ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
4 ta' Ottubru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1151/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ kwoti tariffarji Komunitarji awtonomi u transizzjonali għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Iżvizzera

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

3

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1153/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1155/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l-24 u t-28 ta’ Settembru 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Münchener Bier (IĠP))

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sierra Mágina (DPO))

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1158/2007 tat-2 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1159/2007 tat-2 ta’ Ottubru 2007 li jerġa' jiftaħ iż-żoni IIIa, IIIb, ċ, d ta' l-ICES (ilmijiet tal-KE) għas-sajd għal-lingwata komuni mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1160/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li jistbabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIII ċ, IX u X ta' l-ICES, fl-ilmijiet tal-KE taż-żona CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1161/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni III b, ċ u d ta' l-ICES fil-Baħar Baltiku (ilmijiet tal-KE) min-naħa ta' bastimenti jtajru l-bandiera tal-Finlandja

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2007 tat-3 ta’ Ottubru 2007 li jipprojbixxi s-sajd għaċ-ċinturin iswed fiż-żoni V u VI, VII u XII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola

25

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2007/61/KE tas-26 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem

27

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2007/637/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2007 li taħtar erba’ membri u seba’ membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

29

 

 

2007/638/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Settembru 2007 dwar tilqim ta’ emerġenza tat-tjur tar-razzett fl-Italja kontra l-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4393)

31

 

 

2007/639/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta’ data u tagħrif skond ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4409)

39

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-għan li taddatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku ( ĠU L 226, 30.8.2007 )

44

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1151/2007

tas-26 ta’ Settembru 2007

li jiftaħ kwoti tariffarji Komunitarji awtonomi u transizzjonali għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Iżvizzera

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Konsegwentement għall-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, huwa kunsiljabbli li l-flussi tal-kummerċ agrikolu jinżammu skond il-preferenzi mogħtija qabel taħt l-arranġamenti bilaterali bejn iż-żewġ Stati Membri u l-Iżvizzera. Il-Komunità u l-Iżvizzera qablu li jipproċedu bl-adattament ta’ konċessjonijiet tariffarji fi ħdan il-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. L-adattament ta’ dawn il-konċessjonijiet għandu jinkludi l-ftuħ ta’ kwoti tariffarji Kommunitarji ġodda għall-importazzjoni ta’ frawli (kodiċi NM 0810 10 00), pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun (kodiċi NM 0709 90 20) li joriġinaw fl-Iżvizzera.

(2)

Il-proċeduri bilaterali għall-adattament tal-konċessjonijiet fl-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim se jieħdu ż-żmien. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-benefiċċju tal-kwota sakemm dak l-adattament jidħol fis-seħħ, jixraq li dawn il-kwoti tariffarji jinfetħu fuq bażi awtonoma u transizzjonali.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) jipprovdi sistema għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji. Il-kwoti tariffarji miftuħa b’dan ir-Regolament għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri skond dik is-sistema.

(4)

Ir-regoli ta’ l-oriġini previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim għandhom japplikaw,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Hija b’dan miftuħa annwalment, fuq bażi awtonoma u transizzjonali, kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazju għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0810 10 00 li joriġinaw fl-Iżvizzera għall perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

In-numru ta’ l-ordni tal-kwota għandu jkun 09.0948. Il-volum annwali għandu jkun ta’ 200 tunnellata metrika piż nett.

2.   Hija b’dan miftuħa annwalment, fuq bażi awtonoma u transizzjonali, kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazju għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0709 90 20 li joriġinaw fl-Iżvizzera għall perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

In-numru ta’ l-ordni tal-kwota għandu jkun 09.0950. Il-volum annwali għandu jkun ta’ 300 tunnellata metrika piż nett.

3.   Fl-2007, il-kwoti tariffarji previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinfetħu għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru, għall-volumi annwali sħaħ previsti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-kwoti tariffarji previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2009.

5.   Ir-regoli ta’ l-oriġini previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji previsti fl-Artikolu 1 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132. Ftehim kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (ĠU L 173, 3.7.2007, p. 31).

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1152/2007

tas-26 ta’ Settembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (2) jistabbilixxi r-rekwiżit minimu għall-kontenut ta’ proteina fit-trab tal-ħalib xkumat miġjub għall-intervent f’35,6 % ta’ l-estratt niexef mhux xaħmi. Wara li fil-Komunità ġiet permessa standardizzazzjoni għal 34 % ta’ ċertu ħalib ippriservat disidratat, huwa xieraq għall-ġestjoni tajba ta’ ħażniet ta’ intervent li jkun previst li l-kwalità ta’ intervent tkun fissa f’dak il-livell. Il-prezz ta’ intervent tat-trab tal-ħalib xkumat, stabbilit fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun emendat biex jieħu kont ta’ l-istandard ġdid għall-kontenut ta’ proteina.

(2)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi għax-xiri ta’ butir mill-aġenziji ta’ intervent meta l-prezzijiet tas-suq tal-butir matul ġimagħtejn huma anqas minn 92 % tal-prezzijiet ta’ intervent. It-tħaddim ta’ tali arranġament huwa ta’ piż amministrattiv. Fid-dawl ta’ l-emendi l-aktar reċenti tas-sistema ta’ intervent u bil-għan li tkun issimplifikata dik is-sistema, l-arranġament ta’ skattament għandu jitneħħa.

(3)

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi li l-għajnuna għall-ħżin privat ta’ butir tista’ tingħata biss għal butir ikklassifikat skond il-gradi ta’ kwalità nazzjonali. L-applikazzjoni ta’ gradi differenti ta’ kwalità fl-Istati Membri twassal għal trattament differenti rigward l-għajnuna. Sabiex ikun pprovdut trattament ugwali u tkun issimplifikata l-amministrazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat, il-kriterji nazzjonali ta’ kwalità għandhom jinbidlu bi kriterji Komunitarji użati għal appoġġ ieħor għas-suq.

(4)

Skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, l-għajnuna għall-ħżin privat ta’ krema għandha tingħata bħala miżura ta’ appoġġ għas-suq. Bl-istess mod, skond l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament tista’ tingħata għajnuna għall-ħżin privat ta’ trab tal-ħalib xkumat. Fil-prattika, dawn iż-żewġ miżuri ta’ appoġġ ilhom inattivi għal żmien twil, anki meta kien hemm żbilanċ serju tas-swieq tax-xaħam tal-ħalib u tal-proteini tal-ħalib. Għalhekk huma jistgħu jitqiesu obsoleti u għandhom jitneħħew.

(5)

L-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi għall-possibbiltà li l-forzi militari jixtru butir bi prezzijiet imnaqqsa. Madankollu, dik id-dispożizzjoni ilha ma tkun applikata mill-1989 u tali skema ta’ appoġġ hija meqjusa mhux neċessarja.

