livell ekwivalenti ta’ rendiment għall-metodi li jintużaw biex tkun pprovduta informazzjoni teknika lill-membri tan-netwerks awtorizzati tagħha. Meta DaimlerChrysler jew intrapriża oħra li qed taġixxi f’isem DaimlerChrysler tagħmel biċċa informazzjoni teknika disponibbli lis-sewwejja awtorizzati f’lingwa partikolari ta’ l-UE, DaimlerChrysler se tiżgura li din il-verżjoni lingwistika ta’ l-informazzjoni titqiegħed mingħajr dewmien fuq is-sit web TI.

(19)

DaimlerChrysler iffissat il-ħlasijiet ta’ aċċess annwali għas-sit web TI għal EUR 1 254 (EUR 1 239 għal aċċess għat-taqsima ewlenija magħrufa bħala n-net tal-WIS; in-net tal-katalogu tal-parts elettroniċi huwa bla ħlas ħlief għal kontribuzzjoni annwali għall-ispejjeż amministrattivi ta’ EUR 15). Madankollu, sabiex ikun irrispettat ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fir-Regolament, DaimlerChrysler taqbel li tipprovdi diviżjoni pro rata għal aċċess għan-net tal-WIS f’perjodi ta’ żmien ta’ kull xahar, kull ġimgħa, kuljum u kull siegħa għal prezz ta’ EUR 180, EUR 70, EUR 20, u EUR 4, rispettivament. DaimlerChrysler taqbel li, kemm idumu validi l-impenji, iżżomm din l-istruttura tal-ħlasijiet ta’ aċċess, u mhux se żżid il-livelli tal-ħlasijiet ‘il fuq mir-rata medja ta’ l-inflazzjoni fl-UE.

(20)

L-impenji ta’ DaimlerChrysler huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit kurrenti jew futur stabbilit mill-Komunità jew mid-dritt nazzjonali li jista’ jestendi l-ambitu ta’ l-informazzjoni teknika li DaimlerChrysler għandha tipprovdi lill-operaturi indipendenti u/jew jista’ jistabbilixxi modi aktar favorevoli biex tali informazzjoni tkun ipprovduta.

(21)

Jekk sewwej indipendenti jew assoċjazzjoni ta’ tali sewwejja jitlob dan, DaimlerChrysler impenjat ruħha li taċċetta arbitraġġ sabiex jintlaħaq ftehim rigward tilwim relatat mal-provvista ta’ informazzjoni teknika. Dan l-arbitraġġ għandu jkun irregolat mir-regoli nazzjonli ta’ arbitraġġ u mil-liġi sostantiva li DaimlerChrysler qablet dwarhom kuntrattwalment mas-sewwejja awtorizzati tagħha fl-Istati Membri fejn tinsab il-parti li qed tagħmel it-talba. DaimlerChrysler timpenja ruħha li tipprovdi informazzjoni dwar dawn ir-regoli meta tintalab tagħmel dan. It-tribunal ta’ arbitraġġ għandu jikkonsisti minn tliet arbitri maħtura skond dawn ir-regoli. L-arbitraġġ mhu se jippreġudika l-ebda dritt li tkun ippreżentata applikazzjoni quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti.

(22)

Id-deċiżjoni ssib li, minħabba l-impenji, m’għadx hemm aktar raġunijiet biex tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. L-impenji se jkunu vinkolanti sal-31 ta’ Mejju 2010.

(23)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiki Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fid-9 ta’ Lulju 2007.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006, (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30). Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(3)  Jiġifieri timmodifika s-settings oriġinali ta’ ECU b’mod mhux irrakkomandat minn DaimlerChrysler.


5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/79


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007

li tissospendi d-dazju definittiv ta’ antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1420/2007 fuq importazzjonijiet tas-silikomanganiż li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Każakistan

(2007/789/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1420/2007 (2), impona dazju definittiv ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet tas-silikomanganiż (inkluż il-ferrosilikomanganiż) (“SiMn”) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u l-Każakistan, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 7202 30 00 u l-ex 8111 00 11 (kodiċi TARIC 8111001110) (“il-prodott ikkonċernat”). Ir-rata ta’ dazju ta’ antidumping hija ta’ 8,2 % u 6,5 % għall-prodott li joriġina fir-RPĊ u l-Każakistan rispettivament.

