ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
26 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1247/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1947/2005 dwar l-assistenza nazzjonali mogħtija mill-Finlandja għaż-żrieragħ u ż-żerriegħa taċ-ċereali

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1248/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1250/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1252/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1253/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1254/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1255/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 874/2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell .eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1256/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 829/2007 dwar il-perjodu ta' transizzjoni mogħti għall-użu ta' dokumenti kummerċjali u ċertifikati ta' saħħa għall-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali ( 1 )

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1257/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Ottubru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

32

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1258/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

35

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2007 tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

39

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/686/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 dwar provvediment skond l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea fil-konfront ta’ Armando Álvarez SA, Bernay Film Plastique, Bischof + Klein France SAS, Bischof + Klein GmbH & Co. KG, Bonar Technical Fabrics N.V., British Polythene Industries PLC, Cofira-Sac SA, Combipac B.V., Fardem Packaging B.V., FLSmidth & Co. A/S, FLS Plast A/S, Groupe Gascogne, JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA, Kendrion N.V., Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher C.V., Low & Bonar PLC, Nordenia International AG, Nordfolien GmbH, Plásticos Españoles S.A., RKW AG Rheinische Kunststoffwerke, Sachsa Verpackung GmbH, Stempher B.V., Trioplast Industrier AB, Trioplast Wittenheim SA, UPM-Kymmene Oyj (Każ Nru COMP/38354 – Boroż industrijali) (notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 4634)

41

 

 

2007/687/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Awwissu 2006 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Il-każ COMP/M.3848 – Sea-Invest/EMO-EKOM) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 3710)  ( 1 )

47

 

 

2007/688/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5054)  ( 1 )

52

 

 

2007/689/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2007 li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5170)  ( 1 )

60

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/690/PESK tat-22 ta’ Ottubru 2007 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan u fis-Somalja

62

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1247/2007

tat-22 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1947/2005 dwar l-assistenza nazzjonali mogħtija mill-Finlandja għaż-żrieragħ u ż-żerriegħa taċ-ċereali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 36 u t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 (1), il-Finlandja tista’, suġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti assistenza rispettivament għal ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ u għal ċerti kwantitajiet ta’ żerriegħa taċ-ċereali prodotti biss fil-Finlandja minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tagħha.

(2)

Abbażi tat-tagħrif mibgħut mill-Finlandja lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni bagħtet rapport lill-Kunsill, b’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2), tar-Regolament (KE) Nru 1947/2005. Dak ir-rapport juri li l-produtturi taż-żrieragħ u ż-żerriegħa taċ-ċereali fil-Finlandja għandhom aċċess għal skemi oħra ta’ assistenza u għalhekk jistgħu jibbenefikaw minn sussidji li huma maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-kundizzjonijiet klimatiċi li fihom jaħdmu l-bdiewa Finlandiżi.

(3)

Ir-rapport juri wkoll li l-volum tal-produzzjoni taż-żrieragħ taċ-ċereali fil-Finlandja esperjenza xejra ‘l fuq u li l-kwantità taż-żrieragħ taċ-ċereali importata hija żgħira mqabbla mal-kwantità prodotta lokalment. Barra minn hekk, ir-rapport juri li meta l-produzzjoni taż-żrieragħ imkabbra lokalment naqset, l-importazzjonijiet żdiedu u viċiversa, li jwassal għall-konklużjoni li s-sostituzzjoni ta’ l-importazzjoni bi żrieragħ prodotti lokalment hija possibbli u li l-assistenza nazzjonali Finlandiża taf tikkawża tagħwiġ tal-kompetizzjoni mal-prodotti importati.

(4)

Iż-żerriegħa tal-Ħaxix ta’ l-għalf hija mmultiplikata fil-Finlandja f’kundizzjonijiet kważi mill-aqwa u relattivament kompetittivi. Iż-żamma ta’ l-għajnuna akkoppjata għall-produzzjoni tal-Ħaxix ta’ l-għalf bla dubju ser jippermetti li jinżamm livell għoli ta’ produzzjoni taż-żrieragħ tal-Ħaxix ta’ l-għalf fil-Finlandja. L-għoti ta’ assistenza nazzjonali għall-produzzjoni taż-żrieragħ tal-Ħaxix ta’ l-għalf għandu, għaldaqstant, jitneħħa.

(5)

Minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn fuq u sabiex is-suq intern jiffunzjona kif suppost, jixraq li titwaqqaf il-possibbiltà li l-Finlandja tagħti assistenza nazzjonali għaż-żrieragħ u ż-żerriegħa taċ-ċereali. Madankollu, sabiex il-bdiewa fil-Finlandja jkunu jistgħu jħejju għas-sitwazzjoni l-ġdida maħluqa mit-tneħħija ta’ l-assistenza nazzjonali, assistenza għall-produzzjoni taż-żrieragħ u ż-żerriegħa taċ-ċereali għandha tinżamm, bl-eċċezzjoni taż-żrieragħ tal-Ħaxix ta’ l-għalf, matul perjodu aħħari u transitorju, u mbagħad titneħħa.

(6)

Bil-għan li jkun hemm reviżjoni intermedja tas-sistema ta’ assistenza nazzjonali, il-Finlandja ikun jeħtiġilha tagħmel rapport dettaljat dwar ir-riżultati ta’ l-assistenza nazzjonali mogħtija.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1947/2005 għandu, għaldaqstant, jiġi emendat skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1947/2005 għandu jinbidel b’dan il-ġej:

“2.   Il-Finlandja tista’, suġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti assistenza għal ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ, bl-eċċezzjoni taż-żrieragħ tal-Ħaxix ta’ l-għalf (Phleum pratense L.), u għal ċerti kwantitajiet ta’ żerriegħa taċ-ċereali mkabbra biss fil-Finlandja sa u inkluż l-ħsad ta’ l-2010.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, 2008, il-Finlandja għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar ir-riżultati ta’ l-assistenza awtorizzata.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1248/2007

tat-22 ta’ Ottubru 2007

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37, 279 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 tas-26 ta’ Settembru 2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit (3) jistipula regoli maħsuba sabiex jiżguraw il-ġestjoni korretta ta’ l-infiq tal-Komunità, kemm fir-rigward tat-Taqsima dwar il-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija kif ukoll fir-rigward tar-riżervi għal operazzjonijiet esterni, skond il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba miftiehma stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja (4).

(2)

Fir-rigward tal-Parti I tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000, dwar in-nefqa fuq l-agrikoltura, il-limiti stabbiliti fil-qafas finanzjarju 2007-2013 stabbilit fl-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba tas-17 ta’ Mejju 2006 (5) (il-“Ftehim Interistituzzjonali ta’ l-2006”) jipprekludu l-ħtieġa li tinżamm il-linja gwida dwar l-agrikoltura stipulata fih.

(3)

Id-dispożizzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw id-dixxiplina baġitarja għall-agrikoltura fil-Parti I tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000 ġew superati mill-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tad-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (6);

(4)

Rigward il-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000, dwar ir-riżervi għal operazzjonijiet esterni, m’għadx hemm il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet u miżuri speċifiċi li jkunu eċċezzjonali fil-kuntest tas-sistema ta’ riżorsi proprji għall-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija u tar-riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza. Ir-riżerva għall-garanziji fuq is-self inbidlet fil-qafas finanzjarju 2007-2013 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ l-2006 b’linja tal-baġit taħt l-intestatura 4 “l-UE bħala attur globali”. Il-prinċipji ewlenin rigward ir-riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), filwaqt li l-ammont u l-kondizzjonijiet ta’ l-użu jinsabu stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali ta’ l-2006. Billi m’hemmx involuti direttament interessi ta’ partijiet terzi, m’hemmx il-ħtieġa li dawn ta’ l-aħħar jiġu inkorporati f’regolament.

(5)

Għaldaqstant, id-dispożizzjoniet kollha stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 saru obsoleti.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 għandu għalhekk jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2040/2000 huwa b’dan imħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni tat-13 ta’ Marzu 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 8, 12.1.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 27.

(4)  ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1.

(5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1)


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1249/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

57,7

MK

35,2

ZZ

46,5

0707 00 05

EG

151,2

JO

190,9

MA

35,8

MK

45,9

TR

149,9

ZZ

114,7

0709 90 70

TR

124,8

ZZ

124,8

0805 50 10

AR

76,8

TR

88,5

UY

73,9

ZA

54,4

ZZ

73,4

0806 10 10

BR

246,8

MK

26,1

TR

124,5

US

212,4

ZZ

152,5

0808 10 80

AU

148,5

CL

161,2

MK

35,3

NZ

104,7

US

96,8

ZA

102,6

ZZ

108,2

0808 20 50

AR

49,1

CN

65,0

TR

124,4

ZZ

79,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1250/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mis-26 ta’ Ottubru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,57  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

28,57  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

28,57  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

28,57  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3106

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

31,06

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

31,06

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

31,06

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3106

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1251/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mis-26 ta’ Ottubru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,06

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,06

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3106

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,06

1702 90 60 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3106

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3106

1702 90 99 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3106  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

31,06

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3106

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1252/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-25 ta’ Ottubru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-25 ta’ Ottubru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 36,062 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1253/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fl-24 ta’ Ottubru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fl-24 ta’ Ottubru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 436,40 EUR/t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1254/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

0,92

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

0,79

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

0,79

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

1,19

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

0,92

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

0,79

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

0,79

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

1,06

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

0,86

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

0,99

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

0,76

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

0,17

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

1,06

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

1,06

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

1,06

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

1,06

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

1,03

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

0,79

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

1,03

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

0,79

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

0,79

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

1,03

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

0,79

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

1,08

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

0,75

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

0,79


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1255/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 874/2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell .eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 733/2002 tat-22 ta’ April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta’ l-Ogħla Livell .eu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat ir-Reġistru skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 733/2002,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 tat-28 ta’ April 2004 (2) jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 733/2002 billi jistipula r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell .eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni.

(2)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 jimplimenta r-regoli tal-politika pubblika dwar kunċetti ġeografiċi billi jagħmel provvediment għal proċedura li tħalli l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u l-membri kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea jitolbu r-reġistrazzjoni jew ir-riservazzjoni ta’ isimhom mill-gvernijiet nazzjonali tagħhom. Biex dan l-għan jintlaħaq u sabiex tiġi garantita bis-sħiħ id-diversità ġeopolitika u lingwistika ta’ l-Unjoni Ewropea u l-interess kemm ta’ l-Istati Membri kemm taċ-ċittadini Ewropej, fl-10 ta’ Ottubru 2005 r-Regolament (KE) Nru 874/2004 ġie emendat mir-Regolament (KE) 1654/2005 li emenda r-Regolament (KE) Nru 874/2004 li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-Dominju ta’ l-Ogħla Livell .eu u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1654/2005 żied Anness li jinkludi lista ta’ ismijiet li huma riservati għal kull Stat Membru għar-reġistrazzjoni u lista ta’ ismijiet li tista’ tiġi riservata minn ċerti pajjiżi terzi, li jinkludu pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea.

(3)

Fl-1 ta’ Jannar 2007, il-Bulgarija u r-Rumanija saru membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Bulgarija u r-Rumanija għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jirreġistraw l-ismijiet tad-dominju li ġew riservati għalihom skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 874/2004. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ċarezza legali dwar li ż-żewġ Stati Membri għandhom tali possibbiltà, l-Anness inkluż mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004 għandu jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit mill-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 874/2004 jinbidel bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 40. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1654/2005 (ĠU L 266, 11.10.2005, p. 35)

(3)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Diretiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32)


ANNESS

1.   Elenku ta’ l-ismijiet għal kull pajjiż, u l-pajjiżi li jistgħu jirreġistrawhom

L-AWSTRIJA

1.

österreich

2.

oesterreich

3.

republik-österreich

4.

republik-oesterreich

5.

afstria

6.

dimokratia-afstria

7.

østrig

8.

republikken-østrig

9.

oestrig

10.

austria

11.

republic-austria

12.

república-austria

13.

autriche

14.

république-autriche

15.

oostenrijk

16.

republiek-oostenrijk

17.

república-austria

18.

itävalta

19.

itävallan-tasavalta

20.

itaevalta

21.

österrike

22.

oesterrike

23.

republik-österrike

24.

rakousko

25.

republika-rakousko

26.

repubblica-austria

27.

austrija

28.

republika-austrija

29.

respublika-austrija

30.

ausztria

31.

Osztrák-Köztársaság

32.

Republika-Austriacka

33.

rakúsko

34.

republika-rakúsko

35.

avstrija

36.

republika-avstrija

37.

awstrija

38.

republika-awstrija

39.

republikösterreich

40.

republikoesterreich

41.

dimokratiaafstria

42.

republikkenøstrig

43.

republicaustria

44.

repúblicaaustria

45.

républiqueautriche

46.

repubblicaaustria

47.

republiekoostenrijk

48.

repúblicaaustria

49.

tasavaltaitävalta

50.

republikösterrike

51.

republikarakousko

52.

republikaaustrija

53.

respublikaaustrija

54.

OsztrákKöztársaság

55.

RepublikaAustriacka

56.

republikarakúsko

57.

republikaavstrija

58.

republikaawstrija

59.

aostria

60.

vabariik-aostria

61.

vabariikaostria

IL-BELĠJU

1.

belgie

2.

belgië

3.

belgique

4.

belgien

5.

belgium

6.

bélgica

7.

belgica

8.

belgio

9.

belgia

10.

belgija

11.

vlaanderen

12.

wallonie

13.

wallonië

14.

brussel

15.

vlaamse-gemeenschap

16.

franse-gemeenschap

17.

duitstalige-gemeenschap

18.

vlaams-gewest

19.

waals-gewest

20.

brussels-hoofdstedelijk-gewest

21.

flandre

22.

bruxelles

23.

communauté-flamande

24.

communaute-flamande

25.

communauté-française

26.

communaute-francaise

27.

communaute-germanophone

28.

communauté-germanophone

29.

région-flamande

30.

region-flamande

31.

région-wallonne

32.

region-wallonne

33.

région-de-bruxelles-capitale

34.

region-de-bruxelles-capitale

35.

flandern

36.

wallonien

37.

bruessel

38.

brüssel

39.

flaemische-gemeinschaft

40.

flämische-gemeinschaft

41.

franzoesische-gemeinschaft

42.

französische-gemeinschaft

43.

deutschsprachige-gemeinschaft

44.

flaemische-region

45.

flämische-region

46.

wallonische-region

47.

region-bruessel-hauptstadt

48.

region-brüssel-hauptstadt

49.

flanders

50.

wallonia

51.

brussels

52.

flemish-community

53.

french-community

54.

german-speaking-community

55.

flemish-region

56.

walloon-region

57.

brussels-capital-region

58.

flandes

59.

valonia

60.

bruselas

61.

comunidad-flamenca

62.

comunidad-francesa

63.

comunidad-germanófona

64.

comunidad-germanofona

65.

region-flamenca

66.

región-flamenca

67.

region-valona

68.

región-valona

69.

region-de-bruselas-capital

70.

región-de-bruselas-capital

71.

fiandre

72.

vallonia

73.

communita-fiamminga

74.

communità-fiamminga

75.

communita-francese

76.

communità-francese

77.

communita-di-lingua-tedesca

78.

communità-di-lingua-tedesca

79.

regione-fiamminga

80.

regione-vallona

81.

regione-di-bruxelles-capitale

82.

flandres

83.

bruxelas

84.

comunidade-flamenga

85.

comunidade-francofona

86.

comunidade-germanofona

87.

regiao-flamenga

88.

região-flamenga

89.

regiao-vala

90.

região-vala

91.

regiao-de-bruxelas-capital

92.

região-de-bruxelas-capital

93.

vallonien

94.

bryssel

95.

flamlaendskt-spraakomraade

96.

fransktalande-spraakomraade

97.

tysktalande-spraakomraade

98.

flamlaendska-regionen

99.

vallonska-regionen

100.

bryssel-huvustad

101.

det-flamske-sprogsamfund

102.

det-franske-sprogsamfund

103.

det-tysktalende-sprogsamfund

104.

den-flamske-region

105.

den-vallonske-region

106.

regionen-bruxelles-hovedstadsomraadet

107.

flanderi

108.

flaaminkielinen-yhteiso

109.

ranskankielinen-yhteiso

110.

saksankielinen-yhteiso

111.

flanderin-alue

112.

vallonian-alue

113.

brysselin-alue

114.

flandry

115.

valonsko

116.

brusel

117.

vlamske-spolecenstvi

118.

francouzske-spolecenstvi

119.

germanofonni-spolecenstvi

120.

vlamsky-region

121.

valonsky-region

122.

region-brusel

123.

flandrija

124.

valonija

125.

bruselj

126.

flamska-skupnost

127.

frankofonska-skupnost

128.

germanofonska-skupnost

129.

flamska-regija

130.

valonska-regija

131.

regija-bruselj

IL-BULGARIJA

1.

