ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
22 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2007 tad-19 ta’ Novembru 2007 li jadotta miżuri awtonomi u transizzjonali biex jinfetħu l-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-importazzjoni taz-zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw fl-Iżvizzera

3

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1356/2007 tad-19 ta' Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u boroż tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u boroż tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1357/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 ( 1 )

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (Verżjoni kodifikata)

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1360/2007 tal-21 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

32

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/751/KE

 

*

Decizjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3(2)(ċ) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

34

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/752/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ embrijoni fil-Kanada, fi New Zealand u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5457)  ( 1 )

36

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/753/PESK tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar appoġġ għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ta’ l-AIEA fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva

38

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

The EEA Joint Committee

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2007 tal-15 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2007 tal-15 ta' Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2007 tal-15 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2007 tal-15 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2007 tal-15 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2007 tal-15 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim tal-KEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

56

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1354/2007

tal-15 ta’ Novembru 2007

li jaddatta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, fejn atti ta’ l-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu addattament minħabba l-adeżjoni, u addattamenti meħtieġa ma kinux previsti fl-Att għall-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill sakemm il-Kummissjoni ma tadottax l-att oriġinali.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 (1) dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni, u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġie adottat qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, u jeħtieġ addattament minħabba din l-adeżjoni.

(3)

Għalhekk jixraq li tiġi modifikata d-definizzjoni ta’ sustanza li qed tiġi introdotta sabiex is-sustanzi manifatturati jew li jitqiegħdu fis-suq ġewwa l-Bulgarija u r-Rumanija qabel l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea jkunu soġġetti għall-istess kondizzjonijiet bħalma jsir għas-sustanzi manifatturati jew li jitqiegħdu fis-swieq ta’ Stati Membri oħrajn,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(20) il-punti (b) u (ċ) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“(b)

ġiet manifatturata fil-Komunità, jew f’pajjiżi li aderew ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995, fl-1 ta’ Mejju 2004 jew fl-1 ta’ Jannar 2007, iżda li ma tqiegħditx fis-suq tal-manifattur jew ta’ l-importatur, ta’ l-anqas darba fl-aħħar ħmistax–il sena qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;

(ċ)

tqiegħdet fis-suq tal-Komunità, jew ta’ pajjiżi li aderew ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 1995, fl-1 ta’ Mejju 2004 jew fl-1 ta’ Jannar 2007, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-manifattur jew mill-importatur u ġiet ikkunsidrata bħala li kienet notifikata skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE iżda li ma tikkonformax mad-definizzjoni ta’ polymer kif stabbilit f’dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. de Lurdes RODRIGUES


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Ikkoreġuta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1355/2007

tad-19 ta’ Novembru 2007

li jadotta miżuri awtonomi u transizzjonali biex jinfetħu l-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-importazzjoni taz-zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li joriġinaw fl-Iżvizzera

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Komunità u l-Iżvizzera jaqblu li l-konċessjonijiet kummerċjali fiz-zalzett u ċerti prodotti tal-laħam li ngħataw preċedentement mill-Iżvizzera lil xi Stati Membri biss, bis-saħħa ta’ ftehimiet bilaterali antiki bejn dawn l-Istati Membri u l-Iżvizzera, għandhom jiġu kkonsolidati fi ħdan il-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (1) (minn issa ‘l quddiem jissemma bħala “il-Ftehim”), approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2) u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. Il-konsolidazzjoni ta’ dawn il-konċessjonijiet se jseħħ flimkien ma’ żieda ta’ preferenzi fiz-zalzett u ċerti prodotti tal-laħam. Dan jinkludi l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji ġodda tal-Komunità għall-importazzjoni ta’ prodotti differenti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 0210 19 50, ex 0210 19 81, ex 1601 00 u ex 1602 49 19, li joriġinaw fl-Iżvizzera.

(2)

Il-proċeduri bilaterali għall-adattament tal-konċessjonijiet fl-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim se jieħdu ż-żmien. Sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċju tal-kwota jkun disponibbli sad-dħul fis-seħħ ta’ l-adattament imsemmi, huwa xieraq li dawn il-kwoti tariffarji jinfetħu fuq bażi awtonoma u transizzjonali u li dan iseħħ mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009. Dan jiżgura li jkun hemm biżżejjed żmien biex jiġu finalizzati kemm iż-żewġ proċeduri bilaterali kif ukoll l-miżuri ta’ implimentazzjoni sussegwenti mill-Partijiet.

(3)

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-immaniġġar tal-kwoti għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni tas-suq komuni fil-laħam tal-majjal (3).

(4)

Sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju ta’ dawn il-kwoti tariffarji, il-prodotti għandhom joriġinaw mill-Iżvizzera b’mod konformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazju għall-prodotti u l-volumi elenkati fl-Anness u li joriġinaw fl-Iżvizzera għandha tinfetaħ kull sena, fuq bażi awtonoma u transizzjonali, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, taħt in-numru ta’ l-ordni 09.4180. Din għandha tinfetaħ mill-1 ta’ Jannar 2008 u għandha tasal fi tmiem fil-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini applikabbli għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma dawk imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132. Il-Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 1/2007 tal-Kumitat Konġunt dwar l-Agrikoltura (ĠU L 173, 3.7.2007, p. 31).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika ta’ l-4 ta’ April 2002 dwar il-Konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


ANNESS

Kodiċi ĊN

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Dazju applikabbli

Kwantità f’tunnellati

(piż nett tal-prodott)

ex 0210 19 50

Perżut, f’taħlita ta’ ilma bil-melħ, bla għadam, magħluq f’bużżieqa jew musrana artifiċjali

0

1 900

ex 0210 19 81

Biċċa mingħajr għadam, f’soluzzjoni tal-melħ u ffumigata

ex 1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti: ta’ annimali ta’ l-intestaturi 0101 -0104 , għajr għall-ħanżir salvaġġ

ex 0210 19 81

ex 1602 49 19

l-għonq tal-majjal, f’taħlita ta’ ilma bil-melħ u mnixxef fl-arja, sħiħ, f’biċċiet jew imqatta’ rqiq.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1356/2007

tad-19 ta' Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u boroż tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fit-Tajlandja, u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u boroż tal-plastik li joriġinaw fil-Malażja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006 (2),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA TA’ QABEL

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006 il-Kunsill impona dazju anti-dumping definttiv fuq importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti xkejjer u boroż tal-plastik li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3923 21 00 (kodiċi TARIC 3923210020), ex 3923 29 10 (kodiċi TARIC 3923291020) u ex 3923 29 90 (kodiċi TARIC 3923299020), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) u t-Tajlandja. Minħabba l-għadd kbir ta’ partijiet li kkooperaw, intgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi u Tajlandiżi u ġew imposti rati ta’ dazju individwali b’medda bejn 4.8 % sa 14.3 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, filwaqt li l-kumpaniji l-oħra li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun ingħataw rata ta’ dazju ta’ 8.4 % għal-RPĊ u ta’ 7.9 % għat-Tajlandja. Ġew imposti rati ta’ dazju ta’ 28.8 % għall-RPĊ u 14.3 % għat-Tajlandja fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx ruħhom inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 jistipula li fejn xi produttur esportatur ġdid fl-RPĊ jew it-Tajlandja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li

(i)

ma esportax lejn il-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu (1)(1) ta’ dak ir-Regolament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (1 ta’ April 2004 sa l-31 ta’ Marzu 2005) (l-ewwel kriterju);

(ii)

mhux relatat ma’ xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fl-RPĊ jew it-Tajlandja li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti minn dan ir-Regolament (it-tieni kriterju); u

(iii)

fil-fatt esporta lejn il-Komunità l-prodotti kkonċernati wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bażati l-miżuri, jew li daħal f’obbligazzjoni kontrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn il-Komunità (it-tielet kriterju).

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament jista’ jiġi emendat billi tingħata lill-produttur esportatur ġdid ir-rata ta’ dazju applikabbli lill-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 8.4 % għall-kumpaniji Ċiniżi u 7.9 % għall-kumpaniji Tajlandiżi.

B.   TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA

(3)

Disa’ kumpaniji (sitta Ċiniżi u tlieta Tajlandiżi) applikaw biex jingħataw l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali li ma kinux inklużi fil-kampjun (“trattament lil produttur esportatur ġdid”).

(4)

Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk l-applikanti jissodisfawx il-kriterji biex jingħataw trattament ta’ produttur esportatur ġdid kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006, billi ġie vverifikat li:

ma esportawx lejn il-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005);

mhumiex relatati ma’ xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fl-RPĊ jew it-Tajlandja li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping imposti minn dan ir-Regolament; u

li fil-fatt esportaw il-prodotti kkonċernati lejn il-Komunità wara l-perjodu ta’ investigazzjoni li fuqu huma bażati l-miżuri, jew li daħlu f’obbligazzjoni kontrattwali irrevokabbli biex jesportaw kwantità sinifikanti lejn il-Komunità.

(5)

Intbagħtet formola ta’ applikazzjoni lid-disa’ applikanti kollha kemm huma li ntalbu wkoll jipprovdu evidenza biex juru li jissodisfaw it-tliet kriterji msemmija hawn fuq.

(6)

Il-kumpaniji li jissodisfaw dawn it-tliet kriterji jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri 8.4 % għall-kumpaniji Ċiniżi u 7.9 % għall-kumpaniji Tajlandiżi, bl-emenda ta’ l-Annessi 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006.

(7)

Erba’ kumpaniji (tnejn Ċiniżi u tnejn Tajlandiżi) li talbu trattament ta’ produttur esportatur ġdid ma wieġbux għall-formola ta’ applikazzjoni mibgħuta. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverfikat jekk dawn il-kumpaniji jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata.

(8)

Żewġ kumpaniji bagħtu lura tagħrif li nstab li kien mhux komplut. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverfikat jekk dawn il-kumpaniji jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata.

(9)

Kumpanija Ċiniża nstabet li kienet relatata ma’ kumpanija li hija suġġetta għall-miżuri anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006 u l-applikazzjoni tagħha għal trattament ta’ produttur esportatur ġiet għalhekk miċħuda peress li ma kinitx konformi ma wieħed mill-kriterji fil-lista ta’ hawn fuq.

(10)

L-applikazzjoni ta’ kumpanija Ċiniża oħra ġiet rifjutata għaliex m’ghandiex il-faċilità tagħha stess ta’ produzzjoni u għalhekk ma setatx tiġi kkunsidrata bħala produttur esportatur.

(11)

L-evidenza pprovduta mill-produttur esportatur li fadal (kumpanija Tajlandiża) hija kkunsidrata suffiċjenti biex dan jingħata rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun (jiġifieri 7.9 % għall-kumpaniji Tajlandiżi) u konsegwentement jiġi elenkat fil-lista ta’ produtturi esportaturi fl-Anness II (l-“Anness”) tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006.

(12)

L-applikanti li kkooperaw u l-industrija tal-Komunità ġew mgħarrfa bis-sejbiet ta’ l-eżaminazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom.

(13)

L-argumenti u s-sottomissjonijiet kollha magħmula mill-partijiet interessati ġew analizzati u tqiesu sew fejn kien jixraq.