(6)

L-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna għall-ħalib mogħti lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi u jipprevedi għall-adattament tal-livell ta’ għajnuna għal prodotti eliġibbli oħrajn. Bil-ħsieb li tkun issimplifikata l-iskema tal-ħalib fl-iskejjel, fil-waqt li twieġeb għat-tendenzi nutrittivi u tas-saħħa tal-lum, għandha tkun stabbilita għajnuna b’rata fissa għall-kategoriji kollha tal-ħalib.

(7)

L-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi għall-użu obbligatorju ta’ liċenzja ta’ importazzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tiegħu. Issa huma disponibbli sistemi oħra ta’ monitoraġġ diversi mis-sistema ta’ liċenzjar li jipprovdu informazzjoni aktar preċiża, aġġornata u trasparenti. Fejn xieraq, tali sistemi għandhom ikunu applikati ugwalment għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib. Għaldaqstant it-talba għal liċenzja ta’ importazzjoni m’għandhiex tkun obbligatorja, filwaqt li l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tintroduċi sistema ta’ liċenzjar meta meħtieġ.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Il-punt (b) ta’ l-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għat-trab tal-ħalib xkumat: 169,80.”

(2)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-aġenziji ta’ intervent għandhom jixtru l-butir kif indikat fil-paragrafu 2 b’90 % tal-prezz ta’ intervent matul il-perjodu mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena, abbażi ta’ speċifikazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti.

Fejn il-kwantitajiet offruti għall-intervent matul il-perjodu msemmi hawn fuq jaqbżu t-30 000 tunnellata fl-2008 u ’l quddiem, il-Kummissjoni tista’ tissospendi x-xiri b’ intervent.

F’tali każijiet, ix-xiri mill-aġenziji ta’ intervent jista’ jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti stabbilita abbażi ta’ speċifikazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti.”;

(b)

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(ċ)

il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata għal:

butir bla melħ magħmul mill-krema jew ħalib f’impriża approvata tal-Komunità b’kontenut ta’ xaħam tal-butir minimu, bl-użin, ta’ 82 %, kontenut massimu ta’ solidi tal-ħalib li mhumiex xaħam, bl-użin, ta’ 2 % u kontenut massimu ta’ ilma, bl-użin, ta’ 16 %,

butir bil-melħ magħmul mill-krema jew ħalib f’impriża approvata tal-Komunità b’kontenut ta’ xaħam tal-butir minimu, bl-użin, ta’ 80 %, kontenut massimu ta’ solidi tal-ħalib li mhumiex xaħam, bl-użin, ta’ 2 % u kontenut massimu ta’ ilma, bl-użin, ta’ 16 % u kontenut massimu ta’ melħ, bl-użin, ta’ 2 %.”;

(ii)

it-tieni subparagrafu għandu jitħassar;

(iii)

fir-raba’ u l-ħames subparagrafi, il-kliem “krema jew” għandhom jitħassru.

(3)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-aġenzija ta’ intervent nominata minn kull wieħed mill-Istati Membri għandha, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti, tixtri bil-prezz ta’ intervent trab tal-ħalib xkumat ta’ l-ogħla kwalità magħmul f’impriża approvata fil-Komunità permezz tal-proċess ta’ spray u miksub minn ħalib tal-baqra prodott fil-Komunità, li jkun offrut lilha matul il-perjodu mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu u li:

jilħaq kontenut minimu ta’ proteina ta’ 34,0 % bl-użin ta’ materjal niexef bla xaħam,

jilħaq il-ħtiġiet ta’ preservazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti,

jilħaq il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kwantità minima u l-ippakkjar.

Il-prezz ta’ intervent għandu jkun dak fis-seħħ fil-jum ta’ manifattura tat-trab tal-ħalib xkumat u għandu japplika għat-trab tal-ħalib xkumat ikkunsinjat lill-maħżen nominat mill-aġenzija ta’ intervent. L-ispejjeż ta’ trasport b’rata fissa għandhom jitħallsu, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti, mill-aġenzija ta’ intervent jekk it-trab tal-ħalib xkumat jiġi kkunsinjat lil maħżen li jkun jinsab aktar ’il bogħod minn distanza li għandha tkun determinata mill-post fejn it-trab tal-ħalib xkumat kien maħżun.

It-trab tal-ħalib xkumat jista’ jinħażen biss f’imħażen li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 5 għandhom jitħassru.

(4)

Il-punt (a) ta’ l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-kapitolu;”.

(5)

Il-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(1) għandu jitħassar.

(6)

L-Artikolu 14(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-għajnuna Komunitarja għandha tkun:

EUR 18,15/100 kg tal-ħalib kollu.

L-ammonti ta’ għajnuna għal prodotti tal-ħalib eliġibbli oħrajn għandhom jiġu stabbiliti b’kont meħud tal-komponenti tal-ħalib tal-prodott konċernat.”

(7)

L-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-importazzjonijiet fil-Komunità u l-esportazzjonijiet mill-Komunità ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew esportazzjoni.”

(b)

Il-punt (a) tal-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-lista’ ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom huma meħtieġa liċenzji ta’ esportazzjoni u l-proċeduri ta’ importazzjoni li fir-rigward tagħhom mhumiex meħtieġa liċenzji ta’ importazzjoni;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008. Madankollu, il-punti 1 u 3 ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1153/2007

tas-26 ta’ Settembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 (2) jistabbilixxi l-prodotti li għandhom ikunu kkunsidrati bħala ħalib tax-xorb, b’mod partikolari rigward il-kontenut tagħhom ta’ xaħam.

(2)

Sabiex tkun iffaċilitata l-bidla minn regoli nazzjonali eżistenti qabel l-adeżjoni għal regoli Komunitarji, ġew adottati diversi derogi transizzjonali fl-okkażjoni ta’ adeżjonijiet reċenti.

(3)

B’kont meħud tad-diversi drawwiet tal-konsumaturi fi Stati Membri differenti kif ukoll id-derogi li qed jiskadu jidher xieraq li tkun permessa l-kummerċjalizzazzjoni, bħala ħalib tax-xorb, ta’ prodotti b’kontenut ta’ xaħam differenti mit-tliet kategoriji eżistenti.

(4)

Sabiex ikun hemm kjarezza għall-konsumaturi, tali ħalib madankollu m’għandux jissejjaħ ħalib sħiħ, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat iżda l-persentaġġ tal-kontenut tiegħu ta’ xaħam għandu jkun indikat b’mod ċar fuq l-imballaġġ.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 2597/97 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2597/97 huwa miżjud it-tieni subparagrafu li ġej:

“Ħalib ittrattat bis-sħana li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ kontenut ta’ xaħam stabbiliti fil-punti (b), (ċ) u (d) ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jkun ikkunsidrat ħalib tax-xorb sakemm il-kontenut ta’ xaħam ikun indikat b’mod ċar b’deċimali waħda u jinqara b’mod faċli fuq l-imballaġġ f’forma ta’ ‘… % xaħam’. Tali ħalib m’għandux jiġi deskritt bħala ħalib sħiħ, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1602/1999 (ĠU L 189, 22.7.1999, p. 43).


