ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
13 ta' Novembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1320/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skond id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’depożitu ċentrali ta’ tagħrif ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1322/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea ta’ statistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trasmissjoni, ir-riżultati li għandhom jiġu trasmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għas-sistema prinċipali ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1323/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ firocoxib ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1325/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żoni V b u VI b ta' l-ICES; fl-ilmijiet tal-KE taż-żona VI a N, min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1326/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u II b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

19

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Parlament Ewropew u Kunsill

 

 

2007/726/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

21

 

 

Kunsill

 

 

2007/727/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 li tawtorizza lir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tirratifika, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004 li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Pariġi tat-29 ta’ Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta’ Terzi Persuni fil-Qasam ta’ l-Enerġija Nukleari

23

 

 

2007/728/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2007 li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

25

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/729/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-istituti Statali (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5311)  ( 1 )

26

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1303/2007 tal-5 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rapurtar elettroniku ta’ l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni ( ĠU L 290 8.11.2007 )

36

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1320/2007

tat-12 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Novembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

69,9

MK

18,4

TR

88,6

ZZ

59,0

0707 00 05

JO

196,3

MA

237,9

TR

104,5

ZZ

179,6

0709 90 70

MA

74,2

TR

96,7

ZZ

85,5

0805 20 10

MA

93,3

ZZ

93,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

69,1

TR

81,8

UY

94,2

ZZ

81,7

0805 50 10

AR

63,6

TR

93,5

ZA

62,8

ZZ

73,3

0806 10 10

BR

233,7

TR

129,8

US

291,2

ZZ

218,2

0808 10 80

AR

80,9

CA

111,1

CL

33,5

MK

29,7

US

99,3

ZA

89,0

ZZ

73,9

0808 20 50

AR

49,4

CN

51,9

TR

129,4

ZZ

76,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1321/2007

tat-12 ta’ Novembru 2007

li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skond id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’depożitu ċentrali ta’ tagħrif

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/42/KE titlob li jiġu stabbiliti sistemi nazzjonali ta’ rapportar ta’ okkorrenzi, sabiex tiżgura li dan ir-rappurtar ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili jsir, jinġabar, u jiġi evalwat, ipproċessat u maħżun f’databases nazzjonali.

(2)

L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-iskambju ta’ tagħrif rilevanti u l-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ dan it-tagħrif bl-iskop uniku li jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti ta’ l-avjazzjoni, mingħajr ma dan jiddetermina ta’ min ikunu l-ħtija u r-responsabbiltà u l-anqas ma jevalwa s-sikurezza.

(3)

Għandu jsir l-aħjar użu mit-teknoloġija moderna għat-trasferiment ta’ tagħrif mingħajr ma jiġi pperikolat il-ħarsien tad-databases kollha.

(4)

L-aktar mod effikaċi għall-iskambju ta' għadd kbir ta' tagħrif bejn l-Istati Membri kollha huwa li jinħoloq depożitu ċentrali ta' tagħrif li jirċievi t-tagħrif mid-diversi databases nazzjonali u li jkun aċċessibbli mill-Istati Membri.

(5)

Sabiex jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull mekkaniżmu nazzjonali stabbilit skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/42/KE, id-dettalji li jirrigwardaw l-aġġornament ta’ tagħrif fornut mill-Istati Membri għandu jiġi stabbilit permezz ta’ protokoll tekniku li jkun hemm qbil dwaru bejn mill-Kummissjoni u minn kull Stat Membru.

(6)

Sabiex ikunu jistgħu jsiru proċeduri ta’ assikurazzjoni tal-kwalità u biex ma jkunx hemm duplikazzjoni f’rapportar ta’ okkorrenzi mill-Istati Membri, it-tagħrif miżmum fid-databases nazzjonali għandu jinżamm ukoll fid-depożitu ċentrali ta' tagħrif.

(7)

Sabiex l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/42/KE jiġi applikat sew, id-dritt ta’ aċċess għat-tagħrif skambjat għandu jingħata lil kwalunkwe entità li tirregola s-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili jew li tinvestiga l-aċċidenti u l-inċidenti ta’ avjazzjoni ċivili fil-Komunità.

(8)

B’konformità ma’ l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2003/42/KE, it-tagħrif li joħroġ minn aċċidenti u inċidenti serji investigati skond id-Direttiva 94/56/KE (2) għandu jinżamm f’dawn id-databases ukoll. Madankollu, waqt investigazzjoni, fid-databases għandha tiddaħħal biss dejta fattwali, filwaqt li t-tagħrif sħiħ dwar dawn l-aċċidenti u inċidenti serji jiddaħħal meta titlesta l-investigazzjoni.

(9)

Il-Kummissjoni għandha terġa’ teżamina r-rilevanza, fir-rigward ta’ sikurezza, tat-tagħrif skambjat hekk kif jgħaddu sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza fl-Ajru imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula miżuri li jikkonċernaw l-integrazzjoni ta’ tagħrif rilevanti relatat mas-sikurezza skambjat bejn Stati Membri f’depożitu ċentrali ta’ tagħrif, b’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/42/KE.

Artikolu 2

Depożitu ċentrali

1.   Il-Kummissjoni ser tistabbilixxi u tmexxi depożitu ċentrali li fih jinżamm it-tagħrif kollu li tirċievi mill-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/42/KE.

