ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
28 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1387/2007 tas-27 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1388/2007 tas-27 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 382/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-għalf niexef [imnixxef]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1389/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jemenda għad-89 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1390/2007 tas-27 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-awwista tan-Norveġja fiż-żoni ta' l-ICES IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1391/2007 tas-27 ta’ Novembru 2007 li jistipula miżuri partikolari rigward l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1267/2007 fis-settur tal-laħam tal-majjal

10

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE tas-27 ta’ Novembru 2007 li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti ta' l-ikel ( 1 )

11

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/766/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta’ Novembru 2007 li tfassal lista ta’ reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament taħt il-Komponent ta’ Kooperazzjoni fuq il-Fruntieri ta’ l-Istrument ta’ Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-iskop ta’ kooperazzjoni fuq il-fruntieri bejn Stati Membri u pajjiżi benefiċjarji għall-perjodu 2007 sa l-2013

15

 

 

2007/767/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2007 li tidderoga mir-regoli dwar l-oriġini definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, f’dak li jirrigwarda ċerti prodotti tas-sajd importati mill-Gżejjer Falkland (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5393)

19

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) bħala addittiv fl-għalf ( ĠU L 309, 27.11.2007 )

22

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/95 ta’ l-4 ta’ Diċembru 1995 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li joriġina mill-annimali. ( ĠU L 290, 5.12.1995 . ĠU, Ħarġa Speċjali 2004, Kapitolu 3 Volum 18 p. 295)

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1387/2007

tas-27 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

62,6

TR

75,6

ZZ

69,1

0707 00 05

JO

196,3

MA

51,7

TR

75,9

ZZ

108,0

0709 90 70

MA

50,3

TR

116,7

ZZ

83,5

0709 90 80

EG

342,2

ZZ

342,2

0805 20 10

MA

64,6

ZZ

64,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

62,8

HR

26,3

IL

68,7

TR

73,1

ZZ

57,7

0805 50 10

AR

72,2

EG

78,2

TR

89,5

ZA

59,3

ZZ

74,8

0808 10 80

AR

87,7

CA

86,9

CL

86,0

CN

71,0

MK

30,6

US

97,2

ZA

78,3

ZZ

76,8

0808 20 50

AR

48,6

CN

47,4

TR

145,7

US

109,4

ZZ

87,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1388/2007

tas-27 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 382/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-għalf niexef [imnixxef]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef [imnixxef]  (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 71(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li l-politika agrikola komuni tkun issimplifikata kemm jista' jkun biex tiffaċilita l-aċċess għal-leġiżlazzjoni u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi ta’ l-operaturi u ta’ l-amministrazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 jipprovdi għal għajnuna waħdanija għall-prodotti kollha eliġibbli msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu, irrispettivament mill-karatteristiċi partikolari tagħhom jew mill-metodu ta’ produzzjoni tagħhom. Għaldaqstant, ċerti rekwiżiti rigward il-metodi ta’ produzzjoni ta’ l-għalf imnixxef u deidrat, maħsubin biex jiffaċilitaw id-distinzjoni bejn l-għalf imnixxef bix-xemx u l-għalf deidrat, m'għadhomx meħtieġa. Dan għandu jġib miegħu l-possibbiltà ta’ evoluzzjoni ta’ l-użi kummerċjali u jiffaċilita l-iżvilupp ta’ metodi ta’ produzzjoni aktar effikaċi u li jirrispettaw aktar l-ambjent. Fl-istess ħin, għandu jkun ċar li l-approvazzjoni ta’ l-impriżi ta’ l-ipproċessar tibqa' soġġetta għall-kundizzjoni li jkunu kapaċi jipproduċu għalf imnixxef skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003.

(3)

Għall-istess raġuni, l-obbligi relatati mal-produzzjoni ta’ l-għalf imsemmijin fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 (3) ma għadhomx meħtieġa; dan għandu jġib miegħu tnaqqis ta’ l-ispejjeż amministrattivi u ta’ verifika.

(4)

Bil-għan li jsiru aktar effikaċi l-kontrolli fuq il-post ta’ l-impriżi ta’ l-ipproċessar, għandu jiġi ċċarat li ċerta informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll li r-rapporti ta’ kontroll għandhom jagħtu rendikont tad-dokumenti eżaminati.

(5)

Sabiex l-informazzjoni dwar l-enerġija użata fil-produzzjoni ta’ l-għalf deidrat tkun ikkompletata, għandu jiżdidilha parametru addizzjonali.

(6)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 382/2005 jigi emendat skond dan.

