ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2007/614/Euratom |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2007/615/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 dwar in-noninklużjoni tal-benfuracarb fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4285) ( 1 ) |
|
|
Corrigendum |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1087/2007
tat-18 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti b’ħajt tal-poljester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar ħarsien minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’ mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri oriġinali
(1) |
F’Settembru 2005, wara investigazzjoni anti-dumping (‘l-investigazzjoni oriġinali’) il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1487/2005 (2), impona dazji definittivi anti-dumping (‘il-miżuri oriġinali’) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti b’ħajt tal-poljester lesti (FPFAF) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘iċ-Ċina’). Ir-rati ta’ dazju applikabbali għall-FPFAF Ċiniżi varjaw minn 14,1 % għal 56,2 %. |
2. Talba għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment
(2) |
Fit-13 ta’ Novembru 2006, tressqet talba għal investigazzjoni mill-ġdid tal-miżuri oriġinali skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ippreżentata minn AIUFFASS (l-applikant), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-akbar proporzjon, f’dan il-każ aktar minn 30 %, tat-total ta’ produzzjoni tal-Komunità ta’ l-FPFAF. |
(3) |
L-applikant issottometta biżżejjed informazzjoni li turi li wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping oriġinali fuq l-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina l-prezzijiet ta’ esportazzjoni naqsu u li ma hemmx biżżejjed ċaqliq fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti mill-Komunità. Allegatament, dan irriżulta f’żieda ta’ dumping li tellef l-effetti ta’ rimedju intenzjonati tal-miżuri fis-seħħ. L-applikant ipprovda evidenza wkoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina komplew deħlin bi kwantitajiet sinifikanti fis-suq tal-Komunità. |
3. Investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment
(4) |
Fit-28 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (‘NOI’) (3) il-bidu ta’ investigazzjoni mill-ġdid, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina. |
(5) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi/esportaturi magħrufa bħala kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, importaturi u utenti tal-bidu ta’ l-investigazzjoni mill-ġdid. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ l-inizjazzjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati. |
(6) |
Fid-dawl tal-għadd għoli ta’ produtturi esportaturi u importaturi konċernati matul l-investigazzjoni oriġinali, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fl-NOI skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u jekk inhu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u l-importaturi ntalbu jiddikjaraw ruħhom mal-Kummissjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika. |
(7) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni naqsux u jekk kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fil-Komunità. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fil-postijiet tal-produtturi/esportaturi li kooperaw fiċ-Ċina u l-kumpaniji relatati tagħhom fejn meħtieġ.
|
(8) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni għal din l-investigazzjoni mill-ġdid (‘PI ġdid’) dam mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006. Il-PI il-ġdid ġie użat biex jiddetermina l-livell kurrenti tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni u l-livell tal-prezzijiet mibgħuta lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità. Filwaqt li jistabbilixxi jekk il-prezzijiet fil-Komunità kienux iċċaqalqu biżżejjed, il-livelli tal-prezzijiet iċċarġjati matul il-PI il-ġdid ġew imqabbla ma’ dawk iċċarġjati matul il-perjodu oriġinali ta’ l-investigazzjoni (PI oriġinali) li kien kopra l-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sat-30 ta’ Marzu 2004. |
(9) |
Għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni kellha tippermetti biżżejjed żmien lill-partijiet biex jidentifikaw ruħhom u biex jagħżlu kampjun ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali varji l-partijiet li kkooperaw talbu wkoll estensjonijiet biex jissottomettu t-tweġibiet tagħhom. Dawn l-estensjonijiet ingħataw meta kienu ġġustifikati. Għal dawn ir-raġunijiet, l-investigazzjoni mill-ġdid qabżet bi ftit il-perjodu normali ta’ sitt xhur provdut għaliha fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament bażiku |
B. PRODOTT GĦAL KONSIDERAZZJONI
(10) |
Il-prodott li għalih l-investigazzjoni mill-ġdid inbdiet huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri tessuti b’ħajt tal-poljester lesti (‘FPFAF’), normalment klassifikati fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 5407 51 00, 5407 52 00, 5407 54 00, ex 5407 61 10, 5407 61 30, 5407 61 90 u ex 5407 69 10 u ex 5407 69 90 Il-prodott konċernat huwa drappijiet minsuġin bi ħjut ta’ filament sintetiku li fihom piż ta’ 85 % jew aktar ta’ ħajt ta’ poljester tessili u/jew ta’ ħajt ta’ poljester mhux tessili, miżbugħa (inklużi b’żebgħa bajda) jew stampati li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-prodott konċernat huwa użat l-aktar fl-industrija tat-tessuti. |
C. L-INVESTIGAZZJONI MILL-ĠDID
(11) |
B’mod ġenerali, investigazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku għandha l-għan li tistabbilixxi jekk kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet tal-Komunità għall-FPFAF li joriġina fiċ-Ċina wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping oriġinali. Bħala tieni pass, fejn ġie konkluż li l-assorbiment seħħ, il-limitu tal-marġini tad-dumping għandu jiġi kkalkulat. L-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku jipprevedi opportunità għall-importaturi/utenti u esportaturi biex jissottomettu evidenza li tista’ tiġġustifika nuqqas fil-moviment fil-prezzijiet fil-Komunità li jsegwu l-impożizzjoni tal-miżuri għal raġunijiet barra l-assorbiment tad-dazju anti-dumping. |
1. It-teħid tal-kampjuni
(12) |
Kif imsemmi fil-premessa (5) hawn fuq il-Kummissjoni talbet lill-prodotturi esportaturi kollha u lill-importaturi li jidentifikaw ruħhom u li jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom matul il-PI. Dawn il-partijiet ġew mitluba wkoll li jindikaw jekk ridux jiġu inklużi fil-kampjun. |
(a) Esportaturi/Produtturi
(13) |
Sitta u għoxrin esportatur/produttur qablu li jipprovdu l-informazzjoni mitluba u li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd kbir ta’ esportaturi/produtturi, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni kien meħtieġ biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm assorbiment mill-esportaturi/produtturi fiċ-Ċina. Filwaqt li ngħatat preferenza lill-kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjuni ta’ l-investigazzjoni oriġinali, kien hemm disponibbiltà ta’ għażla li tkopri l-akbar rappreżentanza tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet li setgħu ġew investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet Ċiniżi ġew konsultati dwar il-kampjuni u ma urew l-ebda oġġezzjoni. |
(14) |
Disa’ kumpaniji ġew magħżula fil-bidu biex jiġu inklużi fil-kampjun. Kumpanija waħda ngħatat trattament individwali (IT) filwaqt li tmienja oħra ngħataw status ta’ ekonomija tas-suq (MES) waqt l-investigazzjoni oriġinali. Qabel ma saru ż-żjarat ta’ verifika fiċ-Ċina, żewġ kumpaniji (dik li kellha l-IT u waħda b’MES) iddeċidew li jirtiraw mill-kampjun. Dawn iż-żewġ kumpaniji ġew ikkunsidrati bħala li ma kkooperawx fl-investigazzjoni mill-ġdid attwali. B’riżultat ta’ dan, baqa’ 24 kumpanija li kkooperaw u kampjun ta’ 7 esportaturi/produtturi b’MES. F’dak l-istadju l-Kummissjoni osservat li ma kienx hemm esportaturi/produtturi b’IT li kooperaw fl-investigazzjoni. |
(15) |
Is-seba’ kumpaniji li baqgħu inklużi fil-kampjun kollha kellhom MES u jirrappreżentaw madwar 78 % ta’ l-esportazzjonijiet lill-UE magħmula mill-kumpaniji kollha li kkooperaw u 23,9 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Ċiniżi ta’ l-FPFAF lis-suq tal-Komunità. F’dak l-istadju ta’ l-investigazzjoni l-ġdida, ġie konkluż li dawk il-kumpaniji kkostitwixxew l-akbar volum li seta’ jiġi b’mod raġonevoli investigat mill-ġdid fiż-żmien disponibbli. Dawn is-7 kumpaniji ġew għalhekk meqjusa li huma rappreżentattivi għall-iskopijiet tat-teħid tal-kampjuni fl-investigazzjoni mill-ġdid. |
(b) Importaturi
(16) |
Ebda importatur mhux relatat ma ssottometta l-informazzjoni mitluba fi ħdan il-limitu ta’ żmien definit fl-NOI. |
2. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
(17) |
L-24 esportaturi/produtturi li kkooperaw u li qablu li jiġu inklużi fil-kampjun irrappreżentaw madwar 30 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Ċiniżi ta’ l-FPFAF lejn il-Komunità. Kif imsemmi fil-premessa (13) hawn fuq, 2 produtturi addizzjonali rtiraw mill-kooperazzjoni. B’riżultat ta’ dan, in-non-kooperazzjoni finalment ammontat għal madwar 70 % ta’ l-esportazzjoni totali ta’ l-FPFAF lejn is-suq tal-Komunità. |
(18) |
Fuq dik il-bażi, ġie kkunsidrat li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli. |
3. Moviment tal-prezzijiet fil-Komunità
3.1. Ġenerali
(19) |
Qed jiġi mfakkar li ebda importatur/utent mhux relatat tal-prodotti kkonċernati ma offra l-kooperazzjoni tiegħu fl-investigazzjoni mill-ġdid. Kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn esportaturi/produtturi fiċ-Ċina huwa għoli. |
(20) |
Ħlief għal esportatur/produttur wieħed inkluż fil-kampjun it-tendenzi tal-kummerċ għall-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina huma karatterizzati bin-nuqqas ta’ intermedjarji relatati li jimpurtaw il-prodott konċernat fil-Komunità għall-bejgħ mill-ġdid. Ix-xerrejja indipendenti ta’ l-FPFAF huma ġeneralment kumpaniji utenti li qed jimpurtaw direttament il-prodott konċernat għall-konsum intern tagħhom. |
(21) |
Instab li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ għall-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet li sar mill-esportaturi/produtturi fl-ikkampjunar matul il-PI il-ġdid kienu ġeneralment magħmula fuq bażi tas-CIF (spejjeż, assigurazzjoni u ġarr). Għalhekk, għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ kull moviment fil-prezzijiet, il-livell tal-prezz għall-prodott konċernat ġie deċiż fuq livell ta’ CIF. Għall-PI il-ġdid, il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni sottomessa mill-produtturi/esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun. |
3.2. Moviment fil-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità għall-kumpaniji li ħadu sehem fil-kampjuni
(22) |
Biex jiġi valutat kull moviment fil-prezzijiet fil-livell ta’ esportatur/produttur fil-Komunità, il-prezz medju ta’ l-FPFAF, fuq bażi ta’ tip b’tip, stabbilit għall-PI l-ġdid meta mqabbel mal-prezz medju ta’ l-FPFAF stabbilit matul il-PI oriġinali għall-istess livell ta’ kummerċ u għall-istess kundizzjonijiet ta’ twassil. |
(23) |
Fuq dik il-bażi, il-paragun wera li l-prezz medju fil-Komunità ta’ l-FPFAF li joriġinaw miċ-Ċina għall-kumpaniji l-oħra kollha inklużi fil-kampjuni ma naqasx matul il-PI il-ġdid. |
(24) |
Il-moviment tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta’ importatur wieħed relatat stabbilit fil-Komunità ġie vvalutat fuq bażi ta’ tip b’tip. Il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-klijenti mhux relatati fil-Komunità ġew komparati għall-istess kundizzjonijiet ta’ twassil bejn iż-żewġ perjodi ta’ investigazzjoni. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li nġabret, intwera li l-prezzijiet kienu żdiedu b’ammonti li qabżu d-dazju anti-dumping. |
3.3. Talbiet magħmulin minn partijiet interessati
(25) |
Għadd ta’ partijiet interessati sostnew li għandu jsir aġġustament għall-prezz ta’ l-esportazzjoni tagħhom. Huma qalu li l-varjazzjoni fir-rata ta’ skambju USD/EUR wasslet għal tnaqqis artifiċjali fil-prezz ta’ l-esportazzjoni tagħhom waqt il-PI il-ġdid. Madankollu, minħabba li ma nstab ebda nuqqas fil-prezzijiet matul il-PI il-ġdid anki qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-aġġustament li ssemma, li jkun wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet fil-PI l-antik, ma kienx meqjus meħtieġ li tiġi eżaminata din it-talba. |
3.4. Moviment fil-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità għal dawk li ma kkooperawx
(26) |
Minħabba l-livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni, madwar 70 % f’dan il-każ, dazju ta’ assorbiment għandu jiġi impost fuq l-esportaturi/produtturi kollha li ma jikkooperawx fil-PRĊ. Id-dazju ta’ assorbiment għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi ta’ l-aħjar informazzjoni disponibbli. |
(27) |
Fil-każ preżenti huwa kkunsidrat li d-data disponibbli taħt l-istatistiċi ta’ l-importazzjoni tal-Eurostat huma l-aktar diretti u l-aktar affidabbli li jistgħu jintużaw biex jiġi stabbilit il-livell li fih l-esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx kienu qed jesportaw l-FPFAF tagħhom fis-suq tal-Komunità. Jekk mill-Eurostat neskludu d-data verifikata fil-livell tal-kumpaniji li kkooperaw li għalihom ma stab ebda livell ta’ assorbiment, il-marġini ta’ assorbiment għall-kumpaniji li ma kkooperawx, ibbażat fuq il-Eurostat huwa stabbilit għal 18,6 %. |
3.5. Konklużjoni dwar il-moviment tal-prezz tal-bejgħ fil-Komunità
(28) |
Fuq il-bażi tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet, ġie konkluż li ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi inklużi fil-kampjun ma assorba d-dazju anti-dumping fis-seħħ. Ebda dazju ta’ assorbiment ma għandu għalhekk ikun stabbilit għall-esportaturi/produtturi fiċ-Ċina li qablu li jikkooperaw u li jiġu inklużi fil-kampjun. |
(29) |
Dazju ta’ assorbiment stabbilit għal 18,6 % għandu madankollu jkun applikat għall-esportaturi/produtturi kollha li ma kkooperawx fiċ-Ċina. |
4. Livell ġdid tal-miżura
(a) Għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun
(30) |
Minħabba li l-kumpaniji inkużi fil-kampjun setgħu juru li ma kienx hemm tnaqqis fil-prezz ta’ esportazzjoni tagħhom għall-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Komunità, il-livell tal-miżuri baqa’ ma nbidilx:
|
(b) Għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw imma li mhumiex inklużi fil-kampjun
(31) |
L-istess konklużjoni għandha tapplika għas-17-il kumpanija li offrew il-kooperazzjoni tagħhom u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun:
|
(ċ) Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha
(32) |
Għall-partijiet li ma kkooperawx, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 0 kien ikkunsidrat adatt li jiġi emendat il-livell ta’ dazju anti-dumping skond l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 12(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rata riveduta ta’ dazju anti-dumping applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles minn kull piż fil-fruntiera tal-Komunità, għandha tkun kif ġej:
|
5. Dispożizzjoni speċjali għal esportaturi fiċ-Ċina li ma jistgħux jassorbu
(33) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni, il-kooperazzjoni baxxa fiċ-Ċina li tista’ tkun marbuta mal-fatt li produtturi esportaturi ta’ l-FPFAF huma Intrapriżi Żgħar u Medji, il-Komunità tista’ teżamina s-sitwazzjoni ta’ l-esportaturi li ma setgħux jikkooperaw f’din l-investigazzjoni mill-ġdid fil-każ li jipprovdu evidenza li turi li ma kinux qed jassorbu l-miżuri anti-dumping fis-seħħ matul il-perjodu attwali ta’ investigazzjoni. Din il-possibbiltà hija miftuħa għall-produtturi/esportaturi tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat fiċ-Ċina, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
‘2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju anti- dumping definittiv |
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |
Fuzhou Fuhua Textile & Printing Dyeing Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Fuzhou Ta-Tung Textile Works Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Hangzhou De Licacy Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Nantong Teijin Co. Ltd |
14,1 % |
A617 |
Shaoxing County Jiade Weaving and Dyeing Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Wujiang Longsheng Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Wujiang Xiangsheng Textile Dyeing & Finishing Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Shaoxing Zhengda Group Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Far Eastern Industries (Shanghai) Ltd |
14,1 % |
A617 |
Zhejiang Yonglong Enterprises Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Zhuji Bolan Textile Industrial Development Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Zhejiang Shaoxing Tianyuan Textile Printing and Dyeing Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Zhejiang XiangSheng Group Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Hangzhou ZhenYa Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Huzhou Styly Jingcheng Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Hangzhou Yongsheng Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Zhejiang Shaoxing Yongli Printing and Dyeing Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Hangzhou Hongfeng Textile Group Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Shaoxing Yinuo Printing & Dyeing Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Shaoxing Ancheng Cloth Industrial Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Hangzhou Jieenda Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Hangzhou Mingyuan Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Hangzhou Yililong Textile Co., Ltd |
14,1 % |
A617 |
Zheijiang Singmetat Print and Dyeing Co. Ltd |
56,2 % |
A836 |
Hangzhou CaiHong Textile Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Hangzhou Fuen Textile Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Hangzhou Jinsheng Textile Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Hangzhou Shenda Textile Co., Ltd |
28,2 % |
A837 |
Hangzhou Xiaoshan Phoenix Industry Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Hangzhou Zhengda Textile Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Shaoxing China Light & Textile Industrial City Somet Textile Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Shaoxing County Fengyi Textile Printing & Dyeing Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Shaoxing County Huaxiang Textile Co., Ltd |
45,3 % |
A619 |
Shaoxing County Pengyue Textile Co., Ltd |
28,2 % |
A837 |
Shaoxing County Qing Fang Cheng Textiles Imp. & Exp. Co., Ltd |
52,5 % |
A621 |
Xingxin Holding Group Co., Ltd |
28,2 % |
A837 |
Shaoxing Golden tree silk Printing Dyeing and Sandwashing Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Shaoxing Nanchi Textile Printing-Dyeing Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Shaoxing Ronghao Textiles Co., Ltd |
52,5 % |
A620 |
Shaoxing Tianlong Import and Export Co., Ltd |
65 % |
A622 |
Shaoxing Xinghui Textile Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Shaoxing Yongda Textiles Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Wujiang Canhua Imp. & Exp. Co., Ltd |
74,8 % |
A618 |
Zhejiang Golden Time Printing and Dyeing knitwear Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Zhejiang Huagang Dyeing and Weaving Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Zhejiang Shaoxiao Printing and Dyeing Co., Ltd |
55,7 % |
A623 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
74,8 % |
A999 ’ |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17.
(2) ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1.
(3) ĠU C 320, 28.12.2006, p. 8.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1088/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
85,6 |
TR |
88,6 |
|
XK |
55,1 |
|
XS |
36,3 |
|
ZZ |
66,4 |
|
0707 00 05 |
JO |
151,2 |
MK |
29,6 |
|
TR |
136,6 |
|
ZZ |
105,8 |
|
0709 90 70 |
IL |
51,9 |
TR |
111,0 |
|
ZZ |
81,5 |
|
0805 50 10 |
AR |
65,0 |
UY |
83,0 |
|
ZA |
73,7 |
|
ZZ |
73,9 |
|
0806 10 10 |
IL |
65,2 |
TR |
113,5 |
|
ZZ |
89,4 |
|
0808 10 80 |
AU |
215,7 |
CL |
81,4 |
|
CN |
79,8 |
|
NZ |
93,3 |
|
US |
96,9 |
|
ZA |
69,5 |
|
ZZ |
106,1 |
|
0808 20 50 |
CN |
61,1 |
TR |
117,6 |
|
ZA |
106,2 |
|
ZZ |
95,0 |
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
158,7 |
US |
194,7 |
|
ZZ |
176,7 |
|
0809 40 05 |
BA |
49,8 |
IL |
111,5 |
|
TR |
107,3 |
|
ZZ |
89,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1089/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 812/2007 għal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 812/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-31 ta’ Diċembru 2007 huma inferjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta' l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità allokata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqu l-ebda applikazzjonijiet għall-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 812/2007, fil-kuntest tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4170, u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008, huma ta' 1 516 625 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 182, 12.7.2007, p. 7.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1090/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007 għall-ftuħ u sabiex tiġi pprovduta l-amministrazzjoni għall-kwota tat-tariffa fuq l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal li joriġina mill-Kanada (2), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 979/2007 fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni għall-prodotti tal-laħam tal-majjal. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007 ma jkoprux il-kwantità totali disponibbli. Il-kwantitajiet ta' l-applikazzjonijiet li ma sarux għandhom għalhekk jiġu determinati u dawn għandhom jingħaddu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu sussegwenti tal-kwota, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma nħarġux liċenzji ta' importazzjoni taħt il-kwota 09.4204 skond ir-Regolament (KE) Nru 979/2007, u li għandhom jingħaddu mas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008, huma ta' 2 312 000 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1091/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imdaħħla matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 ta' l-10 ta' Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 806/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2007 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 806/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2008, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 181, 11.7.2007, p. 3.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Nru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.10.2007-31.12.2007 (f' %) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.1.2008-31.3.2008 (f' kg) |
G2 |
09.4038 |
8 521 375 |
|
G3 |
09.4039 |
1 851 000 |
|
G4 |
09.4071 |
1 501 000 |
|
G5 |
09.4072 |
3 080 500 |
|
G6 |
09.4073 |
7 533 500 |
|
G7 |
09.4074 |
2 386 956 |
(1) Bla applikazzjoni: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Bla applikazzjoni: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1092/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tar-ross (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2021/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Istati Afrikani, mill-Karibew u mill-Paċifiku (AKP) u mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCT) (3), u partikolarment l-Artikolu 15(1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2021/2006 stabbilixxa kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta’ 160 000 tunnellata ta’ ross, espressi fl-ekwivalenti ta’ ross imqaxxar, li minnhom 125 000 tunnellata joriġinaw mill-Istati AKP (numru tas-serje 09.4187), 25 000 tunnellata joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u minn Aruba (numru tas-serje 09.4189) u 10 000 tunnellata joriġinaw mill-OCT l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190), u kwota tariffarja annwali ta’ ross miksur li joriġina mill-Istati AKP ta’ 20 000 tunnellata (numru tas-serje 09.4188). |
(2) |
Għal dawn il-kwoti, previsti fil-punti (a), (b), (ċ) u (d) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006, it-tielet subperjodu jikkorrispondi għax-xahar ta’ Settembru. |
(3) |
Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 17(a) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006, jirriżulta li għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4187 l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol tax-xahar ta’ Settembru 2007, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13, jeċċedu l-kwantità ekwivalenti għal ross imqaxxar, superjuri għal dik disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantità mitluba. |
(4) |
Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 – 09.4190, it-talbiet imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol tax-xahar ta’ Settembru 2007, skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux il-kwantità ekwivalenti għal ross imqaxxar il-kwantità disponibbli. |
(5) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni ta’ ross li jaqgħu fl-ambitu tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4187 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006, imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2007, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet totali disponibbli, fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4187 – 09.4188 – 09.4189 – 09.4190, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 61.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta’ settembru 2007 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) nru 2021/2006:
Oriġini/Prodott |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Settembru 2007 |
Kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta’ Ottubru 2007 (f’kg) |
||
AKP (l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006) |
09.4187 |
22,998530 % |
0 |
||
|
|
|
|
||
AKP (l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006) |
09.4188 |
— (3) |
348 241 |
||
|
|
|
|
||
OCT (l-Artikoli 8 u 9(1)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006) |
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
09.4189 |
— (2) |
6 133 001 |
||
|
09.4190 |
— (1) |
10 000 000 |
(1) Ma japplikax il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dan is-subperjodu : il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli. l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.
(3) Ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1093/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
li jistipula l-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni mressqa fil-kuntest tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 964/2007 għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 (3), għas-sena tas-suq 2007/2008 fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 5 821 tunnellata ta' ross tal-kodiċi NM 1006 espressa bħala ekwivalenti ta' ross imqaxxar u li joriġina mill-pajjiżi l-inqas żviluppati (numru tas-serje 09.4177). |
(2) |
Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 964/2007, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ddeterminat f'liema miżura jistgħu jinħarġu liċenzji, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 980/2005, mill-kwota għas-sena tas-suq 2007/2008 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 964/2007, imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 iwassal għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba skond koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 21,066830 %.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 213, 15.8.2007, p. 26.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1094/2007
tad-19 ta’ Settembru 2007
li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati. |
(3) |
Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.
(3) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)
(4) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 842/2007 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 17).
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95
“ANNESS I
Kodici NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Prezz rappreżentattiv (EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati |
112,5 |
0 |
01 |
99,8 |
0 |
02 |
||
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati |
116,4 |
1 |
01 |
102,8 |
5 |
02 |
||
143,2 |
0 |
03 |
||
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati |
214,0 |
26 |
01 |
246,4 |
16 |
02 |
||
347,6 |
0 |
03 |
||
0207 14 60 |
Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati |
105,4 |
11 |
01 |
149,0 |
0 |
03 |
||
0207 27 10 |
Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati |
307,3 |
0 |
01 |
353,0 |
0 |
03 |
||
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ) |
231,3 |
17 |
01 |
124,5 |
63 |
02 |
(1) Oriġini ta' l-importazzjonijiet:
01 |
Il-Brażil |
02 |
L-Arġentina |
03 |
Iċ-Ċilì.” |
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1095/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li l-Kummissjoni twettaq programm ta’ xogħol għall-eżaminazzjoni gradwali tas-sustanzi attivi fis-suq minn sentejn wara d-data tan-notifika permezz ta’ din id-Direttiva. Dan il-programm għadu għaddej. |
(2) |
It-tieni u t-tielet stadju ta’ xogħol huma stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 tat-28 ta’ Frar 2000 li jistipola r-regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ xogħol li jissemmew fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni 1490/2002 ta’ l-14 ta’ Awissu 2002 li jistipola regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (3). Ir-raba' stadju tax-xogħol huwa stipulatstipulat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 li jistipola regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). |
(3) |
Ħafna mis-sustanzi fit-tielet u r-raba' stadji għadhom fil-fażi ta’ valutazzjoni. Jidher neċessarju li jitħaffef il-proċess ta’ l-eżaminazzjoni. Skond jekk sustanza tkunx diġà qed tiġi rriveduta minn esperti jew le, għal ċertu aspetti tal-proċedura, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet differenti. |
(4) |
Biex jitħaffef il-proċess ta’ eżaminazzjoni il-workflow tar-reviżjoni inter pares kif ukoll ir-relazzjoni bejn in-notifikanti, l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) u l-Kummissjoni u l-obbligi ta’ kull parti għall-implimentazzjoni tal-programm għandom jiġu adattati mingħajr ma jsir ħsara lil-livell tas-sikurezza għas-saħħa u għall-ambjent. |
(5) |
Ir-riżorsi ta’ l-EFSA għandhom jintużaw b'mod effiċenti. Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li s-sustanzi attivi ikkonċernati jikkonformaw mal-kriterji li jissemmew fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414/KEE, u b'mod partikolari ma jkollhom l-ebda effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew ebda influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, dik is-sustanza għandha tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Tali każijiet ċari ma jirrikjedux konsulenza xjentifika fid-dettall mill-EFSA qabel ma s-sustanza tiġi inkluża fl-Anness I. Madanakollu l-EFSA għandha twassal l-opinjoni tagħha iktar tard dwar dawk is-sustanzi, partikolarment sabiex taċċerta li jkun hemm avviċinament armonizzat meta l-Istati Membri japplikaw il-prinċipji uniformi fuq il-valutazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet. Kontrarjament fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li sustanza attiva jkollha effetti ta’ ħsara, il-Kummissjoni mhux obbligata li jkollha konferma ta’ din is-sitwazzjoni ċara, b'hekk għandha jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar in-non-inklużjoni mingħajr ma tikkonsulta l-EFSA. |
(6) |
L-EFSA għandha tiffoka fuq każijiet fejn id-dubji li jifdal għandhom jiġu indirizzati qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ non-inklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata. |
(7) |
Sabiex jitħaffu iktar il-proċeduri, għandu jkun possibbli li jingħata perjodu itwal ta’ rtirar fil-keżijiet fejn ikun hemm jifdal tali dubji u n-notifikanti jiftiehmu li jirtiraw l-appoġġ tagħhom għall-inklużjoni tas-sustanza attiva. Din il-proċedura m'għandhiex tapplika fil-każijiet fejn ma jkun hemm ebda indikazzjoni ċara li s-sustanza hija ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew bi kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent. |
(8) |
Sabiex jiġu identifikati l-każi fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari dwar sustanza li ma jkollha l-ebda effett ta’ ħsara jew, kontrarjament, sustanza li jkollha tali effetti, il-kriterji għandhom jiġu spjegati b'mod ċar. |
(9) |
Sabiex jaċċertaw li l-iskadenzi għall-valutazzjoni jintlaħqu, u jiġi aċċertat l-istess trattament ta’ kull notifikant, il-leġiżlazzjoni kurrenti tipprovdi li n-notifikanti ma jistgħux iressqu studji ġodda wara ċertu stadju ta’ valutazzjoni, ħlief għal ċertu eċċezzjonijiet. Dan il-prinċipju ġenerali għandu jinżamm, iżda jixraq li jiġi ċċarat meta n-notifikanti jistgħu jressqu l-informazzjoni ġdida li ma tkunx studju. |
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1490/2002 u r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1490/2002
Regolament (KE) Nru 1490/2002 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 11 u 12 huma mibdula b'dan li ġej: ‘Artikolu 11 Il-wasla ta’ u l-aċċess għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni 1. Wara li tirċievi l-fajl ta’ sommarju aġġornat u l-abbozz tar-rapport ta’ stima li jissemma fl-Artikolu 10(1) l-EFSA għandha, fi żmien 30 jum, tgħarraf lill-Istat Membru relatur bil-wasla ta’ dak ir-rapport. F'każi eċċezzjonali fejn l-abbozz tar-rapport ta’ stima ma jissodisfax biċ-ċar il-kondizzjonijiet rigward il-format rakkomandat mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel ma’ l-EFSA u ma’ l-Istat Membru relatur dwar perjodu ta’ tressiq mill-ġdid ta’ rapport emendat. Dan il-perjodu ma għandux ikun itwal minn xahrejn. 2. L-EFSA għandha mingħajr dewmien tikkomunika l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lin-notifikanti fejn jiġi ssettjat perjodu ta’ mhux iktar minn xahrejn għat-tressiq tal-kummenti minn dawk l-Istati Membri u n-notifikanti. Hi għandha tiġbor flimkien il-kummenti li tirċievi, inklużi l-kummenti disponibbli mill-EFSA, u tressaqhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lin-notifikanti. 3. L-EFSA għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq talba speċifika jew iżżomm għad-dispożizzjoni għall-konsultazzjoni ta’ kull persuna dan li ġej:
Artikolu 11a Eżaminazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, teżamina l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru relatur u l-kummenti li waslu minn Stati Membri oħrajn, mill-EFSA u min-notifikanti bi qbil ma’ l-Artikolu 11(2). Artikolu 11b Sustanza attiva b'indikazzjonijiet ċari li dawn m'għandhom l- ebda effetti ta’ ħsara Jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li jista' jkun mistenni li s-sustanza attiva m'għandha l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent, kif inhu stipulat fl-Anness V, l-Artikolu 12(1)(a) u (2)(a) għandhom japplikaw. Artikolu 11ċ Konsultazzjoni ma’ l-EFSA 1. Fejn ma japplikax l-Artikolu 11b, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin matul il-valutazzjoni, titlob lill-EFSA sabiex twettaq reviżjoni minn esperti dwar l-abbozz sħiħ tar-rapport ta’ valutazzjoni jew tiffoka fuq punti speċifiċi inklużi punti relatati mal-kriterji stipulati fl-Anness VI. L-EFSA għandha torganizza konsultazzjoni ma’ esperti ta’ Stati Membri inkluż l-Istat Membru relatur. Meta l-Kummissjoni titlob lill-EFSA biex twettaq reviżjoni sħiħa minn esperti, l-EFSA għandha twassal il-konklużjonijiet tagħha mhux iktar tard minn sitt xhur wara r-rikjesta. Fejn il-Kummissjoni ma titlobx reviżjoni sħiħa minn esperti, iżda konklużjoni biss dwar punti speċifiċi, il-perjodu għandu jitnaqqas għal tliet xhur. It-tressiq tal-konklużjonijiet għandu f'kull każ isir mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008. 2. Jekk matul il-perjodu ta’ reviżjoni ikun hemm indikazzjonijiet ċari li sustanza attiva hija mistennija li jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VI, l-EFSA għandha tinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni kif jissemma fl-Artikolu 11f. 3. Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar programm għall-ħruġ tal-konklużjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat il-pjan ta’ xogħol. Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar il-format li fih jintbagħtu l-konklużjonijiet ta’ l-EFSA. Artikolu 11d Tressiq ta’ informazzjoni addizzjonali wara li jkun tressaq l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-EFSA 1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/EEC, is-sottomissjoni ta’ l-istudji ġodda ma għandhiex tiġi aċċettata. 2. Fejn l-EFSA tikkunsidra li informazzjoni addizzjonali min-notifikant hija meħtieġa sabiex jikkonforma mar-rikjesta li saret mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11ċ, l-Istat Membru relatur għandu jagħmel rikjesta għal dik l-informazzjoni. Tali rikjesti għandhom isiru espliċitament bil-miktub, fejn jiġi ssettjat għal xahar il-perjodu taż-żmien għat-tressiq. Dan m'għandux jikkonċerna t-tressiq ta’ studji ġodda. L-Istat Membru relatur għandu jinforma bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFSA b'tali rikjesti. L-Istat Membru relatur għandu, fi żmien xahar wara li jkun irċieva tali informazzjoni, jivvaluta l-informazzjoni li rċieva u jibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-EFSA. 3. L-informazzjoni mressqa min-notifikant li ma tkunx ġiet ivverifikata, jew li ma tkunx tressqet qabel tmiem il-perjodu taż-żmien li jissemma fil-paragrafu 2, mhux qed tittieħed in konsiderazzjoni sakemm din l-informazzjoni tkun tressqet bi qbil ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE. Meta l-Istat Membru relatur, skond il-paragrafu 1 jew l-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jirrifjuta li jikkunsidra l-istudji jew l-informazzjoni li rċieva min-notifikant, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-EFSA u jindika r-raġunijiet għal tali rifjut. Artikolu 11e L-irtirar min-notifikant Fejn l-Artikolu 11b ma japplikax, in-notifikant jista' jirtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li jissemma fl-Artikolu 11 (2). Artikolu 11f Sustanza attiva li għaliha jinsabu indikazzjonijiet ċari ta’ effetti ta’ ħsara Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li hu mistenni li s-sustanza attiva jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VI, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni ta’ non-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bi qbil ma’ l-Artikolu 12(1)(a) u (2)(b) ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 12 Preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ direttiva jew abbozz ta’ deċiżjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat abbozz ta’ reviżjoni sa mhux iktar minn sitt xhur wara
2. Flimkien ma’ l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat:
Id-Direttiva jew Deċiżjoni għandha tiġi adottata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. 3. Permezz tad-deroga mill-punti (b) tal-paragrafu 2, id-data finali għal Stat Membru li jirtira l-awtorizzazzjoniiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2010 fil-każ imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 sakemm il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li s-sustanza tissodisfa l-kriterji ta’ l-Anness VI, jekk jixraq wara konsultazzjoni ma’ l-EFSA. Artikolu 12a Opinjoni ta’ l-EFSA. Meta sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE skond l-Artikolu 11b ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-EFSA sabiex twassal l-opinjoni tagħha permezz ta’ abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. L-Istati Membri u n-notifikanti għandhom jikkooperaw ma’ l-EFSA u mal-Kummissjoni. Sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar tax-xogħol, il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar skeda ta’ żmien għall-opinjoni ta’ l-EFSA dwar abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni u dwar il-format li bih għandha titressaq tali opinjoni.’ |
(2) |
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 qed jiġu emendati f'konformità ma’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2229/2004
Regolament (KE) Nru 2229/2004 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 24 u 25 huma mibdula b'dan li ġej: ‘Artikolu 24 Il-wasla ta’ u l-aċċess għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni 1. Wara li tirċievi l-fajl ta’ sommarju aġġornat u l-abbozz tar-rapport ta’ stima li jissemma fl-Artikolu 21(1) jew l-Artikolu 22(1) l-EFSA għandha, fi żmien 30 jum, tgħarraf lill-Istat Membru relatur bil-wasla ta’ dak ir-rapport. F'każi eċċezzjonali fejn l-abbozz tar-rapport ta’ stima ma jissodisfax biċ-ċar il-kondizzjonijiet rigward il-format rakkomandat mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel ma’ l-EFSA u ma’ l-Istat Membru relatur dwar perjodu ta’ tressiq mill-ġdid ta’ rapport emendat. Dan il-perjodu ma għandux ikun itwal minn xahrejn. 2. L-EFSA għandha mingħajr dewmien tikkomunika l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lin-notifikanti fejn jiġi ssettjat perjodu ta’ mhux iktar minn xahrejn għat-tressiq tal-kummenti minn dawk l-Istati Membri u n-notifikanti. Hi għandha tiġbor flimkien il-kummenti li tirċievi, inklużi l-kummenti disponibbli mill-EFSA, u tressaqhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lin-notifikanti. 3. L-EFSA għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq talba speċifika jew iżżomm għad-dispożizzjoni għall-konsultazzjoni ta’ kull persuna dan li ġej:
Artikolu 24a Valutazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, teżamina l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru relatur u l-kummenti li waslu minn Stati Membri oħrajn, mill-EFSA u min-notifikanti bi qbil ma’ l-Artikoli 24(2). Artikolu 24b Sustanzi attivi b'indikazzjonijiet ċari li dawn m'għandhom l-ebda effetti ta’ ħsara Jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li jista' jkun mistenni li s-sustanza attiva m'għandha l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent, kif inhu stipulat fl-Anness VI, Artikolu 25(1)(a) u (2)(a) għandhom japplikaw. Artikolu 24ċ Konsultazzjoni ma’ l-EFSA 1. Fejn ma japplikax l-Artikolu 24b, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin matul il-valutazzjoni, titlob lill-EFSA sabiex twettaq reviżjoni minn esperti dwar l-abbozz sħiħ tar-rapport ta’ valutazzjoni jew tiffoka fuq punti speċifiċi inklużi punti relatati mal-kriterji stipulati fl-Anness VII. L-EFSA għandha torganizza konsultazzjoni ma’ esperti ta’ Stati Membri inkluż l-Istat Membru relatur. Meta l-Kummissjoni titlob lill-EFSA biex twettaq reviżjoni sħiħa minn esperti, l-EFSA għandha twassal il-konklużjonijiet tagħha mhux iktar tard minn sitt xhur wara r-rikjesta. Fejn il-Kummissjoni ma titlobx reviżjoni sħiħa minn esperti, iżda konklużjoni biss dwar punti speċifiċi, il-perjodu għandu jitnaqqas għal tliet xhur. It-tressiq tal-konklużjonijiet għandu f'kull każ isir mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008. 2. Jekk matul il-perjodu ta’ reviżjoni ikun hemm indikazzjonijiet ċari li sustanza attiva hija mistennija li jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VII, l-EFSA għandha tinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni kif jissemma fl-Artikolu 24f. 3. Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar programm għall-ħruġ tal-konklużjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat il-pjan ta’ xogħol. Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar il-format li fih jintbagħtu l-konklużjonijiet ta’ l-EFSA. Artikolu 24d Tressiq ta’ informazzjoni addizzjonali wara li jkun tressaq l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-EFSA 1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/EEC sottomissjoni ta’ l-istudji ġodda ma għandhiex tiġi aċċettata. 2. Fejn l-EFSA tikkunsidra li informazzjoni addizzjonali min-notifikant hija meħtieġa sabiex tikkonforma mar-rikjesta li saret mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24ċ, l-Istat Membru relatur għandu jagħmel rikjesta għal dik l-informazzjoni. Tali rikjesti għandhom isiru espliċitament bil-miktub, fejn jiġi ssettjat għal xahar il-perjodu taż-żmien għat-tressiq. Dan m'għandux jikkonċerna t-tressiq ta’ studji ġodda. L-Istat Membru relatur għandu jinforma bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFSA b'tali rikjesti. L-Istat Membru relatur għandu, fi żmien xahar wara li jkun irċieva tali informazzjoni, jivvaluta l-informazzjoni li rċieva u jibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-EFSA. 3. L-informazzjoni mressqa min-notifikant li ma tkunx ġiet ivverifikata, jew li ma tkunx tressqet qabel tmiem il-perjodu taż-żmien li jissemma fil-paragrafu 2, mhux qed tittieħed in konsiderazzjoni sakemm din l-informazzjoni tkun tressqet bi qbil ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE. Meta l-Istat Membru relatur, skond il-paragrafu 1 jew l-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jirrifjuta li jikkunsidra l-istudji jew l-informazzjoni li rċieva min-notifikant, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-EFSA u jindika r-raġunijiet għal tali rifjut. Artikolu 24e L-irtirar min-notifikant Fejn l-Artikolu 24b ma japplikax, in-notifikant jista' jirtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li jissemma fl-Artikolu 24 (2). Artikolu 24f Sustanza attiva li għaliha jinsabu indikazzjonijiet ċari ta’ effetti ta’ ħsara Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li hu mistenni li s-sustanza attiva jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VII il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni ta’ non-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bi qbil ma’ l-Artikolu 25(1)(a) u (2)(b) ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 25 Preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ direttiva jew abbozz ta’ deċiżjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat abbozz ta’ reviżjoni sa mhux iktar minn sitt xhur wara
2. Flimkien ma’ l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat:
Id-Direttiva jew Deċiżjoni għandha tiġi adottata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. 3. Permezz tad-deroga mill-punti (b) tal-paragrafu 2, id-data finali għal Stat Membru li jirtira l-awtorizzazzjoniiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2010 fil-każ imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 sakemm il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li s-sustanza tissodisfa l-kriterji ta’ l-Anness VII, jekk jixraq wara konsultazzjoni ma’ l-EFSA. Artikolu 25a Opinjoni ta’ l-EFSA Meta sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE skond l-Artikolu 24b ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-EFSA sabiex twassal l-opinjoni tagħha permezz ta’ abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. L-Istati Membri u n-notifikanti għandhom jikkooperaw ma’ l-EFSA u mal-Kummissjoni. Sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar tax-xogħol, il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar skeda ta’ żmien għall-opinjoni ta’ l-EFSA dwar abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni u dwar il-format li bih għandha titressaq tali opinjoni.’ |
(2) |
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 qed jiġu emendati f'konformità ma’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet tranżitorji għar-Regolament (KE) Nru 1490/2002
1. Fir-rigward tas-sustanzi attivi li għalihom fid-data għad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-EFSA ressqet il-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1490/2002, kif fil-fatt kien jidher qabel l-emenda tiegħu permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jkompli japplika.
2. Fir-rigward tas-sustanzi attivi li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni mill-Istat Membru relatur kien intbagħat lill-EFSA iżda li għalih l-EFSA ma kinitx ressqet il-konklużjonijet tagħha lill-Kummissjoni, permezz tad-deroga mill-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika jekk jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet:
(a) |
L-Arikolu 11b ma japplikax u wieħed mill-każi li ġejjin huwa preżenti:
|
(b) |
in-notifikant jinforma lill-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet tranżitorji għar-Regolament (KE) Nru 2229/2004
Fir-rigward tas-sustanzi attivi li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni mill-Istat Membru relatur kien intbagħat lill-EFSA iżda li għalih l-EFSA ma kinitx ressqet il-konklużjonijet tagħha lill-Kummissjoni, permezz tad-deroga mill-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika jekk jiġu sodisfatti iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
L-Arikolu 24b ma japplikax u wieħed mill-każi li ġejjin huwa preżenti:
|
(b) |
in-notifikant jinforma lill-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).
(3) ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1744/2004 (ĠU L 311, 8.10.2004, p. 23).
(4) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2007 (ĠU L 151, 13.6.2007, p. 26).
ANNESS I
Emendi għall-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002
Wara l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 l-Annessi li ġejjin huma miżjuda bħala l-Annessi V u VI:
ANNESS V
Kriterju għal indikazzjonijiet ċari dwar l-ebda effetti ta' ħsara
Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 11b, meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li din hi mistennija li ma jkollha l-ebda effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent jekk ikun hemm konformità mal-kriterji kollha stipulati fil-punti (1) u (2).
(1) Is-sustanza attiva tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
(a) |
mhijiex ikklassifikata jew proposta għall-klassifikazzjoni bħala C (effetti karċinoġeniċi) M (effetti mutaġeniċi) R (riproduzzjoni tossika) fil-kategoriji 1, 2 jew 3 bi qbil mad-Direttiva 67/548/KEE; |
(b) |
mhux rikjesta jew, jekk huwa meħtieġ, ADI (Konsum Aċċettabbli ta' Kuljum), AOEL (Livell ta' Esponiment għall-Operatur Aċċettabbli) u ARfD (Doża Akuta ta' Referenza) jistgħu jiġu stabbiliti skond il-fattur ta' valutazzjoni standard ta' 100; |
(c) |
mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li għandha potenzjal li tilħaq il-kriterji ta' aġent ta' tniġġis organiku persistenti kif stipulat fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 (*); |
(d) |
mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li jkollha l-potenzjal li tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 (**). |
(2) Ta' l-anqas użu rappreżentattiv wieħed tas-sustanza attiva jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
l-esponiment għall-operatur huwa ta' valur ta' 75 % jew inqas ta' l-AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli huwa xieraq biex jappoġġa l-użu u l-iktar jintużaw l-ingwanti bħala tagħmir ta' protezzjoni personali (PPE); |
(b) |
esponiment għall-persuna fil-qrib u esponiment għall-ħaddiem ikun ta' valur ta' 75 % jew inqas ta' l-AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għal-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli ikun xieraq għall-użu appoġġat u mingħajr l-użu tal-PPE; |
(c) |
l-esponiment għall-konsumatur ikun ta' valur ta' 75 % jew inqas ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa neċessarjament stabbilit) fi kwalunkwe dieta tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għas-sustanza attiva (mingħajr l-ebda raffinar speċjali); |
(d) |
il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun inqas minn 0.1 μg/l ta' l-anqas f'nofs ix-xenarji li huma kkunsidrati bħala xierqa għall-użu intenzjonat, jew fil-lysimeter rilevanti/studji fuq il-post, għas-sustanza oriġinali kif ukoll il-prodotti metaboliċi rilevanti; |
(e) |
żoni ta' buffer għall-protezzjoni ta' l-ambjent ma jkunux ikbar minn 30m mingħajr ebda miżuri oħra ta' trażżin tar-riskji (eż nozzles li jnaqqsu d-drift); |
(f) |
ir-riskju għall-organiżmi li mhumiex fil-mira huwa aċċettabbli skond raffinar ta' standard. |
ANNESS VI
Kriterju għall-indikazzjonijiet ċari dwar effetti ta' ħsara
Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 11f, fir-rigward li jkun hemm indikazzjonijiet ċari li skond id-data disponibbli, u li huma vvalutati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11d, hu mistenni li din ikollha effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ilma tal-pjan jekk wieħed jew ieħor mill-kriterji fil-punt (1) jew wieħed mill-kriterji fil-punt (2) huma milħuqa.
(1) Fir-rigward tas-sustanza attiva, l-evidenza kurrenti mhijex suffiċenti li tippermetti t-twaqqif ta' ADI, ARfD jew ta' AOEL u tali valuri huma meħtieġa sabiex jippermettu s-seħħ ta' valutazzjoni tar-riskju tal-konsumatur u ta' l-operatur.
(2) Fir-rigward ta' kull użu rappreżentattiv appoġġat, mhux inqas minn wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu:
(a) |
l-esponiment għall-operatur huwa ogħla minn 100% ta' l-AOEL f'kull xenarju ta' mudell flimkien ma' l-użu ta' PPE/RPE (Tagħmir ta' Protezzjoni Personali/Tagħmir ta' Protezzjoni Respiratorju), fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika wkoll li l-AOEL għandu jinqabeż taħt kondizzjonijiet normali ta' użu; |
(b) |
l-esponiment għall-persuna li tkun fil-qrib ikun ogħla minn 100 % l-AOEL f'xenarji ta' mudell, fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' l-esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika li l-AOEL għandu jkun ogħla għal dawn il-gruppi taħt kondizzjonijiet normali ta' użu; |
(c) |
l-esponiment għall-konsumatur ikun ogħla minn 100 % ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa meħtieġ) ta' l-anqas f'dieta waħda tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għas-sustanza attiva; |
(d) |
il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun ta' valur ta' jew ogħla minn 0.1 μg/l f'kull xenarju ta' mudell għas-sustanza oriġinali jew għall-prodotti metaboliċi rilevanti. |
(*) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.
(**) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
ANNESS II
Emendi għall-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004
Wara l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Annessi li ġejjin huma miżjuda bħala l-Annessi VI u VII:
ANNESS VI
Kriterju għal indikazzjonijiet ċari dwar l-ebda effetti ta' ħsara
Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 24b, meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li din hi mistennija li ma jkollha l-ebda effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent jekk ikun hemm konformità mal-kriterji kollha stipulati fil-punti (1) u (2).
(1) Is-sustanza attiva tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
(a) |
mhijiex ikklassifikata jew proposta għall-klassifikazzjoni bħala Ċ (effetti karċinoġeniċi) M (effetti mutaġeniċi) R (riproduzzjoni tossika) fil-kategoriji 1, 2 jew 3 bi qbil mad-Direttiva 67/548/KEE; |
(b) |
mhijiex rikjesta jew, jekk huwa meħtieġ, ADI (Konsum Aċċettabbli ta' Kuljum), AOEL (Livell ta' Esponiment għall-Operatur Aċċettabbli) u ARfD (Doża Akuta ta' Referenza) jistgħu jiġu stabbiliti skond il-fattur ta' valutazzjoni standard ta' 100; |
(ċ) |
mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li għandha potenzjal li tilħaq il-kriterji ta' aġent ta' tniġġis organiku persistenti kif stipulat fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 (*); |
(d) |
mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li jkollha l-potenzjal li tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 (**). |
(2) Ta' l-anqas użu rappreżentattiv wieħed tas-sustanza attiva jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
l-esponiment għall-operatur huwa inqas jew valur ta' 75 % ta' l-AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli huwa xieraq biex jappoġġa l-użu u l-iktar jintużaw l-ingwanti bħala tagħmir ta' protezzjoni personali (PPE); |
(b) |
esponiment għall-persuna fil-qrib u esponiment għall-ħaddiem ikun inqas jew valur ta' 75 % AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għal-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli ikun xieraq għall-użu appoġġat u mingħajr l-użu tal-PPE; |
(ċ) |
l-esponiment għall-konsumatur ikun inqas jew valur ta' 75 % ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa neċessarjament stabbilit) fi kwalunkwe dieta tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għa-sustanza attiva (mingħajr l-ebda raffinar speċjali); |
(d) |
il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun inqas minn 0,1 μg/l ta' l-anqas f'nofs ix-xenarji li huma kkunsidrati bħala xierqa għall-użu intenzjonat, jew fil-lysimeter rilevanti/studji fuq il-post, għas-sustanza oriġinali kif ukoll il-prodotti metaboliċi rilevanti; |
(e) |
Żoni ta' buffer għall-protezzjoni ta' l-ambjent ma jkunux ikbar minn 30m mingħajr ebda miżuri oħra ta' trażżin tar-riskji (eż nozzles li jnaqqsu d-drift). |
(f) |
Ir-riskju għall-organiżmi li mhumiex fil-mira huwa aċċettabbli skond raffinar ta' standard. |
ANNESS VII
Kriterju għall-indikazzjonijiet ċari dwar effetti ta' ħsara
Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 24f, fir-rigward li jkun hemm indikazzjonijiet ċari li skond id-data disponibbli, u li ġew vvalutati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24d, hu mistenni li din ikollha effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ilma tal-pjan jekk wieħed jew ieħor mill-kriterji fil-punt (1) jew wieħed mill-kriterji fil-punt (2) huma milħuqa.
