ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
16 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1199/2007 tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2007 tal-15 ta’ Ottubru 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Asiago (DPO))

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1201/2007 tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Coliflor de Calahorra (IĠP))

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1202/2007 tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Ottubru 2007

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2007 tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-qafas tas-sistemi A1 u B fis-settur tal-frott u l-ħaxix (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda u tuffieħ)

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1204/2007 tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)

13

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2007/666/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ottubru 2007 dwar in-nomina ta' membru wieħed tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda għat-tielet mandat tiegħu

15

 

 

2007/667/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza l-użu ta' l-annimali bovini ta' riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom fil-Ġermanja wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-BSE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4648)

16

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali ( ĠU L 255, 30.9.2005 )

18

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1199/2007

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

70,5

MK

28,3

TR

121,0

ZZ

73,3

0707 00 05

EG

151,2

JO

162,5

TR

146,7

ZZ

153,5

0709 90 70

TR

116,4

ZZ

116,4

0805 50 10

AR

81,1

TR

83,7

UY

81,6

ZA

54,2

ZZ

75,2

0806 10 10

BR

252,4

MK

44,5

TR

117,3

US

252,2

ZZ

166,6

0808 10 80

AU

188,0

CA

101,5

CL

17,7

NZ

83,6

US

96,9

ZA

83,6

ZZ

95,2

0808 20 50

CN

71,2

TR

126,7

ZA

84,6

ZZ

94,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1200/2007

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Asiago (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fid-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini “Asiago”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri fis-sens ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (3), kif rikjest skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ l-imsemmi Regolament. Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-isem li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)   ĠU C 321, 29.12.2006, p. 23.


ANNESS

1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.3

Ġobon

L-ITALJA

Asiago (DPO)


16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1201/2007

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Coliflor de Calahorra (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Coliflor de Calahorra”, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ġiet innotifikata dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lill-Kummissjoni. Billi din id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni ġiet sussegwentement irtirata, id-denominazzjoni għandha għaldaqstant tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU C 148, 24.6.2006, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.6

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali tagħhom jew ipproċessati

SPANJA

Coliflor de Calahorra (IĠP)


16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1202/2007

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Ottubru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ottubru 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.10.2007-12.10.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (*2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (*3)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

244,10

96,57

Prezz FOB USA

371,11

361,11

341,11

190,09

Tariffa fuq il-Golf

19,47

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

11,10

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

46,79  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

43,80  EUR/t


(*1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(*3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1203/2007

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-qafas tas-sistemi A1 u B fis-settur tal-frott u l-ħaxix (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda u tuffieħ)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 35(3), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 (2) stabbilixxa r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħaxix.

(2)

Skond l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, safejn ikun meħtieġ biex tkun tista’ ssir esportazzjoni ekonomikament sinifikanti, il-prodotti esportati mill-Komunità jistgħu jkunu suġġetti għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, billi jitqiesu l-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(3)

Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, jaqbel li jkun żgurat li l-flussi kummerċjali li diġà nibtu minħabba l-għoti ta’ rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ma jkunux imxekkla. Għal dan il-għan, u minħabba n-natura staġjonali ta’ l-esportazzjonijiet tal-frott u l-ħaxix, il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). Dawn il-kwantitajiet għandhom jitqassmu filwaqt li jitqies li l-prodotti kkonċernati ftit jew wisq jeħżienu.

(4)

L-Artikolu 35(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jistipula li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni li tkun teżisti u x-xejriet futuri fir-rigward, minn naħa, tal-prezzijiet u tad-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità tal-frott u l-ħaxix, u min-naħa l-oħra, tal-prezzijiet eżistenti fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ jitqiesu wkoll l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti.

(5)

F’konformità ma’ l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità huma stabbiliti billi jitqiesu l-prezzijiet eżistenti li jkunu l-aktar favorevoli mil-lat ta’ l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jistgħu jagħmlu d-differenzjazzjoni tar-rifużjoni neċessarja għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(7)

It-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb tal-mejda, u t-tuffieħ tal-kategoriji Extra, I u II ta’ l-istandards Komunitarji għat-tqegħid fis-suq, attwalment jistgħu jkunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti.

(8)

Bil-għan li r-riżorsi disponibbli jintużaw fl-iktar mod effikaċi possibbli, u filwaqt li titqies l-istruttura ta’ l-esportazzjonijiet tal-Komunità, jaqbel li r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni jkunu stabbiliti skond is-sistemi A1 u B.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-frott u l-ħxejjex friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għas-sistema A1, ir-rati tar-rifużjoni, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni, u l-kwantitajiet permessi għall-prodotti kkonċernati huma stabbiliti fl-Anness. Għas-sistema B, ir-rati indikattivi tar-rifużjoni, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, u l-kwantitajiet permessi għall-prodotti kkonċernati huma stabbiliti fl-Anness.