2.   Kull Stat Membru għandu jiftiehem mal-Kummissjoni dwar il-protokolli tekniċi relatati ma’ l-aġġornament tad-depożitu ċentrali permezz tat-trasferiment tat-tagħrif rilevanti kollu relatat mas-sikurezza miżmum fid-databases nazzjonali msemmi fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2003/42/KE. B'hekk ikun żgurat li t-tagħrif rilevanti kollu relatat mas-sikurezza miżmum fid-databases nazzjonali jiġi integrat fid-depożitu ċentrali.

3.   B’konformità ma’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/42/KE, kwalunkwe entità li tirregola s-sikurezza ta' l-avjazzjoni ċivili jew li tinvestiga l-aċċidenti u l-inċidenti ta’ avjazzjoni ċivili fil-Komunità għandu jkollha aċċess on-line għat-tagħrif kollu miżmum fid-depożitu ċentrali, għajr għat-tagħrif li jidentifika b’mod dirett lill-operatur jew lill-ajruplan suġġett għar-rapport ta’ okkorrenza.

4.   It-tagħrif li jista’ jibqa’ kunfidenzjali huwa, l-isem, id-designator code, il-kodiċi tas-sinjal jew in-numru tat-titjira ta’ l-operatur u l-marka ta’ reġistrazzjoni jew in-numru serjali/ta' kostruzzjoni ta’ l-ajruplan.

F’każijiet fejn dan it-tagħrif jitqies bħala neċessarju għall-analiżi tas-sikurezza, għandha tintalab l-awtorizzazzjoni ta’ l-Istat Membru li jkun għadda t-tagħrif.

Artikolu 3

Tagħrif dwar l-investigazzjonijiet

Waqt l-investigazzjoni, it-tagħrif fattwali bażiku dwar l-aċċidenti u l-inċidenti serji għandu jiġi trasferit għad-depożitu ċentrali. Meta titlesta l-investigazzjoni, għandu jiddaħħal it-tagħrif kollu, inkluż, meta disponibbli, sinteżi bl-Ingliż tar-rapport finali ta’ l-investigazzjoni.

Artikolu 4

Eżaminazzjoni mill-ġdid

Hekk kif jgħaddu sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha terġa’ teżamina r-rilevanza, fir-rigward ta’ sikurezza, tat-tagħrif miżmum u skambjat.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23.

(2)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 14.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176).


13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1322/2007

tat-12 ta’ Novembru 2007

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-sistema Ewropea ta’ statistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) fir-rigward tal-formati xierqa għat-trasmissjoni, ir-riżultati li għandhom jiġu trasmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għas-sistema prinċipali ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(7) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 stabbilixxa qafas metodoloġiku biex jintuża għall-ġbir ta' l-istatistika fuq bażi komparabbli għall-benefiċċji tal-Komunità u l-limiti ta' żmien għat-trasmissjoni u t-tixrid ta’ l-istatistika miġbura skond l-ESSPROS.

(2)

Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007, għandhom jiġu adottati miżuri implimentattivi marbuta mal-formati għat-trasmissjoni tad-data, ir-riżultati li għandhom jiġu trasmessi u l-kriterji għall-kejl tal-kwalità għas-sistema prinċipali ta’ ESSPROS u l-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri implimentattivi rikjesti mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 fir-rigward tas-sistema prinċipali ta’ ESSPROS (għal data kwantitattiva u għal informazzjoni kwalitattiva skond l-iskema u l-benefiċċji dettaljati) u fir-rigward tal-modulu tal-benefiċjarji tal-pensjonijiet għandhom ikunu kif stipulat fl-Annessi I u II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 113, 30.4.2007, p. 3.


ANNESS 1

IL-FORMATI XIERQA GĦAT-TRAŻMISSJONI U R-RIŻULTATI LI GĦANDHOM JIĠU TRAŻMESSI

1.   IL-FORMATI XIERQA GĦAT-TRAŻMISSJONI U R-RIŻULTATI LI GĦANDHOM JIĠU TRAŻMESSI GĦAS-SISTEMA PRINĊIPALI TA’ ESSPROS

1.1.   Lista ta’ skemi

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta permezz ta' tabella standard:

(1)

numru tas-serje għall-identifikazzjoni ta’ kull skema;

(2)

l-isem ta’ kull skema;

(3)

abbrevjazzjoni ta’ l-isem (fakultattiva);

(4)

il-klassifika ta’ l-iskemi bbażata fuq il-ħames kriterji stipulati fil-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.

1.2.   Data kwantitattiva

Il-kwestjonarju ta’ l-ESSPROS dwar id-data kwantitattiva jkopri l-irċevuti, in-nefqa u l-benefiċċji dettaljati.

1.2.1.   Organizzazzjoni tad-data

Id-data għandha tirreferi għal waħda mis-snin kalendarji li għaliha tkun ġiet trażmessa l-informazzjoni [skond l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)].

It-tabella standard għad-data annwali tinbena kif ġej:

ir-ringieli jikkorrispondu għall-klassifika dettaljata ta’ l-irċevuti, in-nefqa u l-benefiċċji;

il-kolonni jikkorrispondu għall-iskemi elenkati fit-tabella tal-“lista ta’ skemi” (kolonna waħda għal kull skema flimkien ma' kolonna waħda għat-total ta' l-iskemi kollha);

jekk tiżdied skema ġdida, dan għandu jsir billi tiżdied kolonna ġdida mat-tabella.

1.2.2.   Data li għandha tiġi trażmessa

Id-data fil-munita nazzjonali għandha tingħata għal kull sena fil-livell ta’ l-entrata elementari; il-biċċa l-kbira tad-data dettaljata għandha tingħata skema wara skema (l-aggregati jiġu kkalkulati awtomatikament bil-formoli).