(7)

Billi s-sena tas-suq 2007-2008 diġà bdiet, u sabiex jiġi evitat li l-operaturi tas-settur ikunu sottomessi għal trattament differenti skond meta jressqu l-applikazzjoni tagħhom, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss mis-sena tas-suq 2008-2009.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għaċ-ċereali u għall-pagamenti diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

‘għalf imnixxef’ tfisser il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003;

(2)

‘prodotti oħra ta’ l-għalf simili’ tfisser il-prodotti erbaċej ta’ l-għalf imnixxef artifiċjalment bis-sħana li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1214 90 90, u partikolarment:

il-leguminużi erbaċej,

il-ħxejjex erbaċej,

iċ-ċereali maħsuda fl-istat aħdar, pjanti sħaħ, żerriegħa mhux misjura, imsemmija fl-Anness IX, punt I, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(3)

‘impriża ta’ l-ipproċessar’ tfisser kull impriża ta’ l-ipproċessar ta’ għalf imnixxef skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, approvata kif xieraq mill-Istat Membru fejn tinsab;

(4)

‘xerrej ta’ l-għalf għat-tnixxif u/jew għat-tħin’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika skond l-Artikolu 10(c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, approvata kif xieraq mill-Istati Membri fejn tinsab, li tixtri għalf frisk mill-produtturi sabiex jiġi kkonsenjat lill-impriża ta’ l-ipproċessar;

(5)

‘lott’ tfisser kwantità speċifika ta’ għalf ta’ kwalità uniformi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompożizzjoni, ma’ l-indewwa u mal-kontenut protejku, li toħroġ minn impriża ta’ l-ipproċessar fl-istess ħin;

(6)

‘taħlita’ tfisser prodott għall-għalf tal-bhejjem, li fih għalf imnixxef u/jew mitħun mill-impriża ta’ l-ipproċessar, u addittivi.

L-‘addittivi’ huma prodotti ta’ xorta oħra ta’ għalf imnixxef, inklużi l-aġenti tat-tagħqid u agglomeranti (caking agents), jew ta’ l-istess xorta, iżda imnixxfa u/jew mitħuna post ieħor.

Madankollu, għalf imnixxef li fih addittivi fil-limitu massimu ta’ 3 % tal-piż totali tal-prodott lest ma jitqiesx bħala taħlita, sakemm il-kontenut ta’ nitroġenu totali meta mqabbel mas-sustanza niexfa ta’ l-addittiv ma jaqbiżx 2.4 %;

(7)

‘ġonot raba’ tfisser il-ġonot identifikati skond is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ġonot raba' tas-sistema integrata ta’ ġestjoni u verifika, imsemmija fl-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (*);

(8)

‘applikazzjoni unika għall-għajnuna’ tfisser l-applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fl-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004;

(9)

‘destinatarju finali ta’ lott għalf imnixxef’ tfisser l-aħħar persuna li rċeviet dan il-lott fl-istess forma meta ħareġ mill-impriża ta’ l-ipproċessar, bil-għan li l-għalf imnixxef jiġi pproċessat jew użat għall-għalf tal-bhejjem.

(*)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.”"

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Prodotti eliġibbli għall-għajnuna

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa eliġibbli għall-għajnuna pprovduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 l-għalf imnixxef li, minbarra r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 9 ta’ l-istess Regolament, jissodisfa r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq bħala prodotti għall-għalf ta’ l-annimali, li joħorġu, fi stat mhux mibdul jew bħala taħlita, mill-impjant ta’ l-impriża ta’ l-ipproċessar jew, meta ma jkunux jistgħu jinħażnu fl-impjant, li joħorġu minn post ta’ ħżin barra mill-impjant, li jiggarantixxi l-monitoraġġ xieraq ta’ l-għalf maħżun u li jkun ġie approvat minn qabel mill-awtorità kompetenti.

L-għoti ta’ l-għajnuna għandu jkun limitat għall-kwantitajiet ta’ prodotti miksubin permezz tat-tnixxif ta’ l-għalf fuq ġonot raba' użati għal skopijiet agrikoli fis-sens ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(3)

L-Artikolu 5(a)(ii) huwa mibdul bit-test li ġej:

“(ii)

deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku, u b'mod partikolari l-istallazzjonijiet ta’ tnixxif artifiċjali bis-sħana u t-tagħmir ta’ tħin, b'dettalji dwar il-kapaċità ta’ evaporazzjoni kull siegħa u t-temperatura waqt l-operat, kif ukoll dwar it-tagħmir għall-użin, bil-għan li jinkiseb prodott konformi mal-kontenut ta’ ndewwa u mal-kontenut minimu ta’ proteini msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003.”

(4)

L-Artikolu 6(d) jitħassar.

(5)

L-Artikolu 8 jitħassar.

(6)

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3) huwa mibdul b'li ġej:

“Id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa u tal-kontenut ta’ proteini nejja, imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, issir permezz tat-teħid ta’ kampjun għal kull 110 tunnellati (massimu) ta’ kull lott ta’ għalf imnixxef li joħroġ mill-impriża ta’ pproċessar, jew li jkun tħallat fl-impjant tagħha skond il-metodu stipulat fid-Direttivi tal-Kummissjoni 76/371/KEE (**), 71/393/KEE (***) et 72/199/KEE (****).

(**)  ĠU L 102, 15.4.1976, p. 1."

(***)  ĠU L 279, 20.12.1971, p. 7."

(****)  ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6.”"

(7)

L-Artikolu 11(1) jinbidel b'li ġej:

“1.   L-impriżi ta’ pproċessar għandhom jiddeterminaw, permezz ta’ wżin sistematiku, il-kwantità eżatta ta’ għalf għat-tnixxif jew għat-tħin li jirċievu għall-ipproċessar.”

