ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
28 ta' Settembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1107/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa fir-rigward ta’ l-art imwarrba, għall-2008

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1108/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2007/2008

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1110/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2007

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1111/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1113/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1114/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 38/2007

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1115/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1116/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1117/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2007 tas-27 ta’ Settemrbu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali gћat-tadam

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

28

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

32

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1123/2007 tas-27 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

34

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/620/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Latvjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

37

 

 

2007/621/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

38

 

 

2007/622/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Settemrbu 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u li timmodifika d-Deċiżjonijiet 2006/524/KE, Euratom u 2006/651/KE, Euratom

39

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/623/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Awwissu 2007 dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi

40

 

 

2007/624/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/800/KE li testendi l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza għal dawk il-ħnieżer kontra dik il-marda fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4457)

43

 

 

2007/625/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE biex tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4458)

44

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1107/2007

tas-26 ta’ Settembru 2007

b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa fir-rigward ta’ l-art imwarrba, għall-2008

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (1) jipprovdi li għall-eliġibbiltà għall-ħlasijiet mill-iskema unika tal-pagament, id-drittijiet għall-art imwarrba għandhom ikunu akkumpanjati b’ettaru ta’ art eliġibbli għad-dritt ta’ l-art imwarrba mill-produzzjoni.

(2)

Is-suq taċ-ċereali fil-bidu tas-sena tas suq 2007/2008 huwa karatterizzat minn prezzijiet li huma storikament għoljin kemm fil-Komunità kif ukoll fuq livell dinji. Il-livell baxx tal-ħażniet ta’ l-għeluq għall-2006/2007 fil-Komunità, ġie bħala konsegwenza ta’ livell aktar baxx ta’ ħsad minn dak mistenni. Hemm ħafna inċertezzi dwar ir-rikostruzzjoni tal-ħażniet, wara t-tbassir preliminari għall-ħsad 2007. Fuq livell globali, l-ħażniet ta’ l-għeluq fl-2007/2008 huma mistennija li jaqgħu għal livell storikament baxx, speċjalment fl-akbar pajjiżi li jesportaw. F’dan l-isfond, anke li kieku l-ħsad għall-2008 kellu jkun normali, il-ħażniet ma jistgħux jiżdiedu b’mod sinifikanti, filwaqt li ħsad batut jista’ jesponi lis-suq intern għal riskji li huma potenzjalment aktar serji. Barra minn hekk, il-prezzijiet taċ-ċereali u l-ħażniet għandhom impatt importanti fuq il-prezzijiet u d-disponibbiltà ta’ l-għelejjel ikkoltivati, bħaż-żrieragħ taż-żjut u l-għelejjel tal-proteina kif ukoll fuq is-settur tal-bhejjem, filwaqt li jikkontribwixxu għal estensjoni potenzjali tar-riskju għal dawn is-setturi l-oħra.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li għall-2008 l-art imwarrba titħalla tintuża għall-finijiet agrikoli.

(4)

Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, jeħtieġ li tingħata deroga mill-iskadenza ta’ sitt ġimgħat prevista f' punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-2008, il-bdiewa mhux ser ikunu obbligati, li jneħħu mill-produzzjoni l-art li hija eliġibbli għall-għajnuna għat-twarrib ta’ l-art, biex jibbenefikaw mill-ammonti stabbiliti għad-drittijiet ta’ l-ettari imwarrba.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1108/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

49,5

TR

94,4

XS

52,8

ZZ

65,6

0707 00 05

JO

151,2

MK

27,9

TR

111,2

ZZ

96,8

0709 90 70

IL

51,9

TR

109,1

ZZ

80,5

0805 50 10

AR

70,8

TR

87,8

UY

47,0

ZA

67,8

ZZ

68,4

0806 10 10

IL

284,6

TR

111,8

US

284,6

ZZ

227,0

0808 10 80

AR

83,4

AU

151,4

CL

88,7

CN

79,8

MK

29,7

NZ

99,3

US

96,2

ZA

79,4

ZZ

88,5

0808 20 50

CN

68,8

TR

118,5

ZA

85,7

ZZ

91,0

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

146,9

US

160,3

ZZ

153,6

0809 40 05

IL

118,5

ZZ

118,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1109/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat jitqiesu bħala l-“prezzijiet rappreżentattivi”. Dawn il-prezzijiet huma ffissati għall-kwalità standard iddefinita fl-Anness I, punti II u III tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(2)

Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, jeħtieġ jittieħed qies ta' l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi.