(2)

Tagħrif dwar bidla fil-kondizzjonijiet tas-suq, li seħħet wara l-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali, indikat fir-Regolament (KE) Nru 1420/2007, u li tista’ tiġġustifika s-sospensjoni tal-miżuri imposti, skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, ingħata lill-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat jekk din is-sospensjoni kinitx mistħoqqa.

B.   RAĠUNIJIET

(3)

L-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku jistipula li, fl-interess Komunitarju, il-miżuri ta’ antidumping jistgħu jiġu sospiżi minħabba li l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt li l-ħsara li ssir x’aktarx li ma tkunx tista’ tiġi rranġata minħabba din is-sospensjoni, sakemm l-industrija Komunitarja tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u li dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. L-Artikolu 14(4) jispeċifika wkoll li dawn il-miżuri ta’ antidumping jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fi kwalunkwe ħin jekk ir-raġuni ta’ sospensjoni ma tibqax applikabbli.

(4)

Mill-perjodu oriġinali ta’ investigazzjoni, ġiet osservata żieda fil-prezzijiet dinjija għall-SiMn, u dan juri bidla fil-qagħda u l-kondizzjonijiet tas-suq. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni wettqet investigazzjoni oħra biex tevalwa l-evoluzzjoni reċenti ta’ volumi u prezzijiet tal-prodott ikkonċernat għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2006 u t-30 ta’ Settembru 2007 u l-impatt tagħhom fuq il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità kif ukoll l-interess ġenerali tal-Komunità.

(5)

Fuq il-bażi ta’ dan it-tagħrif miġbur, ġie stabbilit li l-prezzijiet tas-suq ta’ l-SiMn fis-suq tal-Komunità żdiedu wara l-perjodu oriġinali ta’ investigazzjoni sat-tielet kwart tas-sena 2007 b’madwar 69 %, jiġifieri minn medja ta’ 622 EUR/MT fit-tielet kwart tas-sena 2006 għal medja ta’ 1 051 EUR/MT fit-tielet kwart tas-sena 2007. B’mod patikolari, żieda sinifikanti ta’ madwar 42 % ġiet osservata bejn it-tieni u t-tielet kwart tas-sena 2007. Dawn it-tendenzi jistgħu jinsabu wkoll fi swieq ewlenin oħrajn madwar id-dinja kif ukoll għal importazzjonijiet tas-SiMn fil-Komunità.

(6)

L-SiMn hija materja prima ewlenija fil-produzzjoni ta’ l-azzar. Iż-żieda fil-prezz deskritta hawn fuq tista’ tkun ġejja min-nuqqas temporanju ta’ provvisti u t-talba ogħla għall-SiMn minħabba t-talba għall-azzar li żdiedet mad-dinja kollha. L-evidenza minn żidiet f’daqqa fil-prezz li seħħew qabel dik tas-sena 2004 turi li dan l-iżbilanċ bejn it-talba u l-provvista f’dan is-suq huwa ta’ natura temporanja. Il-prezzijiet għandhom tendenza li jaqgħu lura lejn il-livelli normali tagħhom ġaladarba l-kapaċitajiet għall-SiMn jiġu utilizzati bis-sħiħ.

(7)

Bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007 is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-SiMn li joriġinaw fir-RPĊ u l-Każakistan naqas b’0,6 punti perċentwali għal 9,8 % tal-konsum ġenerali tal-Komunità. Il-konsum tal-KE żdied b’20 %.

(8)

Fir-rigward ta’ l-industrija Komunitarja, ta’ min jinnota li mill-perjodu oriġinali ta’ investigazzjoni, il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet. Bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007, il-volumi ta’ bejgħ u produzzjoni żdiedu bi 15 % u 19 % rispettivament. Madankollu, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità naqas b’punt perċentwali ta’ 1,1 għal 23,8 %. Il-qagħda tal-profitti tjiebet b’mod sinifikanti u l-profitabilità ta’ l-industrija tal-Komunità laħqet 42 % fit-tielet kwart tas-sena 2007, b’hekk qabzet b’mod sostanzjali l-livell ta’ profitt ta’ 5 % stabbilit bħala xieraq mill-investigazzjoni oriġinali.