Ċ.   KLARIFIKAZZJONI U KORREZZJONI

(14)

Wasal għall-attenzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni li t-terminoloġija “ħxuna ta’ borża” tista’ twassal għall-konfużjoni matul il-proċess tar-rilaxx doganali. Għalhekk ġie deċiż li jintuża dan ir-Regolament biex tiġi ċċarata din il-kwistjoni, kif ukoll biex tiġi korretta referenza ħażina fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1425/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(i)

l-Artikolu 1(1) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Huma b’dan imposti dazji anti-dumping definttivi fuq importazzjonijiet ta’ xkejjer u boroż tal-plastik, li jikkontjenu għall-inqas 20 %, bħala piż, il-politelene u foljatura ta’ ħxuna li ma teċċedix 100 mikrometri (μm), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) u t-Tajlandja; u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (kodiċijiet TARIC 3923210020, 3923291020 u 3923299020).”;

(ii)

fl-Artikolu 2, il-frażi “jista’ jemenda l-Artikolu 1(3)”

għandha tiġi sostitwita minn “jista’ jemenda l-Artikolu 1(2)”;

(iii)

fl-Anness II, il-kumpanija li ġejja għandha tiżdied mal-lista ta’ produtturi mit-Tajlandja wara “K. INTERNATIONAL PACKAGING CO., LTD”:

Kumpanija

Belt

POLY PLAST (THAILAND) CO., LTD

Samutsakorn

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1357/2007

tal-21 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-21 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

125,5

MA

50,6

MK

46,0

TR

87,1

ZZ

77,3

0707 00 05

JO

196,3

MA

55,0

TR

80,6

ZZ

110,6

0709 90 70

MA

51,5

TR

92,6

ZZ

72,1

0709 90 80

EG

336,4

ZZ

336,4

0805 20 10

MA

68,0

ZZ

68,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,0

HR

55,3

IL

81,7

TR

76,2

UY

83,0

ZZ

71,8

0805 50 10

AR

63,9

TR

99,6

ZA

54,7

ZZ

72,7

0808 10 80

AR

87,7

BR

82,0

CA

88,9

CL

86,0

CN

86,8

MK

30,6

US

101,3

ZA

81,4

ZZ

80,6

0808 20 50

AR

48,9

CN

46,6

TR

110,8

ZZ

68,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1358/2007

tal-21 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002.

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Bord għall-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Standard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 Operating Segments (Segmenti Operattivi) (traduzzjoni mhux uffiċjali), minn issa 'l quddiem imsejjaħ “IFRS 8”. L-IFRS 8 jistipula r-rekwiżiti għall-iżvelar ta’ tagħrif dwar is-segmenti operattivi ta’ entità. L-IFRS 8 jissostitwixxi l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 14 dwar ir-rapportaġġ Segmentali.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRS 8 tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1725/2003

“l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 8 Segmenti Operattivi”, jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 8 kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard mid-data tal-bidu tas-sena finanzjarja 2009 tagħha.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 611/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 49).


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TA’ RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU

IFRS 8

IFRS 8 — SegmentI Operattivi

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”

STANDARD INTERNAZZJONALI TA’ RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU 8

Segmenti operattivi

PRINĊIPJI ĊENTRALI

1

Entità għandha tiżvela informazzjoni biex tippermetti lil dawk li jagħmlu użu mir-rapporti finanzjarji tagħha biex jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ l-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-kuntesti ekonomiċi li fih topera.

FIRXA TA’ L-APPLIKAZZJONI

2

Dan l-IFRS għandu japplika:

(a)

għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta’ entità:

(i)

li l-istrumenti ta’ debitu jew kapital tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma’ kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu kwalunkwe sett ta’ strumenti f'suq pubbliku; kif ukoll

(b)

għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ grupp b'entità prinċipali:

(i)

li l-istrumenti ta’ debitu jew ta’ ekwità tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħha ma’ kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu kwalunkwe sett ta’ strumenti f'suq pubbliku.

3

Jekk entità li mhix meħtieġa biex tapplika dan l-IFRS tagħżel li tiżvela informazzjoni dwar segmenti li ma jikkonformawx ma’ dan l-IFRS, m'għandhiex tiddeskrivi l-informazzjoni bħala informazzjoni segmentali.

4

Jekk rapport finanzjarju ikun fih kemm ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entità prinċipali li taqa' fl-ambitu ta’ dan l-IFRS kif ukoll bħala r-rapporti finanzjarji separati ta’ l-entità prinċipali, informazzjoni segmentali tkun meħtieġa biss fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

SEGMENTI OPERATTIVI

5

Segment operattiv huwa sezzjoni minn entità:

(a)

li jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom jista’ jaqla’ u jonfoq (inkluż dħul u nfiq b'rabta ma’ transazzjonijiet ma’ sezzjonijiet oħra ta’ l-istess entità);

(b)

li r-riżultati tal-ħidma tiegħu huma regolarment analizzati mill-kap operattiv ta’ l-entità li jieħu d-deċiżjonijiet, biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(ċ)

li għalih hija disponibbli biżżejjed informazzjoni diskreta finanzjarja.

Segment operattiv jista’ jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom għad irid ikollu dħul, pereżempju, operazzjonijiet ġodda jistgħu jkunu segmenti operattivi qabel ma jibda jkollhom dħul.

6

Mhux kull parti ta’ entità hija neċessarjament segment operattiv jew parti minn segment operattiv. Pereżempju, kwartieri tal-kumpanija jew xi dipartimenti funzjonali jistgħu ma jkunux qed idaħħlu flus jew jistgħu jdaħħlu flus li huma biss inċidentali għall-attivitajiet ta’ l-entità u ma jkunux segmenti operattivi. Għall-finijiet ta’ l-IFRS, il-pjanijiet tal-benefiċċji ta’ l-irtirar mill-impieg ta’ entità mhumiex segmenti operattivi.

7

It-term “kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet” jidentifika funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b'titlu speċifiku. Dik il-funzjoni hija li talloka r-riżorsi lil, u tanalizza r-rendiment tas-segment operattiv ta’ entità. Spiss il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet ta’ entità huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv jew l-uffiċjal kap operattiv imma, pereżempju, jista’ jkun grupp ta’ diretturi eżekuttivi jew oħrajn.

8

Għal bosta entitajiet, it-tliet karatteristiċi ta’ segmenti operattivi deskritti fil-paragrafu 5, kjarament jidentifikaw is-segmenti operattivi tagħhom. Madankollu, entità tista’ tipproduċi rapporti fejn l-attivitajiet tan-negozju ġew ippreżentati b'modi diversi. Jekk il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet juża aktar minn ġabra waħda ta’ informazzjoni segmentali, fatturi oħrajn jistgħu jidentifikaw sett singolu ta’ sezzjonijiet li jikkositwixxu s-segmenti operattivi ta’ entità, inkluż in-natura ta’ l-attivitajiet tan-negozju ta’ kull sezzjoni, l-eżistenza ta’ maniġers responsabbli għalihom, u informazzjoni ppreżentata lill-bord tad-diretturi.

9

Ġeneralment, segment operattiv ikollu maniġer tas-segment, li jkun iwieġeb direttament lil u jżomm kuntatt regolari mal-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, li jiddiskuti attivitajiet operattivi, riżultati finanzjarji, previżjonijiet jew pjanijiet għas-segment. It-terminu “maniġer tas-segment” jidentifika funzjoni, mhux neċessarjament maniġer b'titlu speċifiku. Il-kap operattiv li jieħu d-deċizjonijiet jista’ wkoll ikun il-maniġer tas-segment għal xi segmenti operattivi. Maniġer wieħed jista’ jkun maniġer tas-segment għal aktar minn segment operattiv wieħed. Jekk il-karatteristiċi f'paragrafu 5 japplikaw għal aktar minn sett wieħed ta’ sezzjonijiet f'organizzazzjoni imma jkun hemm biss sett wieħed li għalihom il-maniġers tas-segmenti jridu jwieġbu, dan is-sett ta’ sezzjonijiet jikkostitwixxi s-segmenti operattivi.

10

Il-karatteristiċi fil-paragrafu 5 jistgħu japplikaw għal tnejn jew aktar settijiet ta’ sezzjonijiet li jikkoinċidu, li għalihom il-maniġers jinżammu responsabbli. Din l-istruttura xi drabi tissejjaħ bħala forma ta’ organizzazzjoni matriċi. Pereżempju, f'ċerti entitajiet, xi maniġers ikunu responsabbli għal linji ta’ prodotti u servizzi differenti madwar id-dinja, filwaqt li maniġers oħra jkunu responsabbli għal żoni ġeografiċi speċifiċi oħra. Il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet regolarment janalizza r-riżultati operattivi taż-żewġ settijiet ta’ sezzjonijiet, u l-informazzjoni finanzjarja hija disponibbli dwar it-tnejn. F'dik is-sitwazzjoni, l-entità għandha tiddetermina liema sett ta’ sezzjonijiet jikkostitwixxi s-segmenti operattivi b'riferenza għall-prinċipji ta’ qofol.

SEGMENTI RAPPORTABBLI

11

Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar kull segment operattiv li:

(a)

ġie identifikat skond il-paragrafi 5-10 jew jirriżulta minn aggregazzjoni ta’ tnejn jew aktar ta’ dawk is-segmenti skond il-paragrafu 12; u

(b)

jeċċedi l-limiti kwantitattivi tal-paragrafu 13.

Il-paragrafi 14-19 jispeċifikaw sitwazzjonijiet oħra li fihom għandha tiġi rrapportata informazzjoni separata dwar segment operattiv.

Kriterji ta’ l-aggregazzjoni

12

Segmenti operattivi bosta drabi juru rendiment finanzjarju fit-tul simili jekk dawn ikollhom karatteristiċi ekonomiċi simili. Pereżempju, marġni grossi medji simili għal żewġ segmenti operattivi jkunu mistennija jekk il-karatteristiċi ekonomiċi tagħhom kienu simili. Tnejn jew aktar segmenti operattivi jistgħu jiġu aggregati f'segment operattiv wieħed jekk l-aggregazzjoni tkun konsistenti mal-prinċipji ta’ qofol ta’ din l-IFRS, is-segmenti għandhom karatteristiċi simili u s-segmenti huma simili f'dan li ġej:

(a)

in-natura tal-prodotti u s-servizzi;

(b)

in-natura tal-proċessi tal-produzzjoni;

(ċ)

it-tip jew klassi ta’ klijenti għal prodotti jew servizzi tagħhom;

(d)

il-metodi użati biex jitqassmu għall-prodotti tagħhom jew biex jiġu pprovduti s-servizzi; kif ukoll

(e)

jekk applikabbli, in-natura ta’ l-ambjent regolatorju, pereżempju, l-operazzjonijiet bankarji, l-assigurazzjoni jew l-utilitajiet pubbliċi.

Limiti kwantitattivi

13

Entità għandha tirrapporta separatament l-informazzjoni dwar segment operattiv li jilħaq kwalunkwe wieħed mil-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a)

id-dħul irrapportat tiegħu, inkluż kemm il-bejgħ lill-klijenti esterni kif ukoll bejgħ jew trasferimenti lill-segmenti oħra, huwa 10 fil-mija jew aktar mid-dħul konsolidat, intern u estern, tas-segmenti kollha operattivi;

(b)

l-ammont assolut tal-profitt jew telf irrapportat huwa anqas minn 10 fil-mija jew aktar mill-akbar ammont, f'ammont assolut, (i) mill-profitt konsolidat irrapportat tas-segmenti operattivi kollha li ma rrapportawx telf, u (ii) mit-telf konsolidat irrapurtat tas-segmenti operattivi kollha li rrapportaw telf;

(ċ)

l-assi tiegħu huma 10 fil-mija jew aktar mill-assi kollha tas-segmenti operattivi kollha.

Segmenti operattivi li ma jilħqu l-ebda wieħed mil-limiti kwantitattivi jistgħu jitqiesu rapportabbli, u jiġu rrapportati separatament, jekk il-maniġment jemmen li l-informazzjoni dwar is-segment tista’ tkun utli għal dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji.

14

Entità tista’ tikkumbina informazzjoni dwar segmenti operattivi li ma jkunux jilħqu l-limiti kwantitattivi ma’ l-informazzjoni dwar segmenti operattivi oħra li ma jilħqux il-limiti kwantitattivi biex jirriżultaw f'segment rapportabbli, jekk biss is-segmenti operattivi jkollhom karatteristiċi ekonomiċi simili u għandhom komuni l-biċċa l-kbira tal-kriterji ta’ l-aggregazzjoni mniżżla fil-paragrafu 12.

15

Jekk it-total tad-dħul estern irrapportat mis-segmenti operattivi huwa anqas minn 75 fil-mija tad-dħul ta’ l-entità, segmenti operattivi oħra għandhom jiġu identifikati wkoll bħala segmenti rapportabbli (anki jekk dawn ma jilħqux il-kriterji fil-paragrafu 13) sakemm ta’ lanqas 75 fil-mija tad-dħul ta’ l-entità jiġi inkluż fis-segmenti rapportabbli.

