ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 229

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
31 ta' Awwissu 2007


Werrej

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2007/589/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Notifikata bid-dokument numru C(2007) 3416)  ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

31.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 229/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Lulju 2007

li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Notifikata bid-dokument numru C(2007) 3416)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/589/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-monitoraġġ u r-rapportaġġ sħiħ, konsistenti, trasparenti u eżatt ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond il-linji ta' gwida stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma fundamentali għat-tħaddim ta' l-iskema għall-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li kienet ġiet stabbilita fid-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

Matul l-ewwel ċiklu ta' konformità ta' l-iskema għall-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, li jkopri s-sena 2005, l-operaturi, il-verifikaturi u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ġabru l-ewwel esperjenza tal-monitoraġġ, tal-verifikazzjoni u tar-rapportaġġ skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/156/KE tad-29 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Wara li r-reviżjoni tad-Deċiżjoni 2004/156/KE, deher ċar li l-linji ta' gwida stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni ħtieġu bosta bidliet sabiex isiru aktar ċari u effikaċi mil-lat ta' l-infiq. Minħabba n-numru sostanzjali ta' emendi huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2004/156/KE tiġi ssostitwita.

(4)

Huwa xieraq li tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tal-linji ta' gwida għall-installazzjonijiet bl-emissjonijiet medji li ġew ivverifikati u rrapportati ta' inqas minn 25 000 tunnellata metrika ta' CO2 fossili fis-sena matul il-perjodu ta' skambju preċedenti, kif ukoll biex tinkiseb aktar armonizzazzjoni u biex jiġu ċċarati l-kwistjonijiet tekniċi.

(5)

Fejn meħtieġ, ġiet meqjusa l-gwida dwar il-monitoraġġ tal-gassijiet serra kif ġiet żviluppata mill-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandardizzazzjoni (ISO), l-Inizjattiva tal-Protokoll tal-Gassijiet Serra tal-Kunsill Dinji tan-Negozju dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WBCSD) u l-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI).

(6)

L-informazzjoni provduta mill-operaturi skond din id-Deċiżjoni għandha tiffaċilita l-attribuzzjoni inkroċjata ta' emissjonijiet li huma rrapportati taħt id-Direttiva 2003/87/KE ma' l-emissjonijiet li huma rrapportati lir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (EPRTR) li ġie stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (3) kif ukoll ma' l-emissjonijiet li ġew irrapportati f'inventarji nazzjonali billi ntużaw il-kategoriji tas-sors differenti tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC).

(7)

Billi tiżdied l-effikaċja fin-nefqa ġenerali tal-metodoloġiji ta' monitoraġġ, mingħajr ma' tkun kompromessa l-preċiżjoni tad-data dwar l-emissjoni rrapportata u l-integrità ġenerali tas-sistemi ta' monitoraġġ, l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom b'mod ġenerali jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2003/87/KE bi spejjeż imnaqqsa b'mod sinifikanti. Dan japplika b'mod partikolari għal impjanti li jużaw karburanti tal-bijomassa puri u għal emittenti żgħar.

(8)

Ir-rekwiżiti tar-rapportaġġ ġew allinejati ma' dawk taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE.

(9)

Ir-rekwiżiti għall-pjan ta' monitoraġġ ġew iċċarati u saru aktar stretti sabiex jirriflettu aħjar l-importanza tiegħu biex ikun żgurat rapportaġġ tajjeb u riżultati sodi ta' verifikazzjoni .

(10)

It-tabella 1 li tispeċifika r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I għandha tkun għal użu permanenti. L-annotazzjonijiet speċifiċi f'dik it-Tabella ġew riveduti fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura minn Stati Membri, operaturi u verifikaturi, fejn tqiesu l-bidliet li saru lid-dispożizzjonijiet dwar l-emissjonijiet tal-kombustjoni mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u għal-linji ta' gwida li huma speċifiċi għal attivitajiet u issa għandhom jirriflettu bilanċ xieraq bejn l-effikaċja fin-nefqa u l-preċiżjoni.

(11)

Ġie introdott metodu ta' rimedju (fall-back approach) b'limiti minimi ta' inċertezzi sabiex tkun provduta rotta alternattiva għall-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet minn installazzjonijiet speċifiċi jew kumplessi ħafna minbarra dawk l-installazzjonijiet mill-applikazzjoni tal-metodu bbażat fuq saffi (tier based approach) u li jippermetti li titfassal metodoloġija ta' monitoraġġ maħluqa kompletament apposta.

(12)

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ic-CO2 ittrasferit u inerenti li jidħol fi jew li jħalli l-installazzjonijiet li huwa kopert mid-Direttiva 2003/87/KE bħala sustanza pura jew fjuwil pur ġew iċċarati u saru aktar stretti, sabiex titjieb il-konsistenza mar-rekwiżiti tar-rapportaġġ ta' l-Istati Membri taħt il-Protokoll ta' Kyoto lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla Klimatika.

(13)

Il-lista ta' fatturi ta' emissjoni ta' referenza ġiet imwessa' u aġġornata billi ntużat informazzjoni mil-Linji ta' gwida tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima ta' l-2006, li minn hawn 'il quddiem se jissejħu “il-linji ta' gwida IPCC”. Il-lista ġiet ukoll estiża b'valuri ta' referenza għal valuri kalorifiċi netti għal firxa wiesgħa ta' fjuwils ibbażati fuq il-Linji ta' Gwida IPCC.

(14)

It-Taqsima dwar il-kontroll u l-verifikazzjoni ġiet riveduta sabiex il-konsistenza konċettwali u lingwistika tittejjeb bi gwida żviluppata mill-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament (EA), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), u l-ISO.

(15)

Rigward id-determinazzjoni tal-proprjetajiet tal-fjuwil u tal-proprjetajiet materjali, ġew iċċarati r-rekwiżiti għall-użu tar-riżultati minn laboratorji analitiċi u minn analizzaturi tal-gass onlajn billi tqieset l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti rispettivi minn Stat Membru għall-ieħor matul l-ewwel perjodu ta' skambju. Kienu provduti wkoll rekwiżiti addizzjonali dwar metodi ta' teħid ta' kampjuni u frekwenzi.

(16)

Biex tittejjeb l-effikaċja fin-nefqa għal installazzjonijiet b'emissjonijiet annwali ta' inqas minn 25 000 tunnellata metrika ta' CO2 fossili ġew miżjuda ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti speċifiċi li japplikaw għall-installazzjonijiet b'mod ġenerali.

(17)

L-użu ta' fatturi ta' ossidazzjoni minħabba l-metodoloġiji ta' monitoraġġ sar fakultattiv għall-proċessi ta' kombustjoni. Għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-karbonju iswed u għat-terminali li jipproċessaw il-gass ġie miżjud metodu ta' bilanċ tal-massa. Ir-rekwiżiti ta' inċertezza għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet minn flares tnaqqsu sabiex jirriflettu l-kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi ta' dawn il-faċilitajiet.

(18)

Il-metodu ta' bilanċ tal-massa m'għandux ikun parti mil-linji ta' gwida speċifiċi għall-attività għar-raffineriji taż-żejt minerali kif ġie elenkat fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE minħabba problemi li ġew irrapportati matul l-ewwel rapportaġġ fejn għandha x'taqsam il-preċiżjoni li tista' tintlaħaq. Il-gwida għar-riġenerazzjoni ta' sustanza katalitika li taqsam l-idrokarboni (catalytic cracker regeneration), u għar-riġenerazzjoni ta' katalisti oħrajn u l-emissjonijiet ta' flexi-cokers ġiet riveduta biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi ta' dawk il-faċilitajiet.

(19)

Id-dispożizzjonijiet u l-limiti għall-applikazzjoni tal-metodu tal-bilanċ tal-massa saru aktar stretti għall-installazzjonijiet li jipproduċu kokk, sinter, ħadid u azzar. Ġew miżjuda l-fatturi ta' emissjoni mil-linji ta' gwida IPCC.

(20)

It-terminoloġija u l-metodoloġiji għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-laqx (clinker) tas-siment u għall-installazzjonijiet li jipproduċu l-ġir ġew allinejati mal-prattiki kummerċjali tas-setturi li huma koperti minn din id-Deċiżjoni. L-użu tad-data dwar l-attività, tal-fattur ta' emissjoni u tal-fattur ta' konverżjoni sar konsistenti ma' l-attivitajiet l-oħra li huma koperti taħt id-Direttiva 2003/87/KE.

(21)

Fl-Anness IX għall-installazzjonijiet mill-industrija tal-ħġieġ ġew provduti l-fatturi ta' emissjoni addizzjonali.

(22)

Ir-rekwiżiti ta' inċertezza għall-emissjonijiet mill-kalċinazzjoni tal-materja prima għall-installazzjonijiet mill-industrija taċ-ċeramika saru inqas stretti sabiex jirriflettu aħjar sitwazzjonijiet fejn it-tafal joriġina direttament mill-barrieri. Il-metodu bbażat purament fuq il-produzzjoni m'għandux jintuża aktar minħabba li għandu applikazzjoni limitata kif ġie osservat matul l-ewwel ċiklu ta' rapportaġġ.

(23)

Għandhom jiġu miżjuda linji ta' gwida speċifiċi għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta' sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontwinwi biex ikun iffaċilitat l-użu konsistenti ta' metodi ta' monitoraġġ ibbażati fuq il-kejl li huma proporzjonati għall-Artikoli 14 u 24 u għall-Anness IV għad-Direttiva 2003/87/KE.

(24)

Ir-rikonoxximent ta' attivitajiet li huma relatati mal-qbid u mal-ħażna tal-karbonju mhuwiex ipprovdut f'din id-Deċiżjoni, iżda se jiddependi fuq emenda tad-Direttiva 2003/87/KE jew fuq l-inklużjoni ta' dawk l-attivitajiet skond l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva.

(25)

Il-linji ta' gwida li jinsabu fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni jistabbilixxu l-kriterji ddettaljati li ġew riveduti għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Dawn huma speċifikati f'relazzjoni ma' dawk l-attivitajiet, ibbażati fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ li ġew stabbiliti fl-Anness IV għal dik id-Direttiva li għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

(26)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rapporti li jiġu sottomessi mill-operaturi jkunu vverifikati skond il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

(27)

Huwa previst li reviżjoni oħra tal-linji ta' gwida li ġew stabbiliti f'din id-Deċiżjoni se titwettaq fi żmien sentejn mid-data ta' l-applikabbilità tagħha.

(28)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li kien stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE (4),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji ta' gwida għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE ġew stabbiliti fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni.

Dawk il-linji ta' gwida huma bbażati fuq il-prinċipji li ġew stabbiliti fl-Anness IV għal dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2004/156/KE hija rrevokata mid-data li tissemma fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/101/KE, ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18.

(2)  ĠU L 59, 26.2.2004, p. 18.

(3)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 167, 9.7.1993, p. 31. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


TABELLA TA' L-ANNESSI

L-Anness I

Il-Linji ta' Gwida Ġenerali 5

L-Anness II

Il-Linji ta' Gwida għall-Emissjonijiet mill-Kombustjoni minn Attivitajiet kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 48

L-Anness III

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Raffineriji taż-Żejt Minerali kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 55

L-Anness IV

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività ta' l-Ifran tal-Kokk kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 57

L-Anness V

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet tax-Xiwi u s-Sinterizzazzjoni ta' Metalli Mhux Maħduma kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 61

L-Anness VI

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjoni għall-Produzzjoni ta' Ħadid u Azzar mhux maħdum inkluż l-Iffondar Kontinwu kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 64

L-Anness VII

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Produzzjoni tal-Laqx tas-Siment kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 68

L-Anness VIII

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Produzzjoni tal-Ġir kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 73

L-Anness IX

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Manifattura tal-Ħġieġ kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 76

L-Anness X

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Manifattura ta' Prodotti taċ-Ċeramika kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 78

L-Anness XI

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazjonijiet li Jipproduċu l-Polpa tal-Karta u l-Karta kif ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE 83

L-Anness XII

Il-Linji ta' Gwida għad-Determinazzjoni ta' l-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra permezz ta' Sistema ta' Monitoraġġ ta' l-Emissjonijiet Kontinwi 85

L-ANNESS I

Il-Linji ta' Gwida Ġenerali

WERREJ

1.

Introduzzjoni 7

2.

Definizzjonijiet 7

3.

Prinċipji ta' Monitoraġġ u ta' Rapportaġġ 10

4.

Monitoraġġ ta' l-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra 11

4.1.

Limiti 11

4.2.

Metodoloġiji Bbażati fuq Kalkulazzjoni u Kejl 11

4.3.

Il-Pjan ta' Monitoraġġ 12

5.

Metodoloġiji għall-Emissjonijiet tas-CO2 Ibbażati fuq Kalkulazzjoni 13

5.1.

Formuli tal-Kalkulazzjoni 13

5.2.

Saffi ta' Metodi 14

5.3.

Metodi ta' Rimedju 19

5.4.

Data dwar l-Attività 19

5.5.

Fatturi ta' emissjoni 20

5.6.

Fatturi ta' Ossidazzjoni u ta' Konverżjoni 20

5.7.

CO2 Ittrasferit 21

6.

Metodoloġiji Bbażati fuq Kejl 21

6.1.

Ġenerali 21

6.2.

Saffi għal Metodoloġiji Bbażati fuq Kejl 22

6.3.

Aktar Proċeduri u Rekwiżiti 22

7.

Valutazzjoni ta' l-Inċertezzi 23

7.1.

Kalkulazzjoni 23

7.2.

Kejl 25

8.

Rapportaġġ 25

9.

Żamma ta' Informazzjoni 27

10.

Kontroll u Verifikazzjoni 28

10.1.

Akkwist u Mmaniġġjar tad-Data 28

10.2.

Sistema ta' Kontroll 28

10.3.

Attivitajiet ta' Kontroll 28

10.3.1.

Proċeduri u Responsabbiltajiet 28

10.3.2.

Assigurazzjoni tal-Kwalità 29

10.3.3.

Reviżjonijiet u Validazzjoni tad-Data 29

10.3.4.

Proċessi li Jingħataw Barra 30

10.3.5.

Korrezzjonijiet u Azzjoni Korrettiva 30

10.3.6.

Rekords u Dokumentazzjoni 30

10.4.

Verifikazzjoni 30

10.4.1.

Prinċipji Ġenerali 30

10.4.2.

Metodoloġija ta' Verifikazzjoni 31

11.

Fatturi ta' emissjoni 33

12.

Lista ta' Bijomassa Newtrali għas-CO2 34

13.

Determinazzjoni ta' data u fatturi speċifiċi għal attività 36

13.1.

Determinazzjoni ta' Valuri Kalorifiċi Netti u ta' Fatturi ta' Emissjoni għall-Fjuwils 36

13.2.

Determinazzjoni ta' Fatturi ta' Ossidazzjoni Speċifiċi għal Attività 37

13.3.

Determinazzjoni ta' Fatturi ta' Emissjoni, Fatturi ta' konverżjoni u ta' Data tal-Kompożizzjoni ta' Proċess 37

13.4.

Determinazzjoni ta' Frazzjoni tal-Bijomassa 37

13.5.

Rekwiżiti għad-Determinazzjoni tal-Proprjetajiet tal-Fjuwil u tal-Materjal 38

13.5.1.

Użu ta' Laboratorji Akkreditati 38

13.5.2.

Użu ta' Laboratorji li Mhumiex Akkreditati 38

13.5.3.

Analizzaturi tal-Gass Onlajn u Kromatografi tal-Gass 39

13.6.

Metodi ta' Teħid ta' Kampjuni u Frekwenza ta' l-Analiżijiet 39

14.

Format tar-Rapportaġġ 40

14.1.

Identifikazzjoni ta' Installazzjoni 40

14.2.

Deskrizzjoni Qasira u Ġenerika ta' l-Attivitajiet 41

14.3.

Emissjonijiet mill-Kombustjoni (Kalkulazzjoni) 42

14.4.

Emissjonijiet mill-Proċessi (Kalkulazzjoni) 42

14.5.

Metodu tal-Bilanċ tal-Massa 43

14.6.

Metodu ta' Kejl 43

15.

Kategoriji ta' Rapportaġġ 43

15.1.

Format tar-Rapportaġġ IPCC 43

15.2.

Kodiċi tal-Kategorija tas-Sors 45

16.

Rekwiżiti għall-Installazzjonijiet b'Emissjonijiet Baxxi 47

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Anness fih il-linji ta' gwida ġenerali għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' emissjonijiet mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE ta' gassijiet serra li huma speċifikati f'relazzjoni għal dawk l-attivitajiet. Il-linji ta' gwida addizzjonali dwar emissjonijiet speċifiċi għal attività ġew stabbiliti fl-Annessi II-XI.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness u ta' l-Annessi II sa XII għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87/KE.

(1)

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet bażiċi li ġejjin:

a)

“attivitajiet” tfisser l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

b)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE;

ċ)

“sors ta' emissjoni” tfisser parti separata li tista' tkun identifikata (punt jew proċess) ta' installazzjoni minn fejn jiġu rilaxxati l-gassijiet serra rilevanti;

d)

“fluss mis-sors” tfisser tip speċifiku ta' fjuwil, materja prima jew prodott li jagħti lok għal emissjonijiet ta' gassijiet serra rilevanti f'sors ta' emissjoni wieħed jew aktar bħala riżultat tal-konsum jew tal-produzzjoni tiegħu;

e)

“metodoloġija ta' monitoraġġ” tfisser is-somma tal-metodi li ntużaw minn operatur biex jiddetermina l-emissjonijiet ta' installazzjoni partikolari;

f)

“pjan ta' monitoraġġ” tfisser dokumentazzjoni dettaljata, kompleta u trasparenti dwar il-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' installazzjoni speċifika, inkluża d-dokumentazzjoni dwar l-akkwist tad-data u l-attivitajiet ta' mmaniġġjar tad-data, u s-sistema biex tkun ikkontrollata l-verità tagħha;

g)

“saff” tfisser element speċifiku ta' metodoloġija biex tkun iddeterminata d-data dwar attività, il-fatturi ta' emissjoni u l-fatturi ta' ossidazzjoni jew konverżjoni;

h)

“annwali” tfisser perjodu ta' żmien li jkopri sena kalendarja mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru;

i)

“perjodu ta' rapportaġġ” tfisser sena kalendarja li matulha l-emissjonijiet iridu jkunu mmonitorjati u rrapportati;

j)

“perjodu ta' skambju” tfisser fażi ta' aktar minn sena waħda ta' l-iskema ta' skambju ta' l-emissjonijiet (eż. 2005-2007 jew 2008-2012) li għaliha nħareġ pjan nazzjonali ta' kwoti mill-Istat Membru skond l-Artikolu 11(1) u (2) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw f'relazzjoni għal emissjonijiet, fjuwils u materjali:

a)

“emissjonijiet mill-kombustjoni” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra li jseħħu matul ir-reazzjoni esotermika ta' fjuwil ma' l-ossiġnu;

b)

“emissjonijiet minn proċess” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra ħlief għal emissjonijiet mill-kombustjoni li jirriżultaw reazzjonijiet intenzjonali u mhux intenzjonali bejn sustanzi jew it-trasformazzjoni tagħhom, inkluż it-tnaqqis kimiku jew elettrolitiku ta' metalli mhux maħduma, id-dekompożizzjoni termali ta' sustanzi, u l-formazzjoni ta' sustanzi biex jintużaw bħala prodott jew bħala materja prima;

ċ)

“CO2 inerenti” tfisser CO2 li huwa parti minn fjuwil;

d)

“konservattiv” tfisser li sett ta' suppożizzjonijiet ikun iddefinit sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda sotto-valutazzjoni ta' l-emissjonijiet annwali;

(e)

“grupp” tfisser ammont ta' fjuwil jew materjal li minnu ttieħdu kampjuni b'mod rappreżentattiv u li ġie kkaratterizzati u ttrasferiti bħala kunsinna waħda jew kontinwament tul perjodu ta' żmien speċifiku;

f)

“fjuwils skambjati b'mod kummerċjali” tfisser fjuwils ta' kompożizzjoni speċifikata li huma skambjati b'mod frekwenti u b'mod ħieles, jekk il-grupp speċifiku ġie skambjat bejn partijiet li huma ekonomikament indipendenti, inklużi l-fjuwils kummerċjali standard kollha, il-gass naturali, iż-żejt tal-fjuwil ħafif u tqil, il-faħam, il-kokk tal-petroleum;

g)

“materjali skambjati b'mod kummerċjali” tfisser materjali ta' kompożizzjoni speċifikata li huma skambjati b'mod frekwenti u b'mod ħieles, jekk il-grupp speċifiku ġie skambjat bejn partijiet li huma ekonomikament indipendenti;

h)

“fjuwil kummerċjali standard” tfisser il-fjuwils kummerċjali li ġew standardizzati internazzjonalment li juru intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux aktar minn ±1 % għall-valur kalorifiku speċifikat tagħhom, inklużi ż-żejt tal-gass, iż-żejt tal-fjuwil ħafif, il-gażolina, iż-żejt tal-lampi, il-pitrolju, l-etanu, il-propan u l-butan.

(3)

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw f'relazzjoni għall-kejl:

a)

“preċiżjoni” tfisser kemm ikun viċin il-qbil bejn ir-riżultat ta' kejl u l-valur veru tal-kwantità partikolari (jew valur ta' referenza li huwa ddeterminat b'mod empiriku billi jintużaw materjali ta' kalibrazzjoni aċċettati internazzjonalment u traċċabbli u metodi standard), fejn jitqiesu kemm fatturi aleatorji kif ukoll dawk sistematiċi;

b)

“inċertezza” tfisser parametru, li huwa assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza t-tixrid tal-valuri li b'mod raġonevoli jistgħu jkunu attribwiti għall-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji u li jiġi espress bħala persentaġġ u li jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti fejn titqies kwalunkwe asimmetrija tad-distribuzzjoni ta' valuri;

ċ)

“il-medja aritmetika” tfisser it-total tal-membri kollha ta' sett ta' valuri diviżi bin-numru ta' oġġetti fis-sett;

d)

“kejl” tfisser sett ta' operazzjonijiet li għandhom l-għan li jiddeterminaw il-valur ta' kwantità;

e)

“strument ta' kejl” tfisser għodda maħsuba biex tintuża biex jittieħdu qisien, waħdu jew flimkien ma' għodda (għodod) oħra;

f)

“sistema ta' kejl” tfisser sett komplut ta' strumenti tal-kejl u apparat ieħor, bħal apparat għat-teħid ta' kampjuni u għall-iproċessar tad-data, li jintuża għad-determinazzjoni ta' varjabbli bħad-data dwar l-attività, il-kontenut ta' karbonju, il-valur kalorifiku jew il-fattur ta' emissjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2;

g)

“kalibrazzjoni” tfisser is-sett ta' operazzjonijiet, li jistabbilixxu, f'kundizzjonijiet speċifikati, ir-relazzjonijiet bejn il-valuri indikati minn strument tal-kejl jew minn sistema tal-kejl, jew valuri rrappreżentati minn kejl materjali jew minn materjal ta' referenza u l-valuri korrispondenti ta' kwantità rrealizzata minn standard ta' referenza;

h)

“kejl ta' emissjonijiet kontinwi” tfisser sett ta' operazzjonijiet li għandhom l-għan li jiddeterminaw il-valur ta' kwantità billi jittieħdu qisien perjodiċi (diversi kull siegħa), billi jkunu applikati jew qisien fil-post fis-sistema taċ-ċmieni jew proċeduri ta' estrazzjoni bi strument tal-kejl li jinsab viċin tas-sistema ta' ċmieni; ma jinkludix metodi ta' kejl ibbażati fuq il-ġbir ta' kampjuni individwali mis-sistema ta' ċmieni;

i)

“kundizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta' 273,15 K (jiġifieri 0 oC) u kundizzjonijiet ta' pressjoni ta' 101,325 Pa li jiddefinixxu metri kubi normali (Nm3).

(4)

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin li huma relatati ma' metodoloġiji bbażati fuq kalkulazzjoni u ma' metodoloġiji bbażati fuq kejl għall-emissjonijiet tas-CO2:

a)

“Spejjeż li mhumiex raġonevoli” tfisser spejjeż ta' kejl sproporzjonat għall-benefiċċji ġenerali li jwasslu kif ġie stabbilit mill-awtorità kompetenti. Fejn għandha x'taqsam l-għażla tal-livelli tas-saffi, il-limitu jista' jkun iddefinit bħala l-valur tal-kwoti li jikkorrispondu għal titjib fil-livell ta' preċiżjoni. Għal miżuri li jżidu l-kwalità ta' l-emissjonijiet irrapportati iżda mingħajr impatt dirett fuq il-preċiżjoni, spiża mhux raġonevoli tista' tikkorrispondi għal frazzjoni li taqbeż limitu indikattiv ta' 1 % tal-valur medju tad-data disponibbli dwar l-emissjonijiet li ġiet irrapportata għall-perjodu ta' skambju preċedenti. Għal installazzjonijiet mingħajr din l-istorja, tintuża d-data minn installazzjonijiet rappreżentattivi li jagħmlu l-istess attivitajiet jew attivitajiet komparabbli bħala referenza u titqiegħed fi skala skond il-kapaċità tagħhom;

b)

“Teknikament vijabbli” tfisser li r-riżorsi tekniċi li kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sistema proposta jistgħu jiġu akkwistati mill-operatur fiż-żmien meħtieġ;

ċ)

“Flussi mis-sors de-minimis” tfisser grupp ta' flussi mis-sors minuri magħżula mill-operatur u li flimkien jirrilaxxaw 1 kilotunnellata metrika ta' CO2 fossili jew inqas fis-sena jew li jikkontribwixxu inqas minn 2 % (sa kontribut totali massimu ta' 20 kilotunnellata metrika ta' CO2 fossili fis-sena) ta' emissjonijiet totali annwali ta' CO2 fossili ta' dik l-installazzjoni qabel ma jitnaqqas isl-CO2 ittrasferit, liema huwa l-ogħla f'termini ta' emissjonijiet assoluti;

d)

“Flussi mis-sors maġġuri” tfisser grupp ta' flussi mis-sors li ma jappartjenux għall-grupp ta' “flussi mis-sors minuri”;

e)

“Flussi mis-sors minuri” tfisser dawk il-flussi mis-sors magħżula mill-operatur biex flimkien jirrilaxxaw 5 kilotunnellati metriċi ta' CO2 fossili jew inqas fis-sena jew biex jikkontribwixxu inqas minn 10 % (sa kontribut totali massimu ta' 100 kilotunellata metrika ta' CO2 fossili fis-sena), għall-emissjonijiet totali annwali ta' CO2 fossili ta' installazzjoni qabel ma' jitnaqqas is-CO2 ittrasferit, liema huwa l-ogħla f'termini ta' emissjonijiet assoluti;

f)

“Bijomassa” tfisser materjal organiku li mhuwiex fossilizzat u li huwa bijodegradabbli li joriġina minn pjanti, annimali u mikro-organiżmi, inklużi prodotti, prodotti sekondarji, residwi u skart mill-agrikoltura, mill-foresterija u minn industriji relatati kif ukoll il-frazzjonijiet organiċi li mhumiex fossilizzati u li huma bijodegradabbli ta' skart industrijali u muniċipali, inklużi gassijiet u likwidi li jiġu rkuprati mid-dekompożizzjoni ta' materjal organiku li mhuwiex fossilizzat u li huwa bijodegradabbli;

g)

“Pura” meta tkun relatata ma' sustanza tfisser li materjal jew fjuwil jikkonsisti f'mill-inqas 97 % (relatat għall-massa) tas-sustanza speċifikata jew ta' l-element speċifikat – li jikkorrispondi għall-klassifikazzjoni kummerċjali ta' “purum”. Għall-bijomassa din hija relatata mal-frazzjoni ta' karbonju tal-bijomassa fl-ammont totali ta' karbonju fil-fjuwil jew fil-materjal;

h)

“Metodu ta' bilanċ ta' l-enerġija” tfisser metodu biex ikun stmat l-ammont ta' enerġija li ntużat bħala fjuwil f'bojler, ikkalkulata bħala s-somma ta' sħana li tista' tintuża u t-telf kollu ta' enerġija rilevanti bir-radjazzjoni, bit-trażmissjoni u bil-flue gas.

(5)

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin li huma relatati ma' kontroll u ma' verifikazzjoni:

a)

“Riskji tal-kontroll” tfisser is-suxxettibilità ta' parametru fir-Rapport Annwali dwar l-Emissjonijiet għad-dikjarazzjonijiet żbaljati materjali li mhux se jkunu prevenuti jew skoperti u korretti f'waqthom mis-sistema ta' kontroll;

b)

“Riskju ta' skoperta” tfisser ir-riskju li l-verifikatur mhux se jiskopri dikjarazzjoni materjalment żbaljata jew nuqqas ta' konformità materjali;

ċ)

“Riskju Inerenti” tfisser is-suxxettibilità ta' parametru fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet għal dikjarazzjonijiet żbaljati materjali, meta wieħed jassumi li ma kien hemm l-ebda attività ta' kontroll relatata;

d)

“Riskju ta' verifikazzjoni” tfisser ir-riskju li l-verifikatur jesprimi opinjoni ta' verifikazzjoni li mhijiex xierqa. Ir-riskju ta' verifikazzjoni huwa funzjoni ta' riskji inerenti, ta' riskji ta' kontroll, u tar-riskju ta' skoperta;

e)

“Assigurazzjoni raġonevoli” tfisser livell għoli iżda mhux assolut ta' assigurazzjoni, espressa b'mod pożittiv fl-opinjoni ta' verifikazzjoni, sew jekk ir-rapport dwar l-emissjonijiet li huwa soġġett għal verifikazzjoni huwa ħieles minn dikjarazzjoni materjalment żbaljata u sew jekk l-installazzjoni m'għandiex nuqqasijiet ta' konformità materjali;

f)

“Livell ta' materjalità” tfisser il-limitu kwantitattiv jew il-punt ta' waqfien li għandu jintuża biex tkun iddeterminata l-opinjoni ta' verifikazzjoni xierqa dwar id-data dwar l-emissjoni li tkun irrapportata fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet;

g)

“Livell ta' assigurazzjoni” tfisser il-grad safejn, fil-konklużjonijiet tal-verifikazzjoni, il-verifikatur huwa kunfidenti li ġie ppruvat jekk l-informazzjoni irrapportata fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet għal installazzjoni kinitx ħielsa minn dikjarazzjoni materjalment żbaljata jew le;

h)

“Nuqqas ta' konformità” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni ta' att mill-installazzjoni li qiegħda taħt verifikazzjoni, jew intenzjonali jew mhux intenzjonali, li tmur kontra r-rekwiżiti fil-pjan ta' monitoraġġ li kien approvat mill-awtorità kompetenti taħt il-permess ta' l-installazzjoni;

i)

“Nuqqas ta' konformità materjali” tfisser li nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti fil-pjan ta' monitoraġġ li kien approvat mill-awtorità kompetenti taħt il-permess ta' l-installazzjoni, jista' jwasal għal trattament differenti ta' l-installazzjoni mill-awtorità kompetenti;

j)

“Dikjarazzjoni materjalment żbaljata” tfisser dikjarazzjoni żbaljata (ommissjonijiet, rappreżentazzjonijiet żbaljati u żbalji, mingħajr ma titqies l-inċertezza permissibbli) fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li, fil-fehma professjonali tal-verifikatur, tista' taffettwa t-trattament tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet mill-awtorità kompetenti eż. meta d-dikjarazzjoni żbaljata teċċedi l-livell ta' materjalità;

k)

“Akkreditament” fil-kuntest ta' verifikazzjoni tfisser il-ħruġ ta' dikjarazzjoni minn korp ta' akkreditament li huwa bbażat fuq id-deċiżjoni tiegħu wara li tkun saret valutazzjoni dettaljata li tkun relatata ma' verifikatur li jagħti dimostrazzjoni formali tal-kompetenza u ta' l-indipendenza tiegħu biex iwettaq verifikazzjoni skond rekwiżiti speċifikati;

l)

“Verifikazzjoni” tfisser l-attivitajiet imwettqa minn verifikatur sabiex ikun jista' jipprovdi opinjoni ta' verifikazzjoni kif ġie deskritt fl-Artikolu 15 u fl-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE;

m)

“Verifikatur” tfisser korp jew persuna ta' verifikazzjoni kompetenti, independenti u akkreditat/a li bír-responsabbiltà biex twettaq u tirrapporta dwar il-proċess ta' verifikazzjoni, skond ir-rekwiżiti dettaljati li ġew stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE.

3.   PRINĊIPJI TA' MONITORAĠĠ U TA' RAPPORTAĠĠ

Sabiex ikun żgurat monitoraġġ u rapportaġġ preċiż u verifikabbli ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra taħt id-Direttiva 2003/87/KE, il-monitoraġġ u r-rapportaġġ għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

Kompletezza. Il-monitoraġġ u r-rapportaġġ għal installazzjoni għandhom ikopru l-emissjonijiet mill-proċessi u mill-kombustjoni kollha mis-sorsi ta' l-emissjoni u mill-flussi mis-sorsi kollha li jappartjenu lill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u tal-gassijiet serra li ġew speċifikati f'relazzjoni għal dawk l-attivitajiet waqt li jkun evitat l-għadd doppju.

