ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
21 ta' Settembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti b’ħajt tal-poljester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1088/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1089/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 812/2007 għal-laħam tal-majjal

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1090/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1091/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imdaħħla matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1093/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 li jistipula l-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni mressqa fil-kuntest tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 964/2007 għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1094/2007 tad-19 ta’ Settembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

29

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/614/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2007 dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni

32

Ftehim bejn il-Gvern tal-Gappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni

34

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/615/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 dwar in-noninklużjoni tal-benfuracarb fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4285)  ( 1 )

47

 

 

Corrigendum

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2007 tad-19 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1054/2007 li jiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat esportati mingħajr iżjed proċessi ( ĠU L 245, ta’ l-20.9.2007 )

49

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1087/2007

tat-18 ta’ Settembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1487/2005 li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti b’ħajt tal-poljester lesti, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar ħarsien minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’ mod partikolari l-Artikoli 9 u 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri oriġinali

(1)

F’Settembru 2005, wara investigazzjoni anti-dumping (‘l-investigazzjoni oriġinali’) il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1487/2005 (2), impona dazji definittivi anti-dumping (‘il-miżuri oriġinali’) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tessuti b’ħajt tal-poljester lesti (FPFAF) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘iċ-Ċina’). Ir-rati ta’ dazju applikabbali għall-FPFAF Ċiniżi varjaw minn 14,1 % għal 56,2 %.

2.   Talba għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment

(2)

Fit-13 ta’ Novembru 2006, tressqet talba għal investigazzjoni mill-ġdid tal-miżuri oriġinali skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ippreżentata minn AIUFFASS (l-applikant), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-akbar proporzjon, f’dan il-każ aktar minn 30 %, tat-total ta’ produzzjoni tal-Komunità ta’ l-FPFAF.

(3)

L-applikant issottometta biżżejjed informazzjoni li turi li wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping oriġinali fuq l-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina l-prezzijiet ta’ esportazzjoni naqsu u li ma hemmx biżżejjed ċaqliq fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti mill-Komunità. Allegatament, dan irriżulta f’żieda ta’ dumping li tellef l-effetti ta’ rimedju intenzjonati tal-miżuri fis-seħħ. L-applikant ipprovda evidenza wkoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina komplew deħlin bi kwantitajiet sinifikanti fis-suq tal-Komunità.

3.   Investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment

(4)

Fit-28 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (‘NOI’) (3) il-bidu ta’ investigazzjoni mill-ġdid, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina.

(5)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi/esportaturi magħrufa bħala kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, importaturi u utenti tal-bidu ta’ l-investigazzjoni mill-ġdid. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ l-inizjazzjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati.

(6)

Fid-dawl tal-għadd għoli ta’ produtturi esportaturi u importaturi konċernati matul l-investigazzjoni oriġinali, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fl-NOI skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u jekk inhu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u l-importaturi ntalbu jiddikjaraw ruħhom mal-Kummissjoni u biex jipprovdu informazzjoni bażika.

(7)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tiddetermina jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni naqsux u jekk kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid jew prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fil-Komunità. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fil-postijiet tal-produtturi/esportaturi li kooperaw fiċ-Ċina u l-kumpaniji relatati tagħhom fejn meħtieġ.

Nantong Teijin Co. Ltd u l-importatur relatat tagħha NI-Teijin Shoji Europe GmbH

Fuzhou Fuhua Textile & Printing Dyeing Co. Ltd

Fuzhou Ta-Tung Textile Works Co. Ltd

Hangzhou Delicacy Textile Co. Ltd

Shaoxing County Jiade Weaving and Dyeing Co. Ltd

Wujiang Xiangsheng Textile dyeing & Finishing Co. Ltd u l-kumpanija relatata tagħha

Wujiang Longsheng Textile Co. Ltd

(8)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni għal din l-investigazzjoni mill-ġdid (‘PI ġdid’) dam mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006. Il-PI il-ġdid ġie użat biex jiddetermina l-livell kurrenti tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni u l-livell tal-prezzijiet mibgħuta lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità. Filwaqt li jistabbilixxi jekk il-prezzijiet fil-Komunità kienux iċċaqalqu biżżejjed, il-livelli tal-prezzijiet iċċarġjati matul il-PI il-ġdid ġew imqabbla ma’ dawk iċċarġjati matul il-perjodu oriġinali ta’ l-investigazzjoni (PI oriġinali) li kien kopra l-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sat-30 ta’ Marzu 2004.

(9)

Għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni kellha tippermetti biżżejjed żmien lill-partijiet biex jidentifikaw ruħhom u biex jagħżlu kampjun ta’ produtturi esportaturi fiċ-Ċina skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali varji l-partijiet li kkooperaw talbu wkoll estensjonijiet biex jissottomettu t-tweġibiet tagħhom. Dawn l-estensjonijiet ingħataw meta kienu ġġustifikati. Għal dawn ir-raġunijiet, l-investigazzjoni mill-ġdid qabżet bi ftit il-perjodu normali ta’ sitt xhur provdut għaliha fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament bażiku

B.   PRODOTT GĦAL KONSIDERAZZJONI

(10)

Il-prodott li għalih l-investigazzjoni mill-ġdid inbdiet huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri tessuti b’ħajt tal-poljester lesti (‘FPFAF’), normalment klassifikati fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 5407 51 00, 5407 52 00, 5407 54 00, ex 5407 61 10, 5407 61 30, 5407 61 90 u ex 5407 69 10 u ex 5407 69 90 Il-prodott konċernat huwa drappijiet minsuġin bi ħjut ta’ filament sintetiku li fihom piż ta’ 85 % jew aktar ta’ ħajt ta’ poljester tessili u/jew ta’ ħajt ta’ poljester mhux tessili, miżbugħa (inklużi b’żebgħa bajda) jew stampati li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-prodott konċernat huwa użat l-aktar fl-industrija tat-tessuti.

C.   L-INVESTIGAZZJONI MILL-ĠDID

(11)

B’mod ġenerali, investigazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku għandha l-għan li tistabbilixxi jekk kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet tal-Komunità għall-FPFAF li joriġina fiċ-Ċina wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping oriġinali. Bħala tieni pass, fejn ġie konkluż li l-assorbiment seħħ, il-limitu tal-marġini tad-dumping għandu jiġi kkalkulat. L-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku jipprevedi opportunità għall-importaturi/utenti u esportaturi biex jissottomettu evidenza li tista’ tiġġustifika nuqqas fil-moviment fil-prezzijiet fil-Komunità li jsegwu l-impożizzjoni tal-miżuri għal raġunijiet barra l-assorbiment tad-dazju anti-dumping.

1.   It-teħid tal-kampjuni

(12)

Kif imsemmi fil-premessa (5) hawn fuq il-Kummissjoni talbet lill-prodotturi esportaturi kollha u lill-importaturi li jidentifikaw ruħhom u li jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom matul il-PI. Dawn il-partijiet ġew mitluba wkoll li jindikaw jekk ridux jiġu inklużi fil-kampjun.

(a)   Esportaturi/Produtturi

(13)

Sitta u għoxrin esportatur/produttur qablu li jipprovdu l-informazzjoni mitluba u li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd kbir ta’ esportaturi/produtturi, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni kien meħtieġ biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm assorbiment mill-esportaturi/produtturi fiċ-Ċina. Filwaqt li ngħatat preferenza lill-kumpaniji li ġew inklużi fil-kampjuni ta’ l-investigazzjoni oriġinali, kien hemm disponibbiltà ta’ għażla li tkopri l-akbar rappreżentanza tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet li setgħu ġew investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet Ċiniżi ġew konsultati dwar il-kampjuni u ma urew l-ebda oġġezzjoni.

(14)

Disa’ kumpaniji ġew magħżula fil-bidu biex jiġu inklużi fil-kampjun. Kumpanija waħda ngħatat trattament individwali (IT) filwaqt li tmienja oħra ngħataw status ta’ ekonomija tas-suq (MES) waqt l-investigazzjoni oriġinali. Qabel ma saru ż-żjarat ta’ verifika fiċ-Ċina, żewġ kumpaniji (dik li kellha l-IT u waħda b’MES) iddeċidew li jirtiraw mill-kampjun. Dawn iż-żewġ kumpaniji ġew ikkunsidrati bħala li ma kkooperawx fl-investigazzjoni mill-ġdid attwali. B’riżultat ta’ dan, baqa’ 24 kumpanija li kkooperaw u kampjun ta’ 7 esportaturi/produtturi b’MES. F’dak l-istadju l-Kummissjoni osservat li ma kienx hemm esportaturi/produtturi b’IT li kooperaw fl-investigazzjoni.

(15)

Is-seba’ kumpaniji li baqgħu inklużi fil-kampjun kollha kellhom MES u jirrappreżentaw madwar 78 % ta’ l-esportazzjonijiet lill-UE magħmula mill-kumpaniji kollha li kkooperaw u 23,9 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Ċiniżi ta’ l-FPFAF lis-suq tal-Komunità. F’dak l-istadju ta’ l-investigazzjoni l-ġdida, ġie konkluż li dawk il-kumpaniji kkostitwixxew l-akbar volum li seta’ jiġi b’mod raġonevoli investigat mill-ġdid fiż-żmien disponibbli. Dawn is-7 kumpaniji ġew għalhekk meqjusa li huma rappreżentattivi għall-iskopijiet tat-teħid tal-kampjuni fl-investigazzjoni mill-ġdid.

(b)   Importaturi

(16)

Ebda importatur mhux relatat ma ssottometta l-informazzjoni mitluba fi ħdan il-limitu ta’ żmien definit fl-NOI.

2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

(17)

L-24 esportaturi/produtturi li kkooperaw u li qablu li jiġu inklużi fil-kampjun irrappreżentaw madwar 30 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Ċiniżi ta’ l-FPFAF lejn il-Komunità. Kif imsemmi fil-premessa (13) hawn fuq, 2 produtturi addizzjonali rtiraw mill-kooperazzjoni. B’riżultat ta’ dan, in-non-kooperazzjoni finalment ammontat għal madwar 70 % ta’ l-esportazzjoni totali ta’ l-FPFAF lejn is-suq tal-Komunità.

(18)

Fuq dik il-bażi, ġie kkunsidrat li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli.

3.   Moviment tal-prezzijiet fil-Komunità

3.1.   Ġenerali

(19)

Qed jiġi mfakkar li ebda importatur/utent mhux relatat tal-prodotti kkonċernati ma offra l-kooperazzjoni tiegħu fl-investigazzjoni mill-ġdid. Kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn esportaturi/produtturi fiċ-Ċina huwa għoli.

(20)

Ħlief għal esportatur/produttur wieħed inkluż fil-kampjun it-tendenzi tal-kummerċ għall-FPFAF li joriġinaw fiċ-Ċina huma karatterizzati bin-nuqqas ta’ intermedjarji relatati li jimpurtaw il-prodott konċernat fil-Komunità għall-bejgħ mill-ġdid. Ix-xerrejja indipendenti ta’ l-FPFAF huma ġeneralment kumpaniji utenti li qed jimpurtaw direttament il-prodott konċernat għall-konsum intern tagħhom.

(21)

Instab li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ għall-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet li sar mill-esportaturi/produtturi fl-ikkampjunar matul il-PI il-ġdid kienu ġeneralment magħmula fuq bażi tas-CIF (spejjeż, assigurazzjoni u ġarr). Għalhekk, għall-iskop ta’ valutazzjoni ta’ kull moviment fil-prezzijiet, il-livell tal-prezz għall-prodott konċernat ġie deċiż fuq livell ta’ CIF. Għall-PI il-ġdid, il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni sottomessa mill-produtturi/esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun.

3.2.   Moviment fil-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità għall-kumpaniji li ħadu sehem fil-kampjuni

(22)

Biex jiġi valutat kull moviment fil-prezzijiet fil-livell ta’ esportatur/produttur fil-Komunità, il-prezz medju ta’ l-FPFAF, fuq bażi ta’ tip b’tip, stabbilit għall-PI l-ġdid meta mqabbel mal-prezz medju ta’ l-FPFAF stabbilit matul il-PI oriġinali għall-istess livell ta’ kummerċ u għall-istess kundizzjonijiet ta’ twassil.

(23)

Fuq dik il-bażi, il-paragun wera li l-prezz medju fil-Komunità ta’ l-FPFAF li joriġinaw miċ-Ċina għall-kumpaniji l-oħra kollha inklużi fil-kampjuni ma naqasx matul il-PI il-ġdid.

(24)

Il-moviment tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta’ importatur wieħed relatat stabbilit fil-Komunità ġie vvalutat fuq bażi ta’ tip b’tip. Il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-klijenti mhux relatati fil-Komunità ġew komparati għall-istess kundizzjonijiet ta’ twassil bejn iż-żewġ perjodi ta’ investigazzjoni. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li nġabret, intwera li l-prezzijiet kienu żdiedu b’ammonti li qabżu d-dazju anti-dumping.

3.3.   Talbiet magħmulin minn partijiet interessati

(25)

Għadd ta’ partijiet interessati sostnew li għandu jsir aġġustament għall-prezz ta’ l-esportazzjoni tagħhom. Huma qalu li l-varjazzjoni fir-rata ta’ skambju USD/EUR wasslet għal tnaqqis artifiċjali fil-prezz ta’ l-esportazzjoni tagħhom waqt il-PI il-ġdid. Madankollu, minħabba li ma nstab ebda nuqqas fil-prezzijiet matul il-PI il-ġdid anki qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-aġġustament li ssemma, li jkun wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet fil-PI l-antik, ma kienx meqjus meħtieġ li tiġi eżaminata din it-talba.

3.4.   Moviment fil-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fil-Komunità għal dawk li ma kkooperawx

(26)

Minħabba l-livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni, madwar 70 % f’dan il-każ, dazju ta’ assorbiment għandu jiġi impost fuq l-esportaturi/produtturi kollha li ma jikkooperawx fil-PRĊ. Id-dazju ta’ assorbiment għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi ta’ l-aħjar informazzjoni disponibbli.

(27)

Fil-każ preżenti huwa kkunsidrat li d-data disponibbli taħt l-istatistiċi ta’ l-importazzjoni tal-Eurostat huma l-aktar diretti u l-aktar affidabbli li jistgħu jintużaw biex jiġi stabbilit il-livell li fih l-esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx kienu qed jesportaw l-FPFAF tagħhom fis-suq tal-Komunità. Jekk mill-Eurostat neskludu d-data verifikata fil-livell tal-kumpaniji li kkooperaw li għalihom ma stab ebda livell ta’ assorbiment, il-marġini ta’ assorbiment għall-kumpaniji li ma kkooperawx, ibbażat fuq il-Eurostat huwa stabbilit għal 18,6 %.