16

Informazzjoni dwar attivitajiet tan-negozju oħrajn u segmenti operattivi li mhumiex rapportabbli għandha tiġi kkumbinata u żvelata f'kategorija dwar “is-segmenti l-oħra kollha” separatament mill-elementi rinkonċiljabbli l-oħra fir-rikonċiljazzjonijiet rekwiżiti mill-paragrafu 28. Is-sorsi tad-dħul inklużi fil-kategorija dwar “is-segmenti l-oħra kollha” għandhom jiġu deskritti.

17

Jekk il-maniġment jiddeċiedi li segment operattiv identifikat bħala rapportabbli fil-perjodu immedjatament preċedenti huwa ta’ importanza kontinwa, l-informazzjoni dwar dak is-segment għandha tibga’ tiġi rrapportata separatament fil-perjodu attwali ukoll jekk m'għadhiex tilħaq il-kriterji tar-rapportabbiltà fil-paragrafu 13.

18

Jekk segment operattiv jiġi identifikat bħala segment rapportabbli fil-perjodu attwali skond il-limiti kwantitattivi, data dwar is-segment għal perjodu preċedenti ppreżentat għall-skopijiet komparattivi, għandha tiġi riformulaa biex turi s-segment rapportabbli l-ġdid bħala segment separat, ukoll jekk dak is-segment ma jissodisfax il-kriterji tar-rapportabbiltà, stipulati fil-paragrafu 13, tul il-perjodu preċedenti, sakemm l-informazzjoni rekwiżita ma tkunx disponibbli u l-kost biex tiġi prodotta ma jkunx għoli żżejjed.

19

Jista’ jkun hemm limitu prattiku għall-għadd ta’ segmenti rapportabbli li entità tiżvela separatament, li meta jinqabeż l-informazzjoni dwar is-segment tista’ tkun dettaljata żżejjed. Minkejja li ma ġie deċiż l-ebda limitu preċiż, meta l-għadd ta’ segmenti rapportabbli skond il-paragrafi 13-18 jaqbeż l-għaxra, l-entità għandha tikkunsidra jekk intlaħaqx limitu prattiku.

ŻVELAR

20

Entità għandha tiżvela informazzjoni biex tippermetti lil dawk li jagħmlu użu mir-rapporti finanzjarji tagħha biex jevalwaw in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ l-attivitajiet tan-negozju li tidħol fihom u l-kuntest ekonomiku li fih topera.

21

Biex jitwettaq il-prinċipju tal-paragrafu 20, entità għandha tiżvela li ġej għal kull perjodu li għalih ikun ippreżentat rapport finanzjarju:

(a)

informazzjoni ġenerali kif deskritt fil-paragrafu 22;

(b)

informazzjoni dwar il-profitt jew telf irrapportat tas-segment, inkluż id-dħul u l-infiq speċifikati inklużi fil-profitt jew telf irrapportati tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligazzjonijiet tas-segment u l-bażi tal-kalkolu, kif deskritt fil-paragrafi 23-27; kif ukoll

(ċ)

ir-rikonċiljazzjonijiet tat-totali tad-dħul tas-segment, il-profitt jew telf irrapportat tas-segment, l-assi tas-segment, l-obbligi tas-segment u elementi sostanzjali oħra tas-segment ma’ ammonti korrispondenti ta’ l-entità kif deskritt fil-paragrafu 28.

Ir-rikonċiljazzjonijiet ta’ l-ammonti fil-karta tal-bilanċi tas-segmenti rapportabbli ma’ l-ammonti fil-karta tal-bilanċi ta’ l-entità huma meħtieġa għal kull data li fiha ġiet ippreżentata karta tal-bilanċ. Informazzjoni għall-perjodi preċedenti għandha tiġi riformulata kif deskritt fil-paragrafi 29 u 30.

Informazzjoni ġenerali

22

Entità għandha tiżvela l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

(a)

fatturi użati biex jiġu identifikati s-segmenti rapportabbli ta’ l-entità, inkluż il-bażi organizzattiva (pereżempju, jekk il-maniġment għażilx li jorganizza l-entità skond id-differenzi bejn il-prodotti u is-servizzi, skond iż-żoni ġeografiċi, il-kuntesti regolatorji, jew skond taħlita ta’ fatturi u jekk s-segmenti operattivi ġewx aggregati); u

(b)

tipi ta’ prodotti u servizzi li minnhom kull segment rapportabbli jkollu dħul.

Informazzjoni dwar profitt jew telf, assi u obbligazzjonijiet

23

Entità għandha tirrapporta kalkolu ta’ profitt jew telf u l-assi totali ta’ kull segment rapportabbli. Entità għandha tirrapporta kalkolu ta’ obbligazzjonijiet għal kull segment rapportabbli jekk tali ammont ikun regolarment ipprovdut lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet. Entità għandha wkoll tiżvela li ġej dwar kull segment rapportabbli jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, jew xorta oħra jkunu regolarment ipprovduti lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, anki jekk mhux inklużi f'dak il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment:

(a)

id-dħul minn klijenti esterni;

(b)

id-dħul minn transazzjonijiet ma’ segmenti operattivi oħrajn fi-ħdan l-istess entità;

(ċ)

id-dħul mill-interessi;

(d)

l-ispiża fuq l-interessi;

(e)

id-deprezzament u l-ammortizzament;

(f)

l-elementi sostanzjali ta’ dħul u infiq żvelat skond il-paragrafu 86 u l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanazjarji [traduzzjoni mhux uffiċjali];

(g)

l-interess ta’ l-entità fil-profitt jew it-telf ta’ assoċjati jew proġetti konġunti rrappreżentati bil-metodu ta’ l-ekwità;

(h)

l-ispiża jew id-dħul mit-taxxa fuq id-dħul; kif ukoll

(i)

l-elementi sostanzjali mhux f'kontanti minbarra d-deprezzament u l-ammortizzament.

Entità għandha tirrapporta d-dħul mill-interessi separatament mill-ispiża fuq l-interessi għal kull segment rapportabbli ħlief jekk il-parti l-kbira tad-dħul tas-segment ikun mill-interessi u l-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet primarjament joqgħod fuq id-dħul nett mill-interessi biex jevalwa r-rendiment tas-segment u jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment. F'dik is-sitwazzjoni, entità tista’ tirrapporta d-dħul mill-interessi ta’ dak is-segment nett mill-ispiża fuq l-interessi u tiddikjara li qed tagħmel dan.

24

Entità għandha wkoll tiżvela dan li ġej dwar kull segment rapportabbli jekk l-ammonti speċifikati jkunu inklużi fil-kalkolu ta’ l-assi tas-segment analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, jew xorta oħra jkunu regolarment ipprovduti lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet, ukoll jekk mhux inklużi f'dak il-kalkolu ta’ l-assi tas-segment:

(a)

l-ammont ta’ investiment f’ assoċjati jew proġetti konġunti rrappreżentati bil-metodu ta’ l-ekwità; u

(b)

l-ammonti ta’ żidiet għall-assi mhux kurrenti (1) apparti mill-istrumenti finanzjarji, assi ta’ taxxa differita, assi ta’ benefiċċji ta’ l-irtirar mill-impieg (ara l-IAS 19 Il-Benefiċċji ta’ l-Impjegat (traduzzjoni mhux uffiċjali) il-paragrafi 54-58) u drittijiet li joriġinaw minn kuntratti ta’ l-assigurazzjoni.

KALKOLU

25

L-ammont għal kull element ta’ segment irrapportat għandu jkun il-kalkolu rrapportat lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet bl-iskop li jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi lis-segment u jevalwa r-rendiment tiegħu. Tibdil u tħassir li jsiru fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji ta’ entità u l-allokazzjoni ta’ dħul, spejjeż, u qliegħ jew telf għandhom jiġu inklużi biex jiġi determinat il-profitt jew telf irrapportat tas-segment biss fil-każ li dawn ikunu inklużi fil-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment użat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet. Bl-istess mod, dawk l-assi u obbligazzjonijiet biss li huma inklużi fil-kalkoli ta’ l-assi u obbligazzjonijiet tas-segment użati mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjoni għandhom jiġu rrapportati għal dak is-segment. Jekk ammonti jiġu allokati fil-profitt jew it-telf, l-assi jew l-obbligazzjonijiet irrapportati tas-segment, dawn l-ammonti għandhom jiġu allokati b'mod raġonevoli.

26

Jekk il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjoni juża biss kalkolu wieħed ta’ profitt jew telf ta’ segment operattiv, u ta’ l-assi jew obbligazzjonijiet tas-segment fl-evalwazzjoni tar-rendiment tas-segment u fid-deċiżjoni dwar kif jiġu allokati r-riżorsi, il-profitt jew telf, l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment għandhom jiġu rrapportati skond dawk il-kalkoli. Jekk il-kap operattiv li jieħu d-deċiżjoni juża aktar minn kalkolu wieħed ta’ profitt jew telf ta’ segment operattiv, u ta’ l-assi jew obbligazzjonijiet tas-segment, il-kalkoli rrapportati għandhom jkunu dawk li l-maniġment jemmen li ntgħażlu skond il-prinċipji tal-kalkolazzjoni l-aktar konsistenti ma’ dawk użati fil-kalkolu ta’ l-ammonti korrispondenti fir-rapporti finanzjarji ta’ l-entità.

27

Entità għandha tagħti spjegazzjoni tal-kalkoli ta’ profitt jew telf, l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-segment għal kull segment rapportabbli. Ta’ lanqas, entità għandha tiżvela dan li ġej:

(a)

il-bażi tal-kontabbiltà ta’ kwalunkwe transazzjonijiet bejn segmenti rapportabbli;

(b)

it-tip ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-kalkoli tal-profitti jew telf tas-segmenti rapportabbli u l-profitt jew telf ta’ l-entità qabel l-ispiża jew dħul mit-taxxa tad-dħul u l-operazzjonijiet li ma tkomplewx (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politiki ta’ kontabbiltà u politiki ta’ allokazzjoni ta’ spejjeż minfuqa fiċ-ċentru li jkunu meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrapportata;

(ċ)

it-tip ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-kalkoli ta’ l-assi tas-segmenti rapportabbli u l-assi ta’ l-entità (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludu politiki ta’ kontabbiltà u politiki ta’ allokazzjoni ta’ assi ta’ użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrapportata;

(d)

it-tip ta’ kwalunkwe differenzi bejn il-kalkoli ta’ l-obbligazzjonijiet tas-segmenti rapportabbli u l-obbligazzjonijiet ta’ l-entità (sakemm ma jkunux jidhru mir-rikonċiljazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 28). Dawk id-differenzi jistgħu jinkludi politiki ta’ kontabbiltà u politiki ta’ allokazzjoni ta’ obbligazzjonijiet ta’ użu konġunt meħtieġa biex tinftiehem l-informazzjoni tas-segment irrapportata;

(e)

it-tip ta’ kwalunkwe bidliet minn perjodu preċedenti fil-metodi tal-kalkolu użati biex jiddeterminaw il-profitt jew telf irrapportat tas-segment u l-effett, fejn applikabbli, ta’ dawn il-bidliet fuq il-kalkolu tal-profitt jew telf tas-segment;

(f)

it-tip u l-effett ta’ kwalunkwe allokazzjonijiet asimetriċi għas-segmenti rapportabbli. Pereżempju, entità tista’ talloka spiża ta’ deprezzament lil segment mingħajr ma talloka l-assi deprezzabbli relatati lill-istess segment.

Rikonċiljazzjonijiet

28

Entità għandha tipprovdi rikonċiljazzjonijiet għal dan kollu li ġej:

(a)

it-total tad-dħul tas-segmenti rapportabbli fid-dħul ta’ l-entità;

(b)

it-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf ta’ l-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (jew id-dħul tat-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma jitkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka lis-segmenti rapportabbli elementi bħal spiża tat-taxxa (jew dħul tat-taxxa), l-entità tista’ tirrikonċilja t-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf ta’ l-entità wara li jkunu ddaħħlu dawk l-elementi;

(ċ)

it-total ta’ l-assi tas-segmenti rapportabbli fl-assi ta’ l-entità;

(d)

it-total ta’ l-obbligazzjonijiet tas-segmenti rapportabbli mill-obbligazzjonijiet ta’ l-entità jekk l-obbligazzjonijiet tas-segment ikunu rrapportati skond il-paragrafu 23;

(e)

it-total ta’ l-ammonti tas-segmenti rapportabbli għal kull element sostanzjali informattiv ieħor żvelat fl-ammonti korrispondenti għall-entità.

