ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
23 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1361/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1362/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Salame Cremona (IĠP)

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1364/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1365/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1366/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1367/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1368/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1369/2007 tat-22 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

18

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/67/KE tat-22 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Anness III tagħha għall-progress tekniku ( 1 )

22

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/754/KE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tad-9 ta’ Novembru 2007 li toħloq is-Sotto-kumitat Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija

24

 

 

2007/755/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar il-ħatra tal-Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbilità għax-Xlokk ta’ l-Ewropa

28

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/756/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5357)

30

 

 

2007/757/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal ċerti miżuri fil-qasam tas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u ċerti miżuri tekniċi u xjentifiċi

52

 

 

2007/758/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2007 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida boscalid (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5477)  ( 1 )

54

 

 

2007/759/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-karawett u l-prodotti derivati minnu li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Brażil minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5516)  ( 1 )

56

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/760/PESK tat-22 ta’ Novembru 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

58

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/761/PESK tat-22 ta' Novembru 2007 li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju

61

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/762/PESK tat-22 ta’ Novembru 2007 dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO)

62

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1361/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

125,5

MA

55,2

MK

46,0

TR

87,6

ZZ

78,6

0707 00 05

JO

196,3

MA

55,0

TR

85,5

ZZ

112,3

0709 90 70

MA

54,3

TR

110,4

ZZ

82,4

0709 90 80

EG

342,2

ZZ

342,2

0805 20 10

MA

63,3

ZZ

63,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,3

HR

55,3

IL

68,9

TR

76,9

UY

83,0

ZZ

69,5

0805 50 10

AR

64,5

TR

100,3

ZA

54,7

ZZ

73,2

0808 10 80

AR

87,7

CA

88,9

CL

86,0

CN

84,2

MK

32,9

US

98,8

ZA

86,3

ZZ

80,7

0808 20 50

AR

48,7

CN

46,6

TR

145,7

ZZ

80,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1362/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Salame Cremona (IĠP)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(5), it-tielet u r-raba' inċiżi tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), u bi qbil ma’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ l-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Salame Cremona” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Ġermanja u l-Olanda ddikjaraw rwieħhom kontra r-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. Fid-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni tagħhom, il-Ġermanja u l-Olanda ddikjaraw li ma ġewx osservati l-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. B'mod partikolari, skond il-Ġermanja, ir-rabta bejn il-prodott u r-reġjun mhix murija. Skond l-Olanda, minn naħa, ma ġietx murija biżżejjed ir-rabta bejn iż-żona ġeografika (tal-produzzjoni) u d-denominazzjoni “Salame Cremona”, u mill-oħra, mingħajr eżiġenzi supplimentari, il-limitazzjoni ta’ l-oriġini tal-materja prima “laħam tal-majjal” għat-Tramuntana u ċ-Ċentru ta’ l-Italja (jew inkella ż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.3) trid titqies esklussivament bħala ostaklu għall-kummerċ. Fl-aħħarnett, fil-punt 4.5 ma ntweriex b’liema mod l-obbligazzjoni li l-operazzjoni ta’ produzzjoni, l-ippakkettjar u t-tqattigħ tas-“Salame Cremona” ssir esklussivament fiż-żona tal-produzzjoni tikkontribwixxi għall-kontroll u t-traċċabbiltà kif ukoll għall-preżervazzjoni tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-prodott.

(3)

Il-Kummissjoni, b'ittra tat-2 ta’ Marzu 2006, stiednet lill-Istati Membri kkonċernati jilħqu qbil bejniethom skond il-proċeduri interni tagħhom.

(4)

Peress li l-ebda qbil ma ntlaħaq bejn l-Italja, l-Olanda u l-Ġermanja fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni jkollha tadotta deċiżjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(5)

Wara l-konsultazzjonijiet bejn l-Italja, l-Olanda u l-Ġermanja, żdiedu xi dettalji ma’ l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjonijiet ikkonċernati. Bi tweġiba għall-kritika tal-Ġermanja u ta’ l-Olanda, li skondhom ma ntwerietx ir-rabta bejn il-prodott u r-reġjun, ir-rabta ġiet identifikata b’mod ċara bħala msejsa fuq ir-reputazzjoni. Bi tweġiba għat-tieni kritika ta’ l-Olanda, tneħħiet il-limitazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġjuni ta’ oriġini tal-materja prima, u żdiedu xi dettalji ma’ l-ispeċifikazzjonijiet rigward il-kundizzjonijiet tat-trobbija u ta’ l-għalf tal-ħnieżer, u rigward l-influwenza ta’ dawn l-elementi fuq il-karatteristiċi tal-prodott finali. Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Taljani ġġustifikaw l-obbligu tat-tqattigħ u ta’ l-ippakkettjar fiż-żona b’raġunijiet ta’ kontroll. L-awtoritajiet Taljani argumentaw ukoll li jekk il-prodott ikollu jgħaddi minn trattament bis-sħana għat-trasport u t-tqattigħ “imbiegħed f’sens ta’ żmien u post”, dan ibiddel il-karatteristiċi organolettiċi taz-zalzett. L-awtoritajiet Olandiżi nnotifikaw li jaċċettaw dawn l-ispjegazzjonijiet bil-kundizzjoni li jiġu integrati fit-talba għar-reġistrazzjoni, kif fil-fatt sar.

(6)

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-verżjoni l-ġdida ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(7)

Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, id-denominazzjoni trid għalhekk tiddaħħal fir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

It-tabella konsolidata li fiha l-punti prinċipali ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tidher fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 126, 25.5.2005, p. 14.


ANNESS I

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.2

Prodotti magħmulin mil-laħam (imsaħħnin/imsajrin, immelħin, iffumigati, eċċ.)

L-ITALJA

Salame Cremona (IĠP)


ANNESS II

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

“SALAME CREMONA”

Nru tal-KE: IT/PGI/005/0265/27.12.2002

DPO (…) IĠP (X)

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru

Isem

:

Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

Indirizz

:

Via XX Settembre, 20 — I-00187 ROMA

Tel.

:

(39) 064 81 99 68/06 46 65 51 04

Feks

:

(39) 06 42 01 31 26

Posta elettronika

:

qpa3@politicheagricole.it

2.   Grupp

Isem

:

Consorzio Salame Cremona

Indirizz

:

Piazza Cadorna, 6 — I-26100 CREMONA

Tel

:

(39) 03 72 41 71

Feks

:

(39) 03 72 41 73 40

Posta elettronika

:

info@salamecremona.it

Kompożizzjoni

:

Produtturi /proċessuri (X) Oħrajn (…)

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.2: Prodotti tal-laħam

4.   Speċifikazzjoni

(Sinteżi tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Salame Cremona”

4.2.   Isem Deskrizzjoni

Is-“Salame Cremona” huwa prodott tal-laħam nej imdaħħal f’musrana u mnixxef li, meta jinħareġ għall-konsum, għandu dawn il-karatteristiċi:

 

Karatteristiċi fiżiko-morfoloġiċi

piż ma’ tmiem il-maturazzjoni ta’ mhux inqas minn 500 g

dijametru mat-tħejjija ta’ mhux inqas minn 65 mm

tul mat-tħejjija ta’ mhux inqas minn 150 mm

 

Karatteristiċi kimiċi u kimiko-fiżiċi

protejini totali: min. 20.0 %

proporzjon kollaġen/protejini: mass 0.10

ammont relattiv ilma/protejini: mass 2.00

ammont relattiv xaħam/protejini: mass 2.00

PH: 5.20 jew aktar

 

Karatteristiċi mikrobijoloġiċi

volum mikrobiku meżofilu: > 1 × 10 għas-seba’ unità li jiffurmaw kolonji/g partikolarment laktobaċilli u kokkaċei.

 

Karatteristiċi organolettiċi

dehra minn barra: forma ċilindrika aktarx irregolari.

konsistenza: il-prodott irid ikun kumpatt u ta’ konsistenza ratba.

dehra meta maqtugħ: il-felli jkollha forma kumpatta u omoġenea u kkaratterizzata mill-koeżjoni tipika bejn il-partijiet muskulari u xaħmin, fejn ma tidhirx wisq id-differenza bejn waħda u l-oħra (“smelmato”). Mhemmx biċċiet aponevrotiċi viżibbli.

lewn: aħmar skur.

riħa: tipika u mħawra.

4.3.   Żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tas-“Salame Cremona” tinkludi t-territorju ta’ dawn ir-reġjuni: il-Lombardia, l-Emilia-Romagna, il-Piemonte u l-Veneto.

4.4.   Prova ta' l-oriġini

Fuq il-livell tal-kontrolli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ l-oriġini tal-produzzjoni IĠP, il-prova ta’ l-oriġini tas-“Salame Cremona” miż-żona ġeografika delimitata hija ċċertifikata mill-istruttura ta’ kontroll msemmija fl-Artikolu 7 dwar il-bażi tal-bosta formalitajiet li jgħaddu minnhom il-produtturi tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni. Il-karatteristiċi ewlenin ta’ dawn il-formalitajiet, li jassiguraw it-traċċabbiltà tal-prodott f’kull stadju tal-produzzjoni u li jgħaddu minnhom il-produtturi huma dawn li ġejjin:

ir-reġistrazzjoni f’elenku apposta għand l-istruttura tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 7 hawn taħt;

dikjarazzjoni lill-istruttura tal-kontroll tal-kwantitajiet ta’ “Salame Cremona” prodotti kull sena;

iż-żamma tar-reġistri tal-produzzjoni tas-“Salame Cremona”.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni

Il-proċess tal-produzzjoni jista’ jiġi deskritt fil-qosor kif ġej: il-materja prima għall-produzzjoni ta’ l-IĠP trid tkun ġejja minn ħnieżer li jaqgħu taħt sensiela ta’ dispożiżżjonijiet dwar il-kompożizzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u l-mod kif japplikaw. Jistgħu partikolarment jintużaw ħnieżer tar-razez tradizzjonali Large White Italiana u Landrace Italiana, bħal dawk ir-razez mtejba mir-reġistru tal-bhejjem Taljan, jew ulied ta’ ħnieżer ta' l-istess razza; ħnieżer imwielda minn ħnieżer tar-razza Duroc Italiana, kif imtejba mir-reġistru tal-bhejjem Taljan; ħnieżer imwielda minn ħnieżer ta’ razez oħra jew minn ħnieżer ibridi, dejjem sakemm ikunu ġejjin minn skemi ta’ selezzjoni jew tgħammir li jkollhom għanijiet kompatibbli ma’ dawk tar-reġistru tal-bhejjem Taljan għall-produzzjoni ta’ ħnieżer tqal.

Il-ħnieżer ma jintbagħtux għall-qatla u t-tbiċċir qabel id-disa’ xahar, u mhux aktar tard mill-ħmistax-il xahar minn twelidhom. Il-piż medju tal-ħanżir mibgħut għall-qatla jrid ikun bejn 144 kg u 176 kg.

Il-laħam tal-ħanżir maħsub għall-fabbrikazzjoni taz-zalzett jinħareġ mill-muskolatura tal-karkassa u mill-partijiet muskulari mtarrża u xaħmin.

Ingredjenti: melħ, ħwawar, bżar fi trab jew mitħun, tewm mgħaffeġ u mxerred fil-massa laħmija.

Ingredjenti oħra possibbli: Inbid abjad jew aħmar mhux ifexfex, zokkor u/jew destrożju u/jew fruttożju u/jew lattożju, kulturi għall-bidu tal-fermentazzjoni, nitrit tas-sodju u/jew potassju, aċdu askorbiku u l-melħ sodiku tiegħu.

Mhuwiex permess-użu ta’ laħmijiet isseparati mekkanikament.

Tħejjija: il-partijiet muskulari u xaħmin jinqatgħu u jitneħħew bil-galbu mill-akbar partijiet konġuntivi kif ukoll mit-tessut xaħmi l-artab, mill-gangliji u min-nervituri ewlenin. It-tħin isir f'magna ta' l-ikkappuljat mogħnija b'xibka b'perforazzjonijiet ta' 6 mm. It-temperatura tal-laħam qabel it-tħin trid tkun ta' aktar minn 0 °C; it-tmelliħ isir waqt it-tbiċċir; l-ingredjenti l-oħra u l-aromi jinżiedu ladarba jkun tlesta t-tħin. It-taħlita ssir f’magni fil-vakwu jew bi pressjoni atmosferika għal perjodu twil ta’ żmien. Is-“Salame Cremona” jiddaħħal f’musrana naturali tal-ħanżir, ta' bovini, ta' żwiemel jew ta' muntun, bid-dijametru inizjali li ma jistax ikun ta' inqas minn 65 mm. L-irbit isir manwalment jew mekkanikament bi spaga. Il-ħżin tal-prodott fi friġġ huwa awtorizzat għal massimu ta' jum b'temperatura bejn 2 u 10 °C. It-tnixxif isir fis-sħana f’temperatura bejn 15 u 25 °C.

Il-maturazzjoni ssir fi mkejjen b’biżżejjed arja f’temperatura bejn 11 u 16 °C għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames ġimgħat. Il-perjodu ta’ maturazzjoni jvarja skond id-daqs tal-musrana.

Il-prodott kopert bl-IĠP jitqiegħed għall-konsum f'biċċiet uniċi, ippakkjat fil-vakwu jew f’atmosfera rregolata, sħiħ, f’biċċiet jew f’felli.

Il-produtturi ta’ l-IĠP “Salame Cremona” jridu jikkonformaw bl-akbar reqqa ma’ l-ispeċifikazzjonijiet iddepożitati għand l-UE.

Il-proċessi tal-produzzjoni, ta’ l-ippakkettjar u tat-tqattigħ iridu jsiru taħt is-sorveljanza ta’ l-istruttura tal-kontroll imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ l-ispeċifikazzjonijiet, esklussivament fiż-żona tal-produzzjoni indikata fl-Artikolu 3 ta' l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija, sabiex jiġu ggarantiti l-kontroll u t-traċċabilità u jiġu ppreżervati l-karatteristiċi kwalitattivi tal-prodott.