Konsistenza. L-emissjonijiet immonitorjati u rrapportati għandhom jkunu komparabbli maż-żmien, billi jintużaw l-istess metodoloġiji ta' monitoraġġ u l-istess settijiet ta' data. Il-metodoloġiji ta' monitoraġġ jistgħu jitbiddlu skond id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Linji ta' Gwida jekk il-preċiżjoni tad-data rrapportata titjieb. Il-bidliet fil-metodoloġiji ta' monitoraġġ għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti u għandhom ikunu ddokumentati b'mod sħiħ skond dawn il-linji ta' gwida.

Trasparenza. Id-data dwar il-monitoraġġ, inklużi s-suppożizzjonijiet, ir-referenzi, id-data dwar l-attività, il-fatturi ta' emissjoni, il-fatturi ta' ossidazzjoni u l-fatturi ta' konverżjoni għandhom jinkisbu, jiġu rreġistrati, ikkompilati, analizzati u ddokumentati b'mod li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti.

Verità. Għandu jkun żgurat li d-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet sistematikament la tkun aktar minn u lanqas inqas mill-emissjonijiet veri. Is-sorsi ta' inċertezzi għandhom ikunu identifikati u mnaqqsa sakemm ikun prattikabbli. Għandha tkun eżerċitata diliġenza xierqa biex ikun żgurat li l-kalkulazzjoni u l-kejl ta' l-emissjonijiet juru l-ogħla livell ta' preċiżjoni li jista' jintlaħaq. L-operatur għandu jippermetti assigurazzjoni raġonevoli ta' l-integrità ta' l-emissjonijiet irrapportati li għandhom ikunu ddeterminati. L-emissjonijiet għandhom ikunu determinati billi jintużaw il-metodoloġiji ta' monitoraġġ xierqa li ġew stabbiliti f'dawn il-Linji ta' Gwida. L-apparat kollu li jintuża għall-kejl bil-miter jew ta' ttestjar ieħor li jintuża biex tkun irrapportata data dwar il-monitoraġġ għandu jkun applikat, miżmum f'kundizzjoni tajba u kkalibrat b'mod xieraq, u kkontrollat. L-ispreadsheets u għodod oħra li jintużaw biex tinħażen u tkun immanipulata d-data dwar il-monitoraġġ għandhom ikunu ħielsa mill-iżbalji. L-emissjonijiet irrapportati u l-iżvelar relatat għandhom ikunu ħielsa minn dikarazzjonijiet żbaljati materjali, għandhom jevitaw preġudizzju fl-għażla u fil-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni, u għandhom jipprovdu rendikont kredibbli u bbilanċjat ta' l-emissjonijiet ta' installazzjoni.

L-effikaċja fin-nefqa. Meta tingħażel metodoloġija ta' monitoraġġ, it-titjib li jiġi minn aktar preċiżjoni għandhom ikunu bbilanċjati ma' l-ispejjeż addizzjonali. Għalhekk, il-monitoraġġ u r-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet għandhom jimmiraw għall-ogħla livell ta' preċiżjoni li jista' jintlaħaq, ħlief jekk ma jkunx vijabbli teknikament jew se jwassal għal spejjeż għoljin wisq. Il-metodoloġija ta' monitoraġġ stess għandha tiddeskrivi l-istruzzjonijiet lill-operatur b'mod loġiku u sempliċi, biex b'hekk tkun evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforzi u jitqiesu s-sistemi eżistenti stabbiliti fl-installazzjoni.

Fedeltà. L-utenti għandhom ikunu jistgħu jserħħu moħħhom li rapport dwar l-emissjonijiet li ġie vverifikat jirrappreżenta b'mod fidili dak li jew kien intenzjonat li jirrappreżenta jew li raġonevolment wieħed jista' jistenna li jirrappreżenta.

Titjib fir-rendiment tal-monitoraġġ u tar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet. Il-proċess biex ikunu vverifikati r-rapporti dwar l-emissjonijiet għandu jkun għodda effettiva u affidabbli fl-appoġġ tiegħu għall-proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, fejn tkun provduta informazzjoni li fuqha jista' jaġixxi operatur biex jittejjeb ir-rendiment tiegħu fil-monitoraġġ u fir-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet.

4.   MONITORAĠĠ TA' L-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

4.1.   LIMITI

Il-proċess ta' monitoraġġ u ta' rapportaġġ għal installazzjoni għandu jinkludi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti kollha mis-sorsi ta' emissjonijiet u/jew mill-flussi mis-sorsi kollha li jappartjenu għal attivitajiet imwettqa fl-installazzjoni u li huma elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll minn attivitajiet u gassijiet serra li ġew inklużi minn Stat Membru skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 2003/87/KE jeħtieġ li l-permessi għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-installazzjoni. Għaldaqstant, is-sorsi ta' l-emissjoni u l-flussi mis-sorsi kollha mill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KC li għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati għandhom ikunu elenkati fil-permess. L-Artikolu 6(2)(c) tad-Direttiva 2003/87/KE jesiġi li l-permessi ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jinkludu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ, u għandhom jispeċifikaw il-metodoloġija u l-frekwenza tal-monitoraġġ.

L-emissjonijiet minn magni mobbli ta' kombustjoni interna li jintużaw għal skopijiet ta' transport għandhom ikunu esklużi mill-istimi ta' l-emissjonijiet.

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet għandu jinkludi l-emissjonijiet minn operazzjonijiet regolari u minn avvenimenti anormali inklużi meta jinxtegħlu u jintfwew il-magni u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza matul il-perjodu ta' rapportaġġ.

Jekk il-kapaċitajiet jew ir-riżultati tal-produzzjoni separata jew ikkombinata ta'attività waħda jew ta' diversi attivitajiet li jappartjenu għall-istess sottointestatura ta' l-attività fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE jaqbżu l-limitu rispettiv li ġie definit f'dak l-Anness f'installazzjoni waħda jew f'sit wieħed, l-emissjonijiet kollha mis-sorsi ta' emissjoni u/jew mill-flussi mis-sorsi kollha ta' l-attivitajiet kollha li ġew elenkati f'dak l-Anness fl-installazzjoni jew fis-sit rispettiv għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati.

Jekk installazzjoni ta' kombustjoni addizzjonali, bħal installazjoni ta' sħana u enerġija kkombinati, titqies bħala parti minn installazzjoni li qed twettaq attività oħra ta' l-Anness I jew bħala installazzjoni separata jiddependi miċ-ċirkostanzi lokali u għandu jkun stabbilit fil-permess ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' l-installazzjoni.

L-emissjonijiet kollha minn installazzjoni għandhom ikunu assenjati lil dik l-installazzjoni, ikunu xi jkunu l-esportazzjonijiet tas-sħana jew ta' l-elettriku lejn installazzjonijiet oħra. L-emissjonijiet li jkunu assoċjati mal-produzzjoni tas-sħana jew ta' l-elettriku importati minn installazzjonijiet oħra m'għandhomx ikunu assenjati lill-installazzjoni li qed timporta.

4.2.   METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ KALKULAZZJONI U KEJL

L-Anness IV għad-Direttiva 2003/87/KE jippermetti determinazzjoni ta' l-emissjonijiet billi tintuża jew:

metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni, li tiddetermina l-emissjonijiet minn flussi mis-sors li jkunu bbażati fuq data dwar l-attività miksuba permezz ta' sistemi ta' kejl u ta' parametri addizzjonali minn analiżijiet tal-laboratorju jew minn fatturi standard.

metodoloġija bbażata fuq il-kejl, li tiddetermina l-emissjonijiet minn sors ta' emissjoni permezz ta' kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gass serra rilevanti tal-flue gas u tal-fluss tal-flue gas.

L-operatur jista' jipproponi li tintuża metodoloġija bbażata fuq kejl jekk jista' juri li:

tirriżulta b'mod affidabbli f'valur aktar preċiż ta' emissjonijiet annwali ta' l-installazzjoni minn metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni alternattiva, filwaqt li jiġu evitati spejjeż li mhumiex raġonevoli; u

il-paragun bejn metodoloġija bbażata fuq kejl u dik ibbażata fuq kalkulazzjoni hija bbażata fuq settijiet identiċi ta' sorsi ta' emissjoni u ta' flussi mis-sorsi.

L-użu ta' metodoloġija bbażata fuq kejl għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti. Għal kull perjodu ta' rapportaġġ l-operatur għandu jikkorrobora l-emissjonijiet imkejla permezz ta' metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 6.3c.

L-operatur jista', bl-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti, jikkombina l-metodoloġija bbażata fuq kejl u l-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni għal sorsi ta' emissjoni u għal flussi mis-sorsi differenti li jappartjenu lil installazzjoni waħda. L-operatur għandu jiżgura ruħu u juri li ma jkun hemm la lakuni u lanqas għadd doppju fejn għandhom x'jaqsmu l-emissjonijiet.

4.3.   IL-PJAN TA' MONITORAĠĠ

Skond l-Artikolu 6(2)(c) tad-Direttiva 2003/87/KE l-permessi ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom jinkludu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ, u għandhom jispeċifikaw il-metodoloġija u l-frekwenza tal-monitoraġġ.

Il-metodoloġija ta' monitoraġġ hija parti mill-pjan ta' monitoraġġ li għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti skond il-kriterji li ġew stabbiliti f'din it-taqsima u fis-sotto-taqsimiet tagħha. L-Istat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għandu jiżgura ruħu li l-metodoloġija ta' monitoraġġ li għandha tkun applikata mill-installazzjonijiet tkun speċifikata jew fil-kundizzjonijiet tal-permess jew, fejn ikun konsistenti mad-Direttiva 2003/87/KE, skond regoli ġenerali li jorbtu.

L-awtorità kompetenti għanda tikkontrolla u tapprova l-pjan ta' monitoraġġ ippreparat mill-operatur qabel ma jibda l-perjodu ta' rapportaġġ, u għal darb'oħra wara kwalunkwe bidla sostanzjali fil-metodoloġija ta' monitoraġġ li tkun ġiet applikata għal installazzjoni kif ġie elenkat tliet paragrafi 'l isfel.

Bla ħsara għat-taqsima 16, il-pjan ta' monitoraġġ għandu jkun fih il-kontenut li ġej:

a)

id-deskrizzjoni ta' l-installazzjoni u l-attivitajiet imwettqa mill-installazzjoni li jridu jkunu mmonitorjati;

b)

informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ i ħdan l-installazzjoni;

ċ)

lista ta' sorsi ta' emissjoni u ta' flussi mis-sorsi li għandhom ikunu mmonitorjati għal kull attività mwettqa fi ħdan l-installazzjoni;

d)

deskrizzjoni tal-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni jew tal-metodoloġija bbażata fuq kejl li għandha tintuża;

e)

lista u deskrizzjoni tas-saffi għad-data dwar l-attività, għall-fatturi ta' emissjoni, għall-fatturi ta' ossidazzjoni u għall-fatturi ta' konverżjoni għal kull wieħed mill-flussi mis-sors li għandhom jiġu mmonitorjati;

f)

deskrizzjoni tas-sistemi ta' kejl, u l-ispeċifikazzjoni u l-lok eżatt ta' l-istrumenti tal-kejl li għandhom jintużaw għal kull wieħed mill-flussi mis-sors li għandhom jiġu mmonitorjati;

g)

evidenza li turi l-konformità mal-limiti ta' inċertezza għad-data dwar l-attività u parametri oħrajn (fejn japplika) għas-saffi applikati għal kull fluss mis-sors;

h)

jekk ikun applikabbli, deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għat-teħid ta' kampjuni ta' fjuwil u ta' materjali għad-determinazzjoni tal-valur kalorifiku nett, tal-kontenut ta' karbonju, tal-fatturi ta' emissjoni, tal-fattur ta' ossidazzjoni u ta' konverżjoni u tal-kontenut ta' bijomassa għal kull wieħed mill-flussi mis-sors;

i)

deskrizzjoni tas-sorsi intenzjonati jew tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni tal-valuri kalorifiċi netti, tal-kontenut ta' karbonju, tal-fattur ta' emissjoni, tal-fatturi ta' ossidazzjoni, tal-fattur ta' konverżjoni jew tal-frazzjoni ta' bijomassa għal kull wieħed mill-flussi mis-sors;

j)

jekk ikun applikabbli, lista u deskrizzjoni tal-laboratorji li mhumiex akkreditati u tal-proċeduri analitiċi rilevanti inkluża lista tal-miżuri ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità kollha li huma rilevanti eż. paraguni bejn il-laboratorji kif ġie deskritt fit-taqsima 13.5.2;

k)

jekk ikun applikabbli, deskrizzjoni tas-sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ta' sors ta' emissjoni, jiġifieri l-punti tal-kejl, il-frekwenza tal-kejl, l-apparat użat, il-proċeduri ta' kalibrazzjoni, il-proċeduri tal-ġbir u taż-żamma tad-data u l-metodu biex il-kalkulazzjoni tkun ikkorroborata u r-rapportaġġ tad-data dwar l-attività, tal-fatturi ta' emissjoni u ta' affarijiet simili;

l)

jekk ikun applikabbli, fejn jiġi applikat dak li jissejjaħ il-“metodu ta' rimedju” (it-taqsima 5.3): deskrizzjoni komprensiva tal-metodu u l-analiżi ta' inċertezza, jekk mhux diġà koperti mill-punti a) sa k) ta' din il-lista;

m)

deskrizzjoni tal-proċeduri għall-akkwist tad-data u ta' l-attivitajiet ta' mmaniġġjar u ta' l-attivitajiet ta' kontroll kif ukoll deskrizzjoni ta' l-attivitajiet (ara t-taqsima 10.1-10.3);

n)

fejn ikun applikabbli, informazzjoni dwar il-konnessjonijiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa taħt l-iskema Komunitarja ta' eko-ġestjoni u ta' verifika (EMAS) u sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali (eż. ISO14001:2004), b'mod partikolari dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Il-metodoloġija ta' monitoraġġ għandha tinbidel jekk din ittejjeb il-preċiżjoni tad-data rrapportata, ħlief jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew ikun iwassal għal spejjeż għoljin wisq.

Bidla sostanzjali fil-metodoloġija ta' monitoraġġ bħala parti mill-pjan ta' monitoraġġ għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti jekk tikkonċerna:

bidla tal-klassifikazzjoni ta' l-installazzjoni kif ġie stabbilit fit-tabella 1,

bidla bejn il-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni jew dik ibbażata fuq kejl li tintuża biex ikunu ddeterminati l-emissjonijiet,

żjieda fl-inċertezza tad-data dwar l-attività jew ta' parametri oħra (fejn ikun applikabbli) li timplika livell ta' saff differenti.

Il-bidliet l-oħra kollha u l-bidliet proposti l-oħra kollha fil-metodoloġija ta' monitoraġġ jew fil-settijiet sottostanti tad-data għandhom ikunu nnotifikati lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed wara li l-operatur ikun sar konxju minnhom jew bir-raġonevolezza kollha seta' sar konxju minnhom, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-pjan ta' monitoraġġ.

Il-bidliet fil-pjan ta' monitoraġġ għandhom ikunu ddikjarati, iġġustifikati u ddokumentati b'mod sħiħ u b'mod ċar fir-reġistri interni ta' l-operatur.

Awtorità kompetenti għandha teħtieġ li l-operatur ibiddel il-pjan ta' monitoraġġ tiegħu jekk il-pjan ta' monitoraġġ tiegħu m'għadux konformi mar-regoli stabbiliti f'dawn il-Linji ta' Gwida.

Sabiex ikun hemm skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ, ir-rapportaġġ u l-verifikazzjoni taħt dawn il-linji ta' gwida u l-applikazzjoni koerenti tagħha l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw proċess annwali ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' evalwazzjoni tal-monitoraġġ, tar-rapportaġġ u tal-verifikazzjoni mibdija mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

5.   METODOLOĠIJI GĦALL-EMISSJONIJIET TAS-CO2 IBBAŻATI FUQ KALKULAZZJONI

5.1.   FORMULI TAL-KALKULAZZJONI

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2 għandha tkun ibbażata jew fuq il-formula li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 = data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fattur ta' ossidazzjoni

jew fuq metodu alternattiv jekk ikun iddefinit fil-linji ta' gwida speċifiċi għall-attività.

L-espressjonijiet fi ħdan din il-formula huma speċifikati għal emissjoni mill-kombustjoni u għal emissjonijiet minn proċessi kif ġej:

Emissjonijiet mill-kombustjoni:

Id-data dwar l-attività għandha tkun ibbażata fuq il-konsum tal-fjuwil. Il-kwantità ta' fjuwil użata għandha tkun espressa f'termini ta' kontenut ta' enerġija bħal TJ sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f'dawn il-Linji ta' Gwida. Il-fattur ta' emissjoni għandu jkun espress bħala tCO2/TJ, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f'dawn il-Linji ta' Gwida. Meta fjuwil ikun kkonsmat, mhux il-karbonju kollu li jkun hemm fil-fjuwil jiġi ossidizzat għal CO2. L-ossidazzjoni inkompleta tiġri minħabba l-ineffiċjenzi fil-proċess ta' kombustjoni li jħallu parti mill-karbonju mhux maħruq jew parzjalment ossidizzat bħala nugrufun jew irmied. Karbonju mhux ossidizzat jew parzjalment ossidizzat jitqies fil-fattur ta' ossidazzjoni li għandu jkun espress bħala frazzjoni. Il-fattur ta' ossidazzjoni għandu jkun espress bħala frazzjoni ta' wieħed. Il-formula tal-kalkulazzjoni li tirriżulta hija:

Emissjonijiet tas-CO2 = fluss ta' fjuwil [t jew Nm3] * valur kalorifiku nett [TJ/t jew TJ/Nm3] * fattur ta' emissjoni [tCO2/TJ] * fattur ta' ossidazzjoni

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet mill-kombustjoni hija speċifikata aktar fl-Anness II.

Emissjonijiet minn proċessi:

Id-data dwar l-attività għandha tkun ibbażata fuq il-konsum materjali, fuq l-ammont ipproċessat jew fuq il-kwota ta' produzzjoni u espressa f't jew Nm3. Il-fattur ta' emissjoni għandu jkun espress f'[t CO2/t jew t CO2/Nm3. Il-karbonju li jinstab f'materjali ta' input li mhuwiex ikkonvertit f'CO2 matul il-proċess, jitqies fil-fattur ta' konverżjoni li għandu jkun espress bħala frazzjoni. Fil-każ li fattur ta' konverżjoni jitqies fil-fattur ta' emissjoni, m'għandux ikun applikat fattur ta' konverżjoni separat. Il-kwantità ta' materjal ta' input li jintuża għandu jkun espress f'termini ta' massa jew ta' volum [t jew Nm3. Il-formula ta' kalkulazzjoni li tirriżulta hija:

Emissjonijiet tas-CO2 = data dwar l-attività [t jew Nm3] * fattur ta' emissjoni [t CO2/t jew Nm3] * fattur ta' konverżjoni

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet minn proċessi hija speċifikata aktar fil-linji ta' gwida speċifiċi għall-attività fl-Annessi II-XI. Mhux il-metodi ta' kalkulazzjoni kollha li hemm fl-Annessi II sa XI jużaw fattur ta' konverżjoni.

5.2.   SAFFI TA' METODI

Il-linji ta' gwida speċifiċi għal attività li ġew stabbiliti fl-Annessi II sa XI fihom metodoloġiji speċifiċi biex ikunu ddeterminati l-varjabbli li ġejjin: id-data dwar l-attività (li tikkonsisti fiż-żewġ varjabbli fluss ta' fjuwil/materjal u valur kalorifiku nett), il-fatturi ta' emissjoni, id-data tal-kompożizzjoni, il-fatturi ta' ossidazzjoni u ta' konverżjoni. Dawn il-metodi differenti huma jissejħu saffi. Iż-żjieda fin-numru li jingħataw lis-saffi mill-1 'il fuq tirrifletti żjieda fil-livelli ta' preċiżjoni, bis-saff li għandu l-ogħla numru jkun is-saff ippreferut.

L-operatur jista' japplika livelli differenti ta' saffi li huma approvati lill-varjabbli differenti l-fluss ta' fjuwil/materjal, il-valur kalorifiku nett, il-fatturi ta' emissjoni, id-data ta' kompożizzjoni, il-fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni li jintużaw fi ħdan kalkulazzjoni waħda. L-għażla tas-saffi għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti (ara t-taqsima 4.3).

Is-saffi ekwivalenti jissejħu bl-istess numru tas-saff u b'ittra speċifika ta' l-alfabett (eż.: Saff 2a u 2b). Għal dawk l-attivitajiet fejn jiġu provduti metodi ta' kalkulazzjoni alternattivi fi ħdan dawn il-Linji ta' Gwida (eż. fl-Anness VII: “Metodu A – Ibbażat fuq l-Input fil-Kalkara” u “Metodu B – Ibbażat fuq Produzzjoni tal-Laqx”) operatur jista' jbiddel biss minn metodu għall-ieħor jekk jista' juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li bidla bħal din se twassal għal monitoraġġ u rapportaġġ ta' l-emissjonijiet ta' l-attività rilevanti aktar preċiżi.

Il-metodu ta' l-ogħla saff għandu jiġi użat mill-operaturi kollha biex ikunu ddeterminati l-varjabbli kollha għall-flussi mis-sors kollha għall-installazzjonijiet kollha ta' kategorija B jew C. Huwa biss jekk jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li l-metodu ta' l-ogħla saff mhuwiex teknikament vijabbli jew li se jwassal għal spejjeż għoljin wisq, li jista' jintuża l-livell aktar baxx li jmiss għal dak il-varjabbli fi ħdan metodoloġija ta' monitoraġġ. Għal installazzjonijiet b'emissjonijiet ta' aktar minn 500 kilotunnellata metrika ta' CO2 fossili annwali (jiġifieri “l-installazzjonijiet tal-Kategorija C”) l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummisjoni, skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE, jekk l-applikazzjoni ta' kombinazzjoni tal-metodi ta' l-ogħla saff għall-flussi mis-sors maġġuri kollha ma ssirx.

Bla ħsara għat-taqsima 16 l-Istati Membri jridu jiżguraw irwieħhom li għall-flussi mis-sors maġġuri kollha, l-operaturi japplikaw bħala minimu s-saffi kif ġew stabbiliti fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel, ħlief jekk dan ma jkunx vijabbli teknikament.

It-tnejn bla ħsara għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista' jagħżel bħala minimu l-livell tas-saff 1 għall-varjabbli li jintużaw biex ikunu kkalkulati l-emissjonijiet minn flussi mis-sors minuri u japplika metodi għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ billi juża l-metodu ta' stima bla ebda saff tiegħu għal flussi mis-sors de-minimis.

Mingħajr dewmien żejjed, l-operatur għandu jipproponi bidliet għas-saffi applikati meta:

id-data aċċessibbli tkun inbidlet, biex b'hekk ikun hemm lok għal livell ogħla ta' preċiżjoni fid-deteriminazzjoni ta' l-emissjonijiet;

tibda emissjoni li qabel ma kinitx teżisti;

il-firxa ta' fjuwils jew ta' materja prima rilevanti inbidlet b'mod sostanzjali;

ġew skoperti żbalji fid-data li rriżultaw mill-metodoloġija ta' monitoraġġ;

l-awtorità kompetenti talbet li jkun hemm bidla.

Għall-fjuwil u għall-materjali tal-bijomassa li jikkwalifikaw bħala puri, għall-installazzjonijiet, jew għall-partijiet li jistgħu jiġu identifikati teknikament tagħhom, jistgħu jkunu applikati l-metodi bla ebda saff, sakemm il-valur rispettiv irid jintuża għat-tnaqqis tas-CO2 li ġej mill-bijomassa mill-emissjonijiet li ġew iddeterminati permezz ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwu. Dawn il-metodi bla ebda saff jinkludu l-metodu tal-bilanċ ta' l-enerġija. L-emissjonijiet tas-CO2 minn kontaminati fossili għal fjuwils u l-materjali li jikkwalifikaw bħala bijomassa pura għandhom ikunu rrapportati taħt il-fluss mis-sors tal-bijomassa u jistgħu jkunu stmati billi jintużaw metodi bla ebda saff. Il-fjuwils u l-materjali mħalltin li fihom il-bijomassa għandhom ikunu kkaratterizzati billi jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13.4 ta' dan l-Anness, ħlief jekk il-fluss mis-sors jikkwalifika bħala de-minimis.

Jekk il-metodoloġija ta' l-ogħla saff, jew is-saff miftiehem li huwa speċifiku għall-varjabbli mhux vijabbli temporanjament għal raġunijiet tekniċi, operatur jista' japplika l-ogħla saff li jista' jintlaħaq sakemm tali żmien meta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-saff ta' l-ewwel reġgħu ġew irrestawrati. Mingħajr dewmien żejjed, l-operatur għandu jipprovdi provi tal-ħtieġa għal bidla fis-saffi lill-awtorità kompetenti u dettalji tal-metodoloġija ta' monitoraġġ interim. L-operatur għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa kollha biex jippermetti r-restawr fil-pront tas-saff oriġinali għal raġunijiet ta' monitoraġġ u rapportaġġ.

Il-bidliet tas-saffi għandhom ikunu ddokumentati b'mod sħiħ. It-trattament tal-lakuni minuri tad-data li jirriżultaw miż-żminijiet meta s-sistemi ta' kejl ma jkunux qed jitħaddmu għandu jsegwi prattika professjonali tajba li tiżgura stima konservattiva ta' l-emissjonijiet, meta jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Dokument ta' Referenza dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ ta' Lulju 2003 tal-Kontroll u l-Prevenzjoni Integrat tat-Tniġġiż (IPPC) (1). Meta fi ħdan perjodu ta' rapportaġġ is-saffi jinbidlu, ir-riżultati għall-attività affetwata għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati bħala taqsimiet separati tar-rapport annwali lill-awtorità kompetenti għall-partijiet rispettivi tal-perjodu ta' rapportaġġ.

Tabella 1

Rekwiżiti Minimi

(“m.a.” tfisser “mhux applikabbli”)

Il-Kolonna A għal “installazzjonijiet tal-kategorija A” (tfisser installazzjonijiet b'medja ta' emissjonijiet irrapportati kull sena matul il-perjodu ta' skambju preċedenti (jew stima jew projezzjoni konservattiva jekk l-emissjonijiet irrapportati mhumiex disponibbli jew m'għadx għadhom applikabbli) ugwali għal jew inqas minn 50 kilotunnellata metrika ta' CO2 fossili qabel it-tnaqqis tas-CO2 ittrasferit),

Il-Kolonna B għal “installazzjonijiet tal-kategorija B” (tfisser installazzjonijiet b'medja ta' emissjonijiet irrapportati kull sena matul il-perjodu ta' skambju preċedenti (jew stima jew projezzjoni konservattiva jekk l-emissjonijiet irrapportati mhumiex disponibbli jew m'għadx għadhom applikabbli) ta' aktar minn 50 kilotunnellata metrika u ugwali għal jew inqas minn 500 kilotunnellata metrika ta' CO2 fossili qabel it-tnaqqis tas-CO2 ittrasferit

u l-Kolonna C għal “installazzjonijiet tal-kategorija C” (tfisser installazzjonijiet b'medja ta' emissjonijiet irrapportati kull sena matul il-perjodu ta' skambju preċedenti (jew stima jew projezzjoni konservattiva jekk l-emissjonijiet irrapportati mhumiex disponibbli jew m'għadx għadhom applikabbli) ta' aktar minn 500 kilotunnellata metrika ta' CO2 fossili qabel it-tnaqqis tas-CO2 ittrasferit).

 

data dwar l-attività

Fattur ta' emissjoni

data tal-Kompożizzjoni

Fattur ta' ossidazzjoni

Fattur ta' konverżjoni

Fluss tal-Fjuwil

Valur Kalorifiku Nett

Anness/Attività

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

II:

Kombustjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fjuwils Kummerċjali standard

2

3

4

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

2a/2b

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

Fjuwil f'forma ta' gass u fjuwils likwidi oħrajn

2

3

4

2a/2b

2a/2b

3

2a/2b

2a/2b

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

Fjuwils solidi

1

2

3

2a/2b

3

3

2a/2b

3

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

Metodu tal-Bilanċ tal-Massa għat-Terminali tal-Produzzjoni tal-Karbonju Iswed u li Jipproċessaw il-Gass

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

1

2

2

m.a.

m.a.

m.a.

m.a

m.a

m.a

Flares

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

2a/b

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

 

Scrubbing

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Karbonat

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a

Ġibs

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a


 

data dwar l-attività

Fattur ta' emissjoni

data tal-Kompożizzjoni

Fattur ta' konverżjoni

Fluss tal-Materjal

Valur Kalorifiku Nett

 

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

A

B

C

III:

Raffineriji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Riġenerazzjoni ta' sustanza katalista li taqsam l-idrokarboni

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

Produzzjoni ta' l-Idroġenu

1

2

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

2

2

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

IV:

Fran tal-Kokk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ tal-massa

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

2

3

3

m.a.

m.a.

m.a.

Fjuwil bħala input tal-proċess

1

2

3

2

2

3

2

3

3

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

V:

Xiwi u Sinterizzazzjoni tal-Metalli li Mhumiex Maħduma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ tal-massa

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

2

3

3

m.a.

m.a.

m.a.

Input ta' Karbonat

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

VI:

Ħadid u Azzar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ tal-massa

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

2

3

3

m.a.

m.a.

m.a.

Fjuwil bħala input tal-proċess

1

2

3

2

2

3

2

3

3

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

VII:

Siment

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ibbażat fuq l-Input tal-Kalkara

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

2

Produzzjoni ta' Laqx

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

2.

CKD

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

2

2

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

Karbonju Mhux Karbonat

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

2

VIII:

Ġir

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Karbonati

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

2

Alkali Earth Oxide

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

2.

IX:

Ħġieġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Karbonati

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

X:

Ċeramika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inputs ta' Karbonju

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

1.

1

2

Ossidu Alkali

1

1

2

m.a.

m.a.

m.a.

1

2

3

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

2

Scrubbing

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

XI:

Polpa tal-Karta u Karta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Metodu Standard

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

1

1

1

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

m.a.

5.3.   METODI TA' RIMEDJU

F'każijiet fejn mhux vijabbli teknikament jew li kieku jwaslu għal spejjeż li mhumiex raġonevoli biex ikunu applikati għall-inqas ir-rekwiżiti tas-saff 1 għall-flussi mis-sors kollha (ħlief id-de-minimis), l-operatur għandu japplika dak li jissejjaħ “metodu ta' rimedju”. Dan jeżenta lill-operatur mill-applikazzjoni tat-taqsima 5.2 ta' dan l-Anness u jippermetti t-tfassil ta' metodoloġija ta' monitoraġġ li hija għalkollox adattata għall-ħtiġijiet. L-operatur għandu juri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li billi tkun applikata din il-metodoloġija ta' monitoraġġ alternattiva għall-installazzjoni kollha, qed jiġu sodisfatti l-limiti ta' inċertezza ġenerali mogħtija fit-Tabella 2 għall-livell annwali ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-installazzjoni kollha.

L-analiżi ta' inċertezza għandha tikkwantifika l-inċertezzi tal-varjabbli u tal-parametri kollha li jkunu użati għall-kalkulazzjoni tal-livell annwali ta' l-emissjonijiet filwaqt li jitqies l-ISO – il-Gwida għall-Espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl (1995) (2) u l-ISO 5168:2005. L-analiżi għandha titwettaq qabel ma jiġi approvat il-pjan ta' monitoraġġ mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tad-data tas-sena preċedenti u għandha tkun aġġornata fuq bażi annwali. Dan l-aġġornament annwali għandu jkun ippreparat flimkien mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u jrid ikun soġġett għal verifikazzjoni.

L-installazzjonijiet rispettivi li japplikaw il-metodi ta' rimedju għandhom ikunu nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummisjoni skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE. L-operatur għandu jiddetermina u jirrapporta fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, id-data fejn din tkun disponibbli, jew l-aħjar stimi tad-data dwar l-attività, tal-valuri kalorifiċi netti, tal-fatturi ta' emissjoni, tal-fatturi ta' ossidazzjoni u ta' parametri oħra – billi juża analiżijiet tal-laboratorju fejn ikun xieraq. Il-metodi rispettivi għandhom ikunu stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ u għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti. It-Tabella 2 ma tapplikax għall-installazzjonijiet li jiddeterminaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom billi jużaw sistemi ta' monitoraġġ ta' l-emissjonijiet kontinwu li japplikaw l-Anness XII.

Tabella 2

Limiti ta' Inċertezza Ġenerali ta' Rimedju

Kategorija ta' l-Installazzjoni

Limitu ta' Inċertezza li għandu jintlaħaq għall-valur totali annwali ta' l-emissjoni

A

±7,5  %

B

±5,0  %

C

±2,5  %

5.4.   DATA DWAR L-ATTIVITÀ

Id-data dwar l-attività tirrappreżenta informazzjoni dwar il-fluss tal-materjal, il-konsum tal-fjuwil, il-materjal ta' input jew il-kwota ta' produzzjoni espressa bħala enerġija [TJ] (f'każijiet eċċezzjonali anki bħala massa jew volum [t jew Nm3], ara t-taqsima 5.5) fil-każ tal-fjuwils u massa jew volum fil-każ ta' materja prima jew prodotti [t jew Nm3].