L-elementi sostanzjali kollha ta’ rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament. Pereżempju, l-ammont għal kull aġġustament sostanzjali meħtieġ għar-rikonċiljazzjoni tal-profitt jew telf ta’ segment rapportabbli mal-profitt jew telf ta’ entità li joriġina minn politiki differenti ta’ kontabbiltà għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament.

Dikjarar mill-ġdid ta’ informazzjoni diġà rrapportata

29

Jekk entità tbiddel l-istruttura interna ta’ l-organizzazzjoni b'mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti rapportabbli, l-informazzjoni korrispondenti għall-perjodi preċedenti, inkluż għall-perjodi interim, għandhom ikunu ddikjarati mill-ġdid sakemm l-informazzjoni ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv. Id-deċiżjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex disponibbli u jekk il-kost biex tinġabar huwiex eċċessiv tittieħed għal kull element individwali li jiġi żvelat. Wara bidla fil-kompożizzoni tas-segmenti rapportabbli tagħha, entità għandha tiżvela jekk hi ddikjaratx mill-ġdid l-elementi korrispondenti ta’ l-informazzjoni segmentali għall-perjodi preċedenti.

30

Jekk entità tbiddel l-istruttura interna ta’ l-organizzazzjoni b'mod li tikkawża bidla fil-kompożizzjoni tas-segmenti rapportabbli u jekk l-informazzjoni segmentali għall-perjodi preċedenti, inkluż il-perjodi interim, ma tkunx ġiet iddikjarata mill-ġdid biex tirrifletti l-bidla, l-entità għandha tiżvela fis-sena li fiha seħħet il-bidla l-informazzjoni segmentali għall-perjodu attwali kemm dwar il-bażi l-antika kif ukoll dwar il-bażi l-ġdida ta’ segmentazzjoni, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv.

ŻVELAR FL-ENTITÀ KOLLHA

31

Il-paragrafi 32-34 japplikaw għall-entitajiet kollha soġġetti għal din l-IFRS inkluż dawk l-entitajiet li għandhom segment rapportabbli wieħed. Xi attivitajiet ta’ negozju ta’ entitajiet mhumiex organizzati abbażi tad-differenzi fi prodotti u servizzi relatati jew tad-differenzi fiż-żoni ġeografiċi ta’ l-operazzjonijiet. Tali segmenti rapportabbli ta’ entità jistgħu jirrapportaw dħul minn firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi essenzjalment differenti, jew aktar minn segment rapportabbli wieħed tagħha jista’ jipprovdi essenzjalment l-istess prodotti u servizzi. Bl-istess mod, segmenti rapportabbli ta’ entità jistgħu jżommu assi differenti f’żoni ġeografiċi differenti u jirrapportaw dħul minn klijenti f’żoni ġeografiċi differenti, jew aktar minn segment rapportabbli wieħed tagħha jista’ jopera fl-istess żona ġeografika. L-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 32-34 għandha tingħata biss jekk ma tkunx ingħatat bħala parti mill-informazzjoni tas-segment rapportabbli kif meħtieġa minn dan l-IFRS.

Informazzjoni dwar prodotti u servizzi

32

Entità għandha tirrapporta dħul minn klijenti esterni għal kull prodott u servizz, jew kull grupp ta’ prodotti u servizzi simili, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv, u f'dan il-każ dan il-fatt għandu jiġi ddikjarat. L-ammonti ta’ dħul irrapportati għandhom ikunu ibbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji ta’ l-entità.

Informazzjoni dwar żoni ġeografiċi

33

Entità għandha tirrapporta l-informazzjoni ġeografika li ġejja, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv:

(a)

id-dħul mill-klijenti esterni (i) imqassma skond il-pajjiż fejn l-entità hija rreġistrata, u (ii) imqassma f'total skond il-pajjiżi barranin kollha li minnhom l-entità jkollha dħul. Jekk id-dħul mill-klijenti esterni mqassam skond pajjiż barrani wieħed huwa sostanzjali, dan id-dħul għandu jiġi ddikjarat separatament. Entità għandha tiżvela l-bażi tat-tqassim tad-dħul minn klijenti esterni lill-pajjiżi individwali;

(b)

assi mhux kurrenti (2) barra l-istrumenti finanzjarji, assi ta’ taxxa differita, assi tal-benefiċċji ta’ l-irtirar mill-impieg, jeddijiet li joriġinaw mill-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni (i) li jinsabu fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni ta’ l-entità u (ii) li jinsabu fil-pajjiżi barranin kollha bħala total fejn l-entità għandha l-assi. Jekk l-assi minn pajjiż barrani wieħed ikunu sostanzjali, dawn l-assi għandhom ikunu ddikjarati separatament.

L-ammonti rrapportati għandhom ikunu ibbażati fuq l-informazzjoni finanzjarja użata biex jitħejjew ir-rapporti finanzjarji ta’ l-entità. Jekk l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost biex tinġabar ma jkunx eċċessiv, dan il-fatt għandu jiġi żvelat. Entità tista’ tipprovdi, barra l-informazzjoni meħtieġa f'dan il-paragrafu, is-subtotali ta’ l-informazzjoni ġeografika dwar gruppi ta’ pajjiżi.

Informazzjoni dwar klijenti prinċipali

34

Entità għandha tagħti informazzjoni dwar sa fejn tasal id-dipendenza tagħha fuq il-klijenti prinċipali tagħha. Jekk id-dħul minn transazzjonijiet minn klijent estern wieħed jammontaw għal 10 fil-mija jew aktar tad-dħul ta’ l-entità, l-entità għandha tiddikjara dan il-fatt, l-ammont totali tad-dħul minn kull klijent bħal dan, u l-identità tas-segment jew segmenti li qed jirrapportaw dan id-dħul. L-entità ma tinħtieġx li tiżvela l-identità ta’ klijent prinċipali jew l-ammont tad-dħul li kull segment jirrapporta minn dak il-klijent. Għall-finijiet ta’ dan l-IFRS, grupp ta’ entitajiet magħruf għall-entità li qed tirrapporta li jkun taħt kontroll komuni għandu jiġi meqjus bħala klijent wieħed, u gvern (nazzjonali, stat, provinċjali, territorjali, lokali jew barrani) u entitajiet magħrufa għall-entità li qed tirrapporta li jkunu taħt il-kontroll ta’ dak il-gvern għandhom jitqiesu bħala klijent wieħed.

DATA TA’ TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

35

Entità għandha tapplika dan l-IFRS għar-rapporti finanzjarji annwali tagħha għall-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. L-applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għar-rapporti finanzjarji għal perjodu qabel l-1 ta’ Jannar 2009, għandha tiżvela dan il-fatt.

36

Informazzjoni segmentali għal snin preċedenti li tkun irrapportata bħala informazzjoni komparattiva għas-sena inizjali ta’ l-applikazzjoni għandha tiġi riformulata biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din l-IFRS, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli u l-kost li tinġabar ma jkunx eċċessiv.

REVOKA TA’ L-IAS 14

37

Din l-IFRS tidħol minflok l-IAS 14 Rapportar Segmentali.


(1)  Għal assi kklassifikati skond preżentazzjoni tal-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkludu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

(2)  Għal assi kklassifikati skond preżentazzjoni tal-likwidità, l-assi mhux kurrenti huma assi li jinkudu ammonti mistennija li jiġu rkuprati aktar minn tnax-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ.

Appendiċi A

Termini mfissra

Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

Segmenti operattivi

Segment operattiv huwa parti minn entità:

(a)

li jidħol f'attivitajiet tan-negozju li minnhom jista' jaqla' u jonfoq (inkluż dħul u nfiq b'rabta ma’ transazzjonijiet ma’ partijiet oħra ta’ l-istess entità);

(b)

li r-riżultati tal-ħidma tiegħu huma regolarment analizzati mill-kap operattiv ta’ l-entità li jieħu d-deċiżjonijiet, biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi li għandhom jiġu allokati lis-segment u biex jivvaluta r-rendiment tiegħu; u

(ċ)

li għalih hemm disponibbli informazzjoni diskreta finanzjarja.

Appendiċi B

Emendi għal IFRSs oħra

L-emendi għal dan l-appendiċi għandhom jiġu applikati għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2009 jew wara. Jekk entità tapplika dan l-IFRS għal xi perjodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu ta' qabel. Fil-paragrafi emendati, it-test il-ġdid qed ikun sottolineat u t-test imħassar maqtugħ b'linja minn nofsu.

B1

Referenzi għal IAS 14 Rapportar Segmentali ġew emendati għal IFRS 8 Segmenti Operattivi fil-paragrafi li ġejjin:

il-paragrafu 20 ta' l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati

paragrafu 130(d)(i) ta' l-IAS 36 Deterjorazzjoni ta’ l-Assi.

B2

Fl-IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Jitkomplewx, il-paragrafu 41 huwa emendat kif ġej:

“41.

Kull entità għandha tiżvela l-informazzjoni li ġejja fin-noti għall-perjodi li fihom ass mhux kurrenti (jew grupp ta' bejgħ) kien ikklassifikat jew bħala miżmum għall-bejgħ jew bħala mibjugħ:

(d)

fejn applikabbli, is-segment rapportabbli li fih l-assi mhux kurrenti (jew il-grupp ta' bejgħ) hija ppreżentata skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali IFRS 8 Segmenti Operattivi.

B3

Fl-IFRS 6 It-Tfittxija u l-Evalwazzjoni tar-Riżorsi Minerali, il-paragrafu 21 jiġi emendat kif ġej:

21.

Entità għandha tagħżel politika ta' kontabbiltà għall-allokazzjoni ta' assi ta' tfittix u evalwazzjoni lill-unitajiet li jiġġeneraw l-flus jew kategoriji ta' unitajiet li jiġġeneraw il-flus għall-fini ta' l-ivvalutar ta' tali assi fir-rigward tad-deterjorazzjoni. Kull unità jew grupp ta' unitajiet li tiġġenera l-flus li għaliha ass ta' tfittix jew evalwazzjoni ġie allokat m'għandhiex tkun akbar minn segment ibbażat fuq jew il-format tar-rapportar primarju jew sekondarju ta' l-entità segment operattiv magħżul skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi .

B4

Fl-IAS 2 Inventarji, il-paragrafi 26 u 29 qed jiġu emendati kif ġej:

“26.

Pereżempju, inventarji użati f'segment tan negożju operattiv wieħed jistgħu jkollhom użu differenti għall-entità mill-istess tip ta' inventarji użati f'segment tan negożju operattiv ieħor. Madankollu, differenza fil-pożizzjoni ġeografika ta' l-inventarji (jew fir-regoli rispettivi tat-taxxa), weħida, mhix biżżejjed biex tiġġustifika l-użu ta' formuli ta' l-ikkostjar differenti.”

“29.

L-inventarji huma normalment reġistrati bil-valur nett realizzabli oġġett b'oġġett. F'ċerti ċirkostanzi, madankollu, jista' jixraq li oġġetti simili jew relatati jitgħaqdu fi grupp wieħed. Dan jista' jkun il-każ ma' oġġetti fl-inventarju relatati ma' l-istess linja tal-prodotti li jkollha miri jew użi finali simili, li jkunu prodotti u kummerċjalizzati fl-istess żona ġeografika, u li ma jistgħux jiġu valutati b'mod prattiku separatament mill-oġġetti l-oħra f'dik il-linja tal-prodotti. Mhux sewwa li l-inventarji jitqiesu abbażi ta' klassifika ta' inventarju, pereżempju, prodotti lesti, jew l-inventarji kollha f'segment industrijali jew ġeografiku operattiv partikolari. Fornituri tas-servizzi ġeneralment jakkumulaw l-ispejjeż fir-rigward ta' kull serviżż li għalih jintalab prezz tal-bejgħ separat. Għalhekk, kull tali servizz qed jiġi ttrattat bħala element separat.”