(8)

L-Artikolu 12(2) jinbidel b'li ġej:

“2.   L-impriżi ta’ pproċessar għandhom iżommu reġistri separati tal-ħażniet għal kull xorta ta’ għalf imnixxef ipprovduta fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003.”

(9)

L-Artikolu 26(1) jinbidel b'li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw, talanqas darba kull sena tas-suq, ir-reġistri tal-ħażniet imsemmija fl-Artikolu 12 ta’ l-impriżi kollha ta’ pproċessar, u b'mod partikolari, għandhom jivverifikaw ir-rabta bejn ir-reġistri tal-ħażniet u l-kontijiet, inklużi r-rendikonti bankarji u l-fatturi korrispondenti.”

(10)

L-Artikolu 28(1) jinbidel b'li ġej:

“1.   Ma’ kull kontroll fuq il-post għandu jsir rapport ta’ kontroll li jagħti dettalji speċifiċi dwar l-aspetti differenti tal-kontrolli mwettqa, u b'mod partikolari, dwar id-dokumenti u r-reġistri eżaminati.”

(11)

Fl-Anness I, it-test tal-linja “e” jinbidel b'li ġej:

 

Suġġett

Unità

Kwantità

“e1

Konsum speċifiku medju

Megajoule kull kg ta’ għalf deidrat

 

e2

Enerġija użata għal kull tunnellata ta’ ilma evaporat

Megajoule kull kg ta’ ilma evaporat”

 

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Japplika mis-sena tas-suq 2008-2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 456/2006 (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

(3)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 116/2007 (ĠU L 35, 8.2.2007, p. 7).


28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1389/2007

tas-26 ta’ Novembru 2007

li jemenda għad-89 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-14 ta' Novembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1291/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 287, 1.11.2007, p. 12).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet legali”:

“(a)

AKIDA BANK PRIVATE LIMITED (f.k.a. AKIDA ISLAMIC BANK INTERNATIONAL LIMITED); (f.k.a. IKSIR INTERNATIONAL BANK LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, il-Baħamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, il-Baħamas.

(b)

AKIDA INVESTMENT CO. LTD., (a.k.a. AKIDA INVESTMENT COMPANY LIMITED); (f.k.a. AKIDA BANK PRIVATE LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, il-Baħamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, il-Baħamas.

(ċ)

GULF CENTER S.R.L., Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi fiskali Taljan: 07341170152; Nru tal-V.A.T.: IT 07341170152.

(d)

MIGA-MALAYSIAN SWISS, GULF AND AFRICAN CHAMBER (qabel magħrufa bħala GULF OFFICE ASSOC. PER LO SVILUPPO COMM. IND. E TURIS. FRA GLI STATI ARABI DEL GOLFO E LA SVIZZERA). Indirizz: Via Maggio 21, P.O. Box 216, 6909 Lugano, l-Iżvizzera. Informazzjoni oħra: Il-President ta' MIGA huwa Ahmed Idris Nasreddin.

(e)

Hotel Nasco (alias Nasco Business Residence Center SAS Di Nasreddin Ahmed Idris EC). Indirizz: Corso Sempione 69, 20149, Milan, l-Italja. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali: 01406430155, (b) Nru tal-V.A.T.: IT 01406430155.

(f)

Nasco Nasreddin Holding A.S. Indirizz: (a) Demirhane Caddesi, No: 219, Zemin Kat, Zeytinburnu, Istanbul, it-Turkija, (b) Cobancesme San. Genc Osman Sok. Nru: 12, Yenibosna, Istanbul, it-Turkja. Kummenti: l-indirizz f'(b) huwa l-aħħar indirizz li jidher għal din l-entratura fl-Arkivji ta' l-Investiment Barrani tat-Teżor tat-Turkija.

(ġ)

NASCOSERVICE S.R.L., Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi fiskali Taljan: 08557650150; Nru tal- V.A.T.: IT 08557650150.

(g)

NASCOTEX S.A., (a.k.a. INDUSTRIE GENERALE DE FILATURE ET TISSAGE); (a.k.a. INDUSTRIE GENERALE DE TEXTILE); KM 7 Route de Rabat, BP 285, Tangiers, il-Marokk; KM 7 Route de Rabat, Tangiers, il-Marokk.

(għ)

NASREDDIN COMPANY NASCO SAS DI AHMED IDRIS NASREDDIN EC, Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja; Kodiċi fiskali Taljan: 03464040157; Nru tal-V.A.T.: IT 03464040157.

(ħ)

NASREDDIN FOUNDATION, (a.k.a. NASREDDIN STIFTUNG); c/o Rechta Treuhand-Anstalt, Vaduz, Liechtenstein.

(h)

NASREDDIN GROUP INTERNATIONAL HOLDING LIMITED, (a.k.a. NASREDDIN GROUP INTERNATIONAL HOLDINGS LIMITED); c/o Arthur D. Hanna & Company; 10 Deveaux Street, Nassau, l-Baħamas; Kaxxa Postali N-4877, Nassau, il-Baħamas.