(3)

Biex ikunu aġġustati l-prezzijiet li mhumiex ibbażati fuq il-kwalità standard, għaz-zokkor abjad, huwa f'loku li għall-offerti aċċettati jiġu applikati ż-żidiet jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 951/2006. Rigward iz-zokkor mhux ipproċessat, huwa f'loku li jiġi applikat il-metodu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ddefinit fil-punt b) ta' l-istess paragrafu.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, huwa f'loku li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 , applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2007 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

20,08

6,26

1701 11 90  (1)

20,08

11,89

1701 12 10  (1)

20,08

6,07

1701 12 90  (1)

20,08

11,37

1701 91 00  (2)

19,69

16,62

1701 99 10  (2)

19,69

11,18

1701 99 90  (2)

19,69

11,18

1702 90 99  (3)

0,20

0,44


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1110/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli dettalji ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 318/2006 dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) jipprovdi li l-prezz cif għall-importazzjoni tal-melassa jitqies bħala l-“prezz rappreżentattiv”. Dan il-prezz jitqies bħala stabbilit għall-kwalità ddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(2)

Għall-istipular tal-prezzijiet rappreżentattivi, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u, skond il-każ, dan l-istipular jista' jseħħ skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, hemm lok, skond il-kwalità tal-melassa offruta, li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skond ir-riżultati miksuba permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(4)

Billi hemm differenza bejn il-prezz tar-rilaxx tal-prodott u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni fil-kundizzjoniiet imsemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ ta' sospensjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti partikolari għal dawn id-dazji.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti in kwistjoni, skond l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni tal-melassa fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2007

(EUR)

Kodiċi NM

Il-prezz rappreżentattiv kull 100 kg nett tal-prodott in kwistjoni

Id-dazju addizjonali kull 100 kg nett tal-prodott in kwistjoni

Id-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100kg nett tal-prodott ikkonċernat (1)

1703 10 00  (2)

7,22

0

1703 90 00  (2)

9,91

0


(1)  Dan l-ammont jissostitwixxi, skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni ffissata għal dawn il-prodotti.

(2)  Stipular għalkwalità tip kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1111/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mit-28 ta’ Settembru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

31,34  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

31,34  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

31,34  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

31,34  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3407

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

34,07

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

34,07

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

34,07

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3407

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1112/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mit-28 ta’ Settembru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

34,07

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

34,07

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3407

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

34,07

1702 90 60 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3407

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3407

1702 90 99 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3407  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

34,07

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3407

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1113/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-27 ta’ Settembru 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-27 ta’ Settembru 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 39,069 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1114/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 38/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, u t-tielet inċiż, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 38/2007 tas-17 ta’ Jannar 2007 dwar il-ftuħ ta’ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid b’esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-organizzazzjonijiet ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (2) jesiġi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F’konformità ma’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 38/2007 u wara eżami ta’ l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-26 ta’ Settembru 2007, jeħtieġ li jiġi deċiż li ma ssir l-ebda aġġudikazzjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti parzjali.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-26 ta’ Settembru 2007 f’dak li jirrigwarda l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 38/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1115/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

5,28

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

4,52

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

4,52

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

6,79

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

5,28

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

4,52

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

4,52

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

6,03

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

4,90

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

5,66

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

4,34

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

0,94

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

6,03

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

6,03

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

6,03

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

6,03

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

5,91

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

4,52

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

5,91

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

4,52

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

4,52

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

5,91

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

4,52

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

6,19

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

4,30

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

4,52


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1116/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità tista' tkun koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003 dwar l-arranġamenti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' għalf kompost, abbażi ta' ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabilixxi regoli speċifiċi u ddettaljati dwar is-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni, ta' ċereali u ross (2), fl-Artikolu 2 tiegħu iddefinixxa l-kriterji speċifiċi li jridu jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni fuq dawn il-prodotti.