българия

2.

bulgaria

3.

bulharsko

4.

bulgarien

5.

bulgaaria

6.

βουλγαρία

7.

bulgarie

8.

bulgarija

9.

bulgarije

10.

bolgarija

11.

republicofbulgaria

12.

the-republic-of-bulgaria

13.

the_republic_of_bulgaria

14.

republic-of-bulgaria

15.

republic_of_bulgaria

16.

republicbulgaria

17.

republic-bulgaria

18.

republic_bulgaria

19.

repubblicadibulgaria

20.

repubblica-di-bulgaria

21.

repubblica_di_bulgaria

22.

repubblicabulgaria

23.

repubblica-bulgaria

24.

repubblica_bulgaria

25.

republikbulgarien

26.

republik-bulgarien

27.

republik_bulgarien

28.

bulgaariavabariik

29.

bulgaaria-vabariik

30.

bulgaaria_vabariik

31.

δημοκρατιατησβουλγαριας

32.

δημοκρατια-της-βουλγαριας

33.

δημοκρατια_της_βουλγαριας

34.

republiekbulgarije

35.

republiek-bulgarije

36.

republiek_bulgarije

37.

republikabolgarija

38.

republika-bolgarija

39.

republika_bolgarija

40.

republikabulgaria

41.

republika-bulgaria

42.

republika_bulgaria

43.

bulharskarepublica

44.

bulharska-republica

45.

bulharska_republica

46.

republiquebulgarie

47.

republique-bulgarie

48.

republique_bulgarie

49.

republicabulgarija

50.

republica-bulgārija

51.

republica_bulgārija

52.

repúblikabulgária

53.

repúblika-bulgária

54.

repúblika_bulgária

55.

repúblicabulgaria

56.

república-bulgaria

57.

república_bulgaria

58.

bulgarja

59.

bălgarija

60.

bulgariantasavalta

61.

bulgarian-tasavalta

62.

bulgarian_tasavalta

63.

republikenbulgarien

64.

republiken-bulgarien

65.

republiken_bulgarien

66.

repulicabulgaria

67.

repulica-bulgaria

68.

repulica_bulgaria

69.

köztársaságbulgária

70.

köztársaság-bulgária

71.

köztársaság_bulgária

ĊIPRU

1.

cypern

2.

cyprus

3.

cyprus

4.

kypros

5.

chypre

6.

zypern

7.

κυπρος

8.

cipro

9.

chipre

10.

chipre

11.

cypern

12.

anchipír

13.

kypr

14.

küpros

15.

ciprus

16.

kipras

17.

kipra

18.

ćipru

19.

cypr

20.

ciper

21.

cyprus

22.

kibris

23.

republikkencypern

24.

republiekcyprus

25.

republicofcyprus

26.

kyproksentasavalta

27.

republiquedechypre

28.

republikzypern

29.

κυπριακηδημοκρατια

30.

repubblicadicipro

31.

republicadechipre

32.

republicadechipre

33.

cypernsrepublik

34.

poblachtnacipíre

35.

kyperskarepublika

36.

küprosevabariik

37.

ciprusiköztàrsasàg

38.

kiprorespublika

39.

kiprasrepublika

40.

republikata’ćipru

41.

republikacypryjska

42.

republikaciper

43.

cyperskarepublika

44.

kibriscumhuriyeti

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

1.

ceska-republika

2.

den-tjekkiske-republik

3.

tschechische-republik

4.

tsehhi-vabariik

5.

τσεχικη-δημοκρατια

6.

czech-republic

7.

repulica-checa

8.

republique-tcheque

9.

repubblica-ceca

10.

cehijas-republika

11.

cekijos-respublika

12.

cseh-koztarsasag

13.

repubblica-ceka

14.

tsjechische-republiek

15.

republika-czeska

16.

republica-checa

17.

ceska-republika

18.

ceska-republika

19.

tsekin-tasavalta

20.

tjeckiska-republiken

21.

ceskarepublika

22.

dentjekkiskerepublik

23.

tschechischerepublik

24.

tsehhivabariik

25.

τσεχικηδημοκρατια

26.

czechrepublic

27.

repulicacheca

28.

republiquetcheque

29.

repubblicaceca

30.

cehijasrepublika

31.

cekijosrespublika

32.

csehkoztarsasag

33.

repubblicaceka

34.

tsjechischerepubliek

35.

republikaczeska

36.

republicacheca

37.

ceskarepublika

38.

ceskarepublika

39.

tsekintasavalta

40.

tjeckiskarepubliken

41.

czech

42.

cesko

43.

tjekkiet

44.

tschechien

45.

tsehhi

46.

τσεχια

47.

czechia

48.

chequia

49.

tchequie

50.

cechia

51.

cehija

52.

cekija

53.

csehorszag

54.

tsjechie

55.

czechy

56.

chequia

57.

ceska

58.

tsekinmaa

59.

tjeckien

60.

cechy

61.

česka-republika

62.

tsehhi-vabariik

63.

republica-checa

64.

republique-tcheque

65.

čehijas-republika

66.

cseh-köztarsasag

67.

republica-checa

68.

česka-republika

69.

českarepublika

70.

tsehhivabariik

71.

republicacheca

72.

republiquetcheque

73.

čehijasrepublika

74.

csehköztarsasag

75.

republicacheca

76.

českarepublika

77.

česko

78.

tsjechië

79.

tsehhi

80.

chequia

81.

tchequie

82.

čehija

83.

csehorszag

84.

česka

85.

čechy

ID-DANIMARKA

1.

danemark

2.

denemarken

3.

danmark

4.

denmark

5.

tanska

6.

δανία

7.

danimarca

8.

dinamarca

9.

dänemark

10.

dánsko

11.

taani

12.

danija

13.

dānija

14.

id-danimarka

15.

dania

16.

danska

17.

dánia

L-ESTONJA

1.

eesti

2.

estija

3.

estland

4.

estonia

5.

estónia

6.

estonie

7.

estonija

8.

estonja

9.

εσθονία

10.

igaunija

11.

viro

IL-FINLANDJA

1.

suomi

2.

finland

3.

finska

4.

finskó

5.

finlândia

6.

finlandia

7.

finlandja

8.

finnország

9.

suomija

10.

somija

11.

finlande

12.

φινλανδία

13.

soomi

14.

finnland

15.

finsko

FRANZA

1.

francia

2.

francie

3.

frankrig

4.

frankreich

5.

prantsusmaa

6.

γαλλια

7.

gallia

8.

france

9.

france

10.

francia

11.

francija

12.

prancūzija

13.

prancuzija

14.

franciaország

15.

franciaorszag

16.

franza

17.

frankrijk

18.

francja

19.

frança

20.

francúzsko

21.

francuzsko

22.

francija

23.

ranska

24.

frankrike

25.

französischerepublik

26.

französische-republik

27.

französische_republik

28.

franzosischerepublik

29.

franzosische-republik

30.

franzosische_republik

31.

franzoesischerepublik

32.

franzoesische-republik

33.

franzoesische_republik

34.

frenchrepublic

35.

french-republic

36.

french_republic

37.

republiquefrançaise

38.

republique-française

39.

republique_française

40.

républiquefrançaise

41.

république-française

42.

république_française

43.

republiquefrancaise

44.

republique-francaise

45.

republique_francaise

46.

républiquefrancaise

47.

république-francaise

48.

république_francaise

49.

alsace

50.

auvergne

51.

aquitaine

52.

basse-normandie

53.

bassenormandie

54.

bourgogne

55.

bretagne

56.

centre

57.

champagne-ardenne

58.

champagneardenne

59.

corse

60.

franche-comte

61.

franche-comté

62.

franchecomte

63.

franchecomté

64.

haute-normandie

65.

hautenormandie

66.

ile-de-France

67.

île-de-France

68.

iledeFrance

69.

îledeFrance

70.

languedoc-roussillon

71.

languedocroussillon

72.

limousin

73.

lorraine

74.

midi-pyrenees

75.

midi-pyrénées

76.

midipyrenees

77.

midipyrénées

78.

nord-pas-de-calais

79.

nordpasdecalais

80.

paysdelaloire

81.

pays-de-la-loire

82.

picardie

83.

poitou-charentes

84.

poitoucharentes

85.

provence-alpes-cote-d-azur

86.

provence-alpes-côte-d-azur

87.

provencealpescotedazur

88.

provencealpescôtedazur

89.

rhone-alpes

90.

rhône-alpes

91.

rhonealpes

92.

rhônealpes

93.

guadeloupe

94.

guyane

95.

martinique

96.

reunion

97.

réunion

98.

mayotte

99.

saint-pierre-et-miquelon

100.

saintpierreetmiquelon

101.

polynesie-française

102.

polynésie-française

103.

polynesie-francaise

104.

polynésie-francaise

105.

polynesiefrançaise

106.

polynésiefrançaise

107.

polynesiefrancaise

108.

polynésiefrancaise

109.

nouvelle-caledonie

110.

nouvelle-calédonie

111.

nouvellecaledonie

112.

nouvellecalédonie

113.

wallis-et-futuna

114.

wallisetfutuna

115.

terres-australes-et-antarctiques-françaises

116.

terres-australes-et-antarctiques-françaises

117.

terresaustralesetantarctiquesfrançaises

118.

terresaustralesetantarctique-françaises

119.

saint-barthélémy

120.

saintbarthélémy

121.

saint-barthelemy

122.

saintbarthelemy

123.

saint-martin

124.

saintmartin

IL-ĠERMANJA

1.

deutschland

2.

federalrepublicofgermany

3.

bundesrepublik-deutschland

4.

bundesrepublikdeutschland

5.

allemagne

6.

republiquefederaled'allemagne

7.

alemanna

8.

repúblicafederaldealemania

9.

germania

10.

repubblicafederaledigermania

11.

germany

12.

federalrepublicofgermany

13.

tyskland

14.

forbundsrepublikkentyskland

15.

duitsland

16.

bondsrepubliekduitsland

17.

nemecko

18.

spolkovárepublikanemecko

19.

alemanha

20.

republicafederaldaalemanha

21.

niemczech

22.

republikafederalnaniemiec

23.

németország

24.

németországiszövetségiköztársaság

25.

vokietijos

26.

vokietijosfederacinerespublika

27.

vacija

28.

vacijasfederativarepublika

29.

däitschland

30.

bundesrepublikdäitschland

31.

germanja

32.

repubblikafederalitagermanja

33.

gearmaine

34.

poblachtchnaidhmenagearmaine

35.

saksamaa

36.

saksamaaliitvabariik

37.

nemcija

38.

zweznarepublikanemcija

39.

γερμανία

40.

saksa

41.

saksanliittotasavalta

42.

Baden-Württemberg

43.

Bavaria

44.

Bayern

45.

Berlin

46.

Brandenburg

47.

Bremen

48.

Hamburg

49.

Hessen

50.

Lower-Saxony

51.

Mecklenburg-Western-Pomerania

52.

Mecklenburg-Vorpommern

53.

niedersachsen

54.

nordrhein-Westfalen

55.

northrhine-Westphalia

56.

Rheinland-Pfalz

57.

Rhineland-Palatinate

58.

Saarland

59.

Sachsen

60.

Sachsen-Anhalt

61.

Saxony

62.

Saxony-Anhalt

63.

Schleswig-Holstein

64.

Thüringen

65.

Thuringia

66.

Baden-Wuerttemberg

67.

bade-wurtemberg

68.

le-bade-wurtemberg

69.

Baden-Wurttemberg

70.

BadenWürttemberg

71.

BadenWuerttemberg

72.

badewurtemberg

73.

lebadewurtemberg

74.

BadenWurttemberg

75.

Baviera

76.

Bavière

77.

Freistaat-Bayern

78.

FreistaatBayern

79.

Free-State-of-Bavaria

80.

Stato-Libero-di-Baviera

81.

Etat-Libre-Bavière

82.

Brandebourg

83.

Brandeburgo

84.

Brandenburgii

85.

freieundhansestadthamburg

86.

freie-und-hansestadt-hamburg

87.

freiehansestadthamburg

88.

freie-hansestadt-hamburg

89.

hansestadt-hamburg

90.

hansestadthamburg

91.

stadthamburg

92.

stadt-hamburg

93.

hamburg-stadt

94.

hamburg

95.

landhamburg

96.

land-hamburg

97.

hamburku

98.

hampuriin

99.

hamborg

100.

hamburgo

101.

hambourg

102.

amburgo

103.

hamburgu

104.

hanbao

105.

hamburuku

106.

hamburk

107.

hesse

108.

hassia

109.

nordrheinwestfalen

110.

northrhinewestphalia

111.

northrhine-westfalia

112.

northrhinewestfalia

113.

rhenanie-du-nord-westphalie

114.

rhenaniedunordwestphalie

115.

lasaxe

116.

sachsen

117.

sajonia

118.

sajónia

119.

saksen

120.

saksimaa

121.

saksio

122.

saksonia

123.

saksonijos

124.

saška

125.

saska

126.

sasko

127.

sassonia

128.

saxe

129.

saxonia

130.

saxónia

131.

szászország

132.

szaszorszag

133.

Σαξωνία

134.

саксония

135.

freistaat-sachsen

136.

sorben

137.

serbja

138.

Sorben-Wenden

139.

Wenden

140.

lausitzer-sorben

141.

domowina

IL-GREĊJA

1.

Grecia

2.

Graekenland

3.

Griechenland

4.

Hellas

5.

Greece

6.

Grece

7.

Grecia

8.

Griekenland

9.

Grecia

10.

Kreikka

11.

Grekland

12.

Recko

13.

Kreeka

14.

Graecia

15.

Graikija

16.

Gorogorszag

17.

Grecja

18.

Grecja

19.

Grecko

20.

Grcija

L-UNGERIJA

1.

magyarkoztarsasag

2.

republicofhungary

3.

republiquedehongrie

4.

republikungarn

5.

republicadehungria

6.

repubblicadiungheria

7.

republicadahungria

8.

ungerskarepubliken

9.

unkarintasavalta

10.

denungarskerepublik

11.

derepublikhongarije

12.

republikawegierska

13.

ungarivabariik

14.

ungarijasrepublika

15.

vengrijosrespublika

16.

magyarorszag

17.

hungary

18.

hongrie

19.

ungarn

20.

hungria

21.

ungheria

22.

ungern

23.

unkari

24.

hongarije

25.

wegry

26.

madarsko

27.

ungari

28.

ungarija

29.

vengrija

30.

magyarköztársaság

31.

magyarország

32.

madarskarepublika

33.

republikamadzarska

34.

madzarsko

35.

ουγγαρια

36.

ουγρικιδεμοκρατια

37.

nyugatdunántúl

38.

középdunántúl

39.

déldunántúl

40.

középmagyarország

41.

északmagyarország

42.

északalföld

43.

délalföld

44.

nyugatdunantul

45.

kozepdunantul

46.

deldunantul

47.

kozepmagyarorszag

48.

eszakmagyarorszag

49.

eszakalfold

50.

delalfold

L-IRLANDA

1.

irlanda

2.

irsko

3.

irland

4.

iirimaa

5.

ireland

6.

irlande

7.

irlanda

8.

Īrija

9.

Airija

10.

Írország

11.

L-Irlanda

12.

iρλανδία

13.

ierland

14.

irlandia

15.

Írsko

16.

irska

17.

irlanti

18.

irland

19.

.irlande

20.

Ιρλανδία

21.

irlande

22.

republicofireland

23.

eire

L-ITALJA

1.

Repubblica-Italiana

2.

RepubblicaItaliana

3.

Italia

4.

Italy

5.

Italian

6.

Italien

7.

Italija

8.

Itália

9.

Italië

10.

Italien

11.

Itálie

12.

Italie

13.

Olaszország

14.

Itālija

15.

Włochy

16.

Ιταλία

17.

Italja

18.

Taliansko

19.

Itaalia

20.

Abruzzo

21.

Basilicata

22.

Calabria

23.

Campania

24.

Emilia-Romagna

25.

Friuli-VeneziaGiulia

26.

Lazio

27.

Liguria

28.

Lombardia

29.

Marche

30.

Molise

31.

Piemonte

32.

Puglia

33.

Sardegna

34.

Sicilia

35.

Toscana

36.

Trentino-AltoAdige

37.

Umbria

38.

Valled'Aosta

39.

Veneto

IL-LATVJA

1.

Λετονία

2.

Lettorszag

3.

Latvja

4.

Letland

5.

Lotwa

6.

Letonia

7.

Lotyssko

8.

Latvija

9.

Lettland

10.

Latvia

11.

Lotyssko

12.

Letland

13.

Lettland

14.

Lati

15.

Letonia

16.

Lettonie

17.

Lettonia

18.

Republicoflatvia

19.