(i)

NASREDDIN INTERNATIONAL GROUP LIMITED HOLDING, (a.k.a. NASREDDIN INTERNATIONAL GROUP LTD. HOLDING); c/o Rechta Treuhand-Anstalt, Vaduz, Liechtenstein; Corso Sempione 69, 20149, Milan, l-Italja.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni naturali”:

“Ahmed Idris Nasreddin (alias (a) Nasreddin, Ahmad I.; (b) Nasreddin, Hadj Ahmed; (ċ) Nasreddine, Ahmed Idriss; (d) Idris Ahmed Nasreddin). Indirizz: (a) Corso Sempione 69, 20149 Milan, l-Italja, (b) Piazzale Biancamano, Milan, l-Italja, (ċ) 10, Rue De Cap Spartel, Tangier, il-Marokk, (d) Nru 10, Rmilat, Villa Nasreddin f'Tanġier, il-Marokk, (e) Via Maggio 21, P.O. Box 216, 6909 Lugano, l-Iżvizzera. Data tat-twelid: 22.11.1929. Post tat-twelid: Adi Ugri, Etjopja (issa l-Eritrea). Nazzjonalità: Taljana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: Karta ta' l-Identità Taljana AG 2028062 (Data ta' l-Iskadenza 7.9.2005); Nru tal-karta ta' l-identità barranija: K 5249. Kodiċi fiskali Taljan: NSRDRS29S22Z315Y. Informazzjoni oħra: (a) Fl-1994, is-Sur. Nasreddin ħalla r-residenza tiegħu f'1 via delle Scuole, 6900 Lugano, l-Iżvizzera u mar joqgħod il-Marokk. (b) President tal-Miga-Malaysian Swiss, Gulf and African Chamber.”


28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1390/2007

tas-27 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-awwista tan-Norveġja fiż-żoni ta' l-ICES IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġut fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

74

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

NEP/3A/BCD

Speċi

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId

Data

13.11.2007


28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1391/2007

tas-27 ta’ Novembru 2007

li jistipula miżuri partikolari rigward l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1267/2007 fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3444/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal, (1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 851/2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

L-analiżi tas-sitwazzjoni wriet li hemm riskju li l-partijiet interessati jagħmlu użu eċċessiv mill-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat introdotta bir-Regolament (KE) Nru 1267/2007 (2); għaldaqstant jeħtieġ li l-applikazzjoni tar-Regolament imsemmi tiġi sospiża, u li ma jintlaqgħux l-applikazzjonijiet kurrenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1267/2007 hija sospiża mit-28 ta’ Novembru 2007 sa l-4 ta’ Diċembru 2007.

2.   L-applikazzjonijiet li tressqu fis-27 ta’ Novembru 2007, li d-deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni tagħhom kellha tittieħed matul dan il-perjodu, mhumiex milqugħa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 333, 30.11.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(2)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 53.


DIRETTIVI

28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/11


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/68/KE

tas-27 ta’ Novembru 2007

li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti ta' l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-tikkettjar, tal-preżentazzjoni u tar-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(11) u l-Artikolu 21 tagħha

Billi:

(1)

L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jistabbilixxi lista ta' ingredjenti ta' l-ikel li għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta ta' l-oġġetti ta' l-ikel għaliex huwa probabbli li jikkawżaw reazzjonijiet ta' ħsara fuq individwi li huma suxxettibbli.

(2)

Id-Direttiva 2000/13/KE tipprevedi l-possibilità ta' esklużjoni mir-rekwiżit tat-tikkettjar għal ingredjenti jew sustanzi derivati minn ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa li għalihom ġie stabbilit xjentifikament li mhumiex probabbli, taħt ċirkostanzi speċifiċi, li jiġġeneraw reazzjonijiet ta' ħsara.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/26/KE (2) tistabbilixxi l-lista ta' ingredjenti jew sustanzi ta' l-ikel li huma proviżorjament esklużi mir-rekwiżit ta' tikkettjar sal-25 ta’ Novembru 2007.

(4)

Numru ta' applikazzjonijiet għal eżenzjoni permanenti mir-rekwiżit tat-tikkettjar tressqu quddiem l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Ikel (EFSA). Dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw sustanzi li għalihom ingħataw eżenzjonijiet permezz tad-Ditrettiva 2005/26/KE. Fuq il-bażi ta' l-opinjonijiet ta' l-EFSA u tagħrif ieħor disponibbli, jista' jiġi konkluż li ċerti ingredjenti jew sustanzi derivati minn dawk l-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE mhumiex probabbli, f'ċirkustanzi speċifiċi, li jikkawżaw reazzjonijiet ta' ħsara f'individwi suxxettibbli.

(5)

Għalhekk dawk l-ingredjenti jew is-sustanzi derivati minn dawk l-ingredjenti għandhom jiġu esklużi b'mod permanenti mill-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE,

(6)

Għalhekk l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE għandu jiġi emendat skond dan.