(3)

Dan il-kalkolu jeħtieġlu jqis ukoll il-kontenut ta' prodotti ċereali. Bil-mira ta' simplifika, ir-rifużjoni jeħtiġilha titħallas għal żewġ kategoriji ta' “prodotti ċereali”, jiġifieri il-qamħirrum, iċ-ċereali li l-aktar li jintuża ta' spiss għall-produzzjoni ta' l-għalf kompost esportat u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum, minn naħa waħda, kif ukoll “iċ-ċereali l-oħra”, min-naħa l-oħra, fejn dawn ta' l-aħħar ikunu l-prodotti taċ-ċereali eliġibbli, għajr il-qamħirrum u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum. Għandha tingħata rifużjoni għall-kwantità ta' prodotti ċereali li jkun fih l-għalf kompost ta' l-annimali.

(4)

Barra minn hekk, fl-ammont tar-rifużjoni għandu jitqies ukoll il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ta' dawn il-prodotti fis-suq dinji, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat it-taqlib tas-suq Komunitarju u l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni.

(5)

Il-qagħda attwali tas-suq taċ-ċereali, u partikolarment il-prospettivi ta' forniment, twassal biex jitneħħew ir-rifużjonjiet ta' l-esportazzjoni.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf kompost ta' l-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u skond ir-Regolament (KE) Nru 1517/95 huma stabbiliti f'konformità ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 51.


ANNESS

tar-Regolament tal-kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali.

Il-Kodiċi tal-prodott li jgawdu mir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni:

 

2309 10 11 9000 ,

 

2309 10 13 9000 ,

 

2309 10 31 9000 ,

 

2309 10 33 9000 ,

 

2309 10 51 9000 ,

 

2309 10 53 9000 ,

 

2309 90 31 9000 ,

 

2309 90 33 9000 ,

 

2309 90 41 9000 ,

 

2309 90 43 9000 ,

 

2309 90 51 9000 ,

 

2309 90 53 9000 .


Prodotti ċereali

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

Qamħirrum u prodotti dderivati mill-qamħirrum

Kodiċijiet NM 0709 90 60 , 0712 90 19 , 1005 , 1102 20 , 1103 13 , 1103 29 40 , 1104 19 50 , 1104 23 , 1904 10 10

C10

EUR/t

0,00

Prodotti ċereali, għajr il-qamħirrum u l-prodtti dderivati mill-qamħirrum

C10

EUR/t

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1117/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 1418/76 li jikkonċernaw ir-rifużjoni tal-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross rispettivament (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni. Il-bażi tal-kalkolu hija ddeterminata mill-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Ir-rifużjoni kkalkolata b'dan il-mod, differenzjata, jekk ikun meħtieġ, għal-lamtu tal-patata, għandha tkun stabbilita darba fix-xahar u, f'każ ta' varjazzjoni sinifikattiva tal-prezz tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ, tista' tkun emendata.