3.5.   Konklużjoni dwar il-moviment tal-prezz tal-bejgħ fil-Komunità

(28)

Fuq il-bażi tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet, ġie konkluż li ebda wieħed mill-esportaturi/produtturi inklużi fil-kampjun ma assorba d-dazju anti-dumping fis-seħħ. Ebda dazju ta’ assorbiment ma għandu għalhekk ikun stabbilit għall-esportaturi/produtturi fiċ-Ċina li qablu li jikkooperaw u li jiġu inklużi fil-kampjun.

(29)

Dazju ta’ assorbiment stabbilit għal 18,6 % għandu madankollu jkun applikat għall-esportaturi/produtturi kollha li ma kkooperawx fiċ-Ċina.

4.   Livell ġdid tal-miżura

(a)   Għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun

(30)

Minħabba li l-kumpaniji inkużi fil-kampjun setgħu juru li ma kienx hemm tnaqqis fil-prezz ta’ esportazzjoni tagħhom għall-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Komunità, il-livell tal-miżuri baqa’ ma nbidilx:

Kumpanija

Dazju definittiv

Fuzhou Fuhua Textile & Printing Dyeing Co., Ltd

14,1  %

Fuzhou Ta-Tung Textile Works Co., Ltd

14,1  %

Hangzhou De Licacy Textile Co., Ltd

14,1  %

Nantong Teijin Co., Ltd

14,1  %

Shaoxing County Jiade Weaving and Dyeing Co., Ltd

14,1  %

Wujiang Longsheng Textile Co., Ltd

14,1  %

Wujiang Xiangsheng Textile Dyeing & Finishing Co., Ltd

14,1  %

(b)   Għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw imma li mhumiex inklużi fil-kampjun

(31)

L-istess konklużjoni għandha tapplika għas-17-il kumpanija li offrew il-kooperazzjoni tagħhom u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun:

Kumpanija

Rata ta’ dazju definittiva AD

Shaoxing Zhengda Group Co., Ltd

14,1  %

Far Eastern Industries (Shanghai) Ltd

14,1  %

Zhejiang Yonglong Enterprises Co., Ltd

14,1  %

Zhuji Bolan Textile Industrial Development Co., Ltd

14,1  %

Zhejiang Shaoxing Tianyuan Textile Printing and Dyeing Co., Ltd

14,1  %

Zhejiang XiangSheng Group Co., Ltd

14,1  %

Hangzhou ZhenYa Textile Co., Ltd

14,1  %

Huzhou Styly Jingcheng Textile Co., Ltd

14,1  %

Hangzhou Yongsheng Textile Co., Ltd

14,1  %

Zhejiang Shaoxing Yongli Printing and Dyeing Co., Ltd

14,1  %

Hangzhou Hongfeng Textile Group Co., Ltd

14,1  %

Shaoxing Yinuo Printing & Dyeing Co., Ltd

14,1  %

Shaoxing Ancheng Cloth Industrial Co., Ltd

14,1  %

Hangzhou Jieenda Textile Co., Ltd

14,1  %

Hangzhou Mingyuan Textile Co., Ltd

14,1  %

Hangzhou Yililong Textile Co., Ltd

14,1  %

Zheijiang Singmetat Print and Dyeing Co., Ltd

56,2  %

(ċ)   Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha

(32)

Għall-partijiet li ma kkooperawx, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 0 kien ikkunsidrat adatt li jiġi emendat il-livell ta’ dazju anti-dumping skond l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 12(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rata riveduta ta’ dazju anti-dumping applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles minn kull piż fil-fruntiera tal-Komunità, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju definittiv

Hangzhou CaiHong Textile Co., Ltd

55,7  %

Hangzhou Fuen Textile Co., Ltd

55,7  %

Hangzhou Jinsheng Textile Co., Ltd

55,7  %

Hangzhou Shenda Textile Co., Ltd

28,2  %

Hangzhou Xiaoshan Phoenix Industry Co., Ltd

55,7  %

Hangzhou Zhengda Textile Co., Ltd

55,7  %

Shaoxing China Light & Textile Industrial City Somet Textile Co., Ltd

55,7  %

Shaoxing County Fengyi Textile Printing & Dyeing Co., Ltd

55,7  %

Shaoxing County Huaxiang Textile Co., Ltd

45,3  %

Shaoxing County Pengyue Textile Co., Ltd

28,2  %

Shaoxing County Qing Fang Cheng Textiles Imp. & Exp. Co., Ltd

52,5  %

Xingxin Holding Group Co., Ltd

28,2  %

Shaoxing Golden tree silk Printing Dyeing and Sandwashing Co., Ltd

55,7  %

Shaoxing Nanchi Textile Printing-Dyeing Co., Ltd

55,7  %

Shaoxing Ronghao Textiles Co., Ltd

52,5  %

Shaoxing Tianlong Import and Export Co., Ltd

65  %

Shaoxing Xinghui Textile Co., Ltd

55,7  %

Shaoxing Yongda Textiles Co., Ltd

55,7  %

Wujiang Canhua Imp. & Exp. Co., Ltd

74,8  %

Zhejiang Golden Time Printing and Dyeing knitwear Co., Ltd

55,7  %

Zhejiang Huagang Dyeing and Weaving Co., Ltd

55,7  %

Zhejiang Shaoxiao Printing and Dyeing Co., Ltd

55,7  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

74,8  %

5.   Dispożizzjoni speċjali għal esportaturi fiċ-Ċina li ma jistgħux jassorbu

(33)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni, il-kooperazzjoni baxxa fiċ-Ċina li tista’ tkun marbuta mal-fatt li produtturi esportaturi ta’ l-FPFAF huma Intrapriżi Żgħar u Medji, il-Komunità tista’ teżamina s-sitwazzjoni ta’ l-esportaturi li ma setgħux jikkooperaw f’din l-investigazzjoni mill-ġdid fil-każ li jipprovdu evidenza li turi li ma kinux qed jassorbu l-miżuri anti-dumping fis-seħħ matul il-perjodu attwali ta’ investigazzjoni. Din il-possibbiltà hija miftuħa għall-produtturi/esportaturi tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat fiċ-Ċina,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1487/2005 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

‘2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti- dumping definittiv

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

Fuzhou Fuhua Textile & Printing Dyeing Co., Ltd

14,1  %

A617

Fuzhou Ta-Tung Textile Works Co., Ltd

14,1  %

A617

Hangzhou De Licacy Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Nantong Teijin Co. Ltd

14,1  %

A617

Shaoxing County Jiade Weaving and Dyeing Co., Ltd

14,1  %

A617

Wujiang Longsheng Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Wujiang Xiangsheng Textile Dyeing & Finishing Co., Ltd

14,1  %

A617

Shaoxing Zhengda Group Co., Ltd

14,1  %

A617

Far Eastern Industries (Shanghai) Ltd

14,1  %

A617

Zhejiang Yonglong Enterprises Co., Ltd

14,1  %

A617

Zhuji Bolan Textile Industrial Development Co., Ltd

14,1  %

A617

Zhejiang Shaoxing Tianyuan Textile Printing and Dyeing Co., Ltd

14,1  %

A617

Zhejiang XiangSheng Group Co., Ltd

14,1  %

A617

Hangzhou ZhenYa Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Huzhou Styly Jingcheng Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Hangzhou Yongsheng Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Zhejiang Shaoxing Yongli Printing and Dyeing Co., Ltd

14,1  %

A617

Hangzhou Hongfeng Textile Group Co., Ltd

14,1  %

A617

Shaoxing Yinuo Printing & Dyeing Co., Ltd

14,1  %

A617

Shaoxing Ancheng Cloth Industrial Co., Ltd

14,1  %

A617

Hangzhou Jieenda Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Hangzhou Mingyuan Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Hangzhou Yililong Textile Co., Ltd

14,1  %

A617

Zheijiang Singmetat Print and Dyeing Co. Ltd

56,2  %

A836

Hangzhou CaiHong Textile Co., Ltd

55,7  %

A623

Hangzhou Fuen Textile Co., Ltd

55,7  %

A623

Hangzhou Jinsheng Textile Co., Ltd

55,7  %

A623

Hangzhou Shenda Textile Co., Ltd

28,2  %

A837

Hangzhou Xiaoshan Phoenix Industry Co., Ltd

55,7  %

A623

Hangzhou Zhengda Textile Co., Ltd

55,7  %

A623

Shaoxing China Light & Textile Industrial City Somet Textile Co., Ltd

55,7  %

A623

Shaoxing County Fengyi Textile Printing & Dyeing Co., Ltd

55,7  %

A623

Shaoxing County Huaxiang Textile Co., Ltd

45,3  %

A619

Shaoxing County Pengyue Textile Co., Ltd

28,2  %

A837

Shaoxing County Qing Fang Cheng Textiles Imp. & Exp. Co., Ltd

52,5  %

A621

Xingxin Holding Group Co., Ltd

28,2  %

A837

Shaoxing Golden tree silk Printing Dyeing and Sandwashing Co., Ltd

55,7  %

A623

Shaoxing Nanchi Textile Printing-Dyeing Co., Ltd

55,7  %

A623

Shaoxing Ronghao Textiles Co., Ltd

52,5  %

A620

Shaoxing Tianlong Import and Export Co., Ltd

65  %

A622

Shaoxing Xinghui Textile Co., Ltd

55,7  %

A623

Shaoxing Yongda Textiles Co., Ltd

55,7  %

A623

Wujiang Canhua Imp. & Exp. Co., Ltd

74,8  %

A618

Zhejiang Golden Time Printing and Dyeing knitwear Co., Ltd

55,7  %

A623

Zhejiang Huagang Dyeing and Weaving Co., Ltd

55,7  %

A623

Zhejiang Shaoxiao Printing and Dyeing Co., Ltd

55,7  %

A623

Il-kumpaniji l-oħra kollha

74,8  %

A999 ’

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17.

(2)  ĠU L 240, 16.9.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 320, 28.12.2006, p. 8.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1088/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

85,6

TR

88,6

XK

55,1

XS

36,3

ZZ

66,4

0707 00 05

JO

151,2

MK

29,6

TR

136,6

ZZ

105,8

0709 90 70

IL

51,9

TR

111,0

ZZ

81,5

0805 50 10

AR

65,0

UY

83,0

ZA

73,7

ZZ

73,9

0806 10 10

IL

65,2

TR

113,5

ZZ

89,4

0808 10 80

AU

215,7

CL

81,4

CN

79,8

NZ

93,3

US

96,9

ZA

69,5

ZZ

106,1

0808 20 50

CN

61,1

TR

117,6

ZA

106,2

ZZ

95,0

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

158,7

US

194,7

ZZ

176,7

0809 40 05

BA

49,8

IL

111,5

TR

107,3

ZZ

89,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1089/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 812/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 812/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-31 ta’ Diċembru 2007 huma inferjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta' l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità allokata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqu l-ebda applikazzjonijiet għall-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 812/2007, fil-kuntest tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4170, u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008, huma ta' 1 516 625 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 182, 12.7.2007, p. 7.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1090/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007 għall-ftuħ u sabiex tiġi pprovduta l-amministrazzjoni għall-kwota tat-tariffa fuq l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal li joriġina mill-Kanada (2), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 979/2007 fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni għall-prodotti tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007 ma jkoprux il-kwantità totali disponibbli. Il-kwantitajiet ta' l-applikazzjonijiet li ma sarux għandhom għalhekk jiġu determinati u dawn għandhom jingħaddu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu sussegwenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma nħarġux liċenzji ta' importazzjoni taħt il-kwota 09.4204 skond ir-Regolament (KE) Nru 979/2007, u li għandhom jingħaddu mas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008, huma ta' 2 312 000 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1091/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imdaħħla matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 ta' l-10 ta' Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 806/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2007 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 806/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2008, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 181, 11.7.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Nru tas-serje

Il-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.10.2007-31.12.2007

(f' %)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.1.2008-31.3.2008

(f' kg)

G2

09.4038

 (2)

8 521 375

G3

09.4039

 (2)

1 851 000

G4

09.4071

 (1)

1 501 000

G5

09.4072

 (1)

3 080 500

G6

09.4073

 (1)

7 533 500

G7

09.4074

 (2)

2 386 956


(1)  Bla applikazzjoni: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Bla applikazzjoni: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1092/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Settembru 2007 bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2021/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Istati Afrikani, mill-Karibew u mill-Paċifiku (AKP) u mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCT) (3), u partikolarment l-Artikolu 15(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2021/2006 stabbilixxa kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta’ 160 000 tunnellata ta’ ross, espressi fl-ekwivalenti ta’ ross imqaxxar, li minnhom 125 000 tunnellata joriġinaw mill-Istati AKP (numru tas-serje 09.4187), 25 000 tunnellata joriġinaw mill-Antilli Olandiżi u minn Aruba (numru tas-serje 09.4189) u 10 000 tunnellata joriġinaw mill-OCT l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190), u kwota tariffarja annwali ta’ ross miksur li joriġina mill-Istati AKP ta’ 20 000 tunnellata (numru tas-serje 09.4188).

(2)

Għal dawn il-kwoti, previsti fil-punti (a), (b), (ċ) u (d) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006, it-tielet subperjodu jikkorrispondi għax-xahar ta’ Settembru.

(3)

Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 17(a) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006, jirriżulta li għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4187 l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol tax-xahar ta’ Settembru 2007, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13, jeċċedu l-kwantità ekwivalenti għal ross imqaxxar, superjuri għal dik disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantità mitluba.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 – 09.4190, it-talbiet imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol tax-xahar ta’ Settembru 2007, skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament imsemmi, ma jaqbżux il-kwantità ekwivalenti għal ross imqaxxar il-kwantità disponibbli.

(5)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ffissati l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni ta’ ross li jaqgħu fl-ambitu tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4187 stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006, imressqa matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol ta’ Settembru 2007, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli, fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4187 – 09.4188 – 09.4189 – 09.4190, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2021/2006 għas-subperjodu tal-kwoti sussegwenti, huma stabbiliti bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 61.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta’ settembru 2007 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) nru 2021/2006:

Oriġini/Prodott

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Settembru 2007

Kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta’ Ottubru 2007

(f’kg)

AKP (l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006)

09.4187

22,998530  %

0

kodiċijiet NM 1006 10 21 sa 1006 10 98 , 1006 20 u 1006 30

 

 

 

AKP (l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006)

09.4188

 (3)

348 241

kodiċi NM 1006 40 00

 

 

 

OCT (l-Artikoli 8 u 9(1)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 2021/2006)

 

 

 

kodiċi NM 1006

 

 

 

a)

L-Antilli Olandiżi u Aruba:

09.4189

 (2)

6 133 001

b)

l-OCT l-anqas żviluppati:

09.4190

 (1)

10 000 000


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dan is-subperjodu : il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli. l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.