B5

Fl-IAS 7 Dikjarazzjonijiet tal-Likwidità, il-paragrafu 50 qed jiġi emendat kif ġej:

“50.

Informazzjoni addizzjonali tista' tkun rilevanti biex tinftiehem il-pożizzjoni finanzjarja u l-likwidità ta' entità. Żvelar ta' din l-informazzjoni, flimkien ma' kummentarju mill-maniġment, huma mħeġġa li jsiru u jistgħu jiġu inklużi:

(d)

l-ammont ta' ċaqliq tal-kontanti li joriġinaw mill-attivitajiet operattivi, ta' investiment jew finanzjament ta' kull segment industrijali jew ġeografiku rrapportat rapportabbli (ara IAS 14 Rapportar Segmentali IFRS 8 Segmenti Operattivi ).”

B6

Fl-IAS 19 Benefiċċji għall-Impjegati, l-eżempju mogħti biex jispjega l-paragrafu 115 qed jiġi emendat kif ġej:

“Eżempju biex jispjega l-paragrafu 115

Entità ma tkomplix b'segment tan-negozju operattiv u l-impjegati tas-segment li ma jitkompliex ma jigwadanjaw ebda benefiċċju ieħor …”

B7

Fl-IAS 33 Qliegħ kull Sehem, il-paragrafu 2 jinbidel kif ġej:

2.

Dan l-Istandard għandu japplika:

(a)

għar-rapporti finanzjarji separati jew individwali ta' entità:

(i)

li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bil-għan li jinħarġu ishma ordinarji f'suq pubbliku; kif ukoll

(b)

għar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' grupp b'entità prinċipali:

(i)

li l-ishma ordinarji jew l-ishma ordinarji potenzjali tagħha jiġu nnegozjati f'suq pubbliku (f'borża domestika jew barranija jew f'suq finanzjarju barra l-borża (OTC), inkluż swieq lokali u reġjonali); jew

(ii)

li ssottomettiet, jew tinsab fil-proċess biex tissottometti, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma' kummissjoni tat-titoli finanzjarji jew organizzazzjoni regolatorja oħra bl-għan li jinħarġu ishma ordinanrji f'suq pubbliku.

B8

Fl-IAS 34 Rapportar Interim Finanzjarju, il-paragrafu 16 qed jiġi emendat kif ġej:

16.

Entità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, bħala minimu, fin-noti għar-rapporti interim finanzjarji, jekk tkun ta' importanza jew jekk ma tkunx żvelata x'imkien ieħor fir-rapport interim finanzjarju. L-informazzjoni għandha normalment tiġi rrapportata abbażi tas-sena finanzjarja sal-lum. Iżda, l-entità għandha wkoll tiżvella kwalunkwe avvenimenti jew transazzjonijiet li huma essenzjali biex jinftiehem il-perjodu interim attwali:

(g)

l-informazzjoni segmentali li ġejja dħul tas-segment u riżultati tas-segment tas-segmenti tan-negozju jew segmenti ġeografiċi, hi x'inhi l-bażi primarja ta' l-entità għar-rapportar segmentali (żvelar ta' informazzjoni data segmentali hija rekwiżita fir-rapport interim finanzjarju ta' entità jekk biss l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi jkunu jeħtieġu li l-entità tiżvela informazzjoni data segmentali fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha); :

(i)

dħul minn klijenti esterni, jekk mhux inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew telf segmentali analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet jew xorta oħra pprovdut regolarment lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet;

(ii)

dħul ġenerat bejn is-segmenti, jekk inkluż fil-kalkolu tal-profitt jew telf segmentali analizzat mill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet jew xorta oħra pprovdut regolarment lill-kap operattiv li jieħu d-deċiżjonijiet;

(iii)

kalkolu ta' profitt jew telf tas-segment;

(iv)

assi totali li għalihom kien hemm bidla sostanzjali mill-ammont żvelat fl-aħħar rapporti finanzjarji annwali;

(v)

deskrizzjoni tad-differenzi mill-aħħar rapporti finanzjarji annwali abbażi tas-segmentazzjoni jew abbażi tal-kalkolu tal-profitt jew telf segmentali;

(vi)

rikonċiljazzjoni tat-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti rapportabbli fil-profitt jew telf ta' l-entità qabel l-ispiża tat-taxxa (jew id-dħul tat-taxxa) u l-operazzjonijiet li ma jitkomplewx. Madankollu, jekk entità talloka lis-segmenti rapportabbli elementi bħal spiża tat-taxxa (jew dħul tat-taxxa), l-entità tista' tirrikonċilja t-total tal-kalkoli tal-profitt jew telf tas-segmenti mal-profitt jew telf wara li jkunu ddaħħlu dawk l-elementi. L-elementi sostanzjali ta' rikonċiljazzjoni għandhom ikunu identifikati u deskritti separatament f'dik ir-rikonċiljazzjoni;

…”

B9

IAS 36 Deterjorazzjoni ta’ l-Assi qed tiġi emendata kif deskritt hawn taħt.

Il-paragrafu 80 huwa emendat kif ġej:

80.

Għall-fini ta' l-ittestjar tad-deterjorazzjoni, il-valur tat-twillija miksub f'kombinament tan-negożju għandu, mid-data ta' l-akkwist, jiġi allokat lil kull unità ta' l-akkwirent li tiġġenera l-flus, jew gruppi ta' unitajiet li jiġġeneraw l-flus, li huma mistennija jibbenefikaw mis-sinerġiji tal-kombinament, irrispettivament jekk l-assi jew l-obbligazzjonijiet l-oħra tan-negozju li qed jinbiegħ jiġux assenjati lil dawk l-unitajiet jew gruppi ta' unitajiet. Kull unità jew grupp ta' unitajiet li għalihom il-valur tat-twillija ġie allokat b'dan il-mod għandha:

(b)

ma tkunx akbar minn segment operattiv bbażati fuq jew il-format tar-rapportar primarju jew sekondarju ta' l-entità magħżul skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi .

Il-paragrafu 129 huwa emendat kif ġej:

129.

Entità li tirrapporta informazzjoni segmentali skond l-IAS 14 Rapportar Segmentali l-IFRS 8 Segmenti Operattivi għandha tiżvela li ġej għal kull segment rapportabbli bbażat fuq il-format tar-rapportar primarju ta' l-entità:

Fil-paragrafu 130, is-subparagrafi (ċ)(ii) u (d)(ii) qed jiġu emendati kif ġej:

130.

(c) (ii)

jekk l-entità tirrapporta informazzjoni segmentali skond l-IAS 14 l-IFRS 8, is-segment rapportabbli li għalih jappartjeni l-ass, ibbażat fuq il-format tar-rapportar primarju ta' l-entità.

130.

(d) (ii)

l-ammont tat-telf mid-deterjorazzjoni rikonoxxut jew miġjub lura skond il-klassi ta' l-assi u, jekk l-entità tirrapporta informazzjoni segmentali skond l-IAS 14 l-IFRS 8, skond is-segment rapportabbli bbażat fuq il-format tar-rapportar primarju ta' l-entità; kif ukoll


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1359/2007

tal-21 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), b’mod partikolari l-Artikoli 33(12) u 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 ta’ l-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont tagħhom.

(3)

Minħabba s-sitwazzjoni tas-suq, is-sitwazzjoni ekonomika fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u l-intenzjoni li jinbiegħu ċerti prodotti fis-settur, il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq dawn il-prodotti għandu jiġi stabbilit. B’mod partikolari, kondizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għal ċerti qatgħat ta’ laħam li jsiru bid-dissussar tar-robbi ta’ bhejjem maskili.

(4)

Biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jiġu osservati, proċedura speċjali ta’ sorveljanza għandha tiġi introdotta. L-oriġini tal-prodott jista’ jiġi awtentikat billi jsir ċertifikat fuq il-mudell ta’ l-Anness I li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 ta’ l-20 t'April 2007 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għaċ-ċanga u l-vitella (4).

(5)

Bil-għan li jistgħu jiġu applikati b’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-għoti tar-rifużjonijiet għandhom jiġu speċifikati l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni u, fejn approprjat, it-tqattiegħ u d-dissussar għandhom isiru fl-Istat Membru li fih l-annimali jkunu nqatlu.

(6)

Għandu jiġi speċifikat li l-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali għandu jkun bil-kondizzjoni li l-laħam imqatta’ li jsir bl-iddissussar tar-robbi imqiegħed taħt sorveljanza jiġi esportat. Madankollu, fir-rigward tar-robbi warranija, bl-għan li jinkisbu prezzijiet aħjar fil-Komunità, huwa opportun li jiġu stabbiliti ċerti eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali, mingħajr ma jiġi pperikolat l-għan li jinħeles is-suq tal-Komunità. Iċ-ċirkostanzi li fihom il-kondizzjoni li wieħed jesporta l-laħam kollu miksub ma jiġix issodisfatt għalkollox mingħajr ma wieħed jitlef il-jedd għal rifużjoni għandhom jiġu stabbiliti. Madanakollu, dik il-possibiltà għandha tkun limitata u għandha tkun soġġetta għal restrizzjonijiet li jipprevjenu l-abbuż.

(7)

Safejn għandhom x’jaqsmu l-limiti ta’ żmien u l-prova ta’ l-esportazzjoni, għandha ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (5).

(8)

L-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar imħażen ta’ l-ikel previst fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 hija inkompatibbli ma’ l-għan ta’ dan ir-Regolament. M’hemmx il-ħtieġa għalhekk li ssir xi dispożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti indikati fl-imsemmi Artikolu 40 għall-prodotti in kwistjoni.

(9)

Minħabba n-natura speċjali ta’ din ir-rifużjoni, ebda sostituzzjoni m’għandha tiġi permessa u ebda mezz ta’ identifikazzjoni tal-prodotti in kwistjoni m’għandu jkun previst.

(10)

Il-metodu li bih l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti li fuqhom ikunu ngħataw rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni għandu jiġi stabbilit.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qatgħat bla għadam mill-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta’ wara friski jew iffriżati ta’ qobla maskili adulti b’medja ta’ kontenut ta’ dgħif tal-laħam ta’ 55 % jew aktar għandu, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jikkwalifikaw għal rifondi speċjali ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“il-kwarti ta’ quddiem” għandha tfisser il-parti ta’ quddiem mhux separata, kif definit fin-Noti Addizzjonali 1.A(d) u (e) tal-Kapitolu 2 tan-nomenklatura magħquda, qatgħat dritti jew qatgħat Pistola;

(b)

“il-kwarti ta’ wara” għandha tfisser il-kwarti ta’ wara separati jew mhux separati, kif definit fin-Noti Addizzjonali 1.A(f) u (ġ) tal-Kapitolu 2 tan-nomenklatura magħquda, b’massimu ta’ tmien kustilji jew tmien pari ta’ kustilji, ta’ qatgħa dritta jew ta’ qatgħa Pistola.

Artikolu 3

1.   L-operatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti indikati mill-Istati Membri dikjarazzjoni li tistqarr l-intenzjoni tiegħu li jneħħi l-għadam jew tal-kwarti ta’ quddiem jew tal-kwarti ta’ wara kif definit fl-Artikolu 1 permezz tat-termini ta’ dan ir-Regolament u li jesporta, suġġett għall-Artikolu 7, il-kwantità sħiħa ta’ qatgħat bla għadam miksuba, b’kull qatgħa ppakkjata individwalment.

2.   Id-dikjarazzjoni għandha tiddeskrivi u tiddikjara l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu dissussati.

Din għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat li mudell tiegħu jinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 433/2007, maħruġ skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel paragrafu ta’ Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament. Iżda, in-Noti B u Ċ u l-kaxxa 11 ta’ dak iċ-ċertifikat m’għandhomx jgħoddu. Id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament għandhom jgħoddu mutatis mutandis sakemm il-prodotti jitqiegħdu taħt is-sorveljanza kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Malli d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom iniżżlu fuqha d-data ta’ l-aċċettazzjoni, ir-robbi li għandhom jiġu dissussati għandhom jitqiegħdu taħt is-sorveljanza ta’ dawk l-awtoritajiet, li għandhom jistabbilixxu l-piż nett tal-prodotti u jdaħħlu dan fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

Il-perjodu li fih ir-robbi warranija għandhom jiġu dissussati għandu jkun, ħlief f’ċirkostanzi ta’ forża maġġuri, ta’ għaxart ijiem tax-xogħol mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 3.

