ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 273

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
17 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 273/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1182/2007

tas-26 ta' Settembru 2007

li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1)

Ir-reġim attwali għas-settur tal-frott u tal-ħxejjex huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (2), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jintroduċi skema ta’ għajnuna Komunitarja għal produtturi ta’ ċerti frott taċ-ċitru (4).

(2)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza huwa meħtieġ li jiġi mibdul ir-reġim għall-frott u l-ħxejjex sabiex jinkisbu l-objettivi li ġejjin: titjib fil-kompetittività u l-orjentazzjoni tas-suq tas-settur sabiex jikkontribwixxi biex tinkiseb produzzjoni sostennibbli li hija kompetittiva kemm fis-swieq interni kif ukoll esterni, jitnaqqsu l-oxxillazzjonijijiet fid-dħul tal-produtturi li jirriżultaw minn kriżijiet fis-suq, iż-żieda fil-konsum tal-frott u l-ħxejjex fil-Komunità u t-tkomplija ta’ l-isforzi li saru mis-settur biex jinżamm u jiġi mħares l-ambjent.

(3)

Peress li dawn l-objettivi ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-natura komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex u jistgħu għalhekk, minħabba l-ħtieġa għal aktar azzjoni komuni, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(4)

Il-Kummissjoni ressqet proposta separata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni għas-swieq agrikoli li tista’ inizjalment tinkludi ċerti dispożizzjonijiet ta’ natura orizzontali li jkopru s-settur tal-frott u tal-ħxejjex u japplikaw għal firxa ta’ prodotti agrikoli oħrajn, b’ mod partikolari d-disposizzjonijiet dwar kumitat ta’ ġestjoni. Huwa xieraq li tali dispożizzjonijiet jitħallew fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 2201/96. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jiġu aġġornati, simplifikati u razzjonalizzati sabiex tiġi permessa l-inkorporazzjoni faċli tagħhom fir-Regolament li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli.

(5)

Fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet oħrajn speċifiċi għas-settur tal-frott u tal-ħxejjex, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-bidliet għar-reġim attwali teħtieġ, fl-interessi taċ-ċarezza, li tinkludi t-tali dispożizzjonijiet kollha f’Regolament separat. Meta tali dispożizzjonijiet huma sa ċertu punt ukoll ta’ natura orizzontali u japplikaw għal firxa ta’ prodotti agrikoli oħrajn, bħal dawk dwar standards ta’ kummerċjalizzazzjoni u kummerċ ma’ pajjiżi terzi, huma għandhom ikunu wkoll aġġornati u simplifikati sabiex tiġi permessa l-inklużjoni faċli tagħhom fir-Regolament imsemmi hawn fuq li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli f’data aktar tard. Dan ir-Regolament m’għandux, għalhekk, jirrevoka jew jibdel l-istrumenti eżistenti ta’ natura orizzontali sakemm huma ma jkunux skadew, saru superfluwi jew m’għandhomx, bin-natura proprja tagħhom, jiġu ttrattati fil-livell tal-Kunsill.

(6)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun prodotti koperti mill-organizzazzjonijiet tas-suq komuni ta’ swieq tal-frott u l-ħxejjex u frott u ħxejjex ipproċessati. Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali u ftehim japplikaw biss għal prodotti koperti mill-organizzazzjoni tas-suq komuni għal frott u ħxejjex u għandha tinżamm din id-distinzjoni. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni fil-frott u l-ħxejjex għandu jiġi estiż ukoll għal ċerti ħxejjex kulinari biex jiġi permess lilhom jibbenefikaw dak ir-reġim. Is-Sagħtar u ż-żagħfran huma attwalment koperti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’ċerti prodotti elenkati fl-Anness II għat-Trattat (5), li minnu għandhom għalhekk jitneħħew.

(7)

Standards ta’ kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni, il-kwalità, il-grad fi klassijiet, id-daqs, l-ippakkjar, it-tgeżwir, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar, għandhom japplikaw fir-rigward ta’ ċertu prodotti biex jippermettu li s-suq jiġi fornit bi prodotti ta’ kwalità uniformi u sodisfaċenti. Barra minn hekk, miżuri speċjali, b’mod partikolari metodi aġġornati ta’ analiżi u miżuri oħrajn biex jiddeterminaw il-karatteristiċi ta’ l-istandards konċernati, jistgħu jeħtieġu li jiġu adottati biex jiġu evitati abbużi fir-rigward tal-kwalità u l-awtentiċità tal-prodotti preżentati lill-konsumaturi u t-tfixkil importanti fis-swieq li jistgħu joħolqu.

(8)

Attwalment, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 fir-rigward tal-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili intiżi għall-konsum tal-bniedem (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru dwar ġamm, ġèli u marmellati tal-frott, u puré ħelu tal-qastan intiżi għall-konsum mill-bniedem (7) jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-produzzjoni, il-kompożizzjoni u t-tikkettar ta’ dawn il-prodotti. Madankollu dawn ir-regoli mhumiex aġġornati b’mod sħiħ biex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u għandhom għalhekk jiġu mmodifikati biex jippermettu għal tali aġġornament.

(9)

Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħxejjex għandhom jieħdu kont sħiħ tat-tħassib ambjentali, inkluż il-prattiċi ta’ kultivazzjoni, il-ġestjoni ta’ materjali ta’ skart u r-rimi ta’ prodotti rtirati mis-suq, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma, il-manutenzjoni tal-bijodiversità u l-ħarsien tan-natura.

(10)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi fir-reġim tal-frott u tal-ħxejjex, l-operazzjoni ta’ deċentralizzazzjoni li huma jiżguraw fil-livell tagħhom. Quddiem konċentrazzjoni dejjem akbar ta’ domanda, ir-raggruppament ta’ forniment permezz ta’ dawn l-organizzazzjonijiet ikompli jkun ħtieġa ekonomika sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-produtturi fis-suq. Tali raggruppament għandu jitwettaq fuq bażi volontarja u għandu jagħti prova dwar l-użu tiegħu bil-kamp ta’ applikazzjoni u l-effiċjenza tas-servizzi offruti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-membri tagħhom. Ladarba l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jaġixxu esklussivament fl-interess tal-membri tagħhom, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala li jaġixxu f’isem u għall-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi.

(11)

L-esperjenza turi li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-għodda korretti għar-raggruppament tal-provvista. Madankollu, il-firxa ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri differenti ma kinitx l-istess. Sabiex jiġi mtejjeb ulterjorment il-faxxinu ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, għandha ssir proviżjoni għal aktar flessibbiltà fl-operazzjoni tagħhom, fejn possibbli. Tali flessibblità għandha tikkonċerna b’mod partikolari l-firxa tal-prodott ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-livell tal-bejgħ dirett permess u l-estensjoni tar-regoli għal dawk li mhumiex membri kif ukoll biex assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu permessi jwettqu kwalunkwe mill-attivitajiet tal-membri tagħhom u biex tiġi permessa esternalizzazzjoni ta’ l-attivitajiet, inkluż lil sussidjarji, fiż-żewġ każijiet soġġett għal-kondizzjonijiet meħtieġa.

(12)

Organizzazzjoni ta’ produtturi m’għandhiex tiġi kkunsidrata mill-Istat Membru tagħha bħala kapaċi li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni sakemm l-artikoli tagħha ta’ assoċjazzjoni ma jimponux ċerti ħtiġijiet fuqha u fuq il-membri tagħha. L-istabbiliment u t-tħaddim proprju ta’ fondi operattivi jeħtieġu li organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom b’mod ġenerali jieħdu kontroll tal-produzzjoni rilevanti tal-frott u l-ħxejjex tal-membri tagħhom.

(13)

Il-Gruppi tal-produtturi fi Stati Membri li jkunu ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data u li jixtiequ jakkwistaw l-istatus ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi skond dan ir-Regolament għandhom jiġu permessi l-benefiċċju ta’ perijodu transitorju li matulu jista’ jingħata l-appoġġ finanzjarju nazzjonali u Komunitarju fil-konfront ta’ ċerti impenji mill-grupp tal-produtturi.

(14)

Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jingħataw responsabbiltà akbar għad-deċiżjonijiet finali tagħhom partikolarment u biex jitniedu r-riżorsi pubbliċi assenjati lilhom lejn ħtiġijiet futuri, it-termini għandhom jiġu stabbiliti għall-użu ta’ dawn ir-riżorsi. L-iffinanzjar konġunt ta’ fondi operattivi stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi hija soluzzjoni xierqa. Il-kamp ta’ l-applikazzjoni għall-iffinanzjar għandu jkun permess f’każijiet partikolari. Sabiex tiġi kkontrollata n-nefqa Komunitarja, għandu jkun hemm limitu dwar l-assistenza mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jistabbilixxu fondi operattivi.

(15)

F’reġjuni fejn l-organizzazzjoni tal-produzzjoni hija dgħajfa, l-għoti ta’ kontributi addizzjonali, nazzjonali jew finanzjarji għandhom jiġu permessi. Fil-każ ta’ Stati Membri li huma fi żvantaġġ partikolari fir-rigward ta’ strutturi, dawk il-kontributi għandhom ikunu rimborsabbli mill-Komunità.

(16)

Sabiex tiġi simplifikata u mnaqqsa l-ispiża ta’ l-iskema jista’ jkun ta’ għajnuna li jiġu allinjati, fejn possibbli, il-proċeduri u r-regoli għall-eliġibbiltà tan-nefqa taħt fondi operattivi ma’ dawk ta’ programmi ta’ żvilupp rurali billi jiġi rikjest mill-Istati Membri li jistabbilixxu strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi.

(17)

Sabiex jissaħħaħ ulterjorment l-impatt ma’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u biex is-suq jiġi żgurat l-istabbiltà kollha mixtieqa, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess fuq ċerti kondizzjonijiet li jestendu għal produtturi mhux membri fir-reġjuni tagħhom ir-regoli, partikolarment dwar il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħarsien ta’ l-ambjent, adottati għall-membri tagħhom mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għar-reġjun ikkonċernat. Meta tingħata ġustifikazzjoni xierqa, ċerti spejjeż li jirriżultaw minn din l-estensjoni tar-regoli għandhom jitħallsu mill-produtturi kkonċernati peress li huma ser jibbenefikaw mill-estensjoni. Madankollu, il-produtturi organiċi m’għandhomx ikunu soġġetti għal din l-estensjoni ta’ regoli mingħajr il-kunsens ta’ parti sostanzjali ta’ tali produtturi. Huwa meħtieġ li tiġi permessa estensjoni rapida ta’ tali regoli għall-miżuri tal-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet sabiex il-kriżijiet jiġu ttrattati bla dewmien.

(18)

Numru ta’ skemi ta’ għajnuna eteroġeni għal ċerti frott u ħxejjex ġew stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96. In-numru u l-varjetà ta’ dawk l-iskemi għamluhom kumplessi biex jiġu amministrati. Waqt li huma kienu mmirati għal xi frott u ħxejjex speċifiċi, huma ma kinux kapaċi jieħdu kont sħiħ tal-kondizzjonijiet reġjonali ta’ produzzjoni, u ma koprewx il-frott u l-ħxejjex kollha. Huwa għalhekk xieraq li tiġi mfittxija għodda differenti biex tappoġġa lill-produtturi tal-frott u l-ħaxix.

(19)

Barra minn hekk, l-iskemi ta’ għajnuna għal frott u ħxejjex ma kinux integrati bis-sħiħ fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ komuni taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (8). Dan wassal għal ċerti komplessitajiet u riġiditajiet fl-amministrazzjoni ta’ dik l-iskema.

(20)

Fl-interessi ta’ sistema aktar immirata iżda flessibbli ta’ appoġġ għas-settur ta’ frott u ħxejjex u fl-interessi ta’ simplifikazzjoni, huwa għalhekk xieraq li jiġu aboliti l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti u jiġu inklużi frott u ħxejjex bis-sħiħ fl-iskema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li jiġi previst li bdiewa li pproduċew frott u ħxejjex fil-perijodu ta’ referenza għandhom ikunu eliġibbli għal skema ta’ pagament ewlieni. Għandha ssir dispożizzjoni wkoll għall-istabbiliment mill-Istati Membri ta’ ammonti ta’ referenza u ettari eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament ewlieni abbażi ta’ perijodu rappreżentattiv xieraq għas-suq ta’ kull prodott ta’ frott u ħaxix u ta’ objettiv xieraq u kriterji mhux diskriminatorji. Żoni bi frott u ħxejjex miżruh, inkluż frott u ħxejjex permanenti kif ukoll il-mixtliet għandhom ikunu eliġibbli għall-iskema ta’ pagament ewlieni. Limiti massimi nazzjonali għandhom jiġu emendati kif xieraq. Sabiex jiġi provdut żmien għat-taqsimiet ikkonċernati biex jadattaw għall-integrazzjoni tagħhom fl-iskema ta’ pagament ewlieni, għandhom jiġu previsti perijodi transitorji. B’mod partikolari, għandha ssir dispożizzjoni għal pagamenti ta’ frott u ħxejjex isseparati u oqsma ta’ għajnuna akkoppjati temporanji għal ċerti prodotti maħsuba għall-ipproċessar, li kienu eliġibbli taħt l-iskemi ta’ għajnuna eżistenti, kif ukoll il-frawli u l-lampun. Għall-prodotti ta’ l-aħħar jista’ jingħata wkoll top-up nazzjonali għall-għajnuna Komunitarja. Għandha ssir dispożizzjoni wkoll għall-Kummissjoni biex jiġu adottati regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati u kwalunkwe miżuri transitorji meħtieġa fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq.