(3)  Ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1093/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

li jistipula l-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni mressqa fil-kuntest tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 964/2007 għar-ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 (3), għas-sena tas-suq 2007/2008 fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 5 821 tunnellata ta' ross tal-kodiċi NM 1006 espressa bħala ekwivalenti ta' ross imqaxxar u li joriġina mill-pajjiżi l-inqas żviluppati (numru tas-serje 09.4177).

(2)

Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 964/2007, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ddeterminat f'liema miżura jistgħu jinħarġu liċenzji, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi l-anqas żviluppati, imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 980/2005, mill-kwota għas-sena tas-suq 2007/2008 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 964/2007, imressqa matul l-ewwel sebat ijiem ta' Settembru 2007 iwassal għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba skond koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 21,066830 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 213, 15.8.2007, p. 26.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1094/2007

tad-19 ta’ Settembru 2007

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

(3)

Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

(4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 842/2007 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 17).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodici NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati

112,5

0

01

99,8

0

02

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

116,4

1

01

102,8

5

02

143,2

0

03

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

214,0

26

01

246,4

16

02

347,6

0

03

0207 14 60

Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

105,4

11

01

149,0

0

03

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

307,3

0

01

353,0

0

03

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

231,3

17

01

124,5

63

02


(1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

01

Il-Brażil

02

L-Arġentina

03

Iċ-Ċilì.”


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1095/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jwaqqaf regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li l-Kummissjoni twettaq programm ta’ xogħol għall-eżaminazzjoni gradwali tas-sustanzi attivi fis-suq minn sentejn wara d-data tan-notifika permezz ta’ din id-Direttiva. Dan il-programm għadu għaddej.

(2)

It-tieni u t-tielet stadju ta’ xogħol huma stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 tat-28 ta’ Frar 2000 li jistipola r-regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tieni u t-tielet stadji tal-programm ta’ xogħol li jissemmew fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni 1490/2002 ta’ l-14 ta’ Awissu 2002 li jistipola regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (3). Ir-raba' stadju tax-xogħol huwa stipulatstipulat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 li jistipola regoli oħra fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4).

(3)

Ħafna mis-sustanzi fit-tielet u r-raba' stadji għadhom fil-fażi ta’ valutazzjoni. Jidher neċessarju li jitħaffef il-proċess ta’ l-eżaminazzjoni. Skond jekk sustanza tkunx diġà qed tiġi rriveduta minn esperti jew le, għal ċertu aspetti tal-proċedura, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet differenti.

(4)

Biex jitħaffef il-proċess ta’ eżaminazzjoni il-workflow tar-reviżjoni inter pares kif ukoll ir-relazzjoni bejn in-notifikanti, l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) u l-Kummissjoni u l-obbligi ta’ kull parti għall-implimentazzjoni tal-programm għandom jiġu adattati mingħajr ma jsir ħsara lil-livell tas-sikurezza għas-saħħa u għall-ambjent.

(5)

Ir-riżorsi ta’ l-EFSA għandhom jintużaw b'mod effiċenti. Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li s-sustanzi attivi ikkonċernati jikkonformaw mal-kriterji li jissemmew fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414/KEE, u b'mod partikolari ma jkollhom l-ebda effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew ebda influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, dik is-sustanza għandha tiġi inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Tali każijiet ċari ma jirrikjedux konsulenza xjentifika fid-dettall mill-EFSA qabel ma s-sustanza tiġi inkluża fl-Anness I. Madanakollu l-EFSA għandha twassal l-opinjoni tagħha iktar tard dwar dawk is-sustanzi, partikolarment sabiex taċċerta li jkun hemm avviċinament armonizzat meta l-Istati Membri japplikaw il-prinċipji uniformi fuq il-valutazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet. Kontrarjament fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li sustanza attiva jkollha effetti ta’ ħsara, il-Kummissjoni mhux obbligata li jkollha konferma ta’ din is-sitwazzjoni ċara, b'hekk għandha jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar in-non-inklużjoni mingħajr ma tikkonsulta l-EFSA.

(6)

L-EFSA għandha tiffoka fuq każijiet fejn id-dubji li jifdal għandhom jiġu indirizzati qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ non-inklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata.

(7)

Sabiex jitħaffu iktar il-proċeduri, għandu jkun possibbli li jingħata perjodu itwal ta’ rtirar fil-keżijiet fejn ikun hemm jifdal tali dubji u n-notifikanti jiftiehmu li jirtiraw l-appoġġ tagħhom għall-inklużjoni tas-sustanza attiva. Din il-proċedura m'għandhiex tapplika fil-każijiet fejn ma jkun hemm ebda indikazzjoni ċara li s-sustanza hija ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew bi kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent.

(8)

Sabiex jiġu identifikati l-każi fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari dwar sustanza li ma jkollha l-ebda effett ta’ ħsara jew, kontrarjament, sustanza li jkollha tali effetti, il-kriterji għandhom jiġu spjegati b'mod ċar.

(9)

Sabiex jaċċertaw li l-iskadenzi għall-valutazzjoni jintlaħqu, u jiġi aċċertat l-istess trattament ta’ kull notifikant, il-leġiżlazzjoni kurrenti tipprovdi li n-notifikanti ma jistgħux iressqu studji ġodda wara ċertu stadju ta’ valutazzjoni, ħlief għal ċertu eċċezzjonijiet. Dan il-prinċipju ġenerali għandu jinżamm, iżda jixraq li jiġi ċċarat meta n-notifikanti jistgħu jressqu l-informazzjoni ġdida li ma tkunx studju.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1490/2002 u r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1490/2002

Regolament (KE) Nru 1490/2002 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikoli 11 u 12 huma mibdula b'dan li ġej:

‘Artikolu 11

Il-wasla ta’ u l-aċċess għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni

1.   Wara li tirċievi l-fajl ta’ sommarju aġġornat u l-abbozz tar-rapport ta’ stima li jissemma fl-Artikolu 10(1) l-EFSA għandha, fi żmien 30 jum, tgħarraf lill-Istat Membru relatur bil-wasla ta’ dak ir-rapport.

F'każi eċċezzjonali fejn l-abbozz tar-rapport ta’ stima ma jissodisfax biċ-ċar il-kondizzjonijiet rigward il-format rakkomandat mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel ma’ l-EFSA u ma’ l-Istat Membru relatur dwar perjodu ta’ tressiq mill-ġdid ta’ rapport emendat. Dan il-perjodu ma għandux ikun itwal minn xahrejn.

2.   L-EFSA għandha mingħajr dewmien tikkomunika l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lin-notifikanti fejn jiġi ssettjat perjodu ta’ mhux iktar minn xahrejn għat-tressiq tal-kummenti minn dawk l-Istati Membri u n-notifikanti.

Hi għandha tiġbor flimkien il-kummenti li tirċievi, inklużi l-kummenti disponibbli mill-EFSA, u tressaqhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lin-notifikanti.

3.   L-EFSA għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq talba speċifika jew iżżomm għad-dispożizzjoni għall-konsultazzjoni ta’ kull persuna dan li ġej:

(a)

l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ħlief elementi tiegħu li ġew aċċettati bħala kunfidenzjali skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE;

(b)

il-lista ta’ kull data meħtieġa għall-valutazzjoni bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli tas-sustanza attiva fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva kif iffinalizzat mill-EFSA fejn din tkun iffinalizzat tali lista.

Artikolu 11a

Eżaminazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, teżamina l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru relatur u l-kummenti li waslu minn Stati Membri oħrajn, mill-EFSA u min-notifikanti bi qbil ma’ l-Artikolu 11(2).

Artikolu 11b

Sustanza attiva b'indikazzjonijiet ċari li dawn m'għandhom l- ebda effetti ta’ ħsara

Jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li jista' jkun mistenni li s-sustanza attiva m'għandha l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent, kif inhu stipulat fl-Anness V, l-Artikolu 12(1)(a) u (2)(a) għandhom japplikaw.

Artikolu 11ċ

Konsultazzjoni ma’ l-EFSA

1.   Fejn ma japplikax l-Artikolu 11b, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin matul il-valutazzjoni, titlob lill-EFSA sabiex twettaq reviżjoni minn esperti dwar l-abbozz sħiħ tar-rapport ta’ valutazzjoni jew tiffoka fuq punti speċifiċi inklużi punti relatati mal-kriterji stipulati fl-Anness VI. L-EFSA għandha torganizza konsultazzjoni ma’ esperti ta’ Stati Membri inkluż l-Istat Membru relatur.

Meta l-Kummissjoni titlob lill-EFSA biex twettaq reviżjoni sħiħa minn esperti, l-EFSA għandha twassal il-konklużjonijiet tagħha mhux iktar tard minn sitt xhur wara r-rikjesta. Fejn il-Kummissjoni ma titlobx reviżjoni sħiħa minn esperti, iżda konklużjoni biss dwar punti speċifiċi, il-perjodu għandu jitnaqqas għal tliet xhur. It-tressiq tal-konklużjonijiet għandu f'kull każ isir mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008.

2.   Jekk matul il-perjodu ta’ reviżjoni ikun hemm indikazzjonijiet ċari li sustanza attiva hija mistennija li jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VI, l-EFSA għandha tinforma lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni kif jissemma fl-Artikolu 11f.

3.   Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar programm għall-ħruġ tal-konklużjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat il-pjan ta’ xogħol. Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar il-format li fih jintbagħtu l-konklużjonijiet ta’ l-EFSA.

Artikolu 11d

Tressiq ta’ informazzjoni addizzjonali wara li jkun tressaq l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-EFSA

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/EEC, is-sottomissjoni ta’ l-istudji ġodda ma għandhiex tiġi aċċettata.

2.   Fejn l-EFSA tikkunsidra li informazzjoni addizzjonali min-notifikant hija meħtieġa sabiex jikkonforma mar-rikjesta li saret mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11ċ, l-Istat Membru relatur għandu jagħmel rikjesta għal dik l-informazzjoni. Tali rikjesti għandhom isiru espliċitament bil-miktub, fejn jiġi ssettjat għal xahar il-perjodu taż-żmien għat-tressiq. Dan m'għandux jikkonċerna t-tressiq ta’ studji ġodda. L-Istat Membru relatur għandu jinforma bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFSA b'tali rikjesti.

L-Istat Membru relatur għandu, fi żmien xahar wara li jkun irċieva tali informazzjoni, jivvaluta l-informazzjoni li rċieva u jibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-EFSA.

3.   L-informazzjoni mressqa min-notifikant li ma tkunx ġiet ivverifikata, jew li ma tkunx tressqet qabel tmiem il-perjodu taż-żmien li jissemma fil-paragrafu 2, mhux qed tittieħed in konsiderazzjoni sakemm din l-informazzjoni tkun tressqet bi qbil ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Meta l-Istat Membru relatur, skond il-paragrafu 1 jew l-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jirrifjuta li jikkunsidra l-istudji jew l-informazzjoni li rċieva min-notifikant, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-EFSA u jindika r-raġunijiet għal tali rifjut.

Artikolu 11e

L-irtirar min-notifikant

Fejn l-Artikolu 11b ma japplikax, in-notifikant jista' jirtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li jissemma fl-Artikolu 11 (2).

Artikolu 11f

Sustanza attiva li għaliha jinsabu indikazzjonijiet ċari ta’ effetti ta’ ħsara

Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li hu mistenni li s-sustanza attiva jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VI, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni ta’ non-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bi qbil ma’ l-Artikolu 12(1)(a) u (2)(b) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ direttiva jew abbozz ta’ deċiżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat abbozz ta’ reviżjoni sa mhux iktar minn sitt xhur wara

(a)

li tirċievi l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fejn japplikaw l-Artikolu 11b jew l-Artikolu 11f;

(b)

li tirċievi l-konklużjoni stabbilita mill-EFSA fejn japplika l-Artikolu 11ċ;

(ċ)

li tirċievi rtirar bil-miktub ta’ l-appoġġ min-notifikant fejn japplika l-Artikolu 11e.

2.   Flimkien ma’ l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat:

(a)

abbozz ta’ direttiva inkluża s-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, li tispjega il-kondizzjonijiet, fejn meħtieġ, inkluż il-limitu ta’ żmien, għal din l-inklużjoni; jew

(b)

abbozz ta’ deċiżjoni indirizzat lill-Istati Membri fejn huma mitluba li, fi żmien sitt xhur, jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva, skond ir-raba' sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn dik is-sustanza attiva mhijiex inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, u jingħataw ir-raġunijiet għan-non inklużjoni.

Id-Direttiva jew Deċiżjoni għandha tiġi adottata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

3.   Permezz tad-deroga mill-punti (b) tal-paragrafu 2, id-data finali għal Stat Membru li jirtira l-awtorizzazzjoniiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2010 fil-każ imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 sakemm il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li s-sustanza tissodisfa l-kriterji ta’ l-Anness VI, jekk jixraq wara konsultazzjoni ma’ l-EFSA.

Artikolu 12a

Opinjoni ta’ l-EFSA.

Meta sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE skond l-Artikolu 11b ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-EFSA sabiex twassal l-opinjoni tagħha permezz ta’ abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. L-Istati Membri u n-notifikanti għandhom jikkooperaw ma’ l-EFSA u mal-Kummissjoni.

Sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar tax-xogħol, il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar skeda ta’ żmien għall-opinjoni ta’ l-EFSA dwar abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni u dwar il-format li bih għandha titressaq tali opinjoni.’

(2)

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 qed jiġu emendati f'konformità ma’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2229/2004

Regolament (KE) Nru 2229/2004 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikoli 24 u 25 huma mibdula b'dan li ġej:

‘Artikolu 24

Il-wasla ta’ u l-aċċess għall-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni

1.   Wara li tirċievi l-fajl ta’ sommarju aġġornat u l-abbozz tar-rapport ta’ stima li jissemma fl-Artikolu 21(1) jew l-Artikolu 22(1) l-EFSA għandha, fi żmien 30 jum, tgħarraf lill-Istat Membru relatur bil-wasla ta’ dak ir-rapport.

F'każi eċċezzjonali fejn l-abbozz tar-rapport ta’ stima ma jissodisfax biċ-ċar il-kondizzjonijiet rigward il-format rakkomandat mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha taqbel ma’ l-EFSA u ma’ l-Istat Membru relatur dwar perjodu ta’ tressiq mill-ġdid ta’ rapport emendat. Dan il-perjodu ma għandux ikun itwal minn xahrejn.

2.   L-EFSA għandha mingħajr dewmien tikkomunika l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lin-notifikanti fejn jiġi ssettjat perjodu ta’ mhux iktar minn xahrejn għat-tressiq tal-kummenti minn dawk l-Istati Membri u n-notifikanti.