Id-determinazzjoni tad-data dwar l-attività mill-operatur tista' tkun ibbażata fuq l-ammont li għalih inħarġet fattura ta' fjuwil jew ta' materjal determinata f'konformità ma' l-Anness I u s-saffi approvati ta' l-Annessi II sa XI.

Fejn id-data dwar l-attività għall-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet ma tistax tkun iddeterminata direttament, id-data dwar l-attività għandha tkun iddeterminata permezz ta' valutazzjoni tal-bidliet fl-istokk:

Materjal C = Materjal P + (Materjal S – Materjal E) – Materjal O

fejn:

Materjal C

:

Materjal ipproċessat matul il-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal P

:

Materjal mixtri matul il-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal S

:

Stokk ta' materjal fil-bidu tal-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal E

:

Stokk ta' materjal fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportaġġ

Materjal O

:

Materjal użat għal skopijiet oħra (trasport jew bejgħ mill-ġdid)

F'każijiet fejn teknikament mhuwiex vijabbli jew kieku jwassal għal spejjeż għoljin wisq biex ikun iddeterminat il-“Materjal S” u l-“Materjal E” permezz ta' kejl dirett, l-operatur jista' jagħmel stima ta' dawn iż-żewġ kwantitajiet fuq il-bażi ta'

data mis-snin preċedenti u korrelazzjoni mal-produzzjoni għall-perjodu ta' rapportaġġ

jew

metodi ddokumentati u data rispettiva fi prospetti finanzjarji vverifikati għall-perjodu ta' rapportaġġ.

F'każijiet fejn id-determinazzjoni tad-data dwar l-attività annwali għal preċiżament sena kalendarja sħiħa teknikament mhix vijabbli jew kieku twassal għal spejjeż li mhumiex raġonevoli, l-operatur jista' jagħżel il-ġurnata tax-xogħol li jmiss li tkun xierqa biex jissepara sena ta' rapportaġġ minn dik li jmiss. Id-devjazzjonijiet li jistgħu japplikaw għal fluss mis-sors wieħed jew għal diversi, għandhom ikunu rreġistrati b'mod ċar, għandhom jifformaw il-bażi ta' valur li huwa rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u għandhom jitqiesu b'mod konsistenti għas-sena ta' wara.

5.5.   FATTURI TA' EMISSJONI

Il-fatturi ta' emissjoni huma bbażati fuq il-kontenut ta' karbonju tal-fjuwils jew tal-materjali ta' input u jiġu espressi bħala tCO2/TJ (emissjonijiet mill-kombustjoni), jew tCO2/t jew tCO2/Nm3 (emissjonijiet minn proċess).

Sabiex jintlaħaq l-ogħla livell ta' trasparenza u l-iktar konsistenza wiesgħa possibbli bl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra, l-użu tal-fatturi ta' emissjoni għal fjuwil espress bħala tCO2/t pjuttost milli bħala tCO2/TJ għall-emissjonijiet mill-kombustjoni huwa ristrett għal każijiet fejn l-operatur ikollu spejjeż li mhumiex raġonevoli.

Għall-konverżjoni tal-karbonju fil-valur rispettiv għas-CO2 għandu jintuża l-fattur (3) ta' 3,664 [t CO2/t C].

Il-fatturi ta' emissjoni u d-dispożizzjonijiet għall-iżvilupp tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-attività ġew stabbiliti aktar 'l isfel fit-taqsimiet 11 u 13 ta' dan l-Anness.

Il-bijomassa titqies bħala newtrali fejn għandu x'jaqsam is-CO2. Għall-bijomassa għandu ikun applikat fattur ta' emissjoni ta' 0 [t CO2/TJ jew t jew Nm3] . Lista eżemplari ta' tipi differenti ta' materjali li jiġu aċċettati bħala bijomassa tingħata fit-taqsima 12 ta' dan l-Anness.

Għal fjuwils jew materjali li fihom kemm karbonju fossili kemm karbonju tal-bijomassa, għandu jkun applikat fattur ta' emissjoni mgħobbi (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi), ibbażat fuq il-proporzjoni ta' karbonju fossili fil-kontenut totali ta' karbonju tal-fjuwil. Din il-kalkulazzjoni għandha tkun trasparenti u ddokumentata skond ir-regoli u l-proċeduri tat-taqsima 13 ta' dan l-Anness.

Is-CO2 inerenti li jiġi ttrasferit fi ħdan installazzjoni taħt l-UE-ETS bħala parti minn fjuwil (eż. gass tal-kalkara ta' funderija, gass tal-forn tal-kokk jew gass naturali) għandu jkun inkluż fil-fattur ta' emissjoni għal dak il-fjuwil.

Bla ħsara għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, is-CO2 inerenti li joriġina minn fluss mis-sors iżda li wara jkun ittrasferit barra minn installazzjoni bħala parti minn fjuwil jista' jitnaqqas mill-emissjonijiet ta' dik l-installazzjoni – indipendentement minn jekk ikun fornut lil installazzjoni UE-ETS oħra jew le. Fi kwalunkwe każ, għandu jkun irrapportat bħala punt f'memorandum. L-installazzjonijiet ikkonċernati għandhom ikunu nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummisjoni taħt l-obbligi ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE.

5.6.   FATTURI TA' OSSIDAZZJONI U TA' KONVERŻJONI

Għandu jintuża fattur ta' ossidazzjoni għal emissjonijiet mill-kombustjoni jew fattur ta' konverżjoni għal emissjonijiet minn proċessi biex jirrifletti l-proprozjon ta' karbonju li mhuwiex ossidizzat jew ikkonvertit fil-proċess. Għall-fatturi ta' ossidazzjoni r-rekwiżit biex ikun applikat l-ogħla saff ġie rinunzjat. Jekk fi ħdan installazzjoni jintużaw fjuwils differenti u jiġu kkalkulati fatturi ta' ossidazzjoni speċifiċi għal attività, bla ħsara għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista' jiddetermina fattur ta' ossidazzjoni aggregat wieħed għall-attività u japplikah għall-fjuwils kollha, jew sakemm il-bijomassa tintuża, jattribwixi ossidazzjoni li mhix kompluta lil fluss tal-fjuwil maġġuri wieħed u juża valur ta' 1 għall-oħrajn.

5.7.   CO2 ITTRASFERIT

Bla ħsara għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista' jnaqqas mil-livell ikkalkulat ta' l-emissjonijiet ta' l-installazzjoni kwalunkwe CO2 li mhuwiex emess mill-installazzjoni iżda li ġie ttrasferit barra mill-installazzjoni bħala sustanza pura, jew ġie użat u marbut direttament fi prodotti jew bħala materja prima, sakemm it-tnaqqis ikun rifless bi tnaqqis rispettiv għall-attività u għall-installazzjoni li l-Istat Membru rispettiv jirrapporta fl-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-ammont rispettiv ta' CO2 għandu jkun irrapportat bħala punt f'memorandum. L-installazzjonijiet rispettivi għandhom ikunu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ta' l-UE taħt l-obbligi ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-każijiet potenzjali ta' “CO2 ittrasferit” barra minn installazzjoni jinkludu, fost l-oħrajn:

CO2 pur li jintuża għall-karbonazzjoni tax-xorb;

CO2 pur li jintuża bħala silġ niexef għal raġunijiet ta' tkessiħ;

CO2 pur li jintuża bħala aġent għat-tifi tan-nar, refriġerant jew bħala gass tal-laboratorju;

CO2 pur li jintuża għad-diżinfestazzjoni tal-qmuħ;

CO2 pur li jintuża bħala solvent fl-industrija alimentari jew kimika,

CO2 li jintuża u jintrabat fi prodotti jew f'materja prima fl-industrija kimika u tal-polpa tal-karti (eż. għall-urea jew għal karbonati preċipitati);

karbonati marbuta bi prodott ta' assorbiment li jitnixxef bi sprej (SDAP – spray-dried absorption product) minn scrubbing nofsu niexef tal-flue gases;

Il-massa ta' CO2 jew ta' karbonat ittrasferit kull sena għandha tkun iddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn 1,5 % jew direttament billi jintużaw miters li jkejlu l-fluss tal-volum jew tal-massa, billi jiżnu jew indirettament mill-massa tal-prodott rispettiv (eż. karbonati jew urea) fejn ikun rilevanti u jekk ikun xieraq.

F'każijiet, fejn parti mill-CO2 ittrasferit kien iġġenerat mill-bijomassa, jew kull darba li installazzjoni tkun koperta biss parzjalment mid-Direttiva 2003/87/KE, l-operatur għandu jnaqqas biss il-frazzjoni tal-massa rispettiva tas-CO2 ittrasferit li joriġina mill-fjuwils u mill-materjali fossili f'attivitajiet li huma koperti mid-Direttiva. Il-metodi rispettivi ta' attribuzzjoni għandhom ikunu konservattivi u huma soġġetti għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

6.   METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ KEJL

6.1.   ĠENERALI

Kif ġie stabbilit fit-taqsima 4.2, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jistgħu jkunu ddeterminati minn metodoloġija bbażata fuq kejl li tuża sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwu (CEMS) mis-sorsi ta' emissjonijiet kollha jew minn dawk magħżula billi jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati ladarba l-operatur ikun irċieva approvazzjoni mill-awtorità kompetenti qabel il-perjodu ta' rapportaġġ li l-użu ta' CEMS jilħaq preċiżjoni akbar mill-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet billi jintuża l-metodu tas-saff l-aktar preċiż. Il-metodi speċifiċi għal metodoloġiji bbażati fuq il-kejl ġew stabbiliti fl-Anness XII ta' dawn il-Linji ta' Gwida. L-installazzjonijiet li japplikaw is-CEMS bħala parti mis-sistema ta' monitoraġġ tagħhom għandhom ikunu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummisjoni ta' l-UE skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE.

Il-proċeduri li ġew applikati għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet, kif ukoll għall-flussi tal-massa jew tal-volum, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli għandhom jintużaw l-Istandards CEN (jiġifieri dawk maħruġa mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni). Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO xierqa (jiġifieri dawk maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond linji ta' gwida għall-aħjar prattika ta' l-industrija.

L-istandards ta' l-ISO rilevanti jinkludu, fost l-oħrajn:

ISO12039:2001 Emissjonijiet minn sors li ma jiċċaqlaqx – Determinazzjoni tal-monossidu tal-karbonju, tad-dijossidu tal-karbonju u ta' l-ossiġnu – Karatteristiċi tar-rendiment u kalibrazzjoni ta' metodu ta' kejl awtomatizzat,

ISO 10396:2006 ‘Emissjonijiet minn sors li ma jiċċaqlaqx – Teħid ta' kampjuni għad-determinazzjoni awtomatizzata tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet’,

ISO 14164: 1999 Emissjonijiet minn sors li ma jiċċaqlaqx. Determinazzjoni tar-rata tal-fluss tal-volum tal-flussi tal-gass fit-tubi – metodu awtomatizzat.

Il-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-emissjonijiet tas-CO2 imkejla għandhom jitnaqqsu fuq il-bażi tal-metodu tal-kalkulazzjoni u għandha tkun irrapportata bħala punt f'memorandum (ara t-taqsima 14 ta' dan l-Anness).

6.2.   SAFFI GĦAL METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ KEJL

Skond l-Anness XII, l-operatur għandu juża l-ogħla livell tas-saff ta' installazzjoni għal kull sors ta' emissjoni li huwa elenkat fil-permess ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li għalih l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu ddeterminati billi tkun applikata s-CEMS.

Huwa biss jekk jintwera għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li l-metodu ta' l-ogħla saff teknikament mhuwiex vijabbli jew se jwassal għal spejjeż għoljin wisq, li jista' jinuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors ta' emissjoni rilevanti. Għaldaqstant, għal kull sors ta' emissjoni, is-saff magħżul għandu jirrifletti l-ogħla livell ta' preċiżjoni li huwa teknikament vijabbli u li ma jwassalx għal spejjeż għoljin wisq. L-għażla tas-saffi għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti (ara t-taqsima 4.3).

Għall-perjodi ta' rapportaġġ 2008-2012 bħala minimu għandu jiġi applikat is-Saff 2 fl-Anness XII ħlief jekk teknikament ma jkunx vijabbli.

6.3.   AKTAR PROĊEDURI U REKWIŻITI

a)   Rati ta' Teħid ta' Kampjuni

Il-medji ta' kull siegħa (“siegħa valida ta' data”) għandhom ikunu kkalkulati għall-elementi kollha tad-determinazzjoni ta' l-emissjoni (kif ikun applikabbli) – kif ġie stabbilit fl-Anness XII – billi jintużaw il-punti tad-data kollha li huma disponibbli għal dik is-siegħa speċifika. F'każ ta' apparat li ma jkunx taħt kontroll jew ma jkunx qiegħed jitħaddem għal parti minn dik is-siegħa, il-medja fis-siegħa għandha tkun ikkalkulata pro rata għall-punti tad-data li jkun għad fadal għal dik is-siegħa speċifika. F'każ li siegħa valida ta' data ma tkunx tista' tkun ikkalkulata għal element ta' determinazzjoni ta' l-emissjoni, minħabba li inqas minn 50 % tan-numru massimu ta' punti tad-data fis-siegħa (4) huma disponibbli, is-siegħa tintilef. Għal kull każ fejn siegħa valida ta' data ma tkunx tista' tiġi kkalkulata, għandhom ikunu kkalkulati l-valuri ta' sostituzzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima .

b)   Data Nieqsa

Fejn siegħa valida ta' data ma tkunx tista' tiġi provduta għal element tal-kalkulazzjoni ta' l-emissjoni wieħed jew aktar minħabba li l-apparat ma jkunx taħt kontroll (eż. f'każ ta' żbalji fil-kalibrazzjoni jew fl-interferenza) jew ma kienx qed jitħaddem, l-operatur għandu jiddetermina l-valuri ta' sostituzzjoni għal kull siegħa ta' data nieqsa kif jintwera aktar 'l isfel.

i)   Konċentrazzjonijiet

F'każ li siegħa valida ta' data ma tistax tkun ipprovduta għal parametru li tkejjel direttament bħala konċentrazzjoni (eż. GHGs, O2), valur ta' sostituzzjoni C*subst għal dik is-siegħa għandu ikun ikkalkulat kif ġej:

Formula

bi

Formula il-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku,

σ C_ l-aħjar stima tad-devjazzjoni standard tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku.

Il-medja aritmetika u d-devjazzjoni standard għandhom ikunu kkalkulati fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportaġġ mis-sett kollu tad-data dwar l-emissjoni li ġie mkejjel matul il-perjodu ta' rapportaġġ. Jekk perjodu bħal dan mhuwiex applikabbli minħabba bidliet tekniċi essenzjali fl-installazzjoni, perjodu ta' żmien rappreżentattiv, jekk ikun possibbli b'tul ta' sena, għandu ikun miftiehem ma' l-awtorità kompetenti.

Il-kalkulazzjoni tal-medja aritmetika u tad-devjazzjoni standard għandhom jkunu ppreżentati lill-verifikatur.

ii)   Parametri Oħra

F'każ li siegħa valida ta' data ma tkunx tista' tiġi provduta għall-parametri li ma tkejlux direttament bħala konċentrazzjonijiet, il-valuri sostituti ta' dawn il-parametri għandhom jinkisbu permezz ta' mudell ta' bilanċ tal-massa jew tal-metodu tal-bilanċ ta' l-enerġija ta' proċess. L-elementi mkejla li jifdal tal-kalkulazzjoni ta' l-emissjoni għandhom jintużaw biex ikunu validati r-riżultati.

Il-mudell tal-bilanċ tal-massa jew ta' l-enerġija u s-suppożizzjonijiet sottostanti għandhom jkunu ddokumentati u ppreżentati b'mod ċar lill-verifikatur flimkien mar-riżultati kkalkulati.

ċ)   Kalkulazzjoni ta' l-Emissjonijiet Ikkorroborata

B'mod parallel għad-determinazzjoni ta' l-emissjoni permezz ta' metodoloġija bbażata fuq kejl, l-emissjonijiet annwali ta' kull GHG (gass serra) meqjus għandhom ikunu ddeterminati permezz ta' kalkulazzjoni lbbażata fuq waħda mill-għażliet li ġejjin:

a)

Kalkulazzjoni ta' emissjonijiet kif ġie stabbilit fl-Annessi rispettivi għall-attivitajiet rispettivi. Għall-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet, ġeneralment jistgħu ikunu applikati s-saffi l-aktar baxxi (jiġifieri saff 1 bħala minimu) jew

b)

Kalkulazzjonijiet ta' emissjonijiet kif ġie stabbilit fil-Linji ta' Gwida IPCC ta' l-2006, eż. jistgħu jintużaw il-metodi tas-saff 1.

Jista' jkun hemm devjazzjonijiet bejn ir-riżultati mill-metodu tal-kejl u dak tal-kalkulazzjoni. L-operatur għandu jesplora l-korrelazzjoni bejn ir-riżultati mill-metodu tal-kejl u minn dak tal-kalkulazzjoni, fejn iqis li tista' teżisti devjazzjoni ġenerika li tirriżulta miż-żewġ metodi differenti. Meta jqis din il-korrelazzjoni, l-operatur għandu juża r-riżultati tal-metodu tal-kalkulazzjoni biex jagħmel kontroll inkroċjat tar-riżultati mill-metodu tal-kejl.

L-operatur għandu jiddetermina u jirrapporta fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, id-data rilevanti, fejn tkun disponibbli, jew l-aħjar stimi tad-data dwar l-attività, tal-valuri kalorifiċi netti, tal-fatturi ta' emissjoni, tal-fatturi ta' ossidazzjoni u ta' parametri oħra li ntużaw għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet skond l-Annessi II sa XI – billi, fejn ikun xieraq, jintużaw l-analiżijiet tal-laboratorju. Il-metodi rispettivi kif ukoll il-metodu magħżul għall-kalkulazzjoni li tikkorrobora għandhom ikunu stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ u għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

Fejn paragun mar-riżultati tal-metodu tal-kalkulazzjoni jindikaw b'mod ċar li r-riżultati tal-metodu tal-kejl mhumiex validi, l-operatur għandu juża l-valuri ta' sostituzzjoni kif ġie deskritt taħt din it-taqsima.

7.   VALUTAZZJONI TA' L-INĊERTEZZI

7.1.   KALKULAZZJONI

Din it-taqsima hija soġġetta għat-Taqsima 16 ta' dan l-Anness. L-operatur għandu jkollu fehim tas-sorsi prinċipali ta' inċertezza meta jikkalkula l-emissjonijiet.

Taħt il-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 5.2, l-awtorità kompetenti se tkun approvat il-kombinazzjoni tas-saffi għal kull fluss mis-sors fi ħdan installazzjoni kif ukoll tkun approvat id-dettalji l-oħra kollha tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għal dik l-installazzjoni kif ġie inkluż fil-permess ta' l-installazzjoni. Billi tagħmel dan, l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat l-inċertezza li tirriżulta direttament minn applikazzjoni korretta tal-metodu ta' monitoraġġ approvat, u l-evidenza ta' dik l-approvazzjoni hija l-kontenut tal-permess. Id-dikjarazzjoni tal-kombinazzjoni tas-saffi fir-rapport dwar l-emissjonijiet għandha tikkostitwixxi inċertezza fir-rapportaġġ għall-iskopijiet tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk m'hemm l-ebda rekwiżit ieħor biex isir rapport dwar inċertezza jekk tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni.

L-inċertezza li ġiet iddeterminata għas-sistema ta' kejl fi ħdan is-sistema ta' saffi għandha tinkludi l-inċertezza speċifikata ta' l-istrumenti tal-kejl applikati, l-inċertezza assoċjata mal-kalibrazzjoni u kwalunkwe inċertezza addizzjonali li hija konnessa ma' kif l-istrumenti tal-kejl jintużaw fil-prattika. Il-valuri tal-limitu ddikjarati fi ħdan is-sistema tas-saffi jirreferu għall-inċertezza li hija assoċjata mal-valur għal perjodu wieħed ta' rapportaġġ.

Rigward il-fjuwil jew il-materjali li ġew skambjati b'mod kummerċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu d-determinazzjoni tal-fluss annwali ta' fjuwil/materjal mill-operatur fuq il-bażi biss ta' l-ammont ta' fjuwil jew materjal li għalih inħarġet fattura mingħajr aktar provi individwali ta' l-inċertezzi assoċjati, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-applikazzjoni murija ta' l-istandards rilevanti nazzjonali jew internazzjonali tiżgura li, għal tranżazzjonijiet kummerċjali, jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rispettivi ta' l-inċertezza għad-data dwar l-attività.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-operatur għandu jipprovdi prova bil-miktub tal-livell ta' inċertezza li hija assoċjata mad-determinazzjoni tad-data dwar l-attività għal kull fluss mis-sors sabiex tintwera l-konformità mal-limiti ta' inċertezza li ġew iddefiniti fl-Annessi II-XI ta' dawn il-Linji ta' Gwida. L-operatur għandu jibbaża l-kalkulazzjoni fuq l-ispeċifikazzjonijiet kif ġew provduti mill-fornitur ta' l-istrumenti tal-kejl. Jekk l-ispeċifikazzjonijiet mhumiex disponibbli, l-operatur għandu jipprovdi għal valutazzjoni ta' l-inċertezza ta' l-istrument tal-kejl. Fiż-żewġ każijiet, għandu jqis il-korrezzjonijiet meħtieġa ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet mill-effetti li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet ta' l-użu effettiv bħal mogħdija taż-żmien, il-kundizzjonijiet ta' l-ambjent fiżiku, il-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni. Dawn il-korrezzjonijiet jistgħu jinvolvu ġudizzju espert konservattiv.

Jekk ikunu applikati sistemi ta' kejl, l-operatur għandu jqis l-effett kumulattiv tal-komponenti kollha tas-sistema ta' kejl fuq l-inċertezza tad-data dwar l-attività annwali billi juża l-liġi tal-propagazzjoni ta' l-iżbalji (5), li tipprovdi żewġ regoli konvenjenti biex ikunu kkombinati l-inċertezzi li mhumiex korrelati taħt l-addizzjoni u l-multiplikazzjoni jew aprossimazzjonijiet konservattivi rispettivi jekk ikun hemm inċertezzi interdependenti:

a)   Għall-inċertezza ta' somma (eż. ta' kontribuzzjonijiet individwali għal valur annwali)

għal inċertezzi li mhumiex korrelati:

Formula

għal inċertezzi interdependenti:

Formula

Fejn:

Utotali huwa l-inċertezza tas-somma espress bħala persentaġġ;

xi u Ui huma l-kwantitajiet inċerti u l-persentaġġi ta' l-inċertezzi li huma assoċjati magħhom, rispettivament.

b)   Għall-inċertezza ta' prodott (eż. ta' parametri differenti li jintużaw biex ikun ikkonvertit qari ta' miter għal data ta' fluss tal-massa)

għal inċertezzi li mhumiex korrelati:

Formula

għal inċertezzi interdependenti:

Formula

Fejn:

Utotal huwa l-inċertezza tal-prodott, espress bħala persentaġġ;

Ui huma l-persentaġġ ta' l-inċertezzi li huma assoċjati ma' kull wieħed mill-kwantitajiet.

L-operatur, permezz ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-proċess ta' kontroll, għandu jiġġestixxi u jnaqqas il-bqija ta' l-inċertezzi tad-data dwar l-emissjonijiet fir-rapport dwar l-emissjonijiet tiegħu. Matul il-proċess ta' verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jikkontrolla l-applikazzjoni t-tajba tal-metodoloġija ta' monitoraġġ approvata, u għandu jivvaluta l-ġestjoni u t-tnaqqis tal-bqija ta' l-inċertezzi permezz tal-proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll ta' l-operatur.

7.2.   KEJL

Kif ġie stabbilit fit-taqsima 4.2, operatur jista' jiġġustifika l-użu ta' metodoloġija bbażata fuq kejl jekk tirriżulta b'mod affidabbli f'livell aktar baxx ta' inċertezza mill-metodoloġija bbażata fuq kalkulazzjoni rilevanti (ipparaguna t-taqsima 4.2). Sabiex tkun ipprovduta din il-ġustifikazzjoni lill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jirrapporta r-riżultati kwantitattivi ta' analiżi ta' l-inċertezzi aktar komprensiva li tqis is-sorsi ta' inċertezza li ġejjin billi jitiqes EN 14181.

l-inċertezza speċifikata ta' apparat ta' kejl kontinwu;

inċertezzi assoċjati mal-kalibrazzjoni;

inċertezza addizzjonali konnessa ma' kif l-apparat ta' monitoraġġ qed jintuża fil-prattika.

Fuq il-bażi tal-ġustifikazzjoni ta' l-operatur, l-awtorità kompetenti tista' tapprova l-użu li jagħmel l-operatur minn sistema ta' kejl ta' l-emissjoni kontinwu għal sorsi ta' l-emissjoni magħżula jew għas-sorsi ta' l-emissjoni kollha f'installazzjoni kif ukoll tapprova d-dettalji l-oħra kollha tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għal dawk is-sorsi ta' emissjoni, ħalli jkunu inklużi fi ħdan il-permess ta' l-installazzjoni. Billi tagħmel dan, l-awtorità kompetenti tkun awtorizzat l-inċertezza li tirriżulta direttament mill-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta' monitoraġġ approvata, u l-evidenza ta' dik l-approvazzjoni hija l-kontenut tal-permess.

L-operatur għandu jiddikjara l-figura ta' l-inċertezza li tirriżulta minn din l-analiżi komprensiva ta' l-inċertezza tal-bidu fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet tiegħu lill-awtorità kompetenti għas-sorsi ta' l-emissjoni u għall-flussi mis-sorsi rilevanti, sakemm jintlaħaq tali punt li l-awtorità kompetenti tirrivedi l-għażla ta' kejl fuq il-kalkulazzjoni u titlob li l-figura ta' l-inċertezza terġa' tkun ikkalkulata. Id-dikjarazzjoni ta' din il-figura ta' l-inċertezza fir-rapport dwar l-emissjonijiet għandha tikkostitwixxi r-rapportaġġ ta' inċertezza għall-iskopijiet tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-operatur, permezz tal-proċess ta' assigurazzjoni tal-kwalità u ta' kontroll, għandu jiġġestixxi u jnaqqas il-bqija ta' l-inċertezzi tad-data dwar l-emissjonijiet fir-rapport dwar l-emissjonijiet tiegħu. Matul il-proċess ta' verifikazzjoni il-verifikatur għandu jikkontrolla l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta' monitoraġġ approvata, u għandu jivvaluta l-ġestjoni u t-tnaqqis tal-bqija ta' l-inċertezzi permezz tal-proċeduri ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' kontroll ta' l-operatur.

8.   RAPPORTAĠĠ

L-Anness IV għad-Direttiva 2003/87/KE jistabbilixxi r-rekwiżiti tar-rapportaġġ għall-intallazzjonijiet. Il-format tar-rapportaġġ li ġie stabbilit fit-taqsima 14 ta' dan l-Anness u l-informazzjoni meħtieġa hemmhekk għandhom jintużaw bħala bażi għar-rapportaġġ tad-data kwantitattiva ħlief jekk protokoll elettroniku standard ekwivalenti għar-rapportaġġ annwali ġie ppubblikat mill-Kummissjoni ta' l-UE.

Ir-rapport dwar l-emissjoni jkopri l-emissjonijiet annwali ta' sena kalendarja f'perjodu ta' rapportaġġ.

Ir-rapport għandu jkun ivverifikat skond ir-rekwiżiti dettaljati li ġew stabbiliti mill-Istat Membru skond l-Anness V għad-Direttiva 2003/87/KE. L-operatur għandu jissottometti r-rapport verifikat lill-awtorità kompetenti sal-31 ta' Marzu ta' kull sena għall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti.

Ir-rapporti dwar l-emissjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minn dik l-awtorità bla ħsara għar-regoli li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (6). Rigward l-applikazzjoni ta' l-eċċezzjoni li ġiet stabbilita fl-Artikolu 4(2)(d) ta' dik id-Direttiva, l-operaturi jistgħu jindikaw fir-rapport tagħhom liema informazzjoni jqisu li hija sensittiva kummerċjalment.

Kull operatur għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fir-rapport għal installazzjoni:

(1)

Data li tidentifika l-installazzjoni, kif ġie speċifikat fl-Anness IV għad- Direttiva 2003/87/KE, u n-numru tal-permess uniku tagħha;

(2)

Għas-sorsi ta' l-emissjonijiet kollha u/jew għall-flussi mis-sors it-totali ta' l-emissjonijiet, il-metodu magħżul (kejl jew kalkulazzjoni), is-saffi magħżula u l-metodu (jekk ikun applikabbli), id-data dwar l-attività (7), il-fatturi ta' emissjoni (8), u l-fatturi ta' ossidazzjoni/konverżjoni (9). Il-punti li ġejjin, li mhumiex spjegati f'termini ta' emissjonijiet, għandhom ikunu rrapportati bħala punti f'memorandum: l-ammonti ta' bijomassa maħruqa [TJ] jew użata fi proċessi [t jew Nm3; l-emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] minn bijomassa fejn il-kejl jintuża biex ikunu ddeterminati l-emissjonijiet; is-CO2 ittrasferit minn installazzjoni [t CO2]; is-CO2 inerenti li jħalli l-installazzjoni bħala parti minn fjuwil;

(3)

Jekk il-fatturi ta' emissjoni u f'data dwar l-attività għall-fjuwil huma relatati mal-massa minnflok ma' l-enerġija, l-operatur għandu jirrapporta data alternattiva (proxy-data) supplementari għall-valur kalorifiku nett medju annwali u l-fattur ta' emissjoni għal kull fjuwil. “Data alternattiva (proxy data)” tfisser valuri annwali – issostanzjati b'mod empiriku jew b'sorsi aċċettati – użati biex jissostitwixxu data għal varjabbli (jiġifieri fluss ta' fjuwil/materjal, valur kalorifiku nett jew emissjoni, fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni) meħtieġa fil-metodi ta' kalkulazzjoni tan-nuqqas skond l-Annessi I-XI sabiex ikun żgurat rapportaġġ komplut meta l-metodoloġija ta' monitoraġġ ma tiġġenerax il-varjabbli kollha li huma meħtieġa;

(4)

Jekk jiġi applikat metodu ta' bilanċ tal-massa l-operaturi għandhom jirrapportaw il-fluss tal-massa, il-kontenut ta' karbonju u ta' enerġija għal kull fjuwil u fluss ta' materjal fi ħdan jew barra mill-installazzjoni u l-istokks tagħhom;

(5)

Jekk jiġi applikat il-monitoraġġ kontinwu ta' l-emissjonijiet (l-Anness XII), l-operatur għandu jirrapporta l-emissjonijiet annwali tas-CO2 fossili kif ukoll l-emissjonijiet tas-CO2 mill-użu tal-bijomassa. Barra minn hekk, l-operatur għandu jirrapporta data alternattiva (proxy-data) supplementari għall-valur kalorifiku nett medju annwali u l-fattur ta' emissjoni għal kull fjuwil jew rispettiv għal parametri oħra rilevanti rispettivi għal materjali u prodotti kif ġie derivat permezz tal-kalkulazzjoni korroboranti;

(6)

Jekk jiġi applikat metodu ta' rimedju skond it-taqsima 5.3, l-operatur għandu jirrapporta d-data alternattiva (proxy-data) supplementari għal kull parametru fejn il-metodu ma jipproduċix id-data meħtieġa skond l-Annessi I sa XI;

(7)

Fejn ikun hemm l-użu tal-fjuwil, iżda l-emissjonijiet jiġu kkalkulati bħala emissjonijiet minn proċess, l-operatur għandu jirrapporta d-data alternattiva (proxy-data) supplimentari għall-varjabbli rispettivi tal-kalkulazzjoni ta' l-emissjoni tan-nuqqas għal emissjonijiet mill-kombustjoni għal dawn il-fjuwils;

(8)

Il-bidliet fis-saffi temporali jew permanenti, ir-raġunijiet għal dawn il-bidliet, id-data tal-bidu għal dawn il-bidliet, u d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-bidliet temporali;

(9)

Kwalunkwe bidla oħra fl-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ li tista' tkun rilevanti għar-rapport dwar l-emissjonijiet.

L-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta taħt (8) u (9) u l-informazzjoni supplementari li għandha tkun ipprovduta taħt (2) mhijiex xierqa biex tkun ippreżentata fil-forma ta' tabella tal-format tar-rapportaġġ u għalhekk għandha tkun inkluża fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet bħala test sempliċi.

Il-fjuwils u l-emissjonijiet li jirriżultaw għandhom ikunu rrapportati billi jintużaw il-kategoriji tal-fjuwil IPCC (ara t-taqsima 11 ta' dan l-Anness) li huma bbażati fuq id-definizzjonijiet ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija. Fil-każ li l-Istat Membru rilevanti għall-operatur ippubblika lista ta' kategoriji tal-fjuwil inklużi d-definizzjonijiet u l-fatturi ta' emissjoni li huma konsistenti ma' l-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li ġie sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima għandhom jintużaw dawn il-kategoriji u l-fatturi ta' emissjoni tagħhom, jekk ikunu approvati taħt il-metodu ta' monitoraġġ rilevanti.