Latvijskajarespublika

IL-LITWANJA

1.

lietuva

2.

leedu

3.

liettua

4.

litauen

5.

lithouania

6.

lithuania

7.

litouwen

8.

lituania

9.

lituanie

10.

litva

11.

litván

12.

litvania

13.

litvanya

14.

litwa

15.

litwanja

16.

liettuan

17.

litevská

18.

lietuvas

19.

litwy

20.

litovska

21.

aukstaitija

22.

zemaitija

23.

dzukija

24.

suvalkija

25.

suduva

26.

lietuvos-respublika

27.

lietuvos_respublika

28.

lietuvosrespublika

29.

republic-of-lithuania

30.

republic_of_lithuania

31.

republiclithuania

32.

republicoflithuania

33.

republique-de-lituanie

34.

republique_de_lituanie

35.

republiquelituanie

36.

republiquedelituanie

37.

republica-de-lituania

38.

republica_de_lituania

39.

republicalituania

40.

republicadelituania

41.

litovskajarespublika

42.

litovskaja-respublika

43.

litovskaja_respublika

44.

litauensrepublik

45.

litauens-republik

46.

litauens_republic

47.

republiklitauen

48.

republik-litauen

49.

republic_litauen

50.

δημοκρατιατησλιθουανιας

51.

δημοκρατια-της-λιθουανιας

52.

δημοκρατια_της_λιθουανιας

53.

δημοκρατίατηςΛιθουανίας

54.

δημοκρατία-της-Λιθουανίας

55.

δημοκρατία_της_Λιθουανίας

56.

repubblicadilituania

57.

repubblica-di-lituania

58.

repubblica_di_lituania

59.

republieklitouwen

60.

republiek-litouwen

61.

republiek_litouwen

62.

republicadalituania

63.

republica-da-lituania

64.

republica_da_lituania

65.

liettuantasavalta

66.

liettuan-tasavalta

67.

liettuan_tasavalta

68.

republikenLitauen

69.

republiken-litauen

70.

republiken_litauen

71.

litevskárepublika

72.

litevská-republika

73.

litevská_republika

74.

leeduvabariik

75.

leedu-vabariik

76.

leedu_vabariik

77.

lietuvasrepublika

78.

lietuvas-republika

79.

lietuvas_republika

80.

litvánköztársaság

81.

litván-köztársaság

82.

litván_köztársaság

83.

repubblikatallitwanja

84.

repubblika-tal-litwanja

85.

repubblika_tal_litwanja

86.

republikalitwy

87.

republika-litwy

88.

republika_litwy

89.

litovskarepublika

90.

litovska-republika

91.

litovska_republika

92.

republikalitva

93.

republika-litva

94.

republika_litva

IL-LUSSEMBURGU

1.

luxembourg

2.

luxemburg

3.

letzebuerg

MALTA

1.

malta

2.

malte

3.

melita

4.

republicofmalta

5.

republic-of-malta

6.

therepublicofmalta

7.

the-republic-of-malta

8.

repubblikatamalta

9.

repubblika-ta-malta

10.

maltarepublic

11.

maltarepubblika

12.

gozo

13.

ghawdex

L-OLANDA

1.

nederland

2.

holland

3.

thenetherlands

4.

netherlands

5.

lespaysbas

6.

hollande

7.

dieniederlande

8.

lospaisesbajos

9.

holanda

IL-POLONJA

1.

rzeczpospolitapolska

2.

rzeczpospolita_polska

3.

rzeczpospolita-polska

4.

polska

5.

polonia

6.

lenkija

7.

poland

8.

polen

9.

pologne

10.

polsko

11.

poola

12.

puola

IL-PORTUGALL

1.

republicaportuguesa

2.

portugal

3.

portugália

4.

portugalia

5.

portugali

6.

portugalska

7.

portugalsko

8.

portogallo

9.

portugalija

10.

portekiz

11.

πορτογαλία

12.

portugāle

13.

aveiro

14.

beja

15.

braga

16.

bragança

17.

castelobranco

18.

coimbra

19.

evora

20.

faro

21.

guarda

22.

leiria

23.

lisboa

24.

portalegre

25.

porto

26.

santarem

27.

setubal

28.

vianadocastelo

29.

viseu

30.

vilareal

31.

madeira

32.

açores

33.

alentejo

34.

algarve

35.

altoalentejo

36.

baixoalentejo

37.

beiraalta

38.

beirabaixa

39.

beirainterior

40.

beiralitoral

41.

beiratransmontana

42.

douro

43.

dourolitoral

44.

entredouroeminho

45.

estremadura

46.

minho

47.

ribatejo

48.

tras-os-montes-e-alto-douro

49.

acores

IR-RUMANIJA

1.

românia

2.

romania

3.

roumanie

4.

rumänien

5.

rumanien

6.

rumanía

7.

rumænien

8.

roménia

9.

romênia

10.

romenia

11.

rumunia

12.

rumunsko

13.

romunija

14.

rumãnija

15.

rumunija

16.

rumeenia

17.

ρουμανία

18.

románia

19.

rumanija

20.

roemenië

IS-SLOVAKKJA

1.

slowakische-republik

2.

republique-slovaque

3.

slovakiki-dimokratia

4.

slovenska-republika

5.

slovakiske-republik

6.

slovaki-vabariik

7.

slovakian-tasavalta

8.

slovakikidimokratia

9.

slovakiki-dimokratia

10.

szlovak-koztarsasag

11.

slovak-republic

12.

repubblica-slovacca

13.

slovakijas-republika

14.

slovakijos-respublika

15.

repubblika-slovakka

16.

slowaakse-republiek

17.

republika-slowacka

18.

republica-eslovaca

19.

slovaska-republika

20.

republica-eslovaca

21.

slovakiska-republiken

22.

σλοßακικη-δημοκρατια

23.

slowakischerepublik

24.

republiqueslovaque

25.

slovenskarepublika

26.

slovakiskerepublik

27.

slovakivabariik

28.

slovakiantasavalta

29.

szlovakkoztarsasag

30.

slovakrepublic

31.

repubblicaslovacca

32.

slovakijasrepublika

33.

slovakijosrespublika

34.

repubblikaslovakka

35.

slowaakserepubliek

36.

republikaslowacka

37.

republicaeslovaca

38.

slovaskarepublika

39.

republicaeslovaca

40.

slovakiskarepubliken

41.

σλοßακικηδημοκρατια

42.

slowakei

43.

slovaquie

44.

slovakia

45.

slovensko

46.

slovakiet

47.

slovakkia

48.

szlovakia

49.

slovacchia

50.

slovakija

51.

slowakije

52.

slowacija

53.

eslovaquia

54.

slovaska

55.

σλοßακικη

56.

slovakien

57.

république-slovaque

58.

slovenská-republika

59.

szlovák-köztársaság

60.

slovākijos-respublika

61.

republika-słowacka

62.

república-eslovaca

63.

slovaška-republika

64.

slovačka-republika

65.

lýdveldid-slovakia

66.

républiqueslovaque

67.

slovenskárepublika

68.

szlovákköztársaság

69.

slovākijosrespublika

70.

republikasłowacka

71.

repúblicaeslovaca

72.

slovaškarepublika

73.

slovačkarepublika

74.

lýdveldidslovakia

75.

szlovákia

76.

slovākija

77.

słowacija

78.

slovaška

79.

slovačka

IS-SLOVENJA

1.

slovenija

2.

slovenia

3.

slowenien

4.

slovenie

5.

la-slovenie

6.

laslovenie

7.

eslovenia

8.

republikaslovenija

9.

republika-slovenija

10.

republicofslovenia

11.

republic-of-slovenia

12.

szlovenia

13.

szlovenkoztarsasag

14.

szloven-koztarsasag

15.

repubblicadislovenia

16.

repubblica-di-slovenia

SPANJA

1.

españa

2.

reinodeespana

3.

reino-de-espana

4.

espagne

5.

espana

6.

espanha

7.

espanja

8.

espanya

9.

hispaania

10.

hiszpania

11.

ispanija

12.

spagna

13.

spain

14.

spanielsko

15.

spanien

16.

spanija

17.

spanje

18.

reinodeespaña

19.

reino-de-españa

20.

španielsko

21.

spānija

22.

španija

23.

španiělsko

24.

espainia

25.

ispania

26.

ισπανια

27.

andalucia

28.

andalucía

29.

andalousie

30.

andalusia

31.

andalusien

32.

juntadeandalucia

33.

juntadeandalucía

34.

aragon

35.

aragón

36.

gobiernodearagon

37.

gobiernoaragón

38.

principadodeasturias

39.

principaudasturies

40.

asturias

41.

asturies

42.

illesbalears

43.

islasbaleares

44.

canarias

45.

gobiernodecanarias

46.

canaryisland

47.

kanarischeinseln

48.

cantabria

49.

gobiernodecantabria

50.

castillalamancha

51.

castilla-lamancha

52.

castillayleon

53.

castillayleón

54.

juntadecastillayleon

55.

juntadecastillayleón

56.

generalitatdecatalunya

57.

generalitatdecataluña

58.

catalunya

59.

cataluña

60.

katalonien

61.

catalonia

62.

catalogna

63.

catalogne

64.

cataloniě

65.

katalonias

66.

catalunha

67.

kataloniens

68.

katalonian

69.

catalonië

70.

extremadura

71.

comunidadautonomadeextremadura

72.

comunidadautónomadeextremadura

73.

xuntadegalicia

74.

comunidadautonomadegalicia

75.

comunidaautónomadegalicia

76.

comunidadeautonomadegalicia

77.

comunidadeautónomadegalicia

78.

larioja

79.

gobiernodelarioja

80.

comunidadmadrid

81.

madridregion

82.

regionmadrid

83.

madrid

84.

murciaregion

85.

murciaregión

86.

murciaregione

87.

murciaregiao

88.

regiondemurcia

89.

regióndemurcia

90.

regionofmurcia

91.

regionvonmurcia

92.

regionedimurcia

93.

regiaodomurcia

94.

navarra

95.

nafarroa

96.

navarre

97.

navarracomunidadforal

98.

nafarroaforukomunitatea

99.

nafarroaforuerkidegoa

100.

communauteforaledenavarre

101.

communautéforaledenavarre

102.

foralcommunityofnavarra

103.

paisvasco

104.

paísvasco

105.

euskadi

106.

euskalherria

107.

paisbasc

108.

basquecountry

109.

paysbasque

110.

paesebasco

111.

baskenland

112.

paisbasco

113.

χώρατωνβάσκων

114.

gobiernovasco

115.

euskojaurlaritza

116.

governbasc

117.

basquegovernment

118.

gouvernementbasque

119.

governobasco

120.

baskischeregierung

121.

baskitschebestuur

122.

κυβέρνησητωνβάσκων

123.

comunidad-valenciana

124.

comunidadvalenciana

125.

comunitat-valenciana

126.

comunitatvalenciana

127.

ceuta

128.

gobiernoceuta

129.

melilla

130.

gobiernomelilla

L-IŻVEZJA

1.

suecia

2.

reinodesuecia

3.

sverige

4.

kongerietsverige

5.

schweden

6.

königreichschweden

7.

konigreichschweden

8.

σουηδία

9.

ΒασίλειοτηςΣουηδίας

10.

sweden

11.

kingdomofsweden

12.

suède

13.

suede

14.

royaumedesuède

15.

royaumedesuede

16.

svezia

17.

regnodisvezia

18.

zweden

19.

koninkrijkzweden

20.

suécia

21.

reinodasuécia

22.

reinodasuecia

23.

ruotsi

24.

ruotsinkuningaskunta

25.

konungariketsverige

26.

švédsko

27.

rootsi

28.

svedija

29.

svédorszag

30.

svedorszag

31.

l-isvezja

32.

szweja

33.

švedska

34.

svedska

IR-RENJU UNIT

1.

unitedkingdom

2.

united-kingdom

3.

united_kingdom

4.

greatbritain

5.

great-britain

6.

great_britain

7.

britain

8.

cymru

9.

england

10.

northernireland

11.

northern-ireland

12.

northern_ireland

13.

scotland

14.

wales

2.   Elenku ta’ l-ismijiet għal kull pajjiż, u l-pajjiżi li jistgħu jirriżervawhom

IL-KROAZJA

1.

croatia

2.

kroatia

3.

kroatien

4.

kroatien

5.

croazia

6.

kroatien

7.

croacia

8.

croatie

9.

horvátország

10.

horvatorszag

11.

kroatië

12.

kroatie

13.

chorwacja

14.

κροατία

15.

chorvatsko

16.

charvátsko

17.

horvaatia

18.

kroaatia

19.

croácia

20.

croacia

21.

horvātija

22.

horvatija

23.

kroatija

24.

kroazja

25.

chorvátsko

26.

chrovatsko

27.

hrvaška

28.

hrvaska

L-IŻLANDA

1.

arepublicadeislândia

2.

deijslandrepubliek

3.

deijslandrepubliek

4.

derepubliekvanijsland

5.

derepubliekvanijsland

6.

iceland

7.

icelandrepublic

8.

iepublikaislande

9.

ijsland

10.

island

11.

islanda

12.

islande

13.

islandia

14.

islândia

15.

islandica

16.

islandrepublik

17.

islandskylisejnik

18.

islannintasavalta

19.

islanti

20.

izland

21.

ísland

22.

íslenskalýðveldið

23.

köztársaságizland

24.

larepubblicadiislanda

25.

larepúblicadeislandia

26.

larépubliquedislande

27.

lislande

28.

lýðveldiðísland

29.

puklerkaislandska

30.

rahvavabariikisland

31.

repubblicadiislanda

32.

repubblikataisland

33.

republicoficeland

34.

republikaisland

35.

republikaislandia

36.

republikavisland

37.

republikkenisland

38.

republikvonisland

39.

repúblicadeislandia

40.

repúblicadeislândia

41.

républiquedislande

42.

ΔημοκρατίατηςΙσλανδίας

43.

Ισλανδία

IL-LIECHTENSTEIN

1.

fyrstendømmetliechtenstein

2.

fürstentumliechtenstein

3.

principalityofliechtenstein

4.

liechtensteinivürstiriiki

5.

liechtensteininruhtinaskunta

6.

principautédeliechtenstein

7.

πριγκιπάτοτουλιχτενστάιν

8.

furstadæmisinsliechtensteins

9.

principatodelliechtenstein

10.

lichtenšteinokunigaikštystė

11.

lihtenšteinasfirstiste

12.

prinċipalitàtal-liechtenstein

13.

vorstendomliechtenstein

14.

fyrstedømmetliechtenstein

15.

księstwoliechtenstein

16.

principadodoliechtenstein

17.

furstendömetliechtenstein

18.

lichtenštajnskékniežatstvo

19.

kneževinolihtenštajn

20.

principadodeliechtenstein

21.

lichtenštejnskéknížectví

22.

lichtensteinihercegség

IN-NORVEĠJA

1.

norge

2.

noreg

3.

norway

4.

norwegen

5.

norvege

6.

norvège

7.

noruega

8.

norvegia

9.

norvégia

10.

norsko

11.

nórsko

12.

norra

13.

norja

14.

norvegija

15.

norvēģija

16.

noorwegen

17.

Νορßηγία

18.

norvegja

19.

norveġja

20.

norveska

21.

norveška

22.

norwegia

23.

norga

IT-TURKIJA

1.

turkiye

2.

türkiye

3.

turkiyecumhuriyeti

4.

türkiyecumhuriyeti


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1256/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 829/2007 dwar il-perjodu ta' transizzjoni mogħti għall-użu ta' dokumenti kummerċjali u ċertifikati ta' saħħa għall-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli ta' saħħa dwar prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 28, l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 32(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula r-rekwiżiti ta' saħħa ta' l-annimali u dik pubblika għall-kummerċ u għall-importazzjonijiet fil-Komunità u fi tranżitu mill-Komunità ta' ċerti prodotti sekondarji ġejjin mill-annimali u prodotti li ġejjin minnhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, II, VII, VIII, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqiegħed fis-suq ta' ċerti prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, dwar dokumenti kummerċjali ta' mudell u l-Anness X ta' dan ir-Regolament, dwar iċ-ċertfikati ta' saħħa għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 829/2007 jistupula perjodu ta' transizzjoni ta' sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għall-użu tad-dokumenti kummerċjali rilevanti u ċertifikati ta' saħħa stipulati fl-Annessi II u X tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li kienu mimlija bi qbil mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 829/2007. Iżda mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament lilhawn ġew indirizzati lill-Kummissjoni bosta rikjesti ta' kjarifika rigward id-dispożizzjonijiet applikabbli matul il-perjodu ta' transizzjoni.

(4)

Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, għandu jiġi ċċarat li sa l-aħħar tal-perjodu transizzjonali, id-dokumenti kummerċjali u ċ-ċertifikati ta' saħħa li jikkorrispondu mal-mudelli meħtieġa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 829/2007 għadhom jistgħu jiġu mimlija u ffirmati mill-operaturi kummerċjali u l-awtoritajiet veterinarji ta' pajjiżi terzi, kif xieraq.