2.   Il-liċenzji maħruġa għal raġunijiet ta’ għajnuna alimentari, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), ma għandhomx jingħaddu mal-kwantitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)   ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

(3)   ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

(4)   ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħaxix (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda, u tuffieħ)

Kodiċi tal-prodott (1)

Destinazzjoni (2)

Sistema A1

Perijodu għall-applikazzjoni għar-rifużjoni: mill-25.10.2007-24.12.2007

Sistema B

Perijodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji: mil-1.11.2007-31.12.2007

Rata tar-rifużjoni

(EUR/tunnellata)

Kwantitajiet permessi

(t)

Rata tar-rifużjoni indikattiva

(EUR/tunnellata netta)

Kwantitajiet permessi

(t)

0702 00 00 9100

A00

20

 

20

2 500

0805 10 20 9100

A00

26

 

26

28 333

0805 50 10 9100

A00

50

 

50

8 333

0806 10 10 9100

A00

13

 

13

833

0808 10 80 9100

F04 , F09

22

 

22

25 000


(1)  Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

(2)  Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “ A ” huma definiti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3844/87.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

F04

:

Ħong Kong, Singapor, il-Malasja, Sri Lanka, l-Indoneżja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Papwa Ginea l-Ġdida, il-Laos, il-Kambodja, il-Vjetnam, il-Ġappun, l-Urugwaj, il-Paragwaj, l-Arġentina, il-Messiku, il-Kosta Rika.

F09

:

Id-destinazzjonijiet li ġejjin:

in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faeroe, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja u Montenegro, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, l-Ukrajna, l-Għarabja Sawdita, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Oman, l-Emirati Għarab Magħquda (Abu Dhabi, Dubai, Sharjah, Ajman, Umm al Qalwain, Ras al Khaimah, Fujairah), il-Kuwajt, il-Jemen, is-Sirja, l-Iran, il-Ġordan, il-Bolivja, il-Brażil, il-Veneżwela, il-Perù, il-Panama, l-Ekwador u l-Kolombja,

il-pajjiżi u t-territorji ta' l-Afrika għajr għall-Afrika ta' Isfel,

id-destinazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).


16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1204/2007

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 16(3), it-tielet subparagrafu tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/95 (2) stabbilixxa r-regoli ta’ implimentazzjoni għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix barra dawk mogħtija għal zokkor miżjud.

(2)

Skond l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, safejn ikun meħtieġ biex tista’ ssir l-esportazzjoni f’kwantitajiet ekonomikament sinifikanti, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ l-istess Regolament jistgħu jkunu suġġetti għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, billi jitqiesu l-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabbilixxi li, f’każ li r-rifużjoni għaz-zokkor inkorporat fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tirriżulta insuffiċjenti biex tista’ ssir l-esportazzjoni ta’ dawn il-prodotti, għandha tapplika r-rifużjoni stabbilita skond l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

(3)

Skond l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, jeħtieġ ikun żgurat li l-flussi kummerċjali li diġà nibtu minħabba l-għoti ta’ rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ma jkunux imxekkla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-kwantitajiet jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3).

(4)

L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistipola li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni li tkun teżisti u x-xejriet futuri fir-rigward ta’, minn naħa, il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex, u min-naħa l-oħra, il-prezzijiet eżistenti fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ jittieħed kont ukoll ta’ l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti.

(5)

Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità huma stabbiliti billi jittieħed kont tal-prezzijiet eżistenti li jkunu l-aktar favorevoli mil-lat ta’ l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jistgħu jagħmlu d-differenzjazzjoni tar-rifużjoni neċessarja għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(7)

Iċ-ċirasa ppreżervata proviżorjament, it-tadam imqaxxar, il-konfettura taċ-ċirasa, il-ġellewż ippreparat u ċertu meraq tal-larinġ attwalment jistgħu jkunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti.

(8)

Għalhekk, ir-rati tar-rifużjonijiet u l-kwantitajiet previsti għandhom ikunu stabbiliti.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ir-rati tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, il-perijodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, il-perijodu għall-ħruġ tal-liċenzji u l-kwantitajiet permessi huma stabbiliti fl-Anness.