(7)

Id-Direttiva 2005/26/KE għandha tiġi revokata fis-26 ta’ Novembru 2007 fid-dawl tad-data ta' l-iskadenza stipulata pemezz ta' l-Artikolu 6(11), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2000/13/KE.

(8)

Sabiex tevita diżordni tas-suq, jeħtieġ li din id-Direttiva tapplika mis-26 ta’ Novembru 2007.

(9)

Kien mistenni li din id-Direttiva setgħet tiġi adottata u ppubblikata bil-quddiem sewwa qabel id-data tas-26 ta’ Novembru 2007 sabiex jingħata żmien lill-industrija biex taddatta ruħha għar-regoli l-ġodda. Minħabba li dan ma kienx possibbli fil-prattika, jidher li jinħtieġu għalhekk miżuri temporanji sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' regoli ġodda. Fil-fatt bidliet fir-regoli tat-tikkettjar se jaffettwaw l-industrija, prinċipalment intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, li jeħtieġu perjodu ta' adattament sabiex it-tranżizzjoni tkun bla skossi fi triqitha lejn ir-rekwiżiti tat-tikkettjar.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE jinbidel permezz tat-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva mis-26 ta’ Novembru 2007.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 2005/26/KEE għandha tiġi rrevokata fis-26 ta’ Novembru 2007.

L-Istati Membri għandhom jippermettu oġġetti ta' l-ikel imqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Mejju 2009 li jikkonformaw mad-Direttiva 2005/26/KE sabiex jiġu kkummerċjalizzati sakemm l-istokk jiġi eżawrit.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).

(2)  ĠU L 75, 22.3.2005, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/63/KE (ĠU L 258, 4.10.2005, p. 3).


ANNESS

“ANNESS IIIa

L-ingredjenti msemmija fl-Artikoli 6(3a), (10) u (11)

1.

Ċereali li jkun fihom il-glutina (jiġifieri, qamħ, sikrana, xgħir, ħafur, qamħ Ġermaniż, kamut jew is-siltiet ibridi tagħhom) u l-prodotti tagħhom, minbarra:

(a)

ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju (1);

(b)

maltodextrins (1) ibbażati fuq qamħ;

(c)

ġulepp tal-glukosju bbażat fuq ix-xgħir;

(d)

ċereali użati għall-produzzjoni ta' distillati jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għax-xorb ta' l-ispirtu u xorb alkoħoliku ieħor.

2.

Krustaċej u l-prodotti tagħhom.

3.

Bajd u l-prodotti tagħhom.

4.

Ħut u l-prodotti tagħhom, ħlief:

(a)

ġelatina tal-ħut li tintuża bħala mezz ta' preparazzjonijiet ta' vitamini jew ta' karotenojdi.

(b)

ġelatina tal-ħut jew Isinglass użata bħal aġent għar-raffinar fil-birra u fl-inbid

5.

Karawett u l-prodotti tiegħu.

6.

Sojja u l-prodotti tagħha, ħlief:

(a)

żejt u xaħam kompletament irraffinat tas-sojja (1);

(b)

tocopherols naturali mħallta (E306), tocopherol naturali D-alpha, tocopherol acetate naturali D-alpha, tocopherol succinate naturali D-alpha minn sorsi tas-sojja.

(c)

physterols u esteri ta' phytosterol derivati minn żjut veġetali minn sorsi tas-sojja;

(d)

esteri stanol ta' pjanti prodotti minn sterols ta' żjut veġetali minn sorsi tas-sojja.

7.

Ħalib u l-prodotti tiegħu (inkluż il-lattożju), ħlief:

(a)

xorrox użat għal produzzjoni ta' distillati jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għax-xorb ta' l-ispirtu u xorb alkoħoliku ieħor;

(b)

lactitol.

8.

Frott tal-qoxra iebsa (ġewż), i.e. Lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), kaxjew (Anacardium occidentale), pekani (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), ġewż tal-pistaċċi (Pistacia vera), ġewż tal-makademja u ġewż ta' Queensland (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, ħlief:

(a)

ġewż użat għal produzzjoni ta' distillati jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola għax-xorb ta' l-ispirtu u xorb alkoħoliku ieħor.

9.

Krafes u l-prodotti tagħhom.

10.

Mustarda u l-prodotti tagħha.

11.

Iż-żrieragħ tal-ġunġlien u l-prodotti tagħhom.

12.

Id-dijossidu tal-kubrit u s-sulfidi f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru espressi bħala SO2.

13.

Lupin u l-prodotti tiegħu.

14.

Molluski u l-prodotti tagħhom.”


(1)  U prodotti tagħhom, sakemm il-proċess li għaddew minnu x'aktarx li ma jwassalx għal żieda fil-livelli ta' allerġiniċità vvalutata mill-EFSA għall-prodott rilevanti li oriġinaw minnu.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta’ Novembru 2007

li tfassal lista ta’ reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament taħt il-Komponent ta’ Kooperazzjoni fuq il-Fruntieri ta’ l-Istrument ta’ Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-iskop ta’ kooperazzjoni fuq il-fruntieri bejn Stati Membri u pajjiżi benefiċjarji għall-perjodu 2007 sa l-2013

(2007/766/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-Regolament tal-Kunsill Nru 1085/2006 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 88(1) tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006, il-komponent ta’ Kooperazzjoni fuq il-Fruntieri IPA jista’ jappoġġja kooperazzjoni fuq il-fruntieri bejn pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri. F’dak il-każ, l-assistenza skond il-komponent ta’ kooperazzjoni fuq il-Fruntieri IPA għandha tkopri r-reġjuni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera jew fruntieri rispettivi, sew ta’ l-art jew marittimi.