(5)

Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta soluzzjoni prattika għall-kunsinni li dwarhom inħarġu dokumenti bħal dawn fi ħdan il-perjodu ta' transizzjoni, iżda li ma jaslux fil-post tagħhom ta' destinazzjoni fi ħdan il-Komunità qabel din id-data. Dawn il-kunsinni għandhom jibqgħu jiġu aċċettati għall-kummerċ fil-Komunità u għall-importazzjoni ġewwa fiha, skond kif xieraq, fi żmien xahrejn wara din id-data.

(6)

Biex l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun iffaċilitata għall-partijiet interessati u għall-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi, il-perjodu oriġinali ta' transizzjoni ta' sitt xhur mill-24 ta' Lulju 2007 introdott bir-Regolament (KE) Nru 829/2007 għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2008. Perjodu addizzjonali għandu jiġi pprovdut billi jiġu aċċettati dawn id-dokumenti u ċertifikati għall-kummerċ fil-Komunità u għall-importazzjoni ġewwa fiha.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 829/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 829/2007 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Għal perjodu ta' transizzjoni sat-30 ta' April 2008, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw kunsinni li magħhom hemm mehmuża dokumenti kummerċjali u ċertifikati ta' saħħa mimlija u ffirmati bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li japplika sat-23 ta' Lulju 2007.

Sat-30 ta' Ġunju 2008, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw dawn il-kunsinni jekk id-dokumenti kummerċjali u ċ-ċertifikati ta' saħħa mehmuża ġew mimlija u ffirmati qabel l-1 ta' Mejju 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2007 (ĠU L 191, 21.7.2007, p. 1).


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1257/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Ottubru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta’ l-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3), imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Għall-finijiet tal-kwota bin-numru 09.4138 prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, l-uniku subperjodu huwa x-xahar ta' Ottubru. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet tal-kwoti mhux użati bin-numri 09.4127-09.4128-09.4129-09.4130 tas-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta’ Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti bin-numri 09.4148 u 09.4168 previsti fl-Artikolu 1(1), (b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, li jinkludi l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati tas-subperjodu preċedenti.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4138–09.4148–09.4168, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Ottubru 2007, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Xorta waħda jinħtieġ li jkun magħruf il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4138–09.4148–09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2007, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2007, jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2007 b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u l-perċentwali ta’ użu għas-sena 2007:

(a)

Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun bil-kodiċi tan-NM 1006 30, prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2007

Perċentwal finali ta' l-użu tal-kontinġent għas-sena 2007

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 

60,02  %

It-Tajlandja

09.4128

 

96,63  %

L-Awstralja

09.4129

 

100  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4138

11,348671  %

100  %

(b)

Kwota ta' ross imqaxxar, bil-kodiċi tan-NM 1006 20, prevista fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2007

Perċentwal finali ta' l-użu tal-kontinġent għas-sena 2007

Il-pajjiżi kollha

09.4148

19,768872  %

100  %

(ċ)

Kwota ta' ross miksur, bil-kodiċi tan-NM 1006 40, prevista fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali ta' l-użu tal-kontinġent għas-sena 2007

It-Tajlandja

09.4149

47,03  %

L-Awstralja

09.4150

0  %

Il-Gujana

09.4152

0  %

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4153

7,78  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

100  %

(d)

Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun, bil-kodiċi tan-NM 1006 30, prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali ta' l-użu tal-kontinġent għas-sena 2007[X]

It-Tajlandja

09.4112

100  %

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4116

96,98  %

L-Indja

09.4117

100  %

Il-Pakistan

09.4118

100  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

99,93  %

(e)

Kwota ta' ross miksur, bil-kodiċi tan-NM 1006 40, prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2007

Perċentwal finali ta' l-użu tal-kontinġent għas-sena 2007

Il-pajjiżi kollha

09.4168

 (1)

100  %


(1)  ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1258/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-26 ta’ Ottubru 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1259/2007

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-26 ta’ Ottubru 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

31,06

31,06


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione d'Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2005

dwar provvediment skond l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea fil-konfront ta’ Armando Álvarez SA, Bernay Film Plastique, Bischof + Klein France SAS, Bischof + Klein GmbH & Co. KG, Bonar Technical Fabrics N.V., British Polythene Industries PLC, Cofira-Sac SA, Combipac B.V., Fardem Packaging B.V., FLSmidth & Co. A/S, FLS Plast A/S, Groupe Gascogne, JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA, Kendrion N.V., Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher C.V., Low & Bonar PLC, Nordenia International AG, Nordfolien GmbH, Plásticos Españoles S.A., RKW AG Rheinische Kunststoffwerke, Sachsa Verpackung GmbH, Stempher B.V., Trioplast Industrier AB, Trioplast Wittenheim SA, UPM-Kymmene Oyj

(Każ Nru COMP/38354 – Boroż industrijali)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 4634)

(il-verżjonijiet bill-Franċiż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)

(2007/686/KE)

Fit-30 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar provvediment skond l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut tad-Deċiżjoni, inkluż kull multa imposta, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu ta’ l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   SOMMARJU TAL-KAŻ

1.1.   Destinatarji

(1)

Id-Deċiżjoni għandha bħala destinatarji l-impriżi li ġejjin talli kisru l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE:

Combipac B.V. u British Polythene Industries PLC;

Bischof + Klein GmbH & Co. KG;

Bischof + Klein France SAS;

RKW AG Rheinische Kunststoffwerke u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KGaA;

Fardem Packaging BV u Kendrion NV;

Nordenia International AG u Nordfolien GmbH;

Trioplast Wittenheim SA u Trioplast Industrier AB;

FLS Plast A/S u FLSmidth & Co. A/S;

Cofira-Sac SA;

Plásticos Españoles SA (minn hawn ’il quddiem “Aspla”) u Armando Álvarez SA;

Sachsa Verpackung GmbH u Groupe Gascogne;

UPM-Kymmene Oyj;

Bernay Film Plastique, li qabel kienet Conditionnement et Industrie SA;

Bonar Technical Fabrics N.V. u Low & Bonar PLC;

Stempher BV u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher C.V.

(2)

Id-destinatarji li saret referenza għalihom hawn fuq ħadu sehem fi ksur singolu u kontinwu ta’ l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE, li jkopri l-Benelux, Franza, il-Ġermanja u Spanja (2), li permezz tiegħu qablu li jiffissaw il-prezzijiet tal-boroż industrijali, li jistipulaw mudelli komuni għall-kalkolu tal-prezz, li jallokaw ishma u kwoti tas-suq, li jallokaw klijenti u negozji, li jipproċedu lejn sottomissjonijiet miftiehma għall-offerti u li jagħmlu skambju ta’ informazzjoni individwalizzata. It-tul tal-ksur proprju lil kull destinatarju msemmi fid-Deċiżjoni jvarja bejn 3 u 20 sena.

1.2.   Is-settur tal-boroż industrijali

(3)

Il-boroż industrijali tal-plastik (3), komunement imsemmija “boroż industrijali” jintużaw għall-ippakkjar ta’ prodotti bażiċi, u b’mod aktar ġenerali materja prima, fertilizzanti, polimeri, materjal tal-bini, prodotti agrikoli u ortikulturali u għalf ta’ l-annimali.

(4)

Il-boroż industrijali tal-plastik jistgħu jitqassmu f’erba’ kategoriji:

boroż miftuħin minn fuq;

valve bags;

FFS (form, fill and seal) bags; boroż FFS (ifforma, imla’ u ssiġilla);

Block bags.

1.3.   Il-provvista

(5)

Sa mill-bidu tas-snin disgħin wieħed seta’ josserva xejra lejn konċentrazzjoni fost il-manifatturi tal-pellikoli u tal-boroż tal-plastik, u saru diversi akkwisti fl-aħħar snin. Madankollu, flimkien ma’ l-atturi Ewropej ibbażati f’għadd ta’ Stati Membri ta’ l-UE, kumpaniji iżgħar li għażlu strateġija ta’ żvilupp lokali huma wkoll preżenti fis-suq.

1.4.   Id-domanda

(6)

Sas-snin ħamsin, l-industrija użat il-boroż tat-tessuti u tal-karta biex jinġarru l-prodotti. Bl-iżvilupp tat-trasport marittimu bl-ingrossa, l-industrija tal-boroż tat-tessuti majnat. L-introduzzjoni tal-borża tal-politin fis-snin ħamsin wassal għal domanda dejjem tikber għal dan it-tip ta’ borża, li fost l-oħrajn kienet konformi mal-ħtiġijiet ta’ l-industrija għall-ippakkjar li jirreżisti l-ilma.

(7)

Sa minn nofs is-snin sebgħin, il-boroż FFS ġew mibdula bil-mod il-mod b’tipi oħra ta’ boroż industrijali. Ir-raġuni tas-suċċess tagħhom huwa l-aktar minħabba l-proċess ta’ mili awtomatiku li jippermetti li jiġu mmaniġġjati volumi kbar, u minħabba ħtieġa limitata ta’ xogħol.

1.5.   Ambitu tal-ksur

(8)

L-investigazzjoni uriet li l-kartell ikopri s-swieq tal-Benelux, Franza, il-Ġermanja u Spanja. Is-suq ikkonċernat kien stmat madwar 220 miljun Euro fl-1996 u bejn 250 u 300 Euro fl-2001. Il-membri tal-kartell kienu jirrappreżentaw madwar 75 % tas-suq fl-1996.

1.6.   Oriġini u proċedura

(9)

F’Novembru 2001, il-kumpanija BPI infurmat lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta’ kartell fis-settur tal-boroż industrijali u esprimiet ix-xewqa li tikkoopera mal-Kummissjoni skond l-Avviż ta’ l-1996 dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-multi fil-każijiet tal-kartell (“Avviż ta’ Klemenza”) (4). BPI ipprovdiet lill-Kummissjoni bl-evidenza li ppermettiet li jsiru spezzjonijiet f'Ġunju 2002.

1.7.   It-tħaddim tal-kartell

(10)

Il-kartell kien bażikament jaħdem fuq żewġ livelli:

Il-livell globali taħt il-kappa ta’ organizzazzjoni uffiċjali professjonali msejħa “Valve-Plast”. Il-laqgħat kienu jsiru mill-inqas sa mill-1982 tlieta jew erba’ darbiet fis-sena. Subgrupp funzjonali ddedikat lill-block bags twaqqaf fl-1994.

Il-livell tas-subgrupp hu magħmul minn ħames subgruppi reġjonali (Franza, il-Ġermanja, il-Belġju u l-Olanda).

(11)

Il-prattiċi antikompetittivi identifikati kienu jkopru b’mod partikolari:

L-iffissar tal-prezzijiet u t-tfassil ta’ mudelli komuni għal kalkolu tal-prezzijiet.

L-allokazzjoni ta’ kwoti.

L-allokazzjoni ta’ klijenti u negozji.

Diskussjonijiet waqt laqgħat dwar listi ta’ klijenti kbar, il-ħatra ta’ maniġers tal-kontijiet inkarigati mill-koordinament ta’ l-offerti għal dawk il-klijenti.

Diskussjonijiet multilaterali u bilaterali dwar klijenti speċifiċi, sottomissjonijiet ta’ offerti miftiehma.

Skambju regolari ta’ informazzjoni sensittiva dwar ishma tas-suq.

2.   MULTI

2.1.   Ammont Bażiku

(12)

L-ammont bażiku ta’ multa huwa determinat skond il-gravità u t-tul tal-ksur.

2.1.1.   Gravità

(13)

Rigward in-natura tal-ksur u l-ambitu ġeografiku tiegħu, il-ksur għandu jiġi kwalifikat bħala wieħed serju ħafna.

2.1.2.   Trattament differenzjat

(14)

Fi ħdan il-kategorija ta’ ksur serju ħafna, l-iskala ta’ multi li jiġu applikati tagħmilha possibbli li jiġi applikat trattament differenzjat lill-impriżi biex titqies il-kapaċità ekonomika effettiva li tikkawza ħsara sinifikanti lill-kompetizzjoni. Dan huwa xieraq fejn, bħal f’dan il-każ, hemm disparitajiet konsiderevoli f’termini ta’ importanza bejn l-impriżi involuti fil-ksur.

(15)

L-impriżi tqassmu f’sitt kategoriji skond l-importanza relattiva tagħhom fis-suq relevanti fl-1996. L-1996 kienet sena ta’ referenza minħabba li kienet l-iktar sena viċina u sħiħa tal-ksur li fih l-impriżi kollha implikati fil-kartell kienu għadhom preżenti fis-suq rilevanti.

(16)

Bl-ishma tas-suq stmati 12,5 % u 11,5 %, Wavin/BPI u Bischof + Klein tqiegħdu fl-ewwel kategorija. Nordenia/Nordfolien tqiegħdu fit-tieni kategorija b’sehem tas-suq ta’ 8,9 %. Aspla (7,2 %) u Fardem (6,6 %) tqiegħdu fit-tielet kategorija. UPM-Kymmene (4,8 %), RKW (4,6 %) u Stempher (4,3 %) tqegħdu fir-raba’ kategorija. Bonar Technical Fabrics (3,1 %), Cofira (2,9 %) u Trioplast Wittenheim (2,8 %) tqiegħdu fil-ħames kategorija. Sachsa (2,3 %), Bischof + Klein France (1,9 %) u Bernay Film Plastique (1,6 %) tqiegħdu fis-sitt kategorija.

(17)

Għal Stempher (Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher C.V. u Stempher BV), m’hemm ebda evidenza fil-fajl li kienet taf bl-iskema globali tal-kartell. Il-parteċipazzjoni tagħha kienet limitata għal wiehed mis-subgruppi li kien jittratta biss mas-suq Olandiż (u minn żmien għal żmien mal-Belġju). Għalhekk tnaqqis ta’ 25 % jiġi applikat fuq l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Stempher.

2.1.3.   Deterrent Suffiċjenti

(18)

Fi ħdan il-kategorija ta’ ksur serju ħafna, l-iskala tal-multi li tista’ tkun imposta tagħmilha wkoll possibbli li jiġu ffissati multi f’livell li jassigura li għandhom effett biżżejjed ta’ deterrent, meta jitqies id-daqs u s-saħħa ekonomika ta’ kull impriża. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li fl-2004, l-aktar sena kummerċjali riċenti qabel din id-Deċiżjoni, id-dħul tal-grupp UPM-Kymmene kien 9 820 miljun Euro. Għalhekk, jitqies xieraq, li jiġi applikat il-fattur ta’ multiplikazzjoni għal 2 tal-multa imposta fuq UPM-Kymmene.

2.1.4.   Tul ta’ żmien

(19)

Żidiet perċentwali individwalizzati jiġu applikati skond it-tul tal-ksur proprju għal kull kumpanija. Bischof + Klein Co. KG, Cofira-Sac SA, Fardem Packaging, Nordenia International AG, Trioplast Wittenheim, RKW u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen kellhom sehem fil-ksur matul perjodu ta’ aktar minn 20 sena li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 200 %. Combipac kellha sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 19-il sena u 10 xhur li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 195 %. Bischof + Klein France SAS kellha sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 18-il sena u 11-il xahar li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 185 %. Sachsa kellha sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 14-il sena u 4 xhur li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 140 %. Aspla u Armando Álvarez SA kellhom sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 11-il sena u 3 xhur li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 110 %. Groupe Gascogne, FLS Plast u FLSmidth & Co kellhom sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 8 snin (u 5 xhur għal Groupe Gascogne) li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 80 %. Kendrion NV kellha sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 7 snin li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 70 %. Nordfolien kellha sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 9 snin u 7 xhur li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 95 %. Bonar Technical Fabrics u Low & Bonar kellhom sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 6 snin u xahrejn li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 60 %. UPM-Kymmene u British Polythene Industries PLC kellhom sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 4 snin u 6 xhur li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 45 %. K.V. Stempher C.V. u Stempher BV kellhom sehem fil-ksur matul perjodu ta’ 4 snin li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 40 %. Fl-aħħarnett, Trioplast Industrier AB u Bernay Film Plastique kellhom sehem fil-ksur matul perjodu ta’ aktar minn 3 snin li wassal għal żieda perċentwali ta’ l-ammont inizjali ta’ 30 %.

2.2.   Ċirkostanzi aggravanti

2.2.1.   Ksur ripetut

(20)

Meta sar il-ksur, UPM-Kymmene kienet diġà suġġetta għad-deċiżjonijiet preċedenti ta’ projbizzjoni tal-Kummissjoni għall-attivitajiet ta’ kartell fid-Deċiżjoni 94/601/KE fil-każ Cartonboard case (IV/C/33.833). Din iċ-ċirkostanza aggravanti tiġġustifika żieda ta’ 50 % fl-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq UPM-Kymmene.

