ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2006/696/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ bajd minn qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu infettati mis-Salmonella ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2007/678/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4672) ( 1 ) |
|
|
|
2007/679/KE |
|
|
* |
||
|
|
2007/680/KE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1235/2007
tat-23 ta’ Ottubru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
58,3 |
MK |
31,2 |
|
TR |
117,9 |
|
ZZ |
69,1 |
|
0707 00 05 |
EG |
151,2 |
JO |
151,2 |
|
MA |
40,3 |
|
MK |
76,8 |
|
TR |
147,8 |
|
ZZ |
113,5 |
|
0709 90 70 |
TR |
118,7 |
ZZ |
118,7 |
|
0805 50 10 |
AR |
47,3 |
TR |
89,7 |
|
UY |
73,9 |
|
ZA |
57,1 |
|
ZZ |
67,0 |
|
0806 10 10 |
BR |
253,7 |
TR |
117,2 |
|
US |
242,9 |
|
ZZ |
204,6 |
|
0808 10 80 |
AU |
145,1 |
CL |
86,4 |
|
MK |
30,6 |
|
NZ |
97,0 |
|
US |
96,6 |
|
ZA |
97,8 |
|
ZZ |
92,3 |
|
0808 20 50 |
CN |
87,2 |
TR |
84,5 |
|
ZZ |
85,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1236/2007
tat-22 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 dwar modulazzjoni fakultattiva
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (1), u notevolment l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), u notevolment l-Artikolu 155 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jiffissa r-regoli applikabbli għall-modulazzjoni fakultattiva tal-pagamenti diretti previsti mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (3), u notevolment l-Artikolu 6(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jipprevedi li l-Istati Membri li fihom tiġi applikata, mad-dħul fis-seħħ tiegħu, is-sistema ta’ tnaqqis addizzjonali fil-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2004 tat-22 ta’ Settembru 2004 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-transizzjoni bejn is-sistema ta’ modulazzjoni fakultattiva stabbilita bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 u s-sistema ta’ modulazzjoni obbligatorja stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (4), jew li ġew eżentati, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 70(4)(a), tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, mill-obbligu ta’ kofinanzjament għal sostenn Komunitarju, jistgħu japplikaw, matul il-perjodu 2007-2012, tnaqqis, imsejjaħ “modulazzjoni fakultattiva”, fl-ammonti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-pagamenti diretti skond l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 mogħtija fit-territorju għal sena kalendarja partikulari skond l-Artikolu 2(e), tar-Regolament insemmi. |
(2) |
L-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva jitpoġġew għad-dispożizzjoni, fl-Istat Membru fejn kienu ġġenerati, bħala sostenn Komunitarju għall-miżuri li jaqgħu taħt il-programmazzjoni ta’ l-iżvilupp rurali u huma, għalhekk, allokati għall-finanzjament tal-programmi ta’ żvilupp rurali b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u mar-Regolmenti ta’ implimentazzjoni tiegħu, notevolment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar is-sostenn għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (5). |
(3) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, li b’konformità miegħu l-kontenut tal-programmi ta’ żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 hu stabbilit, għandu fil-parti A, il-punt 6, pjan ta’ finanzjament li jinkludi żewġ tabelli li għandhom jiġu emendati biex jippermettu lill-Istati Membri li japplikaw il-modulazzjoni fakultattiva li jinkludu fiha l-indikazzjoni ta’ l-ammonti relattivi. |
(4) |
Is-sistema li tikkonċerna l-modulazzjoni fakultattiva introdotta mir-Regolament (KE) Nru 378/2007 tieħu post ir-regoli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1655/2004, li għandhom konsegwentement jiġu abrogati. |
(5) |
Madankollu, hu meħtieġ li jibqa’ jiġi żgurat l-użu ta’ l-ammonti miżmuma b’konformità mas-sistema ta’ modulazzjoni fakultattiva stabbilita qabel bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni (6). |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Iżvilupp Rurali, mal-Kumitat ta’ l-Immaniġġjar tal-Pagamenti Diretti u mal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, il-parti A hu emendat kif ġej:
(1) |
It-tabella li tidher fil-punt 6.1 qed tinbidel bit-tabella li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
In-nota f’qiegħ il-paġna li tikkorrispondi mat-titlu tat-tabella li tidher fil-punt 6.2 qed tinbidel bit-test li ġej:
|
Artikolu 2
Ir-regolament (KE) Nru 1655/2004 hu abrogat.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikomplu japplikaw l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (KE) 1655/2004 għall-użu ta’ l-ammonti miżmuma b’konformità ma’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 u ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999.
Artikolu 3
Din ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).
(4) ĠU L 298, 23.9.2004, p. 3.
(5) ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 434/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 8).
(6) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113. Ir-Regolament abrogat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
ANNESS
“6.1. Il-kontribuzzjoni annwali ta’ l-EAFRD (f’euro)
Sena |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
EAFRD |
|
|
|
|
|
|
|
Reġjuni ta’ konverġenza (*) |
|
|
|
|
|
|
|
Ammonti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva (**) |
|
|
|
|
|
|
|
(*) Għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ta’ koverġenza u reġjuni oħrajn.
(**) Għall-Istati Membri li japplikaw modulazzjoni fakultattiva skond ir-Regolament (KE) Nru 378/2007.”
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1237/2007
tat-23 ta’ Ottubru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2006/696/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ bajd minn qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu infettati mis-Salmonella
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1) u, partikolarment l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi biex tinstab u tiġi kkontrollata s-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra f’kull stadju rilevanti tal-produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ prodotti primarji, biex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju li fihom għas-saħħa pubblika. |
(2) |
Skond l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, b’effett minn 72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-bajd jista’ biss jintuża għall-konsum dirett mill-bniedem bħala bajd għall-mejda jekk joriġina minn qatgħa kummerċjali ta’ tiġieġ li jbidu suġġetta għal programm ta’ kontroll nazzjonali u li mhix taħt restrizzjoni uffiċjali. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE tat-28 ta’ Awwissu 2006 tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom it-tjur, il-bajd tat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, laħam tat-tjur, għasafar ma jtirux u tal-kaċċa, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat mingħajr patoġeni jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità u jittranżitaw minnha u l-kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli, u temenda d-Deċiżjonijiet 93/343/KEE, 2000/585/KE u 2003/812/KE (3) li jistabbilixxu kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet u t-tranżitu mill-Komunità ta’ bajd u prodotti tal-bajd. |
(4) |
Prevalenza għolja ta’ Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium kienu misjuba f’qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu fi Stati Membri matul studju mwettaq skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE tat-22 ta’ Settembru 2004 li tikkonċerna studju ta’ referenza dwar il-prevalenza tas-Salmonella f’qatgħat li jbidu ta’ Gallus gallus (4). |
(5) |
Skond ir-Rapport ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel dwar Tendenzi u Għejun ta’ Żoonożi, aġenti Żoonotiċi u Reżistenza Antimikrobika u Tifqigħat li jinġarru fl-Ikel fl-Unjoni Ewropea fl-2005 (5) il-bajd u l-prodotti tal-bajd huma l-aktar għajn importanti ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel magħrufa ta’ salmonellosis fil-bnedmin. Barra minn hekk, skond dan ir-rapport, is-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium kienu responsabbli għal 88 % tat-tifqigħat fejn is-serovar ġie ppruvat. |
(6) |
Minħabba l-prevalenza għolja ta’ Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium f’ċerti Stati Membri, l-impatt tagħha fuq is-saħħa pubblika u r-riluttanza mill-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel li jbigħu bajd għall-mejda minn qatgħat infettati, id-data li fiha għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-konsum ta’ bajd għall-mejda, għandha titressaq ‘il quddiem iżda xorta għandha tagħti lill-operaturi fil-kummerċ ta’ l-ikel biżżejjed żmien biex ikunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda mingħajr ma jsir tfixkil fis-swieq. |
(7) |
Madankollu, fejn qatgħa ta’ tiġieġ li jbidu tkun ġiet indikata bħala l-għajn ta’ l-infezzjoni f’tifqigħa li tinġarr fl-ikel bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel skond id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar is-sorveljanza taż-żoonosi u aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (6), ir-restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ bajd għall-mejda stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għandhom japplikaw mingħajr dewmien. |
(8) |
Filwaqt li jittieħed kont tar-riskju għas-saħħa pubblika minn bajd infettat mis-Salmonella, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-immarkar ta’ bajd biex jiġi ggarantit li bajd minn qatgħat li huma suġġetti għal restrizzjonijiet fi ħdan il-qafas ta’ programm ta’ kontroll tas-Salmonella stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, jiġi mmarkat b’mod li minnufih jifirdu minn bajd għall-mejda qabel ma jitqiegħed fis-suq. |
(9) |
Sabiex jitħallew barra r-riżultati pożittivi foloz tal-bidu, l-awtorità kompetenti għandha titħalla tneħħi r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-Paragrafu 2 tal-Parti D ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk l-infezzjoni tas-Salmonella ma tiġix ikkonfermata fil-qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu filwaqt li jintuża protokoll strett. |
(10) |
Il-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw bajd, għandhom jipprovdu garanziji ekwivalenti għar-rekwiżiti fi ħdan il-Komunità, u ċ-ċertifikat mudell għall-bajd fid-Deċiżjoni 2006/696/KE għandu jiġi emendat skond dan. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel u li jistipula proċeduri dwar is-sikurezza ta’ l-ikel (7), b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, jistipula regoli dwar l-ikel u l-għalf esportat jew esportat mill-ġdid mill-Komunità għat-tqegħid fis-suq f’pajjiż terz. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-bajd tal-mejda. Skond dan, mhux meħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ dan il-bajd f’dan ir-Regolament. |
(12) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati maħruġa skond il-mudell preżenti ta’ ċertifikati stabbilit fid-Deċiżjoni 2006/696/KE għandu jitħalla għal perjodu ta’ 60 jum wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għandu għalhekk ikun emendat skond dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE huwa emendat skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Kunsinni ta’ bajd li għalihom ħarġu ċertifikati skond id-Deċiżjoni 2006/696/KE fil-verżjoni ta’ qabel l-1 ta’ Novembru 2007 jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità għal perjodu ta’ 60 jum wara din id-data.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn
— |
l-1 ta’ Novembru 2007 fejn is-Salmonella spp. ikunu identifikati fil-qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu bħala għajn ta’ infezzjoni għall-bnedmin minħabba l-konsum ta’ bajd jew prodotti tal-bajd bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE; |
— |
mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009 għall-qatgħat l-oħra ta’ tiġieġ li jbidu. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 226, tal-25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
(3) ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1.
(4) ĠU L 303, 30.9.2004, p. 30.
(5) Il-Ġurnal EFSA (2006) 96.