Artikolu 5

1.   Wara t-tneħħija ta’ l-għadam, l-operatur għandu jissottometti għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti wieħed jew aktar “ċertifikati ta’ laħam bla għadam”, li mudelli dwarhom huma mogħtija fl-Annessi I u II u fil-kaxxa 7 iġibu n-numru taċ-ċertifikat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3(2).

2.   In-numri taċ-“ċertifikati tal-laħam dissussat” għandu jiddaħħal fil-kaxxa 9 taċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 3 (2). Dan iċ-ċertifikat ta’ l-aħħar, mimli kif għandu jkun, għandu jintbagħat mill-mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni meta “ċertifikati tal-laħam dissussat” li jikkorrispondu mal-kwantità sħiħa tal-laħam dissussat mir-robbi meħuda taħt sorveljanza ikunu ġew iċċertifikati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Iċ-“ċertifikati tal-laħam dissussat” għandhom jintbagħtu meta l-formalitajiet tad-dwana msemmija f’Artikolu 6 jkunu tlestew.

4.   Id-dissussar għandu jsir u l-formalitajjiet tad-dwana għall-esportazzjoni għandhom jitlestew fl-Istat Membru li fih l-annimali jkunu nqatlu.

Artikolu 6

1.   Il-formalitajiet tad-dwana għall-esportazzjoni mill-Komunità fil-każ tal-provvisti kif imsemmija f’Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jew għall-prodotti mqiegħda taħt arranġmenti relatati ma’ l-imħażen tad-dwana qabel l-esportazzjoni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1741/2006 tal-Kummissjoni (6) għandhom isiru fl-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 3 tiġi aċċettata.

2.   Fil-kaxxa 11 taċ-“ċertifikat tal-laħam bl-għadam” l-awtoritajiet tad-dwana għandhom idaħħlu n-numri tar-referenza u d-dati tad-dikjarazzjonijiet imsemmija f’Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

3.   Wara li l-formalitajiet tad-dwana li jkopru l-qatgħat għall-esportazzjoni jitlestew, “iċ-ċertifikat tal-laħam bl-għadam” għandu jintbagħat b’mezzi amministrattivi lill-aġenzija responsabbli għall-ħlas tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni.

Artikolu 7

1.   Ħlief fil-każi ta’ force majeure, ir-rifużjonijiet speċjali għandhom jingħataw bil-kundizzjoni li tiġi esportata l-kwantità totali tal-qatgħat li jirriżultaw bid-dissussar li jkun sar taħt is-superviżjoni skond Artikolu 3(3) u li jintwerew fuq iċ-ċertifikat/i kif previst f’Artikolu 5(1).

2.   Madankollu, l-operaturi għandhom jiġu awtorizzati biex ma jesportawx il-kwantità totali tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar tar-robbi warranija.

Jekk il-kwantità li għandha tiġi esportata tammonta għal mill-inqas 95 % tal-piż totali tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar taħt supervizjoni skond Artikolu 3(3), ir-rifużjoni speċjali għandha titħallas.

Jekk il-kwantità li għandha tiġi esportata tammonta għal mill-inqas 95 %, iżda mhux anqas minn 85 %, tal-piż totali tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar, ir-rifużjoni speċjali li għandha titħallas għandha titnaqqas.

L-ammont li bih ir-rata għandha titnaqqas għandu jiġi deċiż meta r-rata tar-rifużjoni konċernata tiġi ffissata jew mibdula. Dan għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fid-dawl tal-valur tad-diversi qatgħat li x’aktarx jibqgħu fis-suq tal-Komunità.

3.   L-għadam, l-għeruq il-kbar, il-qarquċa, il-bċejjeċ tax-xaħam u tilqit ieħor li jibqa’ wara d-dissussar jistgħu jinbiegħu fis-suq tal-Komunità.

4.   L-operaturi li jixtiequ jieħdu vantaġġ minn xi waħda mill-għażliet previsti fil-paragrafu 2 għandhom isemmu dan fid-dikjarazzjonijiet tagħhom kif previst f’Artikolu 3(1).

B’żieda ma’ dan, iċ-ċertifikat/i previst(i) f’Artikolu 5 (1) għandu/hom juri(u):

(a)

fil-kaxxa 4, il-piż totali nett tal-qatgħat li jirriżultaw mid-dissussar u, fejn jgħodd, iċ-ċertifikazzjoni:

“L-applikazzjoni ta’ Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru [1359/2007] — kondizzjoni 95 %”, jew

“L-applikazzjoni ta’ Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1964/82 [1359/2007] — kondizzjoni 85 %”;

(b)

fil-kaxxa 6, il-piż nett li għandu jiġi esportat.

5.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd ta’ tipi ta’ qatgħat li l-operaturi jistgħu jiddeċiedu li ma jesportawx għal tnejn kull operazzjoni ta’ dissussar.

6.   Jekk il-kwantità esportata tkun anqas mill-piż li jidher fil-kaxxa 6 taċ-ċertifikat/i previst/i f’Artikolu 5 (1), ir-rifużjoni speċjali għandha titnaqqas. Il-perċentwal tat-tnaqqis għandu jkun:

(a)

meta d-differenza bejn il-piż esportat u dak li jidher fil-kaxxa 6 taċ-ċertifikat/i previst/i f’Artikolu5 (1) jinstab li ma jkunx jeċċedi l-10 %, ħames darbiet tal-perċentwal tad-differenza fil-piż;

(b)

fil-każi l-oħra, 80 % tar-rata tar-rifużjoni fuq prodotti koperti, skond kif ikun il-każ, bil-kodiċi NM 0201 30 00 9100 jew 0201 30 00 9120, applikabbli fid-data li tidher fil-kaxxa 21 tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li fuq il-bażi tagħha l-formalitajiet imsemmija f’Artikolu 5(1) jew 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ikunu saru.

Il-piena prevista f’Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 m’għandhiex tapplika fil-każi koperti b’dan il-paragrafu.

Artikolu 8

Permezz ta’ deroga minn Artikolu 5(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu:

(a)

li “ċertifikat ta’ laħam dissussat” wieħed li jkun ikopri l-kwantità sħiħa ta’ laħam li jirriżulta mill-operazzjoni tad-dissussar jinħareġ flimkien maċ-ċertifikat imsemmi f’Artikolu 3(2);

(b)

li ż-żewġ ċertifikati imsemmija f’punt (a) jitressqu simultanjament meta l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni tad-dwana jkunu tlestew;

(ċ)

li ż-żewġ ċertifikati imsemmija f’punt (a) jintbagħtu flimkien taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 6(3).

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għas-sorveljanza u għandhom javżaw b’dawn lill-Kummissjoni. Dawn għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex is-sostituzzjoni tal-prodotti in kwistjoni tkun impossibbli, b’mod partikolari billi tiġi identifikata kull biċċa laħam.

2.   Ebda laħam ħlief dak kopert b’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-laħam tal-majjal, ma jista’ jkun preżenti fil-kamra tad-dissussar meta l-laħam in kwistjoni jkun qiegħed jiġi dissussat, imnaddaf jew ippakkjat.

3.   It-tneħħija ta’ l-għadam tal-kwarti ta’ quddiem u tal-kwarti ta’ wara fl-istess ħin u fl-istess kamra tad-dissussar għandu jkun ipprojbit.

4.   Il-boroż, il-kaxxi jew materjal ieħor ta’ l-ippakkjar li fihom jitqiegħdu l-qatgħat dissussati għandhom ikunu ssiġillati uffiċjalment mill-awtoritajiet kompetenti u jkollhom fuqhom il-partikolaritajiet li jippermettu li l-laħam dissussat ikun jista’ jiġi identifikat, b’mod partikolari l-piż nett, it-tip u l-għadd tal-qatgħat u n-numru tas-serje.

Artikolu 10

Fil-każ taċ-ċertifikati previsti f’Artikolu 5 (1), iċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti kull tliet xhur u li jkopru qatgħat dissussati li jirriżultaw minn robbi warranija, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dan li ġej fit-tieni xahar wara kull tliet xhur:

(a)

il-piż totali nett li jidher fiċ-ċertifikati koperti mill-każi previsti f’Artikolu 7 (1);

(b)

il-piż totali nett li jidher fiċ-ċertifikati koperti mill-każi previsti f’Artikolu 7 (1) — kondizzjoni 95 %;

(ċ)

il-piż totali nett li jidher fiċ-ċertifikati koperti mill-każi previsti f’Artikolu 7 (1) — kondizzjoni’ 85 %.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KEE) Nru 1964/82 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għand jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).

(3)  Ara l-Anness III.

(4)  ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3.

(5)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1001/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 9).

(6)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7.


ANNESS I

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82

(ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3169/87

(ĠU L 301, 24.10.1987, p. 21)

l-Artikolu 1(2) biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2469/97

(ĠU L 341, 12.12.1997, p. 8)

l-Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1452/1999

(ĠU L 167, 2.7.1999, p. 17)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1470/2000

(ĠU L 165, 6.7.2000, p. 16)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2772/2000

(ĠU L 321, 19.12.2000, p. 35)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006

(ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11)

l-Artikolu 2 biss


ANNESS IV

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 1964/82

Dan ir-Regolament

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1

Artikolu 1, it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 2(a)

Artikolu 1, it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 2(b)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6(1), (2) u (3)

Artikolu 7(1), (2) u (3)

Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(5)

Artikolu 6(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 7(6), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 6(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 7(6), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 6(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 8(a)

Artikolu 7(1), it-tieni inċiż

Artikolu 8(b)

Artikolu 7(1), it-tielet inċiż

Artikolu 8(ċ)

Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(1)

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 8, it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(3)

Artikolu 8, ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 9(4)

Artikolu 9, l-ewwel inċiż

Artikolu 10(a)

Artikolu 9, it-tieni inċiż

Artikolu 10(b)

Artikolu 9, it-tielet inċiż

Artikolu 10(ċ)

Artikolu 11

Artikolu 10

Artikolu 12

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1360/2007

tal-21 ta’ Novembru 2007

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mit-22 ta’ Novembru 2007 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

18,58

7,01

1701 11 90  (1)

18,58

12,94

1701 12 10  (1)

18,58

6,82

1701 12 90  (1)

18,58

12,42

1701 91 00  (2)

19,69

16,62

1701 99 10  (2)

19,69

11,18

1701 99 90  (2)

19,69

11,18

1702 90 99  (3)

0,20

0,44


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/34


DECIZJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3(2)(ċ) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

(2007/751/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2005,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Att ta’ l-Adeżjoni”) u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni, imfassla abbażi ta’ l-Artikolu K.3(2)(ċ) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali”) ġiet iffirmata fis-26 ta’ Mejju 1997 u daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2005.

(2)

Wara l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, L-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom dwar l-adeżjoni fil-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali.

(3)

L-Artikolu 3 (3) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni jipprovdi li l-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jaċċedu għall-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi mill-Istati Membri, elenkati fl-Anness I ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, li jiġbor, inter alia, il-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija fid-data determinata mill-Kunsill.

(4)

Konformement ma’ l-Artikolu 3(4) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, il-Kunsill għandu jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa, minħabba l-adeżjoni, f’dawk il-konvenzjonijiet u protokolli,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali għandha tidħol fis-seħħ għall-Bulgarija u r-Rumanija fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali, imfassal fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena (3), għandu jkun awtentiku taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  Opinjoni ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2.

(3)  Il-verżjoni Bulgara u Rumena tal-Konvenzjoni għandhom ikunu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-ĠU f’data aktard tard.


Kummissjoni

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ embrijoni fil-Kanada, fi New Zealand u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5457)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/752/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju f’pajjiżi terzi u l-importazzjoni minnhom ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni tal-bovini lill-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni biss minn pajjiżi terzi fejn inġabru, ġew ipproċessati u nħażnu minn gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u gruppi ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni elenkati f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

New Zealand talbet li jitneħħa tim wieħed mill-gruppi ta’ ġbir ta’ l-embrijoni mil-lista fir-rigward ta’ l-entrati għal dan il-pajjiż.