2.2.2.   Xkiel fl-investigazzjoni

(21)

Matul l-ispezzjoni, maniġer ta’ Bischof + Klein qered dokument magħżul mill-uffiċjali tal-Kummissjoni. Jitqies li irrispettivament mill-effett tagħha, imġiba bħal din bilfors fixklet l-investigazzjoni tal-Kummissjoni u xekklet lill-ispetturi tagħha fl-eżerċizzju tal-poteri investigattivi tagħhom. Dan ix-xkiel deliberat jikkostitwixxi ċirkostanza aggravanti, kif ipprovdut fil-Linji Gwida dwar Multi, li għandu jiġi penalizzat b’żieda ta’ 10 % fuq l-ammont bażiku tal-multa.

2.3.   Ċirkostanzi attenwanti

(22)

Għadd ta’ impriżi talbu li jiġu applikati ċirkostanzi attenwanti u indikaw numru ta’ fatturi bħar-rwol passiv tagħhom, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tal-prattiċi, it-terminazzjoni bikrija tal-ksur, l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ konformità u s-sitwazzjoni ta’ kriżi fis-settur tal-boroż industrijali. Dawn it-talbiet huma kollha miċħuda għaliex bla bażi.

2.4.   L-applikazzjoni ta’ limitu ta’ 10 % fid-dħul

(23)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jipprovdu li l-multa imposta fuq kull impriża m’għandhiex taqbeż 10 % tad-dħul tagħha. Dwar il-limitu ta’ 10 %, jekk “għadd ta’ destinatarji jikkostitwixxul-impriża’, jiġifieri l-entità ekonomika responsabbli għal ksur penalizzat, (…) fid-data meta ġiet adottata d-Deċiżjoni, (…) il-limitu jista’ jiġi kklalkulat fuq il-bażi tad-dħul totali ta’ dik l-impriża, jiġifieri tal-partijiet kollha kostitwenti tagħha flimkien. B’kuntrast, jekk dik l-unità ekonomika minn dak iż-żmien falliet, kull parti destinatarja tad-Deċiżjoni hija intitolata li jkollha l-limitu in kwistjoni applikat individwalment għaliha (5).

(24)

Il-limitu ta’ 10 % jiġi applikat meta xieraq, jiġifieri fil-konfront ta’ Stempher, Bernay Film Plastique, Nordenia International AG, Nordefolien GmbH, Cofira-Sac, Fardem, Combipac BV, Bischof + Klein GmbH & Co. KG u Bischof + Klein France.

2.5.   L-applikazzjoni ta’ l-Avviż ta’ Klemenza ta’ l-1996

(25)

Meta jitqies li BPI applikat għall-klemenza qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-Avviż ta’ Klemenza ta’ l-2002, id-dispożizzjonijiet ta’ l-avviż ta’ l-1996 japplikaw għal dan il-każ.

2.5.1.   Sezzjoni B (tnaqqis minn 75 % għal 100 %)

(26)

F’Novembru 2001, BPI kienet l-ewwel impriża li pprovdiet lill-Kummissjoni bl-elementi deċiżivi ta’ prova tal-ksur li ppermetta lill-Kummissjoni li tagħmel spezzjonijiet b’suċċess. BPI tat il-kooperazzjoni tagħha matul l-investigazzjoni u għalhekk issodisfat l-obbligi imposti mill-avviż ta’ klemenza.

(27)

Tliet partijiet iddikjaraw fir-risposta tagħhom għall-Istqarrija ta’ Oġġezzjonijiet li BPI kienet ħadet sehem wara Novembru 2001 f’arranġament ta’ kollużjoni dwar offerta. Wara investigazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet u minħabba li ebda materjal ta’ prova deċiżiv ma ġie prodott, il-Kummissjoni tikkunsidra li BPI għandha tinżamm taħt Sezzjoni B ta’ l-avviż. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li BPI (inkluż il-kumpanija sussidjarja tagħha Compipac BV) hija intitolata li tibbenefika minn tnaqqis ta’ 100 % fl-ammont tal-multa li suppost kellu jiġi impost.

2.5.2.   Sezzjoni D (tnaqqis minn 10 % għal 50 %)

(28)

Trioplast-Wittenheim applikat għal klemenza wara li rċeviet it-talba għall-informazzjoni li l-Kummissjoni bagħtitilha skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17. L-ispjegazzjonijiet li tat dwar it-tħaddim tal-kartell u dwar xi dokumenti għenu biex tkun konfermata l-eżistenza tal-ksur. Minħabba din il-kooperazzjoni, il-Kummissjoni tikkonsidra li Trioplast Wittenheim u Trioplast Industrier huma intotali li jibbenefikaw minn 30 % tnaqqis fl-ammont tal-multa li suppost kellha tiġi imposta, skond Sezzjoni D ta’ l-Avviż ta’ Klemenza ta’ l-1996.

(29)

Bischof+Klein u Cofira pprovdew xi informazzjoni jew dokumenti li kienu akbar fin-numru mir-risposti għall-ittra ta’ Artikolu 11 u ma kkontestawx il-fatti. Minħabba l-kooperazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tqis li Bischof + Klein GmbH & Co. KG, Bischof u Klein France SAS u Cofira-Sac SA huma intitolati li jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 25 % fl-ammont tal-multa li suppost kellha tiġi imposta.

(30)

Il-Kummissjoni tqis li Nordfolien (6) u Bonar Technical Fabrics (7) huma intitolati li jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 10 % fl-ammont tal-multa li suppost kellha tiġi imposta talli ma kkontestawx il-fatti.

(31)

Il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni mogħtija b’mod volontarju minn Sachsa ma kkontribwietx sostanzjalament biex jitwaqqaf il-ksur u għalhekk ma tikkwalifikax għalnaqqis fil-multa.

(32)

It-talbiet ta’ FLS-Plast u FLSmidth għal tnaqqis tal-multa talli ma kkontestawx il-fatt qed jiġu miċħuda.

3.   DEĊIŻJONI

(33)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat billi ħadu sehem, matul il-perjodi indikati, f’kumpless ta’ ftehimiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-boroż tal-plastik industrijali fil-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Lussemburgu u l-Olanda, li jikkonsisti fl-iffissar ta’ prezzijiet u t-twaqqif ta’ mudelli ta’ kalkolu ta’ prezz komuni, it-tqassim tas-swieq u l-allokazzjoni tal-kwoti tal-bejgħ, l-assenjar tal-klijenti, in-negozji u l-ordnijiet, is-sottomissjoni ta’ offerti miftiehma bi tweġiba għal ċerti inviti għall-offerti u skambju ta’ informazzjoni individwalizzata:

(a)

Combipac B.V., mis-6 ta’ Jannar 1982 sad-9 ta’ Novembru 2001, u British Polythene Industries PLC, mill-25 ta’ April 1997 sad-9 ta’ Novembru 2001;

(b)

Bischof + Klein GmbH & Co. KG, mis-6 ta’ Jannar 1982 sas-26 ta’ Ġunju 2002, u Bischof + Klein France SAS, mis-6 ta’ Jannar 1982 sat-18 ta’ Diċembru 2000;

(c)

RKW AG Rheinische Kunststoffwerke u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KgaA mis-6 ta’ Jannar 1982 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(d)

Fardem Packaging B.V., mis-6 ta’ Jannar 1982 sas-26 ta’ Ġunju 2002, u Kendrion N.V., mit-8 ta’ Ġunju 1995 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(e)

Nordenia International AG, mis-6 ta’ Jannar 1982 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(f)

Nordfolien GmbH, mill-24 ta’ Novembru 1992 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(g)

Trioplast Wittenheim SA, mis-6 ta’ Jannar 1982 sas-26 ta’ Ġunju 2002, u Trioplast Industrier AB, mill-21 ta’ Jannar 1999 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(h)

FLS Plast A/S u FLSmidth & Co. A/S mill-31 ta’ Diċembru 1990 sad-19 ta’ Jannar 1999;

(i)

Cofira-Sac SA, mill-24 ta’ Marzu 1982 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(j)

Plásticos Españoles SA u Armando Álvarez SA, mit-8 ta’ Marzu 1991 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(k)

Sachsa Verpackung GmbH, mid-9 ta’ Frar 1988 sas-26 ta’ Ġunju 2002, u Groupe Gascogne, mill-1 ta’ Jannar 1994 sas-26 ta’ Ġunju 2002;

(l)

UPM-Kymmene Oyj, mit-18 ta’ Lulju 1994 sal-31 ta’ Jannar 1999;

(m)

Bernay Film Plastique, mill-31 ta’ Awwissu 1995 sad-9 ta’ Novembru 1998;

(n)

Bonar Technical Fabrics NV u Low & Bonar PLC, mit-13 ta’ Settembru 1991 sat-28 ta’ Novembru 1997.

(34)

Stempher BV u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher C.V. kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat billi ħadu sehem, mill-25 ta’ Ottubru 1993 sal-31 ta’ Ottubru 1997, f’kumpless ta’ ftehimiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-boroż ta’ plastik industrijali fl-Olanda u, kultant, fil-Belġju li jikkonsisti fl-iffissar ta’ prezzijiet u t-waqqif ta’ mudelli ta’ kalkolu ta’ prezz komuni, it-tqassim tas-swieq, l-assenjar tal-klijenti, in-negozji u l-ordnijiet, u l-iskambju ta’ informazzjoni individwalizzata.

(35)

Għal dan il-ksur qed jiġu imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Combipac BV: 0 Euro. Ta’ dan l-ammont, British Polythene Industries PLC għandhom ikunu soġġetti b’mod konġunt u separatament għas-somma ta’ 0 Euro;

(b)

Bischof + Klein GmbH & Co. KG; 29,15 miljun Euro u Bischof + Klein France SAS: 3,96 miljun Euro;

(c)

RKW AG Rheinische Kunststoffwerke u JM Gesellschaft für industrielle Beteiligungen mbH & Co. KgaA b’mod konġunt u separatament: 39 miljun Euro;

(d)

Kendrion N.V.: 34 miljun Euro. Ta’ dan l-ammont, Fardem Packaging B.V. għandhom ikunu soġġetti b’mod konġunt u separatament għas-somma ta’ 2,20 miljun Euro;

(e)

Nordenia International AG: 39,10 miljun Euro. Ta’ dan l-ammont, Nordfolien GmbH għandhom ikunu soġġetti b’mod konġunt u separatament għas-somma ta’ 7,18 miljun Euro;

(f)

Trioplast Wittenheim SA: 17,85 miljun Euro. Ta’ dan l-ammont, FLSmidth & Co. A/S u FLS Plast A/S għandhom ikunu soġġetti b’mod konġunt u separatament għas-somma ta’ 15,30 miljun Euro u Trioplast Industrier AB għandha tkun soġġetti b’mod konġunt u separatament għas-somma ta’ 7,73 miljun Euro;

(g)

Cofira-Sac SA: 350 000 Euro;

(h)

Plásticos Españoles SA u Armando Álvarez SA, b’mod konġunt u separatament: 42 miljun Euro;

(i)

Sachsa Verpackung GmbH: 13,20 miljun Euro. Ta’ dan l-ammont, Groupe Gascogne għandha tkun soġġetta b’mod konġunt u separatament għas-somma ta’ 9,90 miljun Euro;

(j)

UPM-Kymmene Oyj: 56,55 miljun Euro;

(k)

Bernay Film Plastique: 940 000 Euro;

(l)

Bonar Technical Fabrics NV u Low & Bonar PLC, b’mod konġunt u separatament: 12,24 miljun Euro;

(m)

Stempher BV u Koninklijke Verpakkingsindustrie Stempher C.V., b’mod konġunt u separatament: 2,37 miljun Euro.

(36)

L-impriżi elenkati hawn fuq għandhom jitterminaw b’mod immedjat il-ksur li hemm referenza għalih fil-paragrafi 33 u 34 hawn fuq, jekk għadhom m’għamlux dan. M’għandhomx jirrepetu xi att jew kondotta deskritta fil-paragrafi 33 u 34 u xi att jew kondotta li għandhom l-għan li huwa l-istess jew li huwa simili.

(37)

Verżjoni mhux kunfidenzjali tat-test sħiħ tad-Deċiżjoni ser tiġi ppubblikata fil-lingwi awtentiċi tal-każ fil-websajt tad-DG Competition f’dan l-indirizz http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).

(2)  Il-parteċipazzjoni ta’ Stempher fil-ksur kien limitat għall-Olanda u f’xi okkażjonijiet għall-Belġju.

(3)  Hemm ukoll boroż industrijali magħmula mill-karta, imma dawn ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ din l-investigazzjoni.

(4)  ĠU C 207, 18.7.1996, p. 4.

(5)  Ara s-sentenza tal-Qorti ta’ Prim’Istanza fil-Każijiet T-71/03, T-74/03, T-87/03 u T-91/03, Tokai Carbon and Co Ltd and others v Commission, ikkwotati hawn fuq, paragrafu 390.

(6)  Billi Nordfolien u Nordenia International AG kienu proprjetà ta’ żewġ impriżi differenti mill-2003, il-kooperazzjoni li fuqha qed tfittex li tibbaża ruħha Nordfolien għandha titqies li taqa’ biss fuq dik il-kumpanija, u għalhekk m’hemmx raġuni biex Nordenia International AG titħalla tibbenefika mit-tnaqqis fil-multa mogħtija lil Nordfolien.

(7)  Billi Low & Bonar PLC tifforma impriża komuni ma’ Bonar Technical Fabrics, hija wkoll intitolata li tibbenefika minn dan it-tnaqqis.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Awwissu 2006

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Il-każ COMP/M.3848 – Sea-Invest/EMO-EKOM)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 3710)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/687/KE)

Fit-18 ta’ Awissu 2006 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ amalgamazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament ta’ Amalgamazzjoni tal-KE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competiton/index_en.html

I.   SOMMARJU

(1)

Sea-Invest N.V. (“Sea-Invest”) hija kumpanija b’sidien privati li tipprovdi servizzi fit-terminals f’għadd ta’ portijiet fil-Belġju, Franza, il-Ġermanja u l-Afrika ta’ Isfel. L-attività ċentrali tagħha hija l-immaniġġjar ta’ merkanzija dry bulk u merkanzija oħra mhux fil-kontenituri. Sea-Invest tikkontrolla fost l-oħrajn it-terminals li ġejjin u timmaniġġja l-faħam, il-ħadid mhux maħdum u dry bulk ieħor: ABT f’Antwerp, GCT u CBM f’Ghent u Sea-Bulk f’Dunkirk.

(2)

Europees Massagoed-Overslagbedrijf B.V. u Erts-en Kolen Overslagbedrijf B.V. (“EMO-EKOM”) jipprovdu servizzi fit-terminal għall-faħam u l-ħadid mhux maħdum f’Rotterdam. EMO qed topera t-terminal filwaqt li EKOM hija l-proprjetarja tal-faċilitajiet. L-azzjonisti attwali f’EMO-EKOM huma ThyssenKrupp Veerhaven B.V. (“TKV”), RAG Logistic GmbH (“RAG”), H.E.S. Beheer N.V. (“HES”) u Manufrance B.V. (“Manufrance”).

(3)

TKV hija l-intermedjarja tal-port marittimu għal ThyssenKrupp Steel għall-portijiet ta’ Amsterdam, Rotterdam u Antwerp. Hija topera servizzi ta’ rmonk u barkun matul ix-xmara Rhine lill-kalkari tal-funderiji tal-grupp fi Duisburg. TKV topera wkoll terminal tal-faħam u l-ħadid mhux maħdum fil-port ta’ Rotterdam, li huwa kollu kemm hu dedikat lill-grupp ThyssenKrupp.

(4)

HES għandha, minbarra ishma fl-EMO-EKOM, ishma f’kumpaniji oħra li jimmaniġġjaw prodotti dry bulk fil-portijiet ta’ Rotterdam, Amsterdam u Zeeland. Is-sussidjarja tagħha EBS timmaniġġja faħam, ħadid mhux maħdum u prodotti dry bulk ieħor f'Rotterdam. Għandha wkoll kontroll konġunt fit-terminal RBY għall-ħadid mhux maħdum u prodotti dry bulk oħra f’Rotterdam u fit-terminal OBA li jimmaniġġja faħam u prodotti dry bulk oħra f’Amsterdam. Barra minn hekk, għandha ishma mhux ta’ kontroll fit-terminal OVET li jimmaniġġja faħam, ħadid mhux maħdum u prodotti dry bulk oħra f’Zeeland.