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1154/2007

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-4 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

43,3

TR

100,0

XS

28,3

ZZ

57,2

0707 00 05

EG

135,3

JO

151,2

TR

109,7

ZZ

132,1

0709 90 70

JO

139,2

TR

116,2

ZZ

127,7

0805 50 10

AR

79,4

TR

83,7

UY

82,9

ZA

73,4

ZZ

79,9

0806 10 10

BR

280,7

IL

284,6

MK

32,4

TR

94,0

US

228,9

ZZ

184,1

0808 10 80

AR

87,7

AU

173,8

BR

45,1

CL

78,0

NZ

91,9

US

96,6

ZA

80,9

ZZ

93,4

0808 20 50

CN

69,7

TR

124,6

ZA

78,1

ZZ

90,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1155/2007

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l-24 u t-28 ta’ Settembru 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn l-24 u t-28 ta’ Settembru 2007 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4336 (2006-2007).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn l-24 u t-28 ta’ Settembru 2007, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2006/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 95).

(3)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


ANNESS

Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 24.9.2007-28.9.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

0

Intlaħqu

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

0

Intlaħqu

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

0

Intlaħqu

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

Intlaħqu

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

0

Intlaħqu

09.4340

Il-Madagaskar

0

Intlaħqu

09.4341

Il-Malawi

0

Intlaħqu

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

0

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

0

Intlaħqu

09.4348

Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 24.9.2007-28.9.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplimentari

Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 24.9.2007-28.9.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4315

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4316

Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

0

Intlaħqu


Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 24.9.2007-28.9.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Iz-zokkor tal-Balkani

It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 24.9.2007-28.9.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja-Ħerżegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Tip

Ġimgħa ta' bejn 24.9.2007-28.9.2007 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4380

F'każ eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

Ordni Nru

Tip

Ġimgħa ta' bejn 24.9.2007-28.9.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1156/2007

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Münchener Bier (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-indikazzjoni ġeografika protetta “Münchener Bier”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma jistgħux jitqiesu bħala minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 6 ta' l-imsemmi Regolament (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fit-22.12.2006 dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma appruvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)  ĠU C 316, 22.12.2006, p. 2.


ANNESS

Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

Klassi 2.1.

Birer

IL-ĠERMANJA

Münchener Bier (IĠP)


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1157/2007

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sierra Mágina (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta ta' l-oriġini “Sierra Mágina”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2107/1999 (3).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif rikjest skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) ta' l-imsemmi Regolament (4). Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, li jikkonċernaw id-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament huma appruvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 417/2006 (ĠU L 72, 11.3.2006, p. 8).

(3)  ĠU L 258, 5.10.1999, p. 3.

(4)  ĠU C 332, 30.12.2006, p. 4.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.5

Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

SPANJA

Sierra Mágina (DPO)


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1158/2007

tat-2 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwoti tas-sajd allokati għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandhom jitqiesu eżawriti mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

40

Stat Membru

Spanja

Stokk

RED/N3M.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

3M tan-NAFO

Data

13.8.2007


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1159/2007

tat-2 ta’ Ottubru 2007

li jerġa' jiftaħ iż-żoni IIIa, IIIb, ċ, d ta' l-ICES (ilmijiet tal-KE) għas-sajd għal-lingwata komuni mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Fit-8 ta' Ġunju 2007, l-Iżvezja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq iż-żoni IIIa, IIIb, ċ, d ta' l-ICES għas-sajd għal-lingwata komuni għall-bastimenti tagħha mill-11 ta' Ġunju 2007.

(3)

Fil-5 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 790/2007 (4) li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-lingwata komuni fiż-żona IIIa, fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIIb, IIIċ u IIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera Żvediża jew irreġistrati fl-Iżvezja b'effett mill-istess data.

(4)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni mingħand l-Awtoritajiet Żvediżi, kwantità ta' lingwata komuni għadha disponibbli fil-kwota Żvediża fiż-żona IIIa, IIIb, ċ, d. B'konsegwenza, is-sajd għal-lingwata komuni f'dawn l-ilmijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja jew irreġistrati fl-Iżvezja għandu jiġi awtorizzat.

(5)

Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Settembru 2007, biex il-kwantità ta' lingwata kkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem din is-sena.

(6)

Ir-Regolament Nru 790/2007 għandu jiġi revokat b'effett mit-3 ta' Settembru 2007.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revokar

Ir-Regolament (KE) Nru 790/2007 huwa b'dan irrevokat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-ppublikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika mit-3 ta' Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22)

(4)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 29.


ANNESS

Nru

41 – Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

L-Iżvezja

Stokk

SOL/3A/BCD

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

III a, III b, ċ, d (ilmijiet tal-KE)

Data

3.9.2007


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1160/2007

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li jistbabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċa fiż-żoni VIII ċ, IX u X ta' l-ICES, fl-ilmijiet tal-KE taż-żona CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

42

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

Żoni ICES VIII ċ, IX u X, ilmijiet tal-KE taż-żona CECAF 34.1.1

Data

27.8.2007


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1161/2007

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-barbun tat-tbajja' fiż-żoni III b, ċ u d ta' l-ICES fil-Baħar Baltiku (ilmijiet tal-KE) min-naħa ta' bastimenti jtajru l-bandiera tal-Finlandja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2007 tal-11 ta' Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (traduzzjoni mhux uffiċjali) (3), jistabbilixxi kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

44

Stat Membru

Il-Finlandja

Stokk

PLE/3BCD-C

Speċi

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żona

Il-Baħar Baltiku – Zona ICES III b, ċ, d (ilmijiet tal-KE)

Data

24.8.2007


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1162/2007

tat-3 ta’ Ottubru 2007

li jipprojbixxi s-sajd għaċ-ċinturin iswed fiż-żoni V u VI, VII u XII ta' l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-fond (3) jistabbilixxi kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2007 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fl-istess Anness għandha titqies li ġiet eżawrita mid-data indikata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11; kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.).

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

39

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/56712-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni V, VI, VII u XII ta' l-ICES

Data

10.8.2007


DIRETTIVI

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/27


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2007/61/KE

tas-26 ta’ Settembru 2007

li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-ħtieġa dejjem akbar għall-armonizzazzjoni fil-kummerċ internazzjonali tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għandha ssir dispożizzjoni li tippermetti l-istandardizzazzjoni tal-kontenut ta’ proteina f’ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għal kontenut minimu ta’ 34 %, bl-użin, espress fuq materjal niexef bla xaħam.