(21)

Il-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex hija diffiċli li titbassar u l-prodotti jistgħu jitħassru. Il-fdal fuq is-suq, ankè jekk ma jkunx kbir ħafna, jista’ jfixkel ħafna lis-suq. Xi skemi għall-irtirar mis-suq ġew operati iżda rriżultaw kemmxejn komplessi biex jiġu amministrati. Xi miżuri ulterjuri għall-maniġġar ta’ kriżijiet għandhom jiġu introdotti, b’mod l-aktar faċli biex jiġi applikat. L-integrazzjoni ta’ tali miżuri bħal dawn kollha fi programmi operattivi ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tidher l-aħjar approċċ f’dawn iċ-ċirkostanzi, u għandha tipprovdi wkoll għall-faxxinu miżjud ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi għal produtturi. Madankollu sabiex jiġi permess li miżuri ta’ maniġġar ta’ kriżijiet jiġu estiżi għal non-membri ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati biex f’tali każijiet jagħtu għajnuna ta’ l-istat għal perijodu transitorju. L-għajnuna għandha madankollu tkun inqas minn dik irċevuta mill-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi sabiex is-sħubija tkun attraenti. L-operat ta’ din l-għajnuna ta’ l-istat għandha tiġi riveduta fl-aħħar tal-perijodu transitorju.

(22)

L-integrazzjoni tal-patata ta’ varjazzjoni fl-iskema stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 timplika li, sabiex jiġi salvagwardjat it-tħaddim tajjeb tas-suq ewlieni bbażat fuq prezzijiet komuni, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jamministra l-għajnuna ta’ l-Istat għandhom japplikaw ukoll għall-patata ta’ varjazzjoni, soġġett għal perijodu transitorju biex jippermetti għall-adattament tas-settur.

(23)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 dwar informazzjoni u azzjonijiet ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli dwar is-suq intern (9) jipprovdi għal kontribut Komunitarju għal ċerti azzjonijiet ta’ promozzjoni sa mhux aktar minn 50 %. Sabiex jiġi promoss il-konsum tal-frott u l-ħxejjex fost it-tfal fi stabbilimenti edukattivi, f’dan il-każ dik il-perċentwali għandha tiġi miżjuda għall-promozzjoni ta’ frott u ħxejjex.

(24)

Organizzazzjonijiet interprofessjonali stabbiliti fuq l-inizjattiva ta’ operaturi individwali jew li huma diġà fi grupp jistgħu, jekk huma proporzjon sinifikanti tal-membri ta’ diversi kategoriji tax-xogħol tas-settur tal-frott u l-ħaxix, jikkontribwixxu għal komportament waqt li jittieħed kont aktar mill-qrib tar-realtajiet tas-suq u jiffaċilitaw approċċ kummerċjali li jtejjeb ir-rapportar ta’ produzzjoni, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, il-presentazzjoni tal-prodott u l-kummerċjalizzazzjoni. Peress li l-ħidma ta’ dawn l-organizzazzjonijiet hija kapaċi tikkontribwixxi b’mod ġenerali għall-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat, u b’mod partikolari dawk ta’ dan ir-Regolament, ladarba jiġu definiti l-forom rilevanti ta’ azzjoni, għandu jkun possibbli li jingħata għarfien speċifiku lil dawk l-organizzazzjonijiet li jipprovdu provi ta’ rappreżentanza biżżejjed u tiġi mwettqa azzjoni prattika fir-rigward ta’ dawk l-objettivi. Id-dispożizzjonijiet dwar l-estensjoni tar-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u dwar il-qsim ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw minn tali estensjoni għandhom, b’kunsiderazzjoni għas-similarità ta’ l-objettivi segwiti, japplikaw ukoll għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali.

(25)

Il-ħolqien ta’ suq ewlieni Komunitarju jinvolvi l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ kummerċ fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Dik is-sistema ta’ kummerċ għandha tinkludi dazji ta’ importazzjoni u għandha, fi prinċipju, tistabbilixxi s-suq Komunitarju. Is-sistema ta’ kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-attivitajiet aċċettati taħt ir-Rawnd ta’ l-Urugwaj tan-negozjati ta’ kummerċ multilaterali.

(26)

L-applikazzjoni ta’ sistema ta’ prezz ta’ dħul għall-frott u l-ħxejjex teħtieġ l-adozzjoni ta’dispożizzjonijiet speċifiċi biex jittieħed kont ta’ l-impenji internazzjonali tal-Komunità.

(27)

Il-monitoraġġ tal-volum fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli ma’ pajjiżi terzi jistgħu, fir-rigward ta’ ċerti prodotti, jeħtieġu l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ liċenzji għal importazzjonijiet u esportazzjonijiet inkluż l-introduzzjoni ta’ sigurtà li tiżgura li fil-fatt jitwettqu t-transazzjonijiet li għalihom jinħarġu tali liċenzji. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tingħata s-setgħa li tintroduċi sistemi ta’ liċenzji fir-rigward ta’ tali prodotti.

(28)

Sabiex jiġu pprevenuti jew newtralizzati effetti mhux mixtieqa fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjonijiet ta’ tali prodotti għandhom ikunu soġġetti għal ħlas ta’ dazju addizzjonali, jekk ċerti kondizzjonijiet jiġu sodisfatti.

(29)

Huwa xieraq, taħt ċertu kondizzjonijiet, li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiftaħ u tamministra kwoti tariffarji li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali konklużi skond it-Trattat jew minn atti oħrajn tal-Kunsill.

(30)

Is-sistema ta’ dazju doganali jagħmilha possibbli għad-distribuzzjoni mal-miżuri protettivi l-oħrajn kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Is-suq intern u l-mekkaniżmu ta’ dazju jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jirriżulta inadegwat. F’tali każijiet, sabiex is-suq Komunitarju ma jitħalliex mingħajr difiża kontra tfixkil li jista’ jkun hemm, il-Komunità għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa kollha mingħajr dewmien. Tali miżuri għandhom ikunu skond l-impenji internazzjonali tal-Komunità.

(31)

Biex jiġi żgurat li dawk l-arranġamenti ta’ kummerċ jistgħu jiffunzjonaw tajjeb, għandha ssir dispożizzjoni għar-regolar jew, meta s-sitwazzjoni fis-suq teħtieġ hekk, għall-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar attiv jew passiv.

(32)

Biex titkompla tiġi prevista bażi legali għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal zokkor inkorporat f’ċerti prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati kif ipprovat fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, il-lista ta’ prodotti kkonċernati għandha tiġi miżjuda ma’ dik li tinsab fl-Anness VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (10).

(33)

Id-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

(34)

Peress li s-swieq komuni fi prodotti agrikoli qed jevolvu kontinwament, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin informati dwar l-iżviluppi rilevanti.

(35)

Il-ħidma adatta tas-suq ewlieni bbażata fuq prezzijiet komuni tkun imfixkla bl-għoti ta’ għajnuna nazzjonali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregola l-għajnuna ta’ l-Istat, bħala regola ġenerali, japplikaw għall-prodotti koperti b’dan ir-Regolament. Madankollu, għandha ssir dispożizzjoni għal għajnuna ta’ l-istat ta’ darba għas-settur ta’ l-ipproċessar tat-tadam fl-Italja u Spanja sabiex jiġi appoġġat l-adattament tiegħu għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(36)

In-nefqa magħmula mill-Istati Membri bħala riżultat ta’ l-obbligi li joriġinaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (11).

(37)

Ir-reġim tal-frott u l-ħxejjex jipprovdi li jiġu rispettati ċertu obbligi. Biex tiġi garantita l-konformità ma’ dawn l-obbligi, hemm ħtieġa għal kontrolli u l-applikazzjoni ta’ pieni fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ tali obbligi. Is-setgħa għandha, għalhekk, tingħata lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli korrispondenti inkluż dawk fir-rigward ta’ l-irkupru ta’ pagamenti mhux meħtieġa u dwar ir-rapportar ta’ obbligi ta’ l-Istati Membri. Il-korpi speċjali ta’ spetturi fit-taqsima tal-frott u l-ħxejjex mhux ser tibqa meħtieġa taħt ir-reġim il-ġdid u għandhom għalhekk jitneħħew.

(38)

L-iskema ta’ għajnuna stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandha tiġi abolita. Dak ir-Regolament għalhekk mhux ser ikollu aktar l-ebda skop u għalhekk għandu jiġi revokat.

(39)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għat-twettiq ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (12).

(40)

Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, il-kumitati separati għall-frott u l-ħxejjex frisk u l-frott u l-ħxejjex ipproċessati għandhom jiġu aboliti u mibdulin b’kumitat ewlieni għall-frott u l-ħxejjex li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

(41)

Il-bidla minn arranġamenti eżistenti għal dawk previsti minn dan ir-Regolament tista’ tagħti bidu għal diffikultajiet li mhumiex ittrattati f’dan ir-Regolament. Sabiex tittratta tali diffikultajiet, il-Kummissjoni għandha tingħata permess tadotta miżuri transitorji. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għal għarfien kontinwat ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-kontinwazzjoni possibbli ta’ programmi operattivi approvati taħt ir-Regolament, kif ukoll dispożizzjoni simili għal gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-pjanijiet rikonoxxuti tagħhom.

(42)

Dan ir-Regolament għandu, bħala regola ġenerali, japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni ta’ l-iskemi ta’ għajnuna għal prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati u l-frott ta’ ċitru matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, tali skemi ta’ għajnuna għandhom jitħallew għaddejjin sa l-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabblixxi regoli speċifiċi li japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

Madankollu it-Titoli III u IV ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar.

L-Artikolu 43 għandu japplika wkoll għal patata, friska jew imkessħa tal-kodiċi NM 0701.

TITOLU II

KLASSIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI

Artikolu 2

Standards ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li huma intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġi kkummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta’ kwalità kummerċabbli u jekk il-pajjiż ta’ l-oriġini huwa indikat.

2.   Għandu jiġu provdut mill-Kummissjoni għall-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

3.   Meta jsir dan, għandu jittieħed kont tar-rakkomandazzjonijiet standard adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE).

4.   L-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 u 2:

(a)

għandhom japplikaw fl-istadji kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni inkluż l-importazzjoni u l-esportazzjoni sakemm ma jiġix provdut mod ieħor mill-Kummissjoni;

(b)

għandhom jiġu stabbiliti waqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati, il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kondizzjonijiet għal rimi bla xkiel ta’ dawk il-prodotti fis-suq u l-interess tal-konsumaturi biex jirċievu informazzjoni tal-prodott xierqa u trasparenti b’mod partikolari, il-pajjiż ta’ l-oriġini, il-klassi u, fejn xieraq, il-varjetà (jew it-tip kummerċjali) tal-prodott;

(ċ)

jistgħu b’mod partikolari jirrelataw mal-kwalità, il-grad fi klassijiet, id-daqs, l-ippakkjar, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar.

5.   Id-detentur ta’ prodotti koperti mill-istandard ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jistax jesponi tali prodotti jew joffrihom għall-bejgħ, jew iwassalhom jew jikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor fil-Komunità ħlief f’konformità ma’ dawk l-istandards. Id-detentur għandu jkun responsabbli għall-iżgurar ta’ tali konformità.

6.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 42, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw b’mod selettiv, ibbażat fuq analiżi tar-riskju, jekk dawk il-prodotti humiex skond dawk l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dawn il-verifiki għandhom ikunu iffokati fuq l-istadju ta’ qabel it-tluq miż-żoni ta’ produzzjoni meta l-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati jew mgħobbija. Għall-prodotti minn pajjiżi terzi, il-verifiki għandhom isiru qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

7.   Sakemm jiġu adottati standards ta’ kummerċjalizzazzjoni ġodda, l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla skond ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 u r-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandhom ikomplu japplikaw.

TITOLU III

ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

KAPITOLU I

Ħtiġijiet u għarfien

Artikolu 3

Ħtiġijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun kwalunkwe entità legali jew parti definita b’mod ċar ta’ entità legali li hija konformi mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a)

hija magħmula fuq l-inizjativa tal-bdiewa fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li huma l-kultivaturi ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar;

(b)

għandha l-objettiv ta’ l-użu ta’ prattiċi ta’ kultivazzjoni, tekniki ta’ produzzjoni u prattiċi ta’ ġestjoni ta’ l-iskart li huma ambjentalment tajbin b’mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità ta l-ilma, il-ħamrija u l-pajsaġġ u tiġi mħarsa jew imħeġġa l-bijodiversità;

(ċ)

għandha wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:

(i)

tiżgura li l-produzzjoni hija ppjanata u aġġustata skond id-domanda, partikolament fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

(ii)

tippromwovi konċentrazzjoni ta’ provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħha;

(iii)

tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni u tistabbilixxi prezzijiet tal-produzzjoni;

(d)

ir-regoli ta’ assoċjazzjoni tagħha jipprovdu għall-ħtiġijiet speċifiċi kif stabbiliti fil-paragrafu 2; u

(e)

hija ġiet rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 4.

2.   Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandha teħtieġ il-membri ta’ produzzjoni tagħha, b’mod partikolari, biex:

(a)

japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rapportar ta’ produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħarsien ta’ l-ambjent;

(b)

jappartjenu għal organizzazzjoni ta’ produzzjoni waħda biss fir-rigward tal-produzzjoni ta’ investiment speċifiku ta’ kwalunkwe prodott speċifiku msemmi fil-paragrafu 1(a);

(ċ)

jikkumerċjalizzaw il-produzzjoni kollha tagħhom ikkonċernata permezz ta’ l- organizzazzjoni tal-produtturi.

(d)

ifornu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal raġunijiet statistiċi, b’mod partikolari dwar żoni li qed jikbru, kwantitajiet maqtugħa, ġbir u bejgħ dirett;

(e)

iħallsu l-kontributi finanzjarji previsti fir-regoli ta’ assoċjazzjoni tagħha għall-istabbiliment u t-tibdil tal-fond operattiv previst fl-Artikolu 8.