(1) Fir-rigward tas-sustanza attiva, l-evidenza kurrenti mhijex suffiċenti li tippermetti t-twaqqif ta' ADI, ARfD jew ta' AOEL u tali valuri huma meħtieġa sabiex jippermettu s-seħħ ta' valutazzjoni tar-riskju tal-konsumatur u ta' l-operatur.
(2) Fir-rigward ta' kull użu rappreżentattiv appoġġat, mhux inqas minn wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu:
(a) |
l-esponiment għall-operatur huwa ogħla minn 100 % ta' AOEL f'kull xenarju ta' mudell flimkien ma' l-użu ta' PPE/RPE (Tagħmir ta' Protezzjoni Personali/Tagħmir ta' Protezzjoni Respiratorju), fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika wkoll li l-AOEL għandu jinqabeż taħt kondizzjonijiet normali ta' użu; |
(b) |
l-esponiment għall-persuna li tkun fil-qrib ikun ogħla minn 100 % AOEL f'xenarji ta' mudell, fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' l-esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika li l-AOEL għandu jkun ogħla għal dawn il-gruppi taħt kondizzjonijiet normali ta' użu; |
(ċ) |
l-esponiment għall-konsumatur ikun ogħla minn 100 % ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa meħtieġ) ta' l-anqas f'dieta waħda tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għas-sustanza attiva; |
(d) |
il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun ta' valur jew ogħla minn 0,1 μg/l f'kull xenarju ta' mudell għas-sustanza oriġinali jew għall-prodotti metaboliċi rilevanti. |
(*) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.
(**) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1096/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti konta persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li fuqhom huwa impost l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-11 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-lista tal-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2007 (ĠU L 204, 4.8.2007, p. 5).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
Id-daħla “Kambale Kisoni (alias Dr Kisoni). Data tat-twelid: 24.5.1961. Post tat-twelid: Mulashe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża. Nru tal-passaport: C0323172. Informazzjoni oħra: Resident ta’ Butembo. Negozjant fid-deheb, is-sid ta’ Butembo Airlines u ta’ Congocom Trading House f’Butembo” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“Kisoni Kambale (alias (a) Dr Kisoni, (b) Kidubai, (ċ) Kambale Kisoni). Data tat-twelid: 24.5.1961. Post tat-twelid: Mulashe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża. Nru tal-passaport: C0323172. Informazzjoni oħra: (a) Negozjant fid-deheb, sid ta' Butembo Airlines u ta' Congocom Trading House f’Butembo (b) Miet fil-5.7.2007 f’Butembo, RDK.”
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1097/2007
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round. |
(2) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim. |
(3) |
Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni fid-19 ta’ Settembru 2007 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-15 ta' Novembru 2007, għaż-żoni ta' destinazzjoni 1) l-Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant, stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mis-16 sat-18 ta’ Settembru 2007 u li sas-16 ta' Novembru 2007 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mis-16 sat-18 to’ Settembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 55,94 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika, sal-limitu ta' 72,83 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 3) l-Ewropa tal-Lvant.
2. Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mid-19 ta’ Settembru 2007 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mill-21 ta’ Settembru 2007 huma sospiżi għaż-żoni 1) Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant sas-16 ta' Novembru 2007.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 560/2007 (ĠU L 132, 24.5.2007, p. 31).
(2) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Jannar 2007
dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni
(2007/614/Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond id-Direttivi tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, kif emendati mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2002, is-26 ta’ Novembru 2003 u l-25 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni mexxiet negozjati mal-Gvern taċ-Ċina, il-Gvern tal-Ġappun, il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja, il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar Ftehim għall-Istabbiliment ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER. |
(2) |
Fil-Laqgħa Ministerjali li saret f'Moska fit-28 ta’ Ġunju 2005, il-Partijiet fin-Negozjati ta’ l-ITER qablu li l-ITER kellu jinbena f'Cadarache. Qablu wkoll dwar dokument konġunt anness dwar ir-rwol ta’ l-entità ospitanti (Euratom) u dik mhux ospitanti (il-Ġappun) fil-Proġett ITER. |
(3) |
Skond id-dokument konġunt imsemmi hawn fuq u emendat mid-Direttivi tal-Kunsill, il-Kummissjoni wettqet negozjati mal-Gvern tal-Ġappun dwar Ftehim għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'. |
(4) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2006, waqt laqgħa f'Tokjo, ir-rappreżentanti ta’ l-Euratom u tal-Ġappun adottaw ir-Rapport Finali tan-Negozjati dwar il-Ftehim ta’ Approċċ Usa' li kkonferma t-tlestija tal-proċess tan-negozjati u rreġistra d-dokumenti sussidjarji mfassla mill-Euratom u mill-Ġappun. |
(5) |
Fit-22 ta’ Novembru 2006, ir-rappreżentanti ta’ l-Euratom u tal-Ġappun iffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' li tistabbilixxi dettalji rigward il-kontributi tal-Partijiet għall-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'. |
(6) |
Għandha tiġi approvata l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
1. B'dan hija approvata l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, għal u f'isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni.
2. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma’ din id-deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
P. STEINBRÜCK
FTEHIM
bejn il-Gvern tal-Gappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni
IL-GVERN TAL-ĠAPPUN u L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA (minn hawn 'il quddiem il-“EURATOM”), kollettivament imsemmija bħala “il-Partijiet”,
WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika fil-Qasam tal-Fużjoni Termonukleari Kkontrollata;
WARA LI KKUNSIDRAW id-“Dikjarazzjoni Konġunta tar-Rappreżentanti tal-Partijiet fin-Negozjati dwar l-ITER, fl-okkażjoni tal-Laqgħa Ministerjali għall-ITER, Moska, 28 ta’ Ġunju 2005”, u d-“Dokument Konġunt Ir-rwoli tal-Parti Ospitanti u ta’ dik Mhux Ospitanti għall-Proġett ITER” anness magħha (minn hawn 'il quddiem “id-Dokument Konġunt”) li fihom ġew stabbiliti l-prinċipji ewlenin għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa';
WARA LI KKUNSIDRAW “Id-Dikjarazzjoni Konġunta mir-Rappreżentanti tal-Gvern tal-Ġappun u l-EURATOM għall-implimentazzjoni konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', 22 ta’ Novembru 2006” (minn hawn 'il quddiem “id-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell”);
FILWAQT LI JFAKKRU l-kontributi tal-Partijiet għat-tħejjija għall-implimentazzjoni konġunta tal-Proġett ta’ l-ITER permezz ta’ l-Attivitajiet tad-Disinn ta’ l-Inġinerija għall-ITER u l-istabbiliment ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU r-rwol ta’ l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika fil-Proġett ta’ l-ITER u l-kollaborazzjoni tal-Partijiet fir-riċerka dwar il-fużjoni u l-oqsma ta’ żvilupp taħt l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija ta’ l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku;
XEWQANA LI FLIMKIEN jimplimentaw l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' b'appoġġ tal-Proġett ta’ l-ITER u realizzazzjoni bikrija ta’ l-enerġija mill-fużjoni għal finijiet paċifiċi fuq medda ta’ żmien kompatibbli mal-fażi ta’ kostruzzjoni ta’ l-ITER;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
KAPITOLU 1
INTRODUZZJONI
Artikolu 1
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jistabbilixxi qafas għal proċeduri u dettalji speċifiċi għall-implimentazzjoni konġunta ta’ attivitajiet ta’ approċċ usa' (minn hawn 'il quddiem “l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa”) b'appoġġ tal-Proġett ta’ l-ITER u tar-realizzazzjoni bikrija ta’ l-enerġija mill-fużjoni għal finijiet paċifiċi f'konformità mad-Dokument Konġunt.
Artikolu 2
Deskrizzjoni fil-Qosor ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'
1. L-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom jikkonsistu fit-tliet proġetti li ġejjin:
(a) |
il-proġett dwar l-Attivitajiet tal-Validazzjoni ta’ l-Inġinerija u tad-Disinn ta’ l-Inġinerija għall-Faċilità Internazzjonali għall-Irradjazzjoni ta’ Materjali għall-Fużjoni (minn hawn 'il quddiem “IFMIF/EVEDA”); |
(b) |
Il-proġett dwar iċ-Ċentru Internazzjonali għar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni (minn hawn 'il quddiem “IFERC”); u |
(ċ) |
il-proġett dwar il-Programm Satellitari Tokamak. |
2. F'konformità mad-Dokument Konġunt u abbażi tad-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell, l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom jiġu implimentati fuq medda ta’ żmien kompatibbli mal-fażi ta’ kostruzzjoni ta’ l-ITER.
3. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom ikunu hekk kif stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-prinċipji speċifiċi għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom ikunu hekk kif stabbiliti fl-Annessi I, II u III, li jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
KAPITOLU 2
L-ISTRUTTURA AMMINISTRATTIVA TA’ L-ATTIVITAJIET TA’ APPROĊĊ USA'
Artikolu 3
Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'
1. B'dan qed jiġi stabbilit kumitat ta’ tmexxija dwar l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat ta’ Tmexxija”) li, f'konformità ma’ dan il-Ftehim, għandu jkun responsabbli għad-direzzjoni u s-sorveljanza globali ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.
2. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiġi megħjun minn Segretarjat stabbilit skond l-Artikolu 4(1) (minn hawn 'il quddiem “is-Segretarjat”).
3. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu personalità ġuridika u fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ stati u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u fit-territorji tal-Partijiet għandu jgawdi tali kapaċità ġuridika li tista' tkun meħtieġa biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u jilħaq l-għanijiet tiegħu.
4. Kull Parti għandha taħtar għadd ugwali ta’ membri għall-Kumitat ta’ Tmexxija u tinnomina wieħed mill-membri maħturin tagħha bħala l-kap tad-delegazzjoni tagħha.
5. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, b'alternanza fl-Ewropa u fil-Ġappun, jew fi żminijiet u postijiet oħra miftiehma. Il-kap tad-delegazzjoni tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu jippresediha. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiltaqa' meta jiġi msejjaħ mill-president tiegħu.
6. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi b'kunsens.
7. In-nefqa tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Partijiet abbażi ta’ qbil reċiproku.
8. Il-funzjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jinkludu:
(a) |
ħatra tal-persunal tas-Segretarjat kif previst fl-Artikolu 4(1); |
(b) |
ħatra ta’ mexxej tal-proġett għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' kif previst fl-Artikolu 6(1) (minn hawn 'il quddiem “Mexxej(ja) tal-Proġett”); |
(ċ) |
approvazzjoni ta’ pjan tal-proġett, programm ta’ ħidma u rapport annwali għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' kif previst fil-Kapitolu 3 (minn hawn 'il quddiem “Pjan(ijiet) tal-Proġett”, “Programm(i) ta’ Ħidma” u “Rapport(i) Annwali” rispettivament); |
(d) |
approvazzjoni ta’ l-istruttura tat-tim tal-proġett kif previst fl-Artikolu 6(2) (minn hawn 'il quddiem “Tim(ijiet) tal-Proġett”); |
(e) |
ħatra fuq bażi annwali ta’ esperti li Parti tqegħidhom disponibbli għat-Timijiet tal-Proġett bħala parti mill-kontribut in natura tagħha kif previst fl-Artikolu 12(1)(a)(ii) (minn hawn 'il quddiem “l-Esperti”); |
(f) |
f'konformità ma’ l-Artikolu 25, id-deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe parti oħra għall-Ftehim dwar l-Istabbiliment ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ta’ l-ITER (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim ta’ l-ITER”) fi proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', u l-konklużjoni sussegwenti ta’ ftehim u arranġamenti ma’ dik il-parti dwar tali parteċipazzjoni; u |
(g) |
kwalunkwe funzjoni oħra li tista' tkun meħtieġa biex tidderieġi u tissorvelja l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'. |
Artikolu 4
Segretarjat
1. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi s-Segretarjat li għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Ġappun. Il-persunal tas-Segretarjat għandu jinħatar mill-Kumitat ta’ Tmexxija.
2. Is-Segretarjat għandu jgħin lill-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-funzjonijiet tas-Segretarjat għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat ta’ Tmexxija, u għandhom jinkludu:
(a) |
ir-riċeviment u t-trasmissjoni tal-komunikazzjonijiet uffiċjali tal-Kumitat ta’ Tmexxija; |
(b) |
tħejjija tal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija; |
(ċ) |
tħejjija ta rapporti amministrattivi u ta’ xorta oħra għall-Kumitat ta’ Tmexxija; u |
(d) |
twettiq ta’ kwalunkwe attività oħra skond ma jista' jiddeċiedi l-Kumitat ta’ Tmexxija. |
Artikolu 5
Kumitat tal-Proġett
1. Għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', il-Partijiet għandhom jistabbilixxu kumitat tal-proġett (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat tal-Proġett”).
