ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
30 ta' Awwissu 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 997/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2007 tat-28 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni ta' l-ICES I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 999/2007 tat-28 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° Punent, u l-Mediterran, min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Italja

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1000/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, rigward l-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi ( 1 )

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1001/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 2090/2002 f’dak li jirrigwarda kontrolli fil-qafas tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu

15

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/53/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness tiegħu għall-progress tekniku ( 1 )

19

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/54/KE tad-29 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-għan li taddatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku ( 1 )

21

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/593/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Awwissu 2007 dwar l-allokazzjoni ta' jiem addizzjonali fuq il-baħar lill-Irlanda u lir-Renju Unit għal proġett pilota ta’ dejta mtejba skond l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3983)

28

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Regolament Finanzjarju Applikabbli għall-Eurojust

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 997/2007

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Awwissu 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

15,7

TR

85,9

XS

28,3

ZZ

43,3

0707 00 05

TR

134,7

ZZ

134,7

0709 90 70

TR

83,4

ZZ

83,4

0805 50 10

AR

55,6

UY

40,4

ZA

59,1

ZZ

51,7

0806 10 10

EG

157,6

TR

94,6

ZZ

126,1

0808 10 80

AR

52,9

AU

166,3

BR

77,5

CL

82,7

CN

72,8

NZ

91,3

US

99,5

ZA

87,0

ZZ

91,3

0808 20 50

AR

46,9

TR

129,5

ZA

83,7

ZZ

86,7

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

144,4

US

222,5

ZZ

183,5

0809 40 05

BA

41,3

IL

89,0

MK

44,8

TR

78,6

ZZ

63,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 998/2007

tat-28 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni ta' l-ICES I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrixxew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppublikat fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

27

Stat Membru

Franza

Stokk

COD/1N2AB.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Ilmijiet Norveġiżi taż-żoni ICES I u II

Data

24 ta’ Lulju 2007


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 999/2007

tat-28 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° Punent, u l-Mediterran, min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Italja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Waqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Waqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrixxew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-ppublikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

22

Stat Membru

L-Italja

Stokk

BFT/AE045W

Speċi

Tonn (Thunnus thynnus)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fil-lvant tal-lonġitudni 45° Punent, u l-Mediterran

Data

24 ta’ Lulju 2007


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1000/2007

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, rigward l-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 (2) jistabbilixxi, bl-għan li jintlaħqu konklużjonijiet statistiċi għal skopijiet xjentifiċi, il-kundizzjonijiet li bihom jista’ jingħata l-aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità. Dan jelenka l-kategoriji ta’ korpi li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jingħataw aċċess tali, filwaqt li jagħmel distinzjoni bejn korpi li huma direttament ammissibbli u korpi li saru ammissibbli wara li rċevew l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika. Jelenka wkoll l-istħarriġ u għejun ta’ data differenti li għalihom huwa japplika.

(2)

Ir-riċerka xjentifika sikwit titwettaq minn unitajiet jew dipartimenti f’istituti nazzjonali ta’ l-istatistika u fil-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri u fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Dawn il-korpi jipprovdu l-garanziji xierqa rigward it-trattament kunfidenzjali u l-ħarsien tad-data u l-għan strettament xjentifiku ta’ l-aċċess. Għalhekk għandhom jitqiesu wkoll bħala korpi li huma direttament ammissibbli.

(3)

Hemm talba dejjem tikber minn riċerkaturi u mill-komunità xjentifika b’mod ġenerali biex ikun hemm aċċess ukoll għal skopijiet xjentifiċi għal data kunfidenzjali mill-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni ta’ l-Adulti (SEA). Is-SEA jkopri t-tagħrif dwar it-tendenzi kumplessi ta’ parteċipazzjoni mill-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-aċċess għal tagħrif dwar opportunitajiet ta’ tagħlim u l-profil ta’ parteċipanti u dawk mhux parteċipanti (eż. sfond soċjo-ekonomiku, raġuni għat-tagħlim, ostakli, attitudnijiet, awtovalutazzjoni tal-ħiliet fil-lingwi u fit-TIK). Għalhekk dan l-istħarriġ għandu jiżdied mal-lista fir-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 831/2002 saru wkoll applikabbli għall-aċċess għal skopijiet xjentifiċi għal data kunfidenzjali mill-Istatistika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Għajxien (UE-SILC), mir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 rigward l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien (UE-SILC) (3). Madankollu l-UE-SILC ma jissemmiex fir-Regolament (KE) Nru 831/2002. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-UE-SILC għandu għalhekk jiżdied mal-lista fir-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 831/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 831/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-aċċess għal data kunfidenzjali jista’ jingħata mill-awtorità Komunitarja lil riċerkaturi ta’ korpi li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin:

(a)

universitajiet u organizzazzjonijiet oħra ta’ edukazzjoni ogħla stabbiliti skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi ta’ Stat Membru;

(b)

organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet għal riċerka xjentifika stabbiliti skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi ta’ Stat Membru;

(ċ)

istituti nazzjonali ta’ l-istatistika ta’ l-Istati Membri;

(d)

il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri;

(e)

aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra, wara li jkunu rċevew l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 322/97.”

2.

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità Komunitarja tista’ tagħti aċċess fil-post tagħha għal data kunfidenzjali miksuba mill-istħarriġ jew mill-għejun ta’ data ta’ statistika li ġejjin:

Bord dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea,

Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol,

Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu,

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ,

Statistika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Għajxien,

Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni ta’ l-Adulti.

Madankollu, fuq it-talba ta’ l-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-data, l-aċċess għad-data minn din l-awtorità nazzjonali m’għandux jingħata għal proġett speċifiku ta’ riċerka.”

3.

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.   L-awtorità Komunitarja tista’ toħroġ settijiet ta’ mikrodata anonimizzata miksuba mill-istħarriġ jew mill-għejun ta’ data ta’ statistika li ġejjin:

Bord dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea,

Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol,

Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu,

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ,

Statistika ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Għajxien,

Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni ta’ l-Adulti.

Madankollu, fuq it-talba ta’ l-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-data, l-aċċess għad-data minn din l-awtorità nazzjonali m’għandux jingħata għal proġett speċifiku ta’ riċerka.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1104/2006 (ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 163, 3.7.2003, p. 1.


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1001/2007

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 2090/2002 f’dak li jirrigwarda kontrolli fil-qafas tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrespondenti tar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli,

Waqt li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta’ Frar 1990 dwar is-sorveljanza mwettqa fil-waqt ta’ l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċevu rifużjonijiet jew ammonti oħra (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (3) jirrikjedi b’mod partikolari li jiġu ppreżentati ċerti dokumenti ta’ prova biex juru li prodotti li għalihom intalbu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-fatt ġew impurtati fi stat oriġinali tagħhom f’pajjiż terz speċifiku, meta tapplika rifużjoni ddiferenzjata għal dak il-pajjiż terz. Il-proċeduri dwar prova bħal din għandhom jiġu ssimplifikati filwaqt li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-użu ta’ proċeduri simplifikati u jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ abbuż.

(2)

Fil-prattika, il-pajjiżi terzi li għalihom r-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għal prodott speċifiku huma ddiferenzjati valuri ta’ inqas mill-medja inkella żero ġeneralment jinsabu qrib il-Komunità filwaqt li hemm tendenza li l-livelli tar-rifużjonijiet jiġu ffissati f’livell ogħla, u identiku għal dawk il-pajjiżi li huma iktar imbiegħda mill-Komunità. F’ħafna każi, l-esportaturi jkollhom il-problemi biex jiksbu provi ta’ importazzjoni f’dawn il-pajjiżi aktar imbiegħda.

(3)

Dawn il-pajjiżi, li għalihom il-livelli ogħla u identiċi tar-rifużjonijiet ġew iffissati, jistgħu jitqiesu bħala “żona mbiegħda ta’ rifużjoni” għall-prodott ikkonċernat. Madankollu, pajjiżi mbiegħda li għalihom il-parti ddiferenzjata tar-rifużjoni hija inqas mill-medja jew hija żero għandhom jitħallew barra minn din iż-żona. Barra minn hekk, dawk il-pajjiżi fejn jeżisti riskju veru ta’ tagħwiġ fil-kummerċ, jew dawk il-pajjiżi kollha għas-setturi fejn jeżisti riskju veru ta’ tagħwiġ fil-kummerċ għandhom jiġu esklużi minn din iż-żona.