Jekk l-ippakkettjar isir barra miż-żona ġeografika ddefinita fl-ispeċifikazzjonijiet, ikun impossibbli li jiġi ggarantit kontroll kostanti mill-impriżi kollha tal-produzzjoni, u dan iwassal għal diskrepanzi kbar fis-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' l-IĠP. Dawn id-diskrepanzi ma jippermettux li jiġi ggarantit l-użu xieraq tad-denominazzjoni, u dan ikun ta’ detriment għall-produtturi u l-konsumaturi. Fi kliem ieħor, il-fatt li l-operazzjonijiet ta’ l-ippakkettjar ma jgħaddux minn kontroll ikollu bl-istess mod il-konsewgenza ta’ l-għibien taż-żewġ elementi fundamentali l-oħra: il-garanzija ta’ kwalità prezervata, li hija l-għan ta’ verifika tul l-operazzjonijiet kollha ta’ kontroll, u l-garanzija ta’ l-oriġini, jiġifieri l-assigurazzjoni ta’ traċċabilità perfetta tul kull waħda mill-fażijiet ta’ l-ipproċessar, inkluż l-ippakkettjar.

Barra minn hekk, il-fatt li l-ippakkettjar jiġi awtorizzat li jsir lil hinn miż-żona ġeografika tipika jippreġudika wkoll il-kwalità tas-“Salame Cremona”, minħabba li jekk il-prodott ikollu jgħaddi minn trattament bis-sħana għat-trasport u t-tqattigħ “imbiegħed f’sens ta’ żmien u post”, dan ibiddel il-karatteristiċi organolettiċi taz-zalzett.

4.6.   Rabta

Is-“Salame Cremona” igawdi minn fama stabbilita, kif turi l-parteċipazzjoni tradizzjonali fil-fieri agroalimentari tal-Valle del Po kif ukoll il-preżenza qawwija tiegħu fis-swieq nazzjonali u barranin ewlenin, li tiġġustifika t-talba tar-rikonoxximent ta' indikazzjoni ġeografika protetta. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-preżenza tas-“Salame Cremona” fil-listi ta' prodotti agroalimentari Taljani ewlenin b'denominazzjoni ta' l-oriġini, li jidhru fil-ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Italja u l-pajjiżi Ewropej l-oħra fis-snin 1950-1970 (il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija, Spanja) dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ġeografiċi ta’ l-oriġini.

Il-produzzjoni taz-zalzett hija marbuta sfiq mal-preżenza lokali tar-rziezet għat-trobbija tal-ħnieżer li jmorru lura għall-epoka Rumana. Il-prodott għandu rabta imfannda f’dan l-ambjent, li ġejja mill-preżenza progressiva fir-reġjun ta’ Cremona u mbagħad mill-pjanura tal-Po kollha kemm hi u mit-trobbija tal-ħnieżer marbuta ma' l-industriji tal-ġobon u t-trobbija tal-qamħirrum.

Is-sinerġija perfetta u rebbieħa bejn il-produzzjoni tipika u t-territorju ta’ referenza, ikkaratterizzat minn klima ta’ ċpar u ftit li xejn riħ, tagħti lis-“Salame Cremona” il-karatteristiċi uniċi u għalhekk rikonoxxibbli ta' zalzett bnin, tari u mħawwar ħafna.

Iż-żona tal-produzzjoni tas-“Salame Cremona”, li għandha karatteristiċi pedoloġiċi tipiċi taż-żoni ta’ oriġini alluvjali, ilha s-sekli tintuża għat-trobbija tal-ħnieżer, għall-ewwel f'impriżi “familjari” li mbagħad saru professjonisti. Il-pajsaġġ taż-żona tal-produzzjoni huwa uniformi ħafna fil-parti tal-pjanura tal-Po: ċatt għal kollox, bi xmajjar u kanali għaddejjin minnu, bil-preżenza ta' ħxejjex, fosthom ħaxix u l-qamħirrum. Il-klima hija karatterizzata fiż-żona kollha tal-produzzjoni minn ħarifa u xitwa pjuttost ħorox, umdi u mċajpra, rebbiegħa temperata u bix-xita, filwaqt li s-sjuf ikollhom temparaturi pjuttost għoljin, xita frekwenti b'ħalbiet kbar li ma jdumux wisq.

Dawn il-kriterji kollha xorta waħda ma kinux jippermettu lis-“Salame Cremona” jakkwista l-karatteristiċi kwalitattivi tiegħu, li kieku l-fattur uman, fiż-żona tal-produzzjoni, ma ppermettiex l-irfinar tul iż-żmien ta’ tekniki ta’ tħejjija u maturazzjoni taz-zalzett għalkollox speċifiċi.

Anki llum, is-“Salame Cremona” jinħadem skond proċeduri li jirrispettaw bis-sħiħ it-tradizzjoni, flimkien ma' teknoloġiji ta' produzzjoni ġodda.

Il-fattur ambjentali dovuti għall-klima u l-fattur uman, li huwa kkaratterizzat mill-kompetenzi tekniċi apprezzabbli tal-bosta snajja’ involuti fit-tħejjija tas-“Salame Cremona” jikkostitwixxu anki llum elementi fundamentali u li ma tistax tibdilhom, u li jassiguraw l-ispeċifiċità u l-fama tal-prodott.

Id-dokumenti storiċi ewlenin, li juru b’mod ċar u preċiż l-oriġini tal-prodott u r-rabta tiegħu mar-reġjun, imorru lura għall-1231, u huma miżmunin fl-Archivio di Stato ta’ Cremona. Jikkonfermaw l-eżistenza ta’ kummerċ tal-majjali u tal-prodotti tal-laħam bejn it-territorju ta’ Cremona u l-Istati ta' ħdejhom. Id-dokumenti tar-Rinaxximent li jidhru fil-“Litterarum” u fil-“Fragmentorum” juru b'mod inkonfutabbli l-preżenza, imma l-aktar l-importanza taz-“zalzett” fiż-żona tal-produzzjoni delimitata fl-ispeċifikazzjonijiet. Huma kitbiet li saru fl-okkażjoni taż-żjara ta' l-isqof Cesare Speciano (1599-1606) lill-monasteri tan-nisa fir-reġjun li jirrakkontaw li bħala drawwa tal-ħajja ta’ kuljum, kienet titqassam ċerta kwantità ta’ zalzett fil-jiem li jiswew laħam.

Illum, is-“Salame Cremona” għandu post dejjem aktar importanti fil-fieri agroalimentari Lombardi u fil-wied tal-Po. Referenzi soċjo-ekonomiċi jixhdu l-preżenza ta’ bosta produtturi speċjalizzati fl-ipproċessar tal-laħam tal-majjal, li bdew jixterdu fil-pjanura tal-Po kollha wara l-integrazzjoni perfetta bejn l-industrija tal-ħalib u tal-ġobon u t-tkabbir taċ-ċereali (l-aktar il-qamħirrum).

4.7.   Organu ta' Spezzjoni

Isem

:

Istituto Nord Est Qualità

Indirizz

:

Via Rodeano, 71 — I-33038 SAN DANIELE DEL FRIULI (UD)

Tel.

:

(39) 04 32 94 03 49

Feks

:

(39) 04 32 94 33 57

Posta elettronika

:

info@ineq.it

4.8.   Tikkettar

It-tikketta trid turi, b’ittri ċari, li ma jitħassrux, u li jkunu akbar mid-diċituri l-oħrajn, id-diċituri “Salame Cremona” u “Indicazione Geografica Protetta” u/jew it-taqsira “IGP”. Din l-aħħar indikazzjoni trid tinqaleb għall-ilsien tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Iż-żieda ta’ kwalunkwe kwalifika oħra li ma tkunx prevista hija pprojbita.

L-użu ta’ indikazzjonijiet li jirreferu għal ismijiet, ditti jew marki privati jistgħu madankollu jintużaw bil-kundizzjoni li ma jkunux faħħara jew inkella jistgħu jqarrqu bil-konsumatur.

Is-simbolu Komunitarju msemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/98 (1) għandu jidher ukoll fuq it-tikketta.


(1)  ĠU L 224, 11.8.1998, p. 1.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1363/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mit-23 ta’ Novembru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,88  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

28,88  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,88  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

28,88  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

31,40

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

31,40

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

31,40

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1364/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mis-23 ta’ Novembru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,40

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,40

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,40

1702 90 60 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

1702 90 99 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,40

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3140

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1365/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-22 ta’ Novembru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-22 ta’ Novembru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 36,395 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/2007 (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 3).


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1366/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, u t-tielet inċiż, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1060/2007 tas-14 ta’ Settembru 2007 dwar il-ftuħ ta’ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid b’esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-organizzazzjonijiet ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (2) jesiġi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F’konformità ma’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 u wara eżami ta’ l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-21 ta’ Novembru 2007, jeħtieġ li jiġi deċiż li ma ssir l-ebda aġġudikazzjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti parzjali.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-21 ta’ Novembru 2007 f’dak li jirrigwarda l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1367/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni fil-21 ta’ Novembru 2007 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-15 ta' Jannar 2008, għaż-żona ta' destinazzjoni 1) l-Afrika stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mis-16 sa l-20 ta’ Novembru 2007 u li sas-16 ta' Jannar 2008 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mis-16 sal-20 ta’ Novembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 61,39 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika.

2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mill-21 ta’ Novembru 2007 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mit-23 ta’ Novembru 2007 huma sospiżi għaż-żona 1) Afrika sas-16 ta' Jannar 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1211/2007 (ĠU L 274, 18.10.2007, p. 5).

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1368/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-23 ta’ Novembru 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

31,40

31,40


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione d'Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1369/2007

tat-22 ta’ Novembru 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-23 ta’ Novembru 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


DIRETTIVI

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/22


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/67/KE

tat-22 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Anness III tagħha għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Skond l-istrateġija ta' analiżi għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, ġie miftiehem ma' l-Istati Membri u l-partijiet interessati li d-data ta' Lulju 2005 tkun xierqa għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur (KXPK) ta' l-informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar elenkata fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/65/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Annessi II u III magħha għall-progress tekniku (2), estendiet sal-31 ta' Diċembru 2007 l-użu proviżorju ta' sitta u ħamsin sustanza taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness III.

(3)

Għal 14-il sustanza taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, ma ġietx ippreżentata informazzjoni addizzjonali. Għalhekk l-użu tagħhom fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ġew ipprojbiti bid-Direttiva 2007/54/KE.

(4)

Għal 42 sustanza taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, ma ġietx ippreżentata informazzjoni addizzjonali mill-industrija. Din l-informazzjoni bħalissa qed tkun valutata mill-KXPK. Regolamentazzjoni definittiva ta' dawk is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, fuq il-bażi tat-tali valutazzjonijiet, u l-implimentazzjoni tagħha fil-liġijiet ta' l-Istati Membri mhux se tkun possibbli qabel il-31 ta' Diċembru 2009. Għalhekk, l-użu proviżorju tagħhom fi prodotti kożmetiċi skond ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta' l-Anness III magħha għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2009.

(5)

L-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fin-numri ta' referenza 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 44, 47, 48, 49, 50, 55, 56, 57, 58, 59, u 60 tal-kolonna g fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, id-data “31.12.2007” hija mibdula bi “31.12.2009”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (2007/54/KE, ĠU L 226, 30.8.2007, p. 21).

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 11.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/24


DEĊIŻJONI NRU 1/2007 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-TUNEŻIJA

tad-9 ta’ Novembru 2007

li toħloq is-Sotto-kumitat “Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija”

(2007/754/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-TUNEŻIJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”),

Billi:

(1)

Ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huma parti integrali u essenzjali tal-kwadru li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba Mediterranji tagħha.

(2)

Dawn il-kwistjonijiet huma element essenzjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Dawn is-suġġetti ser ikunu diskussi kif meħtieġ fi ħdan l-entitajiet differenti previsti fil-Ftehim.

(3)

Il-politika tal-viċinat għandha objettivi ambizzjużi, ibbażati fuq l-importanza reċiprokament rikonoxxuta li tingħata lil valuri komuni inklużi, fost l-oħrajn, id-demokrazija, l-istat ta’ dritt, ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-globalità tagħhom, inkluż id-dritt għall-iżvilupp.

(4)

Il-vitalità fir-relazzjonijiet ta’ l-UE mal-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar qiegħda dejjem tikber, u din tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ ftehim Ewro-Mediterranji, mill-pjanijiet ta’ azzjoni tal-viċinat, kif ukoll mis-segwitu tas-sħubija Ewro-Mediterranja. L-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ sħubija Ewro-Mediterranja ma’ kull pajjiż u l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ dawn il-pajjiżi li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn il-prijoritajiet jeħtieġu segwitu regolari.

(5)

Ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi Mediterranji jistgħu jiżviluppaw b’kont meħud tal-kompetenzi ta’ l-UE, tal-koerenza u l-bilanċ totali tal-Proċess ta’ Barċellona kif ukoll ta’ l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż Mediterranju.

(6)

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni diġà ddeċieda li joħloq Sotto-Kumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija sabiex joffri kwadru istituzzjonali adegwat għall-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni.

(7)

L-Artikolu 84 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma jew entitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Is-Sotto-Kumitat “Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija” għandu jinħoloq fi ħdan il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Kumitat ta’ Assoċjazzjoni”).

Ir-regoli ta’ proċedura tiegħu jinsabu fl-Anness 1.

2.   Is-suġġetti li jinsabu fil-mandat tas-Sotto-Kumitat jistgħu jitqajmu wkoll fl-ogħla livell fil-kwadru tad-djalogu politiku bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija.

3.   Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jipproponi lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-Sotto-Kumitat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija

L. AMADO


ANNESS

Regoli ta’ Proċedura Sotto-Kumitat “Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija”

1.   Kompożizzjoni u presidenza

Is-Sotto-Kumitat “Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“Sotto-Kumitat”) hu magħmul, minn naħa waħda, minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra, minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika tat-Tuneżija. Huwa ppresedut b’sistema ta’ rotazzjoni miż-żewġ partijiet.

2.   Rwol

Is-Sotto-Kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni”), li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Is-Sotto-Kumitat m’għandu jkollu ebda poter ta’ deċiżjoni. Madankollu hu għandu jkollu poter li jressaq proposti fir-rigward tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Is-Sotto-Kumitat għandu jeżamina l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija fl-oqsma elenkati hawn taħt. Huwa għandu jikkostitwixxi wkoll il-mekkaniżmu ta’ segwitu ewlieni fuq il-pjan tekniku ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet fil-qafas tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Tuneżija fil-kwadru tal-politika tal-viċinat. Huwa għandu jeżamina l-progress fir-rigward ta’ l-approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet. Skond il-każ, il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tista’ tkun eżaminata skond il-Pjan ta’ Azzjoni fil-kwadru tal-politika tal-Viċinat. Is-Sotto-Kumitat għandu jeżamina l-progress li jkun sar fl-oqsma elenkati hawn taħt u għandu jipproponi miżuri li jistgħu jiġu adottati:

(a)

Stat tad-Dritt u Demokrazija, inkluż it-tisħiħ tad-Demokrażija u ta’ l-Istat ta’ Dritt, ta’ l-indipendenza tal-ġustizzja, ta’ l-aċċess għaliha u l-immodernizzar tagħha;

(b)

l-implimentazzjoni tal-ftehim internazzjonali ewlenin fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż eżami tal-possibbiltajiet ta’ adeżjoni għall-protokolli fakultattivi relatati ma’ dawn il-konvenzjonijiet;

(ċ)

tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u istituzzjonijiet nazzjonali.

Din il-lista mhix eżawrjenti u kwistjonijiet oħrajn jistgħu jiżdiedu magħha mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, wara qbil miż-żewġ partijiet.

Laqgħa tas-Sotto-Kumitat tista’ titratta l-kwistjonijiet dwar settur wieħed, diversi oqsma jew dawk l-oqsma kollha elenkati hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal mill-Gvern tar-Repubblika tat-Tuneżija għandhom jaġixxu b’mod konġunt bħala segretarji permanenti tas-Sotto-Kumitat u ser ikunu responsabbli mit-tħejjija tal-laqgħat tiegħu.

5.   Laqgħat

Is-Sotto-Kumitat għandu jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa abbażi ta’ talba minn xi waħda miż-żewġ partijiet l-oħrajn. Is-segretarju permanenti tal-parti li titlob laqgħa għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Meta tasal talba għal-laqgħa, is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

Kull laqgħa tas-Sotto-Kumitat għandha ssir f’ħin u f’post miftiehem miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu, għal kull parti, mis-segretarju permanenti tiegħu, bi ftehim mal-presidenza. Qabel kull laqgħa, il-presidenza għandha tkun infurmata bil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-Sotto-Kumitat jista’ jistieden esperti sabiex jikseb informazzjoni speċifika dwar suġġetti maqbula preċedentement.

6.   Aġenda tal-laqgħat

Il-proposti kollha tal-punti mill-partijiet li għandhom jiġu inklużi fl-aġenda tas-Sotto-Kumitat għandhom jintbagħtu lis-segretarji permanenti tas-Sotto-Kumitat.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba ta’ inklużjoni biex jiddaħħlu fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għal kull laqgħa għandha titħejja mill-president bi qbil mal-parti l-oħra mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-laqgħa.

Id-dokumenti tal-ħidma għandhom jaslu għand iż-żewġ partijiet mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Dawn l-iskadenzi jistgħu jitqassru wara ftehim miż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-Sotto-Kumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Għandhom jittieħdu minuti u jkunu miftiehma miż-żewg segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti għandha tintbagħat mis-segretarji permanenti tas-Sotto-Kumitati lis-segretarji u lill-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Natura pubblika

Il-laqgħat tas-Sotto-Kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi u l-minuti tagħhom għandhom ikunu konfidenzjali.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2007

dwar il-ħatra tal-Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbilità għax-Xlokk ta’ l-Ewropa

(2007/755/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1080/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-appoġġ għall-Missjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) u għall-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bożnja u Ħerzegovina (OHR) u l-Patt ta’ Stabbilità għax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SP) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Ġunju 1999 il-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, flimkien mal-parteċipanti fil-Patt ta’ Stabbilità għax-Xlokk ta’ l-Ewropa, qablu li jwaqqfu Patt ta’ Stabbilità għax-Xlokk ta’ l-Ewropa, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Patt ta’ Stabbilità”.

(2)

L-Artikolu 1a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1080/2000 jipprovdi għall-Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbilità li jinħatar fuq bażi annwali.

(3)

Jeħtieġ li jkun stabbilit, flimkien mal-ħatra, mandat għall-Koordinatur Speċjali. Il-mandat stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2006/921/KE tal-11 ta’ Diċembru 2006 dwar il-ħatra tal-Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbiltà għax-Xlokk ta’ l-Ewropa (2) għall-2006 hu adatt. Skond il-konklużjonijiet tal-Laqgħa Reġjonali għall-Patt ta’ Stabbilità li saret f’Żagreb fl-10 ta’ Mejju 2007, il-laqgħat Ministerjali u s-Summits għall-Proċess ta’ Kooperazzjoni għax-Xlokk ta’ l-Ewropa (SEECP) li saru fl-10 u l-11 ta’ Mejju 2007, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2007 li ħeġġew lill-Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbilità, is-Segretarju-Ġenerali l-ġdid u l-President Bulgaru fil-Kariga tas-SEECP biex jiżguraw bidla bla xkiel u f’waqtha mill-Patt ta’ Stabbilità għall-istrutturi l-ġodda, dan il-mandat jinkludi enfasi speċjali fuq il-ħtiġiet tat-transizzjoni għall-proprjetà reġjonali u l-ħtieġa li tkun żgurata mogħdija bla xkiel u f’waqtha lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali (RCC) sa l-aħħar tal-mandat.

(4)

Huwa xieraq li jkunu stabbiliti linji ċari ta’ responsabbiltà kif ukoll linji ta’ gwida dwar il-koordinazzjoni u r-rappurtaġġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dr Erhard BUSEK b’dan qed jinħatar Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbilità għax-Xlokk ta’ l-Ewropa.

Artikolu 2

Il-Koordinatur Speċjali għandu jwettaq il-funzjonijiet li jipprovdi għalihom il-punt 13 tal-Patt ta’ Stabbilità ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

Artikolu 3

Sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 2, il-mandat tal-Kordinatur Speċjali għandu jkun:

(a)

il-promozzjoni tal-kisba ta’ l-għanijiet tal-Patt, fil-pajjiżi individwali u bejniethom, kulfejn il-Patt juri li għandu valur miżjud;

(b)

il-presidenza tal-Laqgħa Reġjonali ta’ l-Ewropa tax-Xlokk;

(ċ)

iż-żamma ta’ kuntatt mill-qrib mal-parteċipanti kollha u l-Istati, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet faċilitanti tal-Patt ta’ Stabbilità, kif ukoll inizjattivi reġjonali u organizzazzjonijiet rilevanti, bil-għan li titrawwem kooperazzjoni reġjonali u titkabbar il-proprjetà reġjonali;

(d)

il-kooperazzjoni mill-viċin ma’ l-Istituzzjonijiet kollha ta’ l-Unjoni Ewropea u ma’ l-Istati Membri tagħha sabiex ikun promoss ir-rwol ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Patt skond il-punti 18, 19 u 20 tal-Patt ta’ Stabbilità u sabiex tiġi żgurata kumplimentarjetà bejn ix-xogħol tal-Patt ta’ Stabbilità u l-Proċess ta’ Stabbilità u Assoċjazzjoni;

(e)

is-seħħ perjodiku ta’ laqgħat b’mod kollettiv kif xieraq mal-Presidenti tal-Gruppi ta’ Ħidma, biex tiġi żgurata koordinazzjoni strateġika ġenerali u titwettaq il-funzjoni ta’ segretarjat tal-Mejda Reġjonali tax-Xlokk ta’ l-Ewropa u l-istrumenti tagħha;

(f)

il-ħidma fuq il-bażi ta’ lista, li jkun hemm qbil dwarha minn qabel u b’konsultazzjoni mal-parteċipanti fil-Patt ta’ Stabbilità, ta’ azzjonijiet ta’ prijorità għall-Patt ta’ Stabbilità għal implimentazzjoni fl-ewwel parti ta’ l-2008, filwaqt li jiġu aġġustati l-metodi ta’ xogħol u l-istrutturi tal-Patt ta’ Stabbilità għall-bżonnijiet tat-transitu tal-pussess reġjonali, biex ikun żgurati l-konsistenza u l-użu effiċjenti tar-riżorsi;

(g)

l-iffaċilitar ta’ l-implimentazzjoni tat-transizzjoni għall-proprjetà reġjonali skond il-konklużjonijiet tal-Mejda Reġjonali fit-30 ta’ Mejju 2006 u għal dan l-iskop kooperazzjoni mill-qrib mal-Proċess ta’ Kooperazzjoni tax-Xlokk ta’ l-Ewropa, mal-Kunsill Reġjonali għall-Kooperazzjoni u mas-Segretarju Ġenerali tiegħu; għandha tingħata attenzjoni partikolari għat-twaqqif tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali u s-segretarjat tiegħu; għandu jkun hemm enfasi speċjali fuq l-effiċjenza tat-Task Forces varji u l-inizjattivi tal-Patt ta’ Stabbilità;

(h)

l-iżgurar ta’ bidla bla xkiel u f’waqtha lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali u l-għeluq ta’ l-operazzjonijiet amministrattivi tal-Patt ta’ Stabbilità li jkun baqa’.

Artikolu 4

Il-Koordinatur Speċjali għandu jikkonkludi ftehim finanzjarju mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

L-attivitajiet tal-Koordinatur Speċjali għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-PESK, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni, notevolment fil-qafas tal-Kumitat Konsultattiv Informali. Fil-qasam, għandha tinżamm kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Kapijiet tal-Missjoni ta’ l-Istati Membri, ir-Rappreżentanti Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ma’ l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bożnja u Ħerzegovina u l-Amministrazzjoni Ċivili tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo.

Artikolu 6

Il-Koordinatur Speċjali għandu jirrapporta, kif xieraq, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Għandu jibqa’ jinforma regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2008.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 122, 24.5.2000, p. 27. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2098/2003 (ĠU L 316, 29.11.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 351, 13.12.2006, p. 19.


Kummissjoni

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2007

li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5357)

(2007/756/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(4) u (5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/16/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(4) u (5) tagħha,

Billi:

(1)

Meta l-Istati Membri jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz tal-vetturi ferrovjarji, għandhom jiżguraw li jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni lil kull vettura individwali. Dan il-kodiċi mbagħad għandu jiddaħħal f’reġistru nazzjonali tal-vetturi, (minn issa ‘l quddiem “NVR”). Dan ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-konsultazzjoni minn rappreżentanti awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati. Ir-reġistri nazzjonali differenti għandhom ikunu konsistenti f’dak li jirrigwarda l-kontenut tad-data u l-format tad-data. Dan jirrikjedi l-istabbiliment tagħhom abbażi ta’ speċifikazzjonijiet operattivi u tekniċi.

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-NVR għandhom jiġu adottati abbażi ta’ l-abbozz ta’ speċifikazzjoni imħejji mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn issa ‘l quddiem “l-Aġenzija”). Dan l-abbozz ta’ speċifikazzjoni għandu jinkludi, partikolarment id-definizzjoni ta’: il-kontenut, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-format tad-data, il-modi operattivi, inklużi r-regoli għall-introduzzjoni u l-konsultazzjoni tad-data.

(3)

Din id-Deċiżjoni tħejjiet abbażi tar-rakkomandazzjoni ta’ l-Aġenzija Nru ERA/REC/INT/01-2006 tat-28 ta’ Lulju 2006.

L-NVR ta’ Stat Membru għandu jkun fih il-vetturi kollha awtorizzati f’dak l-Istat Membru. Madankollu, l-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba.

(4)

Għandha tintuża formola standard għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, tal-konfermazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-emendar ta’ l-oġġett(i) tar-reġistrazzjoni u l-konfermazzjoni tat-tibdil(iet).

(5)

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi NVR kompjuterizzat. L-NVRs kollha għandhom ikunu konnessi ma’ Reġistru Virtwali tal-Vetturi (minn issa ‘l quddiem “VVR”) immexxi mill-Aġenzija sabiex jiġi stabbilit ir-reġistru ta’ dokument dwar l-interoperabbiltà msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004. Il-VVR għandu jippermetti lill-utenti jfittxu l-NVRs (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kollha minn portal wieħed u jippermetti l-iskambju tad-data bejn l-NVRs nazzjonali. Madankollu, għal raġunijiet tekniċi, il-konnessjoni mal-VVR ma tistax tiġi stabbilita immedjatament. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa biss joħolqu konnessjoni għall-NVRs tagħhom mal-VVR ċentrali ladarba jkun intwera li l-VVR jaħdem effettivament. Għal dan l-għan, l-Aġenzija se twettaq proġett pilota.

(6)

Skond il-punt Nru 8 tal-minuti tal-laqgħa Nru 40 tal-Kumitat Regolatorju stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/16/KE, il-vetturi eżistenti kollha għandhom ikunu rreġistrati fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn kienu rreġistrati qabel. It-trasferiment tad-data għandu jqis perjodu trasitorju adegwat u disponibbiltà tad-data.

(7)

Skond l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2001/16/KE, l-NVR għandu jinżamm u jiġi aġġornat minn korp li huwa indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korp li jkunu nnominaw għal dan il-għan, inter alia sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn dawn il-korpi.

(8)

Ċerti Stati Membri għandhom netwerk estensiv tal-“1 520 mm gauge” fejn topera flotta ta’ vaguni li hija komuni għall-pajjiżi tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti (CIS). Dan irriżulta f’sistema ta’ reġistrazzjoni komuni li hija element importanti ta’ l-interoperabilità u s-sikurezza ta’ dan in-netwerk “1 520 mm”. Din il-qagħda speċifika għandha tkun rikonoxxuta u r-regoli speċifiċi stabbiliti biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ konsistenza fl-obbligi marbuta ma’ l-UE u dawk tas-CIS għall-istess vettura.

(9)

Ir-regoli stabbiliti fl-Anness P tat-TSI dwar l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tat-traffiku huma applikabbli fir-rigward tas-sistema ta’ numerazzjoni tal-vetturi għall-iskopijiet ta’ reġistrazzjoni fl-NVR. L-Aġenzija se tiżviluppa gwida għall-applikazzjoni armonizzata ta’ dawn ir-regoli.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-ambitu ta’ l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi, skond l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2001/16/KE, kif stipulati fl-Anness huma b’dan adottati.

Artikolu 2

Meta jkunu qed jiġu rreġistrati vetturi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw vetturi eżistenti kif ipprovdut fis-sezzjoni 4 ta’ l-Anness.

Artikolu 4

1.   Skond l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2001/16/KE, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korp nazzjonali li għandu jkun responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament tar-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi. Dan il-korp jista’ jkun l-Awtorità Nazzjonali għas-Sikurezza ta’ l-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni sabiex jiġi żgurat li t-tibdil tad-data jiġi kkomunikat fil-ħin.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lilll-Istati Membri, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-korp innominat skond il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.   Vetturi ferrovjarji imqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba fl-Estonja, il-Latvja jew il-Litwanja maħsuba għall-użu barra l-Unjoni Ewropea bħala parti mill-flotta ta’ vaguni tas-sistema komuni tal-binarji ta’ 1 520 mm għandhom jiġu rreġistratati kemm fl-NVR kif ukoll fid-Database ta’ l-Informazzjoni tal-Kunsill għat-Trasport Ferrovjarju tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti. F’dan il-każ, is-sistema ta’ numerazzjoni bi tmien ċifri tista’ tiġi applikata minflok is-sistema ta’ numerazzjoni speċifikata fl-Anness.

2.   Vetturi ferrovjarji imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba f’pajjiż terz u maħsuba għall-użu fl-Unjoni Ewropea bħala parti mis-sistema komuni tal-flotta ta’ vaguni ta’ l-1 520 mm m’għandhomx jiġu rreġistrati fl-NVR. Madankollu f’konformità ma’ l-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2001/16/KE, għandu jkun possibbli li tinsab l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 14(5)(c), (d) u (e) mid-Database ta’ l-Informazzjoni tal-Kunsill CIS għat-Trasport Ferrovjarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/32/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 63).

(2)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/32/KE tal-Kummissjoni.

(3)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

1.   DATA

Il-lista li ġejja tippreżenta l-format propost għad-data fl-NVR.

In-numerazzjoni ta’ l-oġġetti ssegwi l-loġika tar-reġistrazzjoni proposta fil-forma standard li tinsab fl-Appendiċi 4.

Barra minn hekk, jistgħu jiddaħħlu taqsima(iet) għall-kummenti, bħall-identifikazzjoni ta’ vetturi taħt investigazzjoni (ara t-taqsima 3.4).

1.

Numru Ewropew tal-Vettura

Obbligatorji

Kontenut

Kodiċi ta’ identifikazzjoni numerika kif iddefinit fl-Anness P tat-TSI dwar l-“operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku” (minn issa ‘l quddiem “OPE TSI”) (1)

 

Format

1.1.

Numru

12-il ċifra (*)

1.2.

Numru preċedenti (jekk applikabbli, għall-vettura nnumerata mill-ġdid)

12-il ċifra (*)

2.

Stat Membru u NSA

Obbligatorji

Kontenut

Identifikazzjoni ta’ l-Istat Membru u l-NSA fejn il-vettura ġiet awtorizzata. Għal vetturi li ġejjin minn pajjiż terz, l-Istat Membru fejn ġew awtorizzati.

 

Format

2.1.

Il-kodiċi numeriku ta’ l-Istat Membru kif definit fl-Anness P ta’ l-OPE TSI

kodiċi b’żewġ ċifri

2.2.

Isem l-NSA

Test

3.

Sena tal-manifattura

Obbligatorji

Kontenut

Is-sena li fiha l-vettura telqet mill-fabbrika.

 

Format

3.

Sena tal-manifattura

SSSS

4.

Referenza KE

Obbligatorji

Kontenut

Referenzi għad-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-“KE” u l-korp li joħroġha (l-entità aġġudikanti).

 

Format

4.1.

Data tad-dikjarazzjoni

Data

4.2.

Referenza KE

Test

4.3.

Isem il-korp li joħroġha (entità aġġudikanti)

Test

4.4.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

4.5.

Indirizz ta’ l-organizzazzjoni, Triq u numru

Test

4.6.

Belt

Test

4.7.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

4.8.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

5.

Referenza għar-Reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji

Obbligatorji

Kontenut

Referenza għall-entità responsabbli għar-reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji (2)

 

Format

5.1.

Entità responsabbli għar-reġistru

Test

5.2.

Indirizz ta’ l-entità, Triq u numru

Test

5.3.

Belt

Test

5.4.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

5.5.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

5.6.

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz elettroniku

5.7.

Referenza li tippermetti s-sejbien tad-data teknika rilevanti tar-reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji

Kodiċi Alfanumeriku

6.

Restrizzjonijiet

Obbligatorji

Kontenut

Kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-vettura

 

Format

6.1.

Restrizzjonijiet fil-forma ta’ kodiċi

(ara l-Appendiċi 1)

Kodiċi

6.2.

Restrizzjonijiet mhux fil-forma ta’ kodiċi

Test

7.

Is-Sid

Fakultattiv

Kontenut

L-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura

 

Format

7.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

7.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

7.3.

Indirizz ta’ l-organizzazzjoni, Triq u numru

Test

7.4.

Belt

Test

7.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

7.6.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

8.

Id-Detentur

Obbligatorji

Kontenut

Identifikazzjoni tal-kustodju tal-vettura

 

Format

8.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

8.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

8.3.

Indirizz ta’ l-organizzazzjoni, Triq u numru

Test

8.4.

Belt

Test

8.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

8.6.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

8.7.

VKM - fakultattiv

Kodiċi Alfanumeriku

9.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Obbligatorji

Kontenut

Referenza għall-entità responsabbli għall-manutenzjoni (3)

 

Format

9.1.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Test

9.2.

Indirizz ta’ l-entità, Triq u numru

Test

9.3.

Belt

Test

9.4.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

9.5.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

9.6.

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz elettroniku

10.

Irtirar

Obbligatorju fejn ikun applikabbli

Kontenut

Id-data ta’ l-iskrappjar uffiċjali u/jew arranġament ieħor għar-rimi u l-kodiċi għall-mezz ta’ rtirar.

 

Format

10.1.

Mezz ta’ rimi

(ara l-Appendiċi 3)

kodiċi b’żewġ figuri

10.2.

Data ta’ l-irtirar

Data

11.

SM fejn il-vettura hija awtorizzata

Obbligatorji

Kontenut

SM fejn il-vettura hija awtorizzata.

 

Format

11.

Il-kodiċi numeriku ta’ l-Istat Membru kif definit fl-Anness p. 4 ta’ l-OPE TSI

Lista

12.

Numru ta’ l-awtorizzazzjoni

Obbligatorji

Kontenut

Numru armonizzat ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, iġġenerat mill-NSA.

 

Format

12.

Numru ta’ l-awtorizzazzjoni

Kodiċi alfanumeriku bbażat fuq l-EIN, ara l-Appendiċi 2.

13.

Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz

Obbligatorji

Kontenut

Data ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz (4) tal-vettura u l-validità tagħha

 

Format

13.1.

Data ta’ l-awtorizzazzjoni

Data (SSSSXXJJ)

13.2.

Awtorizazzjoni valida sa

Data (inkluża)

13.3.

Sospensjoni ta’ l-awtorizzazzjoni

Iva/Le

2.   ARKITETTURA

2.1.   Rabtiet ma’ reġistri oħra

Qed jitwaqqfu diversi reġistri b’konsegwenza tar-reġim regolatorju l-ġdid ta’ l-UE. It-tabella t’hawn taħt tagħti fil-qosor liema huma dawk ir-reġistri u databases li jista’ jkollhom rabtiet ma’ l-NVR fejn huma implimentati.

Reġistru jew Database

Entità responsabbli għalih

Entitajiet oħra li għandhom aċċess għalih

NVR

(Id-Direttivi dwar l-interoperabbiltà)

RE (5)/NSA

NSA/RE/RU/IM/IB/RB/oħrajn/Kustodju/Sid/ERA/OTIF ieħor

RRS

(Id-Direttivi dwar l-interoperabbiltà)

Għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri

RU/IM/NSA/ERA/OTIF/Kustodju/Workshops

RSRD

(TAF TSI & SEDP)

Id-Detentur

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Workshops

WIMO

(TAF TSI & SEDP)

Għadu mhux deċiż

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Workshops/Utent

Reġistru ferrovjarju tal-Vetturi Ferrovjarji (6)

(il-Konvenzjoni ta’ Cape Town)

Reġistratur:

Pubbliku

Reġistru OTIF

(COTIF 99 - ATMF)

OTIF

L-Awtoritajiet Kompetenti RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/OTIF Sec.

Mhux possibbli li wieħed jistenna għall-iżvilupp tar-reġistri kollha għall-implimentazzjoni ta’ l-NVR. Għalhekk l-ispeċifikazzjoni ta’ l-NVR trid tippermetti għal interfacing aktar tard ma’ reġistri oħra. Għal dan il-għan:

RRS: l-NVR jirreferi għal dan, fejn tissemma l-entità responsabbli għall-RRS. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri jkun l-oġġett Nru 5.7

RSRD: dan jinkludi ċerti oġġetti “amministrattivi” ta’ l-NVR. Taħt speċifikazzjoni fi ħdan it-TAF TSI SEDP. Is-SEDP għandu jqis l-ispeċifikazzjoni ta’ l-NVR;

WIMO: Dan jinkludi data mill-RSRD u data ta’ manutenzjoni. Ma hi prevista l-ebda rabta ma’ l-NVR;

VKMR: dan għandu jitmexxa mill-ERA u l-OTIF b’kooperazzjoni bejniethom (ERA għall-UE u OTIF għall-Istati Membri kollha ta’ l-OTIF li mhumiex fl-UE). Il-kustodju huwa rreġistrat fl-NVR. It-TSI OPE jispeċifika reġistri globali ċentrali oħra (bħall-kodiċijiet tat-tipi ta’ vetturi, il-kodiċijiet ta’ l-interoperabbiltà, il-kodiċijiet tal-pajjiżi, eċċ.) li għandhom jiġu ġestiti minn “korp ċentrali” li jirriżulta minn kooperazzjoni bejn l-ERA u l-OTIF.

ir-Reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji (il-Konvenzjoni ta’ Cape Town): dan huwa reġistru ta’ informazzjoni passiva marbuta mat-tagħmir mobbli. Dan ir-reġistru jista’ jiġi żviluppat bħala riżultat tal-Konferenza diplomatika li għandha ssir fi Frar 2007. Hemm rabta possibbli għaliex ir-reġistru ta’ l-UNIDROIT jeħtieġ informazzjoni dwar in-numru u s-sid tal-vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri għandha tkun l-EVN;

Reġistru OTIF: ir-reġistru OTIF se jkun speċifikat filwaqt li titqies din id-Deċiżjoni u r-reġistri kollha l-oħra ta’ l-UE.

Id-definizzjoni ta’ l-arkitettura tas-sistema kollha, kif ukoll ir-rabtiet bejn l-NVR u r-reġistri l-oħra, se tkun speċifikata b’tali mod li jippermetti s-sejbien ta’ l-informazzjoni mitluba meta jkun meħtieġ.

2.2.   L-arkitettura ta’ l-NVR globali ta’ l-UE

Ir-reġistri NVR għandhom ikunu implimentati permezz ta’ soluzzjoni deċentralizzata. L-għan huwa li tiġi implimentata magna tat-tiftix rigward id-data mqassma, permezz ta’ applikazzjoni komuni tas-softwer, li tippermetti lill-Utenti jsibu data mir-Reġistri Lokali (LR) kollha fl-Istati Membri.

Id-data NVR tinżamm fuq livell nazzjonali u tkun aċċessibbli permezz ta’ applikazzjoni web-based (bl-indirizz ta’ l-Internet tagħha stess).

Ir-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi (EC VVR) huwa magħmul minn żewġ subsistemi:

ir-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) li huwa l-magna ċentrali tat-tiftix fl-ERA,

ir-Reġistru/i Nazzjonali tal-Vetturi (NVR) li huma l-LR fl-Istati Membri

Figura 1

Arkitettura KE - VVR

Image

Din l-arkitettura hija bbażata fuq żewġ subsistemi komplementari li jippermettu tiftix fuq data miżmuma lokalment fl-SM kollha u tikkonsisti fi:

l-istabbiliment ta’ reġistri kompjuterizzati fuq il-livell nazzjonali u l-ftuħ tagħhom għall-konsultazzjoni;

is-sostituzzjoni ta’ reġistri fuq karta b’reġistri kompjuterizzati. Dan jippermetti lill-SM jieħdu ħsieb u jaqsmu l-informazzjoni ma’ SM oħra;

u jippermetti konnessjonijiet bejn l-NVRs u l-VVR, permezz ta’ standards u terminoloġija komuni.

Il-prinċipji ewlenin ta’ din l-arkitettura huma:

l-NVRs kollha se jsiru parti mis-sistema tan-netwerk kompjuterizzat;

meta jaċċessaw is-sistema, l-SM jaraw id-data kollha komuni;

reġistrazzjoni doppja tad-data u l-iżbalji relatati possibbli se jkunu evitati ladarba l-VVR tkun ġiet stabbilita;

data aġġornata.

Din l-arkitettura se tiġi implimentata permezz ta’ dawn il-passi:

l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni;

l-implimentazzjoni ta’ proġett pilota mill-Aġenzija, inkluża l-VVR b’għallinqas l-NVRs ta’ tliet Stati Membri marbuta magħha, inkluża l-konnessjoni b’suċċess ta’ NVR eżistenti permezz ta’ magna tat-traduzzjoni;

l-evalwazzjoni tal-proġett pilota u, fejn ikun xieraq l-aġġornament ta’ din id-deċiżjoni;

il-pubblikazzjoni mill-Aġenzija ta’ l-ispeċifikazzjoni li għandha tintuża mill-Istati Membri biex jgħaqqdu l-NVRs tagħhom ma’ VVR ċentrali;

bħala l-aħħar pass, permezz ta’ deċiżjoni separata u wara evalwazzjoni tal-proġett pilota, il-konnessjoni ta’ l-NVRs nazzjonali kollha mal-VVR ċentrali.

3.   MOD OPERATTIV

3.1.   L-użu ta’ l-NVR

L-NVR għandu jintuża għal dawn l-għanijiet:

Ir-reġistrazzjoni ta’ awtorizzazzjoni

Ir-reġistrazzjoni ta’ l-EVN allokat għall-vetturi,

It-tiftix ta’ informazzjoni fil-qosor, madwar l-Ewropa, fir-rigward ta’ vettura partikolari,

Azzjoni ta’ segwitu fuq aspetti ġuridiċi bħalma huma obbligi u informazzjoni ġuridika,

Informazzjoni għall-ispezzjonijiet, marbuta l-aktar mas-sikurezza u l-manutenzjoni,

Biex tippermetti li jsir kuntatt mas-sid u l-kustodju,

Issir il-kontroverifika ta’ ċerti rekwiżiti ta’ sikurezza qabel ma’ jinħareġ iċ-Ċertifikat ta’ Sikurezza,

Isir stħarriġ fuq vettura partikolari.

3.2.   Il-formoli ta’ l-applikazzjoni

3.2.1.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

Il-formola li għandha tintuża tinsab fl-Appendiċi 4.

L-entità li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ vettura timmarka l-kaxxa li tikkorrispondi għal “Reġistrazzjoni ġdida”. Imbagħad timla l-ewwel parti tal-formola bl-informazzjoni kollha meħtieġa mill-oġġett 2 sa l-oġġett 9 u l-oġġett Nru 11 imbagħad tibgħatha lill-:

RE ta’ l-SM fejn ir-reġistrazzjoni hija mfittxija,

RE ta’ l-ewwel SM fejn biħsiebha topera għal vettura li ġejja minn pajjiż terz.

3.2.2.   Ir-reġistrar ta’ vettura u l-ħruġ ta’ Numru Ewropew tal-Vettura.

Fil-każ ta’ l-ewwel reġistrazzjoni, ir-RE kkonċernat joħroġ in-Numru Ewropew tal-Vettura.

Huwa possibbli li għal sett ta’ vetturi fl-istess serje jew ordni kull vettura jkollha formola tar-reġistrazzjoni individwali, mehmuża mal-lista ta’ numri tal-vetturi.

L-RE għandha tieħu passi raġjonevoli biex tiżgura l-akkuratezza tad-data li ddaħħal fl-NVR. Għal dan l-għan, l-RE tista’ titlob informazzjoni minn REs oħra, partikolarment fil-każ li l-entità li tkun qed tapplika għal reġistrazzjoni fi Stat Membru ma tkunx stabbilita f’dak l-Istat Membru.

3.2.3.   It-tibdil ta’ oġġett ta’ reġistrazzjoni wieħed jew aktar.

L-entità li tapplika għal bidla ta’ l-oġġett(i) ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi:

timmarka fil-kaxxa li tikkorrispondi għal “Modifika”,

timla l-EVN attwali (Oġġett Nru 0),

timmarka fil-kaxxa li tikkorrispondi għal oġġett(i) modifikat(i),

tindika l-kontenut il-ġdid ta’ l-oġġett(i) modifikat(i), imbagħad tibgħat il-formola lill-RE ta’ kwalunwke Stat Membru fejn il-vettura hija rreġistrata.

L-użu tal-formola standard jista’ ma jkunx biżżejjed għal ċerti każijiet. Jekk ikun meħtieġ, l-RE kkonċernata tista’, għalhekk, tuża dokumenti addizjonali, fiżiċi jew elettroniċi.

Jekk jinbidel il-kustodju, hija r-responsabbiltà tal-kustodju attwalment irreġistrat li jinnotifika lill-RE u l-RE għandha tinnotifika lill-kustodju l-ġdid bit-tibdil tar-reġistrazzjoni. Il-kustodju preċedenti jitneħħa biss mill-NVR u jitneħħewlu r-responsabbiltajiet meta l-kustodju l-ġdid ikun aċċetta l-istatus ta’ kustodju.

Fil-każ li jinbidel is-sid, hija fir-responsabbiltà tas-sid attwalment irreġistrat li jinnotifika l-RE. Imbagħad is-sid preċedenti jitneħħa mill-NVR. Is-sid il-ġdid jista’ jitlob li d-dettalji tiegħu jiddaħlu fl-NVR.

Wara li t-tibdil jiġi rreġistrat, l-NSA tista’ toħroġ numru ġdid ta’ l-awtorizzazzjoni u f’ċerti każijiet, EVN ġdida.

3.2.4.   Irtirar ta’ reġistrazzjoni

L-entità li tapplika għall-irtirar tar-reġistrazzjoni timmarka l-kaxxa li tikkorrispondi għal “Irtirar”. Imbagħad timla l-oġġett Nru 10 u tibgħatha lill-RE ta’ kwalunkwe Stat Membru fejn il-vettura tkun irreġistrata.

L-RE tagħti r-reġistrazzjoni ta’ l-irtirar billi timla d-data ta’ l-irtirar u tgħarraf lill-entità kkonċernata li l-irtirar ġie aċċettat.

3.2.5.   Awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri

Meta vettura li diġà hija awtorizzata u rreġistrata fi Stat Membru wieħed tiġi awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jeħtieġ li tiġi rreġistrata fl-NVR tiegħu. Madankollu, f’dan il-każ, hija biss id-data marbuta ma’ l-Oġġetti 1, 2, 6, 11, 12 u 13 li trid tiġi rreġistrata, peress li din id-data hija marbuta biss ma’ dan l-Istat Membru ta’ l-aħħar.

Sakemm il-VVR u r-rabta ma’ l-NVRs kollha ma jkunux kompletament operattivi, l-Entitajiet ta’ Reġistrazzjoni għandhom jaqsmu l-informazzjoni bejniethom sabiex jiżguraw li d-data marbuta ma’ l-istess vettura tkun konsistenti.

Il-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri huma rreġistrati biss fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba.

3.3.   Drittijiet ta’ l-aċċess

Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal data ta’ NVR minn SM partikolari “XX” huma elenkati fit-tabella hawn taħt, li fiha l-kodiċijiet ta’ aċċess huma ddefiniti hekk:

Kodiċi ta’ aċċess

Tip ta’ aċċess

0.

L-ebda aċċess

1.

Konsultazzjoni ristretta (kundizzjonijiet fil-kolonna “Drittijiet ta’ qari”)

2.

Konsultazzjoni mhux ristretta

3.

Konsultazzjoni u aġġornament ristretti

4.

Konsultazzjoni u aġġornament mhux ristretti

Kull RE għandu jkollha drittijiet sħaħ għall-aċċess u l-aġġornament biss għad-data fid-database tiegħu. Għalhekk l-kodiċi ta’ aċċess jidher bħala 3.

Entità

Definizzjoni

Drittijiet ta’ qari

Drittijiet ta’ aġġornament

Oġġett Nru 7

L-oġġetti kollha l-oħra

RE/NSA “XX”

Entità ta’ reġistrazzjoni/NSA fl-SM “XX”

Id-data kollha

Id-data kollha

4

4

NSA/REs oħrajn

NSA oħra u/jew Entitajiet Oħra tar-Reġistrazzjoni

Id-data kollha

Xejn

2

2

ERA

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

Id-data kollha

Xejn

2

2

Kustodji

Kustodju ta’ vettura

Id-data kollha tal-vetturi li huwa kustodju tagħhom

Xejn

1

1

L-amministraturi tal-flotta

Amministrazzjoni ta’ vetturi kif maħtur mill-Kustodju

Vetturi li nħatar għalihom mill-Kustodju

Xejn

1

1

Sidien

Sid tal-vettura

Id-data kollha tal-vetturi li huwa sidhom

Xejn

1

1

RUs

Operatur Ferrovjarju

Id-data kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IMs

Amministratur ta’ l-infrastruttura

Id-data kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IBs u RBs

Korpi ta’ kontroll u verifika nnotifikati mill-SM

Id-data kollha għall-vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati

Xejn

2

2

Utenti leġittimi oħra

Utenti każwali oħra rikonoxxuti mill-NSA jew l-ERA

Minn żmien għall-ieħor, dewmien jista’ jkun limitat

Xejn

0

1

3.4.   Reġistri storiċi

Id-data kollha fl-NVR trid tinżamm għal 10 snin mid-data li vettura tiġi rtirata u mneħħija mir-reġistri. Bħala minimu, għall-ewwel tliet snin, id-data trid tkun disponibbli onlajn. Wara tliet snin id-data tista’ tinżamm elettronikament, fiżikament inkella fi kwalunkwe sistema ta’ arkivjar oħra. Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ 10 snin, tinfetaħ investigazzjoni li tinvolvi vettura jew vetturi, id-data marbuta ma’ dawn il-vetturi trid tinżamm ladarba jkun skada l-perjodu ta’ 10 snin, jekk dan ikun meħtieġ.

Kwalunkwe tibdil fl-NVR għandu jiġi rreġistrat. Il-ġestjoni tat-tibdiliet storiċi tista’ tissolva permezz ta’ funzjonijiet tekniċi ta’ l-IT.

4.   VETTURI EŻISTENTI

4.1.   Kontenut tad-data kkunsidrat

Kull wieħed mit-13-il oġġett miżmuma ġew ikkunsidrati sabiex jiġi speċifikat liema minnhom huma obbligatorji u liema m’humiex.

4.1.1.   Oġġett Nru 1 – Numru Ewropew tal-Vettura (Obbligatorju)

(a)   Każ ta’ vetturi diġà nnumerati b’identifikazzjoni ta’ 12-il ċifra

Pajjiżi fejn hemm kodiċi uniku għall-pajjiż: il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali. In-numru ta’ 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika.

Pajjiżi fejn hemm kemm kodiċi ewlieni għall-pajjiż, kif ukoll kodiċi speċifiku allokat aktar kmieni:

Il-Ġermanja, fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 80 u l-kodiċi speċifiku huwa 68 għall-AAE (Ahaus Alstätter Eisenbahn);

L-Iżvizzera fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 85 u l-kodiċi speċifiku huwa 63 għall-BLS (Bern–Lötschberg–Simplon Eisenbahn);

L-Italja, fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 83 u l-kodiċi speċifiku huwa 64 għall-FNME (Ferrovie Nord Milano Esercizio);

L-Ungerija fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 55 u l-kodiċi speċifiku huwa 43 għall-GySEV/ROeEE (Győr-Sopron-Ebenfurti Vasút Részvénytársaság/Raab-Ödenburg-Ebenfurter Eisenbahn).

Il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali. In-numru ta’ 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika (7).

Is-sistema ta’ IT għandha tqis iż-żewġ kodiċijiet (il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż u l-kodiċi speċifiku) bħala relatati għall-istess pajjiż.

(b)   Każ ta’ vetturi użati fit-traffiku internazzjonali mingħajr identifikazzjoni ta’ 12-il ċifra

Għandha tapplika proċedura fuq żewġ fażijiet:

Biex jiġi allokat numru ta’ 12-il ċifra fl-NVR (skond l-OPE TSI) li għandu jkun definit skond il-karatteristiċi tal-vettura. Is-sistema ta’ l-IT għandha torbot dan in-numru tar-reġistrazzjoni man-numru attwali tal-vettura.

Biex jiġi applikat fiżikament in-numru ta’ 12-il ċifra fuq il-vettura nnifisha fi żmien perjodu ta’ 6 snin.

(ċ)   Każ ta’ vetturi użati fit-traffiku nazzjonali mingħajr identifikazzjoni ta’ 12-il ċifra

Il-proċedura msemmija hawn fuq tista’ tapplika għal vetturi li jintużaw biss fi traffiku nazzjonali fuq bażi volontarja.

4.1.2.   Oġġett Nru 2 – Stat Membru u NSA (Obbligatorju)

L-Oġġett “Stat Membru” dejjem għandu jirreferi għall-Istat Membru fejn il-vettura qed tiġi rreġistrata fl-NVR tagħha. L-Oġġett “NSA” jirreferi għall-entità li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid tal-vettura fis-servizz.

4.1.3.   Oġġett Nru 3 – Sena tal-Manifattura

Jekk is-sena tal-manifattura mhix magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.1.4.   Oġġett Nru 4 – Referenza tal-KE

Is-soltu referenza bħal din ma teżistix għall-vetturi, ħlief għal ftit HS RS. Għandha tiddaħħal biss jekk tkun disponibbli.

4.1.5.   Oġġett Nru 5 – Referenza għall-RRS

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli.

4.1.6.   Oġġett Nru 6 – Restrizzjonijiet

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli.

4.1.7.   Oġġett Nru 7 – Sid

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli u/jew meħtieġ.

4.1.8.   Oġġett Nru 8 – Kustodju (Obbligatorju).

Normalment disponibbli u obbligatorju.

4.1.9.   Oġġett Nru 9 – Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Dan l-oġġett huwa obbligatorju.

4.1.10.   Oġġett Nru 10 – Irtirar

Applikabbli bħala tali.

4.1.11.   Oġġett Nru 11 – SM fejn il-Vettura hija awtorizzata

Normalment vaguni RIV, coaches RIC u vetturi li jaqgħu taħt ftehimiet bilaterali jew multilaterali huma rreġistrati bħala tali. Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, għandha tiġi rreġistrata skond dan.

4.1.12.   Oġġett Nru 12 – Numru ta’ awtorizzazzjoni

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli.

4.1.13.   Oġġett Nru 13 – It-tqegħid fis-servizz (Obbligatorju)

Jekk id-data tat-tqegħid fis-servizz mhix magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.2.   Proċedura

L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tqiegħed l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni ta’ l-NSA jew l-RE tal-pajjiż fejn tkun tinsab.

Il-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn kienet tinsab l-entità tar-reġistrazzjoni preċedenti.

Jekk vettura eżistenti kienet ġiet awtorizzata f’diversi Stati Membri, l-RE li tirreġistra din il-vettura għandha tibgħat id-data rilevanti lill-REs ta’ l-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

L-NSA jew l-RE tieħu l-informazzjoni fl-NVR tagħha.

L-NSA jew l-RE tinforma lill-partijiet involuti kollha ladarba t-trasferiment ta’ l-informazzjoni jitlesta. Għallinqas l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu infurmati:

L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura

Il-kustodju

ERA

4.3.   Perjodu transitorju

4.3.1.   It-tqegħid ta’ l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-NSA

L-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi għandha tara li l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli skond ftehim bejnha u l-RE. It-trasferiment tad-data għandu jseħħ għallinqas fi żmien 12-il xahar wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikun possibbli, il-format elettroniku għandu jintuża.

4.3.2.   Vetturi użati fit-traffiku internazzjonali

L-RE ta’ kull SM għandha ddaħħal dawn il-vetturi fl-NVR sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Ara wkoll 4.1.1 b)

4.3.3.   Vetturi użati fit-traffiku nazzjonali

L-RE ta’ kull SM għandha ddaħħal dawn il-vetturi fl-NVR sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.


(1)  Fil-11 ta’ Awwissu 2006, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2006/920/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ l-interoperabilità tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (innotifikata fl-14 ta’ Awwissu 2006). It-TSI korrispondenti għall-Veloċità Għolja hija mistennija li tiġi adottata fl-2007 u tuża l-istess sistema ta’ numerazzjoni.

(*)  Skond l-Artikolu 5.1 ta’ din id-Deċiżjoni, is-sistema ta’ numerazzjoni bi tmien ċifri tal-Kunsill għat-Trasport Ferrovjarju tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti, tista’ tapplika wkoll.

(2)  Ir-reġistri pprovduti fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2001/16/KE

(3)  Din l-entità tista’ tkun l-Impriża Ferrovjarja li tuża l-vettura, subkuntrattur, jew id-Detentur.

(4)  L-awtorizzazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE jew id-Direttiva 2001/16/KE

(5)  L-entità ta’ reġistrazzjoni (minn issa ‘l quddiem “RE”) hija l-entità nnominata minn kull Stat Membru, skond l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2001/16/KE, għaż-żamma u l-aġġornament ta’ l-NVR.

(6)  Kif ipprovdut fl-Abbozz ta’ Protokoll tal-konvenzjoni dwar l-interessi internazzjonali fit-tagħmir mobbli għal kwistjonijiet speċifiċi tal-vetturi ferrovjarji.

(7)  Madankollu kwalunkwe vettura ġdida mdaħħla fis-servizz għall-AAE, BLS, FNME u GySEV/ROeEE għandhom jingħataw il-kodiċi standard tal-pajjiż.

Appendiċi 1

KODIĊIJIET TAR-RESTRIZZJONIJIET

1.   Il-Prinċipji

Restrizzjoni (karatteristiċi tekniċi) diġà rreġistrati f’Reġistri oħra li l-NSA għandhom aċċess għalihom m’hemmx għalfejn jiġu ripetuti fl-NVR.

L-aċċettazzjoni ta’ traffiku transkonfinali hija bbażata fuq:

l-informazzjoni mdaħħla f’kodiċi fin-numru tal-vettura,

il-kodiċi alfabetiku,

u l-marki tal-vettura.

Għalhekk informazzjoni bħal din m’hemmx għalfejn tkun ripetuta fl-NVR.

2.   L-Istruttura

Il-kodiċijiet strutturati għal tliet livelli:

L-1 livell: Il-kategorija tar-restrizzjoni

It-2 livell: It-tip ta’ restrizzjoni

It-3 livell: Valur jew speċifikazzjoni.

Kodiċi tar-Restrizzjonijiet

Kat

Tip

Valur

Isem

1

 

 

Restrizzjonijiet tekniċi marbuta mal-kostruzzjoni

 

1

Numeriku (3)

Radju minimu tal-kurva f’metri

 

2

Restrizzjonijiet fuq it-track circuit

 

3

Numeriku (3)

Restrizzjonijiet tal-veloċità f’Km/h (immarkati fuq il-vaguni u l-kowċis, iżda mhux fuq il-lokomotivi)

2

 

 

Restrizzjonijiet ġeografiċi

 

1

Alfanumeriku (3)

Gauge kinematiku (kodiċi WAG TSI anness C)

 

2

Lista fil-forma ta’ kodiċi

Gauge tas-sett tar-roti

 

 

1

Gauge varjabbli 1435/1520

 

 

2

Gauge varjabbli 1435/1668

 

3

L-ebda CCS abbord

 

4

L-ebda ERTMS A abbord

 

5

Numeriku (3)

Sistema B abbord (*)

3

 

 

Restrizzjonijiet ambjentali

 

1

Lista fil-forma ta’ kodiċi

Żona klimatika EN50125/1999

 

 

1

T1

 

 

2

T2

 

 

3

T3

4

 

 

Restrizzjonijiet fuq l-użu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni

 

1

Abbażi ta’ żmien

 

2

Abbażi tal-kundizzjoni (distanza fi vjaġġi, kundizzjoni, eċċ)


(*)  Jekk il-vettura hija mgħammra b’aktar minn sistema B waħda, għandu jiġi indikat kodiċi individwali għal kull sistema.

Il-kodiċi numeriku huwa kompost minn tliet karattri, fejn:

1xx jintuża għal vettura mgħammra b’sistema ta’ sinjalazzjoni

2xx jintuża għal vettura mgħammra b’radju

Xx tikkorrispondi għal kodiċi numeriku ta’ l-Anness B tas-CCS TSI

Appendiċi 2

STRUTTURA U KONTENUT TA’ L-EIN

Kodiċi għas-sistema ta’ numerazzjoni armonizzata, imsejjaħ Numru Ewropew għall-Identifikazzjoni (EIN) għaċ-Ċertifikati ta’ Sikurezza u dokumenti oħra

Eżempju:

I

T

5

1

2

0

0

6

0

0

0

5

Kodiċi tal-pajjiż

(2 ittri)

Tip ta’ dokument

(2 ċifri)

Is-sena tal-ħruġ

(4 ċifri)

Counter

(4 ċifri)

Taqsima 1

Taqsima 2

Taqsima 3

Taqsima 4

TAQSIMA 1 –   KODIĊI TAL-PAJJIŻ (2 ITTRI)

Il-kodiċijiet huma dawk uffiċjalment ippubblikati u aġġornati fis-sit Ewropew fil-Gwida interistituzzjonali ta’ l-istil (http://publications.eu.int/code/en/en-5000600.htm)

Stat

Kodiċi

L-Awstrija

AT

Il-Belġju

BE

Il-Bulgarija

BG

Ċipru

CY

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

L-Estonja

EE

Il-Finlandja

FI

Franza

FR

Il-Ġermanja

DE

Il-Greċja

EL

L-Ungerija

HU

L-Islanda

IS

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Il-Latvja

LV

Il-Liechtenstein

LI

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

In-Norveġja

NO

Malta

MT

L-Olanda

NL

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Ir-Rumanija

RO

Ir-Repubblika Slovakka

SK

Is-Slovenja

SI

Spanja

ES

L-Iżvezja

SE

L-Iżvizzera

CH

Ir-Renju Unit

UK

Il-kodiċi għall-awtoritajiet multinazzjonali tas-sikurezza għandu jkun kompost bl-istess mod. Bħalissa hemm biss awtorità waħda: l-Awtorità għas-Sikurezza fiċ-Channel Tunnel. Huwa propost li jintuża l-kodiċi li ġej:

Awtorità multinazzjonali tas-sikurezza

Kodiċi

L-Awtorità għas-Sikurezza fiċ-Channel Tunnel

CT

TAQSIMA 2 –   TIP TA’ DOKUMENT (NUMRU B’ŻEWĠ ĊIFRI)

Żewġ ċifri jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dokument

l-ewwel ċifra tidentifika l-klassifikazzjoni ġenerali ta’ dan id-dokument;

it-tieni ċifra tispeċifika s-sottotip tad-dokument.

Bil-ħtieġa għal kodiċijiet oħra din is-sistema ta’ numerazzjoni tista’ tiġi estiża. Din hija l-lista proposta ta’ kombinazzjonijiet magħrufa possibbli ta’ numri b’żewġ ċifri estiżi bil-proposta għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi:

Kombinazzjoni ta’ numri għat-tieni taqsima

Tip ta’ Dokument

Sottotip ta’ dokument

[0 1]

Il-Liċenzji

Liċenzji għar-RUs

[0 x]

Il-Liċenzji

Oħrajn

[1 1]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti A

[1 2]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti B

[1 x]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Oħrajn

[2 1]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

Parti A

[2 2]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

Parti B

[2 x]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

Oħrajn

[3 x]

riżervat eż. manutenzjoni tal-Vetturi Ferrovjarji, għall-infrastruttura jew oħrajn

 

[4 x]

riżervat għall-Korpi Notifikati

eż. tipi differenti ta’ Korpi Notifikati

[5 1] u [5 5] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Lokomotivi

[5 2] u [5 6] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi miġbuda tal-passiġġieri

[5 3] u [5 7] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vaguni

[5 4] u [5 8] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi speċjali

[6 x] … [9 x]

Riżervat (4 tipi ta’ dokumenti)

Riżervat (10 sottotipi kull wieħed)

TAQSIMA 3 –   IS-SENA TAL-ĦRUĠ (NUMRU B’4 ĊIFRI)

Din it-taqsima tindika s-sena (fil-format speċifikat ssss, jiġifieri 4 ċifri) li fiha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni.

TAQSIMA 4 –   COUNTER

Il-counter għandu jkun numru progressiv li jiżdied b’unità waħda kull darba li jinħareġ dokument, ikunx awtorizzazzjoni ġdida, imġedda, jew aġġornata/emendata. Anke fil-każ li ċertifikat ikun irrevokat jew awtorizzazzjoni tkun sospiża, in-numru li jirreferi għaliha ma jistax jerġa’ jintuża.

Kull sena, il-counter jerġa’ jibda minn żero.


(*)  Jekk l-4 ċifri previsti għat-taqsima 4 “Counter” jintużaw kompletament fi żmien sena, l-ewwel żewġ ċifri tat-Taqsima 2 jiċċaqalqu minn:

[5 1] sa [5 5] għal-lokomotivi,

[5 2] sa [5 6] għal vetturi miġbuda tal-passiġġieri,

[5 3] sa [5 7] għal vaguni,

[5 4] sa [5 8] għal vaguni speċjali.

Appendiċi 3

KODIĊIJIET TA’ L-IRTIRAR

Kodiċi

Mezz ta’ rtirar

Deskrizzjoni

00

Xejn

Il-vettura għandha reġistrazzjoni valida.

10

Reġistrazzjoni sospiża

L-ebda raġuni ma hi speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura hija sospiża fuq talba tas-sid jew kustodju jew permezz ta’ deċiżjoni fl-NSA jew l-RE.

11

Reġistrazzjoni sospiża

Il-vettura hija destinata għall-ħżin f’kundizzjoni li taħdem bħala riżerva inattiva jew strateġika.

20

Reġistrazzjoni trasferita

Il-vettura hija rreġistrata mill-ġdid taħt numru differenti jew minn NVR differenti, għall-użu kontinwu fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew (kollu kemm hu jew parti minnu).

30

Imneħħi mir-reġistru

L-ebda raġuni ma hi speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura għat-tħaddim fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew intemmet mingħajr reġistrazzjoni mill-ġdid.

31

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata għall-użu kontinwu bħala vettura ferrovjarja barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

32

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata għall-irkupru ta’ kostitwenti/moduli/spares interoperabbli ewlenin jew bini mill-ġdid fuq skala kbira.

33

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata għall-iskrappjar u r-rimi tal-materjali (inklużi l-ispares ewlenin) għar-riċiklaġġ.

34

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata bħala “vetturi ferrovjarji storiċi ppriżervati” għat-tħaddim fuq netwerk segregat, jew għall-wiri statiku, barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

L-użu tal-kodiċijiet

Jekk ir-raġuni għall-irtirar mhix speċifikata, il-kodiċijiet 10, 20 u 30 għandhom jintużaw biex jiġi indikat it-tibdil fl-istatus tar-reġistrazzjoni.

Jekk tkun disponibbli r-raġuni għall-irtirar: il-kodiċijiet 11; 31; 32; 33 & 34 huma għażliet disponibbli fid-database ta’ l-NVR. Dawn il-kodiċijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kustodju jew is-sid lill-RE.

Kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni

Vettura b’reġistrazzjoni sospiża jew imneħħija mir-reġistru ma tistax topera fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew taħt ir-reġistrazzjoni li kellha qabel.

Attivazzjoni mill-ġdid ta’ reġistrazzjoni għandha teħtieġ awtorizzazzjoni mill-ġdid mill-NSA, skond il-kundizzjonijiet marbuta mal-kawża jew ir-raġuni għas-sospensjoni u t-tneħħija mir-reġistru.

Trasferiment ta’ reġistrazzjoni jseħħ fi ħdan il-qafas stipulat minn Direttivi ta’ l-UE għall-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni għad-dħul fis-servizz tal-vetturi.

Appendiċi 4

FORMOLA STANDARD GĦAR-REĠISTRAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 5

GLOSSARJU

Taqsira

Definizzjoni

CCS

Sistema ta’ Kontroll

CIS

Il-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti

COTIF

Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

CR

Sistema Ferrovjarja Konvenzjonali

DB

Database

EC

Il-Kummissjoni Ewropea

EC VVR

Ir-Reġistru Virtwali Ċentralizzat Ewropew tal-Vetturi

EIN

In-Numru Ewropew ta’ Identifikazzjoni

EN

Standard Ewropew (Euro Norm)

EVN

In-Numru Ewropew tal-Vettura

ERA

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, magħrufa wkoll bħala “l-Aġenzija”

ERTMS

Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

UE

Unjoni Ewropea

HS

(Sistema ta’) Veloċità għolja

IB

Korp Investigattiv

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IM

Amministratur ta’ l-infrastruttura

INF

Infrastruttura

IT

Teknoloġija ta’ l-Informatika

LR

Reġistru Lokali

SM

L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

NoBo

Korp Notifikat

NSA

Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza

NVR

Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi

OPE (TSI)

Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku (TSI)

OTIF

L-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija

RE

Entità ta’ Reġistrazzjoni, eż. il-korp responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament ta’ l-NVR

RB

Korp Regolatorju

RIC

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni u brake vans fit-traffiku internazzjonali

RIV

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni fit-traffiku internazzjonali

RS jew RST

Vetturi ferrovjarji

RSRD (TAF)

Database ta’ Referenza għall-Vetturi Ferrovjarji (TAF)

RU

Impriża Ferrovjarja

SEDP (TAF)

Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni Strateġika (TAF)

TAF (TSI)

Applikazzjoni Telematika għall-Merkanzija (TSI)

TSI

Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità.

VKM

Marka tal-Kustodju ta’ Vettura

VKMR

Reġistru tal-Marki tad-Detenturi tal-Vetturi

VVR

Reġistru Virtwali tal-Vetturi

WAG (TSI)

Vagun (TSI)

WIMO (TAF)

Database ta’ Vaguni u Operazzjonijiet Intermodali (TAF)


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Novembru 2007

dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal ċerti miżuri fil-qasam tas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u ċerti miżuri tekniċi u xjentifiċi

(2007/757/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 17 u l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontributi finanzjarji mill-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri fil-qasam tas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u miżuri tekniċi u xjentifiċi.

(2)

B’mod iktar partikolari, il-Komunità se tagħmel kontribut finanzjarju għat-twaqqif ta’ politika ta’ informazzjoni fil-qasam tas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali, inkluż li jsiru l-istudji neċessarji għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tal-benessri ta’ l-annimali. Il-Komunità għandha wkoll twettaq jew tgħin lill-Istati Membri jew għaqdiet internazzjonali fit-twettiq tal-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ veterinarju.

(3)

Teknoloġiji emerġenti għat-tgħammir ta’ l-annimali, bħall-ikklonar ta’ l-annimali mwettqa mit-trasferiment nukleari ta’ ċellula somatika (SCNT), jintużaw għal finijiet ta’ riċerka. SCNT, li huwa mistenni li jintuża fit-tgħammir tal-bhejjem u l-produzzjoni ta’ l-ikel fil-ġejjieni, jista’ jkollu impatt fuq saħħet l-annimali u l-benessri tagħhom, imma jġorr miegħu wkoll dimensjoni etika u soċjali. Għalhekk hemm bżonn li, minbarra l-konsultazzjoni li għaddejja ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel u l-Gruppi Ewropej dwar l-Etika, jitwettaq stħarriġ ta’ l-Ewrobarometru biex jiġu investigati l-attitudnijiet tal-konsumaturi lejn l-użu possibbli ta’ SCNT fis-settur ta’ l-agroalimentari u, b’mod partikolari, il-bżonn għal informazzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija fil-katina alimentari u modi kif il-konsumaturi jixtiequ jiġu infurmati. Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ ta’ l-Ewrobarometru se jipprovdi t-tagħrif neċessarju għall-valutazzjoni tal-bżonn għal leġiżlazzjoni Komunitarja f’dan il-qasam. Għalhekk għandu jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità lejn il-finanzjament ta’ l-istħarriġ.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (2) jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi firxa ġdida ta’ temperaturi massimi u minimi għat-trasport ta’ l-annimali.

(5)

Barra minn hekk, fl-2004 l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel adottat opinjoni dwar l-istandards għall-mikroklima ġo vetturi tat-trasport fit-triq ta’ l-annimali (3). Għalhekk hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tat-temperatura li fih jiġu ttrasportati l-annimali fi vjaġġi twal fil-Komunità u jitwettaq studju għal dak il-fini. L-istudju se jipprovdi l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-annimali. Għalhekk għandu jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità lejn il-finanzjament ta’ l-istudju.

(6)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni Komunitarju dwar il-Protezzjoni u l-Benessri ta’ l-Annimali 2006-2010 (4) titlob appoġġ sħiħ fl-attivitajiet tal-benessri ta’ l-annimali ta’ għaqdiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE).

(7)

Fl-2005, l-OIE adottat linji gwida dwar il-benessri ta’ l-annimali li jikkonċernaw it-trasport ta’ l-annimali bl-art jew bil-baħar, il-qtil ta’ l-annimali għall-konsum mill-bniedem u l-qtil bil-ħniena ta’ annimali għall-kontroll tal-mard. L-OIE bi ħsiebha tiżviluppa iktar dawk il-linji gwida u li tieħu passi biex tiżgura l-implimentazzjoni mill-pajjiżi membri ta’ l-OIE, b’mod partikolari billi jiġu pprovduti taħriġ u gwida.

(8)

L-avvenimenti ppjanati ta’ taħriġ u komunikazzjoni ta’ l-OIE huma neċessarji għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni veterinarja fis-seħħ, u wkoll l-iżvilupp ta’ edukazzjoni u taħriġ veterinarju, fil-pajjiżi parteċipanti. Titjib bħal dan f’pajjiżi terzi jaqbel max-xewqa tal-parti l-kbira taċ-ċittadini Ewropej (5) li l-kundizzjonijiet ta’ benessri ta’ l-annimali f’pajjiżi li jesportaw lejn il-Komunità jkunu ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità. Il-Komunità għandha għalhekk tagħti kontribut għall-finanzjament ta’ dawn l-avvenimenti.

(9)

L-inkursjoni tal-bluetongue fil-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u l-Olanda hija bla preċedenti. Biex jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi ta’ dik l-inkursjoni, hemm bżonn li l-iktar għerf xjentifiku aġġornat ikun disponibbli għall-veterinarji, biex tissaħħaħ is-sorveljanza klinika passiva bbażata fuq l-identifikazzjoni u notifikazzjoni rapida ta’ suspetti, li jikkostitwixxu parti essenzjali mill-pjanijiet ta’ kontinġenza tal-bluetongue.

(10)

Barra minn hekk, l-OIE u l-Komunità bi ħsiebhom jedittjaw flimkien ktejjeb dwar l-epidemija tal-bluetongue f’dawk l-Istati Membri, li jkun fih tagħrif aġġornat u jiddeskrivi l-politika Komunitarja dwar il-kontroll tal-bluetongue. Għalhekk huwa xieraq li jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-attivitajiet ta’ l-OIE u għall-finanzjament ta’ l-edizzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ dak il-ktejjeb.

(11)

Il-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktejjeb se tkun ta’ kontribut sinifikanti għall-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ veterinarji neċessarji u se tkun għodda essenzjali għall-iżvilupp ta’ programmi Komunitarji u nazzjonali ta’ sorveljanza tal-bluetongue li huma parti importanti mil-leġiżlazzjoni veterinarja tal-bluetongue.

(12)

Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jkunu fil-fatt twettqu u li t-tagħrif kollu meħtieġ ikun ġie fornut.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kontribut finanzjarju mill-Komunità, kif stipulat fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, għal stħarriġ ta’ l-Ewrobarometru dwar l-użu possibbli ta’ l-ikklonar ta’ l-annimali fis-settur ta’ l-agroalimentari, sa ammont massimu ta’ EUR 250 000, qiegħed b’dan jiġi approvat.

Artikolu 2

Kontribut finanzjarju mill-Komunità, kif stipulat fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, għal studju dwar it-temperaturi li fihom jiġu ttrasportati l-annimali fi vjaġġi twal, sa ammont massimu ta’ EUR 300 000, qiegħed b’dan jiġi approvat.

Artikolu 3

Kontribut finanzjarju mill-Komunità, kif stipulat fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, għall-finanzjament ta’ seminars ta’ taħriġ dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida ta’ l-OIE dwar il-benessri ta’ l-annimali, organizzati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali, sa ammont massimu ta’ EUR 100 000 lill-Fond Dinji għas-Saħħa u l-Benessri ta’ l-Annimali, qiegħed b’dan jiġi approvat.

Artikolu 4

Kontribut finanzjarju mill-Komunità, kif stipulat fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, għall-edizzjoni ta’ madwar 1 800 kopja ta’ ktejjeb dwar il-bluetongue, b’rata massima ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli u sa ammont massimu ta’ EUR 10 000 lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE), qiegħed b’dan jiġi approvat.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(3)  The EFSA Journal (2004), 122, 1-25, Standards for microclimate inside animal road transport vehicles.

(4)  COM(2006) 13 finali.

(5)  Ewrobarometru Speċjali 270: Attitudes of EU citizens towards Animal Welfare, http://ec.europa.eu/food/animal/welfare/survey/sp_barometer_aw_en.pdf, p. 32.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Novembru 2007

li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanza attiva ġdida boscalid

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5477)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/758/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE f’April 2001 il-Ġermanja rċeviet applikazzjoni mingħand BASF AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva boscalid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/268/KE (2) kkonfermat li l-inkartament kien komplut u li jista’ jitqies bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għall-ħtiġijiet tad-data u ta’ l-informazzjoni fl-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Kien hemm il-ħtieġa ta’ konferma tal-kompletezza ta’ l-inkartament sabiex seta’ jiġi eżaminat fid-dettall u sabiex l-Istati Membri seta’ jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva kkonċernata, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kondizzjoni dwar l-evalwazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati minn dik id-Direttiva.

(3)

Għal din is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. L-Istat Membru rapporteur ressaq abbozz ta’ rapport evalwattiv lill-Kummissjoni fit-22 ta’ Novembru 2002.

(4)

Wara li tressaq l-abbozz tar-rapport evalwattiv mill-Istat Membru rapporteur, kien hemm il-ħtieġa li tintalab iktar informazzjoni mill-applikant u li l-Istat Membru rapporteur jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq l-evalwazzjoni tiegħu. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dossier għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-valutazzjoni tintemm fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Minħabba li l-valutazzjoni s’issa għadha ma identifikat l-ebda raġuni ta’ tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għall-prodotti ta’ ħarsien għall-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva kkonċernata għal perjodu ta’ 24 xahar b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE b’mod li tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni tad-dossier. Huwa mistenni li l-proċess ta’ valutazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar il-possibilità ta’ l-inklużjoni tal-boscalid fl-Anness I se jitlesta fi żmien 24 xahar.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-boscalid għal perjodu li ma jaqbiżx l-24 xahar mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 92, 9.4.2002, p. 34.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar il-frekwenza tal-kontrolli fuq il-karawett u l-prodotti derivati minnu li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Brażil minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5516)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/759/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta’ l-ikel (1), u b ta’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (2) tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jiggvernaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel innota li l-aflatossina B1 hija sustanza karċinoġena ġenotossika qawwija u, anki f ta’livelli baxxi ħafna, tikkontribwixxi għar-riskju tal-kanċer tal-fwied. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti f ta’oġġetti ta’ l-ikel (3), jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ aflatossini f ta’oġġetti ta’ l-ikel. Madankollu, fl-2005 u l-2006 numru dejjem akbar ta’ avviżi permezz tas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) indikaw li dawn il-livelli massimi nqabżu b ta’mod regolari fil-karawett u fi prodotti derivati minnu mill-Brażil.

(3)

Din il-kontaminazzjoni hija ta’ theddida għas-saħħa pubblika fil-Komunità. Għalhekk jixraq li jiġu adottati miżuri speċjali fil-livell Komunitarju.

(4)

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (“FVO”) tal-Kummissjoni wettaq missjoni fil-Brażil mill-25 ta’ April sa l-4 ta’ Mejju 2007 biex jivvaluta s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti biex b ta’hekk jiġu evitati l-livelli ta’ kontaminazzjoni mill-aflatossina fil-karawett intiż għall-esportazzjoni lejn il-Komunità (4). Il-missjoni wriet li s-sistema għall-kontroll ta’ karawett esportat lejn il-Komunità hija stabbilita iżda ma ġietx implimentata b ta’mod sħiħ. Għalhekk is-sistema kurrenti ma tiżgurax kompletament li l-karawett esportat lejn il-Komunità jikkonforma mal-ħtiġijiet rilevanti fir-rigward ta’ l-aflatossina.

(5)

Fl-interess tas-saħħa pubblika, l-importazzjoni ta’ karawett u ta’ prodotti derivati minnu lejn il-Komunità mill-Brażil għandha tkun suġġetta għal frekwenza akbar ta’ teħid ta’ kampjuni u għal analiżi tal-livelli ta’ aflatossina mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru importatur, qabel ir-rilaxx ta’ dawn il-prodotti fis-suq.

(6)

L-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tkun żgurata l-verifika ta’ konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, mar-regoli dwar is-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali (5) jipprovdi li għandha titfassal lista ta’ għalf u ikel li ma joriġinawx mill-annimali biex ikunu suġġetti għal livell akbar ta’ kontroll uffiċjali fuq il-bażi ta’ riskju magħruf jew emerġenti. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(5) ta’ dan ir-Regolament mhumiex se japplikaw qabel l-2008. Għall-ħarsien tas-saħħa pubblika huwa xieraq li tkun imposta frekwenza akbar ta’ kontrolli fir-rigward ta’ l-aflatossina fil-karawett mill-Brażil mingħajr dewmien. Għalissa, m ta’huwa meħtieġ l-ebda ċertifikat tas-saħħa maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil għall-importazzjoni ta’ karawett u ta’ prodotti derivati minnu mill-Brażil.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f ta’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/504/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-punt (a) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1, qed jiżdiedu l-punti (iii), (iv) u (v) li ġejjin:

“(iii)

karawett li jaqa ta’ fi ħdan il-kodiċi NM 1202 10 90 jew 1202 20 00;

(iv)

karawett li jaqa ta’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 94 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 98 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(v)

karawett inkaljat li jaqa ta’ fi ħdan il-kodiċi NM 2008 11 92 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 96 (ippakkjat għall-konsum b ta’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);”

(2)

Fl-Artikolu 3, qed jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

“9.   Dan l-Artikolu ma japplikax għall-importazzjonijiet tal-karawett imsemmija fil-punti (a) (iii), (iv) u (v) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1”

(3)

Fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5, il-punt (a) huwa mibdul b ta’dan li ġej:

“(a)

kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Brażil; ħlief il-karawett imsemmi fil-punti (a)(iii), (iv) u (v) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1, fejn it-teħid ta’ kampjuni għandu jsir fuq 50 % ta’ kunsinni ta’ karawett bħal dawn mill-Brażil;”.

(4)

Fl-Artikolu 7, qed jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Dan l-Artikolu ma japplikax għall-importazzjonijiet tal-karawett imsemmija fil-punti (a) (iii), (iv) u (v) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/563/KE (ĠU L 215, 18.8.2007, p. 18).

(3)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).

(4)  Ir-rapport ta’ missjoni mwettqa fil-Brażil mill-25 ta’ April sa l-4 ta’ Mejju 2007 biex jiġu vvalutati s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti biex b’hekk tiġi kkontrollata l-kontaminazzjoni mill-aflatossina fil-karawett intiż għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea (DĠ (SANCO)/7182/2007 - MR).

(5)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/58


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/760/PESK

tat-22 ta’ Novembru 2007

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1).

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (minn hawn ‘il quddiem il-“KPS”) qabel li l-EUJUST LEX għandu jiġi estiż għal 18-il xahar ieħor wara l-iskadenza tal-mandat eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 2007, sat-30 ta’ Ġunju 2009. Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkopri l-ewwel fażi ta’ din l-estensjoni sat-30 ta’ April 2008.

(3)

Fit-18 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill approva Linji Gwida għall-Istruttura ta’ Kmand u Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili ta’ l-UE fl-Immaniġġar ta’ Kriżijiet. Dawn il-Linji Gwida jipprovdu li Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili ser jeżerċita kmand u kontroll fil-livell strateġiku għall-ippjanar u t-tmexxija ta’ l-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġar ta’ kriżijiet ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (minn hawn ‘il quddiem l-“SĠ/RGħ”). Dawn il-Linji Gwida jipprovdu ulterjorment li d-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta’ l-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) stabbilit fis-Segretarjat tal-Kunsill ser ikun il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għal kull operazzjoni ta’ mmaniġġar ta’ kriżi ċivili.

(4)

L-Istruttura ta’ Kmand u Kontroll imsemmija hawn fuq hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni.

(5)

Il-kapaċità ta’ l-għassa stabbilita fis-Segretarjat tal-Kunsill għandha tiġi attivata għal din il-Missjoni.

(6)

L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3 a

Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili

1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili ta’ l-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għall-EUJUST LEX.

2.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGĦ, għandu jeżerċita kmand u kontroll ta’ l-EUJUST LEX fil-livell strateġiku.

3.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku, kif meħtieġ, lill-Kap tal-Missjoni.

4.   Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat mittenti jew ta’ l-istituzzjoni ta’ l-UE. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.

5.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali biex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza ta’ l-UE jiġi attwat b’mod xieraq.”;

2.

l-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Kap tal-Missjoni

1.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-missjoni fuq il-post.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif inkarigat mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, r-riżorsi u l-informazzjoni mqegħdin għad-dispożizzjoni tal-missjoni.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-missjoni, inkluż lill-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni fi Brussell u l-Uffiċċju ta’ Kollegament f’Bagdad, għat-tmexxija effettiva ta’ l-EUJUST LEX, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, billi jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew ta’ l-UE ikkonċernata.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EUJUST LEX u għandu jiżgura l-viżibbiltà xierqa tal-Missjoni.”;

3.

l-Artikolu 6(4) 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-persunal kollu għandu jwettaq id-dover tiegħu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill (*).

(*)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).”;"

4.

l-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Katina ta’ Kmand

1.   L-EUJUST LEX għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata, bħala operazzjoni ta’ mmaniġġar tal-kriżijiet.

2.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-KPS għandu jipprovdi l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ l-EUJUST LEX.

3.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ, għandu jkun il-kmandant ta’ l-EUJUST LEX fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.

4.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll ta’ l-EUJUST LEX fuq il-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili.”;

5.

l-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti b’mod konformi ma’ l-Artikolu 25 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat li jiġu emandati l-CONOPS u l-OPLAN. Għandha tinkludi wkoll is-setgħat li sussegwentement jieħu deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward ta’ l-objettivi u t-tmiem tal-missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom.”;

6.

l-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Sigurtà

1.   Il-Kmandant ta’ l-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri ta’ sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tagħhom għall-EUJUST LEX skond l-Artikoli 3a u 8 u f’koordinazzjoni ma’ l-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (minn hawn ‘il quddiem l-“Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK”).

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà ta’ l-operazzjoni u biex jiżgura konformità mal-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skond il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u d-dokumenti ta’ sostenn tiegħu.

3.   Għall-elementi tal-Missjoni li għandhom jitwettqu fl-Istati Membri, l-Istat Membru ospitanti għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa sabiex jiżgura s-sigurtà tal-parteċipanti u ta’ min iħarreġ fit-territorju tiegħu.

4.   Għall-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni fi Brussell, il-miżuri meħtieġa u xierqa għandhom ikunu organizzati mill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK f’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru ospitanti.

5.   Jekk it-taħriġ iseħħ fi Stat terz, l-UE, bl-involviment ta’ l-Istati Membri kkonċernati, għandha titlob lill-awtoritajiet ta’ l-Istat terz biex jagħmel l-arranġementi xierqa rigward is-sigurtà tal-parteċipanti u ta’ min iħarreġ fit-territorju tiegħu.

6.   L-EUJUST LEX għandu jkollha Uffiċjal tas-Sigurtà tal-missjoni ddedikat li jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkonsulta mal-KPS dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà li jaffettwaw l-insedjament tal-Missjoni kif immexxi mis-SĠ/RGħ.

8.   Il-membri tal-persunal ta’ l-EUJUST LEX għandhom jieħdu taħriġ obbligatorju fis-sigurtà organizzat mill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK u eżamijiet mediċi qabel kwalunkwe insedjament jew ivvjaġġar lejn l-Iraq.

9.   L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jipprovdu lill-EUJUST LEX, b’mod partikolari l-Uffiċċju ta’ Kollegament, b’akkomodazzjoni sigura, korazza tal-persuna u protezzjoni stretta ġewwa l-Iraq.”;

7.

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13 a

Għassa

Il-funzjoni ta’ l-għassa għandha tiġi attivata għall-EUJUST LEX.”;

8.

it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 14 għandu jnbidel b’dan li ġej:

“Għandha tiskadi fit-30 ta’ April 2008.”.

Artikolu 2

L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu l-1 ta’ Novembru 2006 sat-30 ta’ April 2008 għandu jkun ta’ EUR 11,2 miljun.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

M. PINHO


(1)  ĠU L 62, 9.3.2005, p. 37. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar mill-Azzjoni Konġunta 2006/708/PESK (ĠU L 291, 21.10.2006, p. 43).


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/61


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/761/PESK

tat-22 ta' Novembru 2007

li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta' l-Ivorju (1) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju mir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”).

(2)

Fit-23 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK (2) li ġeddedt il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għal perjodu ulterjuri ta' tnax-il xahar, u ssupplimentathom bil-miżuri restrittivi imposti mill-paragrafu 6 ta' l-UNSCR 1643 (2005).

(3)

Fit-12 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/92/PESK (3) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju sal-31 ta' Ottubru 2007.

(4)

Fid-29 ta' Ottubru 2007, wara reviżjoni tal-miżuri imposti mill-UNSCR 1572 (2004) u 1643 (2005), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1782 (2007) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju sal-31 ta' Ottubru 2008.

(5)

Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandhom għalhekk jiġu mġedda b'effett mill-1 ta' Novembru 2007 sal-31 ta' Ottubru 2008, sabiex jagħtu effett lill-UNSCR 1782 (2007),

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandhom jiġu applikati sal-31 ta' Ottubru 2008, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor skond kwalunkwe Riżoluzzjoni rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġejjieni.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2007 sal-31 ta' Ottubru 2008.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PINHO


(1)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50. Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/483/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 23).

(2)  ĠU L 19, 24.1.2006, p. 36.

(3)  ĠU L 41, 13.2.2007, p. 16.


23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/62


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/762/PESK

tat-22 ta’ Novembru 2007

dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Abbażi tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/869/PESK, tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) (1), l-Unjoni Ewropea ipparteċipat fil-KEDO, sabiex tikkontribwixxi għas-sejba ta' soluzzjoni ġenerali għall-kwistjoni tan-non-proliferazzjoni nukleari fil-Peniżola Koreana.

(2)

Abbażi tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/244/PESK ta' l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO) (2), l-Unjoni Ewropea ipparteċipat fil-proċess biex jintemm il-proġett tar-reattur b'ilma ħafif u tiġi xolta l-KEDP b'mod ordnat.

(3)

L-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' l-Armi ta' Distruzzjoni Massiva, adottata mill-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2003, tagħti importanza partikolari lill-konformità mill-partijiet kollha mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni ta' l-Armi Nukleari.

(4)

Il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO iddeċieda f'Mejju 2007 li l-attivitajiet futuri tal-KEDO jkunu limitati biex jiddefendu l-interessi finanzjarji u legali tiegħu fi proċess ta' xoljiment ordnat, li għandu jiġi implimentat kemm jista' jkun malajr.

(5)

Hemm kunsens fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-KEDO li titkompla l-koperazzjoni bl-objettiv ta' l-implimentazzjoni tat-twaqqif tal-proġett tar-reattur b'ilma ħafif u ta' xoljiment ordnat tal-KEDO.

(6)

Għal dak il-għan, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) innegozjat it-tiġdid tas-sħubija tagħha fil-KEDO bil-għan speċifiku li tappoġġa l-objettiv li jkunu protetti l-interessi finanzjarji u legali tal-Komunità fix-xoljiment ordnat tal-KEDO, li għandu jiġi implimentat malajr kemm jista' jkun.

(7)

L-arranġamenti dettaljati eżistenti għar-rappreżentanza ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bord Eżekuttiv tal-KEDO għandhom jinżammu f'posthom. F'dik il-konnessjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jekk, minkejja d-deċiżjoni tiegħu ta' Mejju 2007, il-Bord Eżekuttiv tal-KEDO jkollu jindirizza kwalunkwe kwistjoni ġdida li taqa' 'l barra mill-kompetenza ta' l-Euratom, tkun l-Presidenza tal-Kunsill li għandha titkellem sabiex tesprimi pożizzjoni dwar tali kwistjoni, kif iddeterminat mill-Kunsill.

(8)

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/244/PESK skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2006 u għandha tinbidel b'din il-Pożizzjoni Komuni,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-objettiv ta' din il-Pożizzjoni Komuni huwa li l-Unjoni Ewropea tkun tista' tipproteġi l-interessi tagħha fix-xoljiment ordnat tal-KEDO, li għandu jiġi implimentat malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2012.

Artikolu 2

1.   Għal kwistjonijiet li jaqgħu 'l barra mill-kompetenza ta' l-Euratom, il-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bord Eżekuttiv tal-KEDO għandha tkun determinata mill-Kunsill u espressa mill-Presidenza.

2.   Għalhekk il-Presidenza għandha tkun assoċjata bis-sħiħ mal-proċedimenti tal-Bord Eżekuttiv tal-KEDO konformement ma' din il-Pożizzjoni Komuni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni tal-proċess ta' xoljiment, fuq bażi annwali u meta jkun hemm il-ħtieġa, taħt l-awtorità tal-Presidenza assistita mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għall-PESK. Ir-rapporti għandu jkun fihom informazzjoni dettaljata, b'mod partikolari, dwar il-miżuri kollha, meħuda mill-Bord Eżekuttiv tal-KEDO, sabiex jiġi implimentat kemm jista’ jkun malajr ix-xoljiment b'mod ordnat tal-KEDO.

Artikolu 3

1.   Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2008.

2.   Suġġett għall-Artikolu 4, l-applikazzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi mġedda awtomatikament kull sena fl-1 ta' Ġunju għal perijodu ta' sena, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

L-applikazzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni tista' tiġi terminata fi kwalunkwe waqt mill-Kunsill, partikolarment jekk kellu jirriżulta li kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet politiċi għall-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fil-KEDO ma tkunx qed tiġi osservata (l-objettiv uniku tax-xoljiment tal-KEDO, il-parteċipazzjoni tal-membri attwali kollha tal-KEDO, ebda kontribuzzjoni finanzjarja).

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2012.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PINHO


(1)  ĠU L 325, 8.12.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 88, 25.3.2006, p. 73.