3.   Minkejja l-paragrafu 2(c), fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u fejn dan huwa skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi jistgħu:

(a)

ibigħu mhux aktar minn perċentwali fissa tal-produzzjoni tagħhom u/jew prodotti direttament fuq l-investimenti tagħhom jew u/jew barra l-investimenti tagħhom lil konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom, tali perċentwali jiġu ffissati mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 10 %;

(b)

jikkummerċjalizzaw lilhom infushom jew permezz ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitiajiet ta’ prodotti li huma marġinali fir-rigward tal-volum ta’ produzzjoni kummerċjabbli ta’ l-organizzazzjoni tagħhom;

(ċ)

jikkummerċjalizzaw lilhom infushom jew permezz ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li minħabba l-karatterisitiċi tagħhom, mhumiex normalment koperti minn attivitajiet kummerċjali ta’ l-organizzazzjoni ta’ produzzjoni kkonċernata.

4.   Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom ukoll jipprovdu għal:

(a)

proċeduri għad-determinazzjoni, l-adozzjoni u l-emendi tar-regoli msemmijin fil-paragrafu 2;

(b)

l-imposizzjoni fuq membri ta’ kontributi finanzjarji meħtieġa għall-iffinanzjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi;

(ċ)

regoli li jippermettu lil membri produtturi jiskrutinizzaw b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;

(d)

pieni għal ksur ta’ obbligi taħt ir-regoli ta’ assoċjazzjoni, partikolarment in-nuqqas ta’ pagament ta’ kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(e)

regoli dwar l-ammissjoni ta’ membri ġodda, partikolarment perijodu ta’ sħubija minima;

(f)

il-kontabbiltà u r-regoli baġitarji meħtieġa għall-operazzjoni ta’ l-organizzazzjoni.

5.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiġu meqjusa bħala li jaġixxu f’isem, u fl-interessi tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi.

Artikolu 4

Għarfien

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) li japplikaw għal tali għarfien, sakemm:

(a)

jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u jipprovdu l-provi rilevanti ta’an;

(b)

ikollhom numru minimu ta’ membri u jkopru volum jew valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, u jipprovdu l-provi rilevanti għal dan;

(ċ)

ikun hemm provi suffiċjenti li huma jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod xieraq, kemm fuq il-medda ta’ żmien u kif ukoll f’termini ta’ effettività u konċentrazzjoni ta’ forniment, li għal dan l-għan l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema mill-prodotti, jew gruppi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) għandhom ikunu koperti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(d)

huma jippermettu b’mod effettiv lill-membri tagħhom jiksbu assistenza teknika fl-użu ta’ prattiċi ta’ koltivazzjoni ambjentalment tajbin;

(e)

huma jipprovdu b’mod effettiv lill-membri tagħhom, fejn meħtieġ, il-mezzi tekniċi għall-ġbir, il-ħażna, l-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom;

(f)

jiżguraw ġestjoni kummerċjali u ta’ kontabbiltà xierqa ta’ l-attivitajiet tagħhom; u

(g)

ma jkollhomx pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat.

2.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiddeċiedu jekk jagħtux għarfien lil organizzazzjoni ta’ produtturi fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni akkumpanjata mill-provi rilevanti kollha;

(b)

iwettqu verifiki f’intervalli regolari biex jiżguraw li organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw ma’ dan it-Titolu, jimponu l-pieni fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ non-konformità jew irregolaritajiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn meħtieġ, li jiġi rtirat l-għarfien;

(ċ)

jinnotifikaw lill-Kummissjoni, darba kull sena, dwar kull deċiżjoni biex jingħata, jiġi rifjutat jew irtirat għarfien.

Artikolu 5

Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi

Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u jistgħu jwettqu kwalunkwe mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. Għal dan il-għan l-Istat Membru jista’ jagħraf, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fejn:

(a)

l-Istat Membru jikkonsidra li l-assoċjazzjoni hija kapaċi li twettaq b’mod effettiv dawk l-attivitajiet; u

(b)

l-assoċjazzjoni ma jkollhiex pożizzjoni dominanti f’suq partikolari sakemm dan ma jkunx meħtieġ skond l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat.

L-Artikolu 3(5) għandhu japplika mutatis mutandis għall-azzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 6

Esternalizzazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jippermettu organizzazzjoni tal-produtturi magħrufa jew assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa biex testernalizza kwalunkwe mill-attivitajiet tagħha, inkluż lil sussidjarji, dment li din tipprovdi provi biżżejjed lill-Istat Membri li dan huwa mod xieraq biex jinkisbu l-objettivi ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati.

Artikolu 7

Gruppi tal-produtturi

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, grupp tal-produtturi għandu jkun kwalunkwe entità legali jew parti minn entità legali definita b’mod ċar li hija magħmula fuq l-inizjattiva tal-bdiewa fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li huma l-koltivaturi ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar, bil-ħsieb li jiġu magħrufa bħala organizzazzjoni tal-produtturi.

Il-gruppi tal-produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, jew fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Gżejjer Eġej iżgħar kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 (13) jistgħu jiġu permessi perijodu transitorju li fih jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għarfien stabbiliti fl-Artikolu 4.

Sabiex jikkwalifikaw, dawk il-gruppi ta’ produtturi għandhom jippreżentaw pjan ta’ għarfien f’fażijiet għall-Istat Membru rilevanti, li l-aċċettazzjoni tiegħu għandha tkun is-sinjal tal-perijodu transitorju imsemmi fit-tieni subparagrafu u għandu jikkostitwixxi għarfien preliminari. Il-perijodu transitorju m’għandux ikun ta’ aktar minn ħames snin.

2.   Qabel l-aċċettazzjoni ta’ pjan ta’ għarfien, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom u l-implikazzjonijiet finanzjarji probabbli tagħhom.

3.   Matul il-perijodu transitorju, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għotjiet lill-gruppi tal-produtturi:

(a)

għajnuna biex iħeġġu l-formazzjoni tagħhom u jiffaċilitaw l-operazzjoni amministrattiva tagħhom;

(b)

għajnuna, ipprovduta jew direttament jew permezz ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, biex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa biex jinkiseb għarfien u forma fil-pjan ta’ għarfien imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.

4.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi rimborsata mill-Komunità skond ir-regoli adottati skond l-Artikolu 42(b)(ii).

5.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3(a) għandha tiġi ddeterminata għal kull grupp tal-produtturi abbażi tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tiegħu u għandha tammonta, għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames sena, għal:

(a)

10 %, 10 %, 8 %, 6 % u 4 % rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, u

(b)

5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 %, rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Gżejjer Eġej iżgħar kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006.

Dawk ir-rati jistgħu jiġu mnaqqsa f’relazzjoni mal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li taqbeż il-limitu. Jista’ jiġi applikat limitu massimu għall-għajnuna pagabbli fi kwalunkwe sena partikolari lil grupp tal-produtturi.

KAPITOLU II

Fondi operattivi u programmi operattivi

Artikolu 8

Fondi operattivi

1.   Organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’:

(a)

kontributi finanzjarji ta’ membri jew ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;

(b)

assistenza finanzjarja Komunitarja li tista’ tingħata lil organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2.   Fondi operattivi għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw programmi operattivi approvati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 13.

Artikolu 9

Programmi operattivi

1.   Il-programmi operattivi għandhom ikollhom tnejn jew aktar mill-objettivi msemmijin fl-Artikolu 3(1)(ba) jew ta’ l-objettivi li ġejjin:

(a)

ippjanar tal-produzzjoni,

(b)

titjib tal-kwalità tal-prodott,

(ċ)

titjib tal-valur kummerċjali tal-prodott,

(d)

promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk f’forma friska jew ipproċessati,

(e)

miżuri ambjentali u metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, inkluż il-biedja organika,

(f)

prevenzjoni u maniġġar ta’ kriżijiet.

2.   Il-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet għandhom ikunu relatati ma’ l-evitar u l-ittrattar ta’ kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħxejjex u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:

(a)

l-irtirar mis-suq,

(b)

il-ħsad ta’ ħxejjex jew in-nuqqas ta’ ħsad ta’ frott u ħxejjex,

(ċ)

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni,

(d)

il-miżuri ta’ taħriġ,

(e)

l-assigurazzjoni tal-ħsad,

(f)

l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi konġunti.

Il-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet, inkluż kwalunkwe pagament mill-ġdid ta’ kapital u interess kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa taħt il-programm operattiv.

Sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta’ prevenzjoni u maniġġar ta’ kriżijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jieħdu self fuq termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-pagament mill-ġdid tal-kapital u l-interess fuq dak is-self jista’ jifforma parti mill-programm operattiv u għalhekk jista’ jkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja Komunitarja taħt l-Artikolu 10. Kwalunkwe azzjoni speċifika taħt il-prevenzjoni u l-maniġġar tal-kriżijiet għandha tiġi ffinanzjata jew minn tali self, jew direttament, iżda mhux it-tnejn.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li:

(a)

il-programmi operattivi għandhom jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar, jew

(b)

ta’ l-anqas 10 % tan-nefqa taħt il-programmi operattivi għandhom ikopru azzjonijiet ambjentali.

L-azzjonijiet ambjentali għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet għal pagamenti agri-ambjentali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali Ewropew (EAFRD) (14).

Fejn ta’ l-inqas 80 % tal-membri produtturi kollha ta’ organizzazzjoni tal-produtturi huma soġġetti għal impenn agri-ambjentali identiku wieħed jew aktar taħt dik id-dispożizzjoni, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jservi bħala azzjoni ambjentali kif imsemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu.

L-appoġġ għal azzjonijiet ambjentali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-azzjoni.

4.   Il-paragrafu 3 għandu japplika biss għall-Bulgarija u r-Rumanija mill-1 ta’ Jannar 2011.

5.   L-investimenti li jżidu l-pressjoni ambjentali għandhom jiġu permessi biss f’sitwazzjonijiet fejn is-salvagwardji effettivi biex jiġi protett l-ambjent minn dawn il-pressjonijiet ikunu f’posthom.

Artikolu 10

Assistenza finanzjarja Komunitarja

1.   L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha tkun daqs l-ammont ta’ kontributi finanzjarji msemmi fl-Artikolu 8(1)(a) kif fil-fatt imħallas iżda limitat għal 50 % tan-nefqa proprja li għandha titħallas.

2.   L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha jkollha limitu massimu ta’ 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi.

Madankollu, il-perċentwali jista’ jiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata sakemm l-ammont li jaqbeż l-4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata jintuża biss għall-miżuri ta’ prevenzjoni u maniġġar ta’ kriżijiet.

3.   Fuq talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-perċentwali prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun 60 % għal programm operattiv jew parti minn programm operattiv fejn tissodisfa mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tiġi ppreżentata minn bosta organizzazzjonijiet tal-produtturi Komunitarji li qed joperaw fi Stati Membri differenti dwar skemi transnazzjonali;

(b)

tiġi ppreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar mseħbin fi skemi operati fuq bażi interprofessjonali;

(ċ)

tkopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (15);

(d)

tiġi ppreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mill-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data għal miżuri operati mhux aktar tard mill-aħħar ta’ l-2013;

(e)

hija l-ewwel li ġiet ippreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi magħrufa li ngħaqdet ma’ organizzazzjoni tal-produtturi magħrufa oħra;

(f)

hija l-ewwel li ġiet ippreżentata minn assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi magħrufa;

(g)

hija ppreżentata minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri fejn organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex;

(h)

hija ppreżentata minn organizzazzjoni tal-produtturi f’waħda mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità;

(i)

tkopri biss appoġġ speċifiku għal azzjonijiet biex jiġi promoss l-konsum tal-frott u l-ħxejjex immirat għat-tfal fl-istabbilimenti edukattivi.

4.   Il-perċentwali prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun 100 % fil-każ ta’ irtirar mis-suq tal-frott u l-ħxejjex li m’għandhomx jaqbżu l-5 % tal-volum tal-produzzjoni kkumerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li huma mqassmin permezz ta’:

(a)

distribuzzjoni b’xejn għal organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità, approvat għal dak l-effett mill-Istati Membri, għall-użu fl-attivitajiet tagħhom biex jassistu persuni li d-dritt tagħhom għal assistenza pubblika huwa rikonoxxut fil-liġi nazzjonali, b’mod partikolari peress li m’għandhomx il-mezzi meħtieġa għal sussistenza;

(b)

distribuzzjoni b’xejn għal istituzzjonijiet penali, skejjel u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni pubblika u għal kampijiet tal-btala tat-tfal kif ukoll għal sptarijiet u djar ta’ l-anzjani magħżulin mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet hekk distribwiti huma addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment inxtraw minn tali stabbilimenti.

Artikolu 11

Assistenza finanzjarja nazzjonali

1.   F’reġjuni ta’ l-Istati Membri fejn il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi huwa partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati, mill-Kummissjoni, fuq talba debitament sostanzjata, biex iħallsu organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni assistenza finanzjarja nazzjonali daqs massimu ta’ 80 % tal-kontributi finanzjarji msemmi fl-Artikolu 8(1)(a). Din l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv.

F’reġjuni ta’ Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % tal-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix u li l-produzzjoni ta’ frott u ħaxix tagħhom tirrapreżenta mill-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikolu totali tagħhom, l-assistenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborsata mill-Komunità fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat.

2.   L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għal assistenza finanzjarja nazzjonali li hija awtorizzata skond il-paragrafu 1.