Hi għandha tiġbor flimkien il-kummenti li tirċievi, inklużi l-kummenti disponibbli mill-EFSA, u tressaqhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u lin-notifikanti.

3.   L-EFSA għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq talba speċifika jew iżżomm għad-dispożizzjoni għall-konsultazzjoni ta’ kull persuna dan li ġej:

(a)

l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ħlief elementi tiegħu li ġew aċċettati bħala kunfidenzjali skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE;

(b)

il-lista ta’ kull data meħtieġa għall-valutazzjoni bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli tas-sustanza attiva fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva kif iffinalizzat mill-EFSA fejn din tkun iffinalizzat tali lista.

Artikolu 24a

Valutazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, teżamina l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru relatur u l-kummenti li waslu minn Stati Membri oħrajn, mill-EFSA u min-notifikanti bi qbil ma’ l-Artikoli 24(2).

Artikolu 24b

Sustanzi attivi b'indikazzjonijiet ċari li dawn m'għandhom l-ebda effetti ta’ ħsara

Jekk ikun hemm indikazzjonijiet ċari li jista' jkun mistenni li s-sustanza attiva m'għandha l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent, kif inhu stipulat fl-Anness VI, Artikolu 25(1)(a) u (2)(a) għandhom japplikaw.

Artikolu 24ċ

Konsultazzjoni ma’ l-EFSA

1.   Fejn ma japplikax l-Artikolu 24b, il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin matul il-valutazzjoni, titlob lill-EFSA sabiex twettaq reviżjoni minn esperti dwar l-abbozz sħiħ tar-rapport ta’ valutazzjoni jew tiffoka fuq punti speċifiċi inklużi punti relatati mal-kriterji stipulati fl-Anness VII. L-EFSA għandha torganizza konsultazzjoni ma’ esperti ta’ Stati Membri inkluż l-Istat Membru relatur.

Meta l-Kummissjoni titlob lill-EFSA biex twettaq reviżjoni sħiħa minn esperti, l-EFSA għandha twassal il-konklużjonijiet tagħha mhux iktar tard minn sitt xhur wara r-rikjesta. Fejn il-Kummissjoni ma titlobx reviżjoni sħiħa minn esperti, iżda konklużjoni biss dwar punti speċifiċi, il-perjodu għandu jitnaqqas għal tliet xhur. It-tressiq tal-konklużjonijiet għandu f'kull każ isir mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008.

2.   Jekk matul il-perjodu ta’ reviżjoni ikun hemm indikazzjonijiet ċari li sustanza attiva hija mistennija li jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VII, l-EFSA għandha tinforma lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni kif jissemma fl-Artikolu 24f.

3.   Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar programm għall-ħruġ tal-konklużjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat il-pjan ta’ xogħol. Il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar il-format li fih jintbagħtu l-konklużjonijiet ta’ l-EFSA.

Artikolu 24d

Tressiq ta’ informazzjoni addizzjonali wara li jkun tressaq l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni lill-EFSA

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/EEC sottomissjoni ta’ l-istudji ġodda ma għandhiex tiġi aċċettata.

2.   Fejn l-EFSA tikkunsidra li informazzjoni addizzjonali min-notifikant hija meħtieġa sabiex tikkonforma mar-rikjesta li saret mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24ċ, l-Istat Membru relatur għandu jagħmel rikjesta għal dik l-informazzjoni. Tali rikjesti għandhom isiru espliċitament bil-miktub, fejn jiġi ssettjat għal xahar il-perjodu taż-żmien għat-tressiq. Dan m'għandux jikkonċerna t-tressiq ta’ studji ġodda. L-Istat Membru relatur għandu jinforma bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFSA b'tali rikjesti.

L-Istat Membru relatur għandu, fi żmien xahar wara li jkun irċieva tali informazzjoni, jivvaluta l-informazzjoni li rċieva u jibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-EFSA.

3.   L-informazzjoni mressqa min-notifikant li ma tkunx ġiet ivverifikata, jew li ma tkunx tressqet qabel tmiem il-perjodu taż-żmien li jissemma fil-paragrafu 2, mhux qed tittieħed in konsiderazzjoni sakemm din l-informazzjoni tkun tressqet bi qbil ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Meta l-Istat Membru relatur, skond il-paragrafu 1 jew l-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jirrifjuta li jikkunsidra l-istudji jew l-informazzjoni li rċieva min-notifikant, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-EFSA u jindika r-raġunijiet għal tali rifjut.

Artikolu 24e

L-irtirar min-notifikant

Fejn l-Artikolu 24b ma japplikax, in-notifikant jista' jirtira l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni li jissemma fl-Artikolu 24 (2).

Artikolu 24f

Sustanza attiva li għaliha jinsabu indikazzjonijiet ċari ta’ effetti ta’ ħsara

Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ċari li hu mistenni li s-sustanza attiva jkollha effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan kif inhu stipulat fl-Anness VII il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni ta’ non-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, bi qbil ma’ l-Artikolu 25(1)(a) u (2)(b) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ direttiva jew abbozz ta’ deċiżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat abbozz ta’ reviżjoni sa mhux iktar minn sitt xhur wara

(a)

li tirċievi l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni fejn japplikaw l-Artikolu 24b jew l-Artikolu 24f;

(b)

li tirċievi l-konklużjoni mill-EFSA fejn japplika l-Artikolu 24ċ;

(ċ)

li tirċievi l-irtirar bil-miktub ta’ l-appoġġ min-notifikant fejn japplika l-Artikolu 24e.

2.   Flimkien ma’ l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Kumitat:

(a)

abbozz ta’ direttiva inkluża s-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, li tispjega il-kondizzjonijiet, fejn meħtieġ, inkluż il-limitu ta’ żmien, għal din l-inklużjoni; jew

(b)

abbozz ta’ deċiżjoni indirizzat lill-Istati Membri fejn huma mitluba li, fi żmien sitt xhur, jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva, skond ir-raba' sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fejn dik is-sustanza attiva mhijiex inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, u jingħataw ir-raġunijiet għan-non inklużjoni.

Id-Direttiva jew Deċiżjoni għandha tiġi adottata skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

3.   Permezz tad-deroga mill-punti (b) tal-paragrafu 2, id-data finali għal Stat Membru li jirtira l-awtorizzazzjoniiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2010 fil-każ imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 sakemm il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li s-sustanza tissodisfa l-kriterji ta’ l-Anness VII, jekk jixraq wara konsultazzjoni ma’ l-EFSA.

Artikolu 25a

Opinjoni ta’ l-EFSA

Meta sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE skond l-Artikolu 24b ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-EFSA sabiex twassal l-opinjoni tagħha permezz ta’ abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. L-Istati Membri u n-notifikanti għandhom jikkooperaw ma’ l-EFSA u mal-Kummissjoni.

Sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar tax-xogħol, il-Kummissjoni u l-EFSA għandhom jaqblu dwar skeda ta’ żmien għall-opinjoni ta’ l-EFSA dwar abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni u dwar il-format li bih għandha titressaq tali opinjoni.’

(2)

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 qed jiġu emendati f'konformità ma’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji għar-Regolament (KE) Nru 1490/2002

1.   Fir-rigward tas-sustanzi attivi li għalihom fid-data għad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-EFSA ressqet il-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1490/2002, kif fil-fatt kien jidher qabel l-emenda tiegħu permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jkompli japplika.

2.   Fir-rigward tas-sustanzi attivi li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni mill-Istat Membru relatur kien intbagħat lill-EFSA iżda li għalih l-EFSA ma kinitx ressqet il-konklużjonijet tagħha lill-Kummissjoni, permezz tad-deroga mill-Artikolu 11e tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002, l-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika jekk jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet:

(a)

L-Arikolu 11b ma japplikax u wieħed mill-każi li ġejjin huwa preżenti:

(i)

is-sustanza attiva mhux mistennija li tikkonforma mal-kriterju ta’ l-Anness VI ta’ dak ir-Regolament;

(ii)

wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-EFSA kkonkludiet li s-sustanza attiva ma tikkonformax mal-kriterji ta’ l-Anness VI ta’ dak ir-Regolament; kif ukoll

(b)

in-notifikant jinforma lill-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji għar-Regolament (KE) Nru 2229/2004

Fir-rigward tas-sustanzi attivi li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni mill-Istat Membru relatur kien intbagħat lill-EFSA iżda li għalih l-EFSA ma kinitx ressqet il-konklużjonijet tagħha lill-Kummissjoni, permezz tad-deroga mill-Artikolu 24e tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika jekk jiġu sodisfatti iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-Arikolu 24b ma japplikax u wieħed mill-każi li ġejjin huwa preżenti:

(i)

is-sustanza attiva mhux mistennija li tikkonforma mal-kriterju ta’ l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament;

(ii)

wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-EFSA kkonkludiet li s-sustanza attiva ma tikkonformax mal-kriterji ta’ l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament; kif ukoll

(b)

in-notifikant jinforma lill-Kummissjoni dwar l-irtirar ta’ l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1744/2004 (ĠU L 311, 8.10.2004, p. 23).

(4)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2007 (ĠU L 151, 13.6.2007, p. 26).


ANNESS I

Emendi għall-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002

Wara l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 l-Annessi li ġejjin huma miżjuda bħala l-Annessi V u VI:

ANNESS V

Kriterju għal indikazzjonijiet ċari dwar l-ebda effetti ta' ħsara

Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 11b, meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li din hi mistennija li ma jkollha l-ebda effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent jekk ikun hemm konformità mal-kriterji kollha stipulati fil-punti (1) u (2).

(1)   Is-sustanza attiva tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)

mhijiex ikklassifikata jew proposta għall-klassifikazzjoni bħala C (effetti karċinoġeniċi) M (effetti mutaġeniċi) R (riproduzzjoni tossika) fil-kategoriji 1, 2 jew 3 bi qbil mad-Direttiva 67/548/KEE;

(b)

mhux rikjesta jew, jekk huwa meħtieġ, ADI (Konsum Aċċettabbli ta' Kuljum), AOEL (Livell ta' Esponiment għall-Operatur Aċċettabbli) u ARfD (Doża Akuta ta' Referenza) jistgħu jiġu stabbiliti skond il-fattur ta' valutazzjoni standard ta' 100;

(c)

mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li għandha potenzjal li tilħaq il-kriterji ta' aġent ta' tniġġis organiku persistenti kif stipulat fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 (*);

(d)

mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li jkollha l-potenzjal li tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 (**).

(2)   Ta' l-anqas użu rappreżentattiv wieħed tas-sustanza attiva jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-esponiment għall-operatur huwa ta' valur ta' 75 % jew inqas ta' l-AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli huwa xieraq biex jappoġġa l-użu u l-iktar jintużaw l-ingwanti bħala tagħmir ta' protezzjoni personali (PPE);

(b)

esponiment għall-persuna fil-qrib u esponiment għall-ħaddiem ikun ta' valur ta' 75 % jew inqas ta' l-AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għal-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli ikun xieraq għall-użu appoġġat u mingħajr l-użu tal-PPE;

(c)

l-esponiment għall-konsumatur ikun ta' valur ta' 75 % jew inqas ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa neċessarjament stabbilit) fi kwalunkwe dieta tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għas-sustanza attiva (mingħajr l-ebda raffinar speċjali);

(d)

il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun inqas minn 0.1 μg/l ta' l-anqas f'nofs ix-xenarji li huma kkunsidrati bħala xierqa għall-użu intenzjonat, jew fil-lysimeter rilevanti/studji fuq il-post, għas-sustanza oriġinali kif ukoll il-prodotti metaboliċi rilevanti;

(e)

żoni ta' buffer għall-protezzjoni ta' l-ambjent ma jkunux ikbar minn 30m mingħajr ebda miżuri oħra ta' trażżin tar-riskji (eż nozzles li jnaqqsu d-drift);

(f)

ir-riskju għall-organiżmi li mhumiex fil-mira huwa aċċettabbli skond raffinar ta' standard.

ANNESS VI

Kriterju għall-indikazzjonijiet ċari dwar effetti ta' ħsara

Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 11f, fir-rigward li jkun hemm indikazzjonijiet ċari li skond id-data disponibbli, u li huma vvalutati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11d, hu mistenni li din ikollha effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ilma tal-pjan jekk wieħed jew ieħor mill-kriterji fil-punt (1) jew wieħed mill-kriterji fil-punt (2) huma milħuqa.

(1)   Fir-rigward tas-sustanza attiva, l-evidenza kurrenti mhijex suffiċenti li tippermetti t-twaqqif ta' ADI, ARfD jew ta' AOEL u tali valuri huma meħtieġa sabiex jippermettu s-seħħ ta' valutazzjoni tar-riskju tal-konsumatur u ta' l-operatur.

(2)   Fir-rigward ta' kull użu rappreżentattiv appoġġat, mhux inqas minn wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu:

(a)

l-esponiment għall-operatur huwa ogħla minn 100% ta' l-AOEL f'kull xenarju ta' mudell flimkien ma' l-użu ta' PPE/RPE (Tagħmir ta' Protezzjoni Personali/Tagħmir ta' Protezzjoni Respiratorju), fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika wkoll li l-AOEL għandu jinqabeż taħt kondizzjonijiet normali ta' użu;

(b)

l-esponiment għall-persuna li tkun fil-qrib ikun ogħla minn 100 % l-AOEL f'xenarji ta' mudell, fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' l-esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika li l-AOEL għandu jkun ogħla għal dawn il-gruppi taħt kondizzjonijiet normali ta' użu;

(c)

l-esponiment għall-konsumatur ikun ogħla minn 100 % ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa meħtieġ) ta' l-anqas f'dieta waħda tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għas-sustanza attiva;

(d)

il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun ta' valur ta' jew ogħla minn 0.1 μg/l f'kull xenarju ta' mudell għas-sustanza oriġinali jew għall-prodotti metaboliċi rilevanti.


(*)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.

(**)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.


ANNESS II

Emendi għall-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004

Wara l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Annessi li ġejjin huma miżjuda bħala l-Annessi VI u VII:

ANNESS VI

Kriterju għal indikazzjonijiet ċari dwar l-ebda effetti ta' ħsara

Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 24b, meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li din hi mistennija li ma jkollha l-ebda effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali jew fuq l-ilma tal-pjan jew kwalunkwe influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent jekk ikun hemm konformità mal-kriterji kollha stipulati fil-punti (1) u (2).