2.   Il-liċenzji maħruġa għal raġunijiet ta’ għajnuna alimentari, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), ma għandhomx jingħaddu mal-kwantitajiet imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

3.   B'deroga mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1429/95, il-perjodu ta' validità tal-liċenzija huwa limitat sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).

(2)   ĠU L 141, 24.6.1995, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

(3)   ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

(4)   ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)

Perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji: mill-25 ta’ Ottubru 2007 sa l-14 ta’ Diċembru 2007.

Perjodu ta’ assenjazzjoni tal-liċenzji: minn Novembru 2007 sa Diċembru 2007.

Kodiċi tal-prodott (1)

Kodiċi tad-destinazzjoni (2)

Rata tar-rifużjoni

(f’EUR/tunnellata netta)

Kwantitajiet permessi

(f’tunnellati)

0812 10 00 9100

F06

45

1 500

2002 10 10 9100

A02

41

22 400

2006 00 31 9000

2006 00 99 9100

F06

138

250

2008 19 19 9100

2008 19 99 9100

A00

53

250

2009 11 99 9110

2009 12 00 9111

2009 19 98 9112

A00

5

0

2009 11 99 9150

2009 19 98 9150

A00

26

0


(1)  Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

(2)  Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “ A ” huma definiti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87, kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

F06

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr għall-pajjiżi ta' l-Amerika ta' Fuq.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ottubru 2007

dwar in-nomina ta' membru wieħed tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda għat-tielet mandat tiegħu

(2007/666/KE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/383/KE tal-11 ta’ Mejju 2005 (1) dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda;

Billi:

(1)

Dr. CASINI rriżenja minn Membru ta’ l-EGE, b’konsegwenza tan-nomina tiegħu bħala MPE, b’ittra fit-12 ta’ Lulju 2006.

(2)

il-Kummissjoni mbagħad ippubblikat Sejħa għall-applikazzjonijiet rigward l-għażla ta’ membru ġdid tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji l-Ġodda – fil-15 ta’ Marzu 2007 – u Ġurija komposta minn persunal fi gradi għoljin tal-Kummissjoni evalwat l-applikazzjonijiet riċevuti u ppreparat lista qasira għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Francesco D. BUSNELLI huwa nnominat bħala membru ta’ l-EGE għall-perjodu kopert mill-EGE kurrenti (2005-2009), minflok l-ex Membru Carlo CASINI.

Artikolu 2

Il-mandat tal-membru l-ġdid ta’ l-EGE jidħol fis-seħħ fl-istess jum ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel, 9 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)   ĠU L 127, 20.5.2005, p. 17.


16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Ottubru 2007

li tawtorizza l-użu ta' l-annimali bovini ta' riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom fil-Ġermanja wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-BSE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4648)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(2007/667/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jippreskrivi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi li jittieħdu (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' l-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament jipprovdi għall-miżuri ta' eradikazzjoni li jridu jiġu applikati meta tkun ġiet ikkonfermata b'mod uffiċjali l-preżenza ta' TSE. Dawn il-miżuri jikkonsistu b'mod partikolari fil-qatla u l-qerda totali ta' l-annimali u l-prodotti li ġejjin mill-annimali li ġew identifikati li huma ta' riskju “annimali bovini ta' riskju”) minħabba rabta epidemjoloġika ma' l-annimali affettwati.

(2)

Il-Ġermanja bagħtet lill-Kummissjoni talba għal deċiżjoni biex jitħalla l-użu ta' annimali bovini ta' riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom b'deroga mill-punt (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(3)

Il-miżuri ta' kontroll mibgħuta mill-Ġermanja jipprovdu għal restrizzjoni stretta ta' moviment u traċċabilità ta' l-annimali bovini b'mod li l-livell attwali ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-annimal mhux fil-periklu.

(4)

Fuq il-bażi ta' stima favorevoli tar-riskju, il-Ġermanja għandha għalhekk titħalla tuża annimali bovini ta' riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   B'deroga mill-punt (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-Ġermanja tista' tuża annimali bovini msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż ta' punt 1(a) ta' l-Anness VII ta' dan ir-Regolament sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom bil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-Ġermanja għandha tiżgura li l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

ikunu traċċabbli b'mod permanenti fid-database elettroniku stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(b)

jitħarrku mill-azjenda taħt sorveljanza uffiċjali biss u għal skopijiet ta' qerda;

(ċ)

ma jintbagħtux lil Stati Membri oħra jew ma jiġux esportati lil pajjiżi terzi.

3.   Il-Ġermanja għandha twettaq kontrolli regolari biex tivverifika l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Deċiżjoni.