Artikolu 12

Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għal programmi operattivi

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali għat-tfassil ta’ kondizzjonijiet ġenerali relatati ma’ azzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 9(3). Dan il-qafas għandu jipprovdi b’mod partikolari li tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 inkluż dawk fl-Artikolu 5 dwar il-komplimentarjetà, il-konsistenza u l-konformità.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista’ titlob modifiki fi tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tippermettix il-kisba ta’ l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat u fis-sitt programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali (16). L-investimenti fuq investimenti individwali appoġġati mill-programmi operattivi wkoll għandhom jirrispettaw dawk l-objettivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħaxix. Tali strateġija għandha tipprovdi għall-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti ta’ forza u ta’ dgħjufija u l-potenzjal ta’ żvilupp;

(b)

ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula;

(ċ)

l-objettivi ta’ programmi u strumenti operattivi, indikaturi ta’ prestazzjoni;

(d)

valutazzjoni ta’ programmi operattivi;

(e)

reporting obligations for producer organisations.

L-istrateġija nazzjonali għandha tintegra wkoll il-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-Istati Membri li m’għandhomx organizzazzjoniji tal-produtturi rikonoxxuti.

Artikolu 13

Approvazzjoni ta’ programmi operattivi

1.   Abbozz ta’ programmi operattivi għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jirrifjutawhom jew jitolbu għall-modifika tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

2.   L-organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni għandhom jikkommunikaw lill-Istat Membru l-ammont stimat tal-fond operattiv għal kull sena u għandhom jippreżentaw raġunijiet xierqa għalhekk ibbażati fuq l-estimi tal-programm operattiv, in-nefqa għas-sena attwali u n-nefqa possibbli għas-snin ta’ qabel u, jekk meħtieġ, dwar il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stimati għas-sena li jmiss.

3.   L-Istat Membru għandu, jinnotifika l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi dwar l-ammont stimat ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 10.

4.   Il-pagamenti ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja għandhom isiru abbażi tan-nefqa li ssir għall-iskemi koperti mill-programm operattiv. L-avvanzi jistgħu jsiru fir-rigward ta’ l-istess skemi soġġett għad-dispożizzjoni ta’ garanzija jew sigurtà.

5.   L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika lill-Istat Membru dwar l-ammont finali ta’ nfiq għas-sena preċedenti, akkompanjat bid-dokumenti meħtieġa ta’ appoġġ, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja.

6.   Programmi operattivi u l-finanzjament tagħhom minn produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi min-naħa l-waħda u b’fondi Komunitarji min-naħa l-oħra għandhom ikollhom tul ta’ żmien minimu ta’ tlieta u tul ta’ żmien massimu ta’ ħames snin.

KAPITLOU III

Estensjoni tar-regoli għal produtturi ta’ qasam ekonomiku

Artikolu 14

Estensjoni tar-regoli

1.   F’każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi li topera f’qasam ekonomiku speċifiku hija kkunsidrata, fir-rigward ta’ prodott speċifiku, rappreżentattiva ta’ produzzjoni u produtturi f’dak il-qasam, l-Istat Membru kkonċernat jista’, fuq talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, jagħmel ir-regoli li ġejjin li jorbtu fuq il-produtturi stabbiliti f’dak il-qasam ekonomiku li mhux parti mill-organizzazzjoni tal-produtturi:

(a)

ir-regoli msemmija fl-Artikolu 3(2)(a),

(b)

ir-regoli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2)(c).

L-ewwel subparagrafu għandu japplika bil-kondizzjoni li dawk ir-regoli:

(a)

ikunu ilhom fis-seħħ minn ta’ l-inqas sena ta’ kummerċjalizzazzjoni,

(b)

huma inklużi fil-lista kompleta fl-Anness I,

(ċ)

huma marbutin għal mhux aktar minn tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni.

Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness I. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.

2.   Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, “qasam ekonomiku” tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni li jmissu ma’ xulxin jew tal-viċinat li għandhom l-istess kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’lista ta’ oqsma ekonomiċi.

F’xahar minn notifika, il-Kummissjoni għandha tapprova l-lista jew għandha, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, tiddeċiedi dwar l-emendi li dan ta’ l-aħħar għandu jagħmillha. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista approvata disponibbli pubblikament bil-metodi li hija tikkunsidra xieraq.

3.   Organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-membri tagħha jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-produtturi fil-qasam ekonomiku li fiha hija topera u hija tkopri mill-inqas 60 % tal-volum tal-produzzjoni ta’ dak il-qasam. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta jiġu kkalkolati dawn il-perċentwali m’għandux jittieħed kont tal-produtturi jew il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

4.   Ir-regoli li jsiru biex jorbtu l-produtturi kollha f’qasam ekonomiku speċifiku:

(a)

m’għandhomx jikkaġunaw ebda ħsara għal produtturi oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-Komunità;

(b)

m’għandhomx japplikaw, sakemm huma jkopruhom b’mod ċar, għal prodotti li jitwasslu għall-ipproċessar taħt kuntratt iffirmat qabel il-bidu ta’ sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar ta’ produzzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2)(a);

(ċ)

m’għandhomx ikunu f’konflitt mar-regoli Komunitarji u nazzjonali fis-seħħ.

5.   Ir-regoli m’għandhomx ikunu li jorbtu fuq produtturi ta’ prodotti organiċi koperti bir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sakemm tali miżura ma tkunx ġiet maqbula minn ta’ l-inqas 50 % ta’ tali produtturi fil-qasam ekonomiku li fiha topera l-organizzazzjoni tal-produtturi u dik l-organizzazzjoni tkun tkopri mill-inqas 60 % ta’ tali produzzjoni ta’ dak il-qasam.

Artikolu 15

Notifika

L-Istati Membri għandom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma għamlu jorbtu fuq il-produtturi kollha f’qasam ekonomiku speċifiku skond l-Artikolu 14(1). Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-regoli disponibbli pubblikament bil-metodi li hija tikkunsidra xieraq.

Artikolu 16

Tħassir

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jirrevoka estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 14(1):

(a)

fejn issib li l-estensjoni in kwistjoni għal produtturi oħrajn teskludi kompetizzjoni f’parti sostanzjali tas-suq intern jew tfixkel il-kummerċ ħieles, jew li l-objettivi ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat huma f’periklu;

(b)

fejn issib li l-Artiklu 81(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħrajn. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk ir-regoli għandhom japplikaw biss mid-data ta’ tali skoperta;

(ċ)

meta wara verfiki ssib li ma kienx hemm konformità ma’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 17

Kontributi finanzjarji ta’ produtturi non-membri

Meta jiġi applikat l-Artikolu 14(1), l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi, fuq skrutinju ta’ provi ppreżentati, li l-produtturi mhux membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni tal-produtturi għall-parti tal-kontributi finanzjarji mħallsin mill-membri produtturi, safejn dawn huma użati biex ikopru:

(a)

spejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli msemmijin fl-Artikolu 14(1);

(b)

l-ispiża ta’ riċerka, studji tas-suq u l-promozzjoni tal-bejgħ li jitwettqu mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni u li jibbenefikaw il-produtturi kollha f’dak il-qasam.

Artikolu 18

Estensjoni tar-regoli ta’ l-assoċjazzjonijijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi

Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, kwalunkwe referenza għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tinftiehem ukoll bħala referenza għal assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi.

KAPITOLU IV

Rapport

Artikolu 19

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, fondi operattivi u programmi operattivi.

TITOLU IV

ORGANIZZAZZJONIJIET INTERPROFESSJONALI U FTEHIM

KAPITOLU I

Ħtiġijiet u għarfien

Artikolu 20

Ħtiġijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, “organizzazzjoni interprofessjonali” għandha tkun kwalunkwe entita’ legali li:

(a)

huma magħmulin minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbutin mal-produzzjoni ta’ u/jew tpartit u/jew ipproċessar tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(b)

huma stabbiliti fuq l-inizjattiva ta’ kull waħda jew xi uħud mill-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li jikkostitwixxuhom;

(ċ)

iwettqu żewġ attivitajiet jew aktar li ġejjin f’waħda jew aktar mir-reġjuni tal-Komunità, meħud kont ta’ l-interessi ta’ konsumaturi:

(i)

it-titjib ta’ l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u s-suq,

(ii)

l-għajnuna biex jiġi kkordinat aħjar il-mod kif frott u ħaxix jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq,

(iii)

it-tfassil tal-forom standard ta’ kuntratt kompatibbli mar-regoli Komunitarji,

(iv)

l-isfruttar b’mod aktar komplet tal-potenzjal tal-frott u l-ħxejjex prodotti,

(v)

il-forniment ta’ informazzjoni u twettiq tar-riċerka meħtieġa biex tiġi aġġustata l-produzzjoni lejn prodotti aktar xierqa għal ħtiġijiet tas-suq u gosti u aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari b’rigward għall-kwalità tal-prodott u ħarsien ta’ l-ambjent,

(vi)

it-tfittxija għal modi kif jiġi ristrett l-użu tal-prodotti dwar is-saħħa tal-pjanti u inputs oħrajn u l-iżgurar tal-kwalità tal-prodott u konservazzjoni tal-ħamrija u l-ilma,

(vii)

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti għat-titjib tal-kwalità tal-prodott,

(viii)

l-isfruttar tal-potenzjal ta’ u l-protezzjoni tal-biedja organika kif ukoll id-deskrizzjoni ta’ l-orġini, it-tabelli ta’ kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi,

(ix)

il-promozzjoni tal-produzzjoni integrata jew metodi ta’ produzzjoni oħrajn favur l-ambjent,

(x)

l-istabbiliment ta’ regoli, fir-rigward tar-regoli ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-punti 2 u 3 ta’ l-Anness I, li huma aktar severi minn regoli Komunitarji jew nazzjonali;

(d)

ġew rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 21.

Artikolu 21

Għarfien

1.   Jekk ġustifikati bi strutturi ta’ l-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jagħrfu bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali l-organizzazzjonijiet kollha stabbiliti fuq it-territorju tagħhom li jagħmlu applikazzjoni xierqa, bil-kondizzjoni li:

(a)

huma jwettqu l-attività tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fl-Istat Membru kkonċernat;

(b)

huma jirrapreżentaw parti sinifikanti tal-produzzjoni ta’ u/jew tpartit u/jew l-ipproċessar ta’ frott u ħxejjex u prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex fir-reġjun jew reġjuni in kwistjoni u, fejn hemm aktar minn reġjun wieħed involut, huma jistgħu juru livell minimu ta’ rappreżentanza f’kull reġjun għal kull waħda mill-fergħat li huma parti mill-grupp tagħhom;

(ċ)

huma jwettqu żewġ attivitajiet jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 20(c);

(d)

huma mhumiex innifishom imdaħħlin fil-produzzjoni jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ frott u ħxejjex jew prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex;

(e)

ma jindaħlu fl-ebda waħda mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 22(4).

2.   Qabel jingħata l-għarfien l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li applikaw għal għarfien, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-rappreżentanza tagħhom u l-attivitajiet varji tagħhom, flimkien ma’ l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għal valutazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għal għarfien fi ħdan limitu ta’ żmien ta’ xahrejn wara n-notifika.

3.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiddeċiedu dwar jekk jagħtux għarfien jew le fi zmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni bid-dokumenti ta’ appoġġ relevanti kollha;

(b)

iwettqu verifiki f’intervalli regolari biex jiżguraw li organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet għall-għarfien, jimponu il-pieni fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ non-konformità jew irregolaritajiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn meħtieġ, li jiġi rtirat l-għarfien;

(ċ)

jirtiraw l-għarfien jekk:

(i)

il-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet għal għarfien stabbiliti f’dan il-Kapitolu m’għadhomx jintlaħqu;

(ii)

l-organizzazzjoni interprofessjonali tinvolvi ruħha f’waħda mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 22(3), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pieni oħrajn li għandhom jiġu mposti skond il-liġi nazzjonali;

(iii)

l-organizzazzjoni interprofessjonali ma jirnexxiliex tkun skond l-obbligu ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 22(2);

(d)

jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, bi kwalunkwe deċiżjoni li tagħti, tirrifjuta jew tirtira għarfien.

4.   It-termini u l-kondizzjonijiet li fuqhom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom jitfasslu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Il-Kummissjoni tista’, bħala riżultat ta’ verifiki, titlob lil Stat Membru biex jirtira l-għarfien.

5.   L-għarfien għandu jinkludi awtorizzazzjoni biex twettaq l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 20(c), soġġett għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

6.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament, lista ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali magħrufa, bl-użu tal-metodi li hija tikkunsidra xierqa, billi tindika l-isfera ekonomika jew il-qasam ta’ l-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet imwettqin fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 23. L-irtirar ta’ għarfien ukoll għandu jkun disponibbli pubblikament.

KAPITOLU II

Regoli ta’ kompetizzjoni

Artikolu 22

Applikazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fil-prodotti agrikoli (17), l-Artikolu 81(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma ta’ l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti li għandhom l-objettiv li jwettqu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 20(c) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss jekk:

(a)

il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma ġew notifikati lill-Kummissjoni;

(b)

f’xahrejn mir-riċevuta tad-dettalji kollha meħtieġa l-Kummissjoni ma sabitx li l-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattiċi miftiehma huma inkompattibbli mar-regoli Komunitarji.

3.   Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma jistgħu ma jiġux implimentati sakemm jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(b).