(9)

Kif jidher fil-premessi 157 sa 163 tar-Regolament (KE) Nru 1420/2007, l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati kienet mistennija li jkollha xi effetti negattivi, għalkemm limitati, għall-utenti fil-forma ta’ żidiet fl-ispejjeż li ġejjin mill-ħtieġa possibbli ta’ arranġamenti għal provvisti ġodda jew alternattivi. Meta titqies il-bidla temporanja fil-kondizzjonijiet tas-suq u li bħala konsegwenza l-industrija tal-Komunità mhiex qiegħda bħalissa ġġarrab ħsara, kull effett negattiv fuq l-utenti jista’ jitneħħa bis-sospensjoni tal-miżuri. Għaldaqstant, wieħed jista’ jikkonkludi li s-sospensjoni hija fl-interess ġenerali tal-Komunità.

(10)

Meta titqies il-bidla temporanja fil-kondizzjonijiet tas-suq, u partikolarment il-livell għoli ta’ prezzijiet ta’ l-SiMn li hemm fis-suq Komunitarju, li huwa wisq ogħla mil-livell ta’ prezz offensiv li nstab fl-investigazzjoni oriġinali, flimkien ma’ l-allegazzjoni ta’ żbilanċ fid-domanda u l-provvista tal-prodott ikkonċernat, jitqies li l-ħsara marbuta ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u l-Każalistan mhijiex probabbli li terġa’ tibda b’riżultat tas-sospensjoni. Għalhekk qiegħed jiġi propost li l-miżuri fis-seħħ jiġu sospiżi għal disa’ xhur bi qbil ma’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku.

C.   KONSULTAZZJONI MA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(11)

Skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-industrija tal-Komunità bl-intenzjoni tagħha li tissospendi l-miżuri kkonċernati ta’ antidumping. L-industrija tal-Komunità ngħatat opportunità li tikkummenta u ma opponitx is-sospensjoni tal-miżuri ta’ antidumping.

D.   KONKLUŻJONI

(12)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li r-rekwiżiti kollha għas-sospensjoni tad-dazju ta’ l-antidumping impost fuq il-prodott ikkonċernat intlaħqu, bi qbil ma’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, id-dazju ta’ l-antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1420/2007 għandu jiġi sospiż għal perjodu ta’ disa’ xhur.

(13)

Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. Jekk f’xi ħin tinħoloq sitwazzjoni fejn jerġa’ jkun hemm żieda ta’ volumi bi prezzijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat mill-PRC u l-Każakistan u konsegwentement jikkawżaw ħsara fl-industrija tal-Komunità, il-Kummissjoni terġa’ tieħu l-passi meħtieġa biex ddaħħal mill-ġdid id-dazju ta’ antidumping, filwaqt li tqis ir-regoli sostantivi li jirregolaw stima tad-danni. Jista’ jingħata bidu għal reviżjoni interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, jekk ikun xieraq,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-dazju definittiv ta’ antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1420/2007 fuq l-importazzjonijiet tas-silikomanganiż (inkluż il-ferrosilikomanganiż), li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Każakistan, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 7202 30 00 u l-ex 8111 00 11 (kodiċi TARIC 8111001110) huwa b’dan sospiż għal perjodu ta’ disa’ xhur.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Bank Ċentrali Ewropew

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/81


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’ Novembru 2007

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2008

(BĊE/2007/16)

(2007/790/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(2),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008 (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 ta' Jannar 2008 (2),

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklużiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”).

(2)

Id-deroga favur Ċipru u Malta msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

(3)

It-13-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa, Ċipru u Malta ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti ewro biex jinħarġu fl-2008, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti ewro biex jinħarġu fl-2008

Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti ewro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2008 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

(miljuni f’EUR)

 

Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2008

Il-Belġju

130,0

Il-Ġermanja

655,0

L-Irlanda

114,0

Il-Greċja

97,3

Spanja

550,0

Franza

500,0

L-Italja

375,2

Ċipru

147,4

Il-Lussemburgu

49,0

Malta

56,7

Ir-Renju ta' l-Olanda

57,5

L-Awstrija

185,0

Il-Portugall

50,0

Is-Slovenja

39,0

Il-Finlandja

60,0

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 23 ta’ Novembru 2007.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 317/83


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/791/PESK

ta' l-4 ta’ Diċembru 2007

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/749/PESK tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Novembru 2007 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK li tistabbilixxi li l-EUPM fil-BiH għandha titkompla sal-31 ta’ Diċembru 2009. L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-2008 u għall-2009 għandu jiġi deċiż fuq bażi annwali.

(2)

Il-mandat ta' l-EUPM ser jiġi implimentat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK għandu jkun ta’ EUR 14 800 000 għall-2008.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ġestita skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m'għandux jibqa' l-proprjetà tal-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħnula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 40.