Barra minn hekk, għandhom ikunu rrapportati t-tipi ta' skart u ta' emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu tagħhom bħala fjuwils jew bħala materjali ta' input. It-tipi ta' skart għandhom ikunu rrapportati billi tintuża l-klassifikazzjoni tal-lista ta' skart Komunitarja li ġiet speċifikata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (10). Il-kodiċijiet rispettivi b'sitt numri għandhom ikunu miżjuda ma' l-ismijiet tat-tipi ta' skart rilevanti li jintużaw fl-installazzjoni.

L-emissjonijiet li jkun hemm minn sorsi ta' emissjonijiet differenti jew minn flussi mis-sors ta' l-istess tip ta' installazzjoni waħda li jappartjenu lill-istess tip ta' attività jistgħu jkunu rrapportati b'mod aggreagat għat-tip ta' attività.

L-emissjonijiet għandhom ikunu rrapportati bħala tunnellati metriċi mqarrba lejn l-eqreb numru sħiħ ta' CO2 (pereżempju 1 245 978 tunnellata). Id-data dwar l-attività, il-fatturi ta' emissjoni u l-fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni għandhom jitqarrbu lejn l-eqreb numru sħiħ biex jinkludu biss numri sinifikanti kemm għall-kalkulazzjonijiet ta' l-emissjonijiet kif ukoll għal skopijiet ta' rapportaġġ.

Sabiex tintlaħaq konsistenza bejn id-data irrapportata taħt id-Direttiva 2003/87/KE u d-data rrapportata minn Stati Membri taħt il-Kunvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u data dwar l-emissjonijiet oħra li ġiet irrapportata għar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (EPRTR), kull attività li titwettaq f'installazzjoni għandha tkun ittikkettata billi jkunu applikati l-kodiċijiet miż-żewġ skemi ta' rapportaġġ li ġejjin:

a)

il-Format Komuni ta' Rapportaġġ għal sistemi ta' inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra kif ġie approvat mill-korpi rispettivi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ara t-taqsima 15.1. ta' dan l-Anness);

b)

il-kodiċi ta' l-IPPC ta' l-Anness I tar-Regolament 166/2006 dwar ir- Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (EPRTR) (ara t-taqsima 15.2 t'aktar 'l isfel).

9.   ŻAMMA TA' INFORMAZZJONI

Operatur ta' installazzjoni għandu jiddokumenta u jarkivja data ta' monitoraġġ għall-emissjonijiet ta' l-installazzjoni mis-sorsi ta' l-emissjonijiet u/jew mill-flussi mis-sors kollha li jappartjenu lill-attivitajiet li ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE tal-gassijiet serra li ġew speċifikati b'relazzjoni għal dawk l-attivitajiet.

Id-data ta' monitoraġġ iddokumentata u arkivjata għandha tkun biżżejjed biex tagħti lok għall-verifikazzjoni tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' l-emissjonijiet ta' installazzjoni li kien sottomess mill-operatur skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, skond il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

Id-data li mhijiex parti mir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet m'għandux ikun meħtieġ li tkun irrapportata jew issir pubblika b'mod ieħor.

Biex tkun permessa r-riproduċibilità tad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet mill-verifikatur jew minn parti terza oħra, operatur ta' installazzjoni għandu jżomm l-informazzjoni li ġejja għal mill-inqas għaxar snin wara s-sottomissjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull sena ta' rapportaġġ:

Għal metodoloġiji bbażati fuq kalkulazzjoni:

il-lista tal-flussi mis-sors kollha li huma mmonitorjati;

id-data dwar l-attività li tintuża għal kwalunkwe kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet għal kull fluss mis-sors, ikkategorizzata skond il-proċess u t-tip ta' fjuwil jew materjal;

id-dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw bidliet temporali jew li mhumiex temporali ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u ta' saffi li ġew approvati mill-awtorità kompetenti;

id-dokumentazzjoni tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u r-riżultati mill-iżvilupp ta' fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal attività u ta' frazzjonijiet tal-bijomassa għal fjuwils speċifiċi, u fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni, u l-provi rispettivi ta' l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti;

id-dokumentazzjoni tal-proċess ta' ġbir tad-data dwar l-attività għall-installazzjoni u għall-flussi mis-sors tagħha;

id-data dwar l-attività, l-emissjoni, il-fatturi ta' ossidazzjoni jew ta' konverżjoni li ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti għall-pjan ta' kwoti nazzjonali għal snin ta' qabel il-perjodu ta' żmien koperti mill-iskema ta' skambju;

id-dokumentazzjoni tar-responsabbiltajiet b'konnessjoni mal-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet;

ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet; u

kwalunkwe informazzjoni oħra li ġiet identifikata, kif inhu meħtieġ, għall-verifikazzjoni tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet.

Għall-metodoloġiji li huma bbażati fuq kejl għandha tkun miżmuma l-informazzjoni addizzjonal li ġejja:

il-lista tas-sorsi ta' l-emissjonijiet kollha li huma mmonitorjati;

id-dokumentazzjoni li tiġġustifika l-għażla ta' metodoloġija bbażata fuq kejl;

id-data li tintuża għall-analiżi ta' l-inċertezza ta' emissjonijiet minn kull sors ta' emissjoni, ikklassifikata skond il-proċess;

id-data użata għall-kalkulazzjonijiet korroboranti;

deskrizzjoni teknika ddettaljata tas-sistema ta' kejl kontinwu inkluża d-dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti;

id-data mhux analizzata u dik aggregata mis-sistema ta' kejl kontinwu, inkluża d-dokumentazzjoni tal-bidliet maż-żmien, il-ġurnal iddettaljat dwar it-testijiet, il-ħinijiet meta l-magni ma jkunux qed jitħaddmu, il-kalibrazzjoni, l-għoti ta' servis u l-manutenzjoni;

id-dokumentazzjoni ta' kwalunkwe bidla fis-sistema ta' kejl kontinwu.

10.   KONTROLL U VERIFIKAZZJONI

Il-kontroll u l-verifikazzjoni ta' l-emissjonijiet huma soġġetti għat-taqsima 16 ta' dan l-Anness.

10.1.   AKKWIST U MMANIĠĠJAR TAD-DATA

L-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm attivitajiet effettivi ta' akkwist u mmaniġġjar tad-data (li minn hawn 'il quddiem se jissejħu attivitajiet tal-fluss tad-data) għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skond il-pjan ta' monitoraġġ approvat, il-permess u dawn il-linji ta' gwida. Dawn l-attivitajiet tal-fluss tad-data jinkludu l-kejl, il-monitoraġġ, l-analiżi, ir-reġistrazzjoni, l-ipproċessar u l-kalkulazzjoni tal-parametri sabiex ikun jista' jsir rapport dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

10.2.   SISTEMA TA' KONTROLL

L-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm sistema ta' kontroll effettiva biex ikun żgurat li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, li jirriżulta mill-attivitajiet tal-fluss tad-data ma jkunx fih dikjarazzjonijiet żbaljati u jkun konformi mal-pjan ta' monitoraġġ approvat, mal-permess u ma' dawn il-linji ta' gwida.

Is-sistema ta' kontroll ta' l-operatur hija magħmula mill-proċessi li huma mmirati għal monitoraġġ u rapportaġġ effettiv kif imfassal u implimentat minn dawk li huma responsabbli mir-rapportaġġ annwali ta' l-emissjonijiet. Is-sistema ta' kontroll tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

a)

il-proċess ta' valutazzjoni ta' l-operatur stess tar-riskji inerenti u ta' kontroll għal żbalji, rappreżentazzjonijiet żbaljati jew omissjonijiet (dikjarazzjonijiet żbaljati) fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, u n-nuqqasijiet ta' konformità mal-pjan ta' monitoraġġ approvat, mal-permess u ma' dawn il-linji ta' gwida;

b)

attivitajiet ta' kontroll li jgħinu biex ikunu mmitigati r-riskji identifikati.

L-operatur għandu jevalwa u jtejjeb is-sistema ta' kontroll tiegħu biex jiżgura li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ma jkunx fih dikjarazzjonijiet materjali żbaljati jew ma jkunx fih nuqqas ta' konformità materjali. L-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu l-verifiki interni tas-sistema ta' kontroll u tad-data rrapportata. Is-sistema ta' kontroll tista' tagħmel referenza għal proċeduri u dokumenti oħrajn, inklużi dawk f'sistemi ta' ġestjoni ta' l-Iskema ta' l-UE ta' Eko-Ġestjoni u ta' Verifika (EMAS), ISO 14001:2004 (“Sistemi ta' ġestjoni ambjentali – Speċifikazzjoni bi gwida għall-użu”), ISO 9001:2000 u sistemi ta' kontroll finanzjarju. Meta tkun saret referenza bħal din, l-operatur għandu jiżgura li jkunu saru arranġamenti għar-rekwiżiti fil-pjan ta' monitoraġġ approvat, fil-permess u f, dawn il-linji ta' gwida fis-sistema applikabbli rispettiva.

10.3.   ATTIVITAJIET TA' KONTROLL

Għall-iskopijiet ta' kontroll u ta' mitigazzjoni tar-riskji inerenti u tar-riskji ta' kontroll skond il-Kapitolu 10.2, l-operatur għandu jidentifika u jimplimenta attivitajiet ta' kontroll skond it-taqsimajiet 10.3.1 sa 10.3.6 li ġejjin.

10.3.1.   PROĊEDURI U RESPONSABBILTAJIET

L-operatur għandu jassenja responsabbiltajiet lill-attivitajiet ta' fluss ta' data kollha u lill-attivitajiet ta' kontroll kollha. Id-dmirijiet konfliġġenti għandhom ikunu ssegregati, inklużi l-attivitajiet ta' maniġġjar u ta' kontroll, fejn ikun possibbli u b'mod ieħor il-kontrolli alternattivi għandhom jitqiegħdu f'posthom.

L-operatur għandu jiddokumenta l-attivitajiet ta' fluss ta' data skond t-taqsima 10.1 u l-attivitajiet ta' kontroll skond it-taqsimiet 10.3.2 sa 10.3.6 fi proċeduri bil-miktub, inklużi:

is-sekwenza u l-interazzjoni ta' l-attivitajiet ta' akkwist u ta' mmaniġġjar tad-data skond 10.1, inklużi l-metodi ta' kalkulazzjonijiet jew ta' kejl li jintużaw;

valutazzjoni tar-riskju tad-definizzjoni u evalwazzjonijiet tas-sistema ta' kontroll skond 10.2;

ġestjoni tal-kompetenzi meħtieġa għar-responabbiltajiet assenjati skond 10.3.1;

assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-apparat tal-kejl u tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni li jintużaw (jekk ikun applikabbli) skond 10.3.2;

reviżjonijiet interni ta' data rrapportati skond 10.3.3;

proċessi li jingħataw barra skond 10.3.4;

korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva skond 10.3.5;

rekords u dokumentazzjoni skond 10.3.6.

Kull waħda minn dawn il-proċeduri għandha tindirizza (fejn ikun xieraq) l-elementi li ġejjin:

responsabbiltajiet;

rekords (elettroniċi u fiżiċi, dak kollu li huwa applikabbli u xieraq);

sistemi ta' informazzjoni użati (jekk ikun applikabbli);

input u produzzjoni, u konnessjoni ċara ma' attività preċedenti u ma' dik li jmiss;

frekwenza (jekk ikun applikabbli);

Il-proċeduri għandhom ikunu xierqa biex ikunu mitigati r-riskji identifikati.

10.3.2.   ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ

L-operatur għandu jiżgura li l-apparat tal-kejl rilevanti huwa kkalibrat, aġġustat u kkontrollat f'intervalli regolari inkluż qabel ma jintuża, u kkontrollat skond standards ta' kejl traċċabbli għall-istandards ta' kejl internazzjonali fejn ikunu disponibbli, skond ir-riskji li ġew identifikati skond 10.2. Fil-pjan ta' monitoraġġ, l-operatur għandu jidentifika jekk il-komponenti ta' l-istrument tal-kejl ma jistgħux ikunu kkalibrati, u għandu jipproponi attivitajiet ta' kontroll alternattivi, li jeħtieġu l-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti. Meta l-apparat jinstab li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti, l-operatur għandu jieħu l-azzjoni ta' rimedju meħtieġa fil-pront. Ir-rekords tar-riżultati tal-kalibrazzjoni u ta' l-awtentifikazzjoni għandhom jinżammu għal perjodu ta' 10 snin.

Jekk l-operatur juża teknoloġija ta' l-informazzjoni, inkluża teknoloġija tal-kompjuter li jikkontrolla l-proċessi, għandha tkun imfassla, iddokumentata, ittestjata, implimentata, ikkontrollata u miżmuma f'kundizzjoni tajba b'mod li tiżgura pproċessar ta' data affidabbli, preċiż u f'waqtu f'konformità mar-riskji li ġew identifikati skond 10.2. Dan jinkludi l-użu xieraq ta' formuli ta' kalkulazzjoni li jinsabu fil-pjan ta' monitoraġġ. Il-kontroll tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għandha tinkludi kontroll ta' l-aċċess, appoġġ (back up), irkupru, ippjanar ta' kontinwità u sikurezza.

10.3.3.   REVIŻJONIJIET U VALIDAZZJONI TAD-DATA

Għall-ġestjoni tal-fluss ta' data, l-operatur għandu jfassal u jimplimenta reviżjonijiet u validazzjoni tad-data f'konformità mar-riskji li ġew identifikati skond 10.2. Dawn il-validazzjonijiet jistgħu jsiru jew bl-idejn jew b'mod elettroniku. Għandhom ikunu mfassla b'mod li l-limiti biex id-data tkun rifjutata jkunu ċari mill-bidunett, fejn ikun possibbli.

Jistgħu jsiru reviżjonijiet tad-data sempliċi u effettivi fil-livell operattiv permezz ta' paraguni tal-valuri mmonitorjati billi jintużaw metodi vertikali u orizzontali.

Metodu vertikali jipparaguna d-data dwar l-emissjonijiet li ġiet immonitorjata għall-istess installazzjoni fi snin differenti. Żball ta' monitoraġġ huwa probabbli jekk id-differenzi bejn id-data annwali ma tistax tkun spjegata minn:

bidliet fil-livelli ta' attività;

bidliet li jikkonċernaw fjuwils jew materjal ta' input;

bidliet li jikkonċernaw il-proċessi ta' emissjoni (eż. titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija).

Metodu orizzontali jipparaguna valuri li jirriżultaw minn sistemi ta' ġbir ta' data operattiva differenti, inklużi:

paragun ta' data dwar xiri ta' fjuwil jew ta' materjal ma' data dwar bidliet fl-istokk (ibbażata fuq informazzjoni dwar stokk tat-tmiem u stokk tal-bidu) u data dwar il-konsum għall-flussi mis-sors applikabbli;

paragun ta' fatturi ta' emissjoni li kienu analizzati, ikkalkulati jew miksuba mill-fornitur tal-fjuwil, ma' fatturi ta' emissjoni ta' referenza nazzjonali jew internazzjonali ta' fjuwils komparabbli;

paragun ta' fatturi ta' emissjoni li huma bbażati fuq analiżijiet tal-fjuwil ma'. fatturi ta' emissjoni ta' referenza nazzjonali jew internazzjonali ta' fjuwils komparabbli;

paragun ta' emissjonijiet imkejla u kkalkulati.

10.3.4.   PROĊESSI LI JINGĦATAW BARRA

Fejn operatur jagħżel li jibgħat barra kwalunkwe proċess fil-fluss tad-data, l-operatur għandu jikkontrolla l-kwalità ta' dawn il-proċessi f'konformità mar-riskji li ġew identifikati skond 10.2. L-operatur għandu jiddefinixxi r-rekwiżiti xierqa għall-produzzjonijiet u għall-metodi u jirrivedi l-kwalità kkunsinnata.

10.3.5.   KORREZZJONIJIET U AZZJONI KORRETTIVA

Meta kwalunkwe parti mill-attivitajiet ta' fluss tad-data jew mill-attivitajiet ta' kontroll (għodda, apparat, membru ta' l-istaff, fornitur, proċedura jew oħrajn) jinstab li ma jiffunzjonax b'mod effettiv jew li jiffunzjona barra limiti ffissati, l-operatur għandu jieħu korrezzjonijiet xierqa fil-pront u d-data rifjutata għandha tkun ikkoreġuta. L-operatur għandu jivvaluta l-validità tal-produzzjonijiet tal-passi applikabbli, jiddetermina l-għerq tal-kawża tal-funzjonament ħażin jew ta' l-iżball u jieħu azzjoni korrettiva xierqa.

L-attivitajiet f'din it-taqsima għandhom jitwettqu skond il-Kapitolu 10.2 (metodu bbażat fuq riskju).

10.3.6.   REKORDS U DOKUMENTAZZJONI

Sabiex ikun jista' juri u jiużgura ruħu mill-konformità u biex ikun jista' jibni mill-ġdid id-data dwar l-emissjonijiet irrapportata, l-operatur għandu jżomm rekords ta' l-attivitajiet ta' kontroll kollha (inklużi Assigurazzjoni tal-Kwalità/Kontroll tal-Kwalità ta' l-apparat u tat-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni, reviżjoni u validazzjoni tad-data u tal-korrezzjonijiet) u l-informazzjoni kollha li ġiet elenkata taħt it-taqsima 9 ta' dan l-anness għal mill-inqas 10 snin.

L-operatur għandu jiżgura ruħu li d-dokumenti rilevanti jkunu disponibbli meta u fejn ikunu meħtieġa biex jitwettqu l-attivitajiet ta' fluss tad-data kif ukoll l-attivitajiet ta' kontroll. L-operatur għandu jkollu proċedura biex jidentifika, jipproduċi, jiddistribwixxi u jikkontrolla l-verżjoni ta' dawn id-dokumenti.

L-attivitajiet f'din it-taqsima għandhom jitwettqu f'konformità mal-metodu bbażat fuq riskju skond 10.2.

10.4.   VERIFIKAZZJONI

10.4.1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

L-għan tal-verifikazzjoni huwa li jkun żgurat li l-emissjonijiet kienu mmonitorjati skond il-linji ta' gwida u li, skond l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, se tkun irrapportata data dwar l-emissjonijiet affidabbli u korretta. L-Istati Membri għandhom iqisu l-gwida rispettiva maħruġa mill-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditatament (EA).

Bla ħsara għall-Kapitolu 10.4.2 e) verifikazzjoni għandha tasal għal opinjoni ta' verifikazzjoni li tiddikjara, b'assigurazzjoni raġonevoli, jekk id-data fir-rapport dwar l-emissjonijiet hiex ħielsa minn dikjarazzjonijiet żbaljati materjali u jekk mhemm l-ebda nuqqas ta' konformità materjali.

L-operatur għandu jissottometti r-rapport dwar l-emissjonijiet, kopja tal-pjan ta' l-monitoraġġ approvat tiegħu għal kull waħda mill-installazzjonijiet tiegħu, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra lill-verifikatur.

L-ambitu tal-verifikazzjoni huwa ddefinit mill-kompiti li l-verifikatur jeħtieġ li jwettaq biex jilħaq l-għan imsemmi aktar 'il fuq. Mill-inqas, il-verifikatur għandu jwettaq l-attivitajiet skond it-taqsima sussegwenti 10.4.2.

10.4.2.   METODOLOĠIJA TA' VERIFIKAZZJONI

Il-verifikatur għandu jippjana u jwettaq verifikazzjoni b'attitudni ta' xettiċiżmu professjonali, fejn jirrikonoxxi li jistgħu jeżistu ċirkostanzi li jikkawżaw li l-informazzjoni li tinsab fir-Rapport Annwali dwar l-Emissjonijiet jkun fiha dikjarazzjonijiet żbaljati materjali.

Bħala parti mill-proċess ta' verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jwettaq il-passi li ġejjin:

a)   Analiżi Strateġika

Il-verifikatur għandu:

jivverifika jekk il-pjan ta' monitoraġġ ġiex approvat mill-awtorità kompetenti u jekk hux il-verżjoni t-tajba. Jekk dan mhuwiex il-każ, il-verifikatur m'għandux ikompli bil-verifikazzjoni ħlief għal elementi li ovvjament mhumiex affettwati minn nuqqas ta' approvazzjoni;

jifhem kull attività li ssir fl-installazzjoni, is-sorsi, il-flussi mis-sors fi ħdan l-installazzjoni, l-apparat biex isir il-kejl bil-miter li jintuża biex tkun immonitorjata jew imkejla d-data dwar l-attività, l-oriġini u l-applikazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni u tal-fatturi ta' ossidazzjoni/konverżjoni, kwalunkiwe data oħra li tintuża biex ikunu kkalkulati jew imkejla l-emissjonijiet, u l-ambjent li fih taħdem l-installazzjoni;

jifhem il-pjan ta' monitoraġġ ta' l-operatur, il-fluss tad-data, kif ukoll is-sistema ta' kontroll tiegħu, inkluża l-organizzazzjoni ġenerali fejn għandhom x'jaqsmu l-monitoraġġ u r-rapportaġġ;

japplika l-livell ta' materjalità kif ġie definit fit-Tabella 3 t'aktar 'l isfel.

Tabella 3

Livelli ta' Materjalità

 

Livell ta' Materjalità

Installazzjonijiet tal-Kategoriji A u B

5 %

Installazzjonijiet tal-Kategorija C

2 %

Il-verifikatur għandu jwettaq l-analiżi strateġika b'tali mod li l-verifikatur ikun jista' jmexxi l-analiżi tar-riskju kif ġie stabbilit aktar 'l isfel. Meta jkun meħtieġ dan għandu jinkludi żjara fis-sit.

b)   Analiżi tar-Riskju

Il-verifikatur għandu:

janalizza r-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll li huma relatati ma' l-ambitu u mal-komplessità ta' l-attivitajiet ta' l-operatur u mas-sorsi ta' emissjoni u mal-flussi mis-sors, u li jistgħu jwasslu għal dikjarazzjonijiet żbaljati u materjali u għal nuqqasijiet ta' konformità materjali;

ifassal pjan ta' verifikazzjoni li huwa proporzjonat għal din l-analiżi tar-riskju. Il-pjan ta' verifikazzjoni jiddeskrivi l-mod li bih l-attivitajiet ta' verifikazzjoni għandhom jitwettqu. Fih programm ta' verifikazzjoni u pjan għat-teħid ta' kampjuni tad-data. Il-programm ta' verifikazzjoni jiddeskrivi n-natura ta' l-attivitajiet, f'liema ħinijiet iridu jsiru u l-ambitu tagħhom sabiex il-pjan ta' verifikazzjoni jkun ikkompletat. Il-pjan għat-teħid ta' kampjuni tad-data jistabbilixxi liema data għandha tkun ittestjata sabiex tintlaħaq opinjoni ta' verifikazzjoni.

ċ)   Verifikazzjoni

Fit-twettiq tal-verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jwettaq żjara fis-sit, meta jkun xieraq, biex jispezzjona t-tħaddim tal-miters u tas-sistemi ta' monitoraġġ, iwettaq intervisti, u jiġbor biżżejjed informazzjoni u evidenza.

Barra dan, il-verifikatur għandu:

iwettaq il-pjan ta' verifikazzjoni billi jiġbor data skond metodi ta' teħid ta' kampjuni, testijiet bi spjegazzjoni dettaljata (walkthrough tests), reviżjonijiet ta' dokumenti, proċeduri analitiċi u proċeduri ta' reviżjoni tad-data, inkluża kwalunkwe evidenza addizzjonali rilevanti, li fuqha se tkun ibbażata l-opinjoni ta' verifikazzjoni tal-verifikatur;

jikkonferma l-validità ta' l-informazzjoni li ntużat biex ikun ikkalkulat il-livell ta' inċertezza kif ġie ffissat fil-pjan ta' monitoraġġ approvat;

jivverifika li l-pjan ta' monitoraġġ approvat qed jiġi implimentat u jfittex biex jifhem jekk il-pjan ta' monitoraġġ huwiex aġġornat;

jitlob lill-operatur biex jipprovdi kwalunkwe data li tkun nieqsa jew jimla taqsimiet neqsin ta' metodi ta' verifika, jispjega varjazzjonijiet fid-data dwar l-emissjonijiet, jew jirrivedi kalkulazzjonijiet, jew jaġġusta d-data rrapportata, qabel ma jilħaq opinjoni ta' verifikazzjoni finali. Il-verifikatur, fi kwalunkwe forma, għandu jirrapporta n-nuqqasijiet ta' konformità u d-dikjarazzjonijiet żbaljati kollha li ġew identifikati lill-operatur.

L-operatur għandu jikkoreġi kwalunkwe dikjarazzjoni żbaljata li ġiet irrapportat. Għandha tkun ikkoreġuta l-popolazzjoni sħiħa li minnha ttieħed kampjun.

Matul il-proċess ta' verifikazzjoni kollu, il-verifikatur għandu jiddetermina f-dikjarazzjonijiet żbaljati u n-nuqqasijiet ta' konformità billi jivvaluta jekk:

il-pjan ta' monitoraġġ ġiex implimentat biex jappoġġja d-determinazzjoni ta' nuqqasijiet ta' konformità;

hemmx evidenza ċara u oġġettiva miksuba permezz tal-ġbir tad-data biex tkun appoġġjata d-determinazzjoni tad-dikjarazzjonijiet żbaljati.

d)   Rapport ta' Verifikazzjoni Interna

Fit-tmiem tal-proċess ta' verifikazzjoni, il-verifikatur għandu jipprepara rapport ta' verifikazzjoni interna. Ir-rapport ta' verifikazzjoni għandu jirreġistra evidenza li turi li l-analiżi strateġika, l-analiżi tar-riskju u l-pjan ta' verifikazzjoni twettqu b'mod sħiħ, u għandu jipprovdi biżżejjed informazzjoni biex jappoġġja opinjonijiet ta' verifikazzjoni. Ir-rapport ta' verifikazzjoni interna għandu wkoll jiffaċilita evalwazzjoni potenzjali tal-verifika mill-awtorità kompetenti, u mill-korp ta' akkreditament.

Fuq il-bażi tas-sejbiet inklużi fir-rapport ta' verifikazzjoni interna, il-verifikatur għandu jieħu deċiżjoni rigward jekk ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet fihx kwalunkwe dikjarazzjoni materjalment żbaljata meta pparagunat mal-limitu ta' materjalità, u jekk hemmx nuqqasijiet ta' konformità jew kwistjonijiet rilevanti oħrajn għall-opinjoni ta' verifikazzjoni.

e)   Rapport ta' Verifikazzjoni

Il-verifikatur għandu jippreżenta l-metodoloġija ta' verifikazzjoni, is-sejbiet tiegħu u opinjoni ta' verifikazzjoni f'rapport ta' verifikazzjoni, li jkun indirizzat lill-operatur, li għandu jkun sottomess mill-operatur mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet lill-awtorità kompetenti. Rapport annwali dwar l-emissjonijiet jkun ivverifikat bħala sodisfaċenti jekk l-emissjonijiet totali m'għandhomx dikjarazzjonijiet żbaljati, u jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, mhemm l-ebda nuqqas ta' konformità materjali. Fil-każ ta' nuqqasijiet ta' konformità li mhumiex materjali jew dikjarazzjonijiet żbaljati li mhumiex materjali, il-verifikatur jista' jinkludi dawn fir-rapport ta' verifikazzjoni (“ivverifikat bħala sodisfaċenti b'nuqqasijiet ta' konformità li mhumiex materjali jew dikjarazzjonijiet żbaljati li mhumiex materjali”). Il-verifikatur jista' wkoll jirrapporta dawn f'ittra ta' ġestjoni separata.

Il-verifikatur jista' jikkonkludi li rapport annwali dwar l-emissjonijiet mhuwiex ivverifikat bħala sodisfaċenti, jekk il-verifikatur isib nuqqasijiet ta' konformità materjali jew dikjarazzjonijiet materjalment żbaljati (b'nuqqasijiet ta' konformità materjali jew mingħajrhom). Il-verifikatur jista' jikkonkludi li rapport annwali dwar l-emissjonijiet mhuwiex ivverifikat meta jkun hemm limitu għall-ambitu (meta ċ-ċirkostanzi ma jħallux, jew kienet imposta restrizzjoni li ma tħallix, li l-verifikatur jikseb evidenza li hija meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju ta' verifikazzjoni għal livell raġonevoli) u/jew inċertezzi materjali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-operatur jindirizza n-nuqqasijiet ta' konformità u d-dikjarazzjonijiet żbaljati wara konsultazzjoni ma' l-awtorità kompetenti f'perjodu ta' żmien ffissat mill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, id-diverġenzi ta' opinjoni kollha bejn operaturi, verifikaturi u awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jaffettwaw rapportaġġ xieraq u għandu jintlaħaq ftehim dwarhom skond id-Direttiva 2003/87/KE, skond dawn il-linji ta' gwida, u skond ir-rekwiżiti li ġew stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Anness V għal dik id-Direttiva, u skond il-proċeduri nazzjonali rilevanti.

11.   FATTURI TA' EMISSJONI

Din it-taqsima fiha fatturi ta' emissjoni ta' referenza għal-livell tas-saff 1 li jippermetti l-użu ta' fatturi ta' emissjoni li mhumiex speċifiċi għal attività għall-kombustjoni tal-fjuwil. Jekk fjuwil ma jappartjenix lil kategorija ta' fjuwil eżistenti, l-operatur għandu juża l-ġudizzju espert tiegħu biex jassenja l-fjuwil użat lil kategorija ta' fjuwil relatata, bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti.

Tabella 4

Fatturi ta' emissjoni tal-fjuwil li huma relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) u għall-valuri kalorifiċi netti skond il-massa tal-fjuwil

Deskrizzjoni tat-tip ta' fjuwil

Fattur ta' emissjoni

(tCO2/TJ)

Valur Kalorifiku Nett

(TJ/Gg)

 

Linji ta' Gwida IPCC ta' l-2006

(minbarra l-bijomassa)

Linji ta' Gwida IPCC ta' l-2006

Żejt Mhux Raffinat

73,3

42,3

Orimulsion

76,9

27,5

Likwidi tal-Gass Naturali

64,1

44,2

Gażolina tal-Magni

69,2

44,3

Pitrolju

71,8

43,8

Żejt mix-Shale tal-Bitum

73,3

38,1

Żejt tal-Gass/tad-Diżil

74,0

43,0

Żejt tal-Fjuwil Residwali

77,3

40,4

Gassijiet tal-Petroleum Likwifikati

63,0

47,3

Etanu

61,6

46,4

Nafta

73,3

44,5

Bitum

80,6

40,2

Lubrikanti

73,3

40,2

Kokk tal-Petroleum

97,5

32,5

Materja Prima tar-Raffineriji

73,3

43,0

Gass tar-Raffineriji

51,3

49,5

Xamgħat tal-Paraffina

73,3

40,2

Spirtu Abjad u SBP

73,3

40,2

Prodotti tal-Petroleum Oħrajn

73,3

40,2

Antraċite

98,2

26,7

Faħam għall-Kokk

94,5

28,2

Faħam Bituminuż Ieħor

94,5

25,8

Faħam Sotto-Bituminuż

96,0

18,9

Linjite

101,1

11,9

Shale taż-żejt u ramel tal-qatran

106,6

8,9

Fjuwil Ibbrevettat

97,5

20,7

Kokk tal-Forn tal-Kokk u Kokk tal-Linjite

107,0

28,2

Kokk f'forma ta'Gass

107,0

28,2

Qatran tal-Faħam

80,6

28,0

Gass tal-Gas Works

44,7

38,7

Gass tal-Forn tal-Kokk

44,7

38,7

Gass tal-Kalkara ta' Funderija

259,4

2,5

Gass ta' Forn ta' l-Azzar bl-Ossiġnu

171,8

7,1

Gass Naturali

56,1

48,0

Skart Industrijali

142,9

m, a,

Żjut Użati

73,3

40,2

Pît

105,9

9,8

Injam/Skart ta' Injam

0

15,6

Bijomassa Solida Primarja Oħra

0

11,6

Faħam tal-Kannol

0

29,5

Bijogażolina

0

27,0

Bijodiżils

0

27,0

Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

0

27,4

Gass mill-Miżbliet

0

50,4

Gass minn Effluwent Imtajjen

0

50,4

Bijogass Ieħor

0

50,4

 

Sorsi Oħrajn:

Sorsi Oħrajn:

Tajers Użati

85,0

m.a.

Monossidu tal-Karbonju

155,2

10,1 .

Metanu

54,9

50,0

12.   LISTA TA' BIJOMASSA NEWTRALI GĦAS-CO2

Din il-lista fiha materjali, li jitqiesu bħala bijomassa għall-applikazzjoni ta' dawn il-Linji ta' Gwida u għandhom jkunu mgħobbija b'fattur ta' emissjoni ta' 0 [t CO2/TJ jew t jew Nm3. Il-frazzjonijiet tal-pît u tal-fossili tal-materjali li ġew elenkati t'aktar 'l isfel, m'għandhomx jitqiesu bħala bijomassa. Ħlief jekk tkun apparenti kontaminazzjoni minn materjali jew fjuwils oħrajn fuq il-bażi ta' evidenza viżwali jew olfattiva, mhemmx għalfejn tiġi applikata l-ebda proċedura analitika biex tintwera l-purità tal-membri tal-Gruppi 1 u 2 t'hawn taħt:

Grupp 1 – Pjanti u partijiet ta' pjanti:

tiben;

ħuxlief u ħaxix;

weraq, injam, għeruq, zkuk tas-siġra, qoxra ta' siġra;

uċuh tar-raba', eż. qamħirrum u tritikale.