4.   Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma li ġejjin għandhom fi kwalunkwe każ jiġu kkunsidrati inkompatibbli mar-regoli Komunitarji:

(a)

ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jwasslu għal separazzjoni tas-swieq fi kwalunkwe forma fi ħdan il-Komunità;

(b)

ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu jaffettwaw l-operazzjoni soda ta’ l-organizzazzjoni tas-suq;

(ċ)

ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jistgħu joħolqu distorzjonijiet ta’ kompetizzjoni li mhumiex essenzjali għall-kisba ta’ l-objettivi tal-politika agrikola komuni segwita mill-attività ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali;

(d)

ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jinvolvu l-iffissar ta’ prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali fl-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji speċifiċi;

(e)

ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi intensivi li jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

5.   Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ntlaħqux, hija għandha tieħu Deċiżjoni billi tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, id-deċiżjoni jew il-prattika miftiehma in kwistjoni.

Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tatx informazzjoni skorretta jew abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

6.   Fil-każ ta’ ftehim pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madankollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, tiddikjara l-inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.

KAPITLOU III

Estensjoni tar-regoli

Artikolu 23

Estensjoni tar-regoli

1.   F’każijiet fejn organizzazzjoni interprofessjonali li topera f’reġjun jew reġjuni speċifiċi ta’ Stat Membru hija kkunsidrata bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni ta’ jew kummerċ fi jew l-ipproċessar ta’ prodott speċifiku, l-Istat Membru kkonċernat jista’, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni interprofessjonali, jagħmel bħala li jorbtu xi uħud mill-ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattiċi miftiehma maqbula fi ħdan dik l-organizzazzjoni għal perijodu limitat fuq operaturi oħrajn li joperaw fir-reġjun jew reġjuni in kwistjoni, kemm jekk individwali jew gruppi, li mhumiex parti mill-organizzazzjoni.

2.   Organizzazzjoni interprofessjonali għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn hija tammonta għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni jew kummerċ jew l-ipproċessar tal-prodott jew prodotti kkonċernati fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati ta’ Stat Membru. Meta l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħrajn tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni interprofessjonali għandha turi livell minimu ta’ rappreżentanza għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor f’kull waħda mir-reġjuni kkonċernati.

3.   Ir-regoli li għalihom tista’ tintalab l-estensjoni għal operaturi oħrajn:

(a)

għandu jkollhom waħda mill-miri li ġejjin:

(i)

rapportar tal-produzzjoni u s-suq,

(ii)

regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji jew nazzjonali,

(iii)

tfassil ta’ kuntratti standard li huma kompatibbli mar-regoli Komunitarji,

(iv)

regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni,

(v)

regoli dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent,

(vi)

miżuri li jippromwovu u jisfruttaw il-potenzjal ta’ prodotti,

(vii)

miżuri li jipproteġu l-biedja organika kif ukoll id-deskrizzjoni ta’ oriġini, tabelli ta’ kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi;

(b)

għandhom ikunu ilhom fis-seħħ mill-inqas sena ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(ċ)

jistgħu jsiru li jorbtu għal mhux aktar minn tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(d)

m’għandhom jikkaġunaw ebda ħsara għal operaturi oħrajn fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-Komunità.

Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness I. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni.

4.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafi 3(a)(ii),(iv) u (v) m’għandhomx ikunu għajr dawk stabbiliti fl-Anness I. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 3(a)(ii) m’għandhomx japplikaw għal prodotti li ġew prodotti barra r-reġjun jew reġjuni speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 1.

Artikolu 24

Notifika u revokar

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar ir-regoli li huma għamlu jorbtu fuq l-operaturi kollha f’waħda jew aktar mir-reġjuni speċifiċi skond l-Artikolu 23(1). Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-regoli disponibbli pubblikament bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa.

2.   Qabel ir-regoli jsiru disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 ta’ kwalunkwe notifika ta’ l-estensjoni tal-ftehim interprofessjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jirrevoka estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 16.

Artikolu 25

Kontributi finanzjarji ta’ produtturi non-membri

F’każijiet fejn ir-regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u fejn wieħed jew aktar mill-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 23(3)(a) huma segwiti b’organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta u huma fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom jirrelataw ma’ wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li ta l-għarfien jista’ jiddeċiedi li individwi jew gruppi li mhumiex membri ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontributi kollha jew parti minnhom imħallsin mill-membri tagħha sal-punt li tali kontributi huma intiżi li jkopru l-ispejjeż li għandhom jitħallsu direttament bħala riżultat ta’ segwitu ta’ l-attivitajiet in kwistjoni.

TITOLU V

KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 26

Prinċipji ġenerali

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet adottati sussegwentement għal dan, dan li ġej għandu jiġi pprojbit f’kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

(a)

l-intaxxar ta’ kwalunkwe ħlas li għandu effett ekwivalenti għal dazju doganali;

(b)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li għandha effett ekwivalenti.

Artikolu 27

Nomenklatura Magħquda

Ir-regoli ġenerali għall-interpretar tan-Nomenkaltura Magħquda u r-reġoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa ta’ prodotti koperti b’dan it-Titolu. In-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi inkluża fit-Tariffa Doganali Komuni.

KAPITOLU II

Importazzjonijiet

Taqsima I

Liċenzji ta’ importazzjoni

Artikolu 28

Sistemi ta’ liċenzji ta’ importazzjoni mhux obbligatorji

Il-Kummissjoni tista’ tagħmel li l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ waħda jew aktar mill-prodottikoperti b’ dan ir-Regolament soġġetti għal preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni.

Artikolu 29

Għoti tal-liċenzji

Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jiġu maħruġa mill-Istati Membri għal kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment tiegħu fil-Komunità, sakemm mhux previst mod ieħor mill-Kunsill, u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 30

Validità

Liċenzji ta’ importazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha.

Artikolu 31

Sigurtà

1.   Sakemm mhux previst mod ieħor skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-liċenzji għandhom jinħarġu soġġett għall-preżentazzjoni ta’ sigurtà li tiggarantixxi li l-prodotti huma importati matul il-perijodu ta’ validità tal-liċenzja.

2.   Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, is-sigurtà għandha tintilef kollha jew parti minnha jekk l-importazzjoni ma titwettaqx, jew titwettaq biss parzjalment, fi ħdan il-perijodu ta’ validità tal-liċenzja.

Artikolu 32

Regoli ta’ implimentazzjoni

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima, inkluż it-termini ta’ validità tal-liċenzji u r-rata ta’ sigurtà, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Taqsima II

Dazji ta’ importazzjoni u sistema ta’ prezz ta’ dħul

Artikolu 33

Import duties

Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-rati ta’ dazju ta’ importazzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tapplika għal prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 34

Sistema ta’ prezz ta’ dħul

1.   Jekk l-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz ta’ dħul tal-konsenja importata, il-verità ta’ dan il-prezz għandha tiġi verifikata bl-użu ta’ valur ta’ importazzjoni b’rata fissa kkalkolata mill-Kummissjoni, bil-prodott u bl-oriġini, abbażi tal-medja ta’ piż ta’ prezzijiet għall-prodott fuq is-swieq ta’ importazzjoni rappreżentattivi ta’ l-Istati Membri jew fuq swieq oħrajn, fejn xieraq.

Dispożizzjonijiet speċifiċi jistgħu, madankollu, jiġu adottati għall-verifika tal-prezz ta’ dħul ta’ prodotti importati primarjament għall-ipproċessar, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

2.   Meta l-prezz ta’ dħul dikjarat tal-konsenja in kwistjoni huwa ogħla mill-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa, miżjud b’marġini stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li ma jistax jeċċedi l-valur tar-rata fissa b’iktar minn 10 %, tkun meħtieġa l-introduzzjoni ta’ sigurtà daqs id-dazju ta’ importazzjoni determinata abbażi tal-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa.

3.   Jekk il-prezz ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni mhix dikjarata fi kwalunkwe ħin ta’ l-iżdoganar, ir-rata ta’ dazju tat-Tariffa Doganali Komuni li għandha tiġi applikata għandha tiddependi fuq il-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa jew titwassal b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ leġislazzjoni doganali rilevanti taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

4.   Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Artikolu 35

Dazji ta’ importazzjoni addizzjonali

1.   Dazju ta’ importazzjoni addizzjonali għandu japplika għal importazzjonijiet bir-rata ta’ dazju stabbilita fl-Artikolu 33 u 34 ta’ wieħed jew aktar prodotti koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jiġu pprevenuti jew miġġielda l-effetti negattivi fuq is-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:

(a)

l-importazzjonijiet huma bi prezz inqas mil-livell notifikat mill-Komunità għall-Organizzazzjoni ta’ Kummerċ Dinji (“the trigger price”); jew or

(b)

il-volum ta’ importazzjonijiet fi kwalunkwe sena jeċċedi ċertu livell (“the trigger volume”).

It-trigger volume għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq definiti bħala importazħzjonijiet bħala perċentwali tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta’ qabel.

2.   Dazji ta’ importazzjoni addizzjonali m’għandhomx jiġu imposti meta l-importazzjonijiet mhux mistennija jfixklu s-suq Komunitarju, jew fejn l-effetti ikunu sproporzjonati ma’ l-objettiv intiż.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), prezzijiet ta’ importazzjoni għandhom jiġu determinati abbażi tal-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF tal-konsenja kkunsidrata.

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF għandhom jiġu verifikati meta mqabbla mal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fuq is-suq dinji jew fuq is-suq ta’ importazzjoni Komunitarju għal dak il-prodott.

4.   Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Tali regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw partikolarment:

(a)

il-prodotti li għalihom għandhom japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni addizzjonali;

(b)

il-kriterji l-oħrajn meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

Taqsima III

Ġestjoni ta’ kwota ta’ importazzjoni

Artikolu 36

Kwoti tariffarji

1.   Il-kwoti tariffarji għal importazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn kwalunkwe att tal-Kunsill għandu jinfetaħ u jiġi amministrat mill-Kummissjoni taħt ir-regoli dettaljati adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

2.   Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati b’mod li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati, billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom jew metodu xieraq ieħor:

(a)

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet (il-prinċipju “first come, first served”);

(b)

metodu ta’ distribuzzjoni bi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ġew ippreżentati (bl-użu tal-“metodu ta’ eżaminazzjoni simultanju”);

(ċ)

metodu bbażat fuq it-teħid f’kont tax-xejriet ta’ kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-“metodu tradizzjonali/novizzi”).

3.   Il-metodu ta’ amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti l-importanza dovuta lill-ħtiġijiet ta’ forniment tas-suq Komunitarju u għall-ħtieġa għas-salvagwardja ta’ l-ekwilibriju ta’ dak is-suq.

Artikolu 37

Ftuħ ta’ kwoti tariffarji

Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, għandha tipprovdi għall-kwoti tariffarji annwali, jekk meħtieġ mqassmin kif xieraq matul is-sena u għandha tiddetermina l-metodu amministrattiv li għandu jintuża.

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima għandhom jiġu adottati skond l-istess proċedura, b’mod partikolari dwar:

(a)

garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b)

għarfien tad-dokument użat għall-ivverifikar tal-garanziji msemmijin fil-punt (a);

(ċ)

il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jinħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni u t-terminu ta’ validità tagħhom.

Taqsima IV

Miżuri ta’ salvagwardja u proċessar attiv

Artikolu 38

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Miżuri ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet fil-Komunità jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (18) u (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (19).

2.   Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Kunsill, miżuri ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet fil-Komunità previsti fi ftehim internazzjonali konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-miżuri ta’ salvagwardja msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Kummissjoni tirċievi tali talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-irċevuta tat-talba.

L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b’tali miżuri ta’ salvagwardja, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.

4.   Fejn il-Kummissjoni tikkonsidra li kwalunkwe miżura ta’ salvagwardja meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2 għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tipproċedi kif ġej:

(a)

fejn il-miżura tkun ittieħdet mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li tiġi revokata jew emendata. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġorana kwalifikata;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, il-miżuri ta’ salvagwardja Komunitarji għandhom jiġu revokati jew emendati mill-Kummissjoni.

Artikolu 39

Sospenzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ proċessar attiv

1.   Fejn is-suq Komunitarju jiġi mfixkel jew jista’ jiġi mfixkel minn arranġamenti ta’ pproċessar ‘il ġewwa, il-Kummissjoni tista’ tissospendi fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta’ arranġamenti ta’ pproċessar ‘il ġewwa għal prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-irċevuta tat-talba.

L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b’tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.

Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni skond l-ewwel paragrafu jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.

2.   Sal-punt meħtieġ għat-tħaddim sew ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar attiv għal dawk il-prodotti jista’ jkun ipprojbit kompletament jew parzjalment mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.

KAPITLOU III

Esportazzjonijiet

Taqsima I

Liċenzji ta’ esportazzjoni

Artikolu 40

Sistemi ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni mhux obbligatorji

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-esportazzjonijiet mill-Komunità ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni.

2.   L-Artikoli 29, 30 u 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.   Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż it-termini ta’ validità tal-liċenzji u r-rata’ ta’ sigurtà, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96.

Taqsima II

Sospenzjoni ta’ pproċessar passiv

Artikolu 41

Sospensjoni ta’ l-Arranġamenti ta’ Pproċessar passiv

1.   Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista’ jiġi mfixkel minn arranġamenti ta’ pproċessar ‘il barra, il-Kummissjoni fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess tista’ tissospendi kompletament jew parzjalment l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar passiv għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-irċevuta tat-talba.

L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b’tali miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament.

Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Huwa jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri in kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha jkunu ġew riferuti lill-Kunsill.