(1)   Is-sustanza attiva tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)

mhijiex ikklassifikata jew proposta għall-klassifikazzjoni bħala Ċ (effetti karċinoġeniċi) M (effetti mutaġeniċi) R (riproduzzjoni tossika) fil-kategoriji 1, 2 jew 3 bi qbil mad-Direttiva 67/548/KEE;

(b)

mhijiex rikjesta jew, jekk huwa meħtieġ, ADI (Konsum Aċċettabbli ta' Kuljum), AOEL (Livell ta' Esponiment għall-Operatur Aċċettabbli) u ARfD (Doża Akuta ta' Referenza) jistgħu jiġu stabbiliti skond il-fattur ta' valutazzjoni standard ta' 100;

(ċ)

mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li għandha potenzjal li tilħaq il-kriterji ta' aġent ta' tniġġis organiku persistenti kif stipulat fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 (*);

(d)

mhijiex ikkunsidrata bħala waħda li jkollha l-potenzjal li tikkonforma mal-kriterji stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 (**).

(2)   Ta' l-anqas użu rappreżentattiv wieħed tas-sustanza attiva jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-esponiment għall-operatur huwa inqas jew valur ta' 75 % ta' l-AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli huwa xieraq biex jappoġġa l-użu u l-iktar jintużaw l-ingwanti bħala tagħmir ta' protezzjoni personali (PPE);

(b)

esponiment għall-persuna fil-qrib u esponiment għall-ħaddiem ikun inqas jew valur ta' 75 % AOEL f'xenarji ta' mudell li huma kkunsidrati bħala rilevanti għal-użu intenzjonat u fejn l-użu ta' tali mudelli ikun xieraq għall-użu appoġġat u mingħajr l-użu tal-PPE;

(ċ)

l-esponiment għall-konsumatur ikun inqas jew valur ta' 75 % ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa neċessarjament stabbilit) fi kwalunkwe dieta tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għa-sustanza attiva (mingħajr l-ebda raffinar speċjali);

(d)

il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun inqas minn 0,1 μg/l ta' l-anqas f'nofs ix-xenarji li huma kkunsidrati bħala xierqa għall-użu intenzjonat, jew fil-lysimeter rilevanti/studji fuq il-post, għas-sustanza oriġinali kif ukoll il-prodotti metaboliċi rilevanti;

(e)

Żoni ta' buffer għall-protezzjoni ta' l-ambjent ma jkunux ikbar minn 30m mingħajr ebda miżuri oħra ta' trażżin tar-riskji (eż nozzles li jnaqqsu d-drift).

(f)

Ir-riskju għall-organiżmi li mhumiex fil-mira huwa aċċettabbli skond raffinar ta' standard.

ANNESS VII

Kriterju għall-indikazzjonijiet ċari dwar effetti ta' ħsara

Sustanza attiva għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda li tikkonforma mal-kondizzjonijiet, kif jissemma fl-Artikolu 24f, fir-rigward li jkun hemm indikazzjonijiet ċari li skond id-data disponibbli, u li ġew vvalutati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24d, hu mistenni li din ikollha effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ilma tal-pjan jekk wieħed jew ieħor mill-kriterji fil-punt (1) jew wieħed mill-kriterji fil-punt (2) huma milħuqa.

(1)   Fir-rigward tas-sustanza attiva, l-evidenza kurrenti mhijex suffiċenti li tippermetti t-twaqqif ta' ADI, ARfD jew ta' AOEL u tali valuri huma meħtieġa sabiex jippermettu s-seħħ ta' valutazzjoni tar-riskju tal-konsumatur u ta' l-operatur.

(2)   Fir-rigward ta' kull użu rappreżentattiv appoġġat, mhux inqas minn wieħed mill-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu:

(a)

l-esponiment għall-operatur huwa ogħla minn 100 % ta' AOEL f'kull xenarju ta' mudell flimkien ma' l-użu ta' PPE/RPE (Tagħmir ta' Protezzjoni Personali/Tagħmir ta' Protezzjoni Respiratorju), fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika wkoll li l-AOEL għandu jinqabeż taħt kondizzjonijiet normali ta' użu;

(b)

l-esponiment għall-persuna li tkun fil-qrib ikun ogħla minn 100 % AOEL f'xenarji ta' mudell, fejn l-użu ta' tali mmudellar huwa xieraq għall-użu appoġġat, u fejn id-data ta' l-esponiment attwali, jekk tkun disponibbli, tindika li l-AOEL għandu jkun ogħla għal dawn il-gruppi taħt kondizzjonijiet normali ta' użu;

(ċ)

l-esponiment għall-konsumatur ikun ogħla minn 100 % ta' l-ADI jew l-ARfD (fejn tali valur huwa meħtieġ) ta' l-anqas f'dieta waħda tal-konsumatur fl-UE skond l-MRLs (Livelli Massimi ta' Residwi) proposti għas-sustanza attiva;

(d)

il-lissa fl-ilma tal-pjan tkun ta' valur jew ogħla minn 0,1 μg/l f'kull xenarju ta' mudell għas-sustanza oriġinali jew għall-prodotti metaboliċi rilevanti.


(*)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.

(**)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1; kif ikkoreġuta mill-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1096/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti konta persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li fuqhom huwa impost l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fil-11 ta’ Settembru 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-lista tal-persuni naturali u legali, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/2007 (ĠU L 204, 4.8.2007, p. 5).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:

Id-daħla “Kambale Kisoni (alias Dr Kisoni). Data tat-twelid: 24.5.1961. Post tat-twelid: Mulashe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża. Nru tal-passaport: C0323172. Informazzjoni oħra: Resident ta’ Butembo. Negozjant fid-deheb, is-sid ta’ Butembo Airlines u ta’ Congocom Trading House f’Butembo” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Kisoni Kambale (alias (a) Dr Kisoni, (b) Kidubai, (ċ) Kambale Kisoni). Data tat-twelid: 24.5.1961. Post tat-twelid: Mulashe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Nazzjonalità: Kongoliża. Nru tal-passaport: C0323172. Informazzjoni oħra: (a) Negozjant fid-deheb, sid ta' Butembo Airlines u ta' Congocom Trading House f’Butembo (b) Miet fil-5.7.2007 f’Butembo, RDK.”


21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1097/2007

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni fid-19 ta’ Settembru 2007 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-15 ta' Novembru 2007, għaż-żoni ta' destinazzjoni 1) l-Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant, stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mis-16 sat-18 ta’ Settembru 2007 u li sas-16 ta' Novembru 2007 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mis-16 sat-18 to’ Settembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 55,94 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika, sal-limitu ta' 72,83 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 3) l-Ewropa tal-Lvant.

2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mid-19 ta’ Settembru 2007 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mill-21 ta’ Settembru 2007 huma sospiżi għaż-żoni 1) Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant sas-16 ta' Novembru 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 560/2007 (ĠU L 132, 24.5.2007, p. 31).

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Jannar 2007

dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni

(2007/614/Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond id-Direttivi tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, kif emendati mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2002, is-26 ta’ Novembru 2003 u l-25 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni mexxiet negozjati mal-Gvern taċ-Ċina, il-Gvern tal-Ġappun, il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja, il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar Ftehim għall-Istabbiliment ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER.

(2)

Fil-Laqgħa Ministerjali li saret f'Moska fit-28 ta’ Ġunju 2005, il-Partijiet fin-Negozjati ta’ l-ITER qablu li l-ITER kellu jinbena f'Cadarache. Qablu wkoll dwar dokument konġunt anness dwar ir-rwol ta’ l-entità ospitanti (Euratom) u dik mhux ospitanti (il-Ġappun) fil-Proġett ITER.

(3)

Skond id-dokument konġunt imsemmi hawn fuq u emendat mid-Direttivi tal-Kunsill, il-Kummissjoni wettqet negozjati mal-Gvern tal-Ġappun dwar Ftehim għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.

(4)

Fl-20 ta’ Ġunju 2006, waqt laqgħa f'Tokjo, ir-rappreżentanti ta’ l-Euratom u tal-Ġappun adottaw ir-Rapport Finali tan-Negozjati dwar il-Ftehim ta’ Approċċ Usa' li kkonferma t-tlestija tal-proċess tan-negozjati u rreġistra d-dokumenti sussidjarji mfassla mill-Euratom u mill-Ġappun.

(5)

Fit-22 ta’ Novembru 2006, ir-rappreżentanti ta’ l-Euratom u tal-Ġappun iffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' li tistabbilixxi dettalji rigward il-kontributi tal-Partijiet għall-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.

(6)

Għandha tiġi approvata l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

1.   B'dan hija approvata l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, għal u f'isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni.

2.   It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma’ din id-deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

P. STEINBRÜCK


FTEHIM

bejn il-Gvern tal-Gappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għall-Implimentazzjoni Konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni

IL-GVERN TAL-ĠAPPUN u L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA (minn hawn 'il quddiem il-“EURATOM”), kollettivament imsemmija bħala “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Gvern tal-Ġappun u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika fil-Qasam tal-Fużjoni Termonukleari Kkontrollata;

WARA LI KKUNSIDRAW id-“Dikjarazzjoni Konġunta tar-Rappreżentanti tal-Partijiet fin-Negozjati dwar l-ITER, fl-okkażjoni tal-Laqgħa Ministerjali għall-ITER, Moska, 28 ta’ Ġunju 2005”, u d-“Dokument Konġunt Ir-rwoli tal-Parti Ospitanti u ta’ dik Mhux Ospitanti għall-Proġett ITER” anness magħha (minn hawn 'il quddiem “id-Dokument Konġunt”) li fihom ġew stabbiliti l-prinċipji ewlenin għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa';

WARA LI KKUNSIDRAW “Id-Dikjarazzjoni Konġunta mir-Rappreżentanti tal-Gvern tal-Ġappun u l-EURATOM għall-implimentazzjoni konġunta ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', 22 ta’ Novembru 2006” (minn hawn 'il quddiem “id-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell”);

FILWAQT LI JFAKKRU l-kontributi tal-Partijiet għat-tħejjija għall-implimentazzjoni konġunta tal-Proġett ta’ l-ITER permezz ta’ l-Attivitajiet tad-Disinn ta’ l-Inġinerija għall-ITER u l-istabbiliment ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU r-rwol ta’ l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika fil-Proġett ta’ l-ITER u l-kollaborazzjoni tal-Partijiet fir-riċerka dwar il-fużjoni u l-oqsma ta’ żvilupp taħt l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija ta’ l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku;

XEWQANA LI FLIMKIEN jimplimentaw l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' b'appoġġ tal-Proġett ta’ l-ITER u realizzazzjoni bikrija ta’ l-enerġija mill-fużjoni għal finijiet paċifiċi fuq medda ta’ żmien kompatibbli mal-fażi ta’ kostruzzjoni ta’ l-ITER;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

KAPITOLU 1

INTRODUZZJONI

Artikolu 1

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jistabbilixxi qafas għal proċeduri u dettalji speċifiċi għall-implimentazzjoni konġunta ta’ attivitajiet ta’ approċċ usa' (minn hawn 'il quddiem “l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa”) b'appoġġ tal-Proġett ta’ l-ITER u tar-realizzazzjoni bikrija ta’ l-enerġija mill-fużjoni għal finijiet paċifiċi f'konformità mad-Dokument Konġunt.

Artikolu 2

Deskrizzjoni fil-Qosor ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'

1.   L-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom jikkonsistu fit-tliet proġetti li ġejjin:

(a)

il-proġett dwar l-Attivitajiet tal-Validazzjoni ta’ l-Inġinerija u tad-Disinn ta’ l-Inġinerija għall-Faċilità Internazzjonali għall-Irradjazzjoni ta’ Materjali għall-Fużjoni (minn hawn 'il quddiem “IFMIF/EVEDA”);

(b)

Il-proġett dwar iċ-Ċentru Internazzjonali għar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni (minn hawn 'il quddiem “IFERC”); u

(ċ)

il-proġett dwar il-Programm Satellitari Tokamak.

2.   F'konformità mad-Dokument Konġunt u abbażi tad-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell, l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom jiġu implimentati fuq medda ta’ żmien kompatibbli mal-fażi ta’ kostruzzjoni ta’ l-ITER.

3.   Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom ikunu hekk kif stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-prinċipji speċifiċi għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom ikunu hekk kif stabbiliti fl-Annessi I, II u III, li jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

KAPITOLU 2

L-ISTRUTTURA AMMINISTRATTIVA TA’ L-ATTIVITAJIET TA’ APPROĊĊ USA'

Artikolu 3

Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'

1.   B'dan qed jiġi stabbilit kumitat ta’ tmexxija dwar l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat ta’ Tmexxija”) li, f'konformità ma’ dan il-Ftehim, għandu jkun responsabbli għad-direzzjoni u s-sorveljanza globali ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.

2.   Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiġi megħjun minn Segretarjat stabbilit skond l-Artikolu 4(1) (minn hawn 'il quddiem “is-Segretarjat”).

3.   Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu personalità ġuridika u fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ stati u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u fit-territorji tal-Partijiet għandu jgawdi tali kapaċità ġuridika li tista' tkun meħtieġa biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu u jilħaq l-għanijiet tiegħu.

4.   Kull Parti għandha taħtar għadd ugwali ta’ membri għall-Kumitat ta’ Tmexxija u tinnomina wieħed mill-membri maħturin tagħha bħala l-kap tad-delegazzjoni tagħha.

5.   Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, b'alternanza fl-Ewropa u fil-Ġappun, jew fi żminijiet u postijiet oħra miftiehma. Il-kap tad-delegazzjoni tal-Parti li tospita l-laqgħa għandu jippresediha. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiltaqa' meta jiġi msejjaħ mill-president tiegħu.

6.   Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi b'kunsens.

7.   In-nefqa tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Partijiet abbażi ta’ qbil reċiproku.

8.   Il-funzjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandhom jinkludu:

(a)

ħatra tal-persunal tas-Segretarjat kif previst fl-Artikolu 4(1);

(b)

ħatra ta’ mexxej tal-proġett għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' kif previst fl-Artikolu 6(1) (minn hawn 'il quddiem “Mexxej(ja) tal-Proġett”);

(ċ)

approvazzjoni ta’ pjan tal-proġett, programm ta’ ħidma u rapport annwali għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' kif previst fil-Kapitolu 3 (minn hawn 'il quddiem “Pjan(ijiet) tal-Proġett”, “Programm(i) ta’ Ħidma” u “Rapport(i) Annwali” rispettivament);

(d)

approvazzjoni ta’ l-istruttura tat-tim tal-proġett kif previst fl-Artikolu 6(2) (minn hawn 'il quddiem “Tim(ijiet) tal-Proġett”);

(e)

ħatra fuq bażi annwali ta’ esperti li Parti tqegħidhom disponibbli għat-Timijiet tal-Proġett bħala parti mill-kontribut in natura tagħha kif previst fl-Artikolu 12(1)(a)(ii) (minn hawn 'il quddiem “l-Esperti”);

(f)

f'konformità ma’ l-Artikolu 25, id-deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe parti oħra għall-Ftehim dwar l-Istabbiliment ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ta’ l-ITER (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim ta’ l-ITER”) fi proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', u l-konklużjoni sussegwenti ta’ ftehim u arranġamenti ma’ dik il-parti dwar tali parteċipazzjoni; u

(g)

kwalunkwe funzjoni oħra li tista' tkun meħtieġa biex tidderieġi u tissorvelja l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.