(6) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31. Id-Diretiva kif emendata bid-Diretiva tal-Kunsill 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(7) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
ANNESS I
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-Parti D tinbidel b’dan li ġej:
“D. Rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu
1. |
Il-bajd m’għandux jintuża għall-konsum dirett mill-bniedem bħala bajd tal-mejda sakemm ma jkunx ġej minn qatgħa kummerċjali ta’ tiġieġ li jbidu suġġetta għal programm ta’ kontroll nazzjonali stabbilit skond l-Artikolu 5 u mhux taħt restrizzjoni uffiċjali. |
2. |
Il-bajd li joriġina minn qatgħat li għandhom stat ta’ saħħa mhux magħruf, li dwarhom hemm suspett li huma infettati jew li huma infettati mis-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet iffissata mira ta’ tnaqqis jew li ġew identifikati f’tifqigħa speċifika fil-bniedem li tinġarr fl-ikel, jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem jekk jiġi ttrattat b’mod li jiggarantixxi l-qirda tas-sertotipi kollha tas-Salmonella li għandhom sinifikat għas-saħħa pubblika skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel. Il-bajd li joriġina minn qatgħat li għandhom stat ta’ saħħa mhux magħruf, li dwarhom hemm suspett li huma infettati jew li huma infettati mis-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet iffissata mira ta’ tnaqqis jew li ġew identifikati bħala għajn ta’ infezzjoni f’tifqigħa speċifika fil-bniedem li tinġarr fl-ikel, għandu jkun
|
3. |
Meta jinqatlu jew jinqerdu tjur minn qatgħat infettati, għandhom kemm jista’ jkun jittieħdu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid taż-żoonożi. Il-qtil għandu jitwettaq skond il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel. Il-prodotti li ġejjin minn tjur bħal dawn jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem skond il-leġisslazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel u, jekk ikun applikabbli, il-parti E. Jekk mhumiex destinati għall-konsum mill-bniedem, dawn il-prodotti għandhom jintużaw jew jiġu eliminati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
4. |
Sabiex jitħallew barra r-riżultati pożittivi foloz tal-bidu, l-awtorità kompetenti tista’ tneħħi r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ din il-Parti:
Barra mill-ikkampjunar imsemmi fil-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-assenza ta’ l-użu ta’ antimikrobiċi, li potenzjalment jaffettwa r-riżultat ta’ l-analiżi ta’ l-ikkampjunar. |
ANNESS II
Fil-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE, iċ-ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd (E) jinbidel b’dan li ġej:
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1238/2007
tal-23 ta’ Ottubru 2007
dwar l-istipular ta' regoli fir-rigward tal-kwalifiki tal-membri tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jirrevoka ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni, b'mod partikolari l-Artikolu 76 (1) (h) u l-Artikolu 89 tagħhom,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jagħti s-setgħa lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) biex tieħu deċiżjonijiet individwali fir-rigward tar-reġistrazzjoni tas-sustanzi kimiċi, kif ukoll jistabbilixxi l-Bord ta' l-Appell qabel tali deċiżjonijiet individwali jistgħu jiġu appellati. |
(2) |
L-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli dettaljati li jikkonċernaw il-kwalifiki meħtieġa għall-membri tal-Bord. |
(3) |
Il-Bord għandu jkun ippresjedut minn persuna li jkollha esperjenza rikonoxxuta fil-liġi Komunitarja. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwalifiki tal-membri tal-Bord ta' l-Appell
1. Il-Bord ta' l-Appell għandu jikkonsisti minn membri kkwalifikati teknikament u legalment. Il-President tal-Bord għandu jkun kkwalifikat fil-liġi.
2. Il-membri kkwalifikati teknikament u dawk li jbiddluhom għandhom ikollhom laurea universitarja jew kwalifika ekwivalenti u għandhom ikollhom esperjenza professjonali sostanzjali fil-valutazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni ta' l-esponiment jew fl-immaniġġjar tar-riskji fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem jew ir-riskji ambjentali tas-sustanzi kimiċi jew f’oqsma relatati.
3. Il-membri kkwalifikati legalment u dawk li jbiddluhom għandhom ikunu ggradwati fil-liġi u jkollhom esperjenza rikonoxxuta fil-liġi Komunitarja.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Ikkoreġuta bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1239/2007
tat-23 ta’ Ottubru 2007
li jemenda għas-87 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-21 u s-27 ta' Settembru u d-9 ta' Ottubru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat. |
(3) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1104/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 205, 26.9.2007, p. 3).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
|
(2) |
L-annotazzjoni “Ghafoor, Abdul, Maulavi (Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Ghafoor. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kunar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(3) |
L-annotazzjoni “Manan, Mawlawi Abdul, Is-Sur (Attaché Kummerċjali, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Manan. Titolu: (a) Is-Sur, (b) Mawlawi. Funzjoni: Attaché Kummerċjali, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.” |
(4) |
L-annotazzjoni “Wahab, Malawi Abdul Taliban (Chargé d'Affaires f'Riyadh)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Wahab. Titolu: Malawi. Funzjoni: Chargé d'Affaires Taliban f'Riyadh taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Farjab fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(5) |
L-annotazzjoni “Janan, Mullah (Gvernatur ta' Fariab)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Janan Agha. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-provinċja ta' Fariab (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: il-provinċja ta' l-Uruzgan Ċentrali fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(6) |
L-annotazzjoni “Ahmadi, Haji M., Mullah (President tal-Bank Da Afghanistan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Ahmadi. Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Funzjoni: President tal-Bank Da Afghanistan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Daman, il-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(7) |
L-annotazzjoni “Shafiq, M, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Shafiq Ahmadi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Samangan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban.” |
(8) |
L-annotazzjoni “Akhund, Ahmed Jan, Mullah (Ministru ta' l-Ilma u d-Dawl)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Ahmed Jan Akhund. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Ilma u d-Dawl tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(9) |
L-annotazzjoni “Akhund, Attiqullah, Maulavi (Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b: “Attiqullah Akhund. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: id-distrett ta' Shawali Kott, Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(10) |
L-annotazzjoni “Akhund, Mohammad Abbas, Mullah (Ministru tas-Saħħa Pubblika)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Abbas Akhund. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(11) |
L-annotazzjoni “Akhund, Alhaj Mohammad Essa, Mullah (Ministru tal-Minjieri u l-Industriji)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Essa Akhund. Titolu: (a) Alhaj, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Ilma, is-Sanità u d-Dawl tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Spinboldak, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(12) |
L-annotazzjoni “Akhundzada, Mohammad Sediq (Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Sediq Akhundzada. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(13) |
L-annotazzjoni “Jan, Ahmad, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Ahmad Jan Akhunzada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Zabol (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Urazgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(14) |
L-annotazzjoni “Eshaq M. (Gvernatur tal-Provinċja ta' Laghman)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Eshaq Akhunzada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Laghman (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Qarabajh, il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(15) |
L-annotazzjoni “Akhund, Dadullah, Maulavi (Ministru tal-Kostruzzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Allahdad (magħruf ukoll bħala Akhund). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tal-Kostruzzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: id-distrett ta' Spinboldak, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(16) |
L-annotazzjoni “Amin, Aminullah, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Saripul)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Aminullah Amin. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Saripul (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(17) |
L-annotazzjoni “Aminzai, Shams-us-Safa (Ċentru Stampa, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Shams-us-Safa Aminzai. Funzjoni: Ċentru Stampa, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(18) |
L-annotazzjoni “Mohammad Sadiq Amir Mohammad. Titolu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Funzjoni: Kap ta' l-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Sadiq Amir Mohammad. Titolu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Funzjoni: Kap ta' l-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan).” |
(19) |
L-annotazzjoni “Aref, Arefullah, Mullah (Deputat Ministru tal-Finanzi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Arefullah Aref. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Zurmat, il-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(20) |
L-annotazzjoni “Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala Esmatullah Asem). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzju u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju 2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan”’ taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala Esmatullah Asem). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzju u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju 2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membri tal-Kunsill tat-Taliban ta' Peshawar.” |
(21) |
L-annotazzjoni “Atiqullah, Hadji Molla (Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Titolu Atiqullah: (a) Hadji, (b) Molla. Funzjoni: Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(22) |
L-annotazzjoni “Azizirahman, Is-Sur (Third Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Azizirahman. Titolu: Is-Sur. Funzjoni: Third Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.” |
(23) |
L-annotazzjoni “Hakimi, Gul Ahmad, Maulavi (Attaché Kummerċjali, il-Konsulat Ġenerali, Karachi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Gul Ahmad Hakimi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Attaché Kummerċjali, il-Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi. Nazzjonalità: Afgana.” |
(24) |
L-annotazzjoni “Hamdullah, Maulavi (Attaché tar-Ripatrijazzjoni, il-Konsulat Ġenerali, Quetta)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Hamdullah. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Attaché tar-Ripatrijazzjoni, il-Konsulat Ġenerali, Quetta. Nazzjonalità: Afgana.” |
(25) |
L-annotazzjoni “Hamidi, Zabihullah (Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Zabihullah Hamidi; Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(26) |
L-annotazzjoni “Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej attiv tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej attiv tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Allegatament miet f'Ġunju 2007.” |
(27) |
L-annotazzjoni “Sayeedur Rahman Haqani (magħruf ukoll bħala Sayed Urrahman). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1952. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: mill-Provinċja ta' Laghman, l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Sayeedur Rahman Haqani (magħruf ukoll bħala Sayed Urrahman). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1952. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: mill-provinċja ta' Laghman, l-Afganistan.” |
(28) |
L-annotazzjoni “Abdul Jalil (magħruf ukoll bħala Nazar Jan). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandaab, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill tat-Tmexxija tat-Taliban minn Mejju 2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Jalil Haqqani (magħruf ukoll bħala Nazar Jan). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandaab, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju 2007, (c) Membri tal-Kummissjoni tal-Finanzi tal-Kunsill tat-Taliban.” |
(29) |
L-annotazzjoni “Ezatullah Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Laghman fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Ezatullah Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Laghman fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(30) |
L-annotazzjoni “Turab, Hidayatullah Abu (Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Hidayatullah (magħruf ukoll bħala Abu Turab). Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandab, fil-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(31) |
L-annotazzjoni “Najibullah Haqqani Hydayetullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1964. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mill-Afganistan tal-Lvant, (b) Membru tal-‘Kunsill’ tat-Taliban fil-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007, (c) Kuġin ta' Moulavi Noor Jalal” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Najibullah Haqqani Hydayetullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1964. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mill-Afganistan tal-Lvant, (b) Membru tal-‘Kunsill’ tat-Taliban fil-provinċja ta' Kunar, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007, (c) Kuġin ta' Moulavi Noor Jalal.” |
(32) |
L-annotazzjoni “Rauf, Abdul, Mullah (Kmandant tal-Korp Ċentrali)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Rauf Khadem. Titolu: Mullah. Funzjoni: Kmandant tal-Korp Ċentrali taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Uruzgan/Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(33) |
L-annotazzjoni “Khairkhwah, Khair Mohammad, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Ħerat)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Khairullah Mohammad Khairkhwah. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Ħerat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Argistan, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(34) |
L-annotazzjoni “Kmalzada Shamsalah, Is-Sur (Second Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Shamsalah Kmalzada. Titolu: Is-Sur. Funzjoni: Second Secretary, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.” |
(35) |
L-annotazzjoni “Madani, Jan Mohammad, Is-Sur (Chargé d'Affaires, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Jan Mohmmad Madani. Titolu: Is-Sur. Funzjoni: Chargé d'Affaires, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Nazzjonalità: Afgana.” |
(36) |
L-annotazzjoni “Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (c) Madani Saheb) Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (c) Madani Saheb). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007, (b) responsabbli għall-provinċja ta' Nangahar.” |
(37) |