(3)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbu li jsiru emendi għall-entrati ta’ dawk il-pajjiżi f’dawk il-listi fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijoni.

(4)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward ta’ konformità mar-regoli adattati stipulati fid-Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi kkonċernati ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijoni ġew uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dawk il-pajjiżi.

(5)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/558/KE (ĠU L 212, 14.8.2007, p. 18).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni mill-Kanada E876 hija mibdula b’dan li ġej:

“CA

 

E876

 

22 rue Principale

Plaisance, Québec J0V 1S0

Dr Pierre Thibaudeau”

(2)

ir-ringiela għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni minn New Zealand NŻEB11 hija mħassra.

(3)

ir-ringiela ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 91TX050 E548 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

91TX050

E548

 

Buzzard Hollow Ranch

500 Coates RD

Granbury, TX 67048

Dr Brad Stroud”

(4)

ir-ringiela ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 91TN006 E538 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

91TN006

E538

 

Harrogate Genetics Intl, INC

6664 Cumberland Gap PKWY

Harrogate, TN 37752

Dr Edwin Robertson”

(5)

ir-ringiela ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għall-grupp ta’ ġbir ta’ embrijuni Nru 91TN007 E538 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

91TN007

E538

 

Harrogate Genetics Intl, INC

6664 Cumberland Gap PKWY

Harrogate, TN 37752

Dr Sam Edwards”

(6)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

“US

 

07NC132

E705

 

PVC Embryo Services

110 Hyman DR

Postville, IA 52162

Dr Justin Helgerson”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/38


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/753/PESK

tad-19 ta’ Novembru 2007

dwar appoġġ għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ta’ l-AIEA fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva; il-Kapitolu III ta’ l-Istrateġija fih lista ta’ miżuri biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni li jeħtieġ li jittieħdu kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll f’pajjiżi terzi.

(2)

L-Unjoni Ewropea qed timplimenta b’mod attiv l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari bir-rilaxx ta’ riżorsi finanzjarji għall-appoġġ ta’ proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika (AIEA).

(3)

L-Unjoni Ewropea appellat ripetutament lir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) biex tikkonforma ma’ l-obbligi tagħha taħt it-Trattat ta’ Non-Proliferazzjoni ta’ Armi Nukleari (NPT) u timplimenta l-ftehim ta’ salvagwardji komprensivi tagħha f’kooperazzjoni sħiħa ma’ l-AIEA.

(4)

L-Unjoni Ewropea appoġġat kontinwament l-isforzi fil-qafas tat-taħditiet bejn sitt partijiet, bil-mira li tinstab soluzzjoni diplomatika għas-sitwazzjoni nukleari fil-peniżola Koreana, inkluż permezz ta’ sostenn politiku u finanzjarju għall-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-Enerġija fil-Peniżola Koreana (KEDO). Bl-istess spirtu, l-Unjoni Ewropea laqgħet id-Dikjarazzjoni Konġunta tad-19 ta’ Settembru 2005 u l-Azzjonijiet Inizjali tat-13 ta’ Frar 2007.

(5)

Fid-9 ta’ Lulju 2007, il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-AIEA awtorizza lid-Direttur Ġenerali tiegħu biex jimplimenta arranġamenti ad hoc għall-monitoraġġ u l-verifika ta’ l-għeluq ta’ l-installazzjonijiet nukleari fir-RDPK, skond ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta’ l-AIEA lill-Bord tal-Gvernaturi.

(6)

Skond l-Azzjonijiet Inizjali tat-13 ta’ Frar 2007, f’Lulju 2007, ir-RDPK pproċediet bl-għeluq ta’ l-installazjonijiet nukleari u stiednet lill-AIEA biex tagħmel monitoraġġ ta’ l-għeluq. Sussegwentement, dan l-għeluq ġie kkonfermat mill-AIEA.

(7)

L-Unjoni Ewropea laqgħet din l-azzjoni mwettqa mir-RDPK bħala l-ewwel pass ferm importanti fit-triq lejn l-iżmantellament tal-programmi nukleari tar-RDPK u d-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana.

(8)

Ladarba l-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti ad hoc ma jistgħux attwalment jiġu koperti mill-baġit normali għas-salvagwardji ta’ l-AIEA, jeħtieġ li jsiru biżżejjed kontributi extra-baġitarji sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati l-arranġamenti ad hoc, sakemm ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni fil-baġit regolari ta’ l-AIEA,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni immedjata u prattika ta’ wħud mill-elementi ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva, l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ta’ l-AIEA, li jitwettqu skond l-arranġamenti eżistenti għall-monitoraġġ u l-verifika, kif miftiehem bejn ir-RDPK u l-AIEA, sabiex jitmexxew 'il quddiem l-objettivi li ġejjin:

(a)

li jsir kontribut għall-proċess ta’ bini ta’ fiduċja mmirat għall-eliminazzjoni tal-programm(i) nukleari tar-RDPK, permezz tal-kontinwazzjoni tal-monitoraġġ u l-verifka ta’ l-għeluq tal-faċilitajiet nukleari tar-RDPK;

(b)

li jiġi żgurat l-involviment kontinwu u attiv ta’ l-Unjoni Ewropea fl-isforzi għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni diplomatika għall-kwistjoni nukleari Koreana;

(ċ)

li jiġi aċċertat li l-AIEA jkollha disponibbli biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jitwettqu l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika rigward l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjonijiet Inizjali tat-13 ta’ Frar 2007, miftiehma fil-qafas tad-taħditiet bejn is-sitt partijiet.

Il-kontribuzzjoni ta’ l-UE ser tiġi użata għall-finanzjament tar-riżorsi u l-ivjaġġar tal-persunal, it-tagħmir u t-trasport, il-kiri ta’ bini fir-RDPK u spejjeż relatati, kif ukoll l-ispejjeż għall-komunikazzjonijiet u l-akkwist ta’ teknoloġija ta’ l-informazzjoni.

Deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn l-attivitajiet hija esposta fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-Presidenza, assistita mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-PESK (SĠ/RGħ), għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ.

2.   L-implimentazzjoni teknika ta’ l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandha titwettaq mill-AIEA. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza. Għal dan l-għan, is-SĠ/RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa ma’ l-AIEA.

3.   Il-Presidenza, is-SĠ/RGħ u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin regolarment infurmati dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun ta’ EUR 1 780 000 li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata skond il-proċeduri u r-regoli tal-Komunità applikabbli għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni xierqa tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2, li għandha tieħu l-forma ta’ għotja. Għal dan l-għan hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament ma’ l-AIEA. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-AEIA għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni ta’ l-UE, adegwatament għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta abbażi ta’ rapporti ppreparati mis-Segretarjat ta’ l-AIEA għall-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-AIEA, li ser ikunu ppreżentati lill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ. Hija għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji ta’ l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 5

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 18-il xahar wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


ANNESS

Appoġġ ta’ l-UE għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ta’ l-AIEA fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva

1.   Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ta’ l-AIEA fir-RDPK

F’Marzu 2007, id-Direttur Ġenerali ta’ l-AIEA informa lill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu li fit-13 ta’ Frar 2007 l-Partijiet għat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet qablu f’Beijing, iċ-Ċina, dwar Azzjonijiet Inizjali għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta maħruġa minnhom fid-19 ta’ Settembru 2005. Huwa informa wkoll lill-Bord tal-Gvernaturi li fit-23 ta’ Frar 2007 kien irċieva stedina mir-RDPK biex iżur ir-RDPK biex “jiżviluppaw ir-relazzjonijiet bejn ir-RDPK u l-AIEA, kif ukoll biex jiddiskutu problemi ta’ interess reċiproku”. Fl-Azzjonijiet Inizjali l-Partijiet qablu, inter alia, li r-RDPK “ser tagħlaq u tissiġilla, għall-fini ta’ abbandun eventwali, il-faċilità nukleari ta’ Yongbyon, inkluża l-faċilità ta’ pproċessar mill-ġdid, u tistieden lura lill-persunal ta’ l-AIEA biex iwettaq kull monitoraġġ u verifika meħtieġa kif miftiehem bejn l-AIEA u r-RDPK”. Il-Bord tal-Gvernaturi laqa’ l-ftehim dwar l-Azzjonijiet Inizjali u esprima l-fehma li soluzzjoni nnegozjata b’suċċess ta’ din il-kwistjoni li ilha pendenti, filwaqt li jinżamm ir-rwol essenzjali ta’ verifika ta’ l-AIEA, tkun kisba sinifikanti għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Bord tal-Gvernaturi laqa’ l-istedina estiża lid-Direttur-Ġenerali mir-RDPK biex iżur ir-RDPK.

Id-Direttur Ġenerali żar ir-RDPK fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2007 u rraporta lura lill-Bord tal-Gvernaturi f’Ġunju 2007 dwar ir-riżultati taż-żjara tiegħu. Il-Bord tal-Gvernaturi, filwaqt li enfasizza l-importanza ta’ djalogu kontinwu biex tinkiseb soluzzjoni paċifika u komprensiva tal-kwistjoni nukleari fir-RDPK u denuklearizzazzjoni bikrija tal-Peniżola Koreana, laqa’ ż-żjara tad-Direttur Ġenerali fir-RDPK u d-diskussjonijiet tiegħu ma’ uffiċċjali tar-RDPK li kienu ffukaw fuq l-istabbiliment mill-ġdid tar-relazzjoni bejn ir-RDPK u l-AIEA.

Fis-16 ta’ Ġunju 2007 d-Direttur Ġenerali rċieva stedina mir-RDPK biex jibgħat tim mill-AIEA biex jiddiskuti kwistjonijiet proċedurali relatati ma’ l-arranġament ta’ monitoraġġ u ta’ verifika dwar l-għeluq tal-faċilità nukleari ta’ Yongbyon. Din l-ittra u t-tweġiba tad-Direttur Ġenerali, datata t-18 ta’ Ġunju 2007, ġew iċċirkolati lill-Bord tal-Gvernaturi.

Tim mill-AIEA, immexxi mill-Viċi Direttur Ġenerali għas-Salvagwardji, żar ir-RDPK waqt il-perijodu bejn is-26 u d-29 ta’ Ġunju 2007. It-tim żar l-Impjant ta’ Fabrikazzjoni ta’ Fjuwil Nukleari, l-Impjant ta’ Enerġija Nukleari Sperimentali ta’ 5 MW(e), il-Laboratorju Radjukimiku (impjant ta’ riproċessar) u l-Impjant ta’ Enerġija Nukleari ta’ 50 MW(e) (qed jinbena), li jinsabu kollha f’Yongbyon. Ir-RDPK informa lit-tim li dawn il-faċilitajiet, u l-Impjant ta’ Enerġija Nukleari ta’ 200 MW(e) (qed jinbena), li jinsab f’Taechon, jiġu magħluqa u ssiġillati skond l-Azzjonijiet Inizjali.