Grupp 2 – Skart, prodotti u prodotti sekondarji tal-bijomassa:

skart ta' injam industrijali (skart ta' injam minn operazzjonijiet tax-xogħol ta' l-injam u ta' l-ipproċessar ta' l-injam u skart ta' injam minn operazzjonijiet fl-industrija tal-materjali ta' l-injam);

injam użat (prodotti użati magħmula mill-injam, materjali ta' l-injam) u prodotti u prodotti sekondarji minn operazzjonijiet ta' l-ipproċessar ta' l-injam;

skart b'bażi ta' injam mill-industriji tal-polpa tal-karta u tal-karta, eż. sustanza sewda tat-taħlit (black liquor) (b'bijomassa tal-karbonju biss);

żejt twil mhux raffinat, żejt twil u żejt taż-żift mill-produzzjoni tal-polpa tal-karti;

residwi tal-foresterija;

linjin mill-iproċessar tal-pjanti li fihom il-linjo-ċelluloża;

pasti ta' l-annimali, tal-ħut u ta' l-ikel, xaħam, żejt u xaħam ta' dam;

residwi primarji mill-produzzjoni ta' l-ikel u tax-xorb;

żjut u xaħmijiet mill-pjanti;

demel;

residwi tal-pjanti agrikoli;

effluwent imtajjen tad-dranaġġ;

bijogass prodott mid-diġestjoni, mill-fermentazzjoni jew mill-gassifikazzjoni tal-bijomassa;

effluwent imtajjen tal-portijiet u effluwenti mtajna ta' waterbodies (jiġifieri kwalunkwe żona li f'sena normali jkollha ilma li jiċċirkola jew li jkun 'il fuq mill-art sa tali punt li l-evidenza ta' marka ta' l-ilma għolja ordinarja tiġi stabbilita) u sedimenti oħrajn;

gass mill-miżbliet;

faħam tal-kannol;

Grupp 3 – Frazzjonijiet tal-bijomassa ta' materjali mħallta:

il-frazzjoni tal-bijomassa ta' bċejjeċ jgħumu f'wiċċ l-ilma mill-ġestjoni tal-waterbodies;

il-frazzjoni tal-bijomassa ta' residwi mħallta mill-produzzjoni ta' l-ikel u tax-xorb;

il-frazzjoni tal-bijomassa ta' sustanzi komposti li fihom l-injam;

il-frazzjoni tal-bijomassa mill-iskart tat-tessuti;

il-frazzjoni tal-bijomassa tal-karta, tal-kartun u tal-kartellun;

il-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-iskart muniċipali u industrijali;

il-frazzjoni tal-bijomassa ta' sustanza sewda tat-taħlit (black liquor) li fiha l-faħam fossili;

il-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-iskart muniċipali u industrijali ipproċessat;

il-frazzjoni tal-bijomassa ta' ethyl-tertiary-butyl-ether (ETBE),

il-frazzjoni tal-bijomassa tal-butanol.

Grupp 4 – Fjuwils li l-komponenti u l-prodotti intermedji tagħhom kollha ġew prodotti mill-bijomassa:

bijoetanol;

bijodiżil;

bijoetanol li ġie eterizzat;

bijometanol;

biodimethylether;

żejt bijoloġiku (fjuwil ta' żejt bil-piroliżi) u bijogass.

13.   DETERMINAZZJONI TA' DATA U FATTURI SPEĊIFIĊI GĦAL ATTIVITÀ

Din it-taqsima hija mandatorja biss għal dawk il-partijiet ta' dawn il-Linji ta' Gwida li għandhom referenza espliċita għat-“t-taqsima 13” ta' l-Anness I. Id-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima huma soġġetti għal dawk li ġew stabbiliti fit-taqsima 16 ta' dan l-Anness.

13.1.   DETERMINAZZJONI TA' VALURI KALORIFIĊI NETTI U TA' FATTURI TA' EMISSJONI GĦALL-FJUWILS

Il-proċedura speċifika biex ikun iddeterminat il-fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għal tip ta' fjuwil speċifiku, għandu jintlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel ma jibda l-perjodu ta' rapportaġġ rispettiv li fih se tkun applikata.

Il-proċeduri li jiġu applikati biex jittieħdu kampjuni tal-fjuwil u biex ikunu ddeterminati l-valur kalorifiku nett tiegħu, il-kontenut ta' karbonju u l-fattur ta' emissjoni, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita t-teħid ta' kampjuni u x-xaqliba fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

L-istandards CEN rilevanti huma dawn li ġejjin:

EN ISO 6976:2005 Gass naturali – Kalkulazzjoni tal-valuri kalorifiċi, tad-densità, tad-densità relattiva, u ta' l-indiċi Wobbe mill-kompożizzjoni;

EN ISO 4259:1996 Prodotti tal-Petroleum – Determinazzjoni u applikazzjoni tad-data ta' preċiżjoni f'relazzjoni għall-metodi ta' test.

L-istandards ISO rilevanti huma dawn li ġejjin:

ISO 13909-1,2,3,4:2001 Faħam iebes u kokk – Teħid ta' kampjuni mekkaniku;

ISO 5069-1,2:1983: Faħam kannella u linjite; Prinċipji tat-teħid ta' kampjuni;

ISO 625:1996 Fjuwils minerali solidi – Determinazzjoni ta' karbonju u ta' idroġenu – il-metodu Liebig;

ISO 925:1997 Fjuwils minerali solidi – Determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju karbonat – metodu Gravimetriku;

ISO 9300:1990: Kejl ta' fluss ta' gass permezz taż-żennuni ta' Venturi tal-fluss kritiku;

ISO 9951:1993/94: Kejl ta' fluss ta' gass f'katusi magħluqin – Miters bit-turbini.

L-istandards nazzjonali supplementari għall-karatterizzazzjoni tal-fjuwils huma kif ġej:

DIN 51900-1:2000 Ittestjar ta' fjuwils solidi u likwidi – Determinazzjoni tal-valur kalorifiku gross bill-bomb calorimeter u kalkulazzjoni tal-valur kalorifiku nett – Parti 1: Prinċipji, apparat, metodi;

DIN 51857:1997 Fjuwils f'forma ta' gass u gassijiet oħrajn – Kalkulazzjoni tal-valur kalorifiku, tad-densità, tad-densità relattiva u ta' l-indiċi Wobbe ta' gassijiet puri u ta' taħlitiet ta' gassijiet;

DIN 51612:1980 Ittestjar ta' gassijiet tal-petroleum likwifikati; kalkulazzjoni tal-valur kalorifiku nett;

DIN 51721:2001 Ittestjar ta' fjuwils solidi – Determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju u ta' idroġenu (applikabbli wkoll għall-fjuwils likwidi).

Il-laboratorju li jintuża biex ikunu ddeterminatI l-fattur ta' emissjoni, il-kontenut ta' faħam u l-valur kalaorifiku nett għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness. Huwa importanti li wieħed jinnota li biex tintlaħaq il-preċiżjoni xierqa tal-fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività (flimkien mal-preċiżjoni tal-proċedura analitika għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju u tal-valur kalorifiku nett) il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni, il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjun huma kritiċi. Jiddependu ħafna fuq l-istat u l-omoġeneità tal-fjuwil/materjal. In-numru meħtieġ ta' kampjuni se jkun akbar għal materjali li huma eteroġeni ħafna bħall-iskart muniċipali solidu u se jkun ħafna iżgħar għall-parti l-kbira tal-fjuwils kummerċjali f'forma ta' gass jew li huma likwidi.

Il-proċedura għat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' karbonju, il-valuri kalorifiċi netti u l-fatturi ta' emissjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati fil-laboratorju rispettiv għad-determinazzjoni tal-fattur ta' emissjoni u s-sett komplut ta' riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

13.2.   DETERMINAZZJONI TA' FATTURI TA' OSSIDAZZJONI SPEĊIFIĊI GĦAL ATTIVITÀ

Il-proċedura speċifika biex ikun iddeterminat il-fatturi ta' ossidazzjoni speċifiku għal attività, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għal tip ta' fjuwil speċifiku u għal installazzjoni speċifika għandha jintlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel ma jibda l-perjodu ta' rapportaġġ rispettiv li fih se tkun applikata.

Il-proċeduri li jiġu applikati biex ikunu ddeterminati l-fatturi ta' ossidazzjoni speċifiċi għal attività rappreżentattivi (eż. permezz tal-kontenut ta' karbonju tan-nugrufun, ta' l-irmied, ta' l-effluwenti u ta' skart ieħor jew prodotti sekondarji oħra) għal attività speċifika, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Il-laboratorju li jintuża biex ikun determinat il-fatturi ta' ossidazzjoni jew id-data sottostanti għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness. Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għad-determinazzjoni tal-varjabbli rilevanti (eż. il-kontenut ta' karbonju ta' l-irmied) li jintużaw għall-kalkulazzjoni tal-fatturi ta' ossidazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati mill-organizzazzjoni għad-determinazzjoni tal-fattur ta' ossidazzjoni u s-sett komplut tar-riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

13.3.   DETERMINAZZJONI TA' FATTURI TA' EMISSJONI, FATTURI TA' KONVERŻJONI U TA' DATA TAL-KOMPOŻIZZJONI TA' PROĊESS

Il-proċedura speċifika biex ikun iddeterminat il-fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività, il-fattur ta' konverżjoni jew id-data tal-kompożizzjoni, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għal materjal speċifiku għandu jkun intlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel il-bidu tal-perjodu ta' rapportaġġ rispettiv li fiha se tkun applikata.

Il-proċeduri applikati biex jittieħdu kampjuni minn u tkun iddeterminata il-kompożizzjoni tal-materjal rilevanti jew biex ikun idderivat fattur ta' emissjoni ta' proċess, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimta x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u għandu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta'standards xierqa jew skond linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Il-laboratorju li jintuża għandu ikun konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness. Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati mill-organizzazzjoni u s-sett komplut tar-riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

13.4.   DETERMINAZZJONI TA' FRAZZJONI TAL-BIJOMASSA

It-terminu “frazzjoni tal-bijomassa” għall-iskopijiet ta' dawn il-Linji ta' Gwida jirreferi għall-persentaġġ tal-massa ta' karbonju ta' bijomassa skond id-definizzjoni ta' bijomassa (ara t-taqsimiet 2 u 12 ta' dan l-Anness) mill-massa totali ta' karbonju f'kampjun.

Fjuwil jew materjal għandu jikkwalifika bħala bijomassa pura b'dispożizzjonijiet issemplifikati għall-monitoraġġ u għar-rapportaġġ kif ġew stabbiliti fit-taqsima 5.2, jekk il-kontenut li mhuwiex bijomassa ikun mhux aktar minn 3 % tal-kwantità totali tal-fjwuil jew tal-materjal ikkonċernat.

Il-proċedura speċifika biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa ta' fjuwil jew materjal speċifiku, inkluża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni għandu jkun intlaħaq ftehim dwarha ma' l-awtorità kompetenti qabel ma jibda l-perjodu ta' rapportaġġ li fih se tkun applikata.

Il-proċeduri applikati biex jittieħdu kampjuni mill-fjuwil jew mill-materjal u biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa, fejn ikun disponibbli, għandhom ikunu skond metodu standardizzat li jillimita x-xaqliba fit-teħid ta' kampjuni u fil-kejl u jkollu inċertezza tal-kejl magħrufa. Jekk ikunu disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards CEN. Jekk l-istandards CEN ma jkunux disponibbli, għandhom japplikaw standards ISO jew standards nazzjonali xierqa. Fejn ma jeżisti l-ebda standard applikabbli, fejn ikun possibbli, il-proċeduri jistgħu jitwettqu skond abbozzi ta' standards xierqa jew skond linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Il-metodi li japplikaw biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa fi fjuwil jew f'materjal jistgħu jvarjaw mill-għażla manwali tal-komponenti ta' materjali mħalltin, sa metodi differenzjali li jiddeterminaw il-valuri tat-tisħin ta' taħlita binarja u ż-żewġ komponenti puri tagħha għal analiżi isotopika tal-karbonju-14 – jiddependi min-natura speċifika tat-taħlita tal-fjuwil rispettiva. Għall-fjuwils jew għall-materjali li joriġinaw minn proċess ta' produzzjoni bi flussi ta' input li huma definiti u traċċabbli, l-operatur jista' b'mod alternattiv jibbaża d-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa fuq bilanċ tal-massa ta' karbonju fossili u tal-bijomassa li jidħol fi u jħalli l-proċess. Il-metodi rispettivi għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

Il-laboratorju użat biex tkun iddeterminata l-frazzjoni tal-bijomassa għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fit-taqsima 13.5 ta' dan l-Anness.

Il-proċedura ta' teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-fjuwils u tal-materjali għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tat-taqsima 13.6.

Id-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċeduri użati fil-laboratorju rispettiv għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa u s-sett komplut tar-riżultati għandhom jinżammu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-verifikatur tar-rapport dwar l-emissjonijiet.

Jekk id-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa fi fjuwil imħallat teknikament mhijiex vijabbli jew kieku twassal għal spejjeż għoljin wisq, l-operatur għandu jew jassumi sehem tal-bijomassa ta' 0 % (jiġifieri oriġini għalkollox fossili tal-karbonju kollu f'dak il-fjuwil partikolari) jew jipproponi metodu ta' stima għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

13.5.   REKWIŻITI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PROPRJETAJIET TAL-FJUWIL U TAL-MATERJAL

13.5.1.   UŻU TA' LABORATORJI AKKREDITATI

Il-laboratorju użat biex jiddetermina l-fattur ta' emissjoni, il-valur kalorifiku nett, il-fatturi ta' ossidazzjoni, il-kontenut tal-karbonju, il-frazzjoni tal-bijomassa jew id-data tal-kompożizzjoni għandu ikun akkreditat skond l-EN ISO 17025:2005 (“Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji ta' l-ittestjar u tal-kalibrazzjoni”).

13.5.2.   UŻU TA' LABORATORJI LI MHUMIEX AKKREDITATI

Il-preferenza hija biex jintużaw laboratorji li ġew akkreditati skond l-EN ISO 17025:2005. L-użu ta' laboratorji li mhumiex akkreditati għandu jkun limitat għal sitwazzjonijiet fejn l-operatur jista' juri lill-awtorità kompetenti li l-laboratorju jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk li ġew stabbiliti fl-EN ISO 17025:2005. Il-laboratorji rispettivi u l-proċeduri analitiċi rilevanti għandhom ikunu elenkati fil-pjan ta' monitoraġġ għall-installazzjoni. L-ekwivalenza rigward il-ġestjoni ta' kwalità setgħet tintwera b'ċertifikazzjoni akkreditata tal-laboratorju skond l-EN ISO 9001:2000. Għandha tkun ipprovduta evidenza addizzjonali li l-laboratorju huwa teknikament kompetenti u jista' jiġġenera riżultati li jkunu teknikament validi billi jintużaw proċeduri analitiċi rilevanti.

Taħt ir-responsabbiltà ta' l-operatur, kull laboratorju li mhuwiex akkreditat li jintuża mill-operatur biex ikunu ddeterminati r-riżultati użati għall-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet għandu jieħu l-miżuri li ġejjin:

a)   Validazzjoni

Laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025:2005 għandu jwettaq validazzjoni ta' kull metodu analitiku rilevanti li għandu jitwettaq mil-laboratorju li mhuwiex akkreditat mal-metodu ta' referenza. Il-proċedura ta' validazzjoni titwettaq qabel jew fil-bidu tar-relazzjoni b'kuntratt bejn l-operatur u l-laboratorju. Tinkludi numru biżżejjed ta' ripetizzjonijiet ta' l-analiżi ta' sett ta' mill-inqas ħames kampjuni rappreżentattivi għall-firxa ta' valuri mistennija inkluż kampjun vojt għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti sabiex tkun ikkaratterizzata r-ripetibbiltà tal-metodu u biex tkun derivata l-kurva tal-kalibrazzjoni ta' l-istrument;

b)   Inter-paragun

Darba fis-sena għandu jitwettaq inter-paragun tar-riżultati tal-metodi analitiċi minn laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025: 2005 li jinvolvi mill-inqas ripetizzjoni ta' ħames darbiet ta' l-analiżi ta' kampjun rappreżentattiv billi juża l-metodu ta' referenza għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti;

L-operatur għandu japplika aġġustamenti konservattivi (jiġifieri jevita sotto-stima ta' emissjonijiet) lid-data rilevanti kollha tas-sena rispettiva f'każijiet fejn tiġi osservata differenza bejn ir-riżultati derivati mil-laboratorju li mhuwiex akkreditat u dak li huwa akkreditat li jista' jwassal għal sotto-stima ta' l-emissjonijiet. Kwalunkwe differenza statistikament sinifikanti (2σ) bejn ir-riżultati aħħarija (eż. id-data tal-kompożizzjoni) li huma derivati mil-laboratorju li mhuwiex akkreditat u minn dak li huwa akkreditat għandha tkun innotifikata lill-awtorità kompetenti u għandha tkun solvuta immedjatament taħt is-superviżjoni ta' laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025: 2005.

13.5.3.   ANALIZZATURI TAL-GASS ONLAJN U KROMATOGRAFI TAL-GASS

L-użu ta' kromatografi tal-gass onlajn u ta' analizzaturi tal-gass estrattivi jew mhux estrattivi għad-determinazzjoni ta' l-emissjonijiet taħt dawn il-Linji ta' Gwida hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti. L-użu ta' dawn is-sistemi huwa limitat għad-determinazzjoni tad-data tal-kompożizzjoni tal-fjuwils u tal-materjali f'forma ta' gass. L-operatur li qed iħaddem is-sistemi għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-EN ISO 9001:2000. L-evidenza li s-sistema qed tissodisfa dawk ir-rekwiżiti tista' tintwera permezz ta' ċertifikazzjoni akkreditata tas-sistema. Is-servizzi ta' kalibrazzjoni u l-fornituri tal-gassijiet ta' kalibrazzjoni għandhom ikunu akkreditati skond l-EN ISO 17025:2005.

Fejn ikun applikabbli, laboratorju akkreditat għandu jwettaq validazzjoni inizjali u ripetuta kull sena ta' l-istrument skond l-EN ISO 17025:2005 billi jintuża l-EN ISO 10723:1995 “Gass naturali – Evalwazzjoni tar-rendiment għal sistemi analitiċi onlajn”. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-operatur għandu jikkommissjona validazzjoni inizjali u inter-paragun annwali:

a)   Validazzjoni inizjali

Il-validazzjoni għandha titwettaq qabel il-31 ta' Jannar 2008 jew bħala parti mill-ikkommissjonar ta' sistema ġdida. Tinkludi numru xieraq ta' ripetizzjonijiet ta' l-analiżi ta' sett ta' mill-inqas ħames kampjuni rappreżentattivi għall-firxa ta' valuri mistennija inkluż kampjun vojt għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti sabiex tkun ikkaratterizzata r-ripetibbiltà tal-metodu u biex tkun derivata l-kurva ta' kalibrazzjoni ta' l-istrument;

b)   Inter-paragun annwali

Darba fis-sena, laboratorju akkreditat għandu jwettaq l-inter-paragun tar-riżultati tal-metodi analitiċi skond l-EN ISO 17025: 2005 li jinvolvi numru xieraq ta' ripetizzjonijiet ta' l-analiżi ta' kampjun rappreżentattiv billi jintuża l-metodu ta' referenza għal kull parametru u fjuwil jew materjal rilevanti;

L-operatur għandu japplika aġġustamenti konservattivi (jiġifieri jevita sotto-stima ta' l-emissjonijiet) għad-data rilevanti kollha tas-sena rispettiva f'każijiet fejn tiġi osservata differenza bejn ir-riżultati derivati mir-riżultati ta' l-analizzatur tal-gass jew mill-kromatografu tal-gass u l-laboratorju akkreditat li jista' jwassal għal sotto-stima ta' l-emissjonijiet. Kwalunkwe differenza statistikament sinifikanti (2σ) bejn ir-riżultati aħħarija (eż. id-data tal-kompożizzjoni) ta' l-analizzatur tal-gass jew tal-kromatografu tal-gass u l-laboratorju akkreditat għandha tkun innotifikata lill-awtorità kompetenti u għandha tkun solvuta immedjatament taħt is-superviżjoni ta' laboratorju akkreditat skond l-EN ISO 17025: 2005.

13.6.   METODI TA' TEĦID TA' KAMPJUNI U FREKWENZA TA' L-ANALIŻIJIET

Id-determinazzjoni tal-fattur ta' emissjoni, tal-valur kalorifiku nett, tal-fattur ta' ossidazzjoni, tal-fattur ta' konverżjoni, tal-kontenut ta' karbonju, tal-frazzjoni tal-bijomassa jew tad-data tal-kompożizzjoni rilevanti għandha ssegwi prattika ġeneralment aċċettata għal teħid ta' kampjuni rappreżentattivi. L-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-kampjuni derivati huma rappreżentattivi u ħielsa minn xaqliba. Il-valur rispettiv għandu jintuża biss għall-perjodu ta' kunsinna jew għall-grupp ta' fjuwil jew materjal li għalih kien intenzjonat li jkun rappreżentattiv.

Ġeneralment, l-analiżi se titwettaq fuq kampjun li huwa taħlita ta' numru akbar (eż. 10-100) ta' kampjuni miġbura fuq perjodu ta' żmien (eż. minn ġurnata sa diversi xhur) sakemm il-fjuwil jew il-materjal li minnu ttieħed il-kampjun jista' jinħażen mingħajr bidliet fil-kompożizzjoni tiegħu.

Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-frekwenza ta' l-analiżijiet għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-medja annwali tal-parametru rilevanti tkun iddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn 1/3 ta' l-inċertezza massima li hija meħtieġa mil-livell tas-saff approvat għad-data dwar l-attività għall-istess fluss mis-sors.

Jekk l-operatur ma jistax jissodisfa l-inċertezza massima permessa għall-valur annwali jew ma jistax juri konformità mal-limiti, għandu japplika l-frekwenza ta' l-analiżijiet kif ġie stabbilit fit-tabella 5 bħala minimu, jekk ikun applikabbli. Fil-każijiet l-oħra kollha l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi l-frekwenza ta' l-analiżijiet.

Tabella 5

Frekwenza Minima Indikativa ta' l-Analiżijiet

Fjuwil/materjal

Frekwenza ta' Analiżijiet

Gass naturali

Mill-inqas darba fil-ġimgħa

Gass ta' proċess (gass imħallat tar-raffineriji, gass tal-forn tal-kokk, gass ta' kalkara tal-funderija u gass konvertitur)

Mill-inqas kuljum – jintużaw proċeduri xierqa f'partijiet differenti tal-ġurnata

Żejt tal-fjuwil

Kull 20 000 tunnellata metrika u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Faħam, faħam għall-kokk, kokk tal-petroleum

Kull 20 000 tunnellata metrika u mill-inqas sitt darbiet fis-sena

Skart solidu (fossili pur jew fossili tal-bijomassa mħallat)

Kull 5 000 tunnellata metrika u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Skart likwidu

Kull 10 000 tunnellata metrika u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Minerali karbonati (eż. ġebla tal-ġir u dolomit)

Kull 50 000 tunnellata metrika u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Tafal u shales

Ammonti ta' materjali li jikkorrispondu għal 50 000 tunnellata metrika ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

Flussi oħrajn ta' input u ta' produzzjoni fil-bilanċ tal-massa (mhux applikabbli għal fjuwils jew ta' l-aġenti tat-tnaqqis)

Kull 20 000 tunnellata metrika u mill-inqas darba fix-xahar.

Materjali oħrajn

Jiddependi mit-tip ta' materjal u mill-varjazzjoni, ammonti ta' materjal li jikkorrispondu għal 50 000 tunnellata metrika ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena

14.   FORMAT TAR-RAPPORTAĠĠ

It-tabelli li ġejjin għandhom jintużaw bħala bażi għar-rapportaġġ u jistgħu jkunu adattati skond in-numru ta' attivitajiet, it-tip ta' installazzjoni, il-fjuwils u l-proċessi li ġew immonitorjati. Il-kaxxi li kkuluriti bil-griż jimmarkaw oqsma fejn għandha timtela l-informazzjoni.

14.1.   IDENTIFIKAZZJONI TA' INSTALLAZZJONI

Identifikazzjoni ta' installazzjoni

Risposta

1.

Isem il-kumpannija

 

2.

Operatur ta' l-installazzjoni

 

3.

Installazzjoni:

 

3.1

Isem

 

3.2

Numru tal-permess (11)

 

3.3

Meħtieġ rapportaġġ taħt l-EPRTR?

Iva/Le

3.4

Numru ta' identifikazzjoni ta' l-EPRTR (12)

 

3.5

Indirizz/belt ta' l-installazzjoni

 

3.6

Kodiċi postali/pajjiż

 

3.7

Koordinati tal-post

 

4.

Persuna ta' Kuntatt:

 

4.1

Isem

 

4.2

Indirizz/belt/kodiċi postali/pajjiż

 

4.3

Telefon

 

4.4

Fax

 

4.5

email

 

5.

Sena tar-rapportaġġ

 

6.

Tip ta' attivitajiet ta' l-Anness I li twettqu (13)

 

Attività 1

 

Attività 2

 

Attività N

 

14.2.   DESKRIZZJONI QASIRA U ĠENERIKA TA' L-ATTIVITAJIET

Emissjonijiet ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I

Kategoriji

Emissjonijiet mill-Kombustjoni tal-Kategorija CRF ta' l-IPCC (14)

Emissjonijiet mill-Proċessi tal-Kategorija CRF ta' l- IPCC (15)

Kodiċi ta' l-IPPC tal-Kategorija EPRTR

Saffi mibdula?

Iva/Le

Emissjonijiet t CO2

Attivitajiet

 

 

 

 

 

Attività 1

 

 

 

 

 

Attività 2

 

 

 

 

 

Attività N

 

 

 

 

 

Total

 

 


Punti f'Memorandum

 

CO2 ittrasferit jew inerenti

Emissjonijiet tal-bijomassa (16)

Ammont ittrasferit jew inerenti

Materjal jew fjuwil ittrasferit

Tip ta' trasferiment (inerenti fi/barra mill-installazzjoni, trasferiment fi/barra minn installazzjoni)

Unità

[tCO2]

 

 

[tCO2]

Attività 1

 

 

 

 

Attività 2

 

 

 

 

Attività N

 

 

 

 

14.3.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI (KALKULAZZJONI)

Attività

 

Tip ta' fjuwil:

 

Kategorija IEA

 

Numru tal-katalogu ta' l-iskart (fejn ikun applikabbli):

 

Parametru

Unitajiet permessi

Unità użata

Valur

Saff applikat

Ammont ta' fjuwil ikkonsmat

t jew Nm3

 

 

 

Valur kalorifiku nett tal-fjuwil

TJ/t jew TJ/Nm3

 

 

 

Fattur ta' emissjoni

t CO2/TJ jew

t CO2/t jew

t CO2/Nm3

 

 

 

Fatturi ta' ossidazzjoni

 

 

 

 

Fossili tas-CO2

t CO2

t CO2

 

 

Bijomassa użata

TJ jew t jew Nm3

 

 

 

14.4.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI (KALKULAZZJONI)

Attività

 

Tip ta' materjal:

 

Numru tal-katalogu ta' l-iskart (fejn ikun applikabbli):

 

Parametru

Unitajiet permessi

Unità użata

Valur

Saff applikat

data dwar l-attività

t jew Nm3

 

 

 

Fattur ta' emissjoni

t CO2/t jew

t CO2/Nm3

 

 

 

Fattur ta' konverżjoni

 

 

 

 

Fossili tas-CO2

t CO2

t CO2

 

 

Bijomassa użata

t jew Nm3

 

 

 

14.5.   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA

Parametru

 

Isem il-fjuwil jew il-materjal

 

Kategorija IEA (fejn ikun applikabbli)

 

Numru tal-katalogu ta' l-iskart (fejn ikun applikabbli)

 

 

Unitajiet permessi

Unità użata

Valur

Saff applikat

Data dwar l-attività (massa jew volum): għall-flussi tal-produzzjoni uża valuri negattivi

t jew Nm3

 

 

 

NCV (fejn ikun applikabbli)

TJ/t jew

TJ/Nm3

 

 

 

Data dwar l-attività (input ta' sħana) = massa jew volum * NCV

(fejn ikun applikabbli)

TJ

 

 

 

Kontenut ta' karbonju

t C/t jew t C/Nm3

 

 

 

Fossili tas-CO2

t CO2

 

 

 

14.6.   METODU TA' KEJL

Attività

 

Tip ta' sors ta' emissjoni

 

Parametru

Unitajiet permessi

Valur

Saff applikat

Inċertezza

Fossili tas-CO2

t CO2

 

 

 

CO2 mill-bijomassa

t CO2

 

 

 

15.   KATEGORIJI TA' RAPPORTAĠĠ

L-emissjonijiet għandhom ikunu rrapportati skond il-kategoriji li ġejjin tal-Format tar-Rapportaġġ u l-kodiċi IPPC ta' l-Anness I tar-Regolament EPRTR KE 166/2006 (ara t-taqsima 15.2 ta' dan l-Anness). Il-kategoriji speċifiċi taż-żewġ formati tar-rapportaġġ jintwerew aktar 'l isfel. Fejn attività tista' tkun ikklassifikata taħt żewġ kategoriji jew aktar, il-klassifikazzjoni magħżula għandha tirrifletti l-iskop primarju ta' l-attività.

15.1.   FORMAT TAR-RAPPORTAĠĠ IPCC

It-tabella t'aktar 'l isfel hija silta mill-Format Komuni tar-Rapportaġġ (CRF) li huwa parti mill-linji ta' gwida UNFCCC tar-rapportaġġ dwar inventorji annwali (17). Fis-CRF l-emissjonijiet jiġu attribwiti lil seba' kategoriji maġġuri:

(1)

enerġija;

(2)

proċessi industrijali;

(3)

użu ta' solventi u ta' prodotti oħrajn;

(4)

agrikoltura;

(5)

bidla fl-użu ta' l-art u l-foresterija;

(6)

skart;

(7)

oħrajn.

Il-kategoriji 1 u 2 u 6 tat-tabella li ġejja tas-CRF, li huma l-kategoriji li huma rilevanti għad-Direttiva 2003/87/KE, ġew riprodotti aktar 'l isfel flimkien mas-sottokategoriji rilevanti tagħhom.

1.

RAPPORT SETTORJALI GĦALL-ENERĠIJA

A.

Attivitajiet ta' Kombustjoni ta' Fjuwil (Metodu Settorjali)

1.

Industriji ta' l-Enerġija

a.

Produzzjoni ta' l-Elettriku Pubbliku u tas-Sħana

b.

Raffinar tal-Petroleum

c.

Manifattura ta' Fjuwils Solidi u Industriji ta' l-Enerġija Oħrajn

2.

Industriji tal-Manifattura u tal-Kostruzzjoni

a.

Ħadid u Azzar

b.

Metalli li Ma Fihomx Ħadid

c.

Kimiċi

d.

Polpa tal-karti, Karta u Stampar

e.

Ipproċessar ta' l-Ikel, Xorb u Tabakk

f.

Oħrajn

4.

Setturi Oħrajn

a.

Kummerċjali/Istituzzjonali

b.

Reżidenzjali

c.

Agrikoltura/Foresterija/Sajd

5.

Oħrajn  (18)

a.

Ma jiċċaqalqux

b.

Mobbli

B.

Emissjonijiet Fuġittivi mill-Fjuwils

1.

Fjuwils Solidi

a.

Tħaffir fil-Minjieri għall-Faħam

b.

Trasformazzjoni tal-Fjuwils Solidi

c.

Oħrajn

2.

Żejt u Gass Naturali

a.

Żejt

b.

Gass Naturali

c.

Ivventjar u Flaring

Ivventjar

Flaring

d.

Oħrajn

2.

RAPPORT SETTORJALI GĦALL-PROĊESSI INDUSTRIJALI

A.

Prodotti Minerali

1.

Produzzjoni tas-Siment

2.

Produzzjoni tal-Ġir

3.

Użu tal-Ġebla tal-Ġir u tad-Dolomit

4.

Produzzjoni u Użu ta' l-Irmied tas-Soda

5.

Saqaf ta' l-Asfalt

6.

Kisi tat-Toroq bl-Asfalt

7.

Oħrajn

B.

Industrija Kimika

1.

Produzzjoni ta' l-Ammonja

2.

Produzzjoni ta' l-Aċidu Nitriku

3.

Produzzjoni ta' l-Aċidu Adipiku

4.

Produzzjoni tal-Karburi

5.

Oħrajn

C.

Produzzjoni tal-Metall

1.

Produzzjoni tal-Ħadid u ta' l-Azzar

2.

Produzzjoni tal-Ligi tal-Ħadid

3.

Produzzjoni ta' l-Aluminju

4.

SF6 Użat fil-Funderiji ta' l-Aluminju u tal-Manjeżju

5.

Oħrajn)

6.

RAPPORT SETTORJALI GĦALL-ISKART

C.