2.   Sal-punt meħtieġ għat-tħaddim xieraq ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti koperti b’dan ir-Regolament, l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar passiv għal dawk il-prodotti jista’ jkun projbit kompletament jew parzjalment mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI, LI JEMENDAW U FINALI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet implimentattivi

Artikolu 42

Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati

Regoli dettaljati għalll-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. Dawn ir-regoli jistgħu jinkludu, b’mod partikolari:

(a)

regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu II, inkluż:

(i)

il-prodotti ppreżentati għall-istandardizzar u d-dispożizzjoni għall-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, b’mod partikolari biex jiġi ddefinit x’jikkostitwixxi prodott li huwa tajjeb, ġust u ta’ kwalità kummerċjabbli;

(ii)

regoli dwar l-ispezzjonijiet ta’ konformità, b’mod partikolari dwar l-applikazzjoni konsistenti tagħhom fl-Istati Membri;

(iii)

ir-regoli dwar derogi u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni;

(iv)

regoli dwar il-preżentazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar;

(v)

regoli dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti importati fil-Komunità u l-prodotti esportati mill-Komunità;

(b)

regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu III, inkluż:

(i)

regoli dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi inkluż assistenza amministrattiva li trid tingħata mill-awtoritajiet kompetenti relevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(ii)

regoli dwar l-iffinanzjar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7; fost l-oħrajn il-limiti u l-limiti massimi għal għajnuna u l-livell ta’ ko-finanzjar Komunitarju ta’ l-għajnuna;

(iii)

il-proporzjon ta’ u r-regoli dettaljati dwar ir-rimbors tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(1);

(iv)

ir-regoli dwar l-investimenti fuq investimenti individwali;

(v)

id-dati għall-komunikazzjonijiet u n-notifiki msemmija fl-Artikolu 13;

(vi)

li jiġu provduti pagamenti parzjali ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja msemmija fl-Artikolu 13;

(ċ)

regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu IV;

(d)

regoli fir-rigward tal-kontrolli amministrattivi u fiżiċi li għandhom jiġu mwettqa mill-Istati Membri b’rigward għar-rispett ta’ l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(e)

sistema għall-applikazzjoni ta’ penalitajiet amministrattivi meta jinstabu non-konformitajiet ma’ kwalunkwe mill-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-penalitajiet amministrattivi għandhom jiġu iggradwati skond is-severità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-non-konformità misjuba;

(f)

regoli fir-rigward ta’ l-irkupru ta’ pagamenti mhux meħtieġa li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(g)

regoli dwar ir-rapportar tal-kontrolli mwettqin kif ukoll ir-riżultati tagħhom;

(h)

regoli għall-implimentazzjoni tat-Titolu V, inkluż il-miżuri speċifikatament imsemmijin f’dak it-Titolu;

(i)

regoli li jiddeterminaw liema informazzjoni hija meħtieġa għall-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 44, kif ukoll dawk dwar il-forma, il-kontenut, il-ħin u l-iskadenzi tiegħu u dwar l-arranġamenti għat-trasmissjoni jew li ssir disponibbli l-informazzjoni u d-dokumenti;

(j)

miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) 2202/96 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż dawk għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet li jemendaw, li jirrevokaw u finali

Artikolu 43

Għajnuniet mill-Istat

Sakemm mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta’ u kummerċ fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 u l-patata, friska u mkessħa, tal-Kodiċi NM 0701.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu:

(a)

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu għajnuna mill-Istat taħt kwalunkwe skemi fir-rigward tal-produzzjoni ta’ u kummerċ fil-patata, friska jew imkessħa, tal-kodiċi NM 0701 sal-31 ta’ Diċembru 2011;

(b)

Spanja u l-Italja jistgħu jipprovdu, matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008, għajnuna ta’ l-istat sa EUR 15-il miljun sabiex jappoġġjaw l-adattament tas-settur ta’ l-ipproċessar tad-tadam għad-dispożizzjonijiet imniżżla f’dan ir-Regolament.

(ċ)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna ta’ l-istat sal-31 ta’ Diċembru 2010 taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-għajnuna ta’ l-istat tiġi mħallsa biss lil produtturi ta’ frott u ħxejjex li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, li jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazjoni tal-produtturi rikonoxxuta li fih huma jaċċettaw li għandhom japplikaw il-miżuri tal-prevenzjoni u l-maniġġar ta’ kriżijiet ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata;

(ii)

l-ammont ta’ għajnuna mill-istat mħallas lil tali produtturi ma jkunx aktar minn 75 % ta’ l-appoġġ Komunitarju rċevut mill-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata; u

(iii)

l-Istat Membru konċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 dwar l-effettività u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna ta’ l-istat, b’mod partikolari b’analiżi ta’ kemm appoġġja l-organizzazzjoni tas-settur. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport u tiddeċiedi dwar jekk tagħmilx xi proposta xierqa.

Artikolu 44

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu lill-xulxin bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għall-monitoraġġ u l-analiżi tas-suq u biex tkun skond l-obbligi internazzjonali dwar il-prodotti koperti b’dawk ir-Regolamenti.

Artikolu 45

Infiq

Infiq taħt dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li huma miżuri ta’ intervent biex jiġu regolarizzati s-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 46

Emendi għar-Regolament (KEE) Nru 827/68

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 827/68 d-dħul għall-Kodiċi NM 0901 għandu jiġi mibdul b’li ġej:

“ex 0910

Ġinġer, żagħfran ta’ l-Indja (turmeric, kurkuma), weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn minbarra s-sagħtar u ż-żagħfran”.

Artikolu 47

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2200/96

Ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1(2), it-tabella għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

0703

Basal, shallots, tewm, kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin

0704

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin

0705

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

0706

Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin

0707 00

Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir), friski jew imkessħin

0708

Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin

ex 0709

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin, minbarra veġetali tas-sottotitoli 0709 60 91 , 0709 60 95 , 0709 60 99 , 0709 90 31 , 0709 90 39 u 0709 90 60

ex 0802

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxrin jew imfesdqin jew le Ġewż minbarra areka (jew betel), u kola li jaqaw fis-subintestatura 0802 90 20

0803 00 11

Pjantaġġini friski

ex 0803 00 90

Pjantaġġini mnixxfa

0804 20 10

Tin, frisk

0804 30 00

Ananas

0804 40 00

Avocados

0804 50 00

Gwav, mang u mangostan

0805

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef

0806 10 10

Għeneb frisk tal-mejda

0807

Bettieħ (inkluż id-dulliegħ) u pawpaw (papaj), frisk

0808

Tuffieħ, lanġas u sfarġel, frisk

0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), frisk

0810

Frott ieħor, frisk

0813 50 31

0813 50 39

Taħlit esklussivament ta’ ġewż imnixxef tal-kodiċi NM 0801 u 0802

0910 20

Żagħfran

ex 0910 99

Sagħtar, frisk jew imkessaħ

ex 1211 90 85

Ħabaq, melissa, zekka, origanu vulgare (oreganu/marjoram salvaġġ), rosmarin, salvja, frisk jew imkessaħ

1212 99 30

Miżwed tal-ħarrub (jew ħarrub)”;

2.

It-Titoli I sa VI, l-Artikoli 43 u 44, l-Artikoli 47 sa 57 u l-Annessi I sa V għandhom jiġu mħassra;

3.

L-Artikolu 46 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 46

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’).

2.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stipolat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar wieħed.”

Artikolu 48

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2201/96

Ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ffissati, jekk meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96”;

2.

It-Titoli I u II, l-Artikoli 23 sa 32 u l-Annessi I sa III għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 49

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2826/2000

Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 5(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-promozzjoni ta’ frott u ħxejjex friski, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-promozzjoni mmirata għat-tfal fi stabbilimenti edukattivi”;

2.

Fl-Artikolu 9(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun 60 % fil-każ tal-promozzjoni tal-frott u l-ħxejjex immirati biss lejn tfal fi stabbilimenti edukattivi”.

Artikolu 50

Emenda għad-Direttiva 2001/112/KE

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva (KE) 2001/112/KE:

“—

fejn xieraq din id-Direttiva tinġieb f’konformità ma’ l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali relevanti.”

Artikolu 51

Emenda għad-Direttiva 2001/113/KE

L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva (KE) 2001/113/KE:

“—

fejn xieraq din id-Direttiva tinġieb f’konformità ma’ l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali relevanti.”

Artikolu 52

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 33(1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

huma ngħataw pagament fil-perijodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 38 taħt mill-inqas waħda mill-iskemi ta’ appoġġ imsemmijin fl-Anness VI jew, fil-każ ta’ żejt taż-żebbuġa, fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(1), jew, fil-każ tal-pitrava zokkrija, kannamiela, u indivja, jekk huma bbenefikaw minn appoġġ tas-suq fil-perijodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt K ta’ l-Anness VII, jew, fil-każ ta’ banana, jekk huma bbenefikaw minn kumpens għal telf ta’ dħul fil-perijodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt L ta’ l-Anness VII, jew fil-każ ta’ frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer, huma kienu l-produtturi tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni jew serer fil-perijodu rappreżentattiv applikat mill-Istati Membri għal dawk il-prodotti skond il-punt M ta’ l-Anness VII;”

2.

Fl-Artikolu 37(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għal frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer l-ammont ta’ referenza għandu jiġi kkalkolat u aġġustat skond il-punt M ta’ l-Anness VII.”;

3.

Fl-Artikolu 40 (2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Jekk il-perijodu ta’ referenza kollu kien affettwat bil-każ ta’ force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istat Membru għandu jikkalkola l-ammont ta’ referenza abbażi tal-perijodu 1997 sa 1999.

Fil-każ ta’ pitrava zokkrija, kannamiela, u indivja, l-ammont ta’ referenza għandu jkun ikkalkolat abbażi ta’ l-eqreb sena ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel il-perijodu rappreżentattiv magħżul skond il-punt K ta’ l-Anness VII. Fil-każ ta’ banana għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ l-eqreb sena ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel il-perijodu rappreżentattiv magħżul skond il-punt L ta’ l-Anness VII. Fil-każ ta’ frott u ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer, għandu jiġi kkalkolat abbażi ta’ l-eqreb sena ta’ kummerċjalizzazzjoni qabel il-perijodu rappreżentattiv magħżul skond il-punt M ta’ l-Anness VII. F’dawk il-każijiet, il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis.”;

4.

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 42(8):

“Madankollu, fil-każ ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 5, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għall-2007, id-drittijiet ta’ pagamenti mhux użati li jikkorrispondu għal numru ekwivalenti ta’ ettari ddikkjarati mill-bdiewa u wżati għall-patata ta’ varjazzjoni jew għall-frott u l-ħxejjex m’għandhomx imorru lura għar-riżerva nazzjonali”.

5.

Fl-Artikolu 43(2), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

fil-każ ta’ l-għajnuniet għall-lamtu tal-patata, il-magħlef imnixxef, iż-żerriegħa, l-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ u t-tabakk elenkati fl-Anness VII, in-numru ta’ l-ettari li l-produzzjoni tagħhom ingħatat l-għajnuna fil-perijodu ta’ referenza, kif ikkalkolat skond punti B, D, F, H u I ta’ l-Anness VII;

(aa)

fil-każ tal-pitrava zokkrija, kannamiela, u indivja, in-numru ta’ ettari kif ikkalkolati skond il-punt 4 tal-punt K ta’ l-Anness VII;

(ab)

fil-każ tal-banana, in-numru ta’ ettari kif ikkalkolati skond il-punt L ta’ l-Anness VII;

(aċ)

fil-każ tal-frott u l-ħxejjex, patata ta’ varjazzjoni u serer, in-numru ta’ ettari kif ikkalkolati skond il-punt M ta’ l-Anness VII;”;

6.

Fl-Artikolu 44(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“‘Ettaru eliġibbli’ għandu jfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

żoni miżrugħa b’ħops jew li qegħdin taħt obbligu temporanju ta’ serħan;

(b)

żoni taħt is-siġar taż-żebbuġ;

(ċ)

żoni miżrugħin bil-banana;

(d)

żoni bi frott permanenti u prodotti tar-raba’ tal-ħaxix."

(e)

serer.”;

7.

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 45:

“3.   Madankollu, għall-2007, fl-Istati Membri li m’għamlux użu mill-għażla fl-Artikolu 71 u li m’humiex jagħmlu użu mill-għażla stabbilita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 51, id-drittijiet ta’ pagamenti mhux użati li jikkorrispondu għal numru ekwivalenti ta’ ettari ddikkjarati mill-bdiewa u wżati għall-patata ta’ varjazzjoni jew għall-frott u l-ħxejjex m’għandhomx imorru lura għar-riżerva nazzjonali”.;

8.

L-Artikolu 51 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 51

Użu agrikolu ta’ l-art

Il-bdiewa jistgħu jużaw il-pakketti ddikjarati skond l-Artikolu 44(3) għal kwalunkwe attività agrikola ħlief għal prodotti tar-raba’ permanenti. Madankollu l-bdiewa jistgħu jużaw il-pakketti għall-prodotti li ġejjin:

(a)

ħops,

(b)

siġar taż-żebbuġ,

(ċ)

banana,

(d)

frott permanenti u prodotti tar-raba’ tal-ħxejjex;

(e)

serer.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa’ l-1 ta’ Novembru 2007, li sad-data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-pakketti f’reġjun wieħed jew aktar ta’ l-Istati Membri jistgħu jkomplu ma jiġux użati għal:

(a)

il-produzzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96. Madankollu f’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li prodotti tar-raba’ sekondarji jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli waqt perijodu massimu ta’ tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta’ Awwissu; madankollu, fuq talba ta’ Stat Membru, din id-data tiġi mmodifikata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) għal reġjuni fejn iċ-ċereali jinħasdu normalment aktar kmieni għal raġunijiet klimatiċi; u/jew

(b)

il-produzzjoni ta’ patata ta’ varjazzjoni; u/jew

(ċ)

serer.”;

9.

L-Artikolu 60(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża d-deroga fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 51, jista’ wkoll jiddeċiedi, sa l-1 ta’ Novembru 2007, biex japplika l-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu għall-istess perijodu. Il-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw fl-ebda każ ieħor.”;

10.