1.2.3.   Manwal ta’ Referenza

Il-klassifika dettaljata biex tintuża għall-għoti tad-data hija stipulata fl-Appendiċi 1 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.

1.3.   Informazzjoni kwalitattiva skond l-iskema u l-benefiċċji dettaljati

Il-kwestjonarju ta’ l-ESSPROS għall-informazzjoni kwalitattiva jkopri l-oqsma speċifikati fl-Appendiċi 2 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.

1.3.1.   Organizzazzjoni tad-data

Id-data għandha tirreferi għal waħda mis-snin kalendarji li għaliha tkun ġiet trażmessa l-informazzjoni [skond l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)].

L-informazzjoni tikkonsisti minn:

informazzjoni rilevanti għall-iskemi operattivi kollha fil-pajjżi;

informazzjoni speċifika għall kull skema individwali.

1.3.2.   Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa

L-Istati Membri għandhom jipprovdu jew jaġġornaw informazzjoni kwalitattiva fuq kull skema u fuq kull benefiċċju dettaljat.

1.3.3.   Manwal ta’ Referenza

L-informazzjoni dettaljata li għandha tiġi trażmessa hija stipulata fl-Appendiċi 2 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.

2.   IL-FORMATI XIERQA GĦAT-TRAŻMISSJONI U R-RIŻULTATI LI GĦANDHOM JIĠU TRAŻMESSI GĦALL-MODULU DWAR IL-BENEFIĊJARJI TAL-PENSJONIJIET

Il-kwestjonarju ta’ l-ESSPROS dwar il-benefiċjarji tal-pensjonijiet huwa tabella standard.

2.1.   Organizzazzjoni tad-data

Id-data għandha tirreferi għal waħda mis-snin kalendarji li għaliha tkun ġiet trażmessa l-informazzjoni [skond l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 458/2007 dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)].

It-tabella standard għad-data annwali tinbena kif ġej:

ir-ringieli jikkorrispondu għall-kategoriji ta’ benefiċjarji tal-pensjonijiet ibbażati fuq il-klassifika fl-Appendiċi 3 tal-Manwal ta’ l-ESSPROS imħejji mill-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ l-Istati Membri.

il-kolonni jikkorrispondu għal skemi li għalihom hemm għallinqas kategorija ta’ benefiċjarji waħda.

2.2.   Data li għandha tiġi trażmessa

Data dwar il-benefiċjarji għandha tingħata għal kull sena.

Kwestjonarju

Il-kwestjonarju huwa tabella li għandha timtela biss għal dawk il-benefiċċji li għalihom saret xi nefqa fil-pajjiż ikkonċernat. Jekk tinbeda skema ġdida, tista’ tiżdied, iżda għandu jinżamm l-istess format. Il-karta għall-ġbir tad-data hija speċifika għal kull pajjiż u/jew għal kull sena.

Data ta' referenza

Il-ġbir tad-data ta' l-istokk għas-sena N jirreferi għall-għadd ta' benefiċjarji fi tmien is-sena kalendarja.

Data dwar is-sess

Id-data dwar il-benefiċjarji għandha titqassam skond is-sess. Din id-data hija obbligatorja biss għal-livell tat-total ta’ l-iskemi kollha.


ANNESS II

KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ

1.   KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ GĦAS-SISTEMA PRINĊIPALI TA’ L-ESSPROS

1.1.   Preċiżjoni u affidabilità

1.1.1.   Għal data kwantitattiva

1.1.1.1.   Kopertura tas-sorsi tad-data

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

it-tipi ta' sorsi użati: reġistri jew sorsi amministrattivi oħrajn, stħarriġiet, estimi, eċċ.;

rapporti dwar problemi (inkluż ittardjar) li jwasslu għall-istima tad-data;

l-iskemi koperti mit-tipi differenti ta’ sorsi;

fejn xieraq, il-benefiċċji kkonċernati mit-tipi differenti ta’ sorsi (jekk jintużaw sorsi multipli, eż. stħarriġiet ta’ l-ispiża tax-xogħol).

1.1.1.2.   Metodoloġiji u preżunzjonijiet użati fl-istima ta' l-istatistika

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

l-estimi għall-iskemi li għalihom m’hemmx data disponibbli;

l-estimi għal irċevuti, infiq u benefiċċji dettaljati nieqsa:

a)

jekk id-data tkun kompletament nieqsa;

b)

jekk is-suddiviżjoni għal benefiċċju wieħed jew grupp wieħed ta’ benefiċċji tkun nieqsa (eż. is-suddiviżjoni ta’ benefiċċju wieħed f’benefiċċju li jiddependi fuq id-dħul (means-tested) u f'benefiċċju li ma jiddependix fuq id-dħul jew is-suddiviżjoni ta' benefiċċju fi flus speċifiku għal funzjoni waħda f’bosta benefiċċji dettaljati).

1.1.1.3.   Reviżjoni ta' l-istatistika

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

bidliet fis-sorsi tad-data użati;

bidliet fil-metodi użati għall-istima tad-data;

reviżjonijiet tad-data minħabba aġġustamenti kunċettwali (pereżempju, aġġustamenti tal-kontijiet nazzjonali);

reviżjonijiet tad-data minħabba d-disponibilità ta’ l-istatistika finali;

reviżjonijiet tad-data minħabba azzjonijiet ta’ reviżjoni tal-kwalità.