(2)

Skond l-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007, għall-iskop ta’ kooperazzjoni fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri u pajjiżi benefiċjarji, iż-żoni eliġibbli għall-finanzjament għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell 3 tan-NUTS jew, fl-assenza ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti, fil-fruntieri ta’ l-art bejn il-Komunità u pajjiżi benefiċjarji u ma’ fruntieri marittimi bejn il-Komunità u pajjiżi benefiċjarji separati, bħala regola ġenerali, b’massimu ta’ 150 kilometru, filwaqt li jitqies l-aġġustament potenzjali meħtieġ sabiex ikunu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta’ l-azzjoni ta’ kooperazzjoni.

(3)

L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 jipprevedi li, immedjatament wara d-dħul tiegħu fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tadotta lista tar-reġjuni eliġibbli fil-Komunità u fil-pajjiżi benefiċjarji, li għandha tkun valida sal-31 ta’ Diċembru 2013,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Għall-għanijiet ta’ kooperazzjoni fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi benefiċjarji ta’ l-IPA kif imsemmi fl-Artikolu 88(1) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007, iż-żoni eliġibbli għall-finanzjament taħt il-komponent ta’ Kooperazzjoni fuq il-Fruntieri IPA għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Anness I (Stati Membri) u l-Anness II (pajjiżi benefiċjarji).

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(2)  ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.


ANNESS I

LISTA TA’ REĠJUNI TAL-LIVELL 3 TAN-NUTS ELIĠIBBLI GĦAL FINANZJAMENT GĦALL-ISKOP TA’ KOOPERAZZJONI FUQ IL-FRUNTIERI BEJN L-ISTATI MEMBRI U PAJJIŻI BENEFIĊJARJI TA’ L-IPA

BG412

Sofia

BG414

Pernik

BG415

Kyustendil

BG341

Burgas

BG343

Yambol

BG311

Vidin

BG312

Montana

BG413

Blagoevgrad

BG422

Haskovo

GR111

Evros

GR112

Xanthi

GR113

Rodopi

GR115

Kavala

GR123

Kilkis

GR124

Pella

GR126

Serres

GR127

Chalkidiki

GR132

Kastoria

GR134

Florina

GR143

Magnisia

GR212

Thesprotia

GR213

Ioannina

GR222

Kerkyra

GR242

Evvoia

GR411

Lesvos

GR412

Samos

GR413

Chios

GR421

Dodekanisos

GR422

Kyklades

ITD35

Venezia

ITD36

Padova

ITD37

Rovigo

ITD42

Udine

ITD43

Gorizia

ITD44

Trieste

ITD56

Ferrara

ITD57

Ravenna

ITD58

Forlì-Cesena

ITD59

Rimini

ITE31

Pesaro-Urbino

ITE32

Ancona

ITE33

Macerata

ITE34

Ascoli Piceno

ITF12

Teramo

ITF13

Pescara

ITF14

Chieti

ITF22

Campobasso

ITF41

Foggia

ITF42

Bari

ITF44

Brindisi

ITF45

Lecce

CY000

Kypros/Kibris

HU223

Zala

HU231

Baranya

HU232

Somogy

HU331

Bács-Kiskun

HU333

Csongrád

RO413

Mehedinți

RO422

Caraș-Severin

RO424

Timiș

SI011

Pomurska

SI012

Podravska

SI014

Savinjska

SI016

Spodnjeposavska

SI018

Notranjsko-kraška

SI024

Obalno-kraška

SI017

Jugovzhodna Slovenija


ANNESS II

LISTA TA’ ŻONI EKWIVALENTI GĦAR-REĠJUNI TAL-LIVELL 3 TAN-NUTS FIL-PAJJIŻI BENEFIĊJARJI TA’ L-IPA, ELIĠIBBLI GĦAL FINANZJAMENT GĦALL-ISKOP TA’ KOOPERAZZJONI FUQ IL-FRUNTIERI BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-PAJJIŻI BENEFIĊJARJI TA’ L-IPA

L-Albanija

Ir-Reġjuni ta’

 

Durrës

 

Fier

 

Gjirokastër

 

Korçë

 

Lezhë

 

Shkodër

 

Tirana

 

Vlorë

Il-Bosnija u Ħerzegovina

Ir-Reġjun Ekonomiku tal-Ħerzegovina, li jinkludi l-Muniċipalitajiet li ġejjin:

 

Bileča

 

Čapljina

 

Čitluk

 

Gacko

 

Grude

 

Jablanica

 

Konjic

 

Kupres

 

Livno

 

Ljubinje

 

Ljubuški

 

Mostar

 