(5)

Manufrance għandha, minbarra ishma f’EMO-EKOM, interessi ta’ kontroll f’OVET u OBA. Hija sussidjarja ta’ ATIC Services, proġett bi sħab bejn il-gruppi Total, EDF u Arcelor (madankollu, l-ebda wieħed minn dawn l-azzjonisti ma jikkontrolla l-ATIC Services). ATIC Services għandha interessi f’kumpaniji li joffru servizzi relatati mal-kummerċ tal-faħam, il-loġistika ta’ mogħdijiet interni ta’ ilma, it-trasport marittimu u l-kontroll tal-kwalità ta’ merkanziji ta’ faħam u ħadid mhux maħdum

(6)

Skond it-tranżazzjoni proposta, Sea-Invest tikseb kontroll konġunt ta’ EMO-EKOM permezz tax-xiri ta’ ishma fil-kumpanija ta’ Investiment SNV mill-azzjonist attwali RAG. Wara t-tranżazzjoni, EMO-EKOM ser ikunu kontrollati b’mod konġunt minn Sea-Invest, TKV, HES u Manufrance.

(7)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-suq uriet li l-konċentrazzjoni proposta mhux ser twassal għal xi tħassib dwar kompetizzjoni li bħala riżultat jimpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Komuni jew f’parti sostanzjali minnu.

II.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1)   IS-SWIEQ RILEVANTI TAL-PRODOTTI

(8)

Il-Kummissjoni fil-passat issuġġeriet li s-suq għas-servizzi tat-terminal (immaniġġjar ta’ merkanzija u ħażna fil-portijiet) seta’ jintqassam skond it-tliet tipi ewlenin ta’ merkanzija: (i) prodotti f’pakketti (b’mod partikolari kontenituri), (ii) prodotti dry bulk u (iii) prodotti likwidi, jew liquid bulk. Deċiżjoni preċedenti ssuġġeriet ukoll li s-suq għas-servizzi fit-terminals għall-merkanzija dry bulk setgħet tkompli titqassam skond it-tip ta’ prodott immaniġġjat. Il-prodotti dry bulk is-soltu jinqasmu f’diversi kategoriji: faħam u ħadid mhux maħdum, prodotti agrikoli (pereżempju qmugħ u ċereali) u prodotti dry bulk oħra (2). Minħabba li terminals għall-prodotti agrikoli ma jikkompetux, l-aktar minħabba raġunijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel, ma’ terminals li jimmaniġġjaw żewġ tipi oħra ta’ prodotti dry bulk, l-investigazzjoni ffukat fuq jekk l-immaniġġjar ta’ faħam u ħadid mhux maħdum fuq naħa u prodotti dry bulk ieħor fuq in-naħa l-oħra jiffurmawx swieq separati.

(9)

Faħam u ħadid mhux maħdum huma prodotti ewlenin bl-ingrossa fi kwantitajiet kbar li, fil-każ tagħhom, il-ħeffa fl-immaniġġjar hija kruċjali filwaqt li l-immaniġġjar u l-ħażna ma jeħtiġux attenzjoni speċjali. Kumpaniji tat-terminals jistgħu jaqilbu bejn l-immaniġġjar ta’ faħam u ħadid mhux maħdum u ħafna minnhom jimmaniġġjaw iż-żewġ prodotti bl-istess apparat. Kemm il-ħadid mhux maħdum u l-faħam jinħażnu fuq barra u bażikament fl-istess żona, imma f’munzelli separati. Barra minn hekk, il-klijenti għall-immaniġġjar tal-faħam u l-ħadid mhux maħdum fiż-żewġ każijiet huma ġeneralment l-utenti aħħarija ta’ dawn il-prodotti, jiġifieri kumpaniji kbar ta’ l-azzar u kumpaniji ta’ l-elettriku. Dawn iż-żewġ prodotti jiġu wkoll trasportati f'vapuri akbar u t-trasport preferut intern huwa fi braken partikolari u f'livell inqas, bil-ferrovija.

(10)

Min-naħa l-oħra, prodotti oħra dry bulk jeħtieġu mmaniġġjar differenti minħabba li ta’ spiss ikunu iktar fraġli mill-faħam u l-ħadid mhux maħdum, ma jistgħux jiġu mmaniġġjati minn ċineg trasportaturi ta’ veloċità kbira użati għall-faħam u l-ħadid mhux maħdum u jistgħu kultant jeħtieġu li jinħażnu f’post mgħotti. Prodotti oħra dry bulk jiġu wkoll trasportati u mmaniġġjati f’volumi ħafna iżgħar. Bastimenti iżgħar jintużaw għal prodotti dry bulk oħra minbarra l-faħam u l-ħadid mhux maħdum li jista’ jidħol f’portijiet fejn il-fond huwa ristrett. Minħabba li l-volumi huma iżgħar, it-trasport intern ta’ prodotti oħra dry bulk huwa aktar flessibbli. Barra minn hekk, il-klijenti għal prodotti oħra dry bulk huma differenti u l-kummerċjanti u l-kumpaniji loġistiċi għandhom rwol akbar.

(11)

Għalkemm xi terminals iżgħar jaqilbu bejn l-immaniġġjar ta’ faħam u ħadid mhux maħdum fuq naħa u prodotti oħra dry bulk fuq l-oħra, hemm differenzi sostanzjali bejn l-immaniġġjar ta’ dawn iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti li jillimitaw is-sostituzzjoni ta’ provvista effettiva u immedjata. Klijenti importanti tal-faħam u tal-ħadid mhux maħdum ikkonfermaw ukoll li ma jikkunsidrawx terminals oħra dry bulk bħala alternattiva vijabbli minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ ħażna u n-nuqqas ta’ possibbiltà li jitgħabbew u jinħattu volumi kbar ta’ merkanzija.

(12)

Minħabba f’hekk, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-immaniġġjar tal-faħam u tal-ħadid mhux maħdum jirrappreżenta suq separat mill-immaniġġjar ta’ prodotti dry bulk oħra.

(13)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fil-passat għamlet distinzjoni bejn is-swieq għas-servizzi tat-terminals għat-traffiku hinterland  (3) fuq naħa u t-traffiku ta’ trażbord (4) fuq l-oħra. Din id-distinzjoni ġiet ikkonfermata anki f’dan il-każ. Għalhekk, id-deċiżjoni tiddefinixxi s-suq ta’ prodotti ewlieni effettwat bħala servizzi tat-terminal għall-traffiku hinterland għall-faħam u ħadid mhux maħdum li huma differenti mis-servizzi tat-terminal għat-traffiku tat-trażbord ta’ faħam u ħadid mhux maħdum.

(2)   IS-SWIEQ RILEVANTI ĠEOGRAFIĊI

(14)

Fl-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġie dikjarat li s-suq rilevanti ġeografiku seta’ jestendi jew lejn il-portijiet kollha tal-firxa ARA (jiġifieri Antwerp, Rotterdam, Amsterdam, inkluż Zeeland) jew seta’ jkun limitat biss għall-port ta’ Antwerp fuq naħa u lejn il-portijiet Olandiżi (Rotterdam, Amsterdam, Zeeland) fuq in-naħa l-oħra. L-investigazzjoni fil-fond tas-suq li saret għalhekk iffukat fuq is-sostitwibilità bejn it-terminal ta’ Sea-Invest ABT f’Antwerp (kif ukoll it-terminals tagħha f’Ghent u Dunkirk) u EMO-EKOM kif ukoll terminals oħra fil-portijiet Olandiżi.

(15)

It-terminals tal-faħam u l-ħadid mhux maħdum għandhom tliet gruppi ewlenin ta’ klijenti: produtturi ta’ l-azzar, produtturi u kummerċjanti ta’ l-elettriku. Meta jiddeċiedi l-użu tat-terminal, il-klijent għandu jqis il-katina kollha loġistika biex jisfrutta bl-aħjar mod l-ispejjeż loġistiċi konnessi ma’ l-importazzjoni tal-faħam u l-ħadid mhux maħdum. L-investigazzjoni tas-suq uriet li din timponi restrizzjonijiet sinifikanti dwar l-għażla aħħarija dwar terminal speċifiku. L-aktar elementi importanti ta’ spejjeż tal-katina loġistika minbarra l-immaniġġjar fit-terminal u l-ħażna huma l-ġarr bil-baħar u t-trasport fuq l-art. L-immaniġġjar fit-terminal u l-ispejjeż ta’ ħażna jirrappreżentaw biss madwar 10-15 % ta’ l-ispejjeż loġistiċi totali. L-importanza relattivament baxxa tat-tariffi tat-terminal twassal biex il-bdil ta’ bejn 10 % jew anki 15 % żieda fit-tariffi tat-terminal mhux probabbli, minħabba li l-għażla tal-port u t-terminal tal-ħruġ issir l-aktar skond elementi iktar importanti ta’ spejjeż – l-ispejjeż ta’ ġarr bil-baħar u l-ispejjeż ta’ trasport fuq l-art – kif ukoll fatturi oħra speċifiċi għal kull klijent.

(16)

Id-deċiżjoni għalhekk l-ewwel tanalizza l-aktar partijiet importanti ta’ l-ispejjeż loġistiċi għall-importazzjoni tal-faħam u tal-ħadid mhux maħdum. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tiġbor fil-qosor ir-riżultati ta’ investigazzjoni fil-fond dwar il-possibilitajiet li klijenti individwali ta’ Sea-Invest, EMO-EKOM u terminals oħra jaqilbu bejn Antwerp (jew anki Ghent u Dunkirk) fuq naħa u Rotterdam u portijiet oħra Olandiżi fuq l-oħra.

(17)

L-ispejjeż tal-ġarr bil-baħar huma, għall-parti l-kbir tal-klijenti, l-aktar fattur importanti li jinfluwenza l-għażla ta’ terminal partikolari. Huwa ġeneralment aktar ekonomiku li jintużaw bastimenti kbar bħala possibbli għall-parti marittima tat-trasport tal-faħam u aktar u aktar, tal-ħadid mhux maħdum. Madankollu, l-għażla ta’ bastiment ta’ kobor partikolari huwa limitat mill-fond tal-portijiet. L-investigazzjoni dwar is-suq tikkonferma li Antwerp huwa aktar ristrett bħala fond minn Rotterdam u portijiet oħra fil-firxa ARA u li għalhekk bastimenti kbar (li huma akbar minn madwar 140 000 dwt) ma jistgħux jidħlu fil-port ta’ Antwerp b’tagħbija kbira. Għall-kuntrarju, dawn il-bastimenti kbar iwasslu 79 % tal-faħam u anki 93 % tal-ħadid mhux maħdum li jinħatt fil-port ta’ Rotterdam. L-analiżi kwantitattiva ta’ l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar ikkonfermat l-importanza tal-fond u l-importanza relattiva ta’ l-iżvantaġġ fl-ispejjeż tat-terminal ABT imqabbel mat-terminal ta’ l-EMO-EKOM. Fil-każ tal-faħam trasportat minn oriġini fejn m’hemmx restrizzjoni ta’ fond (li jirrappreżentaw iktar minn 70 % tal-faħam kollu li jinħatt fil-firxa ARA), id-differenza fl-ispejjeż tat-trasport bil-baħar bejn Antwerp u Rotterdam jammonta għal medja ta’ madwar 50 % tat-tariffa ta’ l-immaniġġjar. Din waħedha twassal biex il-bdil b’reazzjoni għal żieda ta’ 10 % fil-prezz ma jkunx probabbli.

(18)

L-ispejjeż ta’ trasport bl-art jista’ jkollhom effett sinifikanti anki fuq l-għażla ta’ terminal partikolari, skond il-lokalità tal-klijenti. Meta jitqabblu l-ispejjeż medji ta’ trasport fuq l-art għar-reġjuni differenti minn Antwerp u Rotterdam jirriżulta li Antwerp huwa ħafna irħas b’mod partkolari għall-Belġju u sa ċertu punt għan-naħa ta’ fuq ta’ Franza. Rotterdam, fuq naħa, hija irħas għall-Ġermanja – Ruhrgebiet, Ġermanja – Saarland, in-naħa t’isfel tal-Ġermanja u sa ċertu punt għall-Olanda. Id-differenza fin-nefqa bejn Antwerp u Rotterdam għal dawn ir-reġjuni tvarja bejn 20 % u 50 % tat-tariffa medja tat-terminal. Dan jillimita l-inċentiv ekonomiku tal-klijenti biex jaqilbu bejn Antwerp u Rotterdam b’reazzjoni għaż-żieda ta’ 10 % fit-tariffa tat-terminal. Huwa wkoll konformi ma’ l-istqarrijiet ta’ Sea-Invest u dawk li wieġbu fl-investigazzjoni li Antwerp u Rotterdam iservu hinterlands differenti u li l-għażla ta’ terminal hija deċiża minn qabel b’mod sinifikanti skond il-lokalità tal-klijent.

(19)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni tanalizza l-prezzijiet tas-servizzi tat-terminal ta’ l-ABT u EMO-EKOM li jitħallsu mill-klijenti li jinsabu f’żoni ġeografiċi differenti. Dan wera kemm għall-ABT kif ukoll għal EMO-EKOM li m’hemm ebda reġjuni speċifiċi fejn il-klijenti jħallsu prezzijiet ħafna irħas jew ogħla mqabbla ma’ reġjuni oħra. Dan jidher li jindika li m’hemm ebda reġjun partikolari fejn il-pressjoni kompetittiva bejn it-terminals tkun partikolarment qawwija. L-analiżi tal-prezzijiet tat-terminal uriet ukoll li l-prezzijiet huma differenti b’mod sinifikanti bejn klijenti individwali ta’ ABT u EMO-EKOM.

(20)

Rigward is-sitwazzjoni speċifika għal kull grupp ta’ klijenti identifikati hawn fuq, id-deċiżjoni tiġbor fil-qosor it-terminals użati minn gruppi individwali ta’ klijenti li jinsabu f’żoni differenti u l-possibilitajiet reali biex jaqilbu bejn terminal u ieħor. Din l-analiżi hija bbażata fuq it-tweġibiet tal-klijenti għall-kwestjonarji dettaljati kif ukoll intervisti li saru ma’ għadd ta’ klijenti. Il-klijenti kollha enfasizzaw li l-għażla tagħhom tat-terminal tittieħed l-aktar skond l-ispejjeż tal-ġarr bil-baħar u l-ispejjeż tat-trasport bl-art. Barra minn hekk, hemm ħafna fatturi oħra li jiddeterminaw u jillimitaw l-għażla tat-terminals għal kull klijent, bħall-parteċipazzjoni f’servizzi parzjali ta’ merkanzija (5), spejjeż addizzjonali u kapaċità tal-ħażna tat-terminals, ir-riskju ta’ konġestjoni, in-numru u fejn jinsabu l-impjanti tal-klijent, l-aċċessibilità u kemm huma adattati l-kollegamenti bil-braken u bil-ferrovija, is-sigurtà tal-provvista (pereżempju fil-perjodu meta l-ilma jkun baxx fix-xmara Rhine) jew l-eżistenza ta’ kuntratti fit-tul ma’ dawk li jipprovdu t-trasport bl-art.

(21)

Din l-analiżi kkonfermat li l-ambitu għas-sostituzzjoni bejn it-terminal ta’ l-ABT u t-terminal ta’ EMO-EKOM huwa limitat ħafna. Skond l-investigazzjoni tas-suq, id-deċiżjoni tikkwantifika l-possibiltajiet attwali ta’ sostituzzjoni: il-volumi li għalihom ABT tista’ tissostiwixxi lil EMO-EKOM huma marġinali b’relazzjoni mal-volum totali ta’ EMO-EKOM’s (inqas minn 5 %). Dawn il-volumi ma jagħmlux pressjoni kompetittiva fuq EMO-EKOM, b’mod partikolari minħabba li l-aktar klijenti importanti mhux beħsiebhom jibdlu. Il-volumi li għalihom EMO-EKOM tista’ tissostitwixxi lil ABT huma żgħar b’relazzjoni mal-volum totali ta’ ABT (inqas minn 10 %). Dawn il-volumi jitfgħu biss pressjoni kompetittiva limitata fuq ABT, partikolarment minħabba li l-aktar klijenti importanti ta’ ABT mhux beħsiebhom jaqilbu.

(22)

Dan kollu jappoġġja l-konklużjoni li Rotterdam/Amsterdam/Zeeland huwa suq ġeografiku separat minn Antwerp/Ghent/Dunkirk (6). Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni mhumiex l-istess f’dawn iż-żewġ żoni. Madankollu, hemm xi kompetizzjoni limitata marġinali bejn dawn is-swieq ġeografiċi. Din il-kompetizzjoni marġinali hija l-aktar immirata lejn il-volumi tal-kummerċjanti.

(23)

Fuq in-naħa l-oħra, dwar it-traffiku ta’ trażbord għall-faħam u l-ħadid mhux maħdum, l-aspett ġeografiku għandu jkun aktar wiesa’, u jkopru l-portijiet kollha tal-baħar fil-firxa Gothenburg – Le Havre inklużi l-portijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda.