Inċinerazzjoni ta' l-Iskart  (18)

PUNTI F'MEMORANDUM

Emissjonijiet tas-CO2 mill-bijomassa

15.2.   KODIĊI TAL-KATEGORIJA TAS-SORS

Il-kodiċijiet tal-kategorija tas-sors li ġejjin għandhom jintużaw biex tkun irrapportata d-data.

Nu.

Attività

1

Settur ta' l-Enerġija

a)

Raffineriji ta' żejt minerali u ta' gass

b)

Installazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u għal-likwefazzjoni

ċ)

Impjanti għall-enerġija termali u installazzjonijiet oħrajn tal-kombustjoni

d)

Fran tal-Kokk

e)

Mtieħen li Jdawru l-Faħam

f)

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti tal-faħam u għall-fjuwil solidu li ma jgħamilx duħħan

2.

Produzzjoni u pproċessar ta' metalli

a)

Installazzjonijiet għax-xiwi jew għas-sinterizzazzjoni tal-metalli mhux maħduma (inkluż il-metall mhux maħdum tas-sulfid)

b)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid jew ta' l-azzar mill-funderija mingħajr mhuwa maħdum (taħlil primarju jew sekondarju) inkluż l-iffondar kontinwu

ċ)

Installazzjonijiet għall-iproċessar tal-metalli li fihom il-ħadid:

(i)

Mtieħen li Jduru fis-Sħana

(ii)

Ferreriji li jaħdmu bil-mazez

(iii)

Applikazzjoni ta' kisja protettiva bil-metall imdewweb

d)

Funderiji tal-Metalli li Fihom il-Ħadid

e)

Installazzjonijiet:

(i)

Għall-produzzjoni ta' metalli mhux maħduma li ma fihomx ħadid minn metalli mhux maħduma, konċentrati jew materja prima sekondarja minn proċessi matellurġiċi, kimiċi jew elettrolittiċi

(ii)

Għat-tidwib (smelting), inkluż l-illigar, ta' metalli li ma fihomx il-ħadid, inklużi l-prodotti rkuprati (raffinar, iffondar f'funderija, eċċ.)

f)

Installazzjonijiet għat-trattament tas-superfiċje tal-metalli u tal-materjali tal-plastik billi jintuża proċess elettrolittiku jew kimiku

3.

Industrija Minerali

a)

Tħaffir fil-minjieri taħt l-art u operazzjonijiet relatati

b)

Tħaffir fil-minjieri fil-miftuħ

ċ)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta':

Laqx tas-siment f'kalkarijiet rotatorji

Ġir f'kalkarijiet rotatorji

Laqx tas-siment jew ġir fi fran oħrajn

d)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' l-asbestos u għall-manifattura ta' prodotti bbażati fuq l-asbestos

e)

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ, inkluża l-fibra tal-ħġieġ

f)

Installazzjonijiet għat-taħlil tas-sustanzi minerali, inkluża l-produzzjoni tal-fibri minerali

g)

Installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika permezz ta' ħami, b'mod partikolari madum tas-soqfa, briks, briks refrattorji, madum, prodotti tal-ġebel jew porċellana

4.

Industrija Kimika

a)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' kimiċi organiċi bażiċi, bħal:

(i)

Idrokarboni sempliċi (linejari jew ċikliċi, saturati jew mhux saturati, alifatiċi jew aromatiċi)

(ii)

Idrokarboni li fihom l-ossiġnu bħall-alkoħolijiet, l-aldeħidi, il-ketonijiet, l-aċidi karboxiliċi, l-esteri, l-aċetati, l-eteri, il-perossidi, epoxi reżini

(iii)

Idrokarboni sulferużi

(iv)

Idrokarboni nitroġeniċi bħall-amini, l-amidi, il-komposti nitrużi, il-komposti nitro jew il-komposti nitrati, in-nitrili, iċ-ċjanati, l-isoċjanati

(v)

Idrokarboni li fihom il-Fosfru

(vi)

Idrokarboni aloġeniċi

(vii)

Komposti Organometalliċi

(viii)

Materjali tal-plastik bażiċi (polimeri, fibri sintetiċi u fibri bbażati fuq iċ-ċelluloża)

(ix)

Laskti sintetiċi

(x)

Żebgħat u pigmenti

(xi)

Aġenti attivi fis-superfiċje u sustanzi li jnaqqsu t-tensjoni tas-superfiċje

b)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' kimiċi inorganiċi bażiċi, bħal:

(i)

Gassijiet, bħall-ammonja, il-kloru jew il-klorur ta' l-idroġenu, il-fluworin jew l-idrofluworu, l-ossidi tal-karbonju, il-komposti tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, l-idroġenu, id-diossidu tal-kubrit, karbonil kloridu

(ii)

Aċidi, bħall-aċidu kromiku, l-aċidu idrofluworiku, l-aċidu fosforiku, l-aċidu nitriku, l-aċidu idrokloriku, l-aċidu sulfuriku, l-oleum, l-aċidi sulferużi

(iii)

Bażi (sustanzi li jingħaqdu ma' l-aċidu biex jagħmlu melħ), bħall-ammonju idrossidu, il-potassju idrossidu, is-sodju idrossidu

(iv)

Imluħa, bħall-ammonja klorika, il-potassju klorat, il-karbonat tal-potassju, il-karbonat tas-sodju, il-perborat, u n-nitrat tal-fidda

(v)

Sustanzi li mhumiex metalli, ossidi ta' metall jew komposti inorganiċi oħra bħall-karbidu tal-kalċju, is-silikon, il-karbidu tas-silikon

ċ)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' fertilizzanti bbażati fuq il-fosfru, in-nitroġenu jew il-potassju (fertilizzanti sempliċi jew komposti)

d)

Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u ta' bijoċidi

e)

Installazzjonijiet li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' prodotti farmaċewtiċi bażiċi

f)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' splussivi u prodotti pirotekniċi

5.

Ġestjoni ta' l-iskart u ta' l-ilma tad-dranaġġ

a)

Installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni, għall-piroliżi, għall-irkupru, għat-trattament kimiku jew għat-tfigħ f'miżbla ta' skart perikoluż

b)

Installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali

ċ)

Installazzjonijiet għar-rimi ta' skart li mhuwiex perikoluż

d)

Miżbliet (esklużi l-miżbliet ta' l-iskart inerti)

e)

Installazzjonijiet għar-rimi jew għar-riċiklaġġ ta' karkassi ta' l-annimali u ta'skart ta' l-annimali

f)

Impjanti għat-trattament ta' l-ilma tad-dranaġġ muniċipali

g)

Impjanti għat-trattament ta' l-ilma tad-dranaġġ industrijali mħaddma b'mod indipendenti li jaqdu attività waħda jew aktar ta' dan l-anness

6.

Produzzjoni u pproċessar tal-karti u ta' l-injam

a)

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-polpa tal-karti mill-injam jew minn materjali fibrużi simili

b)

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-karti u tal-bord u prodotti primarji ta' l-injam oħrajn (bħaċ-ċipbord, il-fiberbord u l-plajwudd

ċ)

Impjanti industrijali għall-preżervazzjoni ta' l-injam u tal-prodotti ta' l-injam bil-kimiċi

7.

Produzzjoni intensiva tal-bhejjem u akwakultura

a)

Installazzjonijiet għat-trobbija intensive tat-tjur jew tal-ħnieżer

b)

Akwakultura intensiva

8.

Prodotti ta' l-annimali u veġetali mis-settur ta' l-ikel u tax-xorb

a)

Biċċeriji

b)

Trattament u proċessar intenzjonat għall-produzzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u tax-xorb minn:

Materja prima mill-annimali (ħlief għall-ħalib)

Materja prima veġetali

ċ)

Trattament u pproċessar tal-ħalib

9.

Attivitajiet Oħrajn

a)

Impjanti għall-pre-trattament (operazzjonijiet bħall-ħasil, l-ibbliċjar, il-merċerizzazzjoni) jew il-kolorazzjoni tal-fibri jew tat-tessuti

b)

Impjanti għall-ikkonzar tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud

ċ)

Installazzjonijiet għat-trattament tas-superfiċje ta' sustanzi, oġġetti jew prodotti bl-użu ta' solventi organiċi, b'mod partikolari għat-tilbiż, l-istampar, il-kisi, it-tneħħija tal-griż, it-trattament għar-reżistenza kontra l-ilma, l-użu ta' sustanza li twaħħal biex twebbes it-tessuti (sizing), l-għoti ta' żebgħa, it-tindif jew l-impregnazzjoni

d)

Installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-karbonju (faħam maħruq sew) jew ta' l-elettro-grafita permezz ta' inċinerazzjoni jew grafitazzjoni

e)

Installazzjonijiet għall-bini ta', u għall-għoti ta' żebgħa ta' jew għat-tneħħija taż-żebgħa mill-vapuri

16.   REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET B'EMISSJONIJIET BAXXI

Għat-taqsimiet t'aktar 'il fuq 4.3, 5.2, 7.1, 10 u 13 għandhom japplikaw l-eżenzjonijiet li ġejjin mir-rekwiżiti ta' dan l-Anness għall-installazzjonijiet b'emissjonijiet irrapportati u verifikati medji ta' inqas minn 25,000 tunnellata metrika ta' CO2 fis-sena matul il-perjodu ta' skambju ta' qabel. Jekk id-data rrapportata dwar l-emissjonijiet m'għadhiex aktar applikabbli minħabba l-bidliet fil-kundizzjonijiet operattivi jew fl-installazzjoni nfisha jew jekk hija nieqsa storja ta' emissjonijiet ivverifikati, l-eżenzjonijiet japplikaw jekk l-awtorità kompetenti approvat projezzjoni ta' emissjonijiet konservattiva għall-ħames snin li ġejjin b'inqas minn 25,000 tunnellata metrika ta' CO2 fossili għal kull sena. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa mandatorja għal żjarat annwali fis-sit mill-verifikatur fil-proċess ta' verifikazzjoni u jħallu li l-verifikatur jieħu d-deċiżjoni fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-analiżi tar-riskju tiegħu.

Fejn ikun neċessarju, l-operatur jista' juża informazzjoni, kif ġiet speċifikata mill-fornitur ta' strumenti tal-kejl rilevanti irrispettivament mill-kundizzjonijiet ta' l-użu speċifiċi biex tkun tingħata stima ta' l-inċertezza tad-data dwar l-attività.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta' prova ta' konformità mar-rekwiżiti rigward il-kalibrazzjoni fit-taqsima 10.3.2 ta' dan l-Anness.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' metodi ta' saff aktar baxx (b'saff 1 bħala l-livell minimu) għall-flussi mis-sors u għall-varjabbli rilevanti kollha.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' pjanijiet ta' monitoraġġ issemplifikati li fihom mill-inqas l-elementi li ġew elenkati taħt il-punti a), b), ċ), e), f), k) u l) kif ġew elenkati fit-taqsima 4.3 ta' dan l-Anness.

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għar-rekwiżiti rigward l-akkreditament kontra EN ISO 17025:2005 jekk il-laboratorju konċernat.

jipprovdi evidenza konklużiva li huwa teknikament kompetenti u jista' jiġġenera riżultati teknikament validi billi jintużaw il-proċeduri analitiċi rilevanti u

jipparteċipa kull sena f'paraguni bejn il-laboratorji u wara jwettaq miżuri korrettivi jekk ikun meħtieġ.

L-użi ta' fjuwils jew ta' materjali jistgħu jkunu ddeterminati fuq bażi ta' ir-rekords tax-xiri u fuq il-bidliet fl-istokk li ġew stmati mingħajr aktar konsiderazzjoni ta' inċertezzi.


(1)  Disponibbli permezz ta': http://eippcb.jrc.es/

(2)  “Guide to the Expression of Uncertainty in Measurement” (Gwida għall-Espressjoni ta' l-Inċertezza fil-Kejl), ISO/TAG 4. Ippubblikata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) fl-1993 (ikkoreġuta u stampata mill-ġdid, 1995) f'isem il-BIPM, l-IEC, l-IFCC, l-ISO, l-IUPAC, l-IUPAP u l-OIML.

(3)  Ibbażat fuq il-proprozjon tal-massi atomiċi ta' karbonju (12,011) u ta' ossiġnu (15,9994).

(4)  Bin-numru ta' punti tad-data massimi ta' kull siegħa li jirriżultaw mill-frekwenza tal-kejl.

(5)  Anness 1 għat-2000 Good Practice Guidance (Gwida għall-Prattika t-Tajba tas-sena 2000), u fl-Anness I tal-Linji ta' gwida ta' l-IPCC Riveduti ta' l-1996 (Istruzzjonijiet għar-Rapportaġġ): http://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/public.htm.

Guide to the Expression of Uncertainty in Measurement (Gwida għall-Espressjoni ta' Inċertezza fil-Kejl), ISO/TAG 4. Ippubblikata mill-ISO, 1993 (ikkoreġuta u stampata mill-ġdid, 1995) f'isem il-BIPM, l-IEC, l-IFCC, l-ISO, l-IUPAC, l-IUPAP u l-OIML.

ISO-5168:2005 Measurement of fluid flow – Procedures for the evaluation of uncertainties (Kejl ta' fluss ta' fluwidu – Proċeduri għall-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi).

(6)  ĠU L 041 ta' l-14.02.2003, p. 26.

(7)  Id-data dwar l-attività għall-attivitajiet ta' kombustjoni għandhom ikunu rrapportati bħala enerġija (valur kalorifiku nett) u massa. Il-fjuwils tal-bijomassa jew il-materjali ta' input ukoll iridu jkunu rrapportati bħala data dwar l-attività.

(8)  Il-fatturi ta' emissjoni għall-attivitjiet ta' kombustjoni għandhom ikunu rrapportati bħala emissjoni ta' CO2 skond il-kontenut ta' enerġija.

(9)  Il-fatturi ta' konverżjoni u ta' ossidazzjoni għandhom ikunu rrapportati bħala frazzjonijiet li m'għandhomx dimensjoni.

(10)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3. Emendata b'mod mill-aktar reċenti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE (ĠU L 203, 28.07.2001, p. 18).

(11)  In-numru ta' identifikazzjoni se jkun ipprovdut mill-awtorità kompetenti fil-proċess ta' l-għoti tal-permess.

(12)  Timtela' biss jekk l-installazzjoni hija meħtieġa li tirrapporta taħt l-EPRTR u m'hemmx iktar minn attività ta' l-EPRTR waħda fil-permess ta' l-installazzjoni. L-informazzjoni mhijiex obbligatorja u tintuża għal skopijiet ta' identifikazzjoni addizzjonali lil hinn mid-data ta' l-isem u ta' l-indirizz mogħtija.

(13)  Eż. “Raffineriji ta' żejt minerali”

(14)  Eż. “1A2f Kombustjoni ta' fjuwil f'industriji oħrajn”

(15)  Eż. “2A2 Proċessi Industrijali – Produzzjoni ta' Ġir”

(16)  Għandha timtela biss jekk l-emissjonijiet ġew iddeterminati permezz ta' kejl.

(17)  UNFCCC (1999): FCCC/CP/1999/7.

(18)  Mhux inklużi l-faċilitajiet ta' enerġija mill-iskart. L-emissjonijiet minn skart li jinħaraq għall-enerġija jiġu rrapportati taħt il-Modulu ta' l-Enerġija, 1A. Ara l-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima; Greenhouse Gas Inventory Reporting Instructions. Revised 1996 IPCC Guidelines for national greenhouse gas inventories; 1997. (Istruzzjonijiet għar-Rapportaġġ ta' l-Inventarju tal-Gassijiet Serra. Linji ta' gwida ta' l-IPCC għall-inventorji nazzjonali tal-gassijiet serra Riveduti fl-1996; 1997).

ANNESS II

Il-Linji ta' Gwida għall-Emissjonijiet mill-Kombustjoni minn Attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji ta' gwida speċifiċi għal attività li jinsabu f'dan l-Anness għandhom jintużaw biex ikunu mmonitorjati l-emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-kombustjoni b'input termali ta' rata li teċċedi l-20 MW (ħlief għal installazzjonijiet ta' l-iskart perikoluż jew ta' l-iskart muniċipali) kif ġie elenkat fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u biex ikunu mmonitorjati l-emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet oħra li ġie elenkat f'dak l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fejn jissemma fl-Annessi III sa XI għal dawn il-linji ta' gwida. Għall-proċessi rilevanti ta' l-industrija petrokimika – jekk koperti mill-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE –jista' japplika wkoll l-Anness III.

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet mill-proċessi ta' kombustjoni għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-kombustjoni tal-fjuwils kollha fl-installazzjoni kif ukoll l-emissjonijiet mill-proċessi ta' scrubbing pereżempju biex jitneħħa s-SO2 mill-flue gas. L-emissjonijiet mill-magni b'kombustjoni interna għal skopijiet ta' trasport m'għandhomx ikunu mmonitorjati u rrapportati. L-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni tal-fjuwils fl-installazzjoni għandhom ikunu assenjati lill-installazzjoni, irrispettivament mill-esportazzjonijiet tas-sħana jew ta' l-elettriku lil installazzjonijiet oħra. L-emissjonijiet li huma assoċjati mal-produzzjoni tas-sħana jew ta' l-elettriku li tiġi importata minn installazzjonijiet oħrajn m'għandhomx ikunu assenjati lill-installazzjoni li qiegħda timporta.

L-emissjonijiet ta' installazzjoni tal-kombustjoni fil-qrib u li tiġbed il-fjuwil prinċipali tagħha minn impjant ta' l-azzar integrat iżda li jitħaddem taħt permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra separat jistgħu jiġu kkalkulati bħala parti mill-konsiderazzjoni tal-bilanċ tal-massa ta' dan l-impjant ta' l-azzar jekk l-operatur jista' jipprova lill-awtorità kompetenti li metodu bħal dan se jnaqqas l-inċertezza ġenerali tad-determinazzjoni ta' l-emissjoni.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Is-sorsi ta' emissjoni ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn installazzjonijiet tal-kombustjoni u minn proċessi jinkludu:

bojlers

berners

turbini

ħîters

fran

inċineraturi

kalkari

fran

dryer

magni

flares

scrubbers (emissjonijiet mill-proċessi)

kwalunkwe apparat jew makkinarju ieħor li juża l-fjuwil, eskluż l-apparat jew il-makkinarju b'magni tal-kombustjoni li jintuża għal skopijiet ta' trasport.

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

2.1.1.1.   ATTIVITAJIET ĠENERALI TA' KOMBUSTJONI

L-emissjonijiet tas-CO2 minn installazzjonijiet tal-kompustjoni għandhom ikunu kkalkulati billi jkun immultiplikat il-kontenut ta' l-enerġija ta' kull fjuwil li jintuża b'fattur ta' emissjoni u b'fatturi ta' ossidazzjoni. Għal kull fjuwil għandha ssir il-kalkulazzjoni li ġejja għal kull attività:

Emissjonijiet tas-CO2 = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni * Fatturi ta' ossidazzjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività ġeneralment tkun espressa bħala l-kontenut nett ta' enerġija tal-fjuwil ikkonsmat [TJ] matul il-perjodu ta' rapportaġġ. Il-kontenut ta' l-enerġija tal-konsum ta' fjuwil għandu jkun ikkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

Kontenut ta' enerġija tal-konsum tal-fjuwil [TJ] = fjuwil ikkonsmat [t jew Nm3] * valur kalorifiku nett tal-fjuwil [TJ/t jew TJ/Nm3] (1)

F'każ li jintuża fattur ta' emissjoni relatat ma' massa jew volum [t CO2/t jew t CO2//Nm3], id-data dwar l-attività tiġi espressa bħala l-ammont ta' fjuwil ikkonsmat [t jew Nm3].

Bi

a1)   Fjuwil ikkonsmat

Saff 1

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

Saff 2

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

Saff 3

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

Saff 4

Il-konsum tal-fjuwil matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandu jkun iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur tal-fjuwil fi ħdan inċertezza massima ta' inqas minn ±1,5 % meta jitqies, fejn ikun applikabbli, l-effett tal-bidliet fl-istokk.

a2)   Valur Kalorifiku Nett

Saff 1

Għal kull fjuwil jintużaw il-valuri ta' referenza skond kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta' l-Anness I

Saff 2a

Għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-operatur japplika valuri kalorifiċi netti li jkunu speċifiċi għall-pajjiż.

Saff 2b

Għall-fjuwils li ġew skambjati b'mod kummerċjali, jintuża l-valur kalorifiku nett kif kien derivat mir-rekords tax-xiri għall-fjuwil rispettiv li kienu provduti mill-fornitur tal-fjuwil, sakemm kien derivat fuq il-bażi ta' standards nazzjonali jew internazzjonali aċċettati.

Saff 3

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv għall-fjuwil f'installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju b'kuntratt jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

b)   Fattur ta' emissjoni

Saff 1

Għal kull fjuwil jintużaw il-valuri ta' referenza skond kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta' l-Anness I

Saff 2a

Għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-operatur japplika valuri kalorifiċi netti li jkunu speċifiċi għall-pajjiż.

Saff 2b

L-operatur iġib il-fatturi ta' emissjoni għall-fjuwil fuq il-bażi ta' waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin:

kejl tad-densità ta' żjut jew ta' gassijiet speċifiċi komuni eż. lill-industrija tar-raffineriji jew ta' l-azzar, u

valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam,

flimkien ma' korrelazzjoni empirika kif ġie ddeterminat mill-inqas darba fis-sena skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I. L-operatur għandu jiżgura ruħu li l-korrelazzjoni tissoddisfa r-rekwiżiti ta' prattika ta' inġinerija tajba u li qed tiġi applikata biss lil valuri ta' l-alternattiva (proxy) li jaqgħu fi ħdan il-firxa li għaliha kienet stabbilita.

Saff 3

Il-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal attività għall-fjuwil jiġu ddeterminati mill-operatur, minn laboratorju estern jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

c)   Fattur ta' ossidazzjoni

L-operatur jista' jagħżel is-saff xieraq għall-metodoloġija ta' monitoraġġ tiegħu.

Saff 1

Jintuża fattur ta' ossidazzjoni ta' 1,0 (2).

Saff 2

L-operatur japplika fatturi ta' ossidazzjoni għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-Istati Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Għall-fjuwils, il-fatturi speċifiċ għal attività jkunu derivati mill-operatur fuq il-bażi ta' kontenuti ta' karbonju rilevanti ta' l-irmied, ta' l-effluwenti u ta' skart ieħor u ta' prodotti sekondarji oħrajn u forom oħra rilevanti ta' karbonju bħala gass li mhumiex għalkollox ossidizzati li ġew rilaxxati. Id-data tal-kompożizzjoni għandha tkun iddeterminata skond id-dispożizzjonijiet li ġew speċifikati fit-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.1.1.2.   METODU TA' BILANĊ TAL-MASSA: PRODUZZJONI TA' KARBONJU ISWED U TERMINALI LI JIPPROĊESSAW IL-GASS

Il-metodu tal-bilanċ tal-massa jista' jkun applikat għall-produzzjoni tal-karbonju iswed u għal terminali li jipproċessaw il-gass. Għandu jqis il-karbonju kollu fl-inputs, fl-istokks, fil-prodotti u f'esportazzjonijiet oħrajn mill-installazzjoni biex jingħata rendikont ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta' konverżjoni CO2/C

Bi

Input [tC]: il-karbonju kollu li jidħol fil-konfini ta' l-installazzjoni.

Prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f'materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li jħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

Esportazzjoni [tC]: il-karbonju esportat mill-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitat f'miżbla jew permezz ta' telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

Bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta' karbonju fi ħdan il-konfini ta' l-installazzjoni.

Għaldaqstant, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] = (Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta' karbonju input ) – Σ (data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta' karbonju prodotti) – Σ (data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta' karbonjuesportazzjoni) – Σ (data dwar l-attività bidliet fl-istokk * kontenut ta' karbonjubidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi

a)   Data dwar l-attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi ħdan u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali kollha rilevanti b'mod separat. Fejn il-kontenut ta' karbonju ta' fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma' kontenut ta' enerġija (fjuwils), l-operatur jista' jiddetermina u juża l-kontenut ta' karbonju relatat mal-kontenut ta' enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 %.

Saff 3

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

Saff 4

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±1,5 %.

b)   Kontenut ta' Karbonju

Saff 1

Għall-fjuwils jew għall-materjali li ġew elenkati fit-taqsima 11 ta' l-Anness I jew fl-Annessi IV-VI, il-kontenut ta' karbonju tal-flussi ta' input jew tal-flussi tal-produzzjoni għandu jkun derivat minn fatturi ta' emissjoni standard. Il-kontenut ta' karbonju ikun derivat kif ġej:

Formula

Saff 2

Il-kontenut ta' karbonju tal-flussi ta' input jew tal-flussi ta' produzzjoni għandu jkun derivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I fejn għandhom x'jaqsam it-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi ta' fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta' karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.1.3.   FLARES

L-emissjonijiet mill-flares għandhom jinkludu l-flaring ta' rutina u l-flaring operattiv (trips, bidu tat-tħaddim u t-tifi tal-magni kif ukoll waqfien f'emerġenza).

L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu kkalkulati mill-ammont ta' gass flared [Nm3] u l-kontenut ta' karbonju tal-gass flared [t CO2/Nm3] (inkluż is-CO2 inerenti).

Emissjonijiet tas-CO2 = data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fatturi ta' ossidazzjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

L-ammont ta' flare gas użat matul il-perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' ±17,5 %.

Saff 2

L-ammont ta' flare gas użat matul il-perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' ±12,5 %.

Saff 3

L-ammont ta' gass tal-flares użat matul il-perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' ±7,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Saff 1

Jintuża fattur ta' emissjoni ta' referenza ta' 0,00393 t CO2/m3 (f'kundizzjonijiet standard) li jkun derivat mill-kombustjoni ta' l-etanu pur li jintuża bħala alternattiva (proxy) konservattiva għall-flare gases.

Saff 2a

L-operatur japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 2b

Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjoni huma derivati minn stima tal-piż molekolari tal-fluss mill-flare, billi jintuża mmudellar tal-proċess li jkun ibbażat fuq mudelli ta' standard ta' l-industrija. Billi jitqiesu l-proporzjonijiet relattivi u l-piżijiet molekolari ta' kull wieħed mill-flussi kontributorji, tiġi derivata figura medja annwali mgħobbija (bil-komponenti ta' medja ta' fatturi) għall-piż molekolari tal-flare gas.

Saff 3

Il-fattur ta' emissjoni [t CO2/Nm3 gass tal-flares ] ikkalkulat mill-kontenut ta' karbonju ta' gass flared billi jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

c)   Fatturi ta' Ossidazzjoni

Jistgħu jiġu applikati saffi aktar baxxi.

Saff 1

Għandu jintuża valur ta' 1,0.

Saff 2

L-operatur japplika fattur ta' ossidazzjoni kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

L-emissjonijiet tas-CO2 minn proċessi mill-użu ta' karbonat għall-iscrubbing tas-SO2 mill-fluss tal-gass żejjed għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-karbonat mixtri (Metodu ta' kalkulazzjoni is-saff 1a) jew tal-ġibs prodott (Metodu ta' kalkulazzjoni is-saff 1b). Dawn iż-żewġ metodi ta' kalkulazzjoni huma ekwivalenti. Il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t] = Data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni

Bi:

Metodu tal-Kalkulazzjoni A “Ibbażat fuq il-Karbonat”

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet hija bbażata fuq l-ammont ta' karbonat użat:

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

Tunnellati ta' karbonat niexef bħala input ta' proċess ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ iddeterminat mill-operatur jew mill-fornitur b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Saff 1

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxata għal kull tunnellata metrika ta' karbonat. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi, kif intwerew fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel, biex tkun ikkonvertita d-data tal-kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni.

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaCO3 u MgCO3 f'kull materjal ta input rilevanti ta' kalkara titwettaq billi jintużaw il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Tabella 1

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

Karbonat

Proporzjon [t CO2/t Ca-, Mg- jew Karbonat ieħor]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

ġenerali:

XY(CO3)Z

Fattur ta' emissjoni = [MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2-]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f'[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekolari tas-CO3 2- = 60 [g/mol]

Y

= numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għall-alkali earth metals)

= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku ta' CO3 2- = 1

Metodu tal-Kalkulazzjoni B “Ibbażat fuq il-Ġibs”

Il-kalkulazzjoni ta' l-emissjonijiet hija bbażata fuq l-ammont ta' ġibs prodott:

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

Tunnellati ta' ġibs niexef (CaSO4 · 2H2O) bħala l-produzzjoni ta' proċess fis-sena ddeterminat mill-operatur jew mill-proċessur tal-ġibs b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 % .

b)   Fattur ta' Emissjoni

Saff 1

Proporzjon stojkjometriku ta' ġibs niexef (CaSO4· 2H2O) u ta' CO2 fil-proċess: 0,2558 t CO2/t ġibs.

2.2.   KEJL TA' EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness XII.


(1)  F'każ li jintużaw unitajiet ta' volum l-operatur għandu jqis kwalunkwe konverżjoni li tista' tkun meħtieġa biex jispjega d-differenzi fil-pressjoni u fit-temperatura ta' l-apparat li jkejjel bħala miter u l-kundizzjonijiet standard li għalihom kien derivat il-valur kalorifiku nett għat-tip ta' fjuwil rispettiv.

(2)  Ara IPCC 2006 Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (Il-Linji ta' gwida ta' l-IPCC għall-Inventorji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra ta' l-2006).

ANNESS III

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għar-Raffineriji ta' Żejt Minerali kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet minn installazzjoni għandu jinkludi l-emissjonijiet kollha mill-proċessi ta' kombustjoni u ta' produzzjoni kif iseħħu fir-raffineriji. L-emissjonijiet mill-proċessi li jitwettqu f'installazzjonijiet fil-qrib ta' l-industrija kimika li mhumiex inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li mhumiex parti mill-katina ta' produzzjoni tar-raffinar m'għandhomx ikunu meqjusa.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Is-sorsi ta' emissjoni potenzjali għas-CO2 jinkludu:

a)

Kombustjoni relatat ma' l-enerġija:

Bojlers

Process heaters/treaters

Magni b'kombustjoni interna/turbini

Ossidaturi katalitiċi u termali

Kalkari li jikkalċinaw il-kokk

Firewater pumps

Ġeneraturi ta' l-emerġenza/ta' stand-by

Flares

Inċineraturi

Crackers

b)

Proċess

Installazzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-idroġenu

Riġenerazzjoni katalitika (minn proċessi ta' qsim u minn proċessi katalitiċi oħra)

Apparati li jipproduċu l-kokk (flexi-coking, produzzjoni ta' kokk b'dewmien)

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom ikunu mmonitorjati skond l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Il-proċessi speċifiċi li jwasslu għall-emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:

1.   Riġenerazzjoni ta' Sustanza Katalista li Taqsam l-Idrokarboni, Riġenerazzjoni Katalista Oħra u Flexi-cokers

Il-kokk li ġie ddepożitat fuq il-katalista bħala prodott sekondarju tal-proċess ta' qsim jinħaraq fir-riġeneratur sabiex tkun irrestawrata l-attività tal-katalista. Proċessi ta' raffinerija oħrajn jużaw katalista li jeħtieġ li jkun riġenerat, eż. riforma katalista.

L-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati permezz ta' bilanċ tal-materjal, fejn jitqies l-istat ta' l-arja ta' input u l-flue gas. Is-CO kollu fil-flue gas għandu jitqies bħala CO2. (1)

L-analiżi ta' l-arja ta' input u l-flue gases u l-għażla tas-saffi għandhom ikunu skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I. Il-metodu speċifiku ta' kalkulazzjoni għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u tal-metodoloġija ta' monitoraġġ inkluża fih.

Saff 1

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ± 10 % .

Saff 2

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ±7,5 % .

Saff 3

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ± 5 % .

Saff 4

Għal kull sors ta' emissjoni għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali matul il-perjodu ta' rapportaġġ ta' inqas minn ±2,5 % .

2.   Produzzjoni ta' Idroġenu f'Raffineriji

Is-CO2 emess ġej mill-kontenut ta' karbonju tal-gass tat-twassil. Għandha titwettaq kalkulazzjoni bbażata fuq l-input ta' l-emissjonijiet tas-CO2.

Emissjonijiet tas-CO2 = data dwar l-attività input * fattur ta' emissjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

L-ammont ta' twassil ta' idrokarboni (hydrocarbon feed) [t tat-twassil] ipproċessat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, derivat b'inċertezza massima ta' ±7,5 %.

Saff 2

L-ammont tat-twassil ta' idrokarboni (hydrocarbon feed) [t tat-twassil] ipproċessat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, derivat b'inċertezza massima ta' ±2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni:

Saff 1

Uża valur ta' referenza ta' 2,9 t CO2 għal kull t tat-twassil pproċessat b'mod konservattiv ibbażat fuq l-etanu.

Saff 2

L-użu ta' fattur ta' emissjoni speċifiku għal attività [CO2/t tat-twassil] ikkalkulat mill-kontenut ta' karbonju tal-gass tat-twassil, li ġie ddeterminat skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.2   KEJL TA' EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII.


(1)  Bl-applikazzjoni tar-relazzjoni tal-massa: t CO2 = t CO * 1,571.