(4)

Fejn issir dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għal pajjiż f’żona ta’ rifużjoni mbiegħda u l-esportazzjoni ssir permezz ta’ trasport bil-baħar f’kontejner, it-taħlita ta’ ħafna fatturi (il-ġestjoni kummerċjali tal-kontejners, id-dokumenti ta’ trasport u l-modalità ta’ trasport relattivament inflessibbli) toffri livell raġjonevoli ta’ garanzija li l-prodotti jkunu ġew importati ġewwa pajjiż terz speċifiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-prova li l-prodotti ġew trasportati lejn u nħattu f’pajjiż f’żona ta’ rifużjoni mbiegħda tista’ tingħata b’kombinazzjoni ta’ dokument tat-trasport lill-port fil-pajjiż ta’ destinazzjoni jew il-port li qed iservi l-art ta’ ġewwa tad-destinazzjoni, u dikjarazzjoni tal-ħatt.

(5)

Jekk is-sistema kkompjuterizzata tat-tracking u ta’ l-intraċċar kummerċjali tal-kontejner tat-trasportatur tilħaq in-normi operattivi tas-sikurezza kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipola regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji li jħallsu u entitajiet oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ FAEG u l-FAEŻR (4), u jipprovdi informazzjoni ekwivalenti għal dik fid-dokumenti tat-trasport, bħala prova ta’ trasport għall-pajjiż tad-destinazzjoni.

(6)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jipprovdi għal derogi limitati għal EUR 2 400 u 12 000 fuq partijiet iddiferenzjati tar-rifużjoni għal destinazzjonijiet kontigwi jew imbiegħda. Jitqies utli li wieħed jipprovdi għal deroga ġdida għat-trasport bil-baħar f’kontejners għaż-żoni ta’ rifużjoni mbiegħda billi jinħtieġ dokument tat-trasport u waħda mid-dikjarazzjonijiet ta’ ħatt imsemmija fil-punti (a), (b) jew (ċ) ta’ l-Artikolu 16(2). Deroga bħal din tista tingħata biss jekk l-informazzjoni tingħata waqt il-ħatt fil-port taż-żona ta’ rifużjoni mbiegħda. Sabiex tiġi żgurata l-affidabilità tal-prova ġġenerata skond derogi bħal dawn, dawn għandhom jingħataw taħt awtorizzazzjonijiet revokabbli.

(7)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ sostituzzjoni, il-mezzi kollha tat-trasport jew il-pakketti għandhom jiġu ssiġillati ħlief f’każi eċċezzjonali fejn il-prodotti jistgħu jiġu identifikati b’xi mezzi oħra skond l-Artikolu 340a u l-Artikolu 357 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5). Dan ir-rekwiżit ġie stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 f’dak li jirrigwarda rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għal rifużjonijiet (6). Minħabba li dak ir-rekwiżit huwa parti mill-formalitajiet li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u ta’ karattru ġenerali, għandu jitħassar mir-Regolament (KE) Nru 2090/2002 u għandha tiġi inkluża dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 800/1999.

(8)

Fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ jeħtieġ informazzjoni fil-kopja ta’ kontroll T5 biex jara jekk il-prodotti ppreżentati lilu jikkwalifikawx għal kontroll ta’ sostituzzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2090/2002. Billi l-kopji ta’ kontroll jistgħu jintużaw għal prodotti li ma jikkwalifikawx għall-kontrolli ta’ sostituzzjoni, il-kaxxa 107 tal-kopja ta’ kontroll T5 għandu jkollha informazzjoni fil-każ ta’ prodotti esportati bi dritt għal rifużjonijiet.

(9)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 2090/2002 għalhekk għandhom jiġu emendati skond dan.

(10)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament marbuta mal-prova tal-wasla fid-destinazzjoni għandhom japplikaw fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ta’ rifużjoni mressqa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Billi dan ir-Regolament huwa maħsub biex jissimplifika l-amministrazzjoni ta’ l-iskema kemm għall-operaturi kif ukoll għall-Istati Membri, għandu jkun possibbli, fuq it-talba ta’ esportatur, li jiġi applikat fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ta’ rifużjoni mressqa qabel dik id-data, sakemm ma jkunx skada l-limitu ta’ żmien għat-tressiq tal-provi.

(11)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni relevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(1), għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(p)

‘żona mbiegħda ta’ rifużjoni’ tfisser li d-destinazzjonijiet li għalihom l-istess parti differenzjata u mhux żero li tapplika għal prodott partikolari, minbarra d-destinazzjonijiet esklużi għal dak il-prodott kif stabbilit fl-Anness XI;

(q)

‘pajjiż intern’ tfisser pajjiż terz li m’għandux il-port tiegħu stess imma li huwa moqdi minn port ta’ pajjiżi terz ieħor.”

(2)

Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   L-oġġetti li jintalbu r-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għalihom għandhom jiġu ssiġillati minn, jew jkunu taħt il-kontroll ta’, l-uffiċju doganali ta’ esportazzjoni. L-Artikolu 340a u l-paragrafu 2, 3 u 4 ta’ l-Artikolu 357 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu japplika mutatis mutandis.”

(3)

Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fil-każ li jkun hemm applikazzjoni għar-rifużjonijiet, il-kaxxa 107 għandha turi waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness XII.”

(4)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Fi żmien 12-il xahar mid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, il-prodotti għandhom:

(a)

jiġu importati fl-istat oriġinali tagħhom f’pajjiż terz jew wieħed mill-pajjiżi terzi li għalihom tapplika r-rifużjoni, jew

(b)

jinħattu fl-istat oriġinali tagħhom f’żona ta’ rifużjoni mbiegħda li għaliha tapplika r-rifużjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1)(b) u (2).

Madankollu, estensjoni għal-limitu ta’ żmien tista’ tingħata skond l-Artikolu 49.”

(5)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Prova li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni jkunu tlestew għandha, skond ma jagħżel l-esportatur, tkun provduta b’wieħed minn dawn id-dokumenti segwenti:

(a)

id-dokument doganali, kopja jew fotokopja tiegħu, jew kopja stampata ta’ informazzjoni ekwivalenti rreġistrata eletronikament minn awtorità doganali kompetenti; kopja bħal din, fotokopja jew kopja stampata għandha tiġi ċċertifikata bħla kopja vera jew kopja stampata minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-entità li approvat id-dokument oriġinali jew irreġistrat elettronikament l-informazzjoni ekwivalenti;

(ii)

l-aġenzija uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(iii)

l-aġenzija uffiċjali ta’ Stat Membru fil-pajjiż terz ikkonċernat;

(iv)

l-aġenzija responsabbli għal ħlas tar-rifużjoni;

(b)

ċertifikat tal-ħatt jew importazzjoni mfassal minn aġenzija approvata internazzjonali ta’ kontroll u superviżjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“SA”) skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness VI, il-Kapitolu III, li juża l-mudell stabbilit fl-Anness VII; id-data u n-numru tad-dokument doganali għandhom jidhru fuq iċ-ċertifikat ikkonċernat.

Jekk l-esportatur jitlob dan, aġenzija tal-ħlas tista’ tneħħi r-rekwiżit għaċ-ċertifikazzjoni msemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu biex tkun tista’ tivverifika li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni jkunu tkomplew permezz ta’ l-aċċess għal informazzjoni rreġistrata elettronikament ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew f’isimhom.”

(b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Esportaturi għandhom fil-każijiet kollha jipproduċu kopja jew fotokopja tad-dokumenti tat-trasport, li għandha tirrelata mat-trasport tal-prodotti li għalihom tkun saret id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni.

Fuq it-talba ta’ l-esportatur, fil-każ ta’ trasport bil-baħar f’kontejner, Stat Membru jista’ jaċċetta tagħrif bħal dak fid-dokumenti ta’ trasport jekk jiġi ġġenerat b’sistema ta’ informazzjoni ġestita minn parti terza responsabbli għat-trasport tal-kontejners għall-post tad-destinazzjoni sakemm il-parti terza tispeċjalizza f’operazzjonijiet bħal dawn u s-sikurezza tas-sistema ta’ informazzjoni tiġi approvata minn Stat Membru bħal li jilħaq il-kriterji stabbiliti fil-verżjoni applikabbli għall-perjodu kkonċernat ta’ wieħed mill-istandards aċċettati internazzjonalment stabbiliti fil-punt 3(B) ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 885/2006 (*).

(*)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.”"

(6)

L-Artikolu 17 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 17

1.   L-Istati membri jistgħu jeżentaw l-esportaturi milli jagħtu l-prova rikjesta skond l-Artikolu 16 ħlief id-dokument tat-trasport jew l-ekwivalenti elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 16(3), fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni li tagħti lok għal rifużjoni fejn:

(a)

il-parti ddifferenzjata tar-rifużjoni mhijiex iktar minn:

(i)

EUR 2 400 meta l-pajjiż terz jew it-territorju ta’ destinazzjoni jkun elenkat fl-Anness IV;

(ii)

EUR 12 000 meta l-pajjiż terz jew it-territorju ta’ destinazzjoni jkun elenkat fl-Anness IV; jew

(b)

il-port ta’ destinazzjoni jinsab fiż-żona mbiegħda ta’ rifużjoni għall-prodott ikkonċernat.

2.   L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) għandha tapplika biss meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-prodotti huma ttrasportati f’kontejners u t-trasport tal-kontejners għall-port tal-ħatt isir bil-baħar;

(b)

id-dokument tat-trasport isemmi bħala destinazzjoni, il-pajjiż imsemmija fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew port li normalment tintuża għall-ħatt ta’ prodotti ddestinati għal pajjiż intern li huwa l-pajjiż ta’ destinazzjoni msemmi fid-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni;

(ċ)

il-prova tal-ħatt hija pprovduta skond il-punt (a), (b) jew (ċ) ta’ l-Artikolu 16(2).

Fuq it-talba ta’ l-esportatur, fil-każ ta’ trasport bil-baħar f’kontejner, Stat Membru jista’ jaċċetta li l-prova tal-ħatt imsemmija fil-punt (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu minflok tiġi pprovduta permezz ta’ tagħrif ekwivalenti għal dak li jinsab fid-dokumenti tal-ħatt jekk dan jkun iġġenerat b’sistema ta’ informazzjoni ġestita minn parti terza responsabbli għat-trasport jew għall-ħatt tal-kontejners fil-post tad-destinazzjoni sakemm il-parti terza tispeċjalizza f’operazzjonijiet bħal dawn u s-sikurezza tas-sistema ta’ informazzjoni tiġi approvata minn Stat Membru bħala waħda li tilħaq il-kriterji stabbiliti fil-verżjoni applikabbli għall-perjodu kkonċernat ta’ wieħed mill-istandards aċċettati internazzjonalment stabbiliti fil-punt 3(B) ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 885/2006.

Il-prova tal-ħatt tista’ tiġi pprovduta skond il-punt (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu jew skond it-tieni subparagrafu mingħajr ma jkun jeħtieġ għall-esportatur li jipprova li jkun ħa l-passi xierqa biex jikseb dokument imsemmi fil-punti (a) jew (b) ta’ l-Artikolu 16(1).

3.   L-eliġibilità għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tkun awtomatika minbarra fil-każ ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 4.

L-eliġibilità għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) għandha tingħata għal tliet snin, permezz ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub, qabel l-esportazzjoni, fuq applikazzjoni min-naħa ta’ l-esportatur. L-esportaturi li jużaw dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jirreferu għan-numru ta’ l-awtorizzazzjoni fl-applikazzjoni għall-pagament.

4.   Jekk l-Istat Membru jqis li l-prodotti li għalihom l-esportatur jitlob eżenzjoni skond dan l-Artikolu jkunu ġew esportati lejn pajjiż li ma jissemmiex fid-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, jew, skond il-każ, lil pajjiż li jinsab barra ż-żona ta’ rifużjoni mbiegħda rilevanti li għaliha tkun ġiet iffissata r-rifużjoni, inkella l-esportatur ikun qasam artifiċjalment operazzjoni ta’ l-esportazzjoni bil-għan li jibbenefika minn eżenzjoni, l-Istat Membru għandu jirtira l-eliġibbiltà għal kwalunkwe eżenzjoni taħt dan l-Artikolu immedjatament għall-esportatur ikkonċernat.

L-esportatur ikkonċernat m’għandux ikun eleġibbli għal eżenzjonijiet ulterjuri taħt dan l-Artikolu għal sentejn mid-data ta’ l-irtirar.

Fil-każ ta’ rtirar ta’ l-eliġibbiltà, l-intitolament għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti kkonċernati ma’ għandhiex tibqa’ teżisti u r-rifużjoni għandha tiġi rrimborżata sakemm l-esportatur ma jkunx jista’ jagħti l-prova meħtieġa mill-Artikolu 16 għall-prodotti kkonċernati.

Barra minn hekk, l-intitolament għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma għandhiex tibqa’ teżisti għall-prodotti koperti minn dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni li ssir wara d-data ta’ l-att li wassal għall-irtirar ta’ eliġibbiltà u r-rifużjonijiet għandhom jiġu rrimborżati, sakemm l-esportatur ma jkunx jista’ jagħti l-prova meħtieġa mill-Artikolu 16 għall-prodotti kkonċernati.”

(7)

It-Titolu ta’ l-Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS IV

Lista ta’ pajjiżi terzi u territorji msemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(i) u (ii)”

(8)

It-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Annessi XI u XII.

Artikolu 2

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2090/2002 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Fuq it-talba ta’ esportatur, il-punti 1, 4, 5 u 6 ta’ l-Artikolu 1 jistgħu japplikaw fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet ta’ rifużjoni mressqa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx skada l-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 2 jew, skond kif ikun il-każ, 4 mill-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 163/94 (ĠU L 24, 29.1.1994, p. 2).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(4)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 274/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(6)  ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1847/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 21).


ANNESS

ANNESS XI

Prodotti u destinazzjonijiet esklużi miż-żona ta’ rifużjoni mbiegħda

IS-SETTUR TAL-PRODOTT – DESTINAZZJONIJIET ESKLUŻI

Zokkor (*)

Zokkor jew prodotti taz-zokkor tal-kodiċi NM 1701 11 90, 1701 12 90, 1701 91 00, 1701 99 10, 1701 99 90, 1702 40 10, 1702 60 10, 1702 60 95, 1702 90 30, 1702 90 60, 1702 90 71, 1702 90 99, 2106 90 30, 2106 90 59 – il-Marokk, l-Alġerija, it-Turkija, is-Sirja, u l-Libanu

Iċ-Ċereali (*)

CN 1001 – Il-Federazzjoni Russa, il-Moldova, l-Ukrajna. Il-Kroazja, il-Bosnja-Ħerżegovina, l-Albanija, l-eksx Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija, is-Sirja, il-Libanu, l-Iżrael, l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija, l-Alġerija, il-Marokk, Ceuta, Melilla.

CN 1003 – Id-destinazzjonijiet kollha

CN 1004 – l-Iżlanda, Il-Federazzjoni Russa.

Ross (*)

CN 1006 – Id-destinazzjonijiet kollha

Ħalib u prodotti tal-Ħalib (*)

Il-prodotti kollha – il-Marokk, l-Alġerija

Ħalib u prodotti tal-ħalib tal-kodiċi NM 0401 30; 0402 21; 0402 29; 0402 91; 0402 99; 0403 90; 0404 90; 0405 10; 0405 20; 0405 90; – il-Kanada, il-Messiku, it-Turkija, is-Sirja, il-Libanu

0406 – is-Sirja, il-Libanu, il-Messiku

Ċanga u vitella

Il-prodotti kollha – Id-destinazzjonijiet kollha

Inbid

Il-prodotti kollha – Żona 3 u żona 4 fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 883/2001, il-Marokk, l-Alġerija

Tjur

Il-laħam tat-tjur – Id-destinazzjonijiet kollha

One day-old chicks of CN code0105 11 – l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Messiku

Bajd (*)

Bajd fil-qoxra tal-kodiċi ERN 0407 00 30 9000il-Ġappun,ir-Russja, iċ-Ċina, it-Tajwan

Il-bajd tat-tifqis tal-kodiċi ERN 0407 00 11 9000; 0407 00 19 9000 – l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Messiku

ANNESS XII

Entrati msemmija fl-Artikolu 8:

:

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 800/1999

:

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 800/1999

:

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 800/1999

:

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 800/1999

:

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 800/1999

:

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 800/1999

:

bil-Grieg

:

Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 800/1999

:

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 800/1999

:

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 800/1999

:

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 800/1999

:

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 800/1999

:

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 800/1999

:

bl-Ungeriż

:

800/1999/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Regolament (KE) Nru 800/1999

:

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 800/1999

:

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 800/1999

:

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 800/1999

:

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 800/1999

:

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 800/1999

:

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 800/1999

:

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 800/1999

:

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 800/1999


(*)  Għajr fil-forma ta’ oġġetti li mhux ta’ l-Anness I, li fihom inqas minn 90 % tal-piż tal-prodott ikkonċernat.


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1002/2007

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ross li joriġina u ġej mill-Eġittu (1), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 196/97 tal-31 ta’ Jannar 1997 jistabbilixxi r-regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 rigward l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ ross li joriġina u ġej mill-Eġittu (3). Wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, ġew adottati jew emendati għadd ta’ regolamenti orizzontali jew settorjali, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (5), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (traduzzjoni mhux uffiċjali) (6), u dawn jeħtieġ li jitqiesu fir-rigward tal-kwota miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 196/97.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 b’mod partikolari jistabbilixxi r-regoli dettaljati rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, rigward l-applikanti, kif ukoll rigward il-ħruġ tal-liċenzji. Dan ir-Regolament japplika bla ħsara għall-kundizzjonijiet supplimentari jew għad-derogazzjonijiet stabbiliti bir-Regolamenti settorjali. Għaldaqstant, għal finijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li jiġi adattat il-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji Komunitarji rigward l-importazzjoni tar-ross li joriġina fl-Eġittu, bl-adozzjoni ta’ Regolament ġdid u bit-tħassir tar-Regolament (KE) Nru 196/97.

(3)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2184/96 jipprovdi għall-ftuħ ta’ kwota tariffarja globali ta’ 32 000 tunnellata ta’ ross kull sena tas-suq, li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 u li joriġina fl-Eġittu. Id-dazju doganali applikabbli huwa dak ipprovdut bir-Regolament (KE) Nru 1785/2003, skond l-Artikolu 11(a-d), imnaqqas b’ammont ekwivalenti għal 25 % tal-valur tad-dazju msemmi. Fid-dawl ta’ l-applikazzjoni possibbli ta’ dazji doganali differenti, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tat-tnaqqis ta’ 25 %.

(4)

Bil-għan li jkun hemm amministrazzjoni tajba tal-kwota msemmija, jeħtieġ li l-operaturi jitħallew iressqu aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja għal kull perjodu tal-kwota, u b’hekk li jiġi dderogat mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Għall-istess raġuni, jeħtieġ li jiġu definiti regoli speċifiċi applikabbli għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-ħruġ tagħhom, il-perjodu tal-validità tagħhom u l-komunikazzjoni tat-tagħrif lill-Kummissjoni, kif ukoll il-miżuri amministrattivi li jkunu f’lokhom biex jiġi żgurat li l-volum definit tal-kwota ma jinqabiżx. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. Bl-istess mod, bil-għan li titjieb is-sorveljanza ta’ din il-kwota, kif ukoll li tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni tagħha, jeħtieġ li jiġi pprovdut li t-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jsir kull ġimgħa, u li l-ammont tal-garanzija jiġi stabbilit f’livell adegwat għar-riskji li jkun hemm.

(5)

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għad-dokument tat-trasport u għall-prova ta’ l-oriġini preferenzjali, fil-waqt tat-tqegħid tal-prodott fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, huma definiti permezz tal-Protokoll IV tad-Deċiżjoni 2004/635/KE tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim Ewromediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra (7). Jeħtieġ li jiġu pprovduti r-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-kwota kkonċernata.

(6)

Huwa f’loku li dawn il-miiżuri jibdew japplikaw mill-bidu tas-sena tas-suq li ġejja, jiġifieri l-1 ta’ Settembru 2007.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwota tariffarja annwali msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2184/96 għandha tinfetaħ fl-ewwel jum ta’ kull sena tas-suq għal kwantità ta’ 32 000 tunnellata ta’ ross li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 li joriġina fl-Eġittu u li ġej minn dak il-pajjiż.

Id-dazju doganali applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet huwa, skond ma jkun il-każ, dak definit f’konformità ma’ l-Artikolu 11, 11(a), 11(c) jew 11(d) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, imnaqqas b’25 %.

Il-kwota għandha n-numru tas-serje 09.4094.

2.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000, (KE) Nru 1342/2003 u (KE) Nru 1301/2006, għajr meta pprovdut xorta oħra b’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu għal kwanità ta’ mhux anqas minn 100 tunnellata u mhux aktar minn 1 000 tunnellata.

Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.

2.   B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant jista’ jressaq aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja għal kull perjodu tal-kwota. Madankollu, l-applikant ma jistax iressaq aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja kull ġimgħa għal kull kodiċi tan-NM bi tmien ċifri.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kull nhar ta’ Ġimgħa, mhux aktar tard mis-13:00 (ħin ta’ Brussell).

Artikolu 3

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom juru t-tagħrif li ġej:

(a)

il-kaxex 7 u 8, l-indikazzjoni “l-Eġittu” u l-kelma “iva” mmarkata b’salib

(b)

fil-kaxxa 24 waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness.

2.   B’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, l-ammont ta’ garanzija fir-rigward tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun 25 % tal-valur tad-dazju doganali kkalkolat skond l-Artikolu 11, 11(a), 11(ċ) jew 11(d) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, applikabbli fid-data ta’ l-applikazzjoni.

Madankollu, il-garanzija ma tistax tkun anqas minn, skond il-każ, dawk rispettivament ipprovduti bl-Artikolu 12(a) u l-Artikolu 12(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003.

3.   Meta l-kwantitajiet li għalihom isiru applikazzjonijiet matul ġimgħa jaqbżu l-kwantità tal-kwota disponibbli, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 1301/2006, sa mhux aktar tard mir-raba’ jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, għandha tistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kwantiajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet matul il-ġimgħa li tkun għaddiet, u tissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta’ l-importazzjoni sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

L-applikazzjonijiet imressqa fir-rigward tal-ġimgħa kurrenti jitqiesu li ma jkunux aċċettabbli.

L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-operaturi, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, jiritraw l-applikazzjonijiet li għalihom il-kwantità li l-liċenzja jkollha tinħareġ għaliha tkun anqas minn 20 tunnellata.

4.   Il-liċenzja ta’ importazzjoni għandha tinħareġ fit-tmien jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet.

B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tgħodd mill-jum tal-ħruġ effettiv tagħha fis-sens ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, sa tmiem ix-xahar ta’ wara.

Artikolu 4

It-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-kuntest tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument tat-trasport u prova ta’ l-oriġini preferenzjali, maħruġin fl-Eġittu u b’rabta mal-lott ikkonċernat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll IV tal-ftehim Ewromediterranju.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, elettronikament:

(a)

sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, qabel 18:00 ħin ta’ Brussell, it-tagħrif rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri b’turija tal-kwantitajiet totali li jkunu jirrigwardawhom dawn l-applikazzjonijiet.

(b)

sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, it-tagħrif rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri b’turija tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjnijiet għal-liċenzji jkunu ġew irtirati skond l-Artikolu 3(3), it-tielet inċiż.

(ċ)

sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet totali li fil-fatt ikunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa b’applikazzjoni ta’ din il-kwota matul it-tieni xahar preċedenti, ordnati skond il-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri. Jekk matul wieħed minn dawn ix-xhur ma jkun sar l-ebda tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, għandha tintbagħat komunikazzjoni “vojta”. Madankollu, din il-komunikazzjoni ma tibqax rikjesta fit-tielet xahar wara d-data ta’ limitu tal-validità tal-liċenzji.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KE) Nru 196/97 huwa mħassar.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĊU L 31, 1.2.1997, p. 53. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(7)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 38.


ANNESS

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b)

:

bil-Bulgaru

:

Ставка на мито, намалена с 25 % (Регламент (ЕО) № 1002/2007)

:

bl-Ispanjol

:

Derecho de aduana reducido en un 25 % [Reglamento (CE) no 1002/2007]

:

biċ-Ċek

:

Clo snížené o 25 % (nařízení (ES) č. 1002/2007)

:

bid-Daniż

:

Told nedsat med 25 % (forordning (EF) nr. 1002/2007)

:

bil-Ġermaniż

:

um 25 % ermäßigter Zollsatz (Verordnung (EG) Nr. 1002/2007)

:

bl-Estonjan

:

25 % võrra vähendatud tollimaks (Määrus (EÜ) nr 1002/2007)

:

bil-Grieg

:

Δασμός μειωμένος κατά 25 % [Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1002/2007]

:

bl-Ingliż

:

Duty reduced by 25 % (Regulation (EC) No 1002/2007)

:

bil-Franċiż

:

Droit réduit de 25 % [Règlement (CE) no 1002/2007]

:

bl-Irlandiż

:

Laghdú 25 % ar dhleacht (Rialachán (CE) Uimh. 1002/2007)

:

bit-Taljan

:

Dazio ridotto del 25 % [regolamento (CE) n. 1002/2007]

:

bil-Latvjan

:

Nodoklis, kas samazināts par 25 % (Regula (EK) Nr. 1002/2007)

:

bil-Litwan

:

25 % sumažintas muitas (Reglamentas (EB) Nr. 1002/2007)

:

bl-Ungeriż

:

25 %-kal csökkentett vámtétel (1002/2007/EK rendelet)

:

bil-Malti

:

Dazju mnaqqas b’25 % (Regolament (KE) Nru 1002/2007)

:

bl-Olandiż

:

Douanerecht verminderd met 25 % (Verordening (EG) nr. 1002/2007)

:

bil-Pollakk

:

Opłata obniżona o 25 % (rozporządzenie (WE) nr 1002/2007)

:

bil-Portugiż

:

Direito reduzido em 25 % [Regulamento (CE) n.o 1002/2007]

:

bir-Rumen

:

Drept redus cu 25 % [Regulamentul (CE) nr. 1002/2007]

:

bis-Slovakk

:

Clo znížené o 25 % [nariadenie (ES) č. 1002/2007]

:

bis-Sloven

:

Znižana dajatev za 25 % (Uredba (ES) št. 1002/2007)

:

bil-Finlandiż

:

Tulli, jota on alennettu 25 % (asetus (EY) N:o 1002/2007)

:

bl-Iżvediż

:

Tullsatsen nedsatt med 25 % (förordning (EG) nr 1002/2007).


DIRETTIVI

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/19


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/53/KE

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness tiegħu għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Il-komposti tal-fluworu bħalissa huma elenkati u soġġetti għal restrizzjonijiet u kondizzjonijiet stipolati fl-Anness III, parti I tad-Direttiva 76/768/KEE. Il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur (SCCP) huwa ta’ l-opinjoni li jekk l-uniku sors ta’ esponiment għall-fluworur huwa t-toothpaste li fih kontenut ta’ fluworur bejn 1 000-1 500 ppm, hemm riskju minimu li t-tfal ta’ taħt l-età ta’ sitt snin għandhom jiżviluppaw il-fluorisi, bil-kundizzjoni li tali toothpaste jintuża kif jixraq. Għalhekk, in-numri ta’ referenza 26 sa 43, u n-numri ta’ referenza 47 sa 56 ta’ l-Anness III, Parti 1 għandhom jiġu emendati kif jixraq.

(2)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE huwa emendat b’konformità ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-19 ta’ April 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. B’hekk huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta Jannar 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija ta’ liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11).


ANNESS

Fin-numri ta’ referenza 26 sa 43, u numri ta’ referenza 47 sa 56 tal-Parti 1 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, it-test li ġej hu miżjud wara kull inklużjoni fil-kolonna f:

“Għal toothpastes li fihom kontenut ta’ fluworur ta’ bejn 0,1-0,15 % sakemm mhux diġà mmarkati b’kontra-indikazzjonijiet għat-tfal (eż. ‘għall-użu mill-adulti biss’), it-tikkettjar li ġej huwa obbligatorju:

‘Tfal ta’ 6 snin jew iżgħar: Uża ammont żgħir daqs piżella għal tindif taħt superviżjoni biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont li jista’ jinbela’. Jekk tieħu wkoll il-fluworur minn sorsi oħra kkonsulta lid-dentist jew lit-tabib tiegħek.’”


30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/21


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/54/KE

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, bl-għan li taddatta l-Annessi II u III tagħha skond il-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ studju xjentifiku fl-2001, bl-isem “L-użu ta’ żebgħa permanenti tax-xagħar u r-riskju tal-kanċer tal-bużżieqa ta’ l-awrina”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u Prodotti li Mhumiex ta’ l-Ikel maħsuba għal Konsumaturi, sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għal Konsumaturi (l-SCCP), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2) ikkonkluda li r-riskji potenzjali kienu ta’ tħassib. Dan irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti għall-Konsumatur jirrakkomanda wkoll strateġija ta’ valutazzjoni kumplessiva għas-sigurtà għas-sustanzi fiż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi l-ħtiġijiet għat-testjar tas-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità/mutaġeniċità potenzjali tagħhom.

(3)

Skond l-opinjonijiet ta’ l-SCCP, il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri u l-partijiet interessati qablu dwar strateġija kumplessiva biex tirregola s-sustanzi użati fiż-żebgħa tax-xagħar li, skond liema, l-industrija ġiet obbligata tressaq il-fajls bid-data xjentifika dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar biex ikunu vvalutati mill-SCCP.

(4)

Is-sustanzi li għalihom għad ma ġew ippreżentati l-ebda fajls ta’ sigurtà aġġornati li jippermettu għal valutazzjoni tar-riskju adegwata għandhom jiġu inklużi fl-Anness II.

(5)

Madankollu 4,4′-Diaminodiphenylamine u l-imluħa tiegħu; 4-Diethylamino-o-toluidine u l-imluħa tiegħu; N,N-Diethyl-p-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu; N,N-Dimethyl-p-phenylenediamine u l-imluħa tiegħu; u Toluene-3,4-Diamine u l-imluħa tiegħu, bħalissa huma mniżżlin taħt in-numri ta’ referenza 8 u 9 fl-Anness III, il-Parti 1, li huma daħliet ġenerali. Għalhekk għandhom jitħassru definittivament mid-daħliet ġenerali fl-Anness III. Huwa xieraq li minflok jitniżżlu fl-Anness II. Dawk l-Annessi għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri se jadottaw u jippubblikaw sa l-aktar tard 18 ta’ Marzu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet ammministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jibagħtu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-18 ta’ Ġunju 2008. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II jiżdiedu n-numri ta’ referenza 1244 sa1328:

Nru. ta’ Ref

Isem kimiku/isem INCI

“1244

1-Methyl-2,4,5-trihydroxybenzene (CAS Nru 1124-09-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1245

2,6-Dihydroxy-4-methylpyridine (CAS Nru 4664-16-8) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1246

5-Hydroxy-1,4-benzodioxane (CAS Nru 10288-36-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1247

3,4-Methylenedioxyphenol (CAS Nru 533-31-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1248

3,4-Methylenedioxyaniline (CAS Nru 14268-66-7) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1249

Hydroxypyridinone (CAS Nru 822-89-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1250

3-Nitro-4-aminophenoxyethanol (CAS Nru 50982-74-6) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1251

2-methoxy-4-nitrophenol (CAS Nru 3251-56-7) (4-Nitroguaiacol) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1252

C.I. Acid Black 131 (CAS Nru 12219-01-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1253

1,3,5-Trihydroxybenzene (CAS Nru 108-73-6) (Phloroglucinol) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1254

1,2,4-Benzenetriacetate (CAS Nru 613-03-6) ) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1255

Ethanol, 2,2'-iminobis-, prodotti li jkollhom reazzjoni ma’ l-epichlorohydrin and 2-nitro-1,4-benzenediamine (CAS Nru 68478-64-8) (CAS 158571-58-5) (HC Blue Nru. 5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1256

N-Methyl-1,4-diaminoanthraquinone, prodotti li jkollhom reazzjoni ma’ l-epichlorohydrin and monoethanolamine (CAS Nru 158571-57-4) (HC Blue Nru. 4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1257

4-Aminobenzenesulfonic acid (CAS Nru 121-57-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1258

3,3'-(Sulfonylbis(2-nitro-4,1-phenylene)imino)bis(6-(phenylamino)) benzenesulfonic acid u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1259

3(or5)-((4-(Benzylmethylamino)phenyl)azo)-1,2-(or1,4)-dimethyl-1H-1,2,4-triazolium u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1260

2,2'-((3-Chloro-4-((2,6-dichloro-4-nitrophenyl)azo)phenyl)imino)bisethanol (CAS Nru 23355-64-8) (Disperse Brown 1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1261

Benzothiazolium, 2-[[4-[ethyl(2-hydroxyethyl)amino]phenyl]azo]-6-methoxy-3-methyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1262

2-[(4-Chloro-2-nitrophenyl)azo]-N-(2-methoxyphenyl)-3-oxobutanamide (CAS Nru 13515-40-7) (Pigment Yellow 73) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1263

2,2'-[(3,3'-Dichloro[1,1'-biphenyl]-4,4'-diyl)bis(azo)]bis[3-oxo-N-phenylbutanamide] (CAS Nru 6358-85-6) (Pigment Yellow 12) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1264

2,2'-(1,2-Ethenediyl)bis[5-((4-ethoxyphenyl)azo]benzenesulfonic acid) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1265

2,3-Dihydro-2,2-dimethyl-6-[(4-(phenylazo)-1-naphthalenyl)azo]-1H-pyrimidine (CAS Nru 4197-25-5) (Solvent Black 3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1266

3(or5)-[[4-[(7-amino-1-hydroxy-3-sulphonato-2-naphthyl)azo]-1-naphthyl]azo]salicylic acid u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1267

2-Naphthalenesulfonic acid, 7-(benzoylamino)-4-hydroxy-3-[[4-[(4-sulfophenyl)azo]phenyl]azo]- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1268

(μ-((7,7'-Iminobis(4-hydroxy-3-((2-hydroxy-5-(N-methylsulphamoyl)phenyl)azo)naphthalene-2-sulphonato))(6-)))dicuprate(2 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1269

3-[(4-(Acetylamino)phenyl)azo]-4-hydroxy-7-[[[[5-hydroxy-6-(phenylazo)-7-sulfo-2-naphthalenyl]amino]carbonyl]amino]-2-naphthalenesulfonic acid u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1270

2-Naphthalenesulfonic acid, 7,7'-(carbonyldiimino)bis(4-hydroxy-3-[[2-sulfo-4-[(4-sulfophenyl)azo]phenyl]azo]-, (CAS Nru 25188-41-4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1271

Ethanaminium, N-(4-[bis[4-(diethylamino)phenyl]methylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene)-N-ethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1272

3H-Indolium, 2-[[(4-methoxyphenyl)methylhydrazono]methyl]-1,3,3-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1273

3H-Indolium, 2-(2-((2,4-dimethoxyphenyl)amino)ethenyl)-1,3,3-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1274

Nigrosine spirit soluble (CAS Nru 11099-03-9) (Solvent Black 5), meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1275

Phenoxazin-5-ium, 3,7-bis(diethylamino)-, (CAS Nru 47367-75-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1276

Benzo[a]phenoxazin-7-ium, 9-(dimethylamino)-, u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1277

6-Amino-2-(2,4-dimethylphenyl)-1H-benz[de]isoquinoline-1,3(2H)-dione (CAS Nru 2478-20-8) (Solvent Yellow 44) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1278

1-Amino-4-[[4-[(dimethylamino)methyl]phenyl]amino]anthraquinone (CAS Nru 12217-43-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1279

Laccaic Acid (CI Natural Red 25 ) (CAS Nru 60687-93-6) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1280

Benzenesulfonic acid, 5-[(2,4-dinitrophenyl)amino]-2-(phenylamino)-, (CAS Nru 15347-52-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1281

4-[(4-Nitrophenyl)azo]aniline (CAS Nru 730-40-5) (Disperse Orange 3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1282

4-Nitro-m-phenylenediamine (CAS Nru 5131-58-8) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1283

1-Amino-4-(methylamino)-9,10-anthracenedione (CAS Nru 1220-94-6) (Disperse Violet 4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1284

N-Methyl-3-nitro-p-phenylenediamine (CAS Nru 2973-21-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1285

N1-(2-Hydroxyethyl)-4-nitro-o-phenylenediamine (CAS Nru 56932-44-6) (HC Yellow Nru. 5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1286

N1-(Tris(hydroxymethyl))methyl-4-nitro-1,2-phenylenediamine (CAS Nru 56932-45-7) (HC Yellow Nru. 3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1287

2-Nitro-N-hydroxyethyl-p-anisidine (CAS Nru 57524-53-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1288

N,N'-Dimethyl-N-Hydroxyethyl-3-nitro-p-phenylenediamine (CAS Nru 10228-03-2) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1289

3-(N-Methyl-N-(4-methylamino-3-nitrophenyl)amino)propane-1,2-diol (CAS Nru 93633-79-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1290

4-Ethylamino-3-nitrobenzoic acid (CAS Nru 2788-74-1) (N-Ethyl-3-Nitro PABA) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1291

(8-[(4-Amino-2-nitrophenyl)azo]-7-hydroxy-2-naphthyl)trimethylammonium u l-imluħa tiegħu, ħlief għal Basic Red 118 (CAS 71134-97-9) bħala impurità fil-Basic Brown 17), meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1292

5-((4-(Dimethylamino)phenyl)azo)-1,4-dimethyl-1H-1,2,4-triazolium u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1293

m-Phenylenediamine, 4-(phenylazo)-, (CAS Nru 495-54-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1294

1,3-Benzenediamine, 4-methyl-6-(phenylazo u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1295

2,7-Naphthalenedisulfonic acid, 5-(acetylamino)-4-hydroxy-3-((2-methylphenyl)azo)- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1296

4,4'-[(4-Methyl-1,3-phenylene)bis(azo)]bis[6-methyl-1,3-benzenediamine] (CAS Nru 4482-25-1) (Basic Brown 4) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1297

Benzenaminium, 3-[[4-[[diamino(phenylazo)phenyl]azo]-2-methylphenyl]azo]-N,N,N-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1298

Benzenaminium, 3-[[4-[[diamino(phenylazo)phenyl]azo]-1-naphthalenyl]azo]-N,N,N-trimethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1299

Ethanaminium, N-[4-[(4-(diethylamino)phenyl)phenylmethylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene]-N-ethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1300

9,10-Anthracenedione, 1-[(2-hydroxyethyl)amino]-4-(methylamino)- (CAS Nru 86722-66-9) u d-derivattivi u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1301

1,4-Diamino-2-methoxy-9,10-anthracenedione (CAS Nru 2872-48-2) (Disperse Red 11) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1302

1,4-Dihydroxy-5,8-bis[(2-hydroxyethyl)amino]anthraquinone (CAS Nru 3179-90-6) (Disperse Blue 7) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1303

1-[(3-Aminopropyl)amino]-4-(methylamino)anthraquinone u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1304

N-[6-[(2-Chloro-4-hydroxyphenyl)imino]-4-methoxy-3-oxo-1,4-cyclohexadien-1-yl]acetamide (CAS Nru 66612-11-1) (HC Yellow Nru. 8 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1305

[6-[[3-Chloro-4-(methylamino)phenyl]imino]-4-methyl-3-oxocyclohexa-1,4-dien-1-yl]urea (CAS Nru 56330-88-2) (HC Red Nru. 9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1306

Phenothiazin-5-ium, 3,7-bis(dimethylamino)- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1307

4,6-Bis(2-Hydroxyethoxy)-m-Phenylenediamine u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1308

5-Amino-2,6-Dimethoxy-3-Hydroxypyridine (CAS Nru 104333-03-1 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1309

4,4'-Diaminodiphenylamine (CAS Nru 537-65-5) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1310

4-Diethylamino-o-toluidine (CAS Nru 148-71-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1311

N,N-Diethyl-p-phenylenediamine (CAS Nru 93-05-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1312

N,N-Dimethyl-p-phenylenediamine (CAS Nru 99-98-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1313

Toluene-3,4-Diamine (CAS Nru 496-72-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1314

2,4-Diamino-5-methylphenoxyethanol (CAS Nru 141614-05-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1315

6-Amino-o-cresol (CAS Nru 17672-22-9) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1316

Hydroxyethylaminomethyl-p-aminophenol (CAS Nru 110952-46-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1317

2-Amino-3-nitrophenol (CAS Nru 603-85-0) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1318

2-Chloro-5-nitro-N-hydroxyethyl-p-phenylenediamine (CAS Nru 50610-28-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1319

2-Nitro-p-phenylenediamine (CAS Nru 5307-14-2) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1320

Hydroxyethyl-2,6-dinitro-p-anisidine (CAS Nru 122252-11-3) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1321

6-Nitro-2,5-pyridinediamine (CAS Nru 69825-83-8) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1322

Phenazinium, 3,7-diamino-2,8-dimethyl-5-phenyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1323

3-Hydroxy-4-[(2-hydroxynaphthyl)azo]-7-nitronaphthalene-1-sulphonic acid (CAS Nru 16279-54-2) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1324

3-[(2-nitro-4-(trifluoromethyl)phenyl)amino]propane-1,2-diol (CAS Nru 104333-00-8) (HC Yellow Nru. 6) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1325

2-[(4-chloro-2-nitrophenyl)amino]ethanol (CAS Nru 59320-13-7) (HC Yellow Nru. 12 u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1326

3-[[4-[(2-Hydroxyethyl)Methylamino]-2-Nitrophenyl]Amino]-1,2-Propanediol (CAS Nru 173994-75-7) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1327

3-[[4-[Ethyl(2-Hydroxyethyl)Amino]-2-Nitrophenyl]Amino]-1,2-Propanediol (CAS Nru 114087-41-1) u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar

1328

Ethanaminium, N-[4-[[4-(diethylamino)phenyl][4-(ethylamino)-1-naphthalenyl]methylene]-2,5-cyclohexadien-1-ylidene]-N-ethyl- u l-imluħa tiegħu, meta użat bħala sustanza fil-prodotti taż-żebgħa tax-xahar”

(2)

L-Anness III hu emendat kif ġej:

(a)

Il-Part 1 hi emendata kif ġej:

(i)

fil-kolonna b tan-numru ta’ referenza 8, il-kliem “p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa toegħu; id-derivattivi sostituti N ta’ l-o-Phenylenediamine, ħlief għal dawk id-derivattivi mniżżla x’imkien ieħor f’dan l-Anness” huma mibdula bil-‘“p-Phenylenediamine, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tiegħu; id-derivattivi sostituti N ta’ l-o-Phenylenediamine, ħlief għal dawk id-derivattivi mniżżla x’imkien ieħor f’dan l-Anness u taħt in-numru ta’ referenza 1309, 1311, u 1312 fl-Anness II”.

(ii)

fil-kolonna b tan-numru ta’ referenza 9, il-kliem “Methylphenylenediamines, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tagħhom ħlief għas-sostanza Nru 364 fl-Anness II” huma sosstitwiti b’dan li ġej “Methylphenylenediamines, id-derivattivi sostituti N u l-imluħa tagħhom ħlief għas-sustanzi taħt in-numru ta’ referenza 364, 1310, u 1313 fl-Anness II”.

(b)

Fil-Parti 2 ta’ l-Anness III, tħassru n-numri ta’ referenza 1, 2, 8, 13, 15, 30, 41, 43, 45, 46, 51, 52, 53, u 54.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta' Awwissu 2007

dwar l-allokazzjoni ta' jiem addizzjonali fuq il-baħar lill-Irlanda u lir-Renju Unit għal proġett pilota ta’ dejta mtejba skond l-Anness IIA tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3983)

(It-test Ingliż biss huwa l-awtentiku)

(2007/593/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (1), u b’mod partikolari l-punti 11.4 u 11.5 ta’ l-Anness IIA,

Billi:

(1)

L-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jispeċifika fost l-oħrajn l-għadd massimu ta’ jiem fis-sena li fihom bastiment Komunitarju jista’ jkun preżenti fil-Baħar Irlandiż meta jkollu abbord irkaptu tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, ħlief irkaptu tat-tkarkir bit-travu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 jippermetti lill-Kummissjoni talloka lill-Istati Membri 6 jew 12-il jum addizzjonali fuq il-baħar fil-Baħar Irlandiż abbażi tal-proġett pilota ta' dejta mtejba.

(3)

Fit-30 ta’ April 2007 l-Irlanda u r-Renju Unit issottomettew proposta konġunta għal tali proġett. Il-proposta ġiet ippreżentata fit-13 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Fid-dawl tal-proġett pilota ta’ dejta mtejba, jew 6 jew 12-il jum addizzjonali fil-Baħar Irlandiż għandhom jiġu allokati lil bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Irlanda jew tar-Renju Unit, skond qies il-malja ta’ l-irkaptu tas-sajd li jkollhom abbord,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Irlanda jew tar-Renju Unit li jkunu involuti fil-proġett pilota ta’ data mtejba mressaq fit-30 ta’ April 2007, l-għadd massimu ta' jiem fuq il-baħar fiż-żona msemmija fil-punt 2.1(ċ) ta' l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, kif speċifikat fit-Tabella I ta' dak l-Anness, għandu jiżdied kif ġej:

(a)

b’6 ijiem għal bastimenti li jġorru abbord irkaptu msemmi fil-punti 4.1.a (iv) u 4.1.a (v) ta’ dak l-Anness;

(b)

bi 12-il jum għal bastimenti li jġorru abbord irkaptu msemmi fil-punti 4.1.a ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, ħlief irkaptu msemmi fil-punti 4.1.a (iv) u 4.1.a (v) ta’ dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, lista eżawrjenti ta' bastimenti magħżula għall-parteċipazzjoni fil-proġett pilota ta’ data mtejba.

2.   Il-bastimenti magħżula u li jkunu pparteċipaw sa tmiem il-proġett pilota ta’ data mtejba biss għandhom igawdu mill-allokazzojni ta’ jiem addizzjonali kif stipulat fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Xahrejn wara t-tmiem tal-proġett pilota ta’ dejta mtejba, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-proġett pilota ta’ data mtejba.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 20.01.2007, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/30


REGOLAMENT FINANZJARJU APPLIKABBLI GĦALL-EUROJUST

IL-KULLEĠĠ TA’ L-EUROJUST,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002 li twaqqaf l-Eurojust bil-għan li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti d-derogi mitluba mill-Eurojust għar-Regolament tal-Kummussjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

Billi

(1)

L-Eurojust għandu personalità ġuridika u responsabbiltà sħiħa biex ifassal u jimplimenta l-baġit tiegħu stess.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti r-regoli dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Eurojust, kif ukoll ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni u l-verifika finanzjarja tal-kontijiet.

(3)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti s-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kulleġġ ta’ l-Eurojust, l-Uffiċjal ta’ Awtorizzazzjoni, l-uffiċjal tal-kontabilità, l-amministratur tal-flus akkont u l-awditur intern.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti sistemi ta’ kontroll effettivi għall-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea.

(5)

Peress li l-Eurojust huwa ffinanzjat minn sussidju annwali mħallas mill-baġit tal-Komunità, l-iskeda għall-istabbiliment tal-baġit, il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-għoti ta’ kwittanza għandha tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(6)

Għall-istess raġuni, l-Eurojust għandu josserva l-istess rekwiżit bħall-istituzzjonijiet tal-Komunità fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u grants; f’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

(7)

Ir-Regolament Finanzjarju għandu jirrifletti l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Eurojust bħala unità ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja. Dan għandu jikkunsidra bi sħiħ in-natura sensittiva ta’ l-operazzjonijiet imwettqa mill-Eurojust, b’mod partikolari fir-rigward ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet.

(8)

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ta’ l-Eurojust għandu jiġi adottat b’mod unanimu mill-Kulleġġ wara lit kun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni.

(9)

Il-Kummissjoni tat il-kunsens tagħha għal dan ir-Regolament inkluż it-tluq mir-Regolament Finanzjarju strutturali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

MATERJA TAS-SUĠĠETT

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi b’mod ċar il-prinċipju u r-regoli ewlenin li jirregolaw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Eurojust.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.

“Deċiżjoni ta’ l-Eurojust” tfisser id-Deċiżjoni tal-Kunsill(2002/187/ĠAI) tat-28 ta’ Frar 2002 li twaqqaf il-Eurojust bil-għan li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (1);

2.

“Eurojust” tfisser l-unità ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja mwaqqfa mid-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust bħala korp ta’ l-Unjoni Ewropea;

3.

“Kulleġġ” tfisser l-unità msemmija fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust;

4.

“Direttur Amministrattiv” tfisser il-persuna msemmija fl-Artikoli 29 u 36(1) tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust;

5.

“Personal” tfisser id-Direttur Amministrattiv kif ukoll il-personal imsemmi fl-Artikolu 30 tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust;

6.

“Baġit” tfisser il-baġit ta’ l-Eurojust kif imsemmi fl-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust;

7.

“Awtorità tal-Baġit” tfisser il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

8.

“Regolament Finanzjarju Ġenerali” tfisser ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2);

9.

“Regolament Finanzjarju Strutturali” tfisser ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3);

10.

“Regoli li jimplimentaw ir-Regolament Finanzjarju ġenerali” tfisser ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 (4);

11.

“Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust” tfisser ir-regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament Finanzjarju;

12.

“Regoli Finanzjarji ta’ l-Eurojust” tfisser id-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust, dan ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust;

13.

“Regolamenti tal-Personal” tfisser ir-regolamenti u r-regoli applikabbli għal uffiċjali u qaddejja oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

TITOLU II

PRINĊIPJI TAL-BAĠIT

Artikolu 3

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit (“il-baġit” minn hawn ’il quddiem) trid tħares il-prinċipji ta’ l-unità u l-eżatezza tal-baġit, annwalità, ekwilibriju, unità tal-kontijiet, universalità, speċifikazzjoni, treġija finanzjarja tajba u trasparenza kif previst f’dan ir-Regolament.

KAPITOLU 1

Prinċipji ta’ unità u eżattezza tal-baġit

Artikolu 4

Il-baġit huwa l-istrument li, għal kull sena finanzjarja, ibassar u jawtorizza d-dħul u l-infiq meqjus meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust.

Artikolu 5

Il-baġit ikun fih:

(a)

id-dħul proprju ġej mid-drittijiet u l-ispejjeż u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51, l-imgħaxijiet li l-Eurojust jista’ jirċievi għal servizzi supplimentari bis-saħħa tal-kompiti fdati lilu, u kull dħul ieħor;

(b)

dħul magħmul mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ l-Istati Membri li qed jilqgħuha;

(ċ)

sussidju konċess mill-Komunitajiet Ewropej;

(d)

dħul assenjat lill-infiq speċifiku skond l-Artikolu 19(1);

(e)

l-ispejjez ta’ l-Eurijust, inkluzi spejjeż ta’ amministrazzjoni.

Artikolu 6

1.   Ma jsirx dħul jew infiq qabel ma dan jitniżżel taħt intestatura fil-baġit.

2.   Appropjazzjoni ma tiddaħħalx fil-baġit sakemm mhux għal spiża meqjusa meħtieġa.

3.   L-ebda nefqa li tkun ikbar mill-appropjazzjonijiet awtorizzati mill-baġit ma tista’ tkun marbuta jew awtorizzata.

KAPITOLU 2

Prinċipju ta’ annwalità

Artikolu 7

L-appropjazzjonijiet mdaħħlin fil-baġit ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja waħda li tkun tgħodd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Artikolu 8

1.   Il-baġit ikun fih appropjazzjonijiet ddiferenzati u mhux, li jkunu magħmulin minn appropjazzjonijiet ta’ impenn u appropjazzjonijiet ta’ pagament.

2.   Appropjazzjonijiet ta’ impenn ikopru l-prezz ta’ impenni legali mibdijin tul is-sena finanzjarja kurrenti.

3.   Approprjazzjonijiet ta’ pagament ikopru pagamenti magħmula biex ikunu onorati impenni legali mibdijin fis-sena finanzjarja kurrenti u/jew snin finanzjarji ta’ qabel.

4.   Appropjazzjonijiet amministrativi ma jkunux iddifferenzati. Infiq amministrattiv ġej minn appalti li jkopru perjodi li jestendu għal qabel is-sena finanzjarja, jew skond prattika lokali jew rigward fornitura ta’ tagħmir, jitħallsu mill-baġit tas-sena finanzjarja li tkun sar fiha.

Artikolu 9

1.   Id-dħul ta’ l-Eurojust msemmi fl-Artikolu 5 jiddaħħal fil-kontijiet tas-sena finanzjarja skond l-ammonti miġbura matul is-sena finanzjarja.

2.   Id-dħul ta’ l-Eurojust iqajjem ammont daqsu ta’ appropjazzjonijiet għall-pagamenti.

3.   L-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit għal sena jistgħu jintużaw biss biex jagħmlu tajjeb għall-infiq allokat u mħallas f’dik is-sena finanzjarja, u biex ikopri ammonti dovuti minn appropjazzjonijiet minn snin finanzjarji ta’ qabel.

4.   L-impenni jiddaħħlu fil-kontijiet fuq il-bażi ta’ l-impenni legali li jkunu saru sal-31 ta’ Diċembru.

5.   Pagamenti jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi ta’ pagamenti li għamel l-uffiċjal tal-kontabilità sal-31 ta’ Diċembru, l-iktar tard, ta’ dik is-sena.

Artikolu 10

1.   Approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa’ l-aħħar tas-sena finanzjarja li jkunu ddaħħlu għaliha, jitħassru.

Madankollu, b’deċiżjoni tal-kulleġġ li trid tittieħed sal-15 ta’ Frar, jistgħu jinġarru biss għas-sena finanzjarja li jmiss, skond il-paragrafi 2 sa 7.

2.   Approprjazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ spejjeż ta’ personal ma jistgħux jinġarru.

3.   Appropjazzjonijiet biex jintrabtu appropjazzjonijiet iddifferenzati u appropjazzjonijiet mhux iddefferenzati li għadhom mhux marbutin sa għeluq is-sena finanzjarja jistgħu jinġarru, rigward l-ammonti li jikkorispondu ma’ appropjazzjonijiet ta’ impenn li l-biċċa l-kbira ta’ l-istadji preparatorji tal-proċedura ta’ l-irbit tagħhom, li tkun iddefinita fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust, ikunu tlestew sal-31 ta’ Diċembru; dawn l-ammonti mbagħad jistgħu jiġu marbuta sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

4.   Appropjazzjonijiet biex jitħallsu l-appropjazzjonijiet iddifferenzati jistgħu jinġarru rigward l-ammonti meħtieġa biex jagħmlu tajjeb għal impenni eżistenti jew impenni li għandhom x’ jaqsmu ma’ appropjazzjonijiet ta’ impenn li jkunu nġarru, meta l-appropjazzjonijiet pprovduti għall-intestaturi relevanti fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara ma jlaħħqux mal-ħtiġijiet. L-Eurojust l-ewwel għandu juża l-appropjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u ma jużax l-appropjazzjonijiet li jkunu nġarru qabel ma jkunu eżawriti l-appropjazzjonijiet imsemmija qabel.

5.   Appropjazzjonijiet mhux iddifferenzjati li jikkorrispondu ma’ obbligi kkuntrattati kif suppost f’għeluq is-sena finanzjarja jinġarru awtomatikament għas-sena finanzjarja ta’ wara biss.

6.   Approprjazzjonijiet li jkunu nġarru u li ma jkunux intrabtu sal-31 ta’ Marzu tas-sena n + 1 jitħassru awtomatikament.

Approprjazzjonijiet li jkunu nġarru b’dan il-mod iridu jkunu identifikati fil-kontjiiet.

7.   L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta’ Diċembru li jkunu ġejjin mid-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 19 jinġarru awtomatikament.

L-approprjazzjonijiet disponibbli li jikkorispondu mad-dħul assenjat li jkun inġarr iridu jintużaw l-ewwel.

Artikolu 11

Meta jinħallu l-ammonti, minħabba li ma tkunx saret implimentazzjoni jew ma tkunx saret implimentazzjoni sħiħa ta’ azzjonijiet li dawn l-ammonti kienu allokati għalihom, f’sena finanzjarja wara dik li l-appropjazzjonijiet intrabtu, l-appropjazzjonijiet kkonċernati jitħassru.

Artikolu 12

L-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit jistgħu jintrabtu mill-1 ta’ Jannar, malli l-baġit ikun definittiv.

Artikolu 13

1.   Mill-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, spejjeż amministrattivi ta’ rutina jistgħu jkunu allokati bil-quddiem ma’ l-appropjazzjonijiet ipprovduti għas-sena finanzjarja ta’ wara. Irbit hekk madankollu ma jistax ikunu ikbar minn kwart ta’ l-appropjazzjonijiet fl-intestatura korrispondenti tal-baġit għas-sena finanzjarja kurrenti. Ma jistgħux jgħoddu għal spejjeż ġodda ta’ tip li ma jkunx għadu approvat fil-prinċipju fl-aħħar baġit adottat kif suppost.

2.   Infiq li jrid jitħallas bil-quddiem, per eżempju kera, jista’ jagħti lok għal pagamenti mill-1 ta’ Diċembru ’l quddiem li jitħallsu mill-appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta’ wara.

Artikolu 14

1.   Jekk il-baġit ta’ l-Eurojust ma jkunx adottat għal kollox fil-bidu tas-sena finanzjarja, ir-regoli li ġejjin ikunu jgħoddu għall-irbit u l-ħlas ta’ nfiq li setgħu kienu mniżżlin taħt intestatura speċifika tal-baġit bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ l-aħħar baġit adottat kif suppost.

2.   L-irbit jista’ jsir għal kull Kapitolu sa mhux iktar minn kwart ta’ l-appropjazzjonijiet totali awtorizzati fil-kapitolu kkonċernat għas-sena finanzjarja ta’ qabel, u parti minn kull tnax għal kull xahar li jkun għadda.

Pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa mhux iktar minn parti minn kull tnax ta’ l-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu kkonċernat għas-sena finanzjarja ta’ qabel.

Il-limitu ta’ l-appropjazzjonijiet previst fir-rendikont ta’ l-istimi tad-dħul u l-infiq ma’ jistax jinqabeż.

3.   Fuq talba tad-Direttur Amministrattiv, jekk ikun meħtieġ mill-azzjoni ta’ l-Eurojust u t-treġija, il-Kulleġġ jista’ jawtorizza fl-istess ħin żewġ partijiet jew iktar minn kull tnax, provviżorjament, kemm għal impenni kif ukoll għal pagamenti, barra minn dawk li huma awtomatikament disponibbli bid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2.

Il-partijiet minn tnax l-oħrajn ikunu awtorizzati bis-sħiħ u ma jistgħux jinqasmu.

KAPITOLU 3

Prinċipju ta’ l-ekwilibriju

Artikolu 15

1.   Id-dħul mill-baġit u appropjazzjonijiet għall-pagamenti jridu jibbilanċjaw lil xulxin.

2.   Appropjazzjonijiet għall-impenni ma jistgħux jaqbżu l-ammont ta’ sussidju tal-Komunità, id-dħul proprju u kull dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 5.

3.   L-Eurojust ma jistax jissellef.

4.   Fondi li jitħallsu lill-Eurojust iridu jkunu ta’ sussidju biex jibbilanċja, fil-baġit tagħha stess, li jgħodd bħala finanzjament minn qabel fis-sens ta’ l-Artikolu 81(1)(b)(i) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 16

1.   Jekk il-bilanċ tal-kont tal-kwantitajiet maħdumin fis-sens ta’ l-Artikolu 81 ikun pożittiv irid jerġa’ jitħallas lill-Kummissjoni sakemm jintlaħaq l-ammont tas-sussidju tal-Komunità li jkun tħallas matul is-sena. Il-parti tal-bilanċ li tkun qabżet l-ammont tas-sussidju mħallas mill-Komunità matul dik is-sena trid tiddaħħal fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara bħala dħul.

Id-differenza bejn is-sussidju tal-Komunità li jkun iddaħħal fil-baġit u dik li tassew tħallset lill-entità titħassar.

2.   Jekk il-bilanċ tal-kont tal-kwantitajiet maħdumin fis-sens ta’ l-Artikolu 81 ikun negattiv, jerġa jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja ta’ wara.

3.   Id-dħul jew appropjazzjonijiet għall-pagament jiddaħħlu fil-baġit waqt il-proċedura tal-baġit bl-ittra tal-proċedura li tagