ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
18 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1209/2007 tas-17 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1210/2007 tas-17 ta’ Ottubru 2007 li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb ta' l-ikel u tuffieħ)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1211/2007 tas-17 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' terzi pajjiżi ta' prodotti fis-settur ta' l-inbid

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1212/2007 tas-17 ta’ Ottubru 2007 li jemenda diversi regolamenti rigward il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-florikoltura, frott u ħxejjex u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2007 tas-17 ta’ Ottubru 2007 li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2007/08, l-ammont ta' għajnuna allokata lill-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru wara li jkun inqabeż il-limitu ta' l-ipproċessar f'ċerti Stati Membri

9

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/668/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi pari għal sħubija ad interim mill-Komunità Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana

11

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/669/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers imressqa għal analiżi fid-dettall fid-dawl ta’ l-inklużjoni possibbli ta’ Adoxophyes orana granulovirus, amisulbrom, emamectin, pyridalil u Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4647)  ( 1 )

15

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/670/PESK ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fil-missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

17

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fil-missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1209/2007

tas-17 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

53,6

MK

28,7

TR

121,8

ZZ

68,0

0707 00 05

EG

151,2

MA

40,3

MK

39,8

TR

143,1

ZZ

93,6

0709 90 70

TR

110,6

ZZ

110,6

0805 50 10

AR

75,7

TR

85,3

UY

81,6

ZA

57,6

ZZ

75,1

0806 10 10

BR

254,1

TR

115,1

US

284,6

ZZ

217,9

0808 10 80

AU

188,0

CA

101,5

CL

86,4

MK

33,9

NZ

81,3

US

96,7

ZA

78,4

ZZ

95,2

0808 20 50

CN

66,0

TR

123,9

ZA

84,6

ZZ

91,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1210/2007

tas-17 ta’ Ottubru 2007

li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb ta' l-ikel u tuffieħ)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 35(3) tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazjoni tar-rifondi (rifużjonijiet) ta' l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex.

(2)

Skond l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prodotti esportati mill-Komunità jistgħu jibbenifikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ biex issir esportazzjoni li tkun ekonomikament sinifikanti, fil-qafas tal-limiti stipulati fl-arranġamenti konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(3)

Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) 2200/96, jaqbel li jkun assigurat li l-kummerċ li diġà żviluppa minħabba r-reġim ta' l-għoti tar-rifuzjonijiet ma jkunx imxekkel. Għal din ir-raġuni, u minħabba n-natura staġjonali ta' l-esportazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex, il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). Meta jitqassmu l-kwantitajiet, għandha titqies it-tendenza li dawn il-prodotti jitħassru.

(4)

Fid-dawl ta' l-Artikolu 35(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi, minn naħa, jitqiesu l-qagħda u l-perspettivi għall-ġejjieni, u min-naħa l-oħra, jitqiesu il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq Komunitarju tal-frott u l-ħxejjex, u l-prezzijiet applikati fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, iridu jitqiesu wkoll l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta' l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti.

(5)

Skond l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) 2200/96, il-prezzijiet fis-suq Komunitarju huma stabbiliti billi jitqiesu l-prezzijiet l-aktar favorevoli għall-esportazzjoni.

(6)

Il-qagħda kummerċjali internazzjonali u l-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu varjazzjoni fir-rifużjoni, għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni ta' dak il-prodott.

(7)

It-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb ta' l-ikel, u t-tuffieħ tal-kategoriji Extra, I u II ta' l-istandards Komunitarji għat-tqegħid fis-suq, attwalment jistgħu jkunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti.

(8)

Sabiex ikun assigurat l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli, u filwaqt li titqies l-istruttura ta' l-esportazzjoni fil-Komunità, jeħtieġ li ssir sejħa għal offerti biex jiġi stabbilit l-ammont indikattiv tar-rifużjonijiet u tal-kwantitajiet stabbiliti għall-perjodu kkonċernat.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed tinfetaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema A3. Il-prodotti kkonċernati, il-perjodu għat-tressiq ta' l-offerti, il-livell indikattiv għar-rifużjoni u l-kwantitajiet previsti huma stipulati fl-Anness.

2.   Il-liċenzji maħruġa għall-finijiet ta' l-għajnuna għall-ikel, skond l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), mhumiex ikkalkolati skond il-kwantitajiet eliġibbli stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tat-tip A3 huwa limitat għall-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.05.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


ANNESS

LI JIFTAĦ SEJĦA GĦAL OFFERTI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA' LIĊENZJI GĦALL-ESPORTAZZJONI A3, FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX (TADAM, LARINĠ, LUMI, GĦENEB TA' L-IKEL U TUFFIEĦ)

Perjodu għat-tressiq ta' l-offerti: mill-25 sas-26 ta' Ottubru 2007.

Il-kodiċi tal-prodotti (1)

Destinazzjoni (2)

Ir-rata indikattiva tar-rifużjoni

(f'EUR/t netta)

Kwantitajiet previsti

(f' t)

0702 00 00 9100

A00

30

5 000

0805 10 20 9100

A00

36

56 667

0805 50 10 9100

A00

60

16 667

0806 10 10 9100

A00

23

1 667

0808 10 80 9100

F04 , F09

32

50 000


(1)  Il-Kodiċi tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

(2)  Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87. Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

F04

:

Ħong Kong, Singapor, il-Malażja, Sri Lanka, l-Indoneżja, it-Tajlandja, it-Tajwan, Papua-New Guinea, il-Laos, il-Kambodja, il-Vjetnam, il-Ġappun, l-Urugwaj, il-Paragwaj, l-Arġentina, il-Messiku, il-Kosta Rika.

F09

:

Id-destinazzjonijiet li ġejjin: In-Norveġja, l-Iżlanda, Greenland, il-Gżejjer Faeroe, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Montenegro, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, l-Ukraina, l-Għarabja Sawdita, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, (Abu Dabi, id-Dubaj, Xarġa, Aġman, Umm al-Qi'iwayn, Ras al-Khayma u Fuġajra), il-Kuwajt, il-Jemen, is-Sirja, l-Iran, il-Ġordan, il-Bolivja, il-Brażil, il-Veneżwela, il-Perù, il-Panama, l-Ekwador u l-Kolombja, pajjiżi u territorji ta' l-Afrika għajr l-Afrika t'Isfel, id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).


18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1211/2007

tas-17 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' terzi pajjiżi ta' prodotti fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 63(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2007 (2) emenda r-rati ta' rifużjoni għal ċerti kodiċi tal-prodotti u l-lista ta' destinazzjonijiet eliġibbli għar-rifużjonijiet kif provduta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2805/95 tal-5 ta’ Diċembru 1995 li jiffissa r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 (3).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 (4) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Il-miżuri provduti fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu jkunu aġġustati għall-kategorija ta' prodotti u ż-żona ta' destinazzjoni. Iż-żoni ta' destinazzjoni għandhom ikunu:

żona 1: l-Afrika,

żona 2: L-Ażja u l-Awstralażja, u

żona 3: l-Ewropa tal-Lvant, inkluż is-CIS.

Il-pajjiżi f'kull żona ta' destinazzjoni huma elenkati fl-Anness IV.”;

(2)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(3)

Fl-Anness IV, il-parti li tirrigwarda “Żona 4: l-Ewropa tal-Punent” għandha titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, tal-20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 241, 14.9.2007, p. 14.

(3)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1057/2007.

(4)  ĠU L 128 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 560/2007 (ĠU L 132, 24.5.2007, p. 31).


ANNESS

“ANNESS II

KATEGORIJI TAL-PRODOTTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 8(1)

Kodiċi

Kategorija

2009 69 11 9100

2009 69 19 9100

2009 69 51 9100

2009 69 71 9100

2204 30 92 9100

2204 30 96 9100

1

2204 30 94 9100

2204 30 98 9100

2

2204 21 79 9910

3.1

2204 29 62 9910

2204 29 64 9910

2204 29 65 9910

3.2

2204 21 79 9100

4.1.1

2204 29 62 9100

2204 29 64 9100

2204 29 65 9100

4.1.2

2204 21 80 9100

4.2.1

2204 29 71 9100

2204 29 72 9100

2204 29 75 9100

4.2.2

2204 21 79 9200

5.1.1

2204 29 62 9200

2204 29 64 9200

2204 29 65 9200

5.1.2

2204 21 80 9200

5.2.1

2204 29 71 9200

2204 29 72 9200

2204 29 75 9200

5.2.2

2204 21 84 9100

6.1.1

2204 29 83 9100

6.1.2

2204 21 85 9100

6.2.1

2204 29 84 9100

6.2.2

2204 21 94 9910

2204 21 98 9910

2204 29 94 9910

2204 29 98 9910

7

2204 21 94 9100

2204 21 98 9100

2204 29 94 9100

2204 29 98 9100

8”


18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1212/2007

tas-17 ta’ Ottubru 2007

li jemenda diversi regolamenti rigward il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-florikoltura, frott u ħxejjex u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti ta’ l-agrikoltura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (2) jipprovdi għal emendi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti frott u ħxejjex u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex.

(2)

Regolamenti li jemendaw l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (3) fis-snin preċedenti wkoll daħħlu tibdiliet fin-Nomenklatura Magħquda għal ċerti frott u ħxejjex u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex, u dawn l-emendi mhumiex kollha riflessi fir-Regolamenti li ġejjin li jirregolaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq fil-prodotti tal-florikoltura, fil-frott u l-ħxejjex u fil-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 316/68 tat-12 ta’ Marzu 1968 li jiffissa l-istandards ta’ kwalità għal fjuri maqtugħin friski u weraq frisk ornamentali (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (5), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1466/2003 tad-19 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għall-qaqoċċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/98 (7).

(3)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 316/68, (KE) Nru 3223/94, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1466/2003 għaldaqstant għandhom jiġu emendati skond dan.

(4)

L-emendi pprovduti b'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1549/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjonijiet tal-Kumitat ta' Ġestjoni għax-Xtieli Ħajjin, il-Frott u l-Ħxejjex Friski, il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti Ipproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 316/68 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel inċiż, “Nru 06.03 A” għandu jinbidel b'“CN 0603”;

(b)

it-tieni inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

“—

weraq ornamentali, friegħi u partijiet oħra friski ta' xtieli koperti bl-intestatura CN 0604 tat-Tariffa Doganali Komuni.”;

(2)

Fl-Anness I, il-punt I, “Nru 06.03 A” għandu jinbidel b'“CN 0603”;

(3)

Fl-Anness II, il-punt I, “Nru 06.04 A II” għandu jinbidel b'“CN 0604”.

Artikolu 2

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 3223/94, il-Parti A, “ex 0709 10 00” għandu jinbidel b'“ex 0709 90 80”.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt a), is-sezzjoni “ex 0812”, “ex 0812 90 99” għandha tinbidel b'“ex 0812 90 98”;

(2)

fil-punt b), is-sezzjoni “ex 2005”, “2005 90 10” għandha tinbidel b'“2005 99 10”.

Artikolu 4

Fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1466/2003, “0709 10 00” għandu jinbidel b'“0709 90 80”.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 34, 9.2.1979, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105).

(2)  ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1.)

(4)  ĠU L 71, 21.3.1968, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 309/79 (ĠU L 42, 17.2.1979, p. 21).

(5)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).

(6)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(7)  ĠU L 210, 20.8.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).


18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1213/2007

tas-17 ta’ Ottubru 2007

li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2007/08, l-ammont ta' għajnuna allokata lill-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru wara li jkun inqabeż il-limitu ta' l-ipproċessar f'ċerti Stati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta’ ċertu frott taċ-ċitru (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 jistabbilixxi limitu għall-ipproċessar fil-Komunità għal ċertu frott taċ-ċitru, imqassma fost l-Istati Membri skond l-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 jipprovdi li meta dan il-limitu jinqabeż l-ammonti ta' għajnuna murija fl-Anness I ta' dak ir-Regolament jitnaqqsu f'kull Stat Membru li fih ikun inqabeż il-limitu ta' l-ipproċessar korrispondenti. Il-qbiż tal-limitu ta' l-ipproċessar huwa stmat fuq il-bażi tal-kwantitajiet medji pproċessati taħt l-iskema ta' l-għajnuna matul it-tliet snin tas-suq ta' qabel is-sena tas-suq li għaliha tkun trid tiġi ffissata l-għajnuna, jew matul perjodu ekwivalenti.

(3)

L-Istati Membri kkomunikaw il-kwantitajiet ta' larinġ ipproċessat taħt l-iskema ta' l-għajnuna skond l-Artikolu 39(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2111/2003 (2) li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2202/96. Skond din l-informazzjoni, ġie stabbilit li l-limitu ta' l-ipproċessar tal-Komunità inqabeż b'376 023 tunnellata. Fil-kuntest ta’ dan l-eċċess, irriżulta li l-Italja, il-Greċja u l-Portugall qabżu l-limiti tagħhom. Għaldaqstant, l-ammonti ta' għajnuna għal-larinġ, indikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għas-sena tas-suq 2007/2008 għandhom jitnaqqsu b'55,91 % fl-Italja, bi 8,34 % fil-Greċja, u b'52,88 % fil-Portugall.

(4)

L-Istati Membri ikkomunikaw il-kwantitajiet ta' frott taċ-ċitru żgħir ipproċessat taħt l-iskema ta' l-għajnuna skond l-Artikolu 39(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2003. Skond din l-informazzjoni, ġie stabbilit li l-limitu ta' l-ipproċessar tal-Komunità inqabeż b'104 734 tunnellata. Fil-kuntest ta' dan l-eċċess, irriżulta li l-Italja, Spanja, il-Portugall u Ċipru qabżu l-limiti tagħhom. Għaldaqstant, l-ammonti ta' għajnuna għall-mandolin, il-klementini u s-satsumas, indikati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għas-sena tas-suq 2007/2008 għandhom jitnaqqsu b'62,30 % għall-Italja, bi 12 % għal Spanja għall-frott taċ-ċitru maħsuba għall-għasir, b'80,66 % għall-Portugall u b'53,27 għaċ-Ċipru.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F'dak li jirrigwarda l-Italja, il-Greċja u l-Portugall, għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jingħataw taħt ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għall-larinġ maħsub għall-ipproċessar, għandhom ikunu kif indikat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

F'dak li jirrigwarda l-Italja, Spanja, il-Portugall u Ċipru, u għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jingħataw taħt ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għall-mandolin, klementini u satsumas maħsuba għall-ipproċessar, għandhom ikunu kif indikat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mit-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 317, 2.12.2003, p. 5.


ANNESS I

(EUR/100 kg)

 

Kuntratti Multiannwali

Kuntratti li jkopru sena waħda tas-suq biss

Produtturi individwali

L-Italja

4,97

4,32

3,89

Il-Greċja

10,33

8,98

8,08

Il-Portugall

5,31

4,62

4,16


ANNESS II

(EUR/100 kg)

 

Kuntratti Multiannwali

Kuntratti li jkopru sena waħda tas-suq biss

Produtturi individwali

L-Italja

3,95

3,43

3,09

Spanja – Frott taċ-ċitru żgħir maħsub għall-għasir

9,21

8,01

7,21

Il-Portugall

2,03

1,76

1,58

Ċipru

4,89

4,25

3,83


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Ġunju 2007

dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-obbligi pari għal sħubija ad interim mill-Komunità Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana

(2007/668/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu;

Billi:

(1)

Il-Kunsill iddeċieda fid-19 ta’ Marzu 2001 li jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja f’isem il-Komunità Ewropea, l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (1).

(2)

Il-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali hija mistennija li tiġi emendata mill-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana fil-109/110 sessjoni tiegħu ta’ Ġunju 2007 sabiex tippermetti unjonijiet tad-dwana u ekonomiċi fosthom il-Komunità Ewropea li jissieħbu ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

(3)

L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandhom jappoġġjaw l-abbozz ta’ emenda li, wara l-adozzjoni tagħha mill-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, tkun tippermetti l-adeżjoni tal-Komunità għall-Konvenzjoni emendata.

(4)

Wara taħdidiet esploratorji ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana eżaminaw il-possibiltà għall-Komunità Ewropea li teżerċita d-drittijiet u l-obbligi li jixbhu lil dawk tal-Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana sakemm tiġi ratifikata l-Konvenzjoni emendata li twaqqaf Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali mill-Membri kollha ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

(5)

Il-Komunità Ewropea mistennija li tkun f’pożizzjoni li tassumi dawn id-drittijiet u l-obbligi fil-qafas tal-Konvenzjoni li twaqqaf Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali fi kwistjonijiet ta’ kompetenza tal-komunità.

(6)

L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandhom iżommu l-istatus tagħhom fl-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

(7)

Kemm il-Komunità Ewropea kif ukoll l-Istati Membri tagħha għandhom il-kompetenza fl-oqsma koperti mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali.

(8)

Għall-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea trid tittieħed pożizzjoni tal-Komunità Ewropea. Għal kwistjonijiet li jaqgħu parzjalment taħt il-kompetenza Komunitarja, l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jadottaw pożizzjoni komuni sabiex jiżguraw l-għaqda fir-rappreżentanza esterna tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha.

(9)

In vista tas-segwenti il-Kunsill għandu jipprovdi għall-eżerċizzju ta’ drittijiet u obbligi pari għal sħubija ad interim mill-Komunità Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, inkluż il-pagament tal-kontribuzzjoni annwali,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

1.   L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea għandhom jivvutaw favur id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana skond liema l-Komunità Ewropea għandha, bħala miżura ad interim, tingħata drittijiet pari għal dawk tal-Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, suġġetta għall-kundizzjonijiet tagħhom.

2.   Il-Komunità Ewropea taċċetta d-drittijiet u l-obbligi pari għal dawk tal-Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, kif imniżżla fid-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana sakemm tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali.

3.   Il-Kummissjoni Ewropea hija awtorizzata tikkomunika lill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana li l-Komunità Ewropea taċċetta d-drittijiet u l-obbligi pari għal dawk tal-Membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana u tippreżenta lill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana id-dikjarazzjoni meħtieġa kif speċifikat fl-Anness.

4.   Il-Komunità Ewropea għandha tħallas kontribuzzjoni annwali lill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana sabiex issaħħaħ ix-xogħol ta’ l-Organizzazzjoni u sabiex tkopri spejjeż amministrattivi oħra, sa mill-1 ta’ Lulju 2007.

Magħmul fil-Luxemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)  L-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana twaqqfet b’Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (iffirmat fil-15 ta' Diċembru 1950). Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-1952. Fl-1994 il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali adotta l-isem ta’ “Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana”, sabiex jirrifletti l-għan tiegħu b’aktar mod ċar. Bħalissa l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana tikkonsisti f’171 membru.


ANNESS

Dikjarazzjoni ta’ kompetenza mill-Komunitajiet Ewropej fi kwistjonijiet koperti mill-Konvenzjoni li twaqqaf Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali

Skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif emendat, din id-dikjarazzjoni tistipula l-kompetenza li l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea ttrasferew lejn il-Komunità Ewropea f’materji ġestiti mill-Konvenzjoni li twaqqaf Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali.

Il-Komunità Ewropea tiddikjara li hija għandha, skond l-Artikoli 131-134 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kompetenza esklussiva fuq il-politika Kummerċjali Komuni.

Il-Komunità Ewropea tista’ tikkonkludi ftehim internazzjonali kull meta l-kompetenza interna tkun ġa intużat sabiex jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta’ politika komuni jew jekk ikun meħtieġ ftehim internazzjonali sabiex jinkiseb wieħed mill-għanijiet tal-Komunità Ewropea. Il-Kompetenza esterna tal-Komunità Ewropea hija esklussiva sal-punt sa fejn ftehim internazzjonali jaffetwa regoli interni tal-Komunità Ewropea jew fejn dan ibiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Fejn dan ikun il-każ, ikun jappartjeni għall-Komunità u mhux għall-Istati Membri li tidħol f’ impenji esterni ma’ stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Lista tal-Miżuri dwar il-materji doganali adottati mill-Komunità hija prevista fil-lista ta’ strumenti legali fl-Anness għal din id-Dikjarazzjoni.

L-eżerċizzju ta’ kompetenza li Stati Membri tal-Komunità Ewropea ttrasferew lill-Komunitajiet Ewropej skond it-Trattati hu, min-natura tiegħu, suġġett għal bdil kontinwu. Il-Komunitajiet Ewropej għalhekk jirriżervaw id-dritt li jaġġustaw id-dikjarazzjoni.

Anness

IL-LEĠISLAZZJONI TAL-KE

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Marzu 2003 li tikkonċerna l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll dwar l-Emendi tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali (Konvenzjoni Kjoto)

Id-Direttiva 2002/6/KE tat-18 ta' Frar 2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet tar-rappurtar għall-bastimenti li jkunu waslu u/jew li jkunu qed jitilqu minn portijiet ta’ l-Istati Membri tal-Komunità

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/271/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1979 li tikkonċerna il-konklużjoni tal-Ftehim Multilaterali li jirriżulta min-negozjati kummerċjali ta’ bejn l-1973 u l-1979 (ĠU L 71, 17.3.1980, p. 1)

Diversi deċiżjonijiet tal-kumitat konġunt ma’ pajjiżi terzi, eż. 2006/343/KE: Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Islanda tat-22 ta’ Diċembru 2005 li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva li joriġinaw

87/369/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li jemendaha

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta’ Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana

L-Artikoli 26 u 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2505/96 tal-20 ta’ Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u jemenda Regolament (KE) Nru 3059/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (l-ewwel serje 1996)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea kif emendat

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea kif emendat

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni ta’ l-importazzjonijiet u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 518/94 kif emendat

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 tat-13 ta’ Diċembru 1990 li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3769/92 tal-21 ta’ Diċembru 1992 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jistabblixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ ta’ prekursuri tad-droga bejn il-Komunità u pajjiżi terzi

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettata li tikser ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li tinstab li tkun kisret dawk id-drittijiet

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Komunità

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tad-Dwana tal-Komunità

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità

Il-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta’ l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar proċedura komuni ta’ transitu ta’ l-20 ta’ Mejju 1987

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 93/329/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Ammissjoni Temporanja u l-aċċettazzjoni ta’ l-annessi tagħha


Kummissjoni

18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers imressqa għal analiżi fid-dettall fid-dawl ta’ l-inklużjoni possibbli ta’ Adoxophyes orana granulovirus, amisulbrom, emamectin, pyridalil u Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4647)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/669/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta' lista Komunitarja ta' sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

(2)

Fid-29 ta' Novembru 2004 intbagħat dossier għas-sustanza attiva Adoxophyes orana granulovirus minn Andermatt Biocontrol GmbH lill-awtoritajiet tal-Ġermanja b'applikazzjoni għall-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għal amisulbrom, Nissan Chemical Europe S.A.R.L. ressqet dossier lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-24 ta' Marzu 2006, b'applikazzjoni għall-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Għal emamectin, Syngenta Ltd. ressqet dossier lill-awtoritajiet ta' l-Olanda fit-23 ta' Ġunju 2006, b'applikazzjoni għall-inklużjoni tagħha fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Għal pyridalil, Sumitomo Chemical Agro Europe SAS ressqet dossier lill-awtoritajiet ta' l-Olanda fit-28 ta' Marzu 2006, b'applikazzjoni għall-inklużjoni tagħha fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Għal Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus, Andermatt Biocontrol GmbH ressqet dossier lill-awtoritajiet ta' l-Estonja fit-2 ta' Jannar 2007, b'applikazzjoni għall-inklużjoni tagħha fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

L-awtoritajiet tal-Ġermanja, tar-Renju Unit, ta’ l-Olanda u ta’ l-Estonja indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżaminazzjoni preliminari, id-dossiers għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers li tressqu jidhru wkoll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta' prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers sussegwentement intbagħtu mill-applikant lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4)

B'din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b'mod formali fil-livell Komunitarju li d-dossiers jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għallinqas għal prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant jippreżenta data jew tagħrif ulterjuri sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers li jikkonċernaw is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, li tressqu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb l-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżit tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

Id-dossiers jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III ta' dik id-Direttiva fir-rigward ta' prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, fid-dawl ta' l-użi proposti.

Artikolu 2

L-Istati Membri rapporteur għandhom jeżaminaw fid-dettall id-dossiers imsemmija fl-Artikolu 1 u għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet ta' l-eżami tagħhom flimkien ma' rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew le fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni dwar dawn l-inklużjonijiet mill-iktar fis u mhux aktar tard minn perjodu ta' sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).


ANNESS

IS-SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA B’DIN ID-DEĊIŻJONI

Isem Komuni, Numru ta’ Identifikazzjoni CIPAC

Applikant

Data ta' l-applikazzjoni

Stat Membru Rapporteur

Adoxophyes orana granulovirus

Nru CIPAC: Mhux applikabbli

Andermatt Biocontrol GmbH

Id-29 ta’ Novembru 2004

DE

Amisulbrom

Amisulbrom

Nissan Chemical Europe S.A.R.L.

L-24 ta’ Marzu 2006

UK

Emamectin

Nru CIPAC: 791

Syngenta Ltd.

It-23 ta’ Ġunju 2006

NL

Pyridalil

Nru CIPAC: 792

Sumitomo Chemical Agro Europe SAS

It-28 ta’ Marzu 2006

NL

Spodoptera littoralis nucleopolyhedrovirus

Nru CIPAC: Mhux applikabbli

Andermatt Biocontrol GmbH

It-2 ta’ Jannar 2007

EE


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

18.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 274/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/670/PESK

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fil-missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afghanistan) (1).

(2)

L-Artikolu 12(5) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK jipprevedi li l-arranġamenti dettaljati fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ Ftehim, konformement ma’ l-Artikolu 24 tat-Trattat.

(3)

Fit-13 ta’ Settembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Presidenza, assistita fejn meħtieġ mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, f’każ ta’ operazzjonijiet futuri ta’ l-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet ċivili sabiex tiftaħ negozjati ma’ Stati terzi bil-ħsieb li tikkonkludi Ftehim abbażi tal-mudell tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Stat terz dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stat terz f’operazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ maniġġar ta’ kriżi ċivili. Abbażi ta’ dan, il-Presidenza nnegozjat Ftehim man-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fil-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) hija hawnhekk approvata f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LINO


(1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand dwar il-parteċipazzjoni tan-New Zealand fil-missjoni tal-pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

L-UNJONI EWROPEA (UE),

min-naħa waħda, u

N-NEW ZEALAND

min-naħa l-oħra,

minn issa ’l quddiem imsejħa “l-Partijiet”,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW:

l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK fit-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN),

l-istedina lir-Repubblika tan-New Zealand biex tipparteċipa fl-EUPOL AGHANISTAN,

id-deċiżjoni min-New Zealand biex tipparteċipa fl-EUPOL AGHANISTAN,

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut tan-New Zealand lill-EUPOL AFGHANISTAN

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni fl-operazzjoni

1.   In-New Zealand għandha tassoċja ruħha ma’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) u ma’ kwalunkwe Azzjoni Konġunta jew Deċiżjoni li permezz tagħhom l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jestendi l-EUPOL AFGHANISTAN, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe arranġament implimentattiv meħtieġ.