1.1.2.   Għal informazzjoni kwalititattiva

Mhux applikabbli.

1.2.   Komparabilità

1.2.1.   Għal data kwantitattiva

Komparabilità ġeografika

Biex l-Eurostat ikun jista’ jevalwa l-komparabilità bjen il-pajjiżi, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar:

il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-iskemi;

il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-irċevuti, l-infiq u l-benefiċċji dettaljati;

il-każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija ESSPROS fl-għamla ta’ lista komprensiva.

1.2.2.   Għal informazzjoni kwalititattiva

Mhux applikabbli.

2.   KRITERJI GĦALL-KEJL TAL-KWALITÀ GĦALL-MODULU DWAR IL-BENEFIĊJARJI TAL-PENSJONIJIET

2.1.   Preċiżjoni u affidabilità

2.1.1.   Kopertura tas-sorsi tad-data

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

it-tipi ta' sorsi użati: reġistri jew sorsi amministrattivi oħrajn, stħarriġiet, estimi, eċċ.;

rapporti dwar problemi (inkluż l-ittardjar) li jwasslu għall-estimu tad-data;

l-iskemi koperti mit-tipi differenti ta’ sorsi;

2.1.2.   Metodoloġiji u preżunzjonijiet użati fit-trattament għadd doppju u fl-estimi

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

l-estimi għall-iskemi li għalihom m’hemmx data disponibbli;

it-trattament għall-għadd doppju

a)

għal kategorija ta’ pensjonijiet ġewwa skema waħda;

b)

bejniet l-iskemi (kategorija tal-pensjonijiet għall-iskemi kollha);

ċ)

bejn kategoriji tal-pensjonijiet li jiddependu fuq id-dħul u dawk li ma jiddependux fuq id-dħul;

d)

bejn kategoriji fl-aggregazzjoni.

2.1.3.   Reviżjoni ta' l-istatistika

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar:

bidliet fis-sorsi tad-data użata;

bidliet fil-metodi użati għall-istima tad-data;

reviżjonijiet tad-data minħabba d-disponibilità ta’ l-istatistika finali;

reviżjonijiet tad-data minħabba azzjonijiet ta’ reviżjoni tal-kwalità.

2.2.   Komparabilità

Komparabilità ġeografika

Biex l-Eurostat ikun jista’ jevalwa l-komparabilità bejn il-pajjiżi, l-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni dwar:

il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-iskemi;

il-grad ta’ kopertura f’termini ta’ l-benefiċjarji;

il-każijiet ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija ESSPROS fl-għamla ta’ lista komprensiva.

3.   SKEDA GĦALL-PRODUZZJONI TAR-RAPPORTI DWAR IL-KWALITÀ

3.1.   Għas-sistema prinċipali

Ir-rapporti dwar il-kwalità fuq is-sistema prinċipali isiru fuq bażi annwali. Ir-rapport tas-sena N għandu jiġi trażmess lill-Eurostat sa tmiem Settembru fis-sena N+2. Fuq din il-bażi l-Eurostat jipproduċi u jqassam verżjoni kkonsolidata ta’ dawn ir-rapporti sa tmiem Diċembru tas-sena N+2.

3.2.   Għall-modulu tal-benefiċjarji tal-pensjonijiet

Ir-rapporti dwar il-kwalità fuq il-modulu tal-benefiċjarji tal-pensjonijiet isiru fuq bażi annwali. Ir-rapport tas-sena N għandu jiġi trażmess lill-Eurostat sa tmiem Awissu fis-sena N+2. Fuq din il-bażi Eurostat jipproduċi u jqassam verżjoni kkonsolidata ta’ dawn ir-rapporti sa tmiem Novembru tas-sena N+2.


13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1323/2007

tat-12 ta’ Novembru 2007

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ firocoxib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1) u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu.

Wara li kkunsidrat l-opinjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini formulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha użati fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-animali li jagħtuna l-ikel għadhom ikunu eżaminati skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza firocoxib hija inkluża fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għal Equidae għall-muskolu, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi. Dawn il-limiti massimi provviżorji ta’ residwi (minn hawn ’il quddiem “MRLs”) skadew fl-1 ta’ Lulju 2007. Aktar data kienet provduta u eżaminata u wasslet il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (minn hawn ’il quddiem “CVMP” jirrikmanda li l-MRLs għal Firocoxib għandhom jiġu stabbiliti bħala definittivi u għalhekk jkunu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għall-Equidae għall-muskolu, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi.

(3)

Ir-rakkomandazzjoni tas-CVMP hija bbażata fuq stima proviżorja tas-sustanza u r-residwi tagħha li jistgħu jiġu inġestiti kuljum tul għomor mingħajr ebda riskju apprezzabbli għas-saħħa ta’ l-individwi esposti (minn hawn ’il quddiem “ADI”). Il-konsum ta’ kuljum aċċettabbli (ADI) temporanju stabbilit ġie determinat billi ġiet applikata metodoloġija differenti bħala l-metodu tas-soltu użat biex jistabbilixxi ADI ta’ mediċina veterinarja. Madanakollu, ġie applikat fattur ta’ sigurtà ogħla biex jikkumpensa għal dan l-użu sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda raġuni għalfejn wieħed jissoponi li r-residwi ta’ Firocoxib fil-livell propost għall-użu jippreżentaw periklu għas-saħħa tal-konsumatur,

(4)

Għalhekk huwa propost li Firocoxib jiġi inkluż fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 kif inhu xieraq,

(5)

Għandu jingħata perjodu adegwat qabel ma jiddaħħal fis-seħħ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jista’ jkun neċessarju, fid-dawl ta’ dan ir-Regolament, fl-awtorizzazzjonijiet li jdaħħlu l-prodotti mediċinali veterinarji konċernati fis-suq li ħarġu skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju li għandu x’jaqsam mal-prodotti mediċinali (2), biex jikkunsidraw dawn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-12 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1064/2007 (ĠU L 243, 18.9.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).