(3)   L-EVALWAZZJONI KOMPETITTIVA

(1)   Servizzi tat-terminals għat-traffiku fil-hinterland għall-faħam u l-ħadid mhux maħdum

(a)   Effetti unilaterali

(i)   It-tisħiħ tad-dominanza ta’ l-ABT f’Antwerp

(24)

ABT hija dominanti fis-suq ta’ Antwerp (ishma fis-suq ta’ 100 %) għas-servizzi tat-terminal għat-traffiku tal-hinterland għall-faħam u l-ħadid mhux maħdum (7) fejn tiffaċċja biss kompetizzjoni marġinali. Id-deċiżjoni tanalizza jekk Sea-Invest jistax ikollha possibiltajiet u inċentivi biex tuża l-kontroll konġunt tagħha f’EMO-EKOM biex tirrestrinġi jew telimina din il-kompetizzjoni marġinali. Dan il-kontroll konġunt fl-EMO-EKOM ser jipprovdi lil Sea-Invest il-possibilità li tagħmel veto (imma mhux li tiddetermina attivament) ta’ deċiżjonijiet strateġiċi, b’mod partikolari dwar il-pjan kummerċjali u l-baġit, il-ħatra tal-management jew investimenti kbar. Il-parteċipazzjoni tagħha fil-bord tipprovdiha wkoll b’informazzjoni ġenerali dwar il-politika kummerċjali u l-ippjanar strateġiku ta’ EMO-EKOM.

(25)

Madankollu, dawn il-poteri ma jistgħux isaħħu l-pożizzjoni ta’ Sea-Invest minħabba li l-klijenti marġinali jistgħu jaqilbu għal terminals alternattivi. L-investigazzjoni fil-fond ikkonfermat li ebda wieħed mill-klijenti marġinali ta’ ABT ma jiddependi biss fuq EMO-EKOM. Għall-kuntrarju, ħafna mill-klijenti identifikaw terminals oħra pereżempju OBA u Rietlanden f’Amsterdam u RBT f’Rotterdam, bħala l-aħjar alternattivi possibbli għall-ABT. Bl-istess mod, klijenti marġinali li jistgħu jaqilbu volumi minn EMO-EKOM għal ABT ikkonfermaw li għandhom alternattivi akbar u aħjar, b'mod partikolari terminals oħra f'Rotterdam u Amsterdam. Meta jitqiesu l-volumi limitati tal-klijenti marġinali, dawn it-terminals għandu jkollhom ukoll il-kapaċitajiet disponibbli meħtieġa biex jassorbu t-tunnellaġġ.

(26)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li Sea-Invest ma jkollha ebda inċentiv biex tuża l-poteri tal-veto biex timblokka deċiżjonijiet importanti biex tipprova tkompli tnaqqas il-pressjoni kompetittiva limitata minn EMO-EKOM. Meta jitqiesu l-volumi limitati tal-klijenti marġinali u ssir enfasi fuq EMO-EKOM dwar l-importazzjoni tal-faħam dejjem tikber lejn il-Ġermanja, l-ispejjeż ta’ veto bħal dan għal Sea-Invest m’għandhomx ikunu ogħla mill-benefiċċji.

(ii)   Żieda unilaterali fil-prezzijiet ta’ EMO-EKOM

(27)

Teorija oħra possibbli ta’ ħsara hija dwar l-effett unilaterali tat-tranżazzjoni li tista tipprovdi lil EMO-EKOM il-kapaċità u l-inċentiv biex iżżid il-prezzijiet. Effett unilaterali bħal dan jista’ jkun possibbli jekk qabel l-amalgamazzjoni (i) Sea-Invest kienet tirrappreżenta tħassib għal EMO-EKOM li żżommha milli żżid il-prezzijiet tagħha u (ii) il-konċentrazzjoni eliminat jew dgħajfet sostanzjalment dan it-tħassib kompetittiv fuq EMO-EKOM. L-investigazzjoni fil-fond tas-suq uriet li ebda waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ma ġiet rispettata.

(28)

L-ewwelnett, EMO-EKOM u Sea-Invest huma fi swieq ġeografiċi differenti u kull tħassib possibbli eżerċitat mit-terminals tas-Sea-Invest fuq EMO-EKOM huwa limitat biss għal inqas minn 5 % tal-volumi totali mmaniġġjati minn EMO-EKOM. Barra minn hekk, klijenti ta’ EMO-EKOM identifikaw spiss bħala sostituti possibbli terminals oħra f’Rotterdam jew Amsterdam, b’mod partikolari OBA jew Rietlanden. It-tieni nett, anki kieku kien hemm tħassib kompetittiv minn terminals tas-Sea-Invest fuq EMO-EKOM, m’huwiex probabbli li x-xiri ta’ sehem ta’ kontroll bi sħab għandu jdgħajjef sostanzjalment dan it-tħassib. Sea-Invest ma jkollha ebda inċentiv li tirrilaxxa l-kompetizzjoni ta’ l-ABT fil-konfront ta’ EMO-EKOM minħabba li ser ikollha bżonn tattira tunnellaġġ lejn Antwerp minħabba li, kontra Rotterdam, mhux ser ikollha profitt b’ebda mod sinifikanti mill-importazzjoni mkattra tal-faħam lejn il-Ġermanja.

(29)

It-tranżazzjoni għalhekk ma twassalx għal xi tħassib fil-kompetizzjoni minħabba effetti unilaterali li jsaħħu d-dominanza ta’ Sea-Invest jew li jippermettu żieda fil-prezz minn EMO-EKOM.

(b)   Effetti kkoordinati

(30)

L-Artikolu 6(1)(c) tad-deċiżjoni identifika bħala tħassib possibbli għall-kompetizzjoni anki l-koordinazzjoni fl-imġiba bejn Sea-Invest u EMO-EKOM kif ukoll terminals oħra (OBA, ENS, RBT, OVET) ikkontrollati minn azzjonisti ta’ EMO-EKOM minħabba rabtiet strutturali maħluqa bejn Sea-Invest u EMO-EKOM, HES u Manufrance. Madankollu, meta jitqiesu s-swieq ġeografiċi definiti hawn fuq, it-terminals ikkontrollati minn Sea-Invest min-naħa u EMO-EKOM u terminals oħra kkontrollati minn HES u Manufrance fuq naħa oħra huma attivi fi swieq separati. Għalhekk, koordinazzjoni anti-kompetittiva ta’ l-imġiba tagħhom minħabba t-tranżazzjoni mhijiex probabbli meta jitqies it-tħassib kompetittiv limitat bejniethom.

(31)

Sakemm hemm xi kompetizzjoni marġinali bejn ABT u terminals oħra fil-firxa ARA, l-investigazzjoni fil-fond ma wasslet għal ebda prova li t-tranżazzjoni tista’ twassal għall-effetti koordinati. L-investigazzjoni wriet li t-tmexxija tat-terminals hija pjuttost indipendenti fl-immaniġġjar operattiv tat-terminals, inkluż il-politika tal-prezzijiet għall-klijenti individwali jew pjani ta’ espansjoni. Kull koordinazzjoni hija wkoll inqas probabbli minħabba l-fatt li l-azzjonisti ta’ EMO-EKOM għandhom ikunu pjuttost eteroġenji rigward l-ambitu ta’ attivitajiet u l-integrazzjoni vertikali. It-trasparenza tas-suq dwar il-kundizzjonijiet tal-prezz miftehma f’negozjati ma’ klijenti individwali hija limitata. Minħabba l-partikolaritajiet ta’ kull klijent b’mod partikolari dwar il-lokalità ġeografika, is-servizzi tat-terminal ma jistgħux jitqiesu omoġenji. Barra minn hekk, l-investigazzjoni fil-fond ma pprovdietx xi evidenza ta’ mekkaniżmu kredibbli ta’ deterrent. Fl-aħħarnett, iż-żewġ kompetituri l-oħra (b’mod partikolari Rietlanden) kif ukoll klijenti kbar jirrappreżentaw tħassib importanti li jista’ jipperikola r-riżultat mistenni mill-koordinazzjoni.

(32)

Meta jitqies dan kollu, it-tranżazzjoni ma twassalx għal tħassib fil-kompetizzjoni minħabba sforzi koordinati bejn Sea-Invest, EMO-EKOM, HES u Manufrance.

(ċ)   L-Artikolu 2(4)

(33)

L-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat ukoll li t-tranżazzjoni mhux ser twassal għal xi koordinazzjoni bejn Sea-Invest, HES u Manufrance fis-suq għas-servizzi tat-terminal għal prodotti dry bulk oħra. M’hemm ebda indikazzjoni li d-dħul ta’ Sea-Invest bħala azzjonisti fit-terminal tal-faħam u l-ħadid mhux maħdum ta’ EMO-EKOM tista' twassal għal koordinazzjoni ma’ HES u Manufrance fi prodotti dry bulk oħra. Barra minn hekk, hemm għadd ta’ terminals indipendenti li jimmaniġġjaw prodotti dry bulk oħra fil-firxa ARA.

(2)   Servizzi tat-terminals għat-traffiku ta’ trażbord għall-faħam u ħadid mhux maħdum

(34)

Id-deċiżjoni tikkonkludi li t-tranżazzjoni ma twassalx għal xi tħassib fil-kompetizzjoni fis-suq tas-servizzi tat-terminal għat-traffiku tat-trażbord tal-faħam u l-ħadid mhux maħdum meta jitqiesu l-volumi ta’ trażbord limitati ta’ Sea-Invest u EMO-EKOM u l-preżenza ta’ terminals alternattivi multipli.

(4)   GĦELUQ

(35)

Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta mhux ser twassal għal xi tħassib dwar kompetizzjoni li bħala riżultat jimpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Komuni jew f’parti sostanzjali minnu.

(36)

Għalhekk, il-Kummissjoni tiddikjara t-tranżazzjoni notifikata kompatibbli mas-Suq Komuni u l-Ftehim taż-ŻEE, skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Amalgamazzjoni u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Varjetà wiesgħa ta’ prodotti bħal konċentrati taż-żingu u konċentrati oħra mhux tal-ħadid, gagazzi tas-siment, ħadid mhux maħdum, kaolin, fosfati u minerali, cokes u pet-cokes, anthracites eċċ.

(3)  Jiġifieri minn bastimenti li jbaħħru fl-ibħra għall-braken interni, ferroviji jew trakkijiet.

(4)  Jiġifieri minn bastimenti li jbaħħru fl-ibħra għall-vapuri relay/feeder

(5)  Imsemmija wkoll “servizzi bil-pakketti”. Servizzi parzjali ta’ merkanzija jġorru l-merkanzija ta’ għadd ta’ klijenti li ma jimpurtawx kwantitajiet suffiċjenti biex ikun ekonomiku li jinkera bastiment b’mod indipendenti.

(6)  Jista’ jitħalla miftuħ jekk il-portijiet ta’ Ghent u Dunkirk humiex fl-istess suq ġeografiku bħal Antwerp jew jiffurmawx suq separat (li huwa f’kull każ differenti għall-portijiet Olandiżi). Fiż-żewġ alternattivi, it-tranżazzjoni ma twassalx għal tħassib dwar kompetizzjoni.

(7)  Sea Invest hija wkoll dominanti jekk il-portijiet ta’ Ghent u Dunkirk jiġu inklużi fis-suq ġeografiku minħabba li t-terminals li jimmaniġġjaw il-faħam u l-ħadid mhux maħdum għall-klijenti mhux vinkolanti huma kkontrollati minn Sea-Invest. L-analiżi li ġejja għandha tkun l-istess kieku Ghent u Dunkirk kienu fl-istess suq bħal Antwerp.


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5054)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/688/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/75/KE tistipula regoli u miżuri ta’ kontroll kontra l-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta’ żoni ta’ ħarsien u ta’ sorveljanza u projbizzjoni li ma tippermettix li annimali jħallu dawn iż-żoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar żoni ta’ ħarsien u ta’ sorveljanza fir-rigward tal-bluetongue u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn jew f’dawn iż-żoni (2), tipprevedi għad-demarkazzjoni ta’ żoni ġeografiċi globali fejn iż-żoni ta’ ħarsien u ta’ sorveljanza (“iż-żoni ristretti”) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-bluetongue.

(3)

Wara n-notifika ta’ tifqigħat ta’ bluetongue serotip 1 f’Lulju 2007 fin-Nofsinhar ta’ Spanja, Spanja stabbiliet żona ristretta minħabba din it-tifqigħa.

(4)

Wara talba ssostanzjata ppreżentata minn Spanja, huwa xieraq li tiġi emendata d-demarkazzjoni taż-żona ristretta E fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393/KE u li tinħoloq żona ġdida fejn jikkoeżistu s-serotipi 1 u 4.

(5)

Wara n-notifika tat-tifqigħat ta’ bluetongue f’nofs Awwissu u fil-bidu ta’ Settembru 2006 mill-Belġju, il-Ġermanja, Franza u l-Olanda, il-Kummissjoni emendat bosta drabi d-Deċiżjoni 2005/393/KE fir-rigward tad-demarkazzjoni taż-żoni ristretti kkonċernati.

(6)

Wara talba ssostanzjata ppreżentata minn Franza u mill-Ġermanja, huwa xieraq li d-demarkazzjoni taż-żona ristretta fi Franza u fil-Ġermanja tiġi emendata.

(7)

Wara t-tkabbir taż-żona ristretta fil-Ġermanja minħabba t-tifqigħat riċenti fil-Bavarja u fix-Schleswig-Holstein, huwa xieraq li jiġu ddemarkati ż-żoni ristretti fir-Repubblika Ċeka u fid-Danimarka.

(8)

Id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352)

(2)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/357/KE (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 44).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393/KE, hu emendat kif ġej:

1.

Il-lista ta’ żoni ristretti fiż-Żona E (serotip 4) li għandha x’taqsam ma’ Spanja hija mibdula b’dan li ġej:

“Spanja:

ir-Reġjun awtonomu ta’ Estremadura: il-provinċji ta’ Cáceres, Badajoz;

ir-Reġjun awtonomu ta’ l-Andalucia: il-provinċji ta’ Cádiz, Córdoba, Huelva, Jaén (comarcas ta’ Baena, Hinojosa del Duque, Lucena, Montoro, Pozoblanco), Jaén (comarcas ta’ Alcalá la Real, Andújar, Huelma, Jaén, Linares, Santiesteban del Puerto, Ubeda), Málaga, Sevilla;

ir-Reġjun awtonomu ta’ Castilla-La Mancha: il-provinċji ta’ Albacete (comarca ta’ Alcaraz), Ciudad Real, Toledo;

ir-Reġjun awtonomu ta’ Castilla y León: il-provinċji ta’ Avila (comarcas ta’ Arenas de San Pedro, Candeleda, Cebreros, El Barco De Avila, Las Navas del Marqués, Navaluenga, Sotillo de la Adrada), Salamanca (comarcas ta’ Béjar, Ciudad Rodrigo u Sequeros);

ir-Reġjun awtonomu ta’ Madrid: il-provinċja ta’ Madrid (comarcas ta’ Alcalá de Henares, Aranjuez, Arganda del Rey, Colmenar Viejo, El Escorial, Grinon, Municipio de Madrid, Navalcarnero, San Martín de Valdeiglesias, Torrelaguna, Villarejo de Salvanés).”

2.

Il-lista ta’ żoni ristretti fiż-Żona F (serotip 8) li għandha x’taqsam ma’ Franza hija mibdula b’dan li ġej:

“Franza:

Żona ta’ ħarsien:

Département de l’Aisne;

Département des Ardennes;

Département de l’Aube;

Département du Cher: cantons d’Aix-d’Angillon, de Baugy, de La Guerche-sur-l’Aubois, de Henrichemont, de Léré, de Nérondes, de Sancergues, de Sancerre, de Sancoins, de Vailly-sur-Sauldre;

Département de la Côte-d’Or;

Département de l’Eure: arrondissement des Andelys;

Département du Loiret: arrondissement de Montargis;

Département de la Marne;

Département de la Haute-Marne;

Département de Meurthe-et-Moselle;

Département de la Meuse;

Département de la Moselle;

Département de la Nièvre;

Département du Nord;

Département de l’Oise;

Département du Pas-de-Calais;

Département du Bas-Rhin;

Département de Saône-et-Loire: arrondissement d’Autun;

Département de Seine-Maritime;

Département de Seine-et-Marne;

Département de la Somme;

Département du Val-d’Oise;

Département des Vosges;

Département de l’Yonne.