ANNESS IV

Il-Linji ta’ Gwida Speċifiċi għal Attività għall-Fran tal-Kokk kif ġew Elenkati fl-Anness I għal Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-fran tal-kokk jistgħu jkunu parti mill-impjanti ta’ l-azzar b’konnessjoni teknika diretta ma’ l-installazzjonijiet tas-sinterizzazzjoni u ma’ l-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta’ l-azzar mhux maħdum inkluż l-iffondar kontinwu, li jikkawża li jkun hemm skambju intensiv ta’ enerġija u ta’ materjal (pereżempju gass tal-kalkara ta’ funderija, gass tal-forn tal-kokk, kokk) waqt il-ħidma regolari. Jekk il-permess ta’ l-installazzjoni skond l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jinkludi l-impjanti ta’ l-azzar kollha u mhux biss il-forn tal-kokk, l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jkunu mmonitorjati wkoll għall-impjanti ta’ l-azzar integrati kollha, billi jintuża l-metodu tal-bilanċ tal-massa li ġie speċifikat fit-taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness.

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq scrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta’ l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA’ L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Fil-fran tal-kokk, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta’ emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

materja prima (faħam jew kokk tal-petrol)

fjuwils konvenzjonali (eż. gass naturali)

gassijiet tal-proċessi (eż. gass tal-kalkara tal-funderija (BFG))

fjuwils oħrajn

scrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA’ L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F’każ li l-forn tal-kokk ikun parti minn impjanti ta’ l-azzar integrati, l-operatur jista’ jikkalkula emissjonijiet:

a)

għall-impjanti ta’ l-azzar integrati kollu, billi jintuża l-metodu tal-bilanċ tal-massa, jew

b)

għall-forn tal-kokk bħala attività individwali ta’ l-impjanti ta’ l-azzar integrati.

2.1.1.   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA

Il-metodu tal-bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokk, prodotti u esportazzjonijiet oħrajn mill-installazzjoni biex ikun iddeterminat il-livell ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra matul il-perjodu ta’ rapportaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C

Bi:

Input [tC]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti ta' l-installazzjoni.

Prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f’materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li qed iħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

Esportazzjoni [tC]: karbonju li ġie esportat mil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitati f’miżbla jew permezz ta’ telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

Bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta’ karbonju fi ħdan il-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

Għalhekk, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] =(Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta’ karbonju input ) – Σ (data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) –Σ (data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) –Σ (data dwar l-attività bidliet fl-istokk * kontenut ta’ karbonju bidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali rilevanti kollha b’mod separat. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat mal-kontenut ta’ l-enerġija (fjuwils), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju li jkun relatat mal-kontenut ta’ l-enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ± 5 %.

Saff 3

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ±2,5 %.

Saff 4

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta’ rapportaġġ tiġi ddeterminata b’inċertezza massima ta’ inqas minn ±1,5 %.

b)   Kontenut ta’ Karbonju

Saff 1

Għall-fjuwils jew għall-materjali li jissemmew fit-Taqsima 11 ta’ l-Anness I jew fl-Annessi IV-X, il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew ta’ produzzjoni għandu jkun derivat minn fatturi ta’ emissjoni standard. Il-kontenut ta’ karbonju jkun derivat kif ġej:

Formula

It-termini li jidhru fl-ekwazzjoni t’hawn fuq: Or = jew; emission factor = fattur ta’ emissjoni

Saff 2

L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta’ karbonju tal-flussi ta’ input jew ta’ produzzjoni għandu jkun derivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta’ l-Anness I fejn għandu x’jaqsam it-teħid ta’ kampjuni rappreżentattivi ta’ fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta’ karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi ta’ kombustjoni li jsiru fl-ifran tal-kokk fejn il-fjuwils (eż. kokk, faħam, u gass naturali) mhumiex inklużi fil-metodu tal-bilanċ tal-massa għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.3.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Matul il-karbonizzazzjoni fil-kompartiment tal-kokk tal-forn tal-kokk, il-faħam jiġi kkonvertit bl-esklużjoni ta’ l-arja għal kokk u għal gass tal-forn tal-kokk mhux raffinat (COG mhux raffinat). Il-materjal ta’ input/flussi ta’ input prinċipali li fih il-karbonju huwa l-faħam, iżda jista’ jkun ukoll slack tal-kokk, kokk tal-petrol, żejt u gassijiet tal-proċessi bħall-gass tal-kalkara tal-funderija. Il-gass tal-forn tal-kokk mhux raffinat, bħala parti mill-produzzjoni tal-proċess, fih ħafna komponenti li fihom il-karbonju, fost oħrajn id-dijossidu tal-karbonju (CO2), il-monossidu tal-karbonju (CO), il-metanu (CH4), l-idrokarboni (CxHy).

L-emissjoni totali tas-CO2 mill-fran tal-kokk għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ (data dwar l-attività INPUT * fattur ta’ emissjoni INPUT ) – Σ (data dwar l-attivitàPRODUZZJONI * fattur ta’ emissjoniPRODUZZJONI)

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività INPUT tista’ tinkludi l-faħam bħal materja prima, is-slack tal-kokk, il-kokk tal-petrol, iż-żejt, il-gass tal-kalkara ta’ funderija, il-gass tal-forn tal-kokk u oħrajn bħalhom. Id-data dwar l-attivitàPRODUZZJONI tista’ tinkludi: il-kokk, il-qatran, iż-żejt ħafif, il-gass tal-forn tal-kokk u oħrajn bħalhom.

a1)   Fjuwil li jintuża bħala input ta’ proċess

Saff 1

Il-fluss tal-massa tal-fjuwils fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ±7,5 % .

Saff 2

Il-fluss tal-massa tal-fjuwils fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ±5,0 %.

Saff 3

Il-fluss tal-massa tal-fjuwil fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ±2,5 %.

Saff 4

Il-fluss tal-massa tal-fjuwil fi u mill-installazzjoni matul perjodu ta’ rapportaġġ jiġi ddeterminat b’inċertezza massima ta’ inqas minn ±1,5 %.

a2)   Valur kalorifiku nett

Saff 1

għal kull fjuwil, jintużaw il-valuri ta’ referenza kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta’ l-Anness I.

Saff 2

L-operatur japplika valuri kalorifiċi netti speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv għal kull grupp ta’ fjuwil f’installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju taħt kuntratt jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta’ l-Anness I.

b)   Fattur ta’ Emissjoni

Saff 1

Użu ta’ fatturi ta’ referenza mit-taqsima 11 ta’ l-Anness I.

Saff 2

L-operatur japplika fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi jiġu ddeterminati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta’ l-Anness I.

2.2.   KEJL TA’ L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta’ gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII .

ANNESS V

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għall-Installazzjonijiet tax-Xiwi u tas-Sinterizzazzjoni tal-Metalli li Mhumiex Maħduma kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

L-installazzjonijiet fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation ta' metalli li mhumiex maħduma jistgħu jiffurmaw parti integrali minn impjanti ta' l-azzar b'konnessjoni teknika diretta ma' fran tal-kokk u ma' installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum inkluż l-iffondar kontinwu. Għalhekk ikun hemm skambju intensiv ta' enerġija u ta' materjal (eż. gass tal-kalkara tal-funderija, gass tal-forn tal-kokk, kokk, ġebla tal-franka) f'operazzjoni regolari. Jekk il-permess ta' l-installazzjoni, skond l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jinkludi l-impjanti ta' l-azzar kollha u mhux biss l-installazzjoni tax-xiwi u jew tas-sinterizzazzjoni, l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu wkoll ikunu mmonitorjati għall-impjanti ta' l-azzar integrati kollha. F'każijiet bħal dawn jista' jintuża l-metodu tal-bilanċ tal-massa (it-taqsima 2.1.1 ta' dan l-Anness).

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, dawn għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

materja prima (il-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka, tad-dolomit u tal-ħadid karbonatiku li mhux maħdum, eż. FeCO3)

fjuwils konvenzjonali (gass naturali u kokk/riħ tal-kokk)

gassijiet ta' proċessi (eż. gass tal-forn tal-kokk (COG) u gass tal-kalkara tal-funderija (BFG))

residwi ta' proċessi li jintużaw bħala materjal ta' input inkluż it-trab iffiltrat mill-impjant ta' sinterizzazzjoni, il-konvertitur u l-kalkara ta' funderija.

fjuwils oħrajn

scrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'każ li installazzjoni fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation ta' metalli li mhumiex maħduma tkun parti minn impjanti ta' l-azzar integrati, l-operatur jista' jikkalkula l-emissjonijiet:

a)

għall-impjanti ta' l-azzar integrati kollha, billi juża l-metodu tal-bilanċ tal-massa, jew

b)

għall-installazzjoni fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation ta' metalli li mhumiex maħduma bħala attività individwali ta' l-impjanti ta' l-azzar integrati.

2.1.1   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA

Il-metodu tal-bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f'inputs, fi stokk, fi prodotti u f'esportazzjonijiet oħrajn mill-installazzjoni biex ikun iddeterminat il-livell ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul il-perjodu ta' rapportaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta' konverżjoni CO2/C

Bi:

Input [tC] : il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

Prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f'materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li jħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni

Esportazzjoni [tC]: karbonju li ġie esportat mil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitat f'miżbla jew permezz ta' telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

Bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta' karbonju fi ħdan il-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni.

Għalhekk, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] = (Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta' karbonju input ) – Σ(data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta' karbonjuprodotti) – Σ(data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta' karbonjuesportazzjoni) – Σ (data dwar l-attivitàbidliet fl-istokk* kontenut ta' karbonjubidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi:

a)   Data dwar l-attività

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali rilevanti b'mod separat. Fejn il-kontenut ta' karbonju ta' fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma' kontenut ta' enerġija (fjuwils), l-operatur jista' jiddetermina u juża l-kontenut ta' karbonju relatat mal-kontenut ta' enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %

Saff 2

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 %

Saff 3

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

Saff 4

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±1,5 %.

b)   Kontenut ta' Karbonju

Saff 1

Għall-fjuwils jew għall-materjali li jissemmew fit-Taqsima 11 ta' l-Anness I jew ta' l-Annessi IV-X, il-kontenut ta' karbonju ta' flussi ta' input jew ta produzzjoni jkun derivat minn fatturi ta' emissjoni standard. Il-kontenut ta' karbonju jkun derivat kif ġej:

Formula

It-termini li jidhru fl-ekwazzjoni t'hawn fuq:

Emission factor = fattur ta' emissjoni

Saff 2

L-operatur japplika kontenut ta' karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta' karbonju tal-flussi ta' input jew ta' produzzjoni għandu ikun derivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I fejn għandhom x'jaqsum it-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi ta' fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta' karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

2.1.2   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi mill-kombustjoni li jsiru f'installazzjonijiet fejn isir ix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelletisation ta' metalli li mhumiex maħduma fejn il-fjuwils ma jintużawx bħala aġenti tat-tnaqqis jew mhumiex ġejjin minn reazzjonijiet metallurġiċi, għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.3   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Waqt il-kalċinazzjoni fuq il-gradilja is-CO2 jiġi rilaxxat mill-materjali ta' input, jiġifieri it-taħlita ta' materjal mhux maħdum (raw mix) (l-aktar komuni mill-karbonat tal-kalċju) u minn residwi ta' proċessi li reġgħu intużaw. Għal kull tip ta' materjal ta' input li jintuża l-ammont tas-CO2 għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Formula

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

L-ammonti [t] ta' materjal karbonat ta' input [tCaCO3, tMgCO3 jew tCaCO3-MgCO3] u r-residwi tal- proċessi li ntużaw bħala materjal ta' input fil-proċess matul perjodu ta' rapportaġġ mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 % .

Saff 2

L-ammonti [t] ta' materjali karbonat ta' input [tCaCO3, tMgCO3 jew tCaCO3-MgCO3] u r-residwi tal-proċessi li ntużaw bħala materjal ta' input li ntuża fil-proċess matul perjodu ta' rapportaġġ mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Saff 1

Għall-karbonati: l-użu ta' proporzjonijiet stojkjometriċi mogħtija fit-tabella 1 li ġejja:

Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni stojkjometriċi

Fattur ta' emissjoni

CaCO3

0,440 t CO2/t CaCO3

MgCO3

0,522 t CO2/t MgCO3

FeCO3

0,380 t CO2/t FeCO3

Dawn il-valuri għandhom ikunu aġġustati għall-irtuba rispettiv u għall-kontenut ta' gangue tal-materjal karbonat applikat.

Għar-residwi tal-proċessi: il-fatturi speċifiċi għal attività għandhom jkunu ddeterminati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

c)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Fattur ta' konverżjoni: 1,0

Saff 2

Il-fatturi speċifiċi għal attività li ġew iddeterminati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I, li jiddeterminaw l-ammont ta' karbonju fis-sinter prodott u fit-trab iffiltrat. F'każ li t-trab iffiltrat jerġa' jintuża fil-proċess, l-ammont ta' karbonju [t] li jkun hemm fih m'għandux jitqies sabiex ikun evitat l-għadd doppju.

2.2   KEJL TA' EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u Anness XII.

ANNESS VI

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjoni għall-Produzzjoni ta' Ħadid u ta'Azzar mhux maħdum Inkluż l-Iffondar kontinwu kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Il-linji ta' gwida f'dan l-Anness jistgħu jkunu applikati għal emissjonijiet minn installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' ħadid u azzar mill-funerija mingħajr mhuma maħduma, inkluż l-iffondar kontinwu. Jirreferu b'mod partikolari għall-produzzjoni primarja (kalkara ta' funderija (BF) u forn ta' l-ossiġnu bażiku (BOF)) u sekondarja (forn b'ark elettriku (EAF) ta' l-azzar.

L-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum, inkluż l-iffondar kontinwu, ġeneralment ikunu partijiet integrali mill-impjanti ta' l-azzar b'konnessjoni teknika mal-fran tal-kokk u ma' l-installazzjonijiet tas-sinter. B'hekk ikun hemm skambju intensiv ta' enerġija u ta' materjal (eż. gass tal-kalkara tal-funderija, gass tal-forn tal-kokk, kokk, ġebla tal-franka) f'operazzjoni regolari. Jekk il-permess ta' l-installazzjoni skond l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jinkludi l-impjanti ta' l-azzar kollha u mhux biss il-kalkara tal-funderija, l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jkunu mmonitorjati wkoll għall-impjanti ta' l-azzar li huma integrati kollha. F'każijiet bħal dawn, jista' jintuża l-metodu tal-bilanċ tal-massa li ġie ppreżentat fit-taqsima 2.1.1 ta' dan l-Anness .

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum inkluż l-iffondar kontinwu, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjonijiet u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka, tad-dolomit u tal-ħadid karbonatiku mhux maħdum, eż. FeCO3)

fjuwils konvenzjonali (gass naturali, faħam u kokk)

aġenti tat-tnaqqis (kokk, faħam, plastik, eċċ.)

gassijiet tal-proċessi (gass ta' forn tal-kokk/COG, gass tal-kalkara tal-funderija/BFG u gass ta' forn ta' l-ossiġnu bażiku/BOFG)

konsum ta' l-elettrodi tal-grafita

fjuwils oħrajn

scrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'każ li l-installazzjoni għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum tkun parti minn impjanti ta' l-azzar integrati, l-operatur jista' jikkalkula l-emissjonijiet:

a)

għall-impjanti ta' l-azzar integrati kollha, billi juża l-metodu tal-bilanċ tal-massa, jew

b)

l-installazzjoni għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum bħala attività individwali ta' l-impjanti ta' l-azzar integrati.

2.1.1.   METODU TAL-BILANĊ TAL-MASSA

Il-metodu ta' bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f'inputs, fi stokk, fi prodotti u f'esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun iddeterminat il-livell ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul il-perjodu ta' rapportaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2]= (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet fl-istokk) * fattur ta' konverżjoni CO2/C

Bi

input [tC]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni

prodotti [tC]: il-karbonju kollu fi prodotti u f'materjali, inklużi l-prodotti sekondarji, li jħallu l-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni

esportazzjoni [tC]: karbonju li jiġi esportat mil-limiti tal-bilanċ ta' l-installazzjoni, eż. mormi fid-dranaġġ, iddepożitat f'miżbla jew permezz ta' telf. L-esportazzjoni ma tinkludix ir-rilaxx tal-gassijiet serra fl-atmosfera.

bidliet fl-istokk [tC]: Żidiet fl-istokk ta' karbonju fi ħdan il-limiti tal-bilanċ tal-massa.

Għalhekk, il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 [t CO2] = (Σ (data dwar l-attività input * kontenut ta' karbonju input ) – Σ (data dwar l-attivitàprodotti * kontenut ta' karbonjuprodotti) – Σ (data dwar l-attivitàesportazzjoni * kontenut ta' karbonjuesportazzjoni) – Σ (data dwar l-attività bidliet fl-istokk * kontenut ta' karbonjubidliet fl-istokk)) * 3,664

Bi

a)   Data dwar l-Attività:

L-operatur għandu janalizza u jirrapporta l-flussi tal-massa fi u mill-installazzjoni u l-bidliet fl-istokk rispettivi għall-fjuwils u għall-materjali kollha rilevanti b'mod separat. Fejn il-kontenut ta' karbonju ta' fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma' kontenut ta' enerġija (fjuwils), l-operatur jista' jiddetermina u juża l-kontenut ta' karbonju relatat mal-kontenut ta' enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.

Saff 1

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 5 %.

Saff 3

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

Saff 4

Id-data dwar l-attività matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±1,5 %.

b)   Kontenut ta' Karbonju

Saff 1

Għall-fjuwils jew għall-materjali li jissemmew fit-taqsima 11 ta' l-Anness I jew fl-Annessi IV-X, il-kontenut ta' karbonju ta' flussi ta' input jew ta' produzzjoni jkun derivat minn fatturi ta' emissjoni standard. Il-kontenut ta' karbonju jkun derivat kif ġej:

Formula

Saff 2

L-operatur japplika l-kontenut ta' karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew għall-materjal rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-kontenut ta' karbonju ta' fluss ta' input jew ta' produzzjoni għandu jkun iderivat skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I fejn għandhom x'jaqsmu t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi ta' fjuwils, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti ta' karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa.

Il-kontenut ta' karbonju tal-prodotti jew tal-prodotti nofshom irfinuti (semi-finished) jista' jkun iddeterminat fuq il-bażi ta' l-analiżijiet annwali skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I jew ikun derivat mill-valuri tal-kompożizzjoni ta' nofs il-firxa kif ġie speċifikat mill-istandards internazzjonali jew nazzjonali rilevanti.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi tal-kombustjoni li jsiru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum, inkluż l-iffondar kontinwu, fejn il-fjuwils (eż. kokk, faħam, u gass naturali) ma jintużawx bħala aġenti tat-tnaqqis jew mhumiex ġejjin minn reazzjonijiet metallurġiċi għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.3.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

L-installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħadid u ta' l-azzar mhux maħdum, inkluż l-iffondar kontwinu, normalment ikunu kkaratterizzati minn sekwenza ta' faċilitajiet (eż. kalkara ta' funderija, forn ta' l-ossiġnu bażiku,) u dawn il-faċilitajiet ta' spiss ikollhom konnessjonijiet tekniċi ma' installazzjonijiet oħrajn (eż. forn tal-kokk, installazzjoni tas-sinter, installazzjoni ta' l-enerġija). Fi ħdan installazzjonijiet bħal dawn, numru ta' fjuwils differenti jintużaw bħala aġenti tat-tnaqqis. Ġeneralment dawn l-installazzjonijiet jipproduċu wkoll gassijiet ta' proċessi b'kompożizzjonijiet differenti, eż. gass tal-forn tal-kokk/COG, gass tal-kalkara tal-funderija/BFG, gass tal-forn ta' l-ossiġnu bażiku/BOFG).

L-emissjonijiet totali tas-CO2 minn installazzjonijiet tal-ħadid mhux raffinat u ta' l-azzar inkluż l-iffondar kontinwu, għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ (data dwar l-attività INPUT * fattur ta' emissjoni INPUT ) – Σ (data dwar l-attivitàPRODUZZJONI * fattur ta' emissjoniPRODUZZJONI)

Bi:

a)   Data dwar l-attività

a1)   Il-flussi tal-massa rilevanti

Saff 1

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 %.

Saff 3

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

Saff 4

Il-fluss tal-massa fi u mill-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±1,5 %.

a2)   Valur kalorifiku nett (jekk ikun applikabbli)

Saff 1

Għal kull fjuwil, jintużaw il-valuri ta' referenza kif ġie speċifikat fit-taqsima 11 ta' l-Anness I.

Saff 2

L-operatur japplika l-valuri kalorifiċi netti speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv għal kull grupp ta' fjuwil f'installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju taħt kuntratt jew mill-fornitur tal-fjuwil skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Il-fattur ta' emissjoni għad-data dwar l-attivitàPRODUZZJONI jirreferi għall-ammont ta' karbonju li mhux CO2 fil-produzzjoni tal-proċess, li jkun espress bħala tCO2/t produzzjoni biex tittejjeb il-komparabilità.

Saff 1

Għall-materjal ta' input u ta' produzzjoni jintużaw il-fatturi ta' referenza, ara t-Tabella 1 t'aktar 'l isfel u t-taqsima 11 ta' l-Anness I).

Tabella 1

Referenza għall-fatturi ta' emissjoni (1)

Fattur ta' emissjoni

Valur

Unità

Sors tal-fattur ta' emissjoni

CaCO3

0,440

t CO2/t CaCO3

Proporzjon stojkjometriku

CaCO3-MgCO3

0,477

t CO2/t CaCO3-MgCO3

Proporzjon stojkjometriku

FeCO3

0,380

t CO2/t FeCO3

Proporzjon stojkjometriku

Ħadid Imnaqqas Dirett (DRI)

0,07

t CO2/t

IPCC GL 2006

Elettrodi tal-Karbonju EAF

3,00

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ċarġ tal-Karbonju EAF

3,04

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ħadid Magħmul f'Maltunelli Meta Jaħraq (Hot Briquetted Iron)

0,07

t CO2/t

IPCC GL 2006

Gass tal-Forn ta' l-Azzar bl-Ossiġnu

1,28

t CO2/t

IPCC GL 2006

Kokk tal-Petroleum

3,19

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ħadid mill-Funderija Mingħajr Mhu Maħdum Mixtri

0,15

t CO2/t

IPCC GL 2006

Ruttam ta' Ħadid (scrap iron)

0,15

t CO2/t

IPCC GL 2006

Azzar

0,04

t CO2/t

IPCC GL 2006

Saff 2

L-operatur japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Għall-materjali ta' input u ta' produzzjoni, jintużaw il-fatturi ta' emissjoni speċifiċi (t CO2/t INPUT jew tPRODUZZJONI), li ġew żviluppati skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.2.   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII.


(1)  Ara l-IPCC; 2006 IPCC Guidelines for National Greenhouse Gas Inventories (Il-linji ta' gwida ta' l-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra ta' l-); 2006. Il-valuri bbażati fuq l-IPCC ġejjin minn fatturi espressi f'tC/t, immultiplikati b'fattur tal-konverżjoni ta' CO2/C ta' 3,664.

ANNESS VII

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Produzzjoni tal-Laqx tas-Siment kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

L-ebda kwistjoni speċifika dwar il-limiti.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet tas-siment, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka fil-materja prima

fjuwils fossili tal-kalkara konvenzjonali

fjuwils tal-kalkara alternattivi bbażati fuq il-fossili u materja prima

fjuwils tal-bijomassa tal-kalkara (skart tal-bijomassa)

fjuwils li mhumiex tal-kalkara

kontenut ta' karbonju organiku tal-ġebla tal-franka u shales

materja prima li tintuża għall-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi ta' kombustjoni li jinvolvu tipi differenti ta' fjuwils (eż. faħam, kokk tal-petroleum, żejt tal-fjuwil, gass naturali u l-firxa wiesgħa tal-fdal tal-fjuwils) li jsiru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-laqx tas-siment għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJET MILL-PROĊESSI

L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-proċessi jseħħu mill-kalċinazzjoni tal-karbonati fil-materja prima li tintuża biex għall-produzzjoni tal-laqx (clinker) (2.1.2.1), mill-kalċinazzjoni parzjali jew sħiħa tat-trab ta' kalkara tas-siment jew tat-trab sekondarju (bypass dust) li tneħħa mill-proċess (2.1.2.2) u f'uħud mill-każijiet mill-kontenut ta' karbonju mhux karbonat tal-materja prima (2.1.2.3).

2.1.2.1.   CO2 MILL-PRODUZZJONI TAL-LAQX

L-emissjonijiet għandhom ikunu ikkalkulati fuq il-bażi tal-kontenut ta' karbonat ta' l-input tal-proċess (metodu ta' kalkulazzjoni A) jew fuq il-bażi ta' l-ammont ta' laqx prodott (metodu ta' kalkulazzjoni B). Dawn il-metodi jitqiesu li huma ekwivalenti u jistgħu jintużaw b'mod reċiproku mill-operatur biex ikunu validati r-riżultati tal-metodu l-ieħor rispettivament.

Metodu tal-Kalkulazzjoni A – Ibbażat fuq l-Input tal-Kalkara

Il-kalkulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kontenut ta' karbonat ta' l-inputs tal-proċess (inkluż l-irmied li jtir jew il-fdalijiet tal-metall imdewweb tal-kalkara ta' funderija) bi-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) u t-trab sekondarju mnaqqsa mill-konsum tal-materja prima u l-emissjonijiet rispettivi kkalkulati skond t-taqsima 2.1.2.2., fil-każ li s-CKD u t-trab sekondarju iħallu s-sistema tal-kalkara. Il-karbonju mhux karbonat jinqabad b'dan il-metodu; għaldaqstant 2.1.2.3 ma japplikax.

Is-CO2 għandu jkun ikkalkulat bil-formula li ġejja:

Formula

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Ħlief jekk is-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma (raw meal) bħala tali tkun ikkaratterizzata, dawn ir-rekwiżiti japplikaw separatment għal kull wieħed mill-inputs tal-kalkara għandu l-karbonju rilevanti (ħlief għall-fjuwils) eż. franka jew shale, fejn ikun evitat l-għadd doppju jew l-omissjonijiet minn materjali rritornati jew maqbuża. L-ammont nett tas-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma jista' jkun iddeterminat permezz ta' proporzjon ta' sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma/laqx emipriku li jkun speċifiku għal sit li għandu jkun aġġornat mill-inqas darba fis-sena billi jkunu applikati l-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Saff 1

L-ammont nett ta' input ta' kalkara rilevanti [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

L-ammont nett ta' input ta' kalkara rilevanti [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 %.

Saff 3

L-ammont nett ta' input ta' kalkara rilevanti [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ, jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxat għal kull tunnellata metrika ta' kull input tal-kalkara rilevanti. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni.

Saff 1

Id-determinazzjoni ta' l-ammont tal-karbonati rilevanti inklużi CaCO3 u MgCO3 f'kull materjal ta' input tal-kalkara rilevanti titwettaq skond t-taqsima 13 ta' l-Anness I. Dan jista' jsir permezz ta' metodi termogravimetriċi.

Tabella 1

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Sustanza

Proporzjonijiet stojkjometriċi

CaCO3

0,440 [t CO2/t CaCO3]

MgCO3

0,522 [t CO2/t MgCO3]

FeCO3

0,380 [t CO2/t FeCO3]

C

3,664 [t CO2/t C]

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-karbonati li jħallu l-kalkara jkunu żero, jiġifieri fejn wieħed jassumi kalċinazzjoni sħiħa u fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Saff 2

Il-karbonati u l-karbonju l-ieħor li tħalli l-kalkara fil-laqx jitqiesu permezz ta' fattur ta' konverżjoni, li għandhom valur bejn 0 u 1. L-operatur jista' jassumi konverżjoni kompleta għal wieħed jew għal diversi inputs tal-kalkara u jattribwixxi karbonati li mhumiex ikkonvertiti jew karbonju ieħor lill-bqija ta' l-input(s) tal-kalkara. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Metodu ta' Kalkulazzjoni B – Ibbażat fuq il-Produzzjoni tal-Laqx

Dan il-metodu ta' kalkulazzjoni huwa bbażat fuq l-ammont ta' laqx prodott. Is-CO2 għandu ikun ikkalkulat bil-formula li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2laqx = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni * Fattur ta' Konverżjoni

Is-CO2 rilaxxat mill-kalċinazzjoni tat-trab tal-kalkara tas-siment u tat-trab sekondarju jeħtieġ li jitqies għall-installazzjonijiet fejn trab bħal dan iħalli s-sistema tal-kalkara (ara 2.1.2.2) flimkien ma' l-emissjonijiet potenzjali mill-karbonju mhux karbonat fis-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma (ara 2.1.2.3). L-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-laqx u mit-trab tal-kalkara tas-siment u mit-trab sekondarju u mill-karbonju mhux karbonat fil-materjali ta' input għandhom ikunu kkalkulati separatament u miżjuda mat-total ta' l-emissjonijiet:

Emissjonijiet tas-CO2total tal-proċess [t] = Emissjonijiet tas-CO2laqx [t] + Emissjonijiet tas-CO2trab [t] + Emissjonijiet tas-CO2karbonju mhux karbonat

EMISSJONIJIET RELATATI MAL-PRODUZZJONI TAL-LAQX

a)   Data dwar l-attività

Il-produzzjoni tal-laqx [t] matul il-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata jew

bl-użin dirett tal-laqx jew

fuq il-bażi tal-kunsinni ta' siment billi tintuża l-formula li ġejja (il-bilanċ tal-materjal billi jitqiesu d-dispaċċ tal-laqx, il-provvisti tal-laqx kif ukoll varjazzjoni fl-istokk ta' laqx):

laqx prodott [t] = ((kunsinni ta' siment [t] - varjazzjoni fl-istokk tas-siment [t])* proporzjon ta' laqx/siment [t laqx/t siment]) - (laqx fornut [t]) + (laqx mibgħut [t]) - (varjazzjoni fl-istokk ta' laqx [t])

Il-proporzjon ta' siment/laqx għandu jew ikun derivat għal kull wieħed mill-prodotti differenti tas-siment fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I jew ikun ikkalkulat mid-differenza tal-kunsinni tas-siment u tal-bidliet fl-istokk u l-materjali kollha li jintużaw bħala addittivi għal mas-siment inklużi t-trab sekondarju u t-trab tal-kalkara tas-siment.

Saff 1

L-ammont ta' laqx prodott [t] matul perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 %.

Saff 2

L-ammont ta' laqx prodott [t] matul perjodu ta' rapportaġġ ikun derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Saff 1

Fattur ta' emissjoni: 0,525 t CO2/t laqx

Saff 2

L-operatur japplika fattur ta' emissjoni speċifiku għal pajjiż kif ġie rrapportat mill-Istat Membru rispettiv fl-aktar inventarju nazzjonali reċenti tiegħu li kien sottomess lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Saff 3

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaO u MgO fil-prodott titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 2 biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni billi wieħed jassumi li s-CaO u l-MgO kollha huma derivati mill-karbonati rispettivi.

Tabella 2

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Oxide

Proporzjonijiet stojkjometriċi

[t CO2 ]/[t Earth Alkali Oxide]

CaO

0,785

MgO

1,092

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-ammont ta' CaO u MgO (mhux karbonat) fil-materja prima jkun żero jiġifieri wieħed jassumi li s-Ca u l-Mg kollu fil-prodott oriġinaw minn materja prima .karbonata, li jiġi rifless minn fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' 1.

Saff 2

L-ammont ta' CaO u MgO (mhux karbonat) fil-materja prima huwa rifless permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1 b'valur ta' 1 li jikkorrispondi għal konverżjoni sħiħa tal- materja prima karbonata f'ossidi. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-materja prima titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I. Dan jista' jsir permezz ta' metodi termo-gravimetriċi.

2.1.2.2.   EMISSJONIJIET RELATATI MA' TRAB IMWARRAB

Is-CO2 mit-trab sekondarju jew mit-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) li jħalli s-sistema tal-kalkara għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammonti tat-trab li jħallu s-sistema tal-kalkara u l-fattur ta' emissjoni kkalkulat bħallikieku għall-laqx (iżda b'kontenuti potenzjalment differenti ta' CaO u MgO), ikkoreġut għall-kalċinazzjoni parzjali tas-CKD. L-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2trab = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

L-ammont [t] ta' CKD jew ta' trab sekondarju (jekk ikun rilevanti) li jħalli s-sistema tal-kalkara matul perjodu ta' rapportaġġ li jkun stmat billi jintużaw il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika ta' l-industrija.

Saff 2

L-ammont [t] ta' CKD jew ta' trab sekondarju (jekk ikun rilevanti) li jħalli s-sistema tal-kalkara matul perjodu li jkun derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

b)   Fattur ta' emissjoni

Saff 1

L-użu ta' valur ta' referenza ta' 0,525 t CO2 għal kull tunnellata metrika ta' laqx anki għas-CKD jew għat-trab sekondarju li jħalli s-sistema tal-kalkara.