(2)

Ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu aġġustati bil-koeffiċjenti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 biex ikun stabbilit l-ammont eżatt li għandu jitħallas.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta' lamtu, imniżżla fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 hija stabbilita għal:

(a)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-qamħirrum, il-qamħ, ix-xgħir u l-ħafur;

(b)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-patata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11)

(2)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1118/2007

tas-27 ta’ Settemrbu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali gћat-tadam

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fuq frott u ħxejjex (2) jipprevedi sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta’ l-Uruguay Round, u abbażi ta’ l-aħħar dejta disponibbli għall-2004, 2005 u 2006, jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali gћat-tadam.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 għandu jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 977/2007 (ĠU L 217, 22.8.2007, p. 9).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa biss bħala indikattiva. L-ambitu ta' l-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali hija stabbilita fil-qafas ta' dan l-Anness, abbażi tal-kodiċijiet NM fis-seħħ fil-mument ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta' applikazzjoni

Limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali

(f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

325 606

78.0020

mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

25 103

78.0065

0707 00 05

Ħjar

mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

3 462

78.0075

mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

7 332

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

5 770

78.0100

0709 90 70

Zukkini (qara' bagħli żgħir)

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

37 250

78.0110

0805 10 20

Larinġ

mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

271 744

78.0120

0805 20 10

Klementina

mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar

116 637

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar

91 359

78.0155

0805 50 10

Lumi

mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

326 811

78.0160

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

61 504

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

70 731

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awissu

882 977

78.0180

mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

78 670

78.0220

0808 20 50

Lanġas

mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

239 427

78.0235

mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

35 716

78.0250

0809 10 00

Berquq

mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

14 163

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa

mill-21 ta' Mejju sa l-10 ta' Awissu

114 530

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

11 980

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

5 806 ”


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1119/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3)(b) u (14) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qagħda attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ippermettiet li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabblixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2) ma jipprovdix għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni mill-15 ta’ Ġunju 2007. Din il-qagħda x'aktarx li tibqa' hekk għal xi xhur.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (3) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 (4), jistabbilixxi l-perjodu ta’ applikazzjoni għal offerti dwar iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat. Minħabba l-qagħda attwali fis-suq u bil-għan li jiġu evitati ħafna proċeduri amministrattivi u spejjeż mhux meħtieġa huwa xieraq u biżżejjed li jkun hemm perjodu wieħed biss matul l-aħħar tliet xhur ta’ l-2007 li fih tista' ssir applikazzjoni għall-offerti kull xahar.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li ssir deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz tad-deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 581/2004, il-perjodi ta’ l-offerti għax-xhur ta’ Ottubru sa Diċembru 2007 għandhom ikunu kif ġej:

(a)

għal Ottubru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fid-9 u jispiċċa fis-16 ta’ Ottubru;

(b)

għal Novembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-6 u jispiċċa fit-13 ta’ Novembru;

(c)

għal Diċembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fl-4 u jispiċċa fil-11 ta’ Diċembru.

Jekk id-data tal-bidu tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jibda mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Jekk id-data tat-tmiem tkun btala pubblika, għandu jintemm fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.

Il-perjodi ta’ l-offerti għandhom jibdew u jispiċċaw fis-13:00 (ħin ta’ Brussell).

Artikolu 2

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, il-perjodi ta’ l-offerti għax-xhur ta’ Ottubru sa Diċembru 2007 għandhom ikunu kif ġej:

(a)

għal Ottoubru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fid-9 u jispiċċa fis-16 ta’ Ottubru;

(b)

għal Novembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-6 u jispiċċa fit-13 ta’ Novembru;

(c)

għal Diċembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fl-4 u jispiċċa fil-11 ta’ Diċembru.

Jekk id-data tal-bidu tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jibda mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Jekk id-data tat-tmiem tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jispiċċa fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.

Il-perjodi ta’ l-offerti għandhom jibdew u jispiċċaw fis-13:00 (ħin ta’ Brussell).

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw l-operaturi dwar id-dati l-ġodda bil-mezzi li jidhrulhom l-aktar xierqa.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 26.

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

(4)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1120/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(3)

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

(5)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2007 (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 6).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-28 ta’ Settembru 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(c)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1121/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-28 ta’ Settembru 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,377

0,377

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

0,377

0,377

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,283

0,283

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

0,283

0,283

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

0,377

0,377

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,377

0,377

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

0,377

0,377

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1122/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-28 ta’ Settembru 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

34,07

34,07


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione d'Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faeroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1123/2007

tas-27 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 mir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi.