Artikolu 4

Segretarjat

1.   Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi s-Segretarjat li għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Ġappun. Il-persunal tas-Segretarjat għandu jinħatar mill-Kumitat ta’ Tmexxija.

2.   Is-Segretarjat għandu jgħin lill-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-funzjonijiet tas-Segretarjat għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat ta’ Tmexxija, u għandhom jinkludu:

(a)

ir-riċeviment u t-trasmissjoni tal-komunikazzjonijiet uffiċjali tal-Kumitat ta’ Tmexxija;

(b)

tħejjija tal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Tmexxija;

(ċ)

tħejjija ta rapporti amministrattivi u ta’ xorta oħra għall-Kumitat ta’ Tmexxija; u

(d)

twettiq ta’ kwalunkwe attività oħra skond ma jista' jiddeċiedi l-Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 5

Kumitat tal-Proġett

1.   Għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', il-Partijiet għandhom jistabbilixxu kumitat tal-proġett (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat tal-Proġett”).

2.   Kull Parti għandha taħtar għadd ugwali ta’ membri għal kull Kumitat tal-Proġett.

3.   Kull Kumitat tal-Proġett għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Sakemm il-Kumitat tal-Proġett ma jiddeċidix mod ieħor, huwa għandu jiltaqa' fil-Ġappun. Il-president ta’ kull Kumitat tal-Proġett għandu jiġi maħtur mill-Kumitat ta’ Tmexxija minn fost il-membri tal-Kumitat tal-Proġett.

4.   Kull Kumitat tal-Proġett għandu jiddeċiedi b'kunsens.

5.   Is-Segretarjat ta’ kull Kumitat tal-Proġett għandu jkun żgurat mill-Mexxej tal-Proġett rispettiv kif previst fl-Artikolu 6.

6.   Il-funzjonijiet ta’ kull Kumitat tal-Proġett għandhom jinkludu:

(a)

jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-abbozz tal-Pjanijiet tal-Proġett, il-Programmi ta’ Ħidma u r-Rapporti Annwali rispettivi biex il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat jippreżentahom lill-Kumitat ta’ Tmexxija f'konformità mal-Kapitolu 3;

(b)

jissorvelja l-progress tal-proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' kkonċernat, u jirrapporta dwaru; u

(ċ)

iwettaq kwalunkwe dmir ieħor taħt id-direzzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 6

Mexxej tal-Proġett u t-Tim tal-Proġett

1.   Għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', għandu jinħatar Mexxej tal-Proġett mill-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-Mexxej tal-Proġett għandu jkun responsabbli għall-koordinament ta’ l-implimentazzjoni tal-proġett kif speċifikat fl-Annessi I, II u III.

2.   Fil-qadi tar-responsabbiltajiet u l-funzjonjiet tiegħu kull Mexxej tal-Proġett għandu jkun megħjun mit-Tim tal-Proġett rispettiv. Il-membri ta’ kull Tim tal-Proġett għandhom jinkludu l-Esperti u membri oħrajn bħal xjenzati viżitanti. L-istruttura ta’ kull Tim tal-Proġett għandha tiġi approvata mill-Kumitat ta’ Tmexxija fuq proposta tal-Mexxej tal-Proġett rispettiv.

3.   Il-funzjonijiet ta’ kull Mexxej tal-Proġett għandhom jinkludu:

(a)

jorganizza, jidderieġi u jissorvelja t-Tim tal-Proġett fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma;

(b)

iħejji l-Pjan tal-Proġett, il-Programm ta’ Ħidma u r-Rapport Annwali, u jippreżentahom lill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Proġett rispettiv;

(ċ)

jitlob lill-aġenzija ta’ l-implimentazzjoni maħtura mill-Gvern tal-Ġappun skond l-Artikolu 7(1) (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża”) biex toħroġ il-ħlas ta’ l-infiq b'appoġġ tat-Tim tal-Proġett rispettiv, f'konformità ma’ l-Artikolu 17;

(d)

iżomm kontijiet dwar il-kontribut ta’ kull Parti;

(e)

jiżgura s-Segretarjat tal-Kumitat tal-Proġett; u

(f)

jirrapporta lill-Kumitat tal-Proġett dwar il-progress tal-proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ l-Approċċ Usa' rispettiv.

Artikolu 7

Aġenżiji ta’ l-Implimentazzjoni

1.   Kull Parti għandha taħtar aġenzija ta’ l-implimentazzjoni biex taqdi l-obbligi tagħha għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' (minn hawn 'il quddiem “Aġenzija/i ta’ l-Implimentazzjoni”), partikolarment biex tagħmel disponibbli r-riżorsi għall-implimentazzjoni tagħhom. Jekk l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni ma jkunux għadhom inħatru anke wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom minnufih jikkonsultaw bejntiethom dwar kif jistgħu jsolvu l-kwistjoni.

2.   L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tospita lit-Timijiet tal-Proġett, u għandha tagħmel disponibbli siti tax-xogħol inklużi uffiċċji, prodotti u servizzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu mit-Timijiet tal-Proġett skond it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I, II u III.

3.   Soġġett għall-Artikolu 3(1), l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandu jkollha r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji miftiehma għall-ispejjeż operattivi kif ukoll tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż komuni ta’ kull Tim tal-Proġett, allokati għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' f'konformità mal-Pjan tal-Proġett u l-Programm ta’ Ħidma rispettivi. Għall-fini tal-ġestjoni ta’ tali kontribuzzjonijiet finanzjarji, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha taħtar persuna li tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Partijiet. Il-funzjonijiet tagħha għandhom jinkludu:

a)

issejjaħ biex il-Parti(jiet) jew l-Aġenzija/i ta’ l-Implimentazzjoni jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji f'konformità mal-Pjanijiet tal-Proġett u l-Programmi ta’ Ħidma; u

b)

iżżomm kontijiet separati tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal kull proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', u li tħarishom, flimkien mal-kotba, reġistri jew dokumenti oħra kollha li jirrigwardaw l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal perijodu ta’ mhux anqas minn ħames snin wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

4.   L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tikseb il-permessi u l-liċenzji kollha previsti fil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Ġappun u li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.

KAPITOLU 3

STRUMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TA’ L-ATTIVITAJIET TA’ APPROĊĊ USA' U L-VERIFIKA FINANZJARJA

Artikolu 8

Pjan tal-Proġett

1.   Kull Mexxej tal-Proġett, wara li jikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett rispettiv, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena għandu jippreżenta Pjan tal-Proġett tal-proġett rispettiv ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

2.   Kull Pjan tal-Proġett għandu jkopri t-tul kollu ta’ tali proġett u għandu jiġi aġġornat regolarment. Huwa għandu:

(a)

jagħti deskrizzjoni ġenerali ta’ l-attivitajiet inklużi skeda taż-żmien u l-fażijiet ewlenin għall-implimentazzjoni ta’ tali proġett fid-dawl tal-progress miksub; u

(b)

jipprovdi stampa komprensiva tal-kontributi li diġà jkunu saru u li jkunu għadhom iridu jsiru fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni ta’ tali proġett.

Artikolu 9

Programm ta’ Ħidma

Kull Mexxej tal-Proġett, wara li jikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett rispettiv, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena għandu jippreżenta Programm ta’ Ħidma annwali tal-proġett rispettiv ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għas-sena ta’ wara għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-Programmi ta’ Ħidma għandhom jipprovdu d-dettalji tal-Pjanijiet tal-Proġett rispettivi u għandhom jipprovdu deskrizzjoni programmatika ta’ l-attivitajiet li għandhom jitwettqu, inklużi l-objettivi, l-ippjanar, l-ispejjeż komuni u l-kontributi li għandha tipprovdi kull Parti.

Artikolu 10

Rapport Annwali

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, kull Mexxej tal-Proġett għandu, għal tali proġett, jippreżenta għall-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija, Rapport Annwali li jkopri l-attivitajiet kollha li jkunu saru fl-implimentazzjoni tal-proġett rispettiv ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' inkluż sommarju tal-kontributi magħmula minn kull Parti u rendikont tal-ħruġ ta’ flus min-naħa ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża, skond l-Artikolu 7(3). Ma’ l-approvazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija, il-Mexxej tal-Proġett għandu jgħaddi r-Rapport Annwali lill-Partijiet u lill-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni flimkien ma’ kwalunkwe kumment min-naħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

2.   L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tipprovdi lil kull Mexxej tal-Proġett id-data meħtieġa għas-sommarju tal-kontributi magħmula minn kull Parti u rendikont tal-ħruġ ta’ flus min-naħa ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għal tali proġett.

3.   Il-Pjanijiet tal-Proġett, il-Programmi ta’ Ħidma u r-Rapporti Annwali kif previst fl-Artikoli 8 sa 10 u kwalunkwe dokument essenzjali ieħor għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom ikunu abbozzati bl-Ingliż.

Artikolu 11

Verifika Finanzjarja

Fi kwalunkwe ħin matul dan il-Ftehim u sa ħames snin wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni tiegħu, kull Parti tista' tagħti bidu għal verifika finanzjarja tal-kontijiet separati miżmuma mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għall-finijiet ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', abbażi ta’ dokumenti u verifiki fil-post. Għall-finijiet tal-verifika, kif ikun meħtieġ u xieraq, għandhom ikunu aċċessibbli l-kotba, ir-reġistri u kwalunkwe dokument ieħor miżmum mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni u l-Mexxejja tal-Proġett rigward l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'.

KAPITOLU 4

RIŻORSI

Artikolu 12

Prinċipji Ġenerali

1.   Ir-riżorsi għall-implimentazzjoni ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa' għandhom jinkludu:

(a)

kontributi in natura, skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u taħt it-termini u l-kondizzjonjiet kif imsemmija fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-annessi tagħha, li jinkludu:

(i)

komponenti, tagħmir, materjali speċifiċi u prodotti u servizzi oħrajn; u

(ii)

l-Esperti li Parti tkun qegħdet għad-dispożizzjoni tat-Timijiet tal-Proġetti wara l-ħatra tagħhom mill-Kumitat ta’ Tmexxija, u l-persunal li Parti tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tas-Segretarjat wara li jkun inħatar mill-Kumitat ta’ Tmexxija; u

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji, skond it-termini u l-kondizzjonijiet kif imsemmija fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-annessi tagħha.

2.   Soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti, id-dokument “Stimi tal-Valur u l-Allokazzjonijiet tal-Kontributi tal-Partijiet” anness għad-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell jista' jiġi aġġornat kull sena fuq deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 13

Taxxi

1.   Kull Parti għandha tagħti permess għall-importazzjoni fit-territorju tagħha u l-esportazzjoni minnu, bla dazju, ta’ prodotti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u għandha tiżgura l-eżenzjoni tagħhom minn kwalunkwe taxxa oħra jew dazju ieħor miġbura mill-awtoritajiet tad-dwana u minn projbizzjonijiet u restrizzjonijiet ta’ importazzjoni. Dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat irrispettivament mill-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ tali prodotti meħtieġa.

2.   L-Esperti li Parti tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tat-Timijiet tal-Proġetti wara l-ħatra tagħhom mill-Kumitat ta’ Tmexxija u l-persunal li Parti tkun qiegħdet għad-dispożizzjoni tas-Segretarjat wara li jkun inħatar mill-Kumitat ta’ Tmexxija bħala kontribut in natura skond l-Artikolu 12(1)(a)(ii) għandhom ikunu eżenti mit-taxxi fuq is-salarji, il-pagi u l-ħlasijiet fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Artikolu 14

Regolament tal-Kontributi In Natura

1.   Kull kontribut in natura għandu jkun is-suġġett ta’ arranġament ta’ akkwist (minn hawn 'il quddiem “l-Arranġament ta’ Akkwist”) miftiehem bejn l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni bil-kunsens tal-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat.

2.   L-Arranġament ta’ Akkwist għandu jipprovdi deskrizzjoni teknika dettaljata tal-kontributi li għandhom isiru inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-iskedi, il-fażijiet fil-proċess, l-evalwazzjonijiet tar-riskju, ir-riżultati konkreti mistennija u l-kriterji għall-aċċettazzjoni tagħhom, u għandu jistipula l-arranġamenti li permezz tagħhom il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat se jkun jista' jeżerċita l-awtorità teknika fuq il-prestazzjoni tal-kontributi in natura. L-Arranġament ta’ Akkwist, b'mod partikolari, għandu jistipula:

(a)

il-valur attribwit lil kull kontribut in natura;

(b)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni u l-Mexxej tal-Proġett;

(ċ)

il-proċedura ta’ akkwist;

(d)

l-iskeda u l-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tal-ksib tal-fażijiet u r-riżultati konkreti mistennija;

(e)

l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ l-iżgurar tal-kwalità;

(f)

il-proċeduri ta’ relazzjoni u monitoraġġ fost il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat, l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni u l-entitajiet involuti fil-forniment tar-riżultati konkreti mistennija;

(g)

proċeduri biex jittrattaw tibdiliet ta’ akkwist li jista' jkollhom impatt fuq l-ispejjeż, l-iskedar u l-prestazzjoni; u

(ħ)

l-aċċettazzjoni tar-riżultati konkreti aħħarija mistennija u t-trasferiment possibli ta’ l-appartenenza.

3.   L-appartenenza tal-komponenti li jkunu kontributi in natura min-naħa ta’ l-aġenzija ta’ l-implimentazzjoni maħtura mill-Euratom skond l-Artikolu 7(1) (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea”) għandha tiġi ttrasferita lill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża fil-waqt ta’ l-aċċettazzjoni fis-sit tax-xogħol rispettiv min-naħa tal-Mexxej tal-Proġett rispettiv u l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża. L-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniza għandha tkun responsabbli għat-trasport tal-komponenti kkontribwiti mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea mill-port tad-dħul sas-sit tax-xogħol.

4.   Għall-Esperti jew il-persunal tas-Segretarjat, l-Arranġament ta’ Akkwist għandu jieħu l-forma ta’ arranġament ta’ ssekondar. Il-valur attribwit lill-Esperti jew lill-persunal tas-Segretarjat għandu jkun kif imsemmi fid-dokument “Stimi tal-Valur u l-Allokazzjoni tal-Kontributi tal-Partijiet” anness għad-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell, u jista' jiġi aġġornat mill-Kumitat ta’ Tmexxija minn żmien għal żmien kif meħtieġ.