ANNESS

Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 (Lista ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom il-limiti massimi ta’ residwu huma ffissati):

4.   Aġenti kontra l-inflammazzjoni

4.1.   Aġenti kontra l-inflammazzjoni mhux sterojdjali

4.1.7.   Sulfonated fenyl lactones

Sustanz(i) farmakoloġikament attivi

Residwu li jindika marka

L-ispeċi ta’ l-annimal

MRLs

Tessuti fil-mira

Firocoxib

Firocoxib

Equidae

10 μg/kg

Muskolu

15 μg/kg

Xaħam

60 μg/kg

Fwied

10 μg/kg

Kliewi”


13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1324/2007

tat-12 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2), l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għal kwoti, immexxija skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 ta’ dak ir-Regolament, jistgħu jintefgħu biss matul l-ewwel 10 ġranet ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur. Ma jistgħux isiru importazzjonijiet matul il-perjodi ta’ l-applikazzjoni u sakemm il-Kummissjoni tkun iddeterminat sa meta ser jinħarġu l-liċenzji skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għal prodotti agrikoli mmexxija minn sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (3) [titlu mhux uffiċjali]. Sabiex l-importazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru mill-bidu tas-subperjodi tal-kwoti, huwa xieraq li l-perjodi ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jkunu antiċipati u li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jiġu adattati, inklużi dawk dwar il-komunikazzjoni ta' importaturi approvati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9, “l-1 ta' Ġunju” għandu jinbidel b' “l-1 ta' Mejju”;

(2)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Qabel l-20 ta' Mejju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-listi tagħhom ta' importaturi approvati, skond il-paragrafu 3 ta' hawn taħt, lill-Kummissjoni, li għandha tibgħathom lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.

Biss dawk l-importaturi li jkunu inklużi f'lista għandhom ikunu awtorizzati biex japplikaw għal liċenzji mill-1 ta’ Ġunju ta’ wara, għall-importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju ta' wara, skond l-Artikoli 11 sa 14.”;

(3)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu ddepożitati biss:

(a)

mill-20 sat-30 ta’ Novembru, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara;

(b)

mill-1 sa l-10 ta’ Ġunju, għal importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru ta’ wara”;

(4)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi biss matul is-subperjodu li għalih kienu nħarġu. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun fihom waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness XX ġol-kaxxa 24”;

(5)

L-Anness għal dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness XX.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 980/2007 (ĠU L 217, 22.8.2007, p. 18).

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).


ANNESS

“ANNESS XX

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(3)

:

bil-Bulgaru

:

валидно от [дата на първия ден от подпериода] до [дата на последния ден от подпериода]

:

bl-Ispanjol

:

válido desde el [fecha del primer día del subperíodo] hasta el [fecha del último día del subperíodo]

:

biċ-Ċek

:

platné od [první den podobdobí] do [poslední den podobdobí]

:

bid-Daniż

:

gyldig fra [datoen for den første dag i delperioden] til [datoen for den sidste dag i delperioden]

:

bil-Ġermaniż

:

gültig vom [Datum des ersten Tages des Teilzeitraums] bis [Datum des letzten Tages des Teilzeitraums]

:

bl-Estonjan

:

kehtiv alates [alaperioodi alguskuupäev] kuni [alaperioodi lõpukuupäev]

:

bil-Grieg

:

ισχύει από [ημερομηνία της πρώτης ημέρας της υποπεριόδου] έως [ημερομηνία της τελευταίας ημέρας της υποπεριόδου]

:

bl-Ingliż

:

valid from [date of the first day of the subperiod] to [date of the last day of the subperiod]

:

bil-Franċiż

:

valable du [date du premier jour de la sous-période] au [date du dernier jour de la sous-période]

:

bit-Taljan

:

valido dal [data del primo giorno del sottoperiodo] al [data dell’ultimo giorno del sottoperiodo]

:

bil-Latvjan

:

spēkā no [apakšperioda pirmās dienas datums] līdz [apakšperioda pēdējās dienas datums]

:

bil-Litwan

:

galioja nuo [pirmoji laikotarpio diena] iki [paskutinė laikotarpio diena]

:

bl-Ungeriż

:

érvényes [az alidőszak első napja]-tól/től [az alidőszak utolsó napja]-ig

:

bil-Malti

:

Validu mid-[data ta’ l-ewwel jum tas-subperjodu] sad-[data ta’ l-aħħar jum tas-subperjodu]

:

bl-Olandiż

:

geldig van [begindatum van de deelperiode] tot en met [einddatum van de deelperiode]

:

bil-Pollakk

:

ważne od [data – pierwszy dzień podokresu] do [data – ostatni dzień podokresu]

:

bil-Portugiż

:

eficaz de [data do primeiro dia do subperíodo] até [data do último dia do subperíodo]

:

bir-Rumen

:

valabilă de la [data primei zile a subperioadei] până la [data ultimei zile a subperioadei]