Fl-Artikolu 63(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward ta’ l-inklużjoni tal-komponent tal-pagamenti tal-frott u l-ħxejjex, il-patata ta’ varjazzjoni u s-serer fl-iskema ta’ pagament ewlieni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa l-1 ta’ April 2008, li japplikaw id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu.”;

11.

L-Artikolu 64(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Skond l-għażla magħmula minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tistabbilixii, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2), limitu massimu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti previsti fl-Artikoli 66 sa 69.

Dan il-limitu massimu għandu jkun ugwali għall-komponent ta’ kull tip ta’ pagament dirett fil-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 41, immultipplikat bil-persentaġġi ta’ tnaqqis applikati mill-Istati Membri skond l-Artikoli 66 sa 69.

L-ammont totali tal-limiti massimi stabbiliti għandu jitnaqqas mil-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 41 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2).”;

12.

L-Artikolu 65(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għad-drittijiet li għandhom jiġu allokati lill-bdiewa, wara kwalunkwe tnaqqis taħt l-Artikolu 41, il-komponent ta’ l-ammont ta’ referenza li jirriżulta minn kull wieħed mill-pagamenti previsti, fl-Artikoli 66 sa 69 għandu jiġi mnaqqas bil-peċentwali li għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri fil-limitu ffisat f’ dawk l-Artikoli, u għal pagamenti diretti previsti fl-Artikou 68b, fi ħdan il-perijodu ffissat mill-Istati Membri skond dak l-Artikolu.”

13.

L-Artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 68a:

“Artikolu 68b

Pagamenti tal-frott u l-ħxejjex transitorji

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa l-1 ta’ Novembru 2007 li jżommu, sal-31 ta’ Diċembru 2011, sa 50 % tal-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal ċertu tadam li huwa fornit għall-ipproċessar u li kien eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 2201/96.

F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu ffissat skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lil bdiewa li jipproduċu tali tadam taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 10 g tat-Titolu IV.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu sa l-1 ta’ Novembru 2007 li jżommu:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru 2010, sa 100 % tal-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal ċerti prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu li huma forniti għall-ipproċessar u li kienu eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96; u

(b)

mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012, sa 75 % tal-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal ċerti prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ dan l-Artikolu li huma forniti għall-ipproċessar u li kienu eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96.

F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu stabbilit skond l-Artikolu 64(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lill-bdiewa li jipproduċu wieħed jew aktar minn dawn il-frott u ħxejjex li huma forniti għall-ipproċessar u li kienu eleġibbli taħt l-iskema ta’ għajnuna mniżżla fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-kapitolu 10 g tat-Titolu IV:

(a)

tin frisk,

(b)

frott taċ-ċitru frisk,

(ċ)

għeneb tal-mejda,

(d)

lanġas,

(e)

ħawħ u ċiprisk, u

(f)

ċerti tipi ta’ għanbaqar li ġej mill-għanbaqar ‘d’Ente’.

3.   Il-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 li jikkorrispondi għat-tadam għandu jkun kif ġej:

Stat Membru

Ammont

(EUR miljun għal kull sena kalendarja)

Il-Bulgarija

5,394

Ir-Repubblika Ċeka

0,414

Il-Greċja

35,733

Spanja

56,233

Franza

8,033

L-Italja

183,967

Ċipru

0,274

Malta

0,932

L-Ungerija

4,512

Ir-Rumanija

1,738

Il-Polonja

6,715

Il-Portugall

33,333

Is-Slovakkja

1,018

4.   Il-komponent ta’ limiti massimi nazzjonali msemmi fil-paragrafu 2 li jikkorrispondi għall-prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex għandu jkun kif ġej:

Stat Membru

Ammont

(EUR miljun għal kull sena kalendarja)

Il-Bulgarija

0,851

Ir-Repubblika Ċeka

0,063

Il-Greċja

153,833

Spanja

110,633

Franza

44,033

L-Italja

131,700

Ċipru

Fl-2008: 4,793

Fl-2009: 4,856

Fl-2010: 4,919

Fl-2011: 4,982

Fl-2012: 5,045

L-Ungerija

0,244

Ir-Rumanija

0,025

Il-Portugall

2,900

Is-Slovakkja

0,007 ”

14.

L-Artikolu 71 g għandu jitħassar;

15.

Fl-Artikolu 71k(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, b’rigward għall-inklużjoni tal-komponent ta’ pagamenti tal-frott u l-ħxejjex fl-iskema ta’ pagament ewlieni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa l-1 ta’ April 2008, jew sa l-1 ta’ Awwissu tas-sena li tippreċedi l-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-ewwel pagament, li japplikaw id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu.”;

16.

Fit-Titolu IV, għandhom jiżdiedu l-Kapitoli li ġejjin wara l-Kapitolu 10f:

“KAPITOLU 10 g

PAGAMENTI TRANSITORJI TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX

Artikolu 110t

Għajnuniet transitorji skond iż-żona

1.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68b(1) jew l-Artikolu 143bc (1), matul il-perijodu msemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet, tista’ tingħata għajnuna transitorja skond iż-żona, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt dan il-Kapitolu, lil bdiewa li jipproduċu ċertu tadam, kif iddeterminat mill-Istati Membri, li jiġi fornut għall-ipproċessar.

2.   Fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68b(2) jew l-Artikolu 143bc(2), matul il-perijodu msemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet, tista’ tingħata għajnuna transitorja skond iż-żona, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti taħt dan il-Kapitolu, lil bdiewa li jipproduċu ċerti prodotti ta’ frott u ħxejjex elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2), kif iddeterminat mill-Istati Membri, li jiġu fornuti għall-ipproċessar.

Artikolu 110u

Ammont ta’ l-għajuna u eliġibbiltà

1.   L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-għajnuna għal kull ettaru li fuqu jitkabbru t-tadam u l-frott u ħxejjex elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2) abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

2.   L-ammont totali ta’ pagamenti m’għandu fl-ebda każ jaqbeż il-limitu massimu ffissat skond l-Artikolu 64(2) jew l-Artikolu 143bc.

3.   L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ żoni li l-produzzjoni tagħhom hija koperta b’kuntratt għall-ipproċessar f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/1996.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta’ għajnuna Komunitarja soġġetta għal kriterji ulterjuri li jkunu oġġettivi u mhux diskriminatorji, inkluż li tkun b’kondizzjoni li l-bdiewa jkunu membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ grupp ta’ produtturi rikonoxxuti rispettivament taħt l-Artikolu 4 jew 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tal-26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex (*).

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li japplikaw l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc, l-ammont miżmum taħt dawk l-Artikoli u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 sa l-1 ta’ Novembru 2007.

KAPITOLU 10h

PAGAMENT TRANSITORJU TAL-FROTT ARTAB

Artikolu 110v

Pagament tal-frott artab

1.   Matul il-perijodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2012 għandha tapplika għajnuna transitorja skond iż-żona fir-rigward tal-frawli li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0810 10 00 u l-lampun li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0810 20 10 li huma forniti għall-ipproċessar.

2.   L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ żoni li l-produzzjoni tagħhom hija koperta b’kuntratt għall-ipproċessar f’wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/1996.

3.   L-għajnuna Komunitarja mħallsa għandha tkun ta’ EUR 230

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali flimkien ma’ l-għajnuna Komunitarja. L-ammont totali ta’ għajnuna Komunitarja u nazzjonali mħallas m’għandux jaqbeż l-EUR 400 għal kull ettaru fis-sena.

5.   L-għajnuna għandha titħallas biss fir-rigward taż-żoni nazzjonali l-aktar garantiti allokati lill-Istati Membri kif ġej:

Stat Membru

Żona garantita nazzjonali

(Ettari)

Il-Bulgarija

2 400

L-Ungerija

1 700

Il-Latvija

400

Il-Litwanja

600

IL-Polonja

48 000

Jekk iż-żona eliġibbli fi Stat Membru partikolari u f’sena partikolari taqbeż iż-żona nazzjonali l-aktar garantita, l-ammont ta’ għajnuna msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi mnaqqas bi proporzjon ma’ l-iżbilanċ taż-żona nazzjonali l-aktar garantita.

6.   L-Artikoli 143a u 143c m’għandhomx japplikaw għall-pagament transitorju tal-frott artab.

(*)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.”"

17.

L-Artikolu 143b(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri ġodda jistgħu jiddeċiedu mhux aktar tard mid-data ta’ l-adeżjoni li jibdlu l-pagamenti diretti, bl-eċċezzjoni ta’ l-għajnuna għall-prodotti tar-raba’ ta’ l-enerġija stabbilita fil-Kapitolu 5 tat-Titolu IV u tal-pagament transitorju tal-frott artab stabbiliti fil-Kapitolu 10h tat-Titolu IV, waqt il-perijodu ta’ applikazzjoni msemmi fil-paragrafu 9, b’pagament ewlieni taż-żona li għandu jiġi kkalkulat skond il-paragrafu 2.”

18.

It-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 143b(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“—

aġġustat permezz tal-perċentwali relevanti speċifikati fl-Artikolu 143a għall-introduzzjoni gradwali ta’ pagamenti diretti, minbarra għall-ammonti disponibbli skond il-punt 2 tal-punt K ta’ l-Anness VII jew skond id-differenza bejn dawn l-ammonti u dawk attwalment applikati kif imsemmi fl-Artikolu 143ba(4), u minbarra għall-ammonti li jikkorrispondu għas-settur tal-frott u l-ħxejjex skond il-paragrafi 3 u 4 ta’ l-Artikolu 68b jew skond id-differenza bejn dawn l-ammonti u dawk attwalment applikati kif imsemmi fl-Artikoli 143bb(4) u 143bc(3).”

19.

Li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 143ba:

“Artikolu 143bb

Pagamenti tal-frott u l-ħxejjex separati

1.   B’deroga mill-Artikolu 143b, l-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona jistgħu jiddeċiedu sa l-1 ta’ Novembru 2007, li jagħtu pagament separat għall-frott u l-ħxejjex lill-bdiewa eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona. Għandu jiġi mogħti abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħal dawk imniżżla fl-ewwel paragrafu tal-punt M ta’ l-Anness VII u fir-rigward ta’ perijodu rappreżentattiv kif stabbilit f’dak il-paragrafu.

2.   Il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex għandu jiġi mogħti fi ħdan il-limiti tal-komponent tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 71c li jikkorrispondi għall-frott u l-ħxejjex.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, kull Stat Membru ġdid ikkonċernat jista’ jiddeċiedi, sa l-1 ta’ Novembru 2007, abbażi ta’ kriterji oġġettivi li għall-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex japplika limitu massimu aktar baxx minn dak stabbilit f’dak il-paragrafu.

4.   Il-fondi magħmula disponibbli għall-għoti tal-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex skond il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jiġu inklużi fil-pakkett finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 143b(3).

5.   L-Artikoli 143a u 143c m’għandhomx japplikaw għall-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex.

6.   Fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat, il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex għandu jingħata lill-bidwi li wiret l-impriża, taħt il-kondizzjoni li dan il-bidwi jkun eliġibbli taħt l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona.

Artikolu 143bc

Pagament transitorju tal-frott u l-ħxejjex

1.   B’deroga mill-Artikolu 143b, l-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona jistgħu jiddeċiedu sa l-1 ta’ Novembru 2007 li jżommu, sal-31 ta’ Diċembru 2011, sa 50 % tal-komponent tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 li jikkorrispondi għal tadam li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 0702 00 00.

F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Atikolu 144(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagament addizzjonali għandu jingħata lil bdiewa li jipproduċu tali tadam taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Kapitolu 10 g tat-Titolu IV.

2.   B’deroga mill-Artikolu 143b, l-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament ewlieni taż-żona jiddeċiedu sa l-1 ta’ Novembru 2007 li jżommu:

(a)

sal-31 ta’ Diċembru 2010, sa 100 % tal-komponent tal-limiti massimi nazzjonali msemmi fl-Artikolu 71c li jikkorrispondi għall-prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2).

(b)

mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012, sa 75 % tal-komponent tal-limiti massimi nazzjonali msemmi fl-Artikolu 71c li jikkorrispondi għall-prodotti tar-raba’ ta’ frott u ħxejjex minbarra l-prodotti tar-raba’ annwali elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2).

F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu tal-limitu massimu stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Atikolu 144(2), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lill-bdiewa.

Il-pagamanet addizzjonali għandu jingħata lill-bdiewa li jipproduċu wieħed jew aktar mill-frott u l-ħxejjex, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, elenkati fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 68b(2).

3.   Il-fondi magħmula disponibbli għall-għoti tal-pagament transitorju tal-frott u l-ħxejjex skond il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jiġu inklużi fil-pakkett finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 143b(3).

4.   L-Artikoli 143a u 143c m’għandhomx japplikaw għall-pagament transitorju tal-frott u l-ħxejjex.”;

20.

Fl-Artikolu 145, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt (d)ċ):

“(d)d)

regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-appoġġ għall-frott u l-ħxejjex, il-patata ta’ varjazzjoni u s-serer fl-iskema ta’ pagament ewlieni u fir-rigward tal-pagamenti msemmija fil-Kapitolu 10 g u l-Kapitolu 10h tat-Titolu IV.”;

21.

L-Artikolu 155 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 155

Regoli transitorji oħrajn

Miżuri ulterjuri meħtieġa għall-iffaċilitar tat-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti msemmijin fl-Artikoli 152 u 153 u fir-Regolamenti (KEE) Nru 404/93, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2202/96 u (KE) Nru 1260/2001 għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 4 u 5 u l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 u mid-dispożizzjonijiet relatati mal-pjanijiet ta’ titjib previsti fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 għal dawk imsemmijin fl-Artikoli 83 u 87 ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolamenti u l-Artikoli msemmijin fl-Artikoli 152 u 153 għandhom ikomplu japplikaw għall-għan ta’ l-istabbiliment ta’ l-ammonti ta’ referenza msemmijin fl-Anness VII.”