5.   Kull Parti għandha tkun responsabbli għas-salarji, l-assigurazzjonijiet u l-ħlasijiet li għandhom jitħallsu lill-Esperti u lill-persunal tas-Segretarjat imqiegħda disponibbli minn tali Parti, u sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, għandha tħallas l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għajxien tagħhom. Il-Parti li tospita t-Timijiet tal-Proġetti u/jew is-Segretarjat għandha tagħmel arranġamenti għall-alloġġ adegwat ta’ l-esperti u l-persunal tas-Segretarjat u l-familji tagħhom. Il-Parti li tospita t-Timijiet tal-Proġetti u/jew is-Segretarjat għandha wkoll tieħu l-miżuri xierqa biex tiffaċilita d-dħul fit-territorju tagħha ta’ l-Esperti u tal-persunal tas-Segretarjat u l-familji tagħhom, u għandha titlob lill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha tagħmel ħilitha kollha biex tipprovdi l-faċilitajiet xierqa fir-rigward tas-servizzi legali u ta’ traduzzjoni fl-eventwalità li jittieħdu passi legali kontra l-Esperti u l-persunal tas-Segretarjat b'riżultat mill-qadi ta’ dmirijiethom. L-Esperti u l-persunal tas-Segretarjat għandhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċjali tax-xogħol u mar-regolamenti tas-sikurezza fis-seħħ fl-istabbiliment ospitanti, jew kif miftiehem fl-arranġament ta’ ssekondar waqt il-qadi ta’ dmirijiethom fil-Parti l-oħra.

Artikolu 15

Aġġustamenti għall-Allokazzjonijiet

Jekk tkun il-ħtieġa minħabba ċirkostanzi mhux previsti, Parti tista' tipproponi li tkun immodifikata l-allokazzjoni tal-kontributi fi ħdan proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa'. Fuq tali proposta, il-Mexxej ta’ Proġett ikkonċernat għandu, wara li jikkonsulta l-Kumitat tal-Proġett ikkonċernat, jipproponi lill-Kumitat ta’ Tmexxija allokazzjoni tar-riżorsi riveduta, filwaqt li jżomm l-ispiża totali ta’ tali proġett u l-bilanċ globali tal-kontributi bejn il-Partijiet f'dak il-proġett.

Artikolu 16

Kontribuzzjonijiet Finanzjarji

Il-ħlasijiet kollha li jsiru mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea għandhom isiru bl-Euro. Il-ħlasijiet kollha li jsiru mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandhom isiru bil-Yen.

Artikolu 17

Spejjeż Komuni tat-Timijiet tal-Proġett

L-ispejjeż komuni ta’ kull Tim tal-Proġett għandhom jinħarġu mill-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża skond l-Artikolu 7(3). Għal dan il-fini, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha twettaq l-azzjonijiet meħtieġa fuq it-talba tal-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat u fi ħdan il-valuri massimi stabbiliti fil-Programm ta’ Ħidma rilevanti.

KAPITOLU 5

INFORMAZZJONI U PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Artikolu 18

Tixrid, Użu u Protezzjoni ta’ l-Informazzjoni

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu,

(a)

“informazzjoni” tfisser dijagrammi, disinji, komputazzjonijiet, rapporti u dokumenti oħrajn, data ddokumentata jew metodi ta’ riċerka u żvilupp, deskrizzjonijiet ta’ invenzjonijiet u sejbiet, sew jekk ikunu proteġġibbli jew le; u

(b)

“informazzoni kummerċjali kunfidenzjali” tfisser informazzjoni li jkun fiha għarfien, sigrieti kummerċjali, jew informazzjoni teknika, kummerċjali jew finanzjarja, li:

(i)

il-proprjetarju tagħha jkun żammha kunfidenzjali;

(ii)

mhijiex ġeneralment magħrufa jew disponibbli minn sorsi oħrajn;

(iii)

il-proprjetarju tagħha ma jkunx għamilha disponibbli għal partijiet oħrajn mingħajr obbligu rigward il-kunfidenzjalità tagħha; u

(iv)

ma tkunx disponibbli għall-parti li tirċeviha mingħajr obbligi rigward il-kunfidenzjalità tagħha.

2.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet jappoġġaw l-usa' tixrid possibbli ta’ informazzjoni ġġenerata fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

3.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-informazzjoni kollha ġġenerata mill-membri tat-Timijiet tal-Proġett fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilhom taħt dan il-Ftehim għandha ssir liberament aċċessibbli lil kull waħda mill-Partijiet għall-użu fir-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija għal finijiet paċifiċi.

4.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, kull Parti għandu jkollha d-dritt għal liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u mingħajr il-ħlas ta’ drittijiet, fil-pajjiżi kollha, biex tittraduċi, tirriproduċi u tiddistribwixxi pubblikament artikli ta’ rivisti, rapporti u kotba tekniċi xjentifiċi li joħorġu direttament mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-kopji kollha ddistribwiti pubblikament ta’ xogħol kopert mid-dritt ta’ l-awtur imħejji taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom jindikaw l-ismijiet ta’ l-awturi tax-xogħol sakemm awtur ma jkunx għażel espliċitament li ma jissemmiex.

5.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-informazzjoni kollha ġġenerata mill-persunal ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni fit-twettiq tal-ħidmiet assenjati lilu taħt dan il-Ftehim għandha ssir liberament disponibbli lit-Timijiet tal-Proġett u lil kull waħda mill-Partijiet għall-użu fir-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija għal finijiet paċifiċi.

6.   Kwalunkwe kuntratt mogħti fuq l-inizjattiva ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jew ta’ Mexxej ta’ Proġett għat-twettiq tal-kompitu assenjat lilhom taħt dan il-Ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Partijiet jaqdu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim.

7.   Soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti u għall-obbligi tagħha lejn terzi persuni u għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, kull Parti għandha tagħmel ħilitha kollha biex tqiegħed liberament għad-dispożizzjoni tat-Timijiet tal-Proġetti u ta’ l-Aġenziji ta’ l-Implimentazzjoni kwalunkwe informazzjoni li tkunilha disponibbli li huma jkunu jeħtiġuha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilhom taħt dan il-Ftehim.

8.   Jekk, fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, issir disponibbli informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, għandha tiġi mmarkata bħala tali u trasmessa skond arranġament ta’ kunfidenzjalità. Min jirċievi tali informazzjoni għandu jużaha għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u jżomm il-kunfidenzjalità tagħha sal-grad previst f'dak l-arranġament.

Artikolu 19

Proprjetà Intellettwali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-“proprjetà intellettwali” għandu jkollha t-tifsira definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, li saret fi Stokkolma, fl-14 ta’ Lulju 1967. Skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha, kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra tista' takkwista d-drittijiet għall-proprjetà intellettwali allokati skond dan il-Kapitolu. Dan il-Kapitolu la jibdel u lanqas jippreġudika l-allokazzjoni tad-drittijiet bejn Parti u ċ-ċittadini tagħha. Jekk id-drittijiet rigward il-proprjetà intellettwali għandhomx jinżammu minn Parti jew inkella miċ-ċittadini tagħha għandu jiġi deċiż bejniethom skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħhom.

2.   Fejn materjal proteġġibbli jiġi ġġenerat mill-membri tat-Timijiet tal-Proġett fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Mexxej tal-Proġett rispettiv għandu minnufih jinforma lill-Kumitat ta’ Tmexxija b'rakkomandazzjoni dwar il-pajjiżi li fihom għandha tinkiseb il-protezzjoni għal tali proprjetà intellettwali. Madankollu, kull Parti, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-membri tat-Timijiet tal-Proġett li dik il-Parti tkun qegħdithom disponibbli, għandhom ikunu intitolati li jiksbu dritt, titolu u interess kollu fi u għall-proprjetà intellettwali fit-territorju ta’ dik il-Parti. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi jekk u kif ifittex il-protezzjoni għal tali proprjetà intellettwali fil-pajjiżi terzi. Fil-każijiet kollha fejn tinkiseb il-protezzjoni għall-proprjetà intellettwali minn Parti, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-membri tat-Timijiet tal-Proġett li dik il-Parti tkun għamlithom disponibbli, il-Parti għandha tiżgura li l-membri tat-Timijiet tal-Proġett jistgħu jużaw liberament tali proprjetà intellettwali għat-twettiq tal-kompiti assenjati lit-Timijiet tal-Proġett.

3.   Jekk il-persunal ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jiġġenera l-proprjetà intellettwali fit-twettiq ta’ kompitu assenjat lilu taħt dan il-Ftehim, il-Parti ta’ dik l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jew il-persunal tagħha għandu jkun intitolat jakkwista dritt, titolu u interess kollu fil-pajjiżi kollha fi u għal tali proprjetà intellettwali skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Il-Parti ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni għandha tiżgura li l-membri tat-Timijiet tal-Proġett ikunu jistgħu jużaw tali proprjetà intellettwali liberament għat-twettiq tal-kompiti assenjati lit-Timijiet tal-Proġett, u li l-Parti l-oħra tingħata liċenzja mhux esklussiva, irrevokabbli u mingħajr il-ħlas ta’ drittijiet, bid-dritt li toħroġ liċenzja subordinata, għar-riċerka u l-iżvilupp dwar il-fużjoni bħala sors ta’ l-enerġija għal finijiet paċifiċi.

4.   Jekk il-persunal li jkun tqiegħed disponibbli permezz ta’ Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni jiġġenera l-proprjetà intellettwali waqt li jkun qed jaħdem fl-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tal-Parti l-oħra, soġġett għal-liġijiet applikabbli rilevanti:

(a)

Il-Parti li tilqa', l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-persunal tagħha għandhom ikunu intitolati jakkwistaw id-dritt, titolu u interess kollu fi u għal kwalunkwe tali proprjetà intellettwali fit-territorju tiegħu stess u f'pajjiżi terzi; u

(b)

Il-Parti emittenti, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha jew il-persunal tagħha għandhom ikunu intitolati jakkwistaw id-dritt, titolu u interess kollu fi u għal kwalunkwe tali proprjetà intellettwali fit-territorju tiegħu stess.

5.   Kull Parti, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ l-inventuri jew ta’ l-awturi skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tfittex il-kooperazzjoni mingħand tali inventuri jew awturi, inkluż il-persunal ta’ l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni tagħha, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Kull Parti għandha tiżgura l-ħlas ta’ għotjiet u kumpensi lil tali inventuri jew awturi, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

6.   Minkejja l-paragrafi 2 sa 4, jekk Parti tiddeċiedi li ma teżerċitax id-dritt tagħha li tfittex li tikseb il-protezzjoni għall-proprjetà intellettwali fi kwalunkwe pajjiż jew reġjun, għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'dan, u l-Parti l-oħra tista' mbagħad tfittex li tikseb tali protezzjoni.

Artikolu 20

Skadenza jew Terminazzjoni

Id-drittijiet konferiti u l-obbligi imposti fuq il-Partijiet skond dan il-Kapitolu għandhom jibqgħu wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Dħul fis-Seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li fihom jinfurmaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew ikkompletati.

Artikolu 22

Tul u Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perijodu ta’ għaxar snin u għandu jibqa' fis-seħħ wara sakemm ma jiġix itterminat min-naħa ta’ kwalunkwe Parti fi tmiem il-perijodu ta’ għaxar snin jew fi kwalunkwe żmien wara dak il-perijodu, permezz ta’ notifika lill-Parti l-oħra bil-miktub u mill-inqas sitt xhur bil-quddiem bl-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim.

2.   Dan il-ftehim jista' jiġi tterminat qabel l-iskadenza tiegħu biss meta:

(a)

ikun intlaħaq qbil reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet;

(b)

ikun ġie tterminat il-Ftehim ta’ l-ITER; jew

(ċ)

kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tibqax aktar parti fil-Ftehim ta’ l-ITER.

3.   L-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim m'għandhiex taffettwa l-validità jew it-tul ta’ kwalunkwe arranġament li jkun sar taħtu, jew kwalunkwe dritt jew obbligu speċifiku li jkun irriżulta f'konformità mal-Kapitolu 5.

Artikolu 23

Emendar

Fuq talba ta’ kwalunkwe waħda minnhom, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom dwar jekk jemendawx dan il-Ftehim, u jistgħu jaqblu li jemendawh. Tali emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li bihom jinfurmaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha jkunu tlestew.

Artikolu 24

Riżoluzzjoni ta’ Lmenti

Il-kwistjonijiet jew l-ilmenti kollha bejn il-Partijiet li jirrigwardaw l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu solvuti b'konsultazzjoni u negozjati bejniethom.

Artikolu 25

Parteċipazzjoni ta’ Partijiet oħra ta’ l-ITER

Fil-każ li kwalunkwe Parti oħra fil-Ftehim ta’ l-ITER tesprimi l-intenzjoni tagħha li tieħu sehem fi proġett ta’ l-Attivitajiet ta’ Approċċ Usa', il-Mexxej tal-Proġett ikkonċernat, wara li jikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett, għandu jressaq quddiem il-Kumitat ta’ Tmexxija proposta rigward it-termini u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ta’ dik il-parti f'tali proġett. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni ta’ dik il-parti fuq il-proposta tal-Mexxej tal-Proġett, u soġġett għall-approvazzjoni tal-Partijiet skond il-proċeduri interni tagħhom, jista' jikkonkludi ftehim u arranġamenti ma’ dik il-parti dwar tali parteċipazzjoni.

Artikolu 26

Applikazzjoni fir-rigward ta’ l-Euratom

Skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Euratom, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji koperti minn dak it-Trattat. Skond dak it-Trattat u ftehim rilevanti oħrajn, għandu japplika wkoll għall-Konfederazzjoni Svizzera, li tipparteċipa fil-programm tal-fużjoni ta’ l-Euratom bħala Stat terz assoċjat bis-sħiħ.

B'XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, dovutement mogħnija bl-awtorizzazzjoni tal-Gvern tal-Ġappun u tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’ Tokjo fil-5 ta’ Frar 2007, f'żewġ kopji, bl-Ingliż u bil-Ġappuniż, u kull verżjoni hija awtentika bl-istess mod.

Għall-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika

H. RICHARDSON

Għall-Gvern tal-Ġappun

T. ASO

ANNESS I

IFMIF/EVEDA

Artikolu 1

Objettiv

1.   Il-Partijiet, soġġetti għal dan il-Ftehim kif ukoll għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, għandhom iwettqu l-Attivitajiet tal-Validazzjoni u tad-Disinn ta’ l-Inġinerija (minn hawn 'il quddiem “EVEDA”) biex jipproduċu disinn kompletament integrat ta’ l-inġinerija tal-Faċilità Internazzjonali għall-Irradjazzjoni ta’ Materjali għall-Fużjoni (minn hawn 'il quddiem “IFMIF”) u d-data kollha meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-ġejjieni rigward il-bini, l-operat, l-isfruttament u d-dekomissjonar ta’ l-IFMIF, u biex jivvalidaw l-operat kontinwu u stabbli ta’ kull sottosistema ta’ l-IFMIF.