:

bis-Slovakk

:

platná od [dátum prvého dňa čiastkového obdobia] do [dátum posledného dňa čiastkového obdobia]

:

bis-Sloven

:

velja od [datum prvega dne podobdobja] do [datum zadnjega dne podobdobja]

:

bil-Finlandiż

:

voimassa [osajakson ensimmäinen päivä]–[osajakson viimeinen päivä]

:

bl-Iżvediż

:

gäller från och med [delperiodens första dag] till och med [delperiodens sista dag]”


13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1325/2007

tat-12 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-aringi fiż-żoni V b u VI b ta' l-ICES; fl-ilmijiet tal-KE taż-żona VI a N, min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġut fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

68

Stat Membru

Franza

Stokk

HER/5B6ANB

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

V b u VI b; l-ilmijiet tal-KE taż-żona VI a N

Data

14.10.2007


13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1326/2007

tat-12 ta’ Novembru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni I u II b ta' l-ICES min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġut fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

69

Stat Membru

Franza

Stokk

COD/1/2B.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

I u II b

Data

14.10.2007


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Parlament Ewropew u Kunsill

13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/21


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ottubru 2007

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2007/726/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2),

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-“Fond”) biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li saru redundant minħabba li sofrew mill-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fil-kummerċ globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jinkludi d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat.

(4)

Franza ppreżentat applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, minħabba żewġ każi ta’ ħaddiema li saru redundant fil-qasam tal-karozzi: Peugeot SA u Renault SA,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun immobilizzat għal ammont totali ta’ EUR 3 816 280.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 23 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Kunsill

13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

li tawtorizza lir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tirratifika, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004 li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Pariġi tat-29 ta’ Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta’ Terzi Persuni fil-Qasam ta’ l-Enerġija Nukleari

(2007/727/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi

(1)

Il-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004 (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Pariġi tat-29 ta’ Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta’ Terzi Persuni fil-Qasam ta’ l-Enerġija Nukleari, kif emendat mill-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta’ Jannar 1964 u mill-Protokoll tas-16 ta’ Novembru 1982 (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni ta’ Pariġi”), fih dispożizzjonijiet li jinċidu fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1). Dan hu qasam fejn il-Komunità għandha kompetenza esklussiva.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2003/882/KE (2), il-Kunsill awtorizza lill-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi sabiex jiffirmaw il-Protokoll fl-interess tal-Komunità.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2004/294/KE (3), il-Kunsill awtorizza lill-istess Stati Membri sabiex jirratifikaw il-Protokoll fl-interess tal-Komunità jew sabiex jaderixxu miegħu. Skond l-Artikolu 2 ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri kellhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex simultanjament jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom tal-Protokoll, jew ta’ l-adeżjoni miegħu, jekk possibbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2006.

(4)

Id-Deċiżjoni 2004/294/KE kienet indirizzata lil dawk l-Istati Membri li kienu parti mill-Komunità fit-8 ta’ Marzu 2004, bl-eċċezzjoni ta’ l-Awstrija, id-Danimarka, l-Irlanda u l-Lussemburgu, kif inhu ċar mill-applikazzjoni konġunta ta’ l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(5)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi u ffirmat il-Protokoll f’isimha fit-12 ta’ Frar 2004. Minħabba li d-Deċiżjoni 2004/294/KE kienet indirizzata biss lil ċerti Stati Membri, ir-Repubblika tas-Slovenja ma setgħetx ma’ l-adeżjoni tagħha ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 tkun ikkonsidrata bħala indirizzata minnha taħt l-Artikolu 53 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

(6)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (KE) Nru 44/2001 u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Ir-ratifika mir-Repubblika tas-Slovenja tal-Protokoll hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni ta’ l-Istati Membri tal-Komunità li mhumiex Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi,

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Komunità, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tirratifika, fl-interess tal-Komunità, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Pariġi.

Tali ratifika għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni ta’ dawk l-Istati Membri tal-Komunità li mhumiex Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tiddepożita l-istrument ta’ ratifika tagħha tal-Protokoll, jekk possibbli simultanjament ma’ l-Istati Membri indirizzati mid-Deċiżjoni 2004/294/KE.

Artikolu 3

Meta tirratifika l-Protokoll, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tinforma bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiċi li r-ratifikazzjoni seħħet skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 338, 23.12.2003, p. 30.

(3)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 53.


13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2007

li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/728/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Wara tmiem il-mandat tas-Sur Francisco José IRIBARREN FENTANES, sar vakanti post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Alberto CATALÁN HIGUERAS, Consejero de Relaciones Institucionales y Portavoz del Gobierno de la Comunidad Foral de Navarra, huwa maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Kummissjoni

13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE fir-rigward tal-listi tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-istituti Statali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5311)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/729/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(1) tiegħu;

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u partikolarment l-Artikolu 34 tagħha;

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (3) b’mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha;

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (5), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 18 tagħha;

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (6), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9 tagħha;

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-infafet vesikolari (id-deni klassiku) tal-ħnieżer (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (9), u partikolarment l-Artikolu 26(1) tagħha;

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (10), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipola lista ta’ istituzzjonijiet Statali u laboratorji ta’ referenza nazzjonali li huma risponsabbli mit-testjar uffiċjali tat-tuberkulini u r-reaġenti, lista ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-bruċellożi bovina, kif ukoll lista ta’ istituzzjonijiet responsabbli għall-kalibrazzjoni u l-antiġen standard li jintuża fit-testjar fil-laboratorju kontra s-serum standard tal-KEE (serum EI) li huwa pprovdut mil-Laboratorju Veterinarju Statali tas-Serum ġewwa Kopenħagen, fir-rigward tal-lewkożi enzootika bovina.