22.

L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 53

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 318/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ l-Artikolu 32, il-kliem “jew l-Anness VIII” għandhom jiddaħħlu wara “l-annes VII”.

2.

L-Anness li ġej għandu jiġi miżjud wara l-Anness VII:

ANNESS VIII

Prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati

Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati (**).

(**)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1)."

Artikolu 54

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet transitorji

1.   L-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96 u aboliti b’dan ir-Regolament għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti kkonċernati għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott li jintemm fl-2008.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li diġà jkunu magħrufa taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu magħrufa taħt dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ, għandhom jagħmlu adattamenti għall-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2010.

3.   Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

(a)

jista’ jkompli jaħdem sat-tmiem tiegħu, jew

(b)

jista’ jiġi mmodifikat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament, jew

(ċ)

jiġi sostitwit bi programm operattiv ġdid approvat taħt dan ir-Regolament.

Il-Punti (e) u (f) ta’ l-Artikolu 10(3) għandhom japplikaw għal programmi operattivi sottomessi fl-2007 iżda li jkunu għadhom ma ġewx approvati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda fil-bqija jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’ dawk il-punti.

4.   Il-gruppi tal-produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dak l-għarfien preliminari taħt dan ir-Regolament. Il-pjanijiet ta’ għarfien aċċettati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dik l-aċċettazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu l-pjanijiet għandhom jiġu mmodifikati, jekk meħtieġ, sabiex b’hekk jiġi permess lill-grupp tal-produtturi li jkun kapaċi jissodisfa l-kriterji għall-għarfien bħala organizzazzjoni tal-produtturi stabbilita fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward ta’ tali gruppi tal-produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara dik id-data, ir-rati ta’ għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 7(4)(a) għandhom japplikaw għall-pjanijiet ta’ għarfien mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 li jkopru iżjed minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru li jirrelataw mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tibda f’Ottubru 2008 jew ma’ snin ta’ kummerċjalizzazzjoni sussegwenti jistgħu, bi ftehim taż-żewġ partijiet tal-kuntratt, jiġu emendati jew mitmuma biex jittieħed kont tar-revoka ta’ dak ir-Regolament u t-tneħħija ta’ l-għajnuna konsegwenti. M’għandhom jiġu applikati l-ebda penalitajiet taħt dak ir-Regolament jew ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu għall-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta’ tali emenda jew terminazzjoni.

6.   Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-arranġament transitorju taħt l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jew l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima fornita għall-ipproċessar u l-ħtiġijiet ta’ kwalità minimi għall-prodotti lesti għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward tal-materji primi maħsuda fit-territorji ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 56

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, tas-26 ta' Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU C 175, 27.7.2007, p. 53.

(2)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(3)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

(4)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

(5)  ĠU L 151, 30.6.1968, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(6)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.

(7)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/84/KE (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 8).

(8)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).

(9)  ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2060/2004 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3).

(10)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(11)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(12)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(13)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.

(14)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8).

(15)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1) mill-1 ta' Jannar 2009)

(16)  Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).

(17)  ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7.

(18)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 427/2003 (ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1).

(19)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2200/2004 (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 1).


ANNESS I

Lista kompluta ta' regoli li jistgħu jiġu estiżi għal produtturi mhux membri skond l-Artikolu 14 u l-Artikolu 23

1.

Regoli dwar l-informazzjoni tal-produzzjoni

(a)

notifika għal intenzjonijiet ta' tkabbir, skond il-prodott u fejn xieraq skond il-varjetà;

(b)

notifika dwar żriegħ u ppjantar;

(ċ)

notifika taż-żoni totali mkabbrin, skond il-prodott u jekk possibbli l-varjetà;

(d)

notifika tat-tunnellaġġ antiċipati u d-dati probabbli ta' ħsad skond il-prodott u jekk possibbli l-varjetà;

(e)

notifika perijodika ta' kwantitajiet maħsuda u ħażniet disponibbli, skond il-varjetà;

(f)

informazzjoni dwar kapaċitajiet ta' ħażna.

2.

Regoli ta' produzzjoni

(a)

għażla ta' żerriegħa li għandha tintuża skond id-destinazzjoni intiża (proċessar frisk tas-suq/industrijali);

(b)

traqqih fil-ġonna tas-siġar tal-frott.

3.

Regoli ta' kummerċjalizzazzjoni

(a)

dati speċifikati għall-bidu tal-ħsad, dehxa ta' kummerċjalizzazzjoni;

(b)

kwalità minima u ħtiġijiet tad-daqs;

(ċ)

preparazzjoni, preżentazzjoni, ippakkjar u mmarkar fl-ewwel stadju ta' kummerċjalizzazzjoni;

(d)

indikazzjoni ta' l-oriġini tal-prodott.

4.

Regoli dwar il-ħarsien ta' l-ambjent

(a)

użu tal-fertilizzant u d-demel;

(b)

użu tal-prodotti għas-saħħa tal-pjanti u metodi għall-ħarsien ta' l-uċuħ tal-prodotti tar-raba';

(ċ)

kontenut tar-residwi massimi fil-frott u l-ħxejjex ta' prodotti għas-saħħa tal-pjanti u l-fertilizzanti;

(d)

regoli dwar ir-rimi ta' prodotti sekondarji u materjal użat;

(e)

regoli dwar prodotti rtirati mis-suq.

5.

Regoli dwar il-promozzjoni u l-komunikazzjoni fil-kuntest ta' prevenzjoni u maniġġar ta' kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 9(2)(c).


ANNESS II

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma b'dan emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I:

(a)

ir-riga li tirrigwarda l-għeneb imnixxef għandha titħassar; u

(b)

wara r-riga għall-pitravi zokkrija u l-kannamieli użati għall-produzzjoni taz-zokkor għandhom jiddaħħlu r-rigi li ġejjin:

“Frott u ħxejjex mibgħuta għall-ipproċessar

Titolu IV, Kapitolu 10 g ta' dan ir-Regolament

Pagamenti transitorji tal-frott u l-ħxejjex

Frawli u lampun mibgħuta għall-ipproċessar

Titolu IV, Kapitolu 10 g ta' dan ir-Regolament

Pagament transitorju tal-frott artab

Frott u ħxejjex

Artikolu 143bb ta' dan ir-Regolament

Pagament separat tal-frott u l-ħxejjex”

2.

L-Anness II għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS II

Il-livelli massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 12(2)

(EUR miljun)

Stat Membru

2005

2006

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Il-Belġju

4,7

6,4

8,0

8,0

8,1

8,1

8,1

8,1

Id-Danimarka

7,7

10,3

12,9

12,9

12,9

12,9

12,9

12,9

Il-Ġermanja

40,4

54,6

68,3

68,3

68,3

68,3

68,3

68,3

Il-Greċja

45,4

61,1

76,4

79,7

79,7

79,7

79,7

79,7

Spanja

56,9

77,3

97,0

103,8

103,9

103,9

103,9

103,9

Franza

51,4

68,7

85,9

87,0

87,0

87,0

87,0

87,0

L-Irlanda

15,3

20,5

25,6

25,6

25,6

25,6

25,6

25,6

L-Italja

62,3

84,5

106,4

116,5

116,6

116,6

116,6

116,6

Il-Lussemburgu

0,2

0,3

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

0,4

L-Olanda

6,8

9,5

12,0

12,0

12,0

12,0

12,0

12,0

L-Awstrija

12,4

17,1

21,3

21,4

21,4

21,4

21,4

21,4

Il-Portugall

10,8

14,6

18,2

19,6

19,6

19,6

19,6

19,6

Il-Finlandja

8,0

10,9

13,7

13,8

13,8

13,8

13,8

13,8

L-Isvezja

6,6

8,8

11,0

11,0

11,0

11,0

11,0

11,0

Ir-Renju Unit

17,7

23,6

29,5

29,5

29,5

29,5

29,5

29,5

3.

Fl-Anness V, ir-rigi fir-rigward ta' “l-għeneb imnixxef”,“iċ-ċitru għall-ipproċessar” u “t-tadam għall-ipproċessar” għandhom jitħassru;

4.

Fl-Anness VII, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

“M.

Frott u ħxejjex, patata ta' varjazzjoni, patata ta' varjazzjoni u serer

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jiġi inkluż fl-ammont ta' referenza ta' kull bidwi abbażi ta' l-objettiv u l-kriterji ta' non-diskriminazzjoni bħal:

l-ammont ta' appoġġ tas-suq riċevut, direttament jew indirettament, mill-bidwi fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex, patata ta' varjazzjoni u serer,

iż-żona wżata għall-produzzjoni ta' frott u ħxejjex, patata ta' varjazzjoni u serer,

l-ammont ta' frott u ħxejjex prodotti, patata ta' varjazzjoni u serer,

fir-rigward ta' perijodu rappreżentattiv li jista' jkun differenti għal kull prodott, ta' waħda jew aktar mis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni li jibdew mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tintemm fl-2001 u, fil-każ ta' l-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-2004 jew wara dik id-data, mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tintemm fl-2004, sas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tintemm fl-2007.

L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ettari applikabbli msemmijin fl-Artikolu 43(2) abbażi ta' kriterji objettivi u mhux diskriminatorji bħall-oqsma msemmijin fit-tieni inċiż ta' l-ewwel paragrafu.

L-applikazzjoni tal-kriterji f'dan il-punt tista' tvarja bejn prodotti ta' frott u ħxejjex differenti, patata ta' varjazzjoni u serer jekk debitament ġustifikati fuq bażi oġġettiva. Fuq l-istess bażi, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiddeterminawx l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' referenza u l-ettari applikabbli taħt dan il-punt qabel it-tmiem tal-perijodu transitorju ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2010.

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, ‘frott u ħxejjex’ għandha tfisser il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, u ‘patata ta' varjazzjoni’ għandha tfisser patata tal-Kodiċi NM 0701 minbarra dik maħsuba għall-manifattura tal-lamtu tal-patata li għaliha tingħata għajnuna taħt l-Artikolu 93.”;

5.

L-Annessi VIII u VIIIa għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

ANNESS VIII

Il-livelli massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 41

(EUR‘000)

Stat Membru

2005

2006

2007

2008

2009

2010 u s-snin sussegwenti

Il-Belġju

411 053

580 376

593 395

606 935

614 179

611 805

Id-Danimarka

943 369

1 015 479

1 021 296

1 027 278

1 030 478

1 030 478

Il-Ġermanja

5 148 003

5 647 175

5 695 607

5 744 240

5 770 254

5 774 254

IL-Greċja

838 289

2 143 603

2 171 217

2 365 298

2 367 713

2 178 382

Spanja

3 266 092

4 635 365

4 649 913

4 830 954

4 838 536

4 840 413

Franza

7 199 000

8 236 045

8 282 938

8 382 272

8 407 555

8 415 555

L-Irlanda

1 260 142

1 335 311

1 337 919

1 340 752

1 342 268

1 340 521

L-Italja

2 539 000

3 791 893

3 813 520

4 151 330

4 163 175

4 184 720

Il-Lussemburgu

33 414

36 602

37 051

37 051

37 051

37 051

L-Olanda

386 586

428 329

833 858

846 389

853 090

853 090

L-Awstrija

613 000

633 577

737 093

742 610

745 561

744 955

Il-Portugall

452 000

504 287

571 377

608 601

609 131

608 827

Il-Finlandja

467 000

561 956

563 613

565 690

566 801

565 520

L-Isvezja

637 388

670 917

755 045

760 281

763 082

763 082

Ir-Renju Unit

3 697 528

3 944 745

3 960 986

3 977 175

3 985 834

3 975 849

ANNESS VIIIa

Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 71c

(EUR‘000)

Sena Kalendarja

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

L-Estonja

Cipru

Il-Latvija

Il-Litwanja

L-Ungerija

Malta

Ir-Rumanija

Il-Polonja

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

2005

 

228 800

23 400

8 900

33 900

92 000

350 800

670

 

724 600

35 800

97 700

2006

 

294 551

27 300

12 500

43 819

113 847

446 305

830

 

980 835

44 184

127 213

2007

200 384

377 919

40 400

17 660

60 764

154 912

540 286

1 668

441 930

1 263 706

59 026

161 362

2008

246 766

470 463

50 500

27 167

75 610

193 076

677 521

3 017

532 444

1 579 292

73 618

201 937

2009

287 399

559 622

60 500

31 670

90 016

230 560

807 366

3 434

623 399

1 877 107

87 942

240 014

2010

327 621

645 222

70 600

36 173

103 916

267 260

933 966

3 851

712 204

2 162 207

101 959

276 514

2011

407 865

730 922

80 700

40 676

117 816

303 960

1 060 666

4 268

889 814

2 447 207

115 976

313 114

2012

488 209

816 522

90 800

45 179

131 716

340 660

1 187 266

4 685

1 067 425

2 732 307

129 993

349 614

2013

568 553

902 222

100 900

49 682

145 616

377 360

1 313 966

5 102

1 245 035

3 017 407

144 110

386 214

2014

648 897

902 222

100 900

49 682

145 616

377 360

1 313 966

5 102

1 422 645

3 017 407

144 110

386 214

2015

729 241

902 222

100 900

49 682

145 616

377 360

1 313 966

5 102

1 600 256

3 017 407

144 110

386 214

2016 u s-snin sussegwenti

809 585

902 222

100 900

49 682

145 616

377 360

1 313 966

5 102

1 777 866

3 017 407

144 110

386 214