Matul iż-żjara tat-tim mill-AIEA lir-RDPK, intlaħaq qbil dwar l-arranġament li ġej:

(a)

l-AIEA għandha tirċievi mir-RDPK lista ta’ faċilitajiet li ngħalqu u/jew ġew issiġillati, u sussegwentement l-AIEA għandha tinżamm informata dwar l-istatus tagħhom bil-ħsieb tal-monitoraġġ u l-verifika ta’ l-għeluq u/jew l-issiġillar tal-faċilitajiet iddikjarati;

(b)

l-AIEA għandu jkollha aċċess għall-faċilitajiet u t-tagħmir kollha li ngħalqu u/jew ġew issiġillati għall-fini ta’ l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika tagħha;

(ċ)

l-AIEA għandha tinstalla tagħmir adegwat ta’ konteniment u sorveljanza u tagħmir ieħor għall-monitoraġġ u l-verifika ta’ l-istatus ta’ faċilitajiet u tagħmir magħluqa u/jew issiġillati u tagħmel manutenzjoni tiegħu, kif meħtieġ. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu applikati miżuri ta’ trażżin u sorveljanza minħabba raġunijiet prattiċi, l-AIEA u r-RDPK għandhom jiftiehmu dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri adegwati oħra ta’ verifika;

(d)

l-AIEA għandha teżamina u tivverifika l-informazzjoni dwar it-tfassil tal-faċilitajiet li ngħalqu u/jew ġew issiġillati u tiddokumenta l-istatus ta’ dawn il-faċilitajiet bir-ritratti jew permezz ta’ reġistrazzjonijiet video. Għandha titwettaq perjodikament verifika mill-ġdid ta’ din l-informazzjoni;

(e)

l-AIEA għandha tkun informata minn qabel jekk ir-RDPK jkollha l-ħsieb tbiddel it-tfassil u/jew l-istatus tal-faċilitajiet u t-tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru konsultazzjonijiet mar-RDPK dwar l-impatt li dan it-tibdil jista’ jkollu fuq il-ħidma ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ta’ l-AIEA;

(f)

l-AIEA għandha tkun informata minn qabel jekk ir-RDPK jkollha l-ħsieb iċċaqlaq jew tneħħi kwalunkwe tagħmir relatat ma’ l-enerġija nukleari jew tagħmir jew komponenti oħra essenzjali mill-faċilitajiet nukleari magħluqa jew tiddiżattiva kwalunkwe waħda minn dawn il-faċilitajiet. L-AIEA għandha tingħata aċċess adegwat biex tivverifika dan it-tagħmir, komponenti u/jew attivitajiet;

(g)

ir-RDPK għandha żżomm ir-reġistri kollha rilevanti għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika ta’ l-AIEA;

(h)

l-AIEA għandha tiġi pprovduta bil-viżi meħtieġa għall-persunal ta’ l-AIEA, u għandhom jiġu estiżi lilha l-istess privileġġi u immunitajiet bħal dawk stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika (INFCIRC/9/Rev.2) għall-proprjetà, il-fondi u l-assi ta’ l-AIEA, kif ukoll għall-persunal tagħha u uffiċjali oħra fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-arranġament;

(i)

l-AIEA għandha tingħata informazzjoni kompleta dwar il-proċeduri tas-saħħa u s-sigurtà fil-faċilitajiet rilevanti;

(j)

l-AIEA u r-RDPK għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni;

(k)

il-miżuri msemmija hawn fuq għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni perjodika mir-RDPK u mill-AIEA.

L-AIEA hija awtorizzata skond l-Artikolu III.A.5 ta’ l-Istatut tagħha li “… tapplika salvagwardji, fuq it-talba tal-partijiet, għal kwalunkwe arranġament bilaterali jew multilaterali, jew fuq it-talba ta’ Stat, għal kwalunkwe attività ta’ dak l-Istat fil-qasam ta’ l-enerġija atomika”. Dan l-awtorizzazzjoni ma teħtieġx li l-Istat ikun membru ta’ l-AIEA u ma tippreskrivix forma jew sustanza partikolari għal arranġamenti ta’ salvagwardja. Il-monitoraġġ u l-verifika fir-RDPK għandhom għaldaqstant ikunu konsistenti ma’ l-Istatut. F’dan l-istadju, tali monitoraġġ u verifika għandhom jiġu implimentati skond arranġamenti ad hoc msemmi fil-premessa (5) ta’ l-Azzjoni Konġunta.

L-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika fir-RDPK ma kinux previsti u għaldaqstant ma hemm ebda provvediment għat-tmexxija ta’ tali monitoraġġ u verifika fil-baġit attwali ta’ l-AIEA jew fil-baġits proposti għall-bijennju 2008-2009. L-ispejjeż stmati biex ikopru dawn l-attivitajiet huma 2,2 miljun EUR għall-2007 u l-2008, rispettivament, ibbażat fuq l-arranġamenti attwali għall-monitoraġġ u l-verifika bejn ir-RDPK u l-AIEA. Madankollu, fid-dawl tal-progess li sar fil-proċess ta’ taħditiet bejn is-sitt partijiet u sehem akbar possibbli għall-AIEA fil-monitoraġġ u l-verifika ta’ ftehimiet milħuqa, il-ħtieġa għal mezzi finanzjarji addizzjonali tista’ togħla fil-futur.

2.   Objettivi

Il-monitoraġġ u l-verifika ta’ l-AIEA jibqgħu għodda indispensabbli għall-bini ta’ fiduċja fost l-Istati fir-rigward ta’ impenji ta’ non-proliferazzjoni nukleari, u għall-avanz ta’ l-użu paċifiku ta’ materjal nukleari.

Objettiv ġenerali u fini tal-proġett:

li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika fir-RDPK, skond l-Azzjonijiet Inizjali tat-13 ta’ Frar 2007, kif miftiehem fil-qafas tat-taħditiet bejn is-sitt partijiet.

Riżultati tal-proġett:

it-tkomplija tal-monitoraġġ u l-verifika mill-AIEA ta’ l-għeluq ta’ l-installazzjonijiet nukleari msemmijin hawn fuq fir-RDPK.

3.   Tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali stmat meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta huwa ta’ 18-il xahar.

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarju ta’ din l-Azzjoni Konġunta hija l-AIEA.

5.   Entità ta’ Implimentazzjoni

L-AIEA ser tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-proġett. Il-proġett ser jiġi implimentat direttament mill-AIEA, jiġifieri mill-persunal tad-Dipartiment tas-Salvagwardji ta’ l-AIEA. Fil-każ ta’ kuntratturi, l-akkwist ta’ kwalunkwe prodotti, xogħlijiet jew servizzi mill-AIEA fil-kuntest ta’ din l-Azzjoni Konġunta ser titwettaq skond ir-regoli applikabbli u l-proċeduri ta’ l-AIEA, kif dettaljati fil-Ftehim dwar il-Kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea ma’ l-AIEA.

L-entità ta’ implimentazzjoni ser tipprepara rapporti abbażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-AIEA. Dawn ir-rapporti jiġu ppreżentati lill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ għall-PESK.

6.   Parteċipanti Terzi

Mhux ser ikun hemm parteċipanti terzi.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

The EEA Joint Committee

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 63/2007

tal-15 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2006 tas-7 ta' Lulju 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (2).

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Protokoll 31 għall-Ftehim jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 1(5) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

“—

32006 D 1982: Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Alan SEATTER

Il-President


(1)  ĠU L 289, 19.10.2006, p. 50.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2007

tal-15 ta' Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2005 tat-8 ta' Lulju 2005 (1).

(2)

Huwa kunsiljabbli li l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perijodu 2007-2013 (2).

(3)

Huwa kunsiljabbli li l-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (3).

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Protokoll 31 għall-Ftehim jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-koperazzjoni sseħħ mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2k:

“2l.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, jipparteċipaw f'dawn il-programmi:

32006 D 1719: Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perijodu 2007-2013 (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30),

32006 D 1720: Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).”

(2)

It-test tal-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim għall-programmi u azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d, 2e, 2f, 2g, 2h, 2i, 2j, 2k u 2l.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Alan SEATTER

Il-President


(1)  ĠU L 306, 24.11.2005, p. 45.

(2)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

(3)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2007

tal-15 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendata bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'l quddiem msejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2006 tas-27 ta’ Ottubru 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali – Progress (2), kif rettifikata mill-ĠU L 65, 3.3.2007, p. 12.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tibda sseħħ b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Portokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

Il-paragrafu 5 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“5.   L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-programmi u azzjonijiet tal-Komunità li jirreferu għalihom l-ewwel żewġ inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta’ Jannar 1996, fil-programm li jirreferi għalih it-tielet inċiż mill-1 ta’ Jannar 2000, fil-programm li jirreferi għalih ir-raba' inċiż mill-1 ta’ Jannar 2001, fil-programmi li jirreferu għalihom il-ħames u s-sitt inċiż mill-1 ta’ Jannar 2002 u fil-programmi li jirreferu għalihom is-seba' u t-tmien inċiż mill-1 ta’ Jannar 2004 u fil-programmi li jirreferu għalihom fid-disa' u fl-għaxar inċiż mill-1 ta’ Jannar 2007.”

2)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrafu 8:

“—

32006 D 1672: Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1), kif rettifikata mill-ĠU L 65, 3.3.2007, p. 12.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 366, 21.12.2006, p. 83.

(2)  ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2007

tal-15 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2004 tat-8 ta’ Ġunju 2004 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tkun estiża sabiex tkun inkluża d-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk ikun emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 6 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 3:

“3a.   L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007, jieħdu sehem fil-programm li ġej:

32006 D 1926: Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39).”

(2)

It-test tal-paragrafu 4 għandu jkun sostitwit mit-test li ġej:

“L-Istati ta’ l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 3a skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.”

(3)

It-test tal-paragrafu 5 għandu jkun sostitwit mit-test li ġej:

“L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 3a, jipparteċipaw bis-sħiħ fil-kumitati tal-KE u korpi oħra li jassistu lill-Kummissjoni tal-KE fit-tmexxija jew l-iżvilupp ta’ dawk l-attivitajiet.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 52.

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ bħala “l-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-programm ta’ qafas għall-kompetittività u l-kompetizzjoni (2007-2013) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tkun tista' sseħħ b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 7(5) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32006 D 1639: Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15)”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 45

(2)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2007

tal-15 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem tissejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru 107/2005 tat-8 ta’ Lulju 2005 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li timplimenta programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2), kif rettifikata mill-ĠU L 31, 6.2.2007, p. 10.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din l-estensjoni tal-kooperazzjoni sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 9(4) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32006 D 1718: Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12, kif rettifikata mill-ĠU L 31, 6.2.2007, p. 10).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 306, 24.11.2005, p. 45.

(2)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 69/2007

tal-15 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2005 tat-8 ta’ Lulju 2005 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (2).

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Protokoll 31 għall-Ftehim jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-koperazzjoni sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 13(4) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

“—

32006 D 1855: Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Dicembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 306, 24,11,2005, p. 45.

(2)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim tal-KEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2005 tal-21 ta' Ottubru 2005 (1).

(2)

Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta' assistenza finanzjarja mill-Komunità biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tal-ġarr tal-merkanzija (Marco Polo II) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat biex din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja mill-Komunità biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tal-ġarr tal-merkanzija (il-Programm Marco Polo) (3), bħalissa huwa inkluż taħt l-Artikolu 3 (Ambjent) tal-Protokoll 31 mal-Ftehim.

(5)

Ikun aktar korrett li wieħed jirreferi għar-Regolament (KE) Nru 1382/2003 taħt it-titolu “Trasport u mobbiltà” u għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 għandu jitqiegħed fl-Artikolu 12 tal-Protokoll 31 mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-Artikolu 12 tal-Protokoll 31 mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

(i)

It-test tal-paragrafu 2 għandu jiġi innumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 4 u floku jidħol dan li ġej:

“2. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-azzjonijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.”

(ii)

Għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

1.“2.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2004, jieħdu sehem fil-programm li ġej:

32003 R 1382: Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja mill-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tal-ġarr tal-merkanzija (il-Programm Marco Polo) (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1), kif emendat bi:

32004 R 0788: Ir-Regolament (KE) Nru 788/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-21 ta' April 2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 17).

1.3.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom, b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, jieħdu sehem fil-programm li ġej:

32006 R 1692: Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm ‘Marco Polo’ għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tal-ġarr tal-merkanzija (Marco Polo II) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1), kif korrett mill-ĠU L 65, 3.3.2007, p. 12.”

(iii)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 4 l-ġdid:

“5.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Kumitati tal-KE li jassistu lill-Kummissjoni tal-KE fit-tmexxija, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Komunità msemmija fil-paragrafi 2 u 3.”

2.   It-test tal-paragrafu 7(ċ) fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 31 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Alan SEATTER

Il-President


(1)  ĠU L 14, 19.1.2006, p. 24.

(2)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali


22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2006,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

(1)

Il-kliem “is-snin 2004, 2005 u 2006” fil-paragrafu 6 għandhom jinbidlu bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006 u 2007”.

(2)

Il-kliem “is-sena 2006” fil-paragrafu 7 għandhom jinbidlu bil-kliem “is-snin 2006 u 2007”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 45.

(*)  M'hemm ebda rekwiżiti kostituzzjonali indikati.