Istočni Mostar

 

Neum

 

Nevesinje

 

Posušje

 

Prozor/Rama

 

Ravno

 

Široki Brijeg

 

Stolac

 

Berkovići

 

Tomislav grad

 

Trebinje

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Ir-reġjuni ta’

 

East

 

North–East

 

Pelagonija

 

South–East

 

Vardar

Il-Kroazja

Il-kontej ta’:

 

Dubrovnik–Neretva

 

Istria

 

Karlovac

 

Koprivnica–Križevci

 

Krapina–Zagorje

 

Lika–Senj

 

Međimurje

 

Osijek–Baranja

 

Primorje–Gorski kotar

 

Šibenik–Knin

 

Split–Dalmatia

 

Varaždin

 

Virovitica–Podravina

 

Zadar

 

Zagreb

Il-Montenegro

Il-muniċipalitajiet ta’:

 

Bar

 

Budva

 

Cetinje

 

Danilovgrad

 

Herceg Novi

 

Kotor

 

Nikšić

 

Podgorica

 

Tivat

 

Ulcinj

Is-Serbja, inkluż il-Kosovo (*)

Id-distretti ta’:

 

Borski

 

Branicevski

 

Central Banat

 

Jablanicki

 

Nisavski

 

North Backa

 

North Banat

 

Pcinjski

 

Pirotski

 

South Backa

 

South Banat

 

West Backa

 

Zajecarski

It-Turkija

Il-provinċji ta’:

 

Antalya

 

Aydin

 

Balikesir

 

Canakkale

 

Edirne

 

Izmir

 

Kirklareli

 

Mersin (Içel)

 

Mugla


(*)  Kif definit fl-UNSCR 1244.


28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Novembru 2007

li tidderoga mir-regoli dwar l-oriġini definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, f’dak li jirrigwarda ċerti prodotti tas-sajd importati mill-Gżejjer Falkland

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5393)

(2007/767/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni lil hinn mill-baħar”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 ta’ l-Anness III tagħha,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Awwissu 2002 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2002/644/KE li tidderoga mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” biex tqis il-qagħda speċjali tal-Gżejjer Falkland rigward l-ispeċijiet varji tal-ħut iffriżat taħt l-intestatura NM 0303, l-ispeċijiet varji ta’ flettijiet tal-ħut iffriżat taħt l-intestatura NM 0304 u klamari Loligo ffriżati u klamari Ilex iffriżati taħt l-intestatura NM 0307 (2). Din id-deroga skadiet fil-31 ta’ Awwissu 2007.

(2)

Fil-31 ta’ Lulju 2007, il-Gżejjer Falkland applikaw għal deroga ġdida, fuq perjodu ta’ ħames snin, mir-regoli dwar l-oriġini definiti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE. Din it-talba tkopri kwantità totali annwali ta’ 16 200 tunnellata ta’ ħut iffriżat taħt l-intestatura NM 0303, 5 100 tunnellata ta’ flettijiet tal-ħut iffriżat taħt l-intestatura NM 0304, 57 900 tunnellata ta’ klamari Loligo ffriżati u 47 200 tunnellata klamari Ilex iffriżati taħt l-intestatura NM 0307.

(3)

Il-Gżejjer Falkland ibbażaw t-talba tagħhom fuq il-fatti li għal ħut iffriżat, flettijiet tal-ħut iffriżat u klamari Loligo, qed isir aktar diffiċli ir-reklutaġġ ta’ ekwipaġġ għall-bastimenti tas-sajd tagħhom u bastimenti-fabbriki mill-OCT, il-Komunità jew l-Istati AKP. Rigward il-klamari Illex, il-Gżejjer Falkland jindikaw li mhux l-għarfien tas-sajd speċifiku kollu meħtieġ huwa attwalment disponibbli mill-ekwiġaġġ mill-OCT, il-Komunità jew l-Istati AKP. In-nuqqas ta’ ekwipaġġ mill-OCT, il-Komunità jew l-Istati AKP, joħroġ partikolarment mis-sitwazzjoni ġeografika speċifika tal-Gżejjer Falkland u ma jistax jiġi rimedjat billi tiżdied il-preżenza ta’ flotot tas-sajd tal-Komunità fiż-żona Falkland.

(4)

Għandha tingħata deroga mir-regoli ta’ l-oriġini kif definiti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0303 u 0304, għal klamari Loligo taħt l-intestatura 0307 49 35 u għal klamari Ilex taħt l-intestatura 0307 99 11. Din id-deroga hija ġġustifikata bl-Artikolu 37(1) ta’ dak l-Anness, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-iżvilupp ta’ industrija lokali eżistenti. Id-deroga mill-Artikolu 3(2) d ta’ l-Anness III għandha jipprovdi aktar sigurtà għall-kumpaniji lokali tas-sajd li jiffaċilitaw attivitajiet u swieq ġodda. L-użu tad-deroga mogħtija fl-2002 għadu estremament baxx (51 620 tunnellata taħt l-intestatura NM 0303, 35 320 tunnellata taħt l-intestatura NM 0304, 52 348 tunnellata għal klamari Loligo u 6 720 tunnellata għal klamari Illex tul perjodu ta’ ħames snin). Id-deroga għaldaqstant għandha tingħata għall-kwantitajiet totali annwali li ġejjin, ibbażat fuq il-kwantitajiet totali annwali kif huma koperti bid-deroga ta’ l-2002 i.e. 12 500 tunnellata taħt l-intestatura NM 0303, 5 100 tunnellata taħt l-intestatura NM 0304, 34 600 tunnellata għal klamari Loligo squid taħt NM 0307 49 35 u 31 000 tunnellata għal klamari Illex taħt NM 0307 99 11.