Saff 2

Il-fattur ta' emissjoni [t CO2/t] għas-CKD jew għat-trab sekondarju li jħalli s-sistema tal-kalkara għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-grad ta' kalċinazzjoni u kompożizzjoni. Il-grad ta' kalċinazzjoni u kompożizzjoni għandu jkun iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Ir-relazzjoni bejn il-grad ta' kalċinazzjoni tas-CKD u l-emissjonijiet tas-CO2 għal kull tunnellata metrika ta' CKD mhijiex linejari. Għandha tiġi approssimata billi tintuża l-formula li ġejja:

Formula

fejn

EFCKD

=

fattur ta' emissjoni ta' trab tal-kalkara tas-siment parzjalment ikkalċinat [t CO2/t CKD]

EFCli

=

fattur ta' emissjoni, speċifiku għal installazzjoni tal-laqx ([CO2/t laqx]

D

=

grad ta' kalċinazzjon tas-CKD (CO2 rilaxxat bħala % tas-CO2 karbonat totali fit-taħlita ta' materjal mhux maħdum)

2.1.2.3.   EMISSJONIJIET MINN KARBONJU MHUX KARBONAT FIS-SUSTANZA GRANULARI PRODOTTA BIT-TĦIN U MHUX MAĦDUMA

L-emissjonijiet minn karbonju mhux karbonat fil-ġebla tal-franka, fix-shale jew f'materja prima alternattiva (eż. rmied li jtir) li ntużaw fis-sustanza granulari prodotta bit-tħin u mhux maħduma fil-kalkara għandhom ikunu ddeterminati billi tintuża l-espressjoni li ġejja:

Emissjonijiet tas-CO2mhux karbonat mhux maħdum = Data dwar l-attività * Fattur ta' emissjoni * Fattur ta' konverżjoni

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

L-ammont ta' materja prima rilevanti [t] ikkonsmata matul perjodu ta' rapportaġġ derivat b'inċertezza massima ta' inqas minn ± 15 %.

Saff 2

L-ammont ta' materja prima rilevanti [t] ikkonsmata matul perjodu ta' rapportaġġ derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

b)   Fatturi ta' Emissjoni

Saff 1

Il-kontenut ta' karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jkun stmat billi jintużaw il-linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika fl-industrija.

Saff 2

Il-kontenut ta' karbonju mhux karbonat fil-materja prima rilevanti għandu jkun iddeterminat mill-inqas kull sena skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13 ta' l-Anness I.

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Fattur ta' konverżjoni: 1,0.

Saff 2

Il-fattur ta' konverżjoni jiġi kkalkulat billi tkun applikata l-aħjar prattika fl-industrija.

2.2.   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.

ANNESS VIII

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Produzzjoni tal-Ġir kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

L-ebda kwistjoni speċifika dwar limiti.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ġir, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka u tad-dolomit fil-materja prima

fjuwils fossili tal-kalkara konvenzjonali

fjuwils alternattivi tal-kalkara bbażati fuq il-fossili u materja prima

fjuwils tal-bijomassa tal-kalkara (skart tal-bijomassa)

fjuwils oħrajn

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi tal-kombustjoni li jinvolvu tipi differenti ta' fjuwils (eż. faħam, kokk tal-petroleum, żejt tal-fjuwil, gass naturali u l-firxa wiesgħa tal-fdal tal-fjuwils) li jsiru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-ġir għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

L-emissjonijiet rilevanti jseħħu matul il-kalċinazzjoni u mill-ossidazzjoni tal-karbonju organiku fil-materja prima. Matul il-kalċinazzjoni fil-kalkara, is-CO2 mill-karbonati rilaxxati mill-materja prima. Is-CO2 tal-kalċinazzjoni huwa direttament konness mal-produzzjoni tal-ġir. Fuq livell ta' installazzjoni, is-CO2 tal-kalċinazzjoni jista' jkun ikkalkulat f'żewġ modi: ibbażat fuq l-ammont ta' karbonat ta' kalċju u ta' karbonat ta' manjeżju mill-materja prima (l-aktar il-ġebla tal-franka u d-dolomit) ikkonvertit fil-proċess (metodu ta' kalkulazzjoni A), jew ibbażat fuq l-ammont ta' l-ossidi tal-kalċju u tal-manjeżju fil-ġir prodott (metodu ta' kalkulazzjoni B). Iż-żewġ metodu jitqiesu li huma ekwivalenti u jistgħu jintużaw b'mod reċiproku mill-operatur biex ikunu validati r-riżultati tal-metodu l-ieħor rispettiv.

Metodu ta' Kalkulazzjoni A – Karbonati

Il-kalkulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ammont ta' karbonat tal-kalċju u fuq l-ammont ta' karbonat tal-manjeżju fil-materja prima kkonsmata. Għandha tintuża l-formula li ġejja:

Formula

a)   Data dwar l-attività

Dawn ir-rekwiżiti japplikaw separatament għal kull wieħed mill-inputs rilevanti tal-kalkara li għandu l-karbonju (ħlief għall-fjuwils) eż. ġibs jew ġebla tal-franka, biex ikun evitat l-għadd doppju jew l-omissjonijiet mill-materjali rritornati jew maqbuża.

Saff 1

L-ammont ta' input rilevanti tal-kalkara [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

L-ammont ta' input rilevanti tal-kalkara [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 %.

Saff 3

L-ammont ta' input rilevanti tal-kalkara [t] ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

b)   Fattur ta' emissjoni

Saff 1

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxat għal kull tunnellata metrika ta' kull input rilevanti tal-kalkara jekk wieħed jassumi konverżjoni sħiħa. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni.

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaCO3, MgCO3 u ta' karbonju organiku (fejn ikun rilevanti) f'kull materjal rilevanti ta' input tal-kalkara titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Tabella 1

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Sustanza

Proporzjonijiet stojkjometriċi

CaCO3

0,440 [t CO2/t CaCO3]

MgCO3

0,522 [t CO2/t MgCO3]

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-karbonati li jħallu l-kalkara jkunu żero jiġifieri fejn wieħed jassumi kalċinazzjoni sħiħa u fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Saff 2

Il-karbonati li jħallu l-kalkara fil-ġir jitqiesu permezz ta' fattur ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1. L-operatur jista' jassumi konverżjoni kompluta għal wieħed jew diversi mill-inputs tal-kalkara u jattribwixxi karbonati li mhumiex ikkonvertiti lill-bqija ta' l-input(s) tal-kalkara. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Metodu ta' Kalkulazzjoni B – Alkali Earth Oxides

L-emissjonijiet tas-CO2 ġejjin mill-kalċinazzjoni tal-karbonati u għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi ta' l-ammonti tal-kontenuti ta' CaO u MgO fil-ġir prodott. Is-Ca u l-Mg diġà kkalċinati li jidħlu fil-kalkara, pereżempju permezz ta' l-irmied li jtir jew il-fjuwils u l-materja prima b'kontenut rilevanti ta' CaO jew MgO għandhom jitqiesu b'mod xieraq permezz tal-fattur ta' konverżjoni. It-trab tal-kalkara tal-ġir li jħalli s-sistema tal-kalkara għandu jitqies b'mod xieraq.

Emissjonijiet mill-Karbonati

Għandha tintuża l-formula ta' kalkulazzjoni li ġejja:

Formula

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

L-ammont ta' ġir [t] prodott matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 %.

Saff 2

L-ammont ta' ġir [t] prodott matul il-perjodu ta' rapportaġġ jiġi ddeterminat mill-operatur b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

b)   Fatturi ta' Emissjoni

Saff 1

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' CaO u MgO fil-prodott titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif jintwerew fit-tabella 2 għandhom jintużaw biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni jekk wieħed jassumi li s-CaO u l-MgO kollu huma derivati mill-karbonati rispettivi.

Tabella 2

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Oxide

Proporzjonijiet stojkjometriċi [t CO2 ]/[t Earth Alkali Oxide]

CaO

0,785

MgO

1,092

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li s-CaO u l-MgO fil-materja prima jkunu żero, jiġifieri wieħed jassumi li s-Ca u l-Mg kollu fil-prodott oriġinaw minn materja prima karbonata, rifless b'fatturi ta' konverżjoni ta' valur 1.

Saff 2

L-ammont ta' CaO u MgO li diġà hemm fil-materja prima huwa rifless permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1 b'valur ta' 1 jikkorrispondi għal konverżjoni sħiħa ta' materja prima karbonata f'ossidi. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-materja prima titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.2   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.

ANNESS IX

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Manifattura tal-Ħġieġ kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

Dan l-anness japplika wkoll għal installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-water glass u tal-laqx tal-blat/tal-ġebel (stone/rock wool).

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħġieġ, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

dekompożizzjoni ta' l-alkali-karbonati u tal-karbonati ta' l-earth alkalis matul it-taħlil tal-materja prima

fjuwils fossili konvenzjonali

fjuwils alternattivi bbażati fuq il-fossili u materja prima

fjuwils tal-bijomassa (skart tal-bijomassa)

fjuwils oħrajn

addittivi li fihom il-karbonju inklużi l-kokk u t-trab tal-faħam

l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart

2.1.   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1.   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi ta' kombustjoni li jsiru f'installazzjonijiet għall-manifattura tal-ħġieġ għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.2.   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Is-CO2 jiġi rilaxxat matul it-taħlil fil-forn, minn karbonati li jinsabu fil-materja prima, u min-newtralizzazzjoni ta' l-HF, tal-HCl u tas-SO2 fil-flue gases mal-ġebla tal-franka jew ma'karbonati oħrajn. Kemm l-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati fil-proċess tat-taħlil kif ukoll dawk mill-iscrubbing għandhom ikunu parti mill-emissjonijiet ta' l-installazzjoni. Għandhom ikunu miżjuda mat-total ta' l-emissjonijiet iżda jekk ikun possibbli għandhom ikunu rrapportati separatament.

Is-CO2 mill-karbonati fil-materja prima li ġie rilaxxat matul it-taħlil fil-forn, għandu konnessjoni diretta mal-produzzjoni tal-ħġieġ u għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kwantità kkonvertita ta' karbonati mill-materja prima – l-aktar is-soda, il-ġir/ġebla tal-franka, id-dolomit u alkali oħrajn u alkali earth carbonates supplementati minn ħġieġ irriċiklat ħieles mill-karbonati (skart ta' ħġieġ miksur).

Il-kalkulazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ammont ta' karbonati, kkonsmati. Għandha tintuża l-formula li ġejja:

Formula

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività hija l-ammont [t] ta' materja prima karbonata jew ta' addittivi karbonati assoċjat ma' l-emissjonijiet tas-CO2, kif ġie kkunsinnat (bħad-dolomit, il-ġebla tal-franka, is-soda, u karbonati oħrajn) u pproċessat għall-produzzjoni tal-ħġieġ fl-installazzjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ

Saff 1

Il-massa totali [t] tal-materja prima karbonata jew ta' l-addittivi li fihom il-karbonju li ġiet ikkonsmata fil-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata skond it-tip ta' materja prima mill-operatur jew mill-fornitur tiegħu b'inċertezza massima ta' ±2,5 %.

Saff 2

Il-massa totali [t] tal-materja prima karbonata jew ta' l-addittivi li fihom il-karbonju li ġiet ikkonsmata fil-perjodu ta' rapportaġġ tiġi ddeterminata skond it-tip ta' materja prima mill-operatur jew mill-fornitur tiegħu b'inċertezza massima ta' ±1,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Karbonati

Il-fatturi ta' emissjoni għandhom ikunu kkalkulati u rrapportati f'unitajiet ta' massa ta' CO2 rilaxxat għal kull tunnellata metrika ta' kull materja prima karbonata. Għandhom jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif intwerew fit-tabella 1 t“aktar 'l isfel biex id-data tal-kompożizzjoni tkun ikkonvertita f'fatturi ta' emissjoni.

Saff 1

Il-purità tal-materjali rilevanti ta' input tiġi ddeterminata permezz ta' l-aħjar prattika fl-industrija. Il-valuri derivati għandhom ikunu aġġustati skond l-irtuba u l-kontenut gangue tal-materjali karbonati applikati.

Saff 2

Id-determinazzjoni ta' l-ammont ta' karbonati rilevanti f'kull materjal rilevanti ta' input titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni stojkjometriċi

Karbonat

Fattur ta' emissjoni

[t CO2/t Karbonat]

Rimarki

CaCO3

0,440

 

MgCO3

0,522

 

Na2CO3

0,415

 

BaCO3

0,223

 

Li2CO3

0,596

 

K2CO3

0,318

 

SrC03

0,298

 

NaHCO3

0,524

 

ġenerali:

XY(CO3)Z

Fattur ta' emissjoni =

[MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2-]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f”[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekolari tas-CO3 2- = 60 [g/mol]

Y

= numru stojkjometriku ta'X

= 1 (għall-alkali earth metals)

= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku tas-CO3 2-= 1

2.2.   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.

ANNESS X

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għal Installazzjonijiet għall-Manifattura tal-Prodotti taċ-Ceramika kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

L-ebda kwistjoni speċifika dwar limiti.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

F'installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika, l-emissjonijiet tas-CO2 jirriżultaw mis-sorsi ta' emissjoni u mill-flussi mis-sors li ġejjin:

fjuwils fossili tal-kalkara konvenzjonali

fjuwils alternattivi tal-kalkara bbażati fuq il-fossili

fjuwils tal-bijomassa tal-kalkara

kalċinazzjoni tal-ġebla tal-franka/tad-dolomit u karbonati oħra fil-materja prima

ġebla tal-franka u karbonati oħra biex jitnaqqsu l-pollutanti ta' l-arja u tindif ieħor tal-flue gases

addittivi fossili/tal-bijomassa użati biex jikkaġunaw il-porożità, eż. polystyrol, residwi mill-produzzjoni tal-karta jew taċ-ċana

materjal organiku fossili fit-tafal u materja prima oħrajn

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

Il-proċessi ta' kombustjoni li jsiru f'installazzjonijiet għall-manifattura tal-prodotti taċ-ċeramika għandhom ikunu mmonitorjati u rrapportati skond l-Anness II.

2.1.2   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

Is-CO2 jiġi rilaxxat matul il-kalċinazzjoni tal-materja prima fil-kalkara u l-ossidazzjoni tal-materjal organiku tat-tafal u ta' l-addittivi, u min-newtralizzazzjoni ta' l-HF, tal-HCl u tas-SO2 fil-flue gases bil-ġebla tal-franka u b'karbonati oħrajn u minn proċessi tat-tindif tal-flue gases oħrajn. L-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati u ta' l-ossidazzjoni tal-materjal organiku fil-kalkara u mit-tindif tal-flue gas għandhom ilkoll ikunu inklużi fl-emissjonijiet ta' l-installazzjoni. Għandhom ikunu miżjuda mat-total ta' l-emissjonijiet iżda jekk ikun possibbli għandhom ikunu rrapportati separatament. Il-kalkulazzjoni għandha tkun kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2totali [t] = Emissjonijiet tas-CO2materjal ta' input [t] + Emissjonijiet tas-CO2tindif tal-flue gas [t]

2.1.2.1   CO2 MILL-MATERJAL TA' INPUT

Is-CO2 mill-karbonati u mill-karbonju li jinsab f'materjali ta' input oħrajn għandu jkun ikkalkulat billi jintuża jew metodu ta' kalkulazzjoni bbażat fuq l-ammont ta' karbonju inorganiku u organiku fil-materja prima (eż. karbonati differenti, il-kontenut organiku tat-tafal u ta' l-addittivi) li ġie kkonvertit fil-proċess (metodu ta' kalkulazzjoni A), jew metodoloġija bbażata fuq l-alkali earth oxides fiċ-ċeramika prodotta (metodu ta' kalkulazzjoni B). Iż-żewġ metodu jitqiesu li huma ekwivalenti għaċ-ċeramika bbażata fuq tafal purifikat jew sintetiku. Il-metodu ta' kalkulazzjoni A għandu jkun applikat għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fua tafal li mhuwiex ipproċessat u kulmeta jintuża tafal jew jintużaw addittivi b'kontenut organiku sinifikanti.

Metodu ta' Kalkulazzjoni A – Inputs ta' Karbonju

Il-kalkulazzjoni hija bbażata fuq l-input ta' karbonju (organiku u inorganiku) f'kull waħda mill-materja prima rilevanti eż. tipi differenti ta' tafal, taħlitiet ta' tafal jew addittivi. Il-kwarz/is-silika, il-feldspar, kaolina u t-talk minerali komunement ma jikkostitwixxux sorsi sinifikanti ta' karbonju.

Id-data dwar l-attività, il-fattur ta' emissjoni u l-fattur ta' konverżjoni għandhom jirreferu għal stat komuni tal-materjal, preferibbilment l-istat niexef.

Għandha tintuża l-formula tal-kalkulazzjoni li ġejja:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ {data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fattur ta' konverżjoni }

bi:

a)   Data dwar l-attività

Dawn ir-rekwiżiti japplikaw separatament għal kull waħda mill-materja prima rilevanti li għandha l-karbonju (ħlief għall-fjuwils) eż. tafal jew addittivi, biex ikun evitat l-għadd doppju jew l-omissjonijiet minn materjali rritornati jew maqbuża.

Saff 1

L-ammont ta' kull materja prima jew addittiv rilevanti [t] ikkonsmata matul il-perjodu ta' rapportaġġ (ħlief it-telf), jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

L-ammont ta' kull materja prima jew addittiv rilevanti [t] ikkonsmata matul il-perjodu ta' rapportaġġ (ħlief it-telf), jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 %.

Saff 3

L-ammont ta' kull materja prima jew addittiv rilevanti [t] ikkonsmata matul il-perjodu ta' rapportaġġ (ħlief it-telf), jiġi ddeterminat b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Fattur ta' emissjoni aggregat wieħed li jinkludi karbonju organiku u inorganiku (“karbonju totali (TC)”) jista' jkun applikat għall kull fluss mis-sors (jiġifieri taħlita ta' materja prima jew addittiv rilevanti). Inkella, jista' jkun applikat żewġ fatturi ta' emissjoni differenti għall-“karbonju inorganiku totali (TIC)” u għall-“karbonju organiku totali (TOC)” għal kull fluss mis-sors. Fejn ikun applikabbli, għandhom ikunu applikati l-proporzjonijiet stojkjometriċi biex tkun ikkonvertita d-data tal-kompożizzjoni għall-karbonati individwali kif intwera fit-tabella 1 t'aktar 'l isfel. Id-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa ta' l-addittivi li ma tikkwalifikax bħala bijomassa pura għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 13.4 ta' l-Anness I.

Tabella 1

Proporzjonijiet stojkjometriċi

Karbonati

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

 

CaCO3

0,440 [t CO2/t CaCO3]

 

MgCO3

0,522 [t CO2/t MgCO3

 

BaCO3

0,223 [t CO2/t BaCO3

 

Ġeneral:

XY(CO3)Z

Fattur ta' emissjoni = [MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MCO3 2-]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f’[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MCO3- = piż molekolari tas-CO3 2- = 60 [g/mol]

Y

= numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għall-alkali earth metals)

= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku tas-CO3 2- = 1

Saff 1

Għall-kalkulazzjoni tal-fattur ta' emissjoni, jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,2 tunnellati metriċi ta' CaCO3 (li jikkorrispondu għal 0,08794 tunnellata metrika ta' CO2) għal kull tunnellata metrika ta' tafal niexef minflok ir-riżultati ta' l-analiżijiet.

Saff 2

Fattur ta' emissjoni għal kull fluss mis-sors ikun derivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena billi tintuża l-aħjar prattika fl-industrija li tiriffletti kundizzjonijiet speċifiċi għal sit u t-taħlita tal-prodotti ta' l-installazzjoni.

Saff 3

Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-materja prima rilevanti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-karbonati u l-karbonju l-ieħor li jħallu l-kalkara fil-prodotti jkunu żero, fejn wieħed jassumi li kalċinazzjoni u ossidazzjoni sħiħa tkun riflessa b'fattur ta' konverżjoni ta' 1.

Saff 2

Il-karbonati u l-karbonju li jħallu l-kalkara jinqabdu permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1 b'valur ta' 1 li jikkorrispondi għal konverżjoni sħiħa ta' karbonati jew ta' karbonju ieħor. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

Metodu ta' Kalkulazzjoni B – Alkali Earth Oxides

Is-CO2 tal-kalċinazzjoni jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammonti taċ-ċeramika prodotti u s-CaO, l-MgO u l-kontenuti l-oħra ta' (earth) alkali oxide taċ-ċeramika (data dwar l-attivitàO PRODUZZJONI). Il-fattur ta' emissjoni jiġi kkoreġut għas-Ca, għall-Mg u għal kontenuti oħra ta' alkali earth/alkali li diġà ġew ikkalċinati li jiħlu fil-kalkara (data dwar l-attivitàO  INPUT ), pereżempju fjuwils u materja prima alternattivi b'kontenut rilevanti ta' CaO jew MgO. Għandha tintuża l-formula ta' kalkulazzjoni li ġejja:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = Σ{data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni * fattur ta' konverżjoni }

Bi:

a)   Data dwar l-attività

Id-data dwar l-attività tal-prodotti hija relatata mal-produzzjoni grossa inklużi l-prodotti rifjutati u l-iskart tal-ħġieġ miksur mill-kalkari u mill-kunsinna bil-baħar.

Saff 1

Il-massa tal-prodotti matul il-perjodu ta' rapportaġġ tkun derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 2

Il-massa tal-prodotti matul il-perjodu ta' rapportaġġ tkun derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±5,0 %.

Saff 3

Il-massa tal-prodotti matul il-perjodu ta' rapportaġġ tkun derivata b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Fattur ta' emissjoni aggregat wieħed għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-kontenut ta' l-ossidi metalliċi rilevanti eż. CaO, MgO u BaO fil-prodott billi jintużaw il-proporzjonijiet stojkjometriċi fit-Tabella 2.

Tabella 2

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

Oxide

Proporzjonijiet Stojkjometriċi

Rimarki

CaO

0,785 [tunnellata metrika ta' CO2 għal kull tunnellata metrika ta' ossidu]

 

MgO

1,095 [tunnellata metrika ta' CO2 għal kull tunnellata metrika ta' ossidu]

 

BaO

0,287 [tunnellata metrika ta' CO2 għal kull tunnellata metrika ta' ossidu]

 

ġeneral:

XY(O)Z

Fattur ta' emissjoni = [MCO2]/{Y * [Mx] + Z * [MO]}

X = alkali earth jew metall alkaliniku

Mx = piż molekolari ta' X f’[g/mol]

MCO2 = piż molekolari tas-CO2 = 44 [g/mol]

MO = piż molekolari ta' O = 16 [g/mol]

Y

= numru stojkjometriku ta' X

= 1 (għall-alkali earth metals)

= 2 (għall-metalli alkaliniċi)

Z = numru stojkjometriku ta' O = 1

Saff 1

Għall-kalkulazzjoni tal-fattur ta' emissjoni jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,123 tunnellata metrika ta' CaO (jikkorrispondi għal 0,09642 tunnellata metrika ta' CO2) għal kull tunnellata metrika ta' prodott minflok ir-riżultati ta' l-analiżijiet.

Saff 2

Fattur ta' emissjoni ikun derivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena billi tintuża l-aħjar prattika fl-industrija li tirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi għal sit u t-taħlita tal-prodotti ta' l-installazzjoni.

Saff 3

Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

ċ)   Fattur ta' Konverżjoni

Saff 1

Wieħed jassumi b'mod konservattiv li l-ossidi rilevanti fil-materja prima jkunu żero, jiġifieri wieħed jassumi li s-Ca, l-Mg, il-Ba u l-alkali oxides rilevanti l-oħra kollha fil-prodott oriġinaw minn materja prima karbonata, li jkun rifless b'fatturi ta' konverżjoni ta' valur ta' 1.

Saff 2

L-ossidi rilevanti fil-materja prima jiġu riflessi permezz ta' fatturi ta' konverżjoni b'valur ta' bejn 0 u 1, fejn valur ta' 0 jikkorrispondi għall-kontenut sħiħ ta' l-ossidu rilevanti li diġà qiegħed fil-materja prima. Id-determinazzjoni addizzjonali tal-parametri kimiċi rilevanti tal-materja prima titwettaq skond it-taqsima 13 ta' l-Anness I.

2.1.2.2   CO2 MILL-ĠEBLA TAL-FRANKA GĦAT-TNAQQIS TAL-POLLUTANTI TA' L-ARJA U TINDIF IEĦOR TAL-FLUE GASES

Is-CO2 mill-ġebla tal-franka għat-tnaqqis tal-pollutanti ta' l-arja u għal tindif ieħor tal-flue gases għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' input ta' CaCO3. Għandu jkun evitat l-għadd doppju mill-ġebla tal-franka użat li jiġi riċiklat bħala materja prima fl-istess installazzjoni.

Għandha tintuża l-formula tal-kalkulazzjoni li ġejja:

Emissjoni tas-CO2 [t CO2] = data dwar l-attività * fattur ta' emissjoni bi

a)   Data dwar l-attività

Saff 1

L-ammont [t] ta' CaCO3 niexef ikkonsmat matul il-perjodu ta' rapportaġġ li ġie ddeterminat bl-użin mill-operaturi jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ±7,5.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Saff 1

Proporzjonijiet stojkjometriċi ta' CaCO3 kif jintwerew fit-tabella 1.

2.2   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linji ta' gwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.

ANNESS XI

Il-Linji ta' Gwida Speċifiċi għal Attività għall-Installazzjonijiet li Jipproduċu l-Polpa tal-karti u l-Karta kif ġew Elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti, jekk l-installazzjoni tesporta CO2 derivat mill-fjuwils fossili, pereżempju lil installazzjoni tal-karbonat tal-kalċju .ppreċipitat (PCC) li tinsab fil-qrib, dawn l-esportazzjonijiet m'għandhomx ikunu inklużi fl-emissjonijiet ta' l-installazzjoni.

Jekk fl-installazzjoni jitwettaq l-iscrubbing tal-gassijiet ta' skart u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bħala parti mill-emissjonijiet mill-proċessi ta' l-installazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness II.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Il-proċessi tal-fabbrika tal-polpa tal-karti u tal-karta bil-potenzjal li jirrilaxxaw emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:

bojlers ta' l-enerġija, turbini tal-gass, u apparati ta' kombustjoni oħra li jipproduċu stim jew enerġija għall-fabbrika

bojlers ta' rkupru u apparati oħra li jaħarqu s-sustanzi tat-taħlit biex jagħmlu l-polpa tal-karti li ntużaw

inċineraturi

kalkari tal-ġir u kalċinaturi

scrubbing tal-gassijiet ta' skart

dryers li jaħdmu bil-fjuwil fossili (bħal dryers infraħomor)

It-trattament ta' l-ilma tad-dranaġġ u tal-miżbliet, inkluż it-trattament anejrobiku ta' l-ilma tad-dranaġġ jew l-operazzjonijiet tad-diġestjoni ta' effluwent imtajjen u l-miżbliet li ntużaw biex jintrema l-iskart tal-fabbriki, mhumiex elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, l-emissjonijiet tagħhom jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.1   KALKULAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

2.1.1   EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI

L-emissjonijiet mill-proċessi ta'kombustjoni li jsiru fl-installazzjonijiet tal-polpa tal-karti u tal-karta għandhom ikunu mmonitorjati skond l-Anness II.

2.1.2   EMISSJONIJIET MILL-PROĊESSI

L-emissjonijiet huma kkawżati mill-użu ta' karbonati bħala kimiċi ta' l-għamla fil-fabbriki tal-polpa tal-karti. Għalkemm it-telf tas-sodju u tal-kalċju mis-sistema ta' rkupru u miż-żona ta' kawstiċizzjoni ġeneralment jiġu kkumpensati billi jintużaw kimiċi li mhumiex karbonati, ġieli jintużaw ammonti żgħar ta' Karbonat tal-Kalċju (CaCO3) u ta' Karbonat tas-Sodju (Na2CO3), li jirriżultaw f'emissjonijiet tas-CO2. Il-karbonju li jinsab f'dawn il-kimiċi ġeneralment ikun ta' oriġini fossili, għalkemm f'ċerti każijiet (eż. Na2CO3 mixtri minn fabbriki semi-kimiċi bbażati fuq is-soda) jista' jkun derivat mill-bijomassa.

Wieħed jassumi li l-karbonju f'dawn il-kimiċi jiġi emess bħala CO2 mill-kalkara tal-ġir jew mill-forn ta' rkupru. Dawn l-emissjonijiet jiġu ddeterminati billi wieħed jassumi li l-karbonju kollu fis-CaCO3 u fin-Na2CO3 li jintużaw fiż-żoni ta' rkupru u ta' kawstiċizzjoni jiġi rilaxxat fl-atmosfera.

L-għamla tal-kalċju hija meħtieġa minħabba t-telf miż-żona ta' kawstiċizzjoni, li l-parti l-kbira minnu jkun fil-forma ta' karbonat tal-kalċju.

L-emissjonijiet tas-CO2 għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:

Emissjonijiet tas-CO2 = S {(Data dwar l-attività Karbonat * Fattur ta' emissjoni)}

Bi:

a)   Data dwar l-Attività

Id-data dwar l-attivitàKarbonat hija l-ammonti ta' CaCO3 u Na2CO3 ikkonsmati fil-proċess.

Saff 1

L-ammonti [t] ta' CaCO3 u Na2CO3 li ġew ikkonsmati fil-proċess kif ġie ddeterminat mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ±2,5 %.

Saff 2

L-ammonti [t] ta' CaCO3 u Na2CO3 li ġew ikkonsmati fil-proċess kif ġie ddeterminat mill-operatur jew mill-fornituri tiegħu b'inċertezza massima ta' inqas minn ±1,5 %.

b)   Fattur ta' Emissjoni

Saff 1

Il-proporzjonijiet stojkojmetriċi [tCO2/t CaCO3] u [tCO2/t Na2CO3] għall-karbonati li mhumiex tal-bijomassa kif ġie indikat fit-Tabella 1. Il-karbonati tal-bijomassa huma mgħobbija b'fattur ta' emissjoni ta' 0 [t CO2/t Karbonat].

Tabella 1

Fatturi ta' emissjoni stojkjometriċi

Tip u oriġini ta' Karbonat

Fattur ta' emissjoni

[t CO2/t Karbonat]

CaCO3 ta' l-għamla tal-fabbrika tal-polpa tal-karti

0,440

Na2CO3 ta' l-għamla tal-fabbrika tal-polpa tal-karti

0,415

Dawn il-valuri għandhom ikunu aġġustati skond l-irtuba u l-kontenut tal-gangue tal-materjali karbonati applikati.

2.2   KEJL TA' L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

Għandhom ikunu applikati l-linjigwida tal-kejl li jinsabu fl-Anness I.

ANNESS XII

Il-Linji ta' Gwida għad-Determinazzjoni ta' l-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra Permezz ta' Sistemi ta' Kejl ta' Emissjonijiet Kontinwi

1.   LIMITI U KOMPLETEZZA

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-anness jindirizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet li huma koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. F'installazzjoni, l-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jseħħu f'diversi sorsi ta' emissjoni.

2.   DETERMINAZZJONI TA' L-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA

Saff 1

Għal kull sors ta' emissjoni, matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali ta' inqas minn ± 10 %.

Saff 2

Għal kull sors ta' emissjoni, matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali ta' inqas minn ±7,5 %.

Saff 3

Għal kull sors ta' emissjoni, matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali ta' inqas minn ± 5 %.

Saff 4

Għal kull sors ta' l-emissjoni, matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandha tintlaħaq inċertezza totali ta' l-emissjonijiet ġenerali ta' inqas minn ±2,5 %.

Metodu ġenerali

L-emissjonijiet totali tal-gass serra (GHG) minn sors ta' emissjoni matul il-perjodu ta' rapportaġġ għandhom ikunu ddeterminati billi tintuża l-formula li tinsab aktar 'l isfel. Il-parametri ta' determinazzjoni tal-formula għandhom ikunu skond id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6 ta' l-Anness I. F'każ li f'installazzjoni waħda jeżistu diversi sorsi ta' emissjoni u ma jistgħux jitkejlu bħala wieħed, l-emissjonijiet minn dawn is-sorsi ta' emissjoni għandhom jitkejlu separatament u jiġu magħduda ma' l-emissjonijiet totali tal-gass speċifiku matul il-perjodu ta' rapportaġġ fl-installazzjoni kollha.

Formula

It-termini li jidhru fil-formula t'hawn fuq:

Operating_hours_p.a. = Sigħat_operattivi_ fis-sena

Bi:

Konċentrazzjoni ta' GHG

Il-konċentrazzjoni tal-GHG fil-flue gas tiġi ddeterminata b'kejl kontinwu f'punt rappreżentattiv.

Fluss tal-flue gas

Il-fluss niexef tal-flue gas jista' jkun iddeterminat billi jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin.

METODU A

Il-fluss tal-flue gas Qe jiġi kalkulat permezz ta' metodu tal-bilanċ tal-massa, li jqis il-parametri kollha sinifikanti bħall-piżijiet tal-materjali ta' input, il-fluss ta' l-arja ta' input, l-effiċjenza tal-proċess, eċċ. u fuq in-naħa tal-produzzjoni, il-produzzjoni tal-prodott, il-konċentrazzjoni ta' l-O2, il-konċentrazzjonijiet tas-SO2 u tan-NOx, eċċ.

Il-metodu ta' kalkulazzjoni speċifiu għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u mill-metodoloġija ta' monitoraġġ inkluż fih.

METODU B

Il-fluss tal-flue gas Qe jiġi ddeterminat b'kejl kontinwu tal-fluss f'punt rappreżentattiv.