2.   Il-kontribut tan-New Zealand lill-EUPOL AFGHANISTAN hu mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   In-New Zealand għandha tiżgura li l-persunal tagħha li jipparteċipa fl-EUPOL AFGHANISTAN għandu jwettaq il-missjoni tiegħu b’konsistenza ma’

l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK u emendi sussegwenti possibbli;

il-Pjan ta’ l-Operazzjoni;

miżuri implimentattivi.

4.   Il-persunal issekondat għall-EUPOL AFGHANISTAN min-New Zealand għandu jwettaq id-doveri tiegħu u jġib ruħu biss bl-interess ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN f’moħħu.

5.   In-New Zealand għandha tinforma fiż-żmien debitu lill-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL AFGHANISTAN u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe bidla fil-kontribut tagħha lill-EUPOL AFGHANISTAN.

6.   Il-persunal issekondat għall-EUPOL AFGHANISTAN għandu jiġi sottopost għal eżami mediku, vaċċinazzjoni u għandu jkun ċertifikat medikament b’saħħtu għax-xogħol minn awtorità kompetenti min-New Zealand. Il-persunal issekondat għall-EUPOL AFGHANISTAN għandu jipproduċi kopja ta’ din iċ-ċertifikazzjoni.

Artikolu 2

Status tal-persunal

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament konkluż bejn il-Gvern tan-New Zealand u l-Gvern tar-Repubblika Islamika ta’ l-Afganistan, l-istatus tal-persunal kontribwit lill-EUPOL AFGHANISTAN min-New Zealand għandu jkun regolat bil-ftehim dwar l-istatus tal-missjoni konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Islamika ta’ l-Afganistan.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar l-istatus tal-missjoni msemmi fil-paragrafu 1, in-New Zealand għandha teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-persunal tagħha li jipparteċipa fl-EUPOL AFGHANISTAN.

3.   In-New Zealand għandha tkun responsabbli biex twieġeb kwalunkwe pretensjoni minn, marbuta ma’ jew dwar il-parteċipazzjoni tal-persunal tagħha fl-EUPOL AFGHANISTAN. In-New Zealand għandha tkun responsabbli li tressaq kwalunkwe azzjoni, b’mod partikolari legali jew dixxiplinari, kontra kwalunkwe mill-persunal tagħha, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

4.   In-New Zealand timpenja ruħha li tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti fl-EUPOL AFGHANISTAN, u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim. Mudell għal tali dikjarazzjoni huwa anness ma’ dan il-Ftehim.

5.   L-Unjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Istati Membri tagħha jagħmlu dikjarazzjoni fir-rigward tar-rinunzja tal-pretensjonijiet għall-parteċipazzjoni tan-New Zealand fl-EUPOL AFGHANISTAN u li tagħmel dan meta tiffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Informazzjoni klassifikata

1.   In-New Zealand għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li l-informazzjoni klassifikata ta’ l-UE hi protetta skond ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE (1), u skond gwida ulterjuri maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN.

2.   Fejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand ikunu kkonkludew Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ l-informazzjoni klassifikata, id-dispożizzjonijiet ta’ tali Ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUPOL AFGHANISTAN.

Artikolu 4

Linja ta’ kmand

1.   Il-persunal kollu li jipparteċipa fl-EUPOL AFGHANISTAN għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ ta’ l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu kontroll Operattiv lill-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUROPOL AFGHANISTAN, li għandu jeżerċita dak il-kmand permezz ta’ struttura ġerarkika ta’ kmand u kontroll.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jmexxi l-EUPOL AFGHANISTAN u jieħu f’idejh l-amministrazzjoni tagħha ta’ kuljum.

4.   In-New Zealand għandha jkollha l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN bħall-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea li jipparteċipaw fl-operazzjoni, skond l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Ftehim.

5.   Il-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN. Meta jkun meħtieġ, azzjoni dixxiplinarja għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

6.   Punt Kontinġenti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NPC) għandu jiġi maħtur min-New Zealand biex jirrappreżenta l-kontinġent fl-EUPOL AFGHANISTAN. L-NPC għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN dwar kwistjonijiet nazzjonali u għandu jkun responsabbli għad-dixxiplina kontinġenti ta’ kuljum.