(5)

Suġġett għal konformità ma’ ċertu kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kwantità, sorveljanza u dewmien, id-deroga ma għandhiex tikkawża ħsara serja lill-industrija stabbilita tal-Komunità jew ta’ wieħed jew iktar mill-Istati Membri.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni (3), jistipola r-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji. Dawn ir-Regoli għandhom ikunu applikati mutatis mutandis għall-amministrazzjoni tal-kwantità li għaliha qed tingħata d-deroga kkonċernata.

(7)

Ġaladarba d-Deċiżjoni 2002/822/KE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011, jeħtieġ li jiġi previst li d-deroga tkompli tapplika lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2011, jekk qabel dik id-data tiġi adottata deċiżjoni dwar dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea, jew inkella jekk tiġi estiża d-Deċiżjoni 2001/822/KE.

(8)

Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom fid-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kodiċi tal-Kumitat tad-dwana,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bħala deroga mill-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-prodotti mis-sajd imsemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni meħuda mill-baħar barra mill-ibħra territorjali għandhom jitqiesu li joriġinaw fil-Gżejjer Falkland fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tapplika għal ħut li jinqabad fil-baħar minn bastimenti jew bastimenti-fabbriki u għall-kwantitajiet annwali stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni li jiġu importati fil-Komunità mill-Gżejjer Falkland mill-1 ta’ Diċembru 2007 sat-30 ta’ Novembru 2012.

Il-bastimenti u l-bastimenti-fabbriki msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, minbarra l-punt (d).

Artikolu 3

L-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 relatati ma’ l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji japplikaw mutatis mutandis għall-amministrazzjoni tal-kwantitajiet indikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

L-awtoritajiet tad-dwana tal-Gżejjer Falkland għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

Għal dak il-għan, f’kull ċertifikat li joħorġu wara din id-Deċiżjoni għandu jkun hemm referenza għalihom.

Kull tliet xhur l-awtoritajiet kompetenti tal-Gżejjer Falkland għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet rigward liema ċertifikati taċ-ċaqliq EUR 1 ikunu nħarġu skond din id-Deċiżjoni u n-numru tas-serje ta’ dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Ir-rubrika nru 7 taċ-ċertifikati EUR 1 ippubblikati b’din id-Deċiżjoni għandu jkollha wieħed minn dawn li ġejjin:

“Derogation – Decision No …”;

“Dérogation – Décision no …”,

bl-indikazzjoni tan-numru ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007 sat-30 ta’ Novembru 2012.

Madankollu, jekk tiġi adottata sistema ġdida preferenzali minflok id-Deċiżjoni 2001/822/KEE lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2011, jew jekk is-sistema preżenti tiġi estiża, din id-Deċiżjoni għandha tibqa’ tapplika sad-data tat-tmiem ta’ dan is-sistema l-ġdida jew tas-sistema preżenti estiża, imma fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2012.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/249/KE (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33).

(2)  ĠU L 211, 7.8.2002, p. 16.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2006, p. 6).


ANNESS

Ordni Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Kwantità totali annwali (1)

(tunnellata)

09.1914

0303

Ħut iffriżat, eskluż il-flettijiet tal-ħut u laħam tal-ħut ieħor taħt l-intestatura 0304 .

12 500

09.1915

ex 0304

Flettijiet tal-ħut, iffriżat

5 100

09.1916

0307 49 35

Klamari ffriżati ta’ l-ispeċi Loligo Patagonica (Loligo gahi)

34 600

09.1917

0307 99 11

Klamari ffriżati tal-ġenus Illex

31 000


(1)  Il-kwantità totali annwali tkopri l-ispeċijiet kollha meħudin flimkien.


Corrigendum

28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/22


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ l-endo-1,4-beta-xylanase (Natugrain Wheat TS) bħala addittiv fl-għalf

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, L 309 tas-27 ta' Novembru 2007 )

F'paġna 23, it-tabella, l-ewwel kolonna. “Numru ta' identifikazzjoni ta' l-addittiv”:

minflok:

“4d 62”,

aqra:

“4a 62”.


28.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 310/22


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/95 ta’ l-4 ta’ Diċembru 1995 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li joriġina mill-annimali.

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 290 tal-5 ta' Diċembru 1995 .

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, Ħarġa Speċjali 2004, Kapitolu 3 Volum 18 p. 295)

F’paġna 3:

minflok

“3.6.

Benzoyl benzoate”,

aqra

“3.6.

Benzyl benzoate”.