Żona ta’ sorveljanza:

Département de l’Allier;

Département du Calvados: arrondissements de Bayeux, de Caen, de Lisieux;

Département du Cher: arrondissement de Vierzon et cantons de Bourges, de Charenton-du-Cher, de Charost, de Châteaumeillant, de Châteauneuf-du-Cher, du Châtelet, de Dun-sur-Auron, de Levet, de Lignières, de Saint-Amand-Montron, de Saint-Martin-d’Auxigny, de Saulzais-le-Potier, de Saint-Doulchard;

Département du Doubs: arrondissements de Besançon et de Montbéliard;

Département de l’Essonne;

Département de l’Eure: arrondissements de Bernay et d’Evreux;

Département d’Eure-et-Loir: arrondissement de Dreux et cantons d’Auneau, de Chartres-Nord-Est, de Janville, de Maintenon;

Département de l’Indre: arrondissement d’Issoudun;

Département du Jura: arrondissement de Dole;

Département de Loir-et-Cher: arrondissement de Romorantin-Lanthenay;

Département du Loiret: arrondissements d’Orléans et de Pithiviers;

Département de l’Orne: cantons d’Aigle-Est, d’Aigle-Ouest, d’Argentan-Est, d’Argentan-Ouest, de Bazoches-sur-Hoëne, de Courtomer, d’Ecouché, d’Exmes, de La Ferté-Frênel, de Gacé, de Longny-au-Perche, du Mêle-sur-Sarthe, du Merlerault, de Mortagne-au-Perche, de Mortrée, de Moulins-la-Marche, de Putanges-Pont-Ecrepin, de Sées, de Tourouvre, de Trun, de Vimoutiers;

Département du Haut-Rhin;

Département de la Haute-Saône;

Département de Saône-et-Loire: arrondissements de Chalon-sur-Saône, de Charolles, de Louhans, de Mâcon;

Département des Hauts-de-Seine;

Département de la Seine-Saint-Denis;

Département du Val-de-Marne;

Département de la ville de Paris;

Département du Territoire de Belfort;

Département des Yvelines.”

3.

Il-lista ta’ żoni ristretti fiż-Żona F (serotip 8) li għandha x’taqsam mal-Ġermanja hija mibdula b’dan li ġej:

“Il-Ġermanja:

Baden-Württemberg

Gesamtes Landesgebiet

Bayern

Stadt Amberg

Landkreis Amberg-Sulzbach

Landkreis Ansbach

Stadt Ansbach

Landkreis Aschaffenburg

Stadt Aschaffenburg

Landkreis Bad Kissingen

Stadt Bamberg

Landkreis Bamberg

Stadt Bayreuth

Landkreis Bayreuth

Landkreis Cham ohne die Gemeinde Lohberg

Stadt Coburg

Landkreis Coburg

Im Landkreis Dillingen: Bächingen a. d. Brenz, Blindheim, Medlingen, Haunsheim, Wittislingen, Mödingen, Finningen, Bissingen, Lutzingen, Ziertheim, Bachhagel, Zöschingen, Syrgenstein, Gundelfingen a.d. Donau und Lauingen (Donau)

Landkreis Donau-Ries

Im Landkreis Eichstätt: Gemeinden Adelschlag, Altmannstein, Beilngries, Böhmfeld, Buxheim, Denkendorf, Dollnstein, Egweil, Eichstätt, Eitensheim, Gaimersheim, Haunstetter Forst, Hepberg, Hitzhofen, Kinding, Kipfenberg, Kösching, Lenting, Mörnsheim, Nassenfels, Pollenfeld, Schernfeld, Stammham, Titting, Walting, Wellheim, Wettstetten

Stadt Erlangen

Landkreis Erlangen-Höchstadt

Landkreis Forchheim

Stadt Fürth

Landkreis Fürth

Landkreis Hassberge

Stadt Hof

Landkreis Hof

Stadt Ingolstadt

Landkreis Kitzingen

Landkreis Kronach

Landkreis Kulmbach

Landkreis Lichtenfels

Landkreis Main-Spessart

Landkreis Miltenberg

Landkreis Neuburg-Schrobenhausen: Bergheim, Neuburg a.d. Donau, Rennertshofen

Landkreis Neumarkt in der Oberpfalz

Landkreis Neustadt an der Waldnaab

Landkreis Neustadt a.d.Aisch - Bad Windsheim

Im Landkreis Neu-Ulm: Elchingen

Stadt Neu-Ulm

Landkreis Nürnberger Land

Stadt Nürnberg

Landkreis Regensburg

Stadt Regensburg

Landkreis Rhön-Grabfeld

Landkreis Roth

Stadt Schwabach

Landkreis Schwandorf

Landkreis Schweinfurt

Stadt Schweinfurt

Landkreis Tirschenreuth

Stadt Weiden

Landkreis Weißenburg - Gunzenhausen

Landkreis Würzburg

Stadt Würzburg

Landkreis Wunsiedel i. F.

Brandenburg

Im Landkreis Havelland: Gemeinden Bamme, Bützer, Döberitz, Großderschau, Großwudicke, Havelaue, Jerchel, Milow, Mögelin, Möthlitz, Nitzahn, Premnitz, Rathenow, Rhinow, Schönholz-Neuwerder, Seeblick, Stölln, Vieritz, Zollchow

Im Landkreis Ostprignitz-Ruppin: Gemeinden Breddin und Kötzlin

Im Landkreis Potsdam-Mittelmark: Gemeinden Bensdorf, Boecke, Buckau, Bücknitz, Dretzen, Fohrde, Glienecke, Görzke, Gräben, Köpernitz, Pritzerbe, Rosenau, Rottstock, Steinberg, Wenzlow, Wollin, Wusterwitz, Ziesar

Landkreis Prignitz ausgenommen Gemeinden Demerthin, Vehlow, Wutike

Freie Hansestadt Bremen

Gesamtes Landesgebiet

Freie und Hansestadt Hamburg

Gesamtes Landesgebiet

Hessen

Gesamtes Landesgebiet

Mecklenburg-Vorpommern

Im Landkreis Bad Doberan: Gemeinden Admannshagen-Bargeshagen, Alt Bukow, Stadt Bad Doberan, Bartenshagen-Parkentin, Bastorf, Benitz, Biendorf, Börgerende-Rethwisch, Bröbberow, Carinerland, Elmenhorst/Lichtenhagen, Hohenfelde, Kassow, Kirch Mulsow, Kritzmow, Stadt Kröpelin, Stadt Kühlungsborn, Lambrechtshagen, Stadt Neubukow, Nienhagen, Papendorf, Reddelich, Stadt Rerik, Retschow, Rukieten, Satow, Am Salzhaff, Stadt Schwaan, Stäbelow, Steffenshagen, Vorbeck, Wiendorf, Wittenbeck, Ziesendorf

Im Landkreis Güstrow: Gemeinden Baumgarten, Bernitt, Bützow, Dobbin-Linstow, Dolgen am See, Dreetz, Gülzow-Prüzen, Güstrow, Jürgenshagen, Klein Belitz, Krakow am See, Kuchelmiß, Lohmen, Lüssow, Penzin, Tarnow, Warnow, Weitendorf, Zehna, Zepelin

Landkreis Ludwigslust

Im Landkreis Müritz: Gemeinden Alt Schwerin, Altenhof, Fünfseen, Jaebetz, Stadt Malchow, Nossentiner Hütte, Stuer, Zislow

Landkreis Nordwestmecklenburg

Landkreis Parchim

Landeshauptstadt Schwerin

Hansestadt Wismar

Niedersachsen

Gesamtes Landesgebiet

Nordrhein-Westfalen

Gesamtes Landesgebiet

Rheinland-Pfalz

Gesamtes Landesgebiet

Saarland

Gesamtes Landesgebiet

Sachsen

Landkreis Annaberg

Landkreis Aue-Schwarzenberg

Stadt Chemnitz

Landkreis Chemnitzer Land

Landkreis Delitzsch

Landkreis Döbeln

Landkreis Freiberg

Stadt Leipzig

Landkreis Leipziger Land

Im Landkreis Meißen: Heynitz, Käbschütztal, Ketzerbachtal, Leuben-Schleinitz, Lommatzsch, Nossen, Taubenheim, Triebischtal

Landkreis Mittlerer Erzgebirgskreis

Landkreis Mittweida

Landkreis Muldentalkreis

Stadt Plauen

Im Landkreis Riesa-Großenhain: Riesa, Röderau-Bobersen, Stauchitz, Strehla, Zeithain

Landkreis Stollberg

Landkreis Torgau-Oschatz

Landkreis Vogtlandkreis

Landkreis Weißeritzkreis

Stadt Zwickau

Landkreis Zwickauer Land

Sachsen-Anhalt

Gesamtes Landesgebiet

Schleswig-Holstein

Gesamtes Landesgebiet

Thüringen

Gesamtes Landesgebiet”

4.

Il-lista ta’ żoni ristretti fiż-Żona F (serotip 8) hija emendata billi jiżdiedu t-territorji li ġejjin tar–Repubblika Ċeka:

“Ir-Repubblika Ċeka:

ir-Reġjun ta’ Karlovy Vary: id-distrett ta’ Sokolov, id-distrett ta’ Cheb u d-distrett ta’ Karlovy Vary

ir-Reġjun ta’ Plzeň: id-distrett ta’ Tachov, id-distrett ta’ Domažlice, id-distrett ta’ Klatovy, id-distrett ta’ Plzeň-město, id-distrett ta’ Plzeň-jih, id-distrett ta’ Plzeň-sever u d-distrett ta’ Rokycany

ir-Reġjun tal-Boemja Ċentrali: id-distrett ta’ Rakovník

ir-Reġjun ta’ Ústí nad Labem: id-distrett ta’ Chomutov, id-distrett ta’ Louny, id-distrett ta’ Most u d-distrett ta’ Teplice”.

5.

Il-lista ta’ żoni ristretti fiż-Żona F (serotip 8) hija emendata billi jiżdiedu t-territorji li ġejjin tad-Danimarka:

“Id-Danimarka:

Fil-kontea tan-Nofsinhar ta’ Jutland: il-muniċipalitajiet ta’ Haderslev, Tønder, Aabenraa u Sønderborg

Fil-kontea ta’ Funen: il-muniċipalitajiet ta’ Assens, Fåborg-Midtfyn, Langeland, Svendborg u Ærø

Fil-kontea ta’ Storstroem: il-muniċipalità ta’ Lolland”

6.

Tiżdied iż-żona ġdida li ġejja:

“Żona I

(serotipi 1 u 4)

Spanja:

ir-Reġjun awtonomu ta’ Estremadura: il-provinċja ta’ Badajoz

ir-Reġjun awtonomu ta’ l-Andalucía: il-provinċji ta’ Cádiz, Huelva, Córdoba, Sevilla, Málaga u l-provinċja ta’ Jaén (comarcas ta’ Alcalá la Real, Huelma, Úbeda, Linares, Andújar, Jaén y Santiesteban del Puerto)

ir-Reġjun awtonomu ta’ Castilla-La Mancha: il-provinċja ta’ Ciudad Real (comarcas ta’ Almadén, Almodóvar del Campo, Calzada de Calatrava, Ciudad Real y Piedrabuena).”


26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5170)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/689/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tal-Kapitolu 4 tat-Taqsima B ta’ l-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2) jistipulaw ċerti rekwiżiti strutturali għal stabbilimenti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn ir-Regolamenti.

(2)

L-Anness VI, Kapitolu 4, Taqsima B, paragrafi (a) u (ċ) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jistipulaw li ċerti rekwiżiti strutturali stipulati f’dawn ir-Regolamenti m’għandhomx japplikaw għall-istabbilimenti fil-Bulgarija mniżżla fil-Kapitoli I u II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2009, taħt ċerti kundizzjonijiet.

(3)

Il-Kapitolu I ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI jelenka stabbilimenti konformi awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw mingħajr separazzjoni ħalib konformi u ħalib mhux konformi filwaqt li l-Kapitolu II ta’ dan l-Appendiċi jelenka stabbilimenti konformi awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw b’mod separat ħalib konformi u ħalib mhux konformi.

(4)

Dawn il-listi ta’ stabbilimenti ġew emendati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE tat-22 ta’ Diċembru li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti ta’ ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (3).

(5)

Il-Bulgarija issa rrivediet is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib u vvalutat mill-ġdid l-istabbilimenti elenkati fil-Kapitolu I u fil-Kapitolu II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI.

(6)

Skond din l-evalwazzjoni l-istabbilimenti elenkati fil-Kapitolu I mhumiex konformi mar-rekwiżiti strutturali tar-Regolament (KE) 852/2004. Għalhekk dawn l-istabbilimenti għandhom jitħassru mil-lista fil-Kapitolu I. Ħdax-il stabbiliment biss li m’għandhomx diffikultajiet prattiċi fit-trattament xieraq ta’ żewġ linji ta’ produzzjoni separati għandhom jibqgħu fil-lista fil-Kapitolu II.

(7)

Għaċ-ċarezza tal-leġislazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li l-listi ta’ stabbilimenti li jinsabu fil-Kapitoli I u II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jinbidlu bil-listi li jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.


ANNESS

“Appendiċi għall-Anness VI

KAPITOLU I

Lista ta’ stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib li jipproċessaw ħalib mhux konformi msemmija fil-Kapitolu 4, Taqsima B, paragrafu (a), ta’ l-Anness VI

KAPITOLU II

Lista ta’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar – kemm ta’ ħalib konformi kif ukoll ta’ ħalib mhux konformi msemmija fil-Kapitolu 4, Taqsima B, paragrafi (a) u (ċ), ta’ l-Anness VI

Nru

Nru Vet.

Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment

Sit tal-bini ikkonċernat

Reġjun ta’ Veliko Tarnovo — Nru 4

1.

BG 0412010

‘Bi Si Si Handel’ OOD

gr. Elena

ul. ‘Treti mart’ 19

Reġjun ta’ Vidin — Nru 5

2.

BG 0512025

‘El Bi Bulgarikum’ EAD

gr.Vidin

YUPZ

Reġjun ta’ Vratsa — Nru 6

3.

BG 0612027

‘Mlechen ray - 99’ EOOD

gr.Vratsa

4.

BG 0612043

ET ‘Zorov-91-Dimitar Zorov’

gr. Vratsa

Reġjun ta’ Plovdiv — Nru 16

5.

BG 1612001

‘OMK’ AD

gr. Plovdiv

bul. ‘Dunav’ 3

6.

BG 1612011

‘Em Dzhey Deriz’ EOOD

gr.Karlovo

bul. ‘Osvobozhdenie’ 69

Reġjun ta’ Silistra — Nru 19

7.

BG 1912013

‘ZHOSI’ OOD

s. Chernolik

Reġjun ta’ Sliven — Nru 20

8.

BG 2012020

‘Yotovi’ OOD

gr. Sliven

kv. ‘Rechitsa’

Reġjun ta’ Targovishte — Nru 25

9.

BG 2512020

‘Mizia-Milk’ OOD

gr.Targovishte

Industrialna zona

Reġjun ta’ Haskovo — Nru 26

10.

BG 2612047

‘Balgarsko sirene’ OOD

gr.Haskovo

bul. ‘Saedinenie’ 94

Reġjun ta’ Shumen — No 27

11.

BG 2712014

‘Stars kampani’ OOD

gr.Shumen

ul. ‘Trakiyska’ 3”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/62


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/690/PESK

tat-22 ta’ Ottubru 2007

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan u fis-Somalja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan u fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu tiegħu, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/244/PESK dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan u fis-Somalja (2), li estendiet il-finanzjament għall-komponent ċivili tagħha sal-31 ta’ Ottubru 2007.

(2)

Sakemm issir it-transizzjoni tal-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana għal operazzjoni ibrida tan-NU/UA (UNAMID), ġie deċiż li l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan u fis-Somalja titkompla sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni 1769 tal-KSNU tal-31 ta’ Lulju 2007 tistipula li t-trasferiment ta’ l-awtorità (TOA) mill-AMIS għall-UNAMID huwa biex l-intervent isir qabel il-31 ta’ Diċembru 2007.

(4)

Fil-21 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li l-komponent ċivili ta’ l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan u fis-Somalja għandu jingħalaq fid-data li fiha jsir it-trasferiment ta’ l-awtorità mill-AMIS għall-UNAMID.

(5)

Fir-rigward tal-komponent ċivili, il-Kunsill għandu konsegwentement jiddeċiedi dwar il-finanzjament tal-kontinwazzjoni ta’ din l-azzjoni ta’ appoġġ skond il-limiti ta’ żmien iddefiniti hawn fuq.

(6)

L-azzjoni ta’ appoġġ ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri l-infiq relatat ma’ l-implimentazzjoni tat-Taqsima II ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK mill-1 ta’ Mejju 2007 sat-30 ta’ April 2008 għandu jkun ta’ EUR 2 125 000. Dan l-ammont għandu jkopri l-perijodu tal-mandat attwali tal-Missjoni ta’ l-UA fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan (AMIS II) u l-perijodu ta’ likwidazzjoni sussegwenti tal-komponent ċivili ta’ l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan u fis-Somalja.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jiġi amministrat skond il-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

Ċittadini ta’ stati terzi għandhom jitħallew iressqu offerti għal kuntratti.

3.   L-infiq għandu jkun eliġibbli mill-1 ta’ Mejju 2007.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/244/PESK tat-23 ta’ April 2007 qed tiġi b’dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 22 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46, Azzjoni Konġunta kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2007/245/PESK (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 65).

(2)  ĠU L 106, 24.4.2007, p. 63.