(2)

Id-Direttiva 90/539/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali li huma responsabbli mill-koordinazzjoni ta’ metodi dijanjostiċi u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati. Il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva.

(3)

Id-Direttiva 92/35/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali li huma responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ metodi dijanjostiċi u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati. Il-laboratorji nazzjonali huma mniżżla f’dik id-Direttiva. Id-Direttiva 92/35/KEE ssemmi wkoll l-laboratorji ta’ referenza Komunitarji għall-marda Afrikana taż-żwiemel.

(4)

Id-Direttiva 92/119/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali, għal kull marda li tissemma f’dik id-Direttiva. Il-lista tal-laboratorji nazzjonali għall-marda vesikulari tal-ħnieżer hija stipulata f’dik id-Direttiva.

(5)

Id-Direttiva 93/53/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali tar-referenzi, għal kull marda li tissemma f’dik id-Direttiva. Il-lista ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-mard tal-ħut hija stipulata f’dik id-Direttiva.

(6)

Id-Direttiva 95/70/KE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali sabiex iġibu fis-seħħ il-kisba tal-kampjuni u t-testjar. Il-lista ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-mard tal-molluski bivalvi hija stipulata f’dik id-Direttiva.

(7)

Id-Direttiva 2000/75/KEE tipprevedi l-ħatra mill-Istati Membri tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tali tal-laboratorju. Dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva.

(8)

Id-Direttiva 2001/89/KE tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorju nazzjonali ta’ referenza ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi tad-dijanjosi. Dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva.

(9)

Id-Direttiva 2002/60/KE tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorju nazzjonali tar-referenzi ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi tad-dijanjosi. Dawk il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali huma elenkati f’dik id-Direttiva.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar garanziji addizzjonali fil-kummerċ intrakomunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda u tirrevoka d-Deċiżjonijiet 93/24/KEE u 93/244/KEE (11) tistabbilixxi l-lista ta’ l-istituti responsabbli mill-kontroll tal-kwalità tal-metodu ELISA f’kull Stat Membru, u b’mod partikolari għall-produzzjoni u l-istandardizzazzjoni tas-sjeri li huma standard nazzjonali skond is-sjeri ta’ referenza Komunitarja. Dik il-lista hija stipulata f’dik id-Deċiżjoni.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 2004 li tawtorizza l-laboratorji sabiex jiċċekkjaw l-effikaċja tal-vaċċinazzjoni kontra l-idrofobja fuq ċerti annimali domestiċi karnivori (12) tistabbilixxi l-lista ta’ laboratorji awtorizzati fl-Istati Membri fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet ta’ kompetenza magħrufa mil-Laboratorju AFSSA, Nancy, Franza, maħtura bħala l-istitut speċifiku responsabbli mit-twaqqif tal-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tiġi kkontrollata l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija.

(12)

Ċerti Stati Membri ressqu talbiet biex ibiddlu d-dettalji rigward ir-referenza nazzjonali tagħhom jew il-laboratorji awtorizzati elenkati f’dawk id-Direttivi jew Deċiżjonijiet. Id-dettalji rigward il-laboratorji ta’ referenza Komunitarji għall-marda Afrikana taż-żwiemel għandhom jinbidlu wkoll.

(13)

Id-Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE, għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE, huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(3)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(4)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).

(5)  ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(6)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(7)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/104/KE.

(8)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendate bid-Direttiva 2006/104/KE.

(9)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendate bid-Direttiva 2006/104/KE.

(10)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).

(11)  ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/603/KE (ĠU L 236, 8.9.2007, p. 7).

(12)  ĠU L 71, 10.3.2004, p. 30. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Id-Direttivi 64/432/KEE, 90/539/KEE, 92/35/KEE, 92/119/KEE, 93/53/KEE, 95/70/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE u d-Deċiżjonijiet 2001/618/KE u 2004/233/KE għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 4.2 ta’ l-Anness B, l-entrati mill-Ġermanja, id-Danimarka, Franza u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Standort Jena

Naumburger Str. 96a

07743 Jena

Tel. (49-3641) 804-0

Fax (49-3641) 804-228

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Bülowsvej 27

DK-1790 Copenhagen V

FR

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses

AFSSA-LERPAZ

23, avenue du Général-de-Gaulle

F-94703 Maisons-Alfort Cedex

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(b)

Fil-punt 4.2 ta’ l-Anness C, l-entrati mill-Ġermanja, id-Danimarka, Franza u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Bülowsvej 27

DK-1790 Copenhagen V

FR

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses

AFSSA-LERPAZ

23, avenue du Général-de-Gaulle

F-94703 Maisons-Alfort Cedex

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(c)

Fil-Kapitolu II ta’ l-Anness D, il-paragrafu A huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

L-antiġenu li għandu jintuża fit-test għandu jinkludi fih glikoproteini tal-virus tal-lewkożi bovina. L-antiġenu għandu jiġi standardizzat kontra s-serum standard (serum El) ipprovdut mill-Istitut tar-Riċerka Veterinarja u ta’ l-Ikel Daniż, f’Kopenħagen V.”