2.   Dawn id-disinji u d-data għandhom imbagħad jitniżżlu f'rapport finali tad-disinn li għandu jiġi adottat mill-Kumitat ta’ Tmexxija fuq proposta tal-Mexxej tal-Proġett wara li dan ikun ikkonsulta mal-Kumitat tal-Proġett, u jitqiegħdu disponibbli għal kull waħda mill-Partijiet għall-użu tagħha jew bħala parti minn programm ta’ kollaborazzjoni internazzjonali jew inkella fil-programm domestiku tagħha.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Skond l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness, għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment tad-disinn ta’ l-inġinerija ta’ l-IFMIF, inklużi:

(i)

deskrizzjoni kompluta ta’ l-IFMIF inklużi t-tliet sottosistemi ewlenin tagħha (l-aċċeleraturi, il-faċilità ta’ mira u dik ta’ l-ittestjar), il-binjiet inklużi fiċ-ċelel ta’ temperatura għolja għall-eżami ta’ wara l-irradjazzjoni, is-sistemi awżiljari u dawk tas-sikurezza;

(ii)

disinji dettaljati tal-komponenti, is-sottosistemi u l-binjiet, b'attenzjoni speċifika għat-transizzjonjiet bejniethom u l-integrazzjoni tagħhom;

(iii)

skeda ta’ pjan għad-diversi fażijiet tal-forniment, il-bini, it-tqegħid flimkien tal-partijiet, l-ittestjar u l-ikkummissjunar, flimkien mal-pjan korrispondenti tal-ħtiġiet ta’ riżorsi umani u finanzjarji; u

(iv)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komponenti biex ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti għall-forniment ta’ affarijiet meħtieġa għall-bidu tal-kostruzzjoni;

(b)

l-istabbiliment tal-ħtiġiet tas-sit għall-IFMIF, u l-prestazzjoni ta’ l-analiżi meħtieġin dwar is-sikurezza u l-ambjent;

(ċ)

proposta tal-programm u l-estimi ta’ l-ispiża korrispondenti, ir-riżorsi umani u l-iskeda għall-operat, l-isfruttament u d-dekommissjonar ta’ l-IFMIF; u

(d)

il-ħidma ta’ validazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp meħtieġa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet deskritti fis-subparagrafi (a) sa (ċ), inklużi:

(i)

id-disinn, il-bini u t-tagħaqid flimkien tal-prototip tal-parti ta’ l-enerġija baxxa u l-ewwel sezzjoni ta’ enerġija għolja ta’ wieħed miż-żewġ aċċeleraturi inklużi l-apparati għall-forniment ta’ l-enerġija bi frekwenza tar-radju, il-ġeneraturi u l-awżiljari tagħhom, u t-twettiq ta’ l-operat ta’ l-ittestjar integrat tar-raġġi tagħha;

(ii)

id-disinn, il-manifattura u l-ittestjar ta’ mudelli skalabbli biex tiġi żgurata l-fattibbiltà ta’ l-inġinerija tal-faċilità ta’ mira u ta’ dik ta’ l-ittestjar; u

(iii)

il-kostruzzjoni tal-binjiet li se jilqgħu fihom il-prototip ta’ l-aċċeleratur u s-sistemi awżiljari tiegħu.

2.   L-implimentazzjoni tal-kompiti li jidhru fil-paragrafu 1 għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-Pjan tal-Proġett u fil-Programmi ta’ Ħidma.

Artikolu 3

Sit tax-Xogħol

Is-sit tax-xogħol għall-IFMIF/VEDA għandu jkun f'Rokkasho, fil-Prefettura ta’ Aomori.

Artikolu 4

Riżorsi

Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-IFMIF/EVEDA, kif imsemmijin fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-Annessi tagħha.

Artikolu 5

Tul ta’ Żmien

It-tul ta’ żmien ta’ l-IFMIF/EVEDA għandu jkun ta’ sitt snin u jista' jittawwal permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 6

Appartenenza tal-Komponenti ta’ l-Aċċeleraturi

Minkejja l-Artikolu 14(3) ta’ dan il-Ftehim, l-Aġenzija ta’ l-Implimentazzjoni Ewropea għandha żżomm l-appartenenza tal-komponenti tal-prototip ta’ l-aċċeleratur speċifikati f'dan l-Artikolu li hija tikkontribwixxihom bħala kontribut in natura, u għandha terfa' r-responsabbiltà għat-trasportazzjoni lura ta’ dawn il-komponenti wara li jiżżarma l-prototip ta’ l-aċċeleratur:

(a)

l-injettur;

(b)

it-tagħmir għall-forniment ta’ l-enerġija bi frekwenza tar-radju, il-ġeneraturi u l-awżiljari tagħhom; u

(ċ)

is-sistema ta’ kontroll.

ANNESS II

IFERC

Artikolu 1

Objettiv

Soġġetti għal dan il-Ftehim kif ukoll għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, il-Partijiet għandhom iwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fl-IFERC bil-għan li jikkontribwixxu għall-Proġett ta’ l-ITER u li jippromwovu realizzazzjoni bikrija ta’ reattur ta’ dimostrazzjoni tal-ġejjieni għall-produzzjoni ta’ l-enerġija (minn hawn 'il quddiem “DEMO”).

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

Skond l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness, għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

attivitajiet taċ-Ċentru għall-Koordinament tar-Riċerka dwar id-Disinn u l-Iżvilupp ta’ DEMO bil-għan li tiġi stabbilita bażi komuni għal disinn ta’ DEMO, inklużi:

(i)

li jsiru seminars u laqgħat oħrajn;

(ii)

il-provvista u l-iskambju ta’ informazzjoni xjentifika u teknika;

(iii)

attivitajiet ta’ disinn konċettwali għal DEMO; u

(iv)

attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp dwar it-teknoloġiji ta’ DEMO;

(b)

attivitajiet taċ-Ċentru għas-Simulazzjoni Komputazzjonali, inklużi l-provvista u l-isfruttament ta’ superkompjuter għal attivitajiet ta’ simulazzjoni fuq skala kbira għall-analiżi tad-data sperimentali dwar il-plażmi tal-fużjoni, it-tħejjija ta’ xenarji għall-operat ta’ l-ITER, it-tbassir tal-prestazzjoni tal-faċilitajiet ta’ l-ITER u l-kontribut għal disinn ta’ DEMO; u

(ċ)

attivitajiet taċ-Ċentru għall-Isperimentazzjoni Remota ta’ l-ITER biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni wiesgħa ta’ xjenzati fl-esperimenti ta’ l-ITER, inklużi l-iżvilupp ta’ metodi għall-isperimentazzjoni remota għall-ħruq ta’ plażmi Tokamak, li għandhom jiġu ttestjati fuq magni eżistenti, per eżempju t-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat, kif previst fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness III.

Artikolu 3

Sit tax-Xogħol

Is-sit tax-xogħol għall-IFERC għandu jkun f'Rokkasho, fil-Prefettura ta’ Aomori.

Artikolu 4

Riżorsi

Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-IFERC, kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Brussell u fl-Annessi tagħha.

Artikolu 5

Tul ta’ Żmien

It-tul ta’ żmien ta’ l-attivitajiet ta’ l-IFERC għandu jkun ta’ għaxar snin u jista' jittawwal permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 6

Dettalji tat-Twassil u t-Trasferiment possibbli ta’ l-Appartenenza ta’ Sistemi ta’ Superkompjuter

Minkejja l-Artikolu 14(3) ta’ dan il-Ftehim, id-dettalji tat-twassil u t-trasferiment possibbli ta’ l-appartenenza ta’ sistemi ta’ superkompjuter għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat ta’ Tmexxija skond il-Pjan tal-Proġett.

ANNESS III

PROGRAMM TAT-TOKAMAK SATELLITARI

Artikolu 1

Objettiv

1.   Soġġetti għal dan il-ftehim kif ukoll għal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, il-Partijiet għandhom iwettqu l-programm tat-Tokamak satellitari (minn hawn 'il quddiem “il-Programm tat-Tokamak Satellitari”). Dan il-programm jinkludi:

(a)

il-parteċipazzjoni fit-titjib tat-tagħmir sperimentali tat-Tokamak li huwa l-proprjetà ta' l-Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni Ġappuniża għal Tokamak superkonduċenti avvanzat (minn hawn 'il quddiem “it-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat”); u

(b)

il-parteċipazzjoni fl-isfruttament tiegħu, b'appoġġ ta' l-isfruttament ta' l-ITER u r-riċerka lejn DEMO bl-indirizzar ta' kwistjonijiet ewlenija tal-fiżika għal ITER u DEMO.

2.   Il-kostruzzjoni u l-isfruttament tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat għandu jitwettaq taħt il-Programm tat-Tokamak Satellitari u l-programm nazzjonali Ġappuniż. L-opportunitajiet ta' l-isfruttament tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat għandhom jinqasmu ugwalment bejn il-programm nazzjonali u l-Programm tat-Tokamak Satellitari.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Skond l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness, għandhom jitwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

Il-fażi tal-kostruzzjoni: id-disinn, il-manifattura tal-komponenti u s-sistemi, u t-tgħaqid flimkien tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat; u

(b)

Il-fażi ta' l-isfruttament: l-ippjanar u t-twettiq ta' l-esperimenti tal-Programm tat-Tokamak Satellitari.

2.   L-implimentazzjoni tal-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu speċifikati ulterjorment fil-Pjan tal-Proġett u fil-Programmi ta' Ħidma fuq il-bażi li ġejja:

(a)

ir-rapport dwar disinn konċettwali, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tal-komponenti li għandhom jiġu fornuti mill-Partijiet għall-implimentazzjoni tal-Programm tat-Tokamak Satellitari, għandha tipprovdih l-Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni Ġappuniża, u għandu jiġi eżaminat u aċċettat mill-Partijiet;

(b)

kull Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni għandha tiżviluppa disinn dettaljat tal-komponenti li għandha tfornihom bħala l-kontribut in natura tagħha;

(c)

l-Aġenzija ta' l-Implimentazzjoni Ġappuniża għandha tkun responsabbli għall-integrazzjoni tal-komponenti tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat u għat-tgħaqid flimkien ġenerali u l-operat tat-tagħmir; u

(d)

l-EURATOM għandha tkun intitolata li tieħu sehem fl-isfruttament tat-Tokamak Superkonduċenti Avvanzat, fuq bażi ġusta.

Artikolu 3

Sit tax-Xogħol

Is-sit tax-xogħol għall-Programm tat-Tokamak Anċillari għandu jkun f'Naka, fil-Prefettura ta' Ibaraki.

Artikolu 4

Riżorsi

Il-Partijiet għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm tat-Tokamak Satellitari, kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Brussell u fl-Annessi tagħha.

Artikolu 5

Tul ta’ Żmien

It-tul ta' żmien tal-Programm tat-Tokamak Satellitari għandu jkun ta' għaxar snin inklużi tliet snin għall-kummissjonar u l-operat u jista' jittawwal permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija.


Kummissjoni

21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Settembru 2007

dwar in-noninklużjoni tal-benfuracarb fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4285)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/615/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-benuracarb.

(3)

Għall-benfuracarb, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew eżaminati skond id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-regolamenti jaħtru lill-Istati Membri li jaġixxu bħala Relatur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għall-benfuracarb, l-Istat Membru Relatur kien il-Belġju u t-tagħrif kollu rilevanti tressaq fis-2 ta’ Awwissu 2004.

(4)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u mill-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tiegħu u tressaq quddiem il-Kummissjoni fit-28 ta’ Lulju 2006 fil-format tal-konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva benfuracarb. Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fis-16 ta’ Marzu 2007 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-benfuracarb.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. Il-benfuracarb hija sustanza li l-metabolit ewlieni tagħha huwa l-carbofuran, minnu nnifsu sustanza attiva li ġiet riveduta taħt id-Direttiva 91/414. L-użu ta’ benfuracarb iwassal għall-preżenza tal-metabolit carbofuran li huwa konsiderevolment aktar tossiku mill-kompost prinċipali benfuracarb. Għar-residwi tal-carbofuran, li jirriżultaw mill-użu tal-benfuracarb, il-valutazzjoni qajmet tħassib dwar l-esponiment akut ta’ gruppi vulnerabbli ta’ konsumaturi, b’mod partikolari, t-tfal. Madankollu, l-EFSA qalet li mhuwiex possibbli li ssir valutazzjoni kompleta tar-riskju għall-konsumaturi minħabba f’nuqqas ta’ data fid-dokument imressaq min-notifikant. Barra minn hekk, id-data allokata fi ħdan il-limiti taż-żmien stipulati legalment ma kinetx biżżejjed għall-EFSA biex tippermetti valutazzjoni sħiħa tar-riskju tal-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art mill-metaboliti barra l-carbofuran. Fl-aħħar, abbażi tad-data disponibbli, ma ntweriex li r-riskju għall-għasafar u l-mammiferi, għall-organiżmi akwatiċi, l-organiżmi ta’ l-art, għall-ħniex u għal organizmi oħra li mhumiex fil-mira, huwa aċċettabbli. Konsegwentement, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli li l-benfuracarb laħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa’ ma ssolviex, u l-valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk, il-benfuracarb m’għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun assigurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb jiġu rtirati f’perjodu ta’ żmien preskritt u li ma jiġġeddux, u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida lil dawn il-prodotti.

(9)

Kwalunkwe perjodu ta’ konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb, għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun wieħed ieħor ta’ tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb jistgħu jibqgħu jinkisbu mill-bdiewa sa 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(10)

Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax it-tressiq ta’ applikazzjoni għall-benfuracarb skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ l-inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-benfuracarb m’għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb ikunu rtirati sa l-20 ta’ Marzu 2008;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-benfuracarb m’hija se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun mill-iqsar possibbli u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-20 ta’ Marzu 2009.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.


Corrigendum

21.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 246/49


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2007 tad-19 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1054/2007 li jiffissa r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat esportati mingħajr iżjed proċessi

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 245, ta’ l-20 ta’ Settembru 2007 )

Paġna 31, l-anness għandu jaqra hekk:

“ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-20 ta’ Settembru 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

33,27  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

31,43  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

33,27  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

31,43  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3617

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

36,17

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

34,17

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

34,17

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3617

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

a)

pajjiżi terzi: l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Liechtenstein u s-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan);

b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.”