7.   Id-deċiżjoni li tintemm l-operazzjoni għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni man-New Zealand, dment li n-New Zealand tkun għadha qed tikkontribwixxi għall-EUROPOL AFGHANISTAN fid-data tat-tmiem ta’ l-operazzjoni.

Artikolu 5

Aspetti finanzjarji

1.   In-New Zealand għandha tassumi l-ispejjeż kollha assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjoni minbarra l-ispejjeż li huma soġġetti għal finanzjament komuni, kif stabbilit fil-baġit operattiv ta’ l-operazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament konkluż bejn il-Gvern tan-New Zealand u l-Gvern tar-Repubblika Islamika ta’ l-Afganistan, f’każ ta’ mewt, korriment, telf jew ħsara lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Afganistan, in-New Zealand għandha, meta r-responsabbiltà tagħha tkun ġiet stabbilita, tħallas kumpens taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Ftehim dwar l-istatus tal-missjoni, jekk disponibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 2 (1) ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Kontribut għal baġit operattiv

Peress li l-parteċipazzjoni min-New Zealand tikkostitwixxi kontribut sinifikanti li hu essenzjali għall-operazzjoni, in-New Zealand hi eżenti minn kontributi għall-baġit operattiv ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN.

Artikolu 7

Arranġamenti biex jiġi implimentat dan il-Ftehim

Kwalunkwe arranġament tekniku u amministrattiv meħtieġ sabiex jiġi implimentat dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, u l-awtoritajiet kompetenti tan-New Zealand

Artikolu 8

Non-konformità

Jekk waħda mill-Partijiet tonqos milli tikkonforma ma’ l-obbligi tagħha stabbiliti fl-Artikoli preċedenti, il-Parti l-oħra għandha jkollha d-dritt li ttemm dan il-Ftehim b’notifika minn xahar qabel.

Artikolu 9

Riżoluzzjoni ta’ tilwim

Tilwim marbut ma’ l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi riżolt b’mezzi diplomatiċi bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara li l-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma.

3.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għat-tul ta’ żmien tal-kontribut tan-New Zealand lill-operazzjoni.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet ġurnata ta' Ottubru fis-sena elfejn u sebgħa bil-lingwa Ingliża f’żewġ kopji.

Image

Għall-Unjoni Ewropea

Image

Għan-New Zealand


(1)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/438/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).

ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET

Imsemmija fl-Artikolu 2(4) u (5)

Dikjarazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-UE:

“L-Istati Membri ta’ l-UE li japplikaw l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) ser jippruvaw, safejn is-sistemi legali interni tagħhom jippermettu, jirrinunzjaw, fuq bażi reċiproka, safejn possibbli pretensjonijiet kontra n-New Zealand għal korriment, mewt ta’ persunal tagħhom, jew ħsara lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li huma proprjetà tagħhom u utilizzati mill-EUPOL AFGHANISTAN jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kien ikkawżat minn persunal min-New Zealand fit-twettiq tad-doveri tiegħu marbutin ma’ l-operazzjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja,

jew irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi proprjetà tan-New Zealand, dment li l-assi ntużaw in konnessjoni ma’ l-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja ta’ persunal ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN min-New Zealand li jkun qed juża dawk l-assi.”

Dikjarazzjoni min-New Zealand:

“In-New Zealand, assoċjata ma’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) ser tipprova, fuq bażi reċiproka safejn is-sistemi legali interni tagħha jippermettu, li tirrinunzja, fuq bażi reċiproka, safejn possibbli pretensjonijiet kontra kwalunkwe Stat parteċipanti fl-EUPOL AFGHANISTAN għal korriment, mewt ta’ persunal tagħhom, jew ħsara lil, jew telf ta’, kwalunkwe assi li huma proprjetà tagħha u utilizzati mill-EUPOL AFGHANISTAN jekk tali korriment, mewt, ħsara jew telf:

kien ikkawżat minn persunal fit-twettiq tad-doveri tiegħu marbutin ma’ l-operazzjoni ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN, ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja,

jew irriżulta mill-użu ta’ kwalunkwe assi proprjetà ta’ l-Istati parteċipanti fl-EUPOL AFGHANISTAN, dment li l-assi jkunu ntużaw b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni u ħlief f’każ ta’ negliġenza serja jew imġiba ħażina volontarja ta’ persunal ta’ l-EUPOL AFGHANISTAN li jkun qed juża dawk l-assi.”