L-annotazzjoni “Mohammad Husayn Mustasaeed (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Hassan Mastasaeed, (b) Mstasaeed, (c) Mostas’eed). Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta' l-Akkademja tax-Xjenzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1964. Informazzjoni oħra: huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Husayn Mastasaeed (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Hassan Mastasaeed, (b) Mstasaeed, (c) Mostas’eed). Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta' l-Akkademja tax-Xjenzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1964. Informazzjoni oħra: maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan.” |
(38) |
L-annotazzjoni “Mati, Mohammadullah, Maulavi (Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammadullah Mati. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandab, il-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(39) |
L-annotazzjoni “Matiullah, Mullah, il-bini tad-Dwana ta' Kabul” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Matiullah; Titolu: Mullah. Funzjoni: Direttur, il-bini tad-Dwana ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: id-distrett ta' Daman, il-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(40) |
L-annotazzjoni “Mazloom, Fazel M, Mullah (Deputat Kap tal-Persunal ta' l-Armata)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Fazel Mohammad Mazloom. Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Kap tal-Persunal ta' l-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(41) |
L-annotazzjoni “Mohammad, Nazar, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Nazar Mohammad. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(42) |
L-annotazzjoni “Homayoon, Mohammad, Eng. (Deputat Ministru ta' l-Ilma u tad-Dawl)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Homayoon. Titolu: Eng. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Ilma u tad-Dawl tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(43) |
L-annotazzjoni“Mohammadi, Shafiqullah, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Shafiq Mohammadi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1948. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(44) |
L-annotazzjoni “Muhammad Islam Mohammadi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Bamiyan, l-Afganistan. Data tat-twelid: bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Rori-Du-Aab, il-provinċja ta' Samangan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Muhammad Islam Mohammadi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Bamiyan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Rori-Du-Aab, il-provinċja ta' Samangan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: allegatament miet fl-2007.” |
(45) |
L-annotazzjoni “Rasul, M, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Nimroz)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Rasul. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Nimroz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Spinboldak, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(46) |
L-annotazzjoni “Wali, Mohammad, Maulavi (Ministru tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Wali. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1965. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(47) |
L-annotazzjoni “Yaqoub, Mohammad, Maulavi (Kap tal-BIA)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Yaqoub. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Kap tal-BIA taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(48) |
L-annotazzjoni “Abdul Hakim Mujahid Moh Aurang (magħruf ukoll bħala Abdul Hakim Mojahed). Titolu: Maulavi. Funzjoni: ‘mibgħut’ Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta' Dehbori f'Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: ir-raħal ta' Khajakhel fid-distrett ta' Sharan fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: (50) 106266” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Hakim Mujahid Moh Aurang (magħruf ukoll bħala Abdul Hakim Mojahed). Titolu: Maulavi. Funzjoni: ‘mibgħut’ Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti matul ir-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta' Dehbori f'Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: ir-raħal ta' Khajakhel fid-distrett ta' Sharan fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta' l-identifikazzjoni nazzjonali: 106266” |
(49) |
L-annotazzjoni “Motaqi, Amir Khan, Mullah (Ministru ta' l-Edukazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Amir Khan Motaqi (magħruf ukoll bħala Amir Khan Motaqi). Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban, (b) rappreżentant tat-Taliban f'taħditiet mmexxija minn NU matul ir-eġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Ħelmand, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(50) |
L-annotazzjoni “Jamal, Motmaen, Abdulhai (Dipartiment ta' l-Informazzjoni u l-Kultura, Kandaħar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdulhai Motmaen. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Direttur, Dipartiment ta' l-Informazzjoni u l-Kultura, Kandaħar, l-Afganistan, matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(51) |
L-annotazzjoni “Muazen, Samiullah, Maulavi (Deputat tal-Qorti Superjuri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Rafiullah Muazen. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1943. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(52) |
L-annotazzjoni “Mohammad, Nik, Maulavi (Deputat Ministru tal-Kummerċ)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Nik Mohammad. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(53) |
L-annotazzjoni “Nomani, Hamidullah, Maulavi (uffiċjal għoli fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni Għolja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Hamdullah Nomani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: uffiċjal għoli fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(54) |
L-annotazzjoni “Noorani, Mufti Mohammad Aleem (First Secretary, il-Konsulat Ġenerali, Karachi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Aleem Noorani. Titolu: Mufti. Funzjoni: First Secretary, il-Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi. Nazzjonalità: Afgana.” |
(55) |
L-annotazzjoni “Nuri, Maulavi Nurullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh, Kap taż-Żona tat-Tramuntana)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Nurullah Nuri. Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntanta taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Shahjoe, fil-provinċja ta' Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(56) |
L-annotazzjoni “Omar, Mohammed, Mullah, Mexxej tal-Fidili (‘Amir ul-Mumineen’), Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammed Omar. Titolu: Mullah. Funzjoni: Mexxej tal-Fidili (‘Amir ul-Mumineen’), Afganistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1966. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Uruzgan, il-villaġġ ta' Adehrawood. Nazzjonalità: Afgana.” |
(57) |
L-annotazzjoni “Jabbar, Abdul, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Baghlan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Jabbar Omari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Baghlan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(58) |
L-annotazzjoni “Omari, Alhaj M. Ibrahim (Deputat Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Ibrahim Omari. Titolu: Alhaj. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: il-wied ta' Żadran, il-provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(59) |
L-annotazzjoni “Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Darzab id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Jawzjan, l-Afganistan sa minn Mejju 2007” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Darzab, id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: membru tat-Taliban responsabbli għall-Afganistan tat-Tramuntana sa minn Mejju 2007.” |
(60) |
L-annotazzjoni “Rahimi, Yar Mohammad Mullah (Ministru tal-Komunikazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Yar Mohammad Rahimi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: id-distrett ta' Panjwaee, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(61) |
L-annotazzjoni “Rahmani, M. Hasan, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandaħar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Hasan Rahmani. Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandaħar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Panjwae, il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(62) |
L-annotazzjoni “Reshad, Habibullah, Mullah (Kap tad-Dipartiment ta' l-Investigazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Habibullah Reshad. Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment ta' l-Investigazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(63) |
L-annotazzjoni “Salek, Abdulhai, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Urouzgan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdulhai Salek. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Urouzgan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(64) |
L-annotazzjoni “Sanani, Maulavi, Kap tad-Dar-ul-Efta” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Sanani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Kap tad-Dar-ul-Efta taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1923. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Żabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(65) |
L-annotazzjoni “Saqib, Noor Mohammad (Prim Imħallef tal-Qorti Suprema)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Noor Mohammad Saqib. Funzjoni: Prim Imħallef tal-Qorti Suprema tar-reġim Tabilan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Bagrami, il-provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(66) |
L-annotazzjoni “Ehsanullah, Maulavi (Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Ehsanullah Sarfida. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta' Qarabagh, il-provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(67) |
L-annotazzjoni “Sayyed, Saiduddine, Maulavi (Viċi-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin). Titolu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Funzjoni: (a) Viċi-Ministru tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tar-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Chaman, il-Pakistan.” |
(68) |
L-annotazzjoni “Qari Abdul Wali Seddiqi. Funzjoni: Third Secretary. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: D 000769 (maħruġ fit-2.2.1997)” taħt it-titolu “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Qari Abdul Wali Seddiqi. Funzjoni: Third Secretary taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Nru tal-passaport: D 000769 (passaport Afgan maħruġ fit-2.2.1997).” |
(69) |
L-annotazzjoni “Shafiq, A. Wahed, Maulavi (Deputat Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Wahed Shafiq. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(70) |
L-annotazzjoni “Shaheen, Mohammad Sohail (Second Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Sohail Shaheen. Funzjoni: Second Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana Iżlamabad. Nazzjonalità: Afgana.” |
(71) |
L-annotazzjoni “Hamsudin, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Shamsudin. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan) (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Keshim, il-provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(72) |
L-annotazzjoni “Sharif, Mohammad (Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Sharif. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(73) |
L-annotazzjoni “Shinwari, Jalaluddine, Maulavi (Deputat Ministru tal-Ġustizzja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Jalaluddine Shinwari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta' Shinwar, il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(74) |
L-annotazzjoni “Siddiqmal, Mohammad Sarwar (Third Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Sarwar Siddiqmal. Funzjoni: Third Secretary, l-‘Ambaxxata’ Talibana Iżlamabad. Nazzjonalità: Afgana.” |
(75) |
L-annotazzjoni “Stanekzai, Sher Abbas (Deputat Ministru tas-Saħħa Pubblika)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Sher Mohammad Abbas Stanekzai. Funzjoni: Deputat Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Logar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(76) |
L-annotazzjoni “Tawana, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Paktia)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Taha. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Paktia (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Ningarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(77) |
L-annotazzjoni “Tahis, Hadji (Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Tahis. Titolu: Hadji. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(78) |
L-annotazzjoni “Takhari, Abdul Raqib, Maulavi (Ministru tar-Ripatrijazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul Raqib Takhari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru tar-Ripatrijazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: il-provinċja ta' Takħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(79) |
L-annotazzjoni “Turabi, Nooruddin, Mullah (Ministru tal-Ġustizzja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Nooruddin Turabi. Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(80) |
L-annotazzjoni “Shams-ur-Rahman, Mullah (Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Shams Ur-Rahman. Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(81) |
L-annotazzjoni “Walijan, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta' Jawzjan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Walijan. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandaħar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Quetta, il-Pakistan.” |
(82) |
L-annotazzjoni “Wasseq, Abdul-Haq-, Maulavi (Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Abdul-Haq Wasseq. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: il-provinċja tal-Ghazni Ċentrali, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
(83) |
L-annotazzjoni “Waziri, M. Jawaz (Dipartiment tan-NU, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Mohammad Jawad Waziri. Funzjoni: id-Dipartiment NU, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgana.” |
(84) |
L-annotazzjoni “Zurmati, Maulavi Rahimullah (Deputat Ministru (Pubblikazzjoni) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b': “Rahimullah Zurmati. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Pubblikazzjoni) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Zurmat, il-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.” |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Ottubru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4672)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/678/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, li jikkonċerna l-aċċess għad-data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (2) jistabbilixxi, għall-finijiet ta’ konklużjonijiet statistiċi magħmula għal skopijiet xjentifiċi, il-kundizzjonijiet li bihom jista’ jingħata l-aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Komunità u dawk nazzjonali sabiex ikun iffaċilitat dan l-aċċess. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (3) stabbiliet lista ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi. |
(3) |
L-Università ta’ Illinois at Chicago (UIC), f’Chicago, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandha titqies bħala istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa u għandha għalhekk tiżdied mal-lista ta’ aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/452/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1000/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 7).
(3) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1, Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/439/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 30).
ANNESS
“ANNESS
ISTITUZZJONIJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTGĦU JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DATA KUNFIDENZJALI GĦAL GĦANIJIET XJENTIFIĊI
Il-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Bank Ċentrali Spanjol
Il-Bank Ċentrali Taljan
L-Università ta’ Cornell (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)
Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)
Il-Bank Ċentrali Ġermaniż
L-Unità ta’ l-Analiżi ta’ l-Impjiegi, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea
L-Università ta’ Tel Aviv (Iżrael)
Il-Bank Dinji
Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benessri (CHW – Centre of Health and Wellbeing) ta’ l-Iskola Woodrow Wilson ta’ l-Affarijiet Pubbliċi u Internazzjonali ġewwa l-Università ta’ Princeton, New Jersey, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika
L-Università ta’ Chicago (UofC – University of Chicago), Illinois, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika
L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)
It-Taqsima ta’ l-Istatistika ta’ l-Istudji tal-Familja u x-Xogħol tal-Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada
L-Unità ta’ l-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku Kontra l-Frodi (ESAF), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
L-Unità ta’ l-Appoġġ liż-Żona Ewropea ta’ Riċerka (SERA – Support to the European Research Area), id-Direttorat Ġenerali, iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Katedra tar-Riċerka tal-Kanada ta’ l-Iskola tax-Xjenza Soċjali fil-Fakultà ta’ Atkinson għall-Istudji Liberali u Professjonali fl-Università ta’ York, f'Ontarjo, il-Kanada
L-Università ta’ Illinios at Chicago (UIC – University of Illinois at Chicago), Chicago, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika”
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2007
li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fir-Renju Unit għas-snin 2007-2012
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5104)
(Il-verżjoni Ingliża biss hija awtentika)
(2007/679/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 li jistipula r-regoli għall-modulazzjoni fakultattiva tal-ħlasijiet diretti pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), u partikolarment l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1(1), tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jistipula li l-Istati Membri li fihom tiġi applikata, mad-dħul tagħha fis-seħħ, is-sistema tat-tnaqqis supplementari għall-ħlasijiet diretti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2004 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-tranżizzjoni bejn is-sistema ta' modulazzjoni fakultattiva stabbilita mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 tal-Kunsill u s-sistema ta' modulazzjoni obbligatorja stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-Kunsill (2), jistgħu japplikaw, matul il-perjodu 2007-2012, tnaqqis, imsejjaħ “modulazzjoni fakultattiva”, għall-ammonti rilevanti kollha għall-ħlasijiet diretti fl-ambitu ta' l-Artikolu 2(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3). |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jistipula li, fix-xahrejn ta' wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rata annwali ta' modulazzjoni fakultattiva applikabbli matul il-perjodu 2007-2012 u jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'evalwazzjoni ta' l-okkorrenza ta' l-applikazzjoni ta' dik il-modulazzjoni. |
(3) |
Skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, l-Istati Membri kollha li, mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament imsemmi, japplikaw s-sistema ta' tnaqqis supplimentari tal-ħlasijiet diretti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1655/2004 u jdaħħlu fis-seħħ is-sistema tal-ħlasijiet diretti fuq skala nazzjonali, jistgħu matul il-perjodu 2007-2012, jagħżlu li japplikaw l-livelli li huma differenzjati fuq il-pjan reġjonali skond kriterji oġġettivi. Ir-rata minima għar-reġjuni kollha ta' kull Stat Membru kkonċernat hija ta' 20 %. |
(4) |
L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jistipula li, kull Stat Membru li japplika r-rati ta' modulazzjoni fakultattivi differenzjati fuq il-pjan reġjonali, għandu jikkomunika għall-verifika mill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament imsemmi, għall-perjodu 2007-2012, l-informazzjoni li tirrigwarda a) ir-rati annwali ta' modulazzjoni fakultattiva għal kull reġjun u għat-territorju kollu, b) it-total annwali ta' l-ammonti soġġetti għat-tnaqqis skond il-modulazzjoni fakultattiva, c) jekk meħtieġ, l-ammont totali annwali ta' l-ammonti supplementari meħtieġa għall-kopertura ta' l-ammont supplementari ta' l-għajnuna msemmi fl-Artikolu 1(3), it-tieni inċiż, tar-Regolament imsemmi, u d) id-dejta statistika u elementi oħra wżati biex jiġu stabbiliti l-ammonti msemmija fil-punti b) u c). |
(5) |
L-Artikolu 4(1), tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jipprovdi li l-Kummissjoni tiffissa l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modultazzjoni fakultattiva fuq il-bażi: a) ta' kalkolu, fil-każ ta' rata nazzjonali unika, ta' modulazzjoni fakultattiva; b) fil-każ ta' l-Istati Membri li japplikaw rati differenzjati fuq il-livell reġjonali, l-ammonti li l-Istati Membri jikkomunikaw skond l-Artikolu 3(2), tar-Regolament imsemmi. |
(6) |
Ir-Renju Unit ikkomunika lill-Kummissjoni dawn ir-rati annwali ta' modulazzjoni fakultattiva stabbiliti fuq il-livell reġjonali:
|
(7) |
Ir-Renju Unit ittrażmetta wkoll it-totali ta' l-ammonti soġġetti għal tnaqqis skond il-modulazzjoni fakultattiva kif ukoll evalwazzjoni ta' l-inċidenza ta' l-applikazzjoni ta' din il-modulazzjoni. |
(8) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva tar-Renju Unit, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva fir-Renju Unit għas-snin 2007-2012 huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika mis-sena finanzjarja 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 298, 23.9.2004, p. 3.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).