2. Kull Parti għandha taħtar għadd ugwali ta’ membri għal kull Kumitat tal-Proġett.
3. Kull Kumitat tal-Proġett għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Sakemm il-Kumitat tal-Proġett ma jiddeċidix mod ieħor, huwa għandu jiltaqa' fil-Ġappun. Il-president ta’ kull Kumitat tal-Proġett għandu jiġi maħtur mill-Kumitat ta’ Tmexxija minn fost il-membri tal-Kumitat tal-Proġett.
4. Kull Kumitat tal-Proġett għandu jiddeċiedi b'kunsens.
5. Is-Segretarjat ta’ kull Kumitat tal-Proġett għandu jkun żgurat mill-Mexxej tal-Proġett rispettiv kif previst fl-Artikolu 6.
6. Il-funzjonijiet ta’ kull Kumitat tal-Proġett għandhom jinkludu:
(a) |
jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-abbozz tal-Pjanijiet tal-Proġett, il-Programmi ta’ Ħidma u r-Rapporti Annwali rispettivi biex il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat jippreżentahom lill-Kumitat ta’ Tmexxija f'konformità mal-Kapitolu 3; |
(b) |
jissorvelja l-progress tal-proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' kkonċernat, u jirrapporta dwaru; u |
(ċ) |
iwettaq kwalunkwe dmir ieħor taħt id-direzzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija. |
Artikolu 6
Mexxej tal-Proġett u t-Tim tal-Proġett
1. Għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', għandu jinħatar Mexxej tal-Proġett mill-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-Mexxej tal-Proġett għandu jkun responsabbli għall-koordinament ta’ l-implimentazzjoni tal-proġett kif speċifikat fl-Annessi I, II u III.
2. Fil-qadi tar-responsabbiltajiet u l-funzjonjiet tiegħu kull Mexxej tal-Proġett għandu jkun megħjun mit-Tim tal-Proġett rispettiv. Il-membri ta’ kull Tim tal-Proġett għandhom jinkludu l-Esperti u membri oħrajn bħal xjenzati viżitanti. L-istruttura ta’ kull Tim tal-Proġett għandha tiġi approvata mill-Kumitat ta’ Tmexxija fuq proposta tal-Mexxej tal-Proġett rispettiv.
3. Il-funzjonijiet ta’ kull Mexxej tal-Proġett għandhom jinkludu:
(a) |
jorganizza, jidderieġi u jissorvelja t-Tim tal-Proġett fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma; |
(b) |
iħejji l-Pjan tal-Proġett, il-Programm ta’ Ħidma u r-Rapport Annwali, u jippreżentahom lill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Proġett rispettiv; |
(ċ) |
jitlob lill-aġenzija ta’ l-implimentazzjoni maħtura mill-Gvern tal-Ġappun skond l-Artikolu 7(1) (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża”) biex toħroġ il-ħlas ta’ l-infiq b'appoġġ tat-Tim tal-Proġett rispettiv, f'konformità ma’ l-Artikolu 17; |
(d) |
iżomm kontijiet dwar il-kontribut ta’ kull Parti; |
(e) |
jiżgura s-Segretarjat tal-Kumitat tal-Proġett; u |
(f) |
jirrapporta lill-Kumitat tal-Proġett dwar il-progress tal-proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ l-Approċċ Usa' rispettiv. |
Artikolu 7
Aġenżiji ta’ l-Implimentazzjoni
1. Kull Parti għandha taħtar aġenzija ta’ l-implimentazzjoni biex taqdi l-obbligi tagħha għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' (minn hawn 'il quddiem “Aġenzija/i ta’ l-Implimentazzjoni”), partikolarment biex tagħmel disponibbli r-riżorsi għall-implimentazzjoni tagħhom. Jekk l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni ma jkunux għadhom inħatru anke wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom minnufih jikkonsultaw bejntiethom dwar kif jistgħu jsolvu l-kwistjoni.
2. L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tospita lit-Timijiet tal-Proġett, u għandha tagħmel disponibbli siti tax-xogħol inklużi uffiċċji, prodotti u servizzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu mit-Timijiet tal-Proġett skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I, II u III.
3. Soġġett għall-Artikolu 3(1), l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandu jkollha r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji miftiehma għall-ispejjeż operattivi kif ukoll tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta’ kull Tim tal-Proġett, allokati għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' f'konformità mal-Pjan tal-Proġett u l-Programm ta’ Ħidma rispettivi. Għall-fini tal-ġestjoni ta’ tali kontribuzzjonijiet finanzjarji, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha taħtar persuna li tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Partijiet. Il-funzjonijiet tagħha għandhom jinkludu:
a) |
issejjaħ biex il-Parti(jiet) jew l-Aġenzija/i ta’ l-Implimentazzjoni jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji f'konformità mal-Pjanijiet tal-Proġett u l-Programmi ta’ Ħidma; u |
b) |
iżżomm kontijiet separati tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', u li tħarishom, flimkien mal-kotba, reġistri jew dokumenti oħra kollha li jirrigwardaw l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal perijodu ta’ mhux anqas minn ħames snin wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim. |
4. L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tikseb il-permessi u l-liċenzji kollha previsti fil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Ġappun u li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.
KAPITOLU 3
STRUMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TA’ L-ATTIVITAJIET TA’ APPROĊĊ USA' U L-VERIFIKA FINANZJARJA
Artikolu 8
Pjan tal-Proġett
1. Kull Mexxej tal-Proġett, wara li jikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett rispettiv, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena għandu jippreżenta Pjan tal-Proġett tal-proġett rispettiv ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
2. Kull Pjan tal-Proġett għandu jkopri t-tul kollu ta’ tali proġett u għandu jiġi aġġornat regolarment. Huwa għandu:
(a) |
jagħti deskrizzjoni ġenerali ta’ l-attivitajiet inklużi skeda taż-żmien u l-fażijiet ewlenin għall-implimentazzjoni ta’ tali proġett fid-dawl tal-progress miksub; u |
(b) |
jipprovdi stampa komprensiva tal-kontributi li diġà jkunu saru u li jkunu għadhom iridu jsiru fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni ta’ tali proġett. |
Artikolu 9
Programm ta’ Ħidma
Kull Mexxej tal-Proġett, wara li jikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett rispettiv, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena għandu jippreżenta Programm ta’ Ħidma annwali tal-proġett rispettiv ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għas-sena ta’ wara għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-Programmi ta’ Ħidma għandhom jipprovdu d-dettalji tal-Pjanijiet tal-Proġett rispettivi u għandhom jipprovdu deskrizzjoni programmatika ta’ l-attivitajiet li għandhom jitwettqu, inklużi l-objettivi, l-ippjanar, l-ispejjeż komuni u l-kontributi li għandha tipprovdi kull Parti.
Artikolu 10
Rapport Annwali
1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Mexxej tal-Proġett għandu, għal tali proġett, jippreżenta għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija, Rapport Annwali li jkopri l-attivitajiet kollha li jkunu saru fl-implimentazzjoni tal-proġett rispettiv ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' inkluż sommarju tal-kontributi magħmula minn kull Parti u rendikont tal-ħruġ ta’ flus min-naħa ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża, skond l-Artikolu 7(3). Ma’ l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija, il-Mexxej tal-Proġett għandu jgħaddi r-Rapport Annwali lill-Partijiet u lill-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni flimkien ma’ kwalunkwe kumment min-naħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
2. L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tipprovdi lil kull Mexxej tal-Proġett id-data meħtieġa għas-sommarju tal-kontributi magħmula minn kull Parti u rendikont tal-ħruġ ta’ flus min-naħa ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għal tali proġett.
3. Il-Pjanijiet tal-Proġett, il-Programmi ta’ Ħidma u r-Rapporti Annwali kif previst fl-Artikoli 8 sa 10 u kwalunkwe dokument essenzjali ieħor għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom ikunu abbozzati bl-Ingliż.
Artikolu 11
Verifika Finanzjarja
Fi kwalunkwe ħin matul dan il-Ftehim u sa ħames snin wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni tiegħu, kull Parti tista' tagħti bidu għal verifika finanzjarja tal-kontijiet separati miżmuma mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għall-finijiet ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', abbażi ta’ dokumenti u verifiki fil-post. Għall-finijiet tal-verifika, kif ikun meħtieġ u xieraq, għandhom ikunu aċċessibbli l-kotba, ir-reġistri u kwalunkwe dokument ieħor miżmum mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni u l-Mexxejja tal-Proġett rigward l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.
KAPITOLU 4
RIŻORSI
Artikolu 12
Prinċipji Ġenerali
1. Ir-riżorsi għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom jinkludu:
(a) |
kontributi in natura, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u taħt it-termini u l-kondizzjonjiet kif imsemmija fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-annessi tagħha, li jinkludu:
|
(b) |
kontribuzzjonijiet finanzjarji, skond it-termini u l-kondizzjonijiet kif imsemmija fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-annessi tagħha. |
2. Soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti, id-dokument “Stimi tal-Valur u l-Allokazzjonijiet tal-Kontributi tal-Partijiet” anness għad-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell jista' jiġi aġġornat kull sena fuq deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
Artikolu 13
Taxxi
1. Kull Parti għandha tagħti permess għall-importazzjoni fit-territorju tagħha u l-esportazzjoni minnu, bla dazju, ta’ prodotti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u għandha tiżgura l-eżenzjoni tagħhom minn kwalunkwe taxxa oħra jew dazju ieħor miġbura mill-awtoritajiet tad-dwana u minn projbizzjonijiet u restrizzjonijiet ta’ importazzjoni. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat irrispettivament mill-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ tali prodotti meħtieġa.
2. L-Esperti li Parti tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tat-Timijiet tal-Proġetti wara l-ħatra tagħhom mill-Kumitat ta’ Tmexxija u l-persunal li Parti tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tas-Segretarjat wara li jkun inħatar mill-Kumitat ta’ Tmexxija bħala kontribut in natura skond l-Artikolu 12(1)(a)(ii) għandhom ikunu eżenti mit-taxxi fuq is-salarji, il-pagi u l-ħlasijiet fit-territorju tal-Parti l-oħra.
Artikolu 14
Regolament tal-Kontributi In Natura
1. Kull kontribut in natura għandu jkun is-suġġett ta’ arranġament ta’ akkwist (minn hawn 'il quddiem “l-Arranġament ta’ Akkwist”) miftiehem bejn l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni bil-kunsens tal-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat.
2. L-Arranġament ta’ Akkwist għandu jipprovdi deskrizzjoni teknika dettaljata tal-kontributi li għandhom isiru inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-iskedi, il-fażijiet fil-proċess, l-evalwazzjonijiet tar-riskju, ir-riżultati konkreti mistennija u l-kriterji għall-aċċettazzjoni tagħhom, u għandu jistipula l-arranġamenti li permezz tagħhom il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat se jkun jista' jeżerċita l-awtorità teknika fuq il-prestazzjoni tal-kontributi in natura. L-Arranġament ta’ Akkwist, b'mod partikolari, għandu jistipula:
(a) |
il-valur attribwit lil kull kontribut in natura; |
(b) |
ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni u l-Mexxej tal-Proġett; |
(ċ) |
il-proċedura ta’ akkwist; |
(d) |
l-iskeda u l-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-ksib tal-fażijiet u r-riżultati konkreti mistennija; |
(e) |
l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ l-iżgurar tal-kwalità; |
(f) |
il-proċeduri ta’ relazzjoni u monitoraġġ fost il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat, l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni u l-entitajiet involuti fil-forniment tar-riżultati konkreti mistennija; |
(g) |
proċeduri biex jittrattaw tibdiliet ta’ akkwist li jista' jkollhom impatt fuq l-ispejjeż, l-iskedar u l-prestazzjoni; u |
(ħ) |
l-aċċettazzjoni tar-riżultati konkreti aħħarija mistennija u t-trasferiment possibli ta’ l-appartenenza. |
3. L-appartenenza tal-komponenti li jkunu kontributi in natura min-naħa ta’ l-aġenzija ta’ l-implimentazzjoni maħtura mill-Euratom skond l-Artikolu 7(1) (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea”) għandha tiġi ttrasferita lill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża fil-waqt ta’ l-aċċettazzjoni fis-sit tax-xogħol rispettiv min-naħa tal-Mexxej tal-Proġett rispettiv u l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża. L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniza għandha tkun responsabbli għat-trasport tal-komponenti kkontribwiti mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea mill-port tad-dħul sas-sit tax-xogħol.
4. Għall-Esperti jew il-persunal tas-Segretarjat, l-Arranġament ta’ Akkwist għandu jieħu l-forma ta’ arranġament ta’ ssekondar. Il-valur attribwit lill-Esperti jew lill-persunal tas-Segretarjat għandu jkun kif imsemmi fid-dokument “Stimi tal-Valur u l-Allokazzjoni tal-Kontributi tal-Partijiet” anness għad-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell, u jista' jiġi aġġornat mill-Kumitat ta’ Tmexxija minn żmien għal żmien kif meħtieġ.