(2)

Filwaqt li tkun permessa l-istandardizzazzjoni, huwa neċessarju li jkunu definiti materji primi kif ukoll il-kompożizzjoni tal-materji primi użati għall-aġġustament tal-proteini.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (2) jimmira li jirregola ż-żieda ta’ tali sustanzi ma’ l-ikel u jistabbilixxi l-lista ta’ vitamini u minerali li jistgħu jiżdiedu ma’ l-ikel. Għaldaqstant id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (3) għandha tkun emendata biex tippermetti ż-żieda ta’ vitamini u minerali kif previst mir-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

(4)

Id-Direttiva 2001/114/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/114/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jitħassar.

(2)

L-Anness I għandu jiġi emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Awwissu 2008. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejniethom u din id-Direttiva.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(3)  ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.


ANNESS

L-Anness I għad-Direttiva 2001/114/KE huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Fil-punt 1 “Ħalib imnixxef minn parti mill-ilma”, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dan ifisser li l-prodott likwidu, kemm jekk magħmul ħelu jew le, miksub bit-tneħħija parzjali ta’ l-ilma mill-ħalib, minn ħalib xkumat in parti jew kollu jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti, li jista’ jkollhom taħlita miżjuda ta’ krema jew ta’ ħalib imnixxef kollu mill-ilma jew tat-tnejn, iż-żieda tal-ħalib imnixxef kollu mill-ilma ma taqbiżx, fil-prodotti lesti, 25 % tas-solidi totali tal-ħalib.”

2.

Fil-punt 2 “Ħalib imnixxef kollu mill-ilma”, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dan ifisser il-prodott solidu, fejn il-kontenut ta’ l-ilma ma jaqbiżx 5 % bl-użin tal-prodott lest, miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-ħalib, minn ħalib xkumat kollu jew in parti, minn krema jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti.”

3.

Il-punt 3 “Trattamenti” għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (b), il-kliem tad-daħla għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (*), għandha tinkiseb il-preservazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(*)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Korrett mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”;"

(b)

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

“(ċ)

Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta’ kompożizzjoni tal-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness il-kontenut ta’ proteina tal-ħalib jista’ jiġi aġġustat għal kontenut minimu ta’ 34 % bl-użin (espress fuq materjal niexef bla xaħam), biż-żieda u/jew bit-tneħħija ta’ kostitwenti tal-ħalib b’tali mod li ma jinbidilx il-proporzjon bejn il-proteini tax-xorrox u l-kaseina tal-ħalib li jkun qed jiġi aġġustat.”

4.

Il-punt 4 “Żidiet awtorizzati” għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Żidiet awtorizzati u materji primi

(a)

Vitamini u minerali skond ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (**).

(b)

Il-materji primi awtorizzati għal finijiet ta’ l-aġġustament tal-proteini msemmija fil-punt 3(ċ) għandhom ikunu kif ġej:

(i)

Retentat tal-ħalib

Ir-retentat tal-ħalib huwa l-prodott miksub bill-konċentrazzjoni tal-proteini tal-ħalib permezz ta’ ultra-filtrazzjoni tal-ħalib, ta’ ħalib parzjalment xkumat, jew ta’ ħalib xkumat;

(ii)

Permeat tal-ħalib

Il-permeat tal-ħalib huwa l-prodott miksub bit-tneħħija tal-proteini tal-ħalib u tax-xaħam tal-ħalib minn ħalib, ħalib parzjalment xkumat, jew ħalib xkumant permezz ta’ ultra-filtrazzjoni; u

(iii)

Lattosju

Il-lattosju huwa kostitwent naturali tal-ħalib normalment miksub mix-xorrox li b’kontenut ta’ lattosju anidruż ta’ mhux anqas minn 99,0 % m/m fuq bażi niexfa. Huwa jista’ jkun anidruż jew ikun fih molekula waħda ta’ ilma ta’ kristallizzazzjoni jew ikun taħlita taż-żewġ forom.

(**)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.”"



II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settembru 2007

li taħtar erba’ membri u seba’ membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/637/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Saru vakanti erba’ postijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur MATAS PALOU, tas-Sur MARTÍN MENIS, tas-Sur REVILLA ROIZ u tas-Sur RODRÍGUEZ IBARRA. Saru vakanti seba’ postijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sinjura GOROSTIAGA SÁIZ, tas-Sur SÁNCHEZ AMOR, tas-Sur VILLANUEVA RODRÍGUEZ, tas-Sinjura AMOR PÉREZ, tas-Sur DÍAZ ALVAREZ, tas-Sur JAÉN PALACIOS u tas-Sinjura de ESTEBAN MARTÍN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

 

is-Sur Francesc ANTICH i OLIVER, Presidente del Gobierno de la Comunidad Autónoma Islas Baleares,

 

is-Sur Paulino RIVERO BAUTES, Presidente de la Comunidad Autónoma de Canarias,

 

is-Sur Guillermo FERNÁNDEZ VARA, Presidente de la Junta de Extremadura,

 

is-Sinjura Dolores GOROSTIAGA SÁIZ, Vicepresidenta del Gobierno de Cantabria y Consejera de Empleo y Bienestar Social (bidla fil-mandat)

u

(b)

bħala membri supplenti:

 

is-Sur Vicente RAMBLA MOMPLET, Vicepresidente Primero y Consejero de Presidencia, Comunidad Valenciana,

 

is-Sur Jaime RABANAL GARCÍA, Consejero de Economía y Asuntos Europeos, Comunidad Autónoma del Principado de Asturias,

 

is-Sur Gabriel AMER AMER, Delegado del Gobierno de las Islas Baleares en Bruselas, Comunidad Autónoma Islas Baleares,

 

is-Sur José Félix GARCÍA CALLEJA, Director General Asuntos Europeos y Cooperación al Desarrollo, Comunidad Autónoma de Cantabria,

 

is-Sinjura María de DIEGO DURANTEZ, Directora General Relaciones Institucionales y Acción Exterior, Comunidad Autónoma Castilla y León,

 

is-Sinjura Lucía MARTÍN DOMÍNGUEZ, Directora General de Acción Exterior, Comunidad Autónoma de Extremadura,

 

is-Sur Antonio GONZÁLEZ TEROL, Director General de Asuntos Europeos, Comunidad Autónoma de Madrid.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Settembru 2007

dwar tilqim ta’ emerġenza tat-tjur tar-razzett fl-Italja kontra l-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4393)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2007/638/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 54(2) tagħha;

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula l-miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda ta’ l-influwenza avjarja fit-tjur tar-razzett jew tjur oħra mrobbija mill-bniedem.

(2)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/926/KE tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri supplimentari għall-kontroll ta’ infezzjonijiet b’influwenza b’patoġenitiċità baxxa fl-Italja u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/666/KE (2), l-Italja wettqet tilqim kontra l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa sa tmiem l-2006.

(3)

Minn Mejju 2007, kien hemm tifqigħat ta’ l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa f’partijiet mill-Italja tat-Tramuntana u ttieħdu miżuri skond id-Direttiva 2005/94/KE biex jiġi kkontrollat it-tifrix tal-vajrus.