4.   Il-Ġermanja għandha żżomm il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra infurmati dwar l-użu ta' l-annimali bovini kif imsemmi fil-paragrafu 1 permezz tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

Il-Ġermanja għandha wkoll tippreżenta tagħrif relatat fir-rapport annwali stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 727/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).

(2)   ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.


Corrigendum

16.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 271/18


Rettifika għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 255, tat-30 ta' Settembru 2005 )

1.

Fl-Artikolu 21 (7) tad-Direttiva, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel kif ġej.

“Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni xierqa fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fejn tindika t-titoli adottati mill-Istati Membri għall-prova ta' kwalifiki formali u, fejn xieraq, il-korp li joħroġ il-prova ta' kwalifiki formali, iċ-ċertifikat li jakkompanjaha u t-titolu professjonali korrispondenti msemmi fl-Anness V, il-punti 5.1.1, 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament.”

2.

Anness II.1 Korsijiet ta' taħriġ paramediku u dwar il-kura tat-tfal. Il-perijodu ta' żmien tat-taħriġ kif imniżżel fl-Anness Ċ tad-Direttiva 92/51/KEE huwa modifikat kif ġej:

 

Ġermanja

Fil-paġna 55 għandha tiddaħħal is-sentenza li ġejja wara “(Sprachtherapeut(in));”:

“li jirrappreżentaw edukazzjoni u korsijiet ta' taħriġ ta' perijodu totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li jkun magħmul minn:

mhux inqas minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami, f'xi kazijiet issupplimentati b'kors ta' speċjalizzazzjoni ta' sena jew sentejn li jispiċċa b'eżami, jew

mhux inqas minn sentejn u nofs fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentati b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sitt xhur jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat, jew

mhux inqas minn sentejn fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentati b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sena jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sena fi stabbiliment approvat.”

 

Italja

Fil-paġna 55 għandha tiddaħħal is-sentenza li ġejja wara “(ottico);”:

“li jirrappreżentaw edukazzjoni u korsijiet ta' taħriġ ta' perijodu totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li jkun magħmul minn:

mhux inqas minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami, f'xi kazijiet issupplimentati b'kors ta' speċjalizzazzjoni ta' sena jew sentejn li jispiċċa b'eżami, jew

mhux inqas minn sentejn u nofs fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentati b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sitt xhur jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat, jew

mhux inqas minn sentejn fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentati b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sena jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sena fi stabbiliment approvat.”

 

Lussemburgu

Fil-paġna 56 għandha tiddaħħal is-sentenza li ġejja wara “(éducateur/trice);”

“li jirrappreżentaw edukazzjoni u korsijiet ta' taħriġ ta' perijodu totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li jkun magħmul minn:

mhux inqas minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami, f'xi kazijiet issupplimentati b'kors ta' speċjalizzazzjoni ta' sena jew sentejn li jispiċċa b'eżami, jew

mhux inqas minn sentejn u nofs fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentati b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sitt xhur jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat, jew

mhux inqas minn sentejn fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentati b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sena jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sena fi stabbiliment approvat.”

 

L-Olanda

Fil-paġna 57: it-test li ġej:

“li jirrappreżenta edukazzjoni u korsijiet ta' taħriġ ta' perijodu totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li jkun magħmul minn:

(i)

mhux inqas minn tliet snin ta' taħriġ professjonali fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami, f'xi kazijiet issupplimentat b'kors ta' speċjalizzazzjoni ta' sena jew sentejn li jispiċċa b'eżami, jew

(ii)

mhux inqas minn sentejn u nofs ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentat b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sitt xhur jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat, jew

(iii)

mhux inqas minn sentejn ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jispiċċaw b'eżami u ssupplimentat b'esperjenza ta' xogħol ta' mhux inqas minn sena jew b'taħriġ ta' mhux inqas minn sena fi stabbiliment approvat, jew

(iv)

fil-każ ta' assistent veterinarju (“dierenartsassistent”) tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata (skema “MBO”) jew inkella tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fis-sistema ta' apprendistat doppju (“LLW”), li t-tnejn li huma jispiċċaw b'eżami.”,

għandu jinbidel bi:

“li jirrappreżentaw edukazzjoni u korsijiet ta' taħriġ ta' perijodu totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li jkun magħmul minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata (skema li jirrappreżentaw edukazzjoni u korsijiet ta' taħriġ ta' perijodu totali ta' mhux inqas minn tlettax-il sena, li jkun magħmul minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata (skema “MBO”) jew inkella tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fis-sistema ta' apprendistat doppju (“LLW”), li t-tnejn li huma jispiċċaw b'eżami.”