5. Kull Parti għandha tkun responsabbli għas-salarji, l-assigurazzjonijiet u l-ħlasijiet li għandhom jitħallsu lill-Esperti u lill-persunal tas-Segretarjat imqiegħda disponibbli minn tali Parti, u sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, għandha tħallas l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien tagħhom. Il-Parti li tospita t-Timijiet tal-Proġetti u/jew is-Segretarjat għandha tagħmel arranġamenti għall-alloġġ adegwat ta’ l-esperti u l-persunal tas-Segretarjat u l-familji tagħhom. Il-Parti li tospita t-Timijiet tal-Proġetti u/jew is-Segretarjat għandha wkoll tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita d-dħul fit-territorju tagħha ta’ l-Esperti u tal-persunal tas-Segretarjat u l-familji tagħhom, u għandha titlob lill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha tagħmel ħilitha kollha biex tipprovdi l-faċilitajiet xierqa fir-rigward tas-servizzi legali u ta’ traduzzjoni fl-eventwalità li jittieħdu passi legali kontra l-Esperti u l-persunal tas-Segretarjat b'riżultat mill-qadi ta’ dmirijiethom. L-Esperti u l-persunal tas-Segretarjat għandhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċjali tax-xogħol u mar-regolamenti tas-sikurezza fis-seħħ fl-istabbiliment ospitanti, jew kif miftiehem fl-arranġament ta’ ssekondar waqt il-qadi ta’ dmirijiethom fil-Parti l-oħra.
Artikolu 15
Aġġustamenti għall-Allokazzjonijiet
Jekk tkun il-ħtieġa minħabba ċirkostanzi mhux previsti, Parti tista' tipproponi li tkun immodifikata l-allokazzjoni tal-kontributi fi ħdan proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'. Fuq tali proposta, il-Mexxej ta’ Proġett ikkonċernat għandu, wara li jikkonsulta l-Kumitat tal-Proġett ikkonċernat, jipproponi lill-Kumitat ta’ Tmexxija allokazzjoni tar-riżorsi riveduta, filwaqt li jżomm l-ispiża totali ta’ tali proġett u l-bilanċ globali tal-kontributi bejn il-Partijiet f'dak il-proġett.
Artikolu 16
Kontribuzzjonijiet Finanzjarji
Il-ħlasijiet kollha li jsiru mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea għandhom isiru bl-Euro. Il-ħlasijiet kollha li jsiru mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandhom isiru bil-Yen.
Artikolu 17
Spejjeż Komuni tat-Timijiet tal-Proġett
L-ispejjeż komuni ta’ kull Tim tal-Proġett għandhom jinħarġu mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża skond l-Artikolu 7(3). Għal dan il-fini, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha twettaq l-azzjonijiet meħtieġa fuq it-talba tal-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat u fi ħdan il-valuri massimi stabbiliti fil-Programm ta’ Ħidma rilevanti.
KAPITOLU 5
INFORMAZZJONI U PROPRJETÀ INTELLETTWALI
Artikolu 18
Tixrid, Użu u Protezzjoni ta’ l-Informazzjoni
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu,
(a) |
“informazzjoni” tfisser dijagrammi, disinji, komputazzjonijiet, rapporti u dokumenti oħrajn, data ddokumentata jew metodi ta’ riċerka u żvilupp, deskrizzjonijiet ta’ invenzjonijiet u sejbiet, sew jekk ikunu proteġġibbli jew le; u |
(b) |
“informazzoni kummerċjali kunfidenzjali” tfisser informazzjoni li jkun fiha għarfien, sigrieti kummerċjali, jew informazzjoni teknika, kummerċjali jew finanzjarja, li:
|
2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet jappoġġaw l-usa' tixrid possibbli ta’ informazzjoni ġġenerata fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
3. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-informazzjoni kollha ġġenerata mill-membri tat-Timijiet tal-Proġett fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilhom taħt dan il-Ftehim għandha ssir liberament aċċessibbli lil kull waħda mill-Partijiet għall-użu fir-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija għal finijiet paċifiċi.
4. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, kull Parti għandu jkollha d-dritt għal liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u mingħajr il-ħlas ta’ drittijiet, fil-pajjiżi kollha, biex tittraduċi, tirriproduċi u tiddistribwixxi pubblikament artikli ta’ rivisti, rapporti u kotba tekniċi xjentifiċi li joħorġu direttament mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-kopji kollha ddistribwiti pubblikament ta’ xogħol kopert mid-dritt ta’ l-awtur imħejji taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom jindikaw l-ismijiet ta’ l-awturi tax-xogħol sakemm awtur ma jkunx għażel espliċitament li ma jissemmiex.
5. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-informazzjoni kollha ġġenerata mill-persunal ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni fit-twettiq tal-ħidmiet assenjati lilu taħt dan il-Ftehim għandha ssir liberament disponibbli lit-Timijiet tal-Proġett u lil kull waħda mill-Partijiet għall-użu fir-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija għal finijiet paċifiċi.
6. Kwalunkwe kuntratt mogħti fuq l-inizjattiva ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jew ta’ Mexxej ta’ Proġett għat-twettiq tal-kompitu assenjat lilhom taħt dan il-Ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Partijiet jaqdu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim.
7. Soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti u għall-obbligi tagħha lejn terzi persuni u għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, kull Parti għandha tagħmel ħilitha kollha biex tqiegħed liberament għad-dispożizzjoni tat-Timijiet tal-Proġetti u ta’ l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni kwalunkwe informazzjoni li tkunilha disponibbli li huma jkunu jeħtiġuha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilhom taħt dan il-Ftehim.
8. Jekk, fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, issir disponibbli informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, għandha tiġi mmarkata bħala tali u trasmessa skond arranġament ta’ kunfidenzjalità. Min jirċievi tali informazzjoni għandu jużaha għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u jżomm il-kunfidenzjalità tagħha sal-grad previst f'dak l-arranġament.
Artikolu 19
Proprjetà Intellettwali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-“proprjetà intellettwali” għandu jkollha t-tifsira definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, li saret fi Stokkolma, fl-14 ta’ Lulju 1967. Skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra tista' takkwista d-drittijiet għall-proprjetà intellettwali allokati skond dan il-Kapitolu. Dan il-Kapitolu la jibdel u lanqas jippreġudika l-allokazzjoni tad-drittijiet bejn Parti u ċ-ċittadini tagħha. Jekk id-drittijiet rigward il-proprjetà intellettwali għandhomx jinżammu minn Parti jew inkella miċ-ċittadini tagħha għandu jiġi deċiż bejniethom skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħhom.
2. Fejn materjal proteġġibbli jiġi ġġenerat mill-membri tat-Timijiet tal-Proġett fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Mexxej tal-Proġett rispettiv għandu minnufih jinforma lill-Kumitat ta’ Tmexxija b'rakkomandazzjoni dwar il-pajjiżi li fihom għandha tinkiseb il-protezzjoni għal tali proprjetà intellettwali. Madankollu, kull Parti, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-membri tat-Timijiet tal-Proġett li dik il-Parti tkun qegħdithom disponibbli, għandhom ikunu intitolati li jiksbu dritt, titolu u interess kollu fi u għall-proprjetà intellettwali fit-territorju ta’ dik il-Parti. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi jekk u kif ifittex il-protezzjoni għal tali proprjetà intellettwali fil-pajjiżi terzi. Fil-każijiet kollha fejn tinkiseb il-protezzjoni għall-proprjetà intellettwali minn Parti, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-membri tat-Timijiet tal-Proġett li dik il-Parti tkun għamlithom disponibbli, il-Parti għandha tiżgura li l-membri tat-Timijiet tal-Proġett jistgħu jużaw liberament tali proprjetà intellettwali għat-twettiq tal-kompiti assenjati lit-Timijiet tal-Proġett.
3. Jekk il-persunal ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jiġġenera l-proprjetà intellettwali fit-twettiq ta’ kompitu assenjat lilu taħt dan il-Ftehim, il-Parti ta’ dik l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jew il-persunal tagħha għandu jkun intitolat jakkwista dritt, titolu u interess kollu fil-pajjiżi kollha fi u għal tali proprjetà intellettwali skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Il-Parti ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni għandha tiżgura li l-membri tat-Timijiet tal-Proġett ikunu jistgħu jużaw tali proprjetà intellettwali liberament għat-twettiq tal-kompiti assenjati lit-Timijiet tal-Proġett, u li l-Parti l-oħra tingħata liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u mingħajr il-ħlas ta’ drittijiet, bid-dritt li toħroġ liċenzja subordinata, għar-riċerka u l-iżvilupp dwar il-fużjoni bħala sors ta’ l-enerġija għal finijiet paċifiċi.
4. Jekk il-persunal li jkun tqiegħed disponibbli permezz ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jiġġenera l-proprjetà intellettwali waqt li jkun qed jaħdem fl-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tal-Parti l-oħra, soġġett għal-liġijiet applikabbli rilevanti:
(a) |
Il-Parti li tilqa', l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-persunal tagħha għandhom ikunu intitolati jakkwistaw id-dritt, titolu u interess kollu fi u għal kwalunkwe tali proprjetà intellettwali fit-territorju tiegħu stess u f'pajjiżi terzi; u |
(b) |
Il-Parti emittenti, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-persunal tagħha għandhom ikunu intitolati jakkwistaw id-dritt, titolu u interess kollu fi u għal kwalunkwe tali proprjetà intellettwali fit-territorju tiegħu stess. |
5. Kull Parti, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ l-inventuri jew ta’ l-awturi skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tfittex il-kooperazzjoni mingħand tali inventuri jew awturi, inkluż il-persunal ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Kull Parti għandha tiżgura l-ħlas ta’ għotjiet u kumpensi lil tali inventuri jew awturi, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.
6. Minkejja l-paragrafi 2 sa 4, jekk Parti tiddeċiedi li ma teżerċitax id-dritt tagħha li tfittex li tikseb il-protezzjoni għall-proprjetà intellettwali fi kwalunkwe pajjiż jew reġjun, għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'dan, u l-Parti l-oħra tista' mbagħad tfittex li tikseb tali protezzjoni.
Artikolu 20
Skadenza jew Terminazzjoni
Id-drittijiet konferiti u l-obbligi imposti fuq il-Partijiet skond dan il-Kapitolu għandhom jibqgħu wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.
KAPITOLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 21
Dħul fis-Seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li fihom jinfurmaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew ikkompletati.
Artikolu 22
Tul u Terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perijodu ta’ għaxar snin u għandu jibqa' fis-seħħ wara sakemm ma jiġix itterminat min-naħa ta’ kwalunkwe Parti fi tmiem il-perijodu ta’ għaxar snin jew fi kwalunkwe żmien wara dak il-perijodu, permezz ta’ notifika lill-Parti l-oħra bil-miktub u mill-inqas sitt xhur bil-quddiem bl-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim.
2. Dan il-ftehim jista' jiġi tterminat qabel l-iskadenza tiegħu biss meta:
(a) |
ikun intlaħaq qbil reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet; |
(b) |
ikun ġie tterminat il-Ftehim ta’ l-ITER; jew |
(ċ) |
kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tibqax aktar parti fil-Ftehim ta’ l-ITER. |
3. L-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim m'għandhiex taffettwa l-validità jew it-tul ta’ kwalunkwe arranġament li jkun sar taħtu, jew kwalunkwe dritt jew obbligu speċifiku li jkun irriżulta f'konformità mal-Kapitolu 5.
Artikolu 23
Emendar
Fuq talba ta’ kwalunkwe waħda minnhom, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom dwar jekk jemendawx dan il-Ftehim, u jistgħu jaqblu li jemendawh. Tali emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li bihom jinfurmaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha jkunu tlestew.
Artikolu 24
Riżoluzzjoni ta’ Lmenti
Il-kwistjonijiet jew l-ilmenti kollha bejn il-Partijiet li jirrigwardaw l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu solvuti b'konsultazzjoni u negozjati bejniethom.
Artikolu 25
Parteċipazzjoni ta’ Partijiet oħra ta’ l-ITER
Fil-każ li kwalunkwe Parti oħra fil-Ftehim ta’ l-ITER tesprimi l-intenzjoni tagħha li tieħu sehem fi proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat, wara li jikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett, għandu jressaq quddiem il-Kumitat ta’ Tmexxija proposta rigward it-termini u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ta’ dik il-parti f'tali proġett. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni ta’ dik il-parti fuq il-proposta tal-Mexxej tal-Proġett, u soġġett għall-approvazzjoni tal-Partijiet skond il-proċeduri interni tagħhom, jista' jikkonkludi ftehim u arranġamenti ma’ dik il-parti dwar tali parteċipazzjoni.
Artikolu 26
Applikazzjoni fir-rigward ta’ l-Euratom
Skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Euratom, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji koperti minn dak it-Trattat. Skond dak it-Trattat u ftehim rilevanti oħrajn, għandu japplika wkoll għall-Konfederazzjoni Svizzera, li tipparteċipa fil-programm tal-fużjoni ta’ l-Euratom bħala Stat terz assoċjat bis-sħiħ.
B'XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, dovutement mogħnija bl-awtorizzazzjoni tal-Gvern tal-Ġappun u tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul f’ Tokjo fil-5 ta’ Frar 2007, f'żewġ kopji, bl-Ingliż u bil-Ġappuniż, u kull verżjoni hija awtentika bl-istess mod.