(4)

F’Lulju u Awissu 2007, ġiet osservata żieda fl-għadd tat-tifqigħat ta' l-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa, partikolarment tas-sottotip H7 u għadhom qed jiġu individwati tifqigħat oħrajn ta’ dik il-marda. Ġie rrappurtat ukoll għadd żgħir ta’ tifqigħat ikkawżati mis-sottotip H5 ta’ l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa.

(5)

Fl-opinjonijiet xjentifiċi tiegħu dwar l-użu tat-tilqim għall-kontroll ta’ l-influwenzja avjarja maħruġa mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari fl-2005 (3) u l-2007 (4), il-Bord tas-Saħħa u l-Benessri ta’ l-Annimali qal li t-tilqim ta’ emerġenza u prevenzjoni kontra l-influwenza avjarja huwa għodda siewja biex iżżid mal-miżuri ta’ kontroll għal dik il-marda.

(6)

It-tifqigħat ta’ l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa fl-Italja jikkonċernaw żona b’popolazzjoni densa ta’ tjur tar-razzett u l-qagħda epidemjoloġika għadha qed tevolvi.

(7)

L-awtoritajiet Taljani wettqu evalwazzjoni tar-riskju u identifikaw riskju partikolari għal iktar tifrix tal-vajrus fiż-żoni kkonċernati. L-Italja, għalhekk, permezz ta’ ittra bid-data tas-7 ta’ Settembru 2007, ressqet pjan ta' tilqim ta’ emerġenza lill-Kummissjoni għall-approvazzzjoni tagħha.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-pjan flimkien ma' l-Italja u hija sodisfatta li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità. Fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-qagħda epidemjoloġika fl-Italja, jixraq li l-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza mressaq mill-Italja jiġi approvat biex iżid mal-miżuri ta’ kontroll meħuda minn dak l-Istat Membru u biex jiddaħħlu restrizzjonijiet fuq il-movimenti tat-tjur tar-razzett, il-bajd għat-tifqis tat-tjur tar-razzett u l-flieles ta’ jum u ċerti prodotti tat-tjur tar-razzett.

(9)

Skond il-pjan tat-tilqim, l-Italja biħsiebha tlaqqam ċerti kategoriji ta’ tjur tar-razzet skond l-istrateġija DIVA għad-differenzjazzjoni ta’ annimali infettati minn dawk li ġew imlaqqma (DIVA - Differentiating Infected from Vaccinated Animal) permezz ta’ vaċċini monovalenti diretti kontra l-vajrus ta’ l-influwenza avjarja tas-sottotip H7 u wkoll vaċċini bivalenti kontra s-sottotipi H7 u H5.

(10)

Għandhom jintużaw biss vaċċini awtorizzati skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (5) jew ir-Regolament Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (6).

(11)

Barra minn hekk, għandu jkun hemm sorveljanza u monitoraġġ tal-qatgħat ta’ tjur tar-razzett, kemm dawk imlaqqma u kif ukoll dawk li mhumiex, kif stabbilit fil-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza.

(12)

Il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2005/926/KE ma għadhomx xierqa u, għalhekk, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi revokata.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett, ambitu u definizzjonijiet

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fl-Italja fejn isir tilqim ta’ emerġenza f'ċerti stabbilimenti tat-tjur tar-razzett li jinsabu f'riskju partikolari li tiġi introdotta l-influwenza avjarja, inklużi ċerti restrizzjonijiet fuq il-movimenti u d-dispaċċ ta' tjur tar-razzett, bajd għat-tifqis tat-tjur tar-razzett u flieles ta' jum u ċerti prodotti li joriġinaw minnhom.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr ħsara għall-miżuri meħuda mill-Italja skond id-Direttiva 2005/94/KE biex tikkontrolla t-tifqigħat ta’ l-influwenza avjarja b’patoġeniċità baxxa.

Artikolu 2

Il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza

1.   Il-pjan għat-tilqim ta' emerġenza kontra l-influwenza avjarja b'patoġeniċità baxxa fl-Italja, kif ippreżentat mill-Italja lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Settembru 2007 (“il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza”) huwa approvat.

2.   L-Italja għandha twettaq il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza fiż-żoni elenkati fl-Anness I (“iż-żona tat-tilqim ta’ emerġenza”).

Għandha tiżgura li l-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza jiġi implimentat b’mod effettiv.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 3

Vaċċini li għandhom jintużaw

L-Italja għandha tiżgura li t-tjur tar-razzett jitlaqqam skond il-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza b’wieħed mit-tipi li ġejjin ta’ vaċċin li huma awtorizzati skond id-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004:

(a)

vaċċin eterologu inattivat tas-sottotip H7 ta’ l-influwenza avjarja; jew

(b)

vaċċin eterologu bivalenti inattivat li fih is-sottotip H5 kif ukoll is-sottotip H7 ta’ l-influwenza avjarja.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tat-tjur tar-razzett

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-tjur tar-razzett li ġejjin u/jew joriġinaw minn stabbilimenti fl-Italja fejn sar tilqim ta’ emerġenza (“stabbilimenti tat-tilqim ta’ emerġenza”) ma jiġux imċaqilqa lejn partijiet oħra ta’ l-Italja jew jintbagħtu lejn Stati Membri oħra.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, it-tjur tar-razzett għall-qatla li jiġu minn u/jew joriġinaw mill-istabbilimenti tat-tilqim ta’ emerġenza, jistgħu jiġu mċaqilqa lejn partijiet oħra ta’ l-Italja jew jintbagħtu lejn Stati Membri oħra, jekk it-tjur tar-razzett ikunu joriġinaw minn qatgħat li:

(a)

qabel it-tagħbija jkunu ġew eżaminati b’riżultati tajbin skond il-punt I ta’ l-Anness II, u

(b)

jintbagħtu lejn biċċerija:

(i)

ġewwa l-Italja u jinqatlu minnufih malli jaslu; jew

(ii)

fi Stat Membru ieħor wara l-qbil ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni u jinqatlu minnufih malli jaslu.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-bajd għat-tifqis tat-tjur tar-razzett

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-bajd għat-tifqis ta’ tjur tar-razzett li jiġi minn u/jew joriġina mill-istabbilimenti tat-tilqim ta’ emerġenza, jiġi mċaqlaq lejn partijiet oħra ta’ l-Italja jew jintbagħat lejn Stati Membri oħra, biss jekk il-bajd għat-tifqis:

(a)

joriġina minn qatgħat li jkunu ġew eżaminati b’riżultati tajbin skond il-punt 2 ta’ l-Anness II,

(b)

ikun ġie ddisinfettat qabel iċ-ċaqliq jew id-dispaċċ b’metodu approvat mill-awtorità kompetenti;

(ċ)

jiġi ttrasportat direttament lejn il-mafqas destinatarju;

(d)

ikun jista’ jiġi ttraċċat ġewwa l-mafqas.