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta' Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwota prevista fil-punt (a) ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u t-tielet subperjodu għall-kwoti previsti fil-punt (d) tal-paragrafu imsemmi u l-ewwel subperjodu għall-kwota prevista fil-punt (e) tal-paragrafu msemmi.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4130, 09.4117, 09.4118, 09.4119, u 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2007, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, u 09.4112, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Settembru 2007, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux jew huma daqs il-kwantitajiet disponibbli.

(5)

Il-kwantitajiet mhux użati għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, huma trasferiti fil-kwota bin-numru tas-serje 09.4138 għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(6)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, skond l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4130, 09.4117, 09.4118, 09.4119, u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2007, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali mitluba fil-kuntest tal-kwoti li jaqgħu taħt in-numri tas-serje 09.4138 u 09.4168 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 327/98 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2007 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

(a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2007

(kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 (2)

 

It-Tajlandja

09.4128

 (2)

 

L-Awstralja

09.4129

 (2)

 

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

83,630141  %

 

Il-pajjiżi kollha

09.4138

 

16 206 129


(b)   Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007

It-Tajlandja

09.4112

 (2)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4116

 (3)

L-Indja

09.4117

19,261642  %

Il-Pakistan

09.4118

33,333333  %

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

20,000000  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

 (3)


(ċ)   Kwota ta' ross miksur li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2007

(kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4168

1,505425  %

0


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.

(3)  Ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħatra ta’ membru Latvjan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/620/KE, Euratom)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 dwar il-ħatra ta’ membri Ċeki, Ġermaniżi, Estonjani, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2006 sa l-20 ta’ Settembru 2010 (1),

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Latvjan,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi s-siġġu ta’ membru Latvjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar battal wara r-riżenja tas-Sur Andris BĒRZIŅŠ,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Gundars STRAUTMANIS hu b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok Andris BĒRZIŅŠ għall-bqija tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussel, 26 ta’ Settembru 2007

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħatra ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/621/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/703/KE, Euratom tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħatra ta’ membri Daniżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2006 sa l-20 ta’ Settembru 2010

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Daniż,

Tenut kont ta’ l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi s-siġġu ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tbattal wara r-riżenja tas-Sinjura Randi Iversen,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sinjura Mette Kindberg hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sinjura Randi Iversen għall-perijodu li jifdal tal-mandat tagħha, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 33.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settemrbu 2007

dwar il-ħatra ta’ membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u li timmodifika d-Deċiżjonijiet 2006/524/KE, Euratom u 2006/651/KE, Euratom

(2007/622/KE, Euratom)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kandidatura mressqa mill-Gvern Taljan,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom, tal-11 ta’ Lulju 2006, dwar il-ħatra tal-membri Ċeki, Ġermaniżi, Estoni, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstijaċi, Sloveni u Slovakki tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1), u permezz tad-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom, tal-15 ta’ Settemrbu 2006, dwar il-ħatra tal-membri Belġjani, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Olandiżi, Pollakki, Portugiżi, Finlandiżi, Svediżi u Brittaniċi kif ukoll ta’ żewġ membri Taljani fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2), il-Kunsill, ħatar lill-membri Taljani ta’ l-imsemmi Kumitat għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2006 sa l-20 ta’ Settembru 2010,

(2)

Sar vakanti post ta’ membru Taljan ta’ l-imsemmi Kumitat konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Paolo NICOLETTI,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Marco FELISATI huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Paolo NICOLETTI għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.

(2)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


Kummissjoni

28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Awwissu 2007

dwar il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi

(2007/623/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata “Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis ta’ Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea” (1), li fiha ħabbret l-intenzjoni tagħha li tadotta strateġija trasparenti fl-implimentazzjoni ta' dan il-Programm ta' Azzjoni billi tinvolvi partijiet interessati mill-Unjoni Ewropea kollha u tibbenefika kontinwament mid-dħul tagħhom.

(2)

Il-Programm ta’ Azzjoni ġie approvat mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2007 li enfasizza l-mira tat-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi b’25 % sa l-2012.

(3)

Il-Kummissjoni diġà qed tikkonsulta u tikkoopera fuq dan is-suġġett flimkien ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri permezz tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti Nazzjonali Regolatorji dwar Regolazzjoni Aħjar, iżda bl-għan li tkun żgurata interazzjoni ugwalment effettiva mal-partijiet interessati l-oħra, li l-kontribut tagħhom huwa indispensabbli biex tintlaħaq il-mira ambizzjuża ta' tnaqqis, u skond il-Komunikazzjoni msemmija qabel, il-Kummissjoni għandha mnejn ikollha tirrikorri għall-għarfien espert ta’ speċjalisti f’korp konsultattiv.

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u li jiġu definiti l-ħidmiet tiegħu u l-istruttura tiegħu.

(5)

Il-grupp għandu jagħti parir lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Programm ta’ Azzjoni, b’mod partikolari dwar miżuri għat-tnaqqis ta’ piż amministrattiv suġġeriti mill-konsulenti, permezz ta’ konsultazzjoni fuq l-internet u workshops lokali fl-Istati Membri.

(6)

Il-grupp għandu jkun magħmul minn partijiet interessati indipendenti ta’ livell għoli magħżula fuq il-bażi ta’ l-għarfien espert tagħhom f’dak li għandu x'jaqsam ma' Regolazzjoni Aħjar u/jew l-oqsma politiċi koperti mill-Programm ta’ Azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interessi tan-negozji żgħar u kbar, ta’ l-imsieħba soċjali, ta’ l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' l-ambjent, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ikunu rappreżentati b’mod xieraq.

(7)

Ir-regoli dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mill-membri tal-grupp għandhom jiġu pprovduti, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom (2).

(8)

Id-data personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta’ individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' din id-data  (3).

(9)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk estensjoni tkunx f'lokha,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi

Il-Grupp ta' Livell Għoli ta' Partijiet Interessati Indipendenti għall-Piżijiet Amministrattivi, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-grupp”, huwa b'dan imwaqqaf b'effett mill-31 ta' Awwissu 2007.

Artikolu 2

Ħidma

Il-ħidma tal-grupp għandha tkun li jagħti parir lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis ta’ Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea li l-għan tiegħu hu li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi fuq in-negozji li jinqalgħu b’konsegwenza tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE b’25 % sa l-2012.

B'mod partikolari il-grupp għandu:

jipprovdi parir fuq miżuri ta’ tnaqqis ta’ piż amministrattiv suġġerit minn konsulenti, permezz ta’ konsultazzjoni fuq l-internet u workshops lokali fl-Istati Membri;

jagħti parir lill-Kummissjoni fuq talba tagħha dwar kwistjonijiet metodoloġiċi li jistgħu jinqalgħu fil-Programm ta' Azzjoni;

jissuġġerixxi liema biċċiet addizzjonali ta’ leġiżlazzjoni eżistenti jistgħu jiġu inklużi fl-eżerċizzju ta’ kejl ta’ l-UE kollha, kif meħtieġ.

Il-mandat huwa mogħti għal tliet snin: jista' jiġi estiż b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-grupp dwar kull suġġett relatat ma' l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis ta' Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea.

2.   Il-President tal-grupp jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni li jkun mixtieq li jiġi kkonsultat il-Grupp dwar kwistjoni speċifika. Il-grupp m’għandux jipprovdi parir bħal dan sakemm ma jiġix mitlub bil-miktub mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Sħubija - Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkollu mhux aktar minn ħmistax-il membru.

2.   Il-Kummissjoni għandha l-ewwel tinnomina l-President tal-grupp. Il-membri tal-grupp għandhom imbagħad jinħatru mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-President minn partijiet interessati ta’ livell għoli b’kompetenza fl-oqsma rreferuti fl-Artikolu 2 u 3(1).