Għall-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika
H. RICHARDSON
Għall-Gvern tal-Ġappun
T. ASO
ANNESS I
IFMIF/EVEDA
Artikolu 1
Objettiv
1. Il-Partijiet, soġġetti għal dan il-Ftehim kif ukoll għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, għandhom iwettqu l-Attivitajiet tal-Validazzjoni u tad-Disinn ta’ l-Inġinerija (minn hawn 'il quddiem “EVEDA”) biex jipproduċu disinn kompletament integrat ta’ l-inġinerija tal-Faċilità Internazzjonali għall-Irradjazzjoni ta’ Materjali għall-Fużjoni (minn hawn 'il quddiem “IFMIF”) u d-data kollha meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-ġejjieni rigward il-bini, l-operat, l-isfruttament u d-dekomissjonar ta’ l-IFMIF, u biex jivvalidaw l-operat kontinwu u stabbli ta’ kull sottosistema ta’ l-IFMIF.
2. Dawn id-disinji u d-data għandhom imbagħad jitniżżlu f'rapport finali tad-disinn li għandu jiġi adottat mill-Kumitat ta’ Tmexxija fuq proposta tal-Mexxej tal-Proġett wara li dan ikun ikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett, u jitqiegħdu disponibbli għal kull waħda mill-Partijiet għall-użu tagħha jew bħala parti minn programm ta’ kollaborazzjoni internazzjonali jew inkella fil-programm domestiku tagħha.
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
1. Skond l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness, għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin:
(a) |
l-istabbiliment tad-disinn ta’ l-inġinerija ta’ l-IFMIF, inklużi:
|
(b) |
l-istabbiliment tal-ħtiġiet tas-sit għall-IFMIF, u l-prestazzjoni ta’ l-analiżi meħtieġin dwar is-sikurezza u l-ambjent; |
(ċ) |
proposta tal-programm u l-estimi ta’ l-ispiża korrispondenti, ir-riżorsi umani u l-iskeda għall-operat, l-isfruttament u d-dekommissjonar ta’ l-IFMIF; u |
(d) |
il-ħidma ta’ validazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp meħtieġa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet deskritti fis-subparagrafi (a) sa (ċ), inklużi:
|
2. L-implimentazzjoni tal-kompiti li jidhru fil-paragrafu 1 għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-Pjan tal-Proġett u fil-Programmi ta’ Ħidma.
Artikolu 3
Sit tax-Xogħol
Is-sit tax-xogħol għall-IFMIF/VEDA għandu jkun f'Rokkasho, fil-Prefettura ta’ Aomori.
Artikolu 4
Riżorsi
Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-IFMIF/EVEDA, kif imsemmijin fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-Annessi tagħha.
Artikolu 5
Tul ta’ Żmien
It-tul ta’ żmien ta’ l-IFMIF/EVEDA għandu jkun ta’ sitt snin u jista' jittawwal permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
Artikolu 6
Appartenenza tal-Komponenti ta’ l-Aċċeleraturi
Minkejja l-Artikolu 14(3) ta’ dan il-Ftehim, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea għandha żżomm l-appartenenza tal-komponenti tal-prototip ta’ l-aċċeleratur speċifikati f'dan l-Artikolu li hija tikkontribwixxihom bħala kontribut in natura, u għandha terfa' r-responsabbiltà għat-trasportazzjoni lura ta’ dawn il-komponenti wara li jiżżarma l-prototip ta’ l-aċċeleratur:
(a) |
l-injettur; |
(b) |
it-tagħmir għall-forniment ta’ l-enerġija bi frekwenza tar-radju, il-ġeneraturi u l-awżiljari tagħhom; u |
(ċ) |
is-sistema ta’ kontroll. |
ANNESS II
IFERC
Artikolu 1
Objettiv
Soġġetti għal dan il-Ftehim kif ukoll għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, il-Partijiet għandhom iwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fl-IFERC bil-għan li jikkontribwixxu għall-Proġett ta’ l-ITER u li jippromwovu realizzazzjoni bikrija ta’ reattur ta’ dimostrazzjoni tal-ġejjieni għall-produzzjoni ta’ l-enerġija (minn hawn 'il quddiem “DEMO”).
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
Skond l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness, għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin:
(a) |
attivitajiet taċ-Ċentru għall-Koordinament tar-Riċerka dwar id-Disinn u l-Iżvilupp ta’ DEMO bil-għan li tiġi stabbilita bażi komuni għal disinn ta’ DEMO, inklużi:
|
(b) |
attivitajiet taċ-Ċentru għas-Simulazzjoni Komputazzjonali, inklużi l-provvista u l-isfruttament ta’ superkompjuter għal attivitajiet ta’ simulazzjoni fuq skala kbira għall-analiżi tad-data sperimentali dwar il-plażmi tal-fużjoni, it-tħejjija ta’ xenarji għall-operat ta’ l-ITER, it-tbassir tal-prestazzjoni tal-faċilitajiet ta’ l-ITER u l-kontribut għal disinn ta’ DEMO; u |
(ċ) |
attivitajiet taċ-Ċentru għall-Isperimentazzjoni Remota ta’ l-ITER biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni wiesgħa ta’ xjenzati fl-esperimenti ta’ l-ITER, inklużi l-iżvilupp ta’ metodi għall-isperimentazzjoni remota għall-ħruq ta’ plażmi Tokamak, li għandhom jiġu ttestjati fuq magni eżistenti, per eżempju t-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat, kif previst fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness III. |
Artikolu 3
Sit tax-Xogħol
Is-sit tax-xogħol għall-IFERC għandu jkun f'Rokkasho, fil-Prefettura ta’ Aomori.
Artikolu 4
Riżorsi
Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-IFERC, kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-Annessi tagħha.
Artikolu 5
Tul ta’ Żmien
It-tul ta’ żmien ta’ l-attivitajiet ta’ l-IFERC għandu jkun ta’ għaxar snin u jista' jittawwal permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
Artikolu 6
Dettalji tat-Twassil u t-Trasferiment possibbli ta’ l-Appartenenza ta’ Sistemi ta’ Superkompjuter
Minkejja l-Artikolu 14(3) ta’ dan il-Ftehim, id-dettalji tat-twassil u t-trasferiment possibbli ta’ l-appartenenza ta’ sistemi ta’ superkompjuter għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat ta’ Tmexxija skond il-Pjan tal-Proġett.
ANNESS III
PROGRAMM TAT-TOKAMAK SATELLITARI
Artikolu 1
Objettiv
1. Soġġetti għal dan il-ftehim kif ukoll għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, il-Partijiet għandhom iwettqu l-programm tat-Tokamak satellitari (minn hawn 'il quddiem “il-Programm tat-Tokamak Satellitari”). Dan il-programm jinkludi:
(a) |
il-parteċipazzjoni fit-titjib tat-tagħmir sperimentali tat-Tokamak li huwa l-proprjetà ta' l-Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni Ġappuniża għal Tokamak superkonduċenti avvanzat (minn hawn 'il quddiem “it-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat”); u |
(b) |
il-parteċipazzjoni fl-isfruttament tiegħu, b'appoġġ ta' l-isfruttament ta' l-ITER u r-riċerka lejn DEMO bl-indirizzar ta' kwistjonijiet ewlenija tal-fiżika għal ITER u DEMO. |
2. Il-kostruzzjoni u l-isfruttament tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat għandu jitwettaq taħt il-Programm tat-Tokamak Satellitari u l-programm nazzjonali Ġappuniż. L-opportunitajiet ta' l-isfruttament tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat għandhom jinqasmu ugwalment bejn il-programm nazzjonali u l-Programm tat-Tokamak Satellitari.
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
1. Skond l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness, għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin:
(a) |
Il-fażi tal-kostruzzjoni: id-disinn, il-manifattura tal-komponenti u s-sistemi, u t-tgħaqid flimkien tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat; u |
(b) |
Il-fażi ta' l-isfruttament: l-ippjanar u t-twettiq ta' l-esperimenti tal-Programm tat-Tokamak Satellitari. |
2. L-implimentazzjoni tal-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-Pjan tal-Proġett u fil-Programmi ta' Ħidma fuq il-bażi li ġejja:
(a) |
ir-rapport dwar disinn konċettwali, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tal-komponenti li għandhom jiġu fornuti mill-Partijiet għall-implimentazzjoni tal-Programm tat-Tokamak Satellitari, għandha tipprovdih l-Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni Ġappuniża, u għandu jiġi eżaminat u aċċettat mill-Partijiet; |
(b) |
kull Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni għandha tiżviluppa disinn dettaljat tal-komponenti li għandha tfornihom bħala l-kontribut in natura tagħha; |
(c) |
l-Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tkun responsabbli għall-integrazzjoni tal-komponenti tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat u għat-tgħaqid flimkien ġenerali u l-operat tat-tagħmir; u |
(d) |
l-EURATOM għandha tkun intitolata li tieħu sehem fl-isfruttament tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat, fuq bażi ġusta. |
Artikolu 3
Sit tax-Xogħol
Is-sit tax-xogħol għall-Programm tat-Tokamak Anċillari għandu jkun f'Naka, fil-Prefettura ta' Ibaraki.
Artikolu 4
Riżorsi
Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm tat-Tokamak Satellitari, kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Brussell u fl-Annessi tagħha.
Artikolu 5
Tul ta’ Żmien
It-tul ta' żmien tal-Programm tat-Tokamak Satellitari għandu jkun ta' għaxar snin inklużi tliet snin għall-kummissjonar u l-operat u jista' jittawwal permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija.
Kummissjoni
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
dwar in-noninklużjoni tal-benfuracarb fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4285)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/615/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-benuracarb. |
(3) |
Għall-benfuracarb, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew eżaminati skond id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-regolamenti jaħtru lill-Istati Membri li jaġixxu bħala Relatur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għall-benfuracarb, l-Istat Membru Relatur kien il-Belġju u t-tagħrif kollu rilevanti tressaq fis-2 ta’ Awwissu 2004. |
(4) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u mill-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu u tressaq quddiem il-Kummissjoni fit-28 ta’ Lulju 2006 fil-format tal-konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva benfuracarb. Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fis-16 ta’ Marzu 2007 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-benfuracarb. |
(5) |
Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. Il-benfuracarb hija sustanza li l-metabolit ewlieni tagħha huwa l-carbofuran, minnu nnifsu sustanza attiva li ġiet riveduta taħt id-Direttiva 91/414. L-użu ta’ benfuracarb iwassal għall-preżenza tal-metabolit carbofuran li huwa konsiderevolment aktar tossiku mill-kompost prinċipali benfuracarb. Għar-residwi tal-carbofuran, li jirriżultaw mill-użu tal-benfuracarb, il-valutazzjoni qajmet tħassib dwar l-esponiment akut ta’ gruppi vulnerabbli ta’ konsumaturi, b’mod partikolari, t-tfal. Madankollu, l-EFSA qalet li mhuwiex possibbli li ssir valutazzjoni kompleta tar-riskju għall-konsumaturi minħabba f’nuqqas ta’ data fid-dokument imressaq min-notifikant. Barra minn hekk, id-data allokata fi ħdan il-limiti taż-żmien stipulati legalment ma kinetx biżżejjed għall-EFSA biex tippermetti valutazzjoni sħiħa tar-riskju tal-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art mill-metaboliti barra l-carbofuran. Fl-aħħar, abbażi tad-data disponibbli, ma ntweriex li r-riskju għall-għasafar u l-mammiferi, għall-organiżmi akwatiċi, l-organiżmi ta’ l-art, għall-ħniex u għal organizmi oħra li mhumiex fil-mira, huwa aċċettabbli. Konsegwentement, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli li l-benfuracarb laħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa’ ma ssolviex, u l-valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(7) |
Għalhekk, il-benfuracarb m’għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
(8) |
Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun assigurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb jiġu rtirati f’perjodu ta’ żmien preskritt u li ma jiġġeddux, u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida lil dawn il-prodotti. |
(9) |
Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb, għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun wieħed ieħor ta’ tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb jistgħu jibqgħu jinkisbu mill-bdiewa sa 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax it-tressiq ta’ applikazzjoni għall-benfuracarb skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ l-inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha. |
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-benfuracarb m’għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb ikunu rtirati sa l-20 ta’ Marzu 2008; |
(b) |
l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb m’hija se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun mill-iqsar possibbli u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-20 ta’ Marzu 2009.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).
Corrigendum
21.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 246/49 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2007 tad-19 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1054/2007 li jiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat esportati mingħajr iżjed proċessi
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 245, ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 )
Paġna 31, l-anness għandu jaqra hekk:
“ANNESS
Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-20 ta’ Settembru 2007 (1)
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
|||||||
1701 11 90 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
33,27 (1) |
|||||||
1701 11 90 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
31,43 (1) |
|||||||
1701 12 90 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
33,27 (1) |
|||||||
1701 12 90 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
31,43 (1) |
|||||||
1701 91 00 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,3617 |
|||||||
1701 99 10 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
36,17 |
|||||||
1701 99 10 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
34,17 |
|||||||
1701 99 10 9950 |
S00 |
EUR/100 kg |
34,17 |
|||||||
1701 99 90 9100 |
S00 |
EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,3617 |
|||||||
NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:
|
(1) Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).
(1) Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.”