Artikolu 6

Restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ flieles ta’ jum

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-flieles ta’ jum li jiġu minn u/jew joriġinaw mill-istabbilimenti tat-tilqim ta’ emerġenza, jiġu mċaqilqa lejn partijiet oħra ta’ l-Italja jew jintbagħtu lejn Stati Membri oħra, biss jekk il-flieles ta’ jum:

(a)

ikunu joriġinaw minn bajd għat-tifqis ta’ tjur tar-razzett li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5;

(b)

jitqiegħdu f’gallinar jew barrakka tat-tjur tar-razzett fejn ma jkunx hemm tjur tar-razzett residenti.

Artikolu 7

Ċertifikati sanitarji għall-kummerċ intra-Komunitarju f’konsenji ta' tjur tar-razzett, bajd għat-tifqis u flieles ta’ jum

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li ċ-ċertifikati sanitarji għall-kummerċ intra-Komunitarju fit-tjur tar-razzett, il-bajd għat-tifqis tat-tjur tar-razzett u flieles ta’ jum li jkunu ġejjin u/jew joriġinaw mill-Italja jkunu jinkludu l-kliem:

“Il-kundizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali ta’ din il-konsenja huma skond id-Deċiżjoni 2007/638/KE”.

Artikolu 8

Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-bajd għall-ikel

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-bajd għall-ikel li jiġi minn u/jew joriġina mill-istabbilimenti tat-tilqim ta’ emerġenza, jiġi mċaqlaq lejn partijiet oħra ta’ l-Italja jew jintbagħat lejn Stati Membri oħra, jekk il-bajd:

(a)

joriġina minn qatgħat li jkunu ġew eżaminati b’riżultati tajbin skond il-punt 2 ta’ l-Anness II,

(b)

jiġi direttament trasportat lejn:

(i)

lejn ċentru ta' l-ippakkjar deżinjat mill-awtorità kompetenti u jiġi ppakkjat f'imballaġġi li jistgħu jintremew u li jikkonformaw mal-miżuri ta’ bijosigurtà kollha rikjesti mill-awtorità kompetenti, jew

(ii)

stabbiliment għall-manifattura ta’ prodotti tal-bajd kif stabbilit fil-Kapitolu II tat-Taqsima X ta' l-Anness III tar-Regolamen (KE) Nru 853/2004 fejn dan jiġi mmaniġġjat u ttrattat skond il-Kapitolu XI ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 9

Restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ laħam tat-tjur tar-razzett, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam li jikkonsistu mil-laħam tat-tjur tar-razzett jew li fihom dan il-laħam

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-laħam tat-tjur tar-razzett li jiġi minn u/jew joriġina mill-istabbilimenti tat-tilqim ta’ emerġenza, jiġi mċaqlaq lejn partijiet oħra ta’ l-Italja jew jintbagħat lejn Stati Membri oħra, biss jekk il-laħam:

(a)

ikun inkiseb minn tjur tar-razzett li jkun konformi ma’ l-Artikolu 4;

(b)

ikun ġie prodott skond l-Anness II u t-Taqsimiet II u III ta' l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u soġġett għall-kontrolli skond it-Taqsimiet I, II, III, u l-Kapitoli V u VII tat-Taqsima IV ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-laħam ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-laħam isseparat mekkanikament u prodotti tal-laħam li jikkonsistu mil-laħam tat-tjur tar-razzett jew li fihom dan il-laħam li jiġu minn u/jew joriġinaw mill-istabbilimenti tat-tilqim ta’ emerġenza, jiġu mċaqilqa lejn partijiet oħra ta’ l-Italja jew jintbagħtu lejn Stati Membri oħra, biss jekk dawn il-prodotti jkunu saru:

(a)

minn laħam konformi mal-paragrafu 1;

(b)

skond it-Taqsimiet V u VI ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 10

Monitoraġġ u sorveljanza

Għandu jkun hemm monitoraġġ u sorveljanza tal-qatgħat ta’ tjur tar-razzett imlaqqma u kif ukoll dawk li mhumiex, kif stabbilit fil-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza.

Artikolu 11

Rapporti

L-Italja għandha tippreżenta rapport preliminari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tilqim ta’ emerġenza sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2007 u, minn dakinhar 'il quddiem, għandha tippreżenta rapporti kull tliet xhur fi żmien xahar mit-tmiem ta’ kull kwart.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali jiġi infurmat b’dawn ir-rapporti.

Artikolu 12

Reviżjoni tal-miżuri

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-qagħda epidemjoloġika fl-Italja u kwalunkwe informazzjoni ġdida li ssir disponibbli.

Artikolu 13

Revoka

Id-Deċiżjoni 2005/926/KE hija revokata.

Artikolu 14

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta’ Settembru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008.

Artikolu 15

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(2)  ĠU L 337, 22.12.2005, p. 60.

(3)  Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2005) 266, 1-21; Aspetti tas-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali ta’ l-Influwenza Avjarja.

(4)  Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2007) 489, Opinjoni Xjentifika fuq “Vaccination against avian influenza of H5 and H7 subtypes in domestic poultry and captive birds”.

(5)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/EC (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(6)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).


ANNESS I

ŻONA TA’ TILQIM TA’ EMERĠENZA

Ir-Reġjun tal-Veneto

Il-Provinċja ta' Verona

ALBAREDO D'ADIGE

 

ANGIARI

 

ARCOLE

 

BELFIORE

 

BONAVIGO

 

BOVOLONE

 

BUTTAPIETRA

 

CALDIERO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

CASALEONE

 

CASTEL D'AZZANO

 

CASTELNUOVO DEL GARDA

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

CEREA

 

COLOGNA VENETA

 

COLOGNOLA AI COLLI

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

CONCAMARISE

 

ERBÈ

 

GAZZO VERONESE

 

ISOLA DELLA SCALA

 

ISOLA RIZZA

 

LAVAGNO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

MINERBE

 

MONTEFORTE D'ALPONE

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

MOZZECANE

 

NOGARA

 

NOGAROLE ROCCA

 

OPPEANO

 

PALÙ

 

PESCHIERA DEL GARDA

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

POVEGLIANO VERONESE

 

PRESSANA

 

RONCO ALL'ADIGE

 

ROVERCHIARA

 

ROVEREDO DI GUÀ

 

SALIZZOLE

 

SAN BONIFACIO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

SAN GIOVANNI LUPATOTO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

SANGUINETTO

 

SAN MARTINO BUON ALBERGO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

SAN PIETRO DI MORUBIO

 

SOAVE

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

SOMMACAMPAGNA

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

SONA

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

SORGÀ

 

TREVENZUOLO

 

VALEGGIO SUL MINCIO

 

VERONA

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

VERONELLA

 

VIGASIO

 

VILLAFRANCA DI VERONA

 

ZEVIO

 

ZIMELLA

 


Ir-Reġjun tal-Lombardija

Il-Provinċja ta’ Brescia

ACQUAFREDDA

 

ALFIANELLO

 

BAGNOLO MELLA

 

BASSANO BRESCIANO

 

BORGOSATOLLO

 

BRESCIA

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

CALCINATO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

CALVISANO

 

CAPRIANO DEL COLLE

 

CARPENEDOLO

 

CASTENEDOLO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

CIGOLE

 

DELLO

 

DESENZANO DEL GARDA

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

FIESSE

 

FLERO

 

GAMBARA

 

GHEDI

 

GOTTOLENGO

 

ISORELLA

 

LENO

 

LONATO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

MANERBIO

 

MILZANO

 

MONTICHIARI

 

MONTIRONE

 

OFFLAGA

 

PAVONE DEL MELLA

 

PONCARALE

 

PONTEVICO

 

POZZOLENGO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

PRALBOINO

 

QUINZANO D'OGLIO

 

REMEDELLO

 

REZZATO

iż-żona fin-nofsinhar ta’ l-awtostrada A4

SAN GERVASIO BRESCIANO

 

SAN ZENO NAVIGLIO

 

SENIGA

 

VEROLANUOVA

 

VEROLAVECCHIA

 

VISANO

 

Il-Provinċja ta’ Mantova

CASTIGLIONE DELLE STIVIERE

 

CAVRIANA

 

CERESARA

 

GOITO

 

GUIDIZZOLO

 

MARMIROLO

 

MEDOLE

 

MONZAMBANO

 

PONTI SUL MINCIO

 

ROVERBELLA

 

SOLFERINO

 

VOLTA MANTOVANA

 


ANNESS II

PROĊEDURA GĦALL-EŻAMIJIET, IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U T-TESTIJIET FIR-RIGWARD TAĊ-ĊAQLIQ IMSEMMI FL-ARTIKOLI 4, 5 U 8

L-1 Punt

Qabel iċ-ċaqliq tat-tjur tar-razzett għall-qatla msemmi fl-Artikolu 4(2), il-veterinarju uffiċjali għandu:

(a)

jagħmel kontroll tar-rekords tal-produzzjoni u r-rekords sanitarji ta’ l-istabbiliment;

(b)

iwettaq spezzjoni klinika f’kull unità tal-produzzjoni, inkluż evalwazzjoni ta’ l-istorja klinika tiegħu u eżamijiet kliniċi tat-tjur tar-razzett fi żmien 72 siegħa qabel il-ħin tat-tluq b’attenzjoni partikolari għat-tjur sentinella;

(ċ)

jiġbor il-kampjuni li ġejjin:

it-tjur tar-razzett imlaqqam: 20 kampjun tad-demm permezz ta’ strateġija analitika DIVA xierqa 72 siegħa qabel il-ħin tat-tluq;

(d)

jiġbor il-kampjuni li ġejjin, fejn ir-riżultat tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet u l-eżamijiet kliniċi msemmija f’(a), (b) u (ċ) ma jkunux sodisfaċenti:

tjur sentinella: 20 swab trakeali/orofarinġeali u 20 swab kloakali u 20 kampjun tad-demm għas-seroloġija permezz tat-test HI fi żmien 72 siegħa qabel il-ħin tat-tluq.

It-2 Punt

Qabel l-ewwel ċaqliq tal-bajd għat-tifqis u l-bajd għall-ikel imsemmi fl-Artikoli 5 u 8, u mbagħad għallinqas kull 30 jum, il-veterinarju uffiċjali għandu:

(a)

jagħmel spezzjoni klinika tat-tajra ġenitur jew li biedet il-bajd f’kull unità tal-produzzjoni, inkluż evalwazzjoni ta’ l-istorja klinika tagħha u l-eżamijiet kliniċi tat-tjur sentinella preżenti f'dawk il-qatgħat;

(b)

jiġbor 10 kampjuni tad-demm mit-tjur sentinella. Madankollu, jekk ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu wkoll 20 kampjun biex isirilhom it-test iIFA.


4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Ottubru 2007

li tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta’ data u tagħrif skond ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4409)

(2007/639/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu data u tagħrif varju lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.

(2)

Għandu jiġi stabbilit format komuni għall-preżentazzjoni ta’ dik id-data u dak it-tagħrif.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni d-data u t-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 12(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 fil-format stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850).


ANNESS

Format għat-tressiq ta’ data u tagħrif skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (POPs)

A–   Rapport annwali dwar kontroll tal-produzzjoni, tqegħid fis-suq (L-Artikolu 12(2))

Taqsima I:   tagħrif ġenerali

1.   Stat Membru:

2.   Isem u titlu ta’ l-uffiċjal li għandu jiġi kkuntattjat:

3.   Isem sħiħ ta’ l-istituzzjoni:

4.   Indirizz postali:

5.   Numru tat-telefown:

6.   Numru tal-faks:

7.   Indirizz elettroniku:

8.   Data tar-rapport (jj/xahar/ssss):

Taqsima II:   kontroll tal-produzzjoni, tqegħid fis-suq

1.   Produzzjoni tas-sustanzi mniżżla taħt l-Anness I jew II tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 (minn hawn ’il quddiem “l-Anness I jew II”)

1.1.   Is-sena tar-rapport:

1.2.   Kien hemm xi kimika mniżżla fl-Anness I jew II li ġiet prodotta fl-Istat Membru tiegħek tul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport? (Iva/Le)

1.2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.2 hija “Iva”, jekk jogħġbok speċifika l-isem tas-sustanza/i u l-volum(i) korrispondenti prodott(i) (f’kg).

2.   It-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi mniżżla taħt l-Anness I jew II

2.1.   Is-sena tar-rapport:

2.2.   Kien hemm xi kimika mniżżla fl-Anness I jew II li ġiet prodotta fl-Istat Membru tiegħek jew esportata mill-Istat Membru tiegħek tul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport? (Iva/Le)

2.2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.2 hija “Iva”, jekk jogħġbok speċifika l-isem tas-sustanza/i u l-volum(i) korrispondenti esportat(i) u/jew mqiegħed/mqiegħda fis-suq (f’kg). F’każ ta’ esportazzjoni jew importazzjoni, jekk jogħġbok speċifika l-pajjiż(i) ta’ esportazzjoni jew importazzjoni.

B–   Rapport fuq tliet snin dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 (L-Artikoli 12(1) u 12(3)).

Taqsima I:   tagħrif ġenerali

1.   Stat Membru:

2.   Isem u titlu ta’ l-uffiċjal li għandu jiġi kkuntattjat:

3.   Isem sħiħ ta’ l-istituzzjoni:

4.   Indirizz postali:

5.   Numru tat-telefown:

6.   Numru tal-faks:

7.   Indirizz elettroniku:

8.   Data tar-rapport (jj/xahar/ssss):

Taqsima II:   ħażniet

1.   Fl-Istat Membru tiegħek hemm ħażniet notifikati ta’ kwalunkwe sustanza mniżżla fl-Anness I jew II u li l-użu tagħhom hu permess? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i. Għal kull sustanza speċifikata, speċifika għal kull ħażna s-sena meta ġiet identifikata, in-natura tagħha, il-kontenut tagħha (% jew mg/kg), il-volum tagħha (kg), il-post fejn tinsab u l-miżuri meħuda biex tiġi ġestita.

2.   Fl-Istat Membru tiegħek hemm ħażniet notifikati ta’ kwalunkwe sustanza mniżżla fl-Anness I jew II u li l-użu tagħhom hu permess? (Iva/Le)

2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i. Għal kull sustanza speċifikata, speċifika għal kull ħażna s-sena meta ġiet identifikata, in-natura tagħha, il-kontenut tagħha (% jew mg/kg), il-volum tagħha (kg), il-post fejn tinsab u l-miżuri meħuda biex tiġi ġestita.

Taqsima III:   tnaqqis għar-rilaxx, minimizzazzjoni u tneħħija

1.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa pjan ta’ azzjoni dwar is-sustanzi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 (minn hawn ’il quddiem “l-Anness III”)? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i li għaliha/hom għandek data dwar ir-rilaxx. Għal kull sustanza speċifikata, speċifika għal liema kompartiment (jiġifieri, arja, ilma, art) għandek data dwar ir-rilaxx. Għal kull kompartiment speċifiku, agħti r-rilaxx fi g TEQ/sena (WHO-TEF (1) 2005) jew f’kg/sena.

2.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa miżuri sabiex jidentifika l-għejun tas-sustanza mniżżla fl-Anness III? (Iva/Le)

2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri żviluppati.

3.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa miżuri sabiex jikkaratterizza l-għejun tas-sustanza mniżżla fl-Anness III? (Iva/Le)

3.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri żviluppati.

4.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa miżuri sabiex jikkaratterizza l-għejun tas-sustanza mniżżla fl-Anness III? (Iva/Le)

4.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri żviluppati.

Taqsima IV:   pjanijiet ta’ implementazzjoni

1.   L-Istat Membru tiegħek żviluppa Pjan ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali (PIN) skond l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħgbok, indika d-data/i fejn ġie kkomunikat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

1.2.1.   Tajt lill-pubbliku opportunitajiet bikrin u effettivi sabiex jieħdu sehem fl-iżvilupp tal-PIN tiegħek? (Iva/Le)

1.2.1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.2.1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1.2.1 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor kif.

Taqsima V:   monitoraġġ

1.   L-Istat Membru tiegħek stabbilixxa programm ta’ monitoraġġ dwar il-preżenza ta’ dijossini, furani u PCBs fl-ambjent? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-isem tas-sustanza/i li għaliha/hom għandek data ta’ monitoraġġ. Għal kull sustanza speċifika u għal kull programm ta’ monitoraġġ, speċifika l-perjodu u l-għanijiet tal-programm ta’ monitoraġġ, it-tip tal-punti tat-teħid tal-kampjuni (pereżempju, postijiet kritiċi, inċidenti, qagħda ta' sfond), iż-żona ġeografika, il-metodu analitiku applikat, il-kompartimenti fejn is-sustanza tteħdilha kampjun, il-valuri misjuba (medju, medjan, massimu, minimu, numru ta’ kampjuni) u kif taċċessa għal din id-data.

Taqsima VI:   l-iskambju tat-tagħrif

1.   L-Istat Membru tiegħek stabbilixxa mekkaniżmu għall-iskambju tat-tagħrif? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hi “Iva” u l-mekkaniżmu għall-iskambju tat-tagħrif mhux parti mill-PIN tiegħek, jekk jogħġbok iddeskrivih.

2.   L-Istat Membru tiegħek ħa miżuri li jippromwovu u jħaffu l-programmi għall-għarfien rigward il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

2.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

2.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri meħuda.

3.   L-Istat Membru tiegħek ħa miżuri li jippromwovu u jħaffu l-forniment ta’ tagħrif pubbliku rigward il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

3.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

3.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 3 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri meħuda.

4.   L-Istat Membru tiegħek ħa miżuri li jippromwovu u jħaffu t-taħriġ tal-ħaddiema, xjentisti, għalliema u persunal tekniku u maniġerjali rigward il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

4.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

4.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 4 hija “Iva”, jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżuri meħuda.

Taqsima VII:   għajnuna teknika

1.   L-Istat Membru tiegħek pprovda lill-pajjiż(i) ieħor/oħra b’għajnuna teknika u finanzjarja biex jiżviluppa(w) u jsaħħaħ/jsaħħu l-kapaċità tiegħu/tagħhom biex jimplimenta(w) bis-sħiħ l-impenn tiegħu/tagħhom skond il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar il-pollutanti organiċi persistenti? (Iva/Le)

1.1.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Le”, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

1.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 1 hija “Iva”, jekk jogħġbok, speċifika l-pajjiż(i) u t-tip ta’ għajnuna.

Taqsima VIII:   pieni

1.   Pieni

1.1.   L-Istat Membru tiegħek, kif jistipula r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 850/2004?

1.2.   Liema huma l-miżuri meħuda biex jiżguraw l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-pieni?

2.   Proċedura ta’ vjolazzjoni

2.1.   L-Istat Membru tiegħek beda proċedura ta’ vjolazzjoni minħabba ksur tar-Regolament (KE) Nru 850/2004? (Iva/Le)

2.2.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija 2.1 hija “Iva”, jekk jogħġbok speċifika l-Artikolu li tirreferi għalih il-vjolazzjoni, iddeskrivi fil-qosor il-vjolazzjoni u indika l-piena magħżula għal min wettaq ir-reat.


(1)  Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-polychlorinated dibenzo-p-diossini u d-dibenzofurans u l-coplanar polychlorinated biphenyls


Corrigendum

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/44


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-għan li taddatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 226, 30 ta' Awwissu 2007 )

F’ paġna 27, il-punt 2(a) ta’ l-Anness għandu jinbidel kif ġej:

“(a)

Il-Part 1 hi emendata kif ġej:

(i)

fil-kolonna b tan-numru ta’ referenza 8, il-kliem “p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tiegħu; id-derivattivi sostituti N ta’ l-o-Phenylenediamine (5), ħlief għal dawk id-derivattivi mniżżla x’imkien ieħor f’dan l-Anness” jinbidlu bil-“p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tiegħu; id-derivattivi sostituti N ta’ l-o-Phenylenediamine (5), ħlief għal dawk id-derivattivi mniżżla x’imkien ieħor f’dan l-Anness u taħt in-numru ta’ referenza 1309, 1311, u 1312 fl-Anness II”.

(ii)

fil-kolonna b tan-numru ta’ referenza 9, il-kliem “Methylphenylenediamines, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tagħhom (1) ħlief għas-sostanza Nru 364 fl-Anness II” jinbidlu b’dan li ġej “Methylphenylenediamines, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tagħhom (1) ħlief għas-sustanzi taħt in-numru ta’ referenza 364, 1310, u 1313 fl-Anness II”.”