Il-membri għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ l-għarfien espert tagħhom f’dak li għandu x'jaqsam ma' Regolazzjoni Aħjar u/jew l-oqsma politiċi koperti mill-Programm ta’ Azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interessi tan-negozji żgħar u kbar, ta’ l-imsieħba soċjali, ta’ l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' l-ambjent, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, ikunu rappreżentati b’mod xieraq.

3.   Il-membri għandhom jinħatru f'kapaċità personali u għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni indipendentement minn kull influwenza esterna skond din id-deċiżjoni.

4.   Il-membri tal-grupp jinħatru għal terminu ta' kariga ta’ tliet snin. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat.

5.   Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew ta’ l-Artikolu 287 tat-Trattat jistgħu jiġu ssostitwiti għall-kumplament tal-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.

6.   Il-membri għandhom jiffirmaw kull sena dikjarazzjoni fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta' kull interess li jista' jaffettwa l-indipendenza tagħhom.

7.   L-ismijiet tal-membri għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit ta' l-Internet tad-Direttorat Ġenerali ta' l-Intrapriża u l-Industrija. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Operat

1.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw il-mistoqsijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Kif jintlaħqu l-għanijiet tagħhom, it-tali sottogruppi għandhom ixolju. Fejn xieraq, għandha tiġi kkonsultata l-opinjoni tal-gruppi eżistenti ta' partijiet interessati b'għarfien espert settorjali u trasmessa lill-grupp u lis-sottogruppi.

2.   Il-Kummissjoni jew il-President, fi qbil mal-Kummissjoni, jista' jistaqsi lill-esperti jew lill-osservaturi ta' kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.

3.   L-informazzjoni miksuba mis-sehem fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew is-sottogrupp ma tistax tiġi żvelata, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.

4.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti minnha. Id-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għandu jipprovdi s-servizz segretarjali.

5.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni (4).

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika b’mod ġenerali fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju rilevanti jew konklużjoni li jirriżultaw mill-ħidma tal-grupp.

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, tas-sussistenza għall-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni b’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż ta' spejjeż għal esperti esterni.

Il-membri, l-esperti u l-osservaturi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi mogħtija.

L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rimborżati fil-limiti tal-finanzi allokati kull sena mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

Artikolu 7

Applikabilità

Din id-deċiżjoni għandha tapplika sa tliet snin wara l-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  COM(2007), 23 finali, 24 ta' Jannar 2007

(2)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendta bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p.38).

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Ara r-regoli standard ta’ proċedura – Anness III tad-dokument SEC(2005) 1004.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Settembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/800/KE li testendi l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza għal dawk il-ħnieżer kontra dik il-marda fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4457)

(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)

(2007/624/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari it-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 16(1) u r-raba' sub-paragrafu ta' l-Artikolu 20(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/800/KE tat-23 ta' Novembru 2006 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza għal dawn il-ħnieżer kontra din il-marda fil-Bulgarija (2) ġiet adottata bħala waħda mill-miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

L-awtoritajiet Bulgari infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni ta’ din il-marda fil-Bulgarija.

(3)

Minħabba l-qagħda epidemjoloġika fil-Bulgarija huwa xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni ta’ l-eradikazzjoni u l-pjanijiet approvati tat-tilqim ta’ emerġenza.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/800/KE hu mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2007.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 35.


28.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 253/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Settembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE biex tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4458)

(It-test Rumen biss huwa awtentiku)

(2007/625/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(3) u r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 20(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE tat-23 ta' Novembru 2006 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta' miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer.

(2)

L-awtoritajiet Rumeni għarrfu lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni tal-marda fir-Rumanija.

(3)

Minħabba l-qagħda epidemjoloġika fir-Rumanija huwa xieraq li tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet approvati tal-qerda u dawk tat-tilqim ta' emerġenza.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2006/802/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Applikabbilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2007.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 34, Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/522/KE (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 23).