ANNESS
Ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva fir-Renju Unit
(f'miljuni ta' EUR) |
||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
Total |
362,0 |
424,0 |
464,4 |
475,5 |
481,6 |
481,6 |
li minnu |
|
|
|
|
|
|
Sistema unika ta' ħlas, titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
358,6 |
419,6 |
459,6 |
470,6 |
476,7 |
476,7 |
Laħam taċ-ċanga, Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
1,49 |
2,38 |
2,53 |
2,68 |
2,68 |
2,68 |
Frott bil-qoxra, Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
0,001 |
0,002 |
0,002 |
0,002 |
0,002 |
0,002 |
Oħrajn (*) |
1,909 |
2,018 |
2,268 |
2,218 |
2,218 |
2,218 |
(*) Stima ta' l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva għall-ħlasijiet li jirrigwardaw il-prodotti tal-proteini (Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003) u l-prodotti ta' l-enerġija (Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003).
24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 280/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE, li tistipula l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-EAFRD u ta' l-EAGF, u d-Deċiżjoni 2006/636/KE li tistipula, għal kull Stat Membru, l-appoġġ annwali Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5106)
(2007/680/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistipula r-regoli applikabbli għall-modulazzjoni fakultattiva tal-ħlasijiet diretti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jipprovvdi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva u li dawn għandhom jiġu integrati fl-appoġġ annwali konċess lil kull Stat Membru, fir-rigward ta’ l-appoġġ Komunitarju u l-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 69(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. |
(2) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistipula li l-Kummissjoni tsitabbilixxi l-ammonti li skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, kif ukoll ta’ l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-EAFRD, kif ukoll l-ammont nett disponibbli għall-ispejjeż tal-EAGF. |
(3) |
L-ammonti għad-dispożizzjoni ta' l-EAFRD u dawk għall-ispejjeż ta' l-EAGF għandhom jiġu stabbiliti abbażi ta’ l-ammonti annwali massimi korrispondenti għas-snin finanzjarji 2007-2013. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (4) tistipula l-ammonti riżultanti mill-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-ħlasijiet diretti stabbiliti bl-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, biex jintużaw għall-ispejjez ta' l-EAGF, għas-snin finanzjarji 2007 sa 2013. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE (5) tistipula l-ammont ta’ l-appoġġ Komunitarju favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, l-analiżi annwali kif ukoll l-ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-oġġettiv tal-“konverġenza”. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (6) tistipula l-analiżi għal kull Stat Membru Komunitarju, ta’ l-appoġġ favur l-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, inklużi l-ammonti li jikkonċernaw l-ammonti trasferiti lejn l-EAFRD. |
(7) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/679/KE tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007 li tistipula l-ammonti netti riżultanti mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva tar-Renju Unit għas-snin 2007-2012 (7), skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, jeħtieġ li l-ammonti mqegħda għad-dospożizzjoni tal-EAFRD jiġu emendati u li dawn l-ammonti jiżdiedu ma’ l-analiżi annwali relattiva għall-appoġġ Komuniatrju għall-iżvilupp rurali għar-Renju Unit. |
(8) |
Jeħtieġ għalhekk li d-Deċiżjonijiet 2006/410/KE u 2006/636/KE jiġu emendati skond dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/410/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu uniku għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu L-ammonti mqiegħda għad-dispopżizzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) għas-snin baġitarji 2007-2013, skond l-Artikoli 10(2), 143(d) u 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, kif ukoll l-ammont nett għall-ispejjeż tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ garanzija (EAGF) jidhru fl-Anness għal din d-Deċiżjoni”; |
(2) |
l-Anness għal din id-Deċiżjoni għandu jinbidel bit-test ta’ l-Anness I għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Fit-tabella li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/636/KE, l-ammonti li jikkonċernaw ir-Renju Unit u l-ammonti kollha riżultanti mit-total ta’ l-ammonti li jikkonċernaw lill-Istati Membri, huma kollha sostitwiti bl-ammonti li jidhru fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-sena baġitarja 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).
(2) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).
(4) ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.
(5) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22.
(6) ĠU L 261, 22.9.2006, p. 32. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/383/KE (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 21).
(7) Vide paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
“ANNESS
(f’EUR miljuni) |
|||||
Sena finanzjarja |
Ammonti disponibbli għall-EAFRD |
Ammont nett disponibbli għall-ispejjeż tal-EAGF |
|||
L-Artikolu 10(2), tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
L-Artikolu 143(d) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
L-Artikolu 143(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 |
||
2007 |
984 |
22 |
|
|
44 753 |
2008 |
1 241 |
22 |
|
362,0 |
44 592 |
2009 |
1 252 |
22 |
|
424,0 |
44 981 |
2010 |
1 257 |
22 |
|
464,4 |
45 402,6 |
2011 |
1 231 |
22 |
484 |
475,5 |
45 404,5 |
2012 |
1 231 |
22 |
484 |
481,6 |
45 874,4 |
2013 |
1 228 |
22 |
484 |
481,6 |
46 358,4 ” |
ANNESS II
(prezz kurrenti f’EUR) |
|||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total 2007-2013 |
Ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-għan ta’ konverġenza |
Ir-Renju Unit |
263 996 373 |
645 001 582 |
698 582 271 |
741 000 084 |
748 834 332 |
752 295 626 |
748 964 152 |
4 598 674 420 |
188 337 515 |
Total |
12 343 028 110 |
12 904 462 561 |
12 915 336 508 |
12 926 752 114 |
13 346 691 325 |
13 301 303 256 |
13 245 900 813 |
90 983 474 687 |
31 232 644 963 ” |