(ii)

fil-punt 2, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“L-istituti uffiċjali indikati hawn taħt għandhom ikunu responsabbli mill-istandardizzazzjoni ta’ l-antiġenu standard li jaħdem tal-laboratorju kontra s-serum standard uffiċjali KEE (serum El) ipprovdut mill-Istitut tar-Riċerka Veterinarja u ta’ l-Ikel Daniż, f’Kalvehave.”

(iii)

fil-punt 2 tat-tabella, l-entrati mill-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Standort Wusterhausen

Seestraße 55

16868 Wusterhausen

Tel. (49-33979) 80-0

Fax (49-33979) 80-200

E-Mail: poststelle.wus@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(2)

Fil-punt 1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 90/539/KEE, l-entrati mid-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Hangøvej 2

DK-8200 Aarhus N

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(3)

Id-Direttiva 92/35/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt A ta’ l-Anness I, l-entrati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka, Franza u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“CZ

Státní veterinární ústav Jihlava

Rantířovská 93

586 05 Jihlava

Website: http://www.svujihlava.cz

Tel.: (420) 567 14 31 11

Fax: (420) 567 14 32 62

E-mail: info@svujihlava.cz

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17498 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

FR

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses

AFSSA-LERPAZ

23, avenue du Général-de-Gaulle

F-94703 Maisons-Alfort Cedex

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(b)

L-Anness II qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS II

LABORATORJU TA’ REFERENZA KOMUNITARJU

Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete

Carretera de Algete, km 8

E-28110 Algete (Madrid)

Tel. (34) 916 29 03 00

Fax (34) 916 29 05 98

Correo electrónico: lcv@mapya.es”

(4)

Fil-punt 5 ta’ l-Anness II tad-Direttiva 92/119/KEE, l-entrati mill-Ġermanja, id-Danimarka. Franza u l-Ungerija jnbidlu b’dan li ġej:

“DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

FR

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses

AFSSA-LERPAZ

23, avenue du Général-de-Gaulle

F-94703 Maisons-Alfort Cedex

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(5)

Fl-Anness A tad-Direttiva 93/53/KEE, l-entrati mill-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Hangøvej 2

DK-8200 Aarhus N

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(6)

Fl-Anness C tad-Direttiva 95/70/KE, l-entrati mill-Belġju, il-Ġermanja u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“BE

Laboratory for Microbiology in Foodstuffs

University of Liège

Boulevard de Colonster 20

Bât. 43 bis, Start-Tilman

B-4000 Liège

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(7)

Fil-punt A ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2000/75/KE, l-entrati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“CZ

Státní veterinární ústav Jihlava

Rantířovská 93

586 05 Jihlava

Website: http://www.svujihlava.cz

Tel.: (420) 567 14 31 11

Fax: (420) 567 14 32 62

E-mail: info@svujihlava.cz

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(8)

Fil-punt A ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2001/89/KE, l-entrati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“CZ

Státní veterinární ústav Jihlava

Rantířovská 93

586 05 Jihlava

Website: http://www.svujihlava.cz

Tel.: (420) 567 14 31 11

Fax: (420) 567 14 32 62

E-mail: info@svujihlava.cz

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(9)

Fil-punt 1 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2002/60/KE, l-entrati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“CZ

Státní veterinární ústav Jihlava

Rantířovská 93

586 05 Jihlava

Website: http://www.svujihlava.cz

Tel.: (420) 567 14 31 11

Fax: (420) 567 14 32 62

E-mail: info@svujihlava.cz

DE

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Boddenblick 5a

17493 Greifswald — Insel Riems

Tel. (49-38351) 7-0

Fax (49-38351) 7-219

E-Mail: poststelle@fli.bund.de

DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(10)

Fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2001/618/KE, l-entrati mid-Danimarka u l-Ungerija jinbidlu b’dan li ġej:

“DK

National Veterinary Institute, Technical University of Denmark

Lindholm

DK-4771 Kalvehave

HU

Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: 1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”

(11)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati 4 u 6 għall-Ġermanja jinbidlu b’dan li ġej:

“4.

Landesamt für Verbraucherschutz Sachsen-Anhalt

Fachbereich 4 Veterinärmedizin

Haferbreiter Weg 132—135

D-39576 Stendal

6.

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

Institut für epidemiologische Diagnostik

Seestraße 55

D-16868 Wusterhausen”

(b)

l-entrati 1 u 2 għar-Repubblika Ċeka jinbidlu b’dan li ġej:

“Státní veterinární ústav Praha

Sídlištní 24

163 05 Praha 6 – Lysolaje

Tel.: (420) 251 03 11 11

Fax: (420) 220 92 06 55

E-mail: sekretariat@svupraha.cz”

(c)

l-entrata għal Spanja tinbidel b’dan li ġej:

“Laboratorio Central de Sanidad Animal de Santa Fe

Camino del Jau, s/n

E-18320 Santa Fe (Granada)

Tel./Fax (34) 958 44 04 00/12 00

Correo electrónico: clvgr@mapya.es”

(d)

l-entrata għall-Ungerija tinbidel b’dan li ġej:

“Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ, Állat-egészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság

Central Agricultural Office, Veterinary Diagnostic Directorate

Address: H-1149 Budapest, Tábornok u. 2.

Mailing Address: 1581 Budapest, 146. Pf. 2.

Tel.: +36 1 460-6300

Fax: +36 1 252-5177

E-mail: titkarsag@oai.hu”


Corrigendum

13.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 294/36


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1303/2007 tal-5 ta' Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rapurtar elettroniku ta’ l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 290 tat-8 ta' Novembru 2007 )

Il-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament imsemmi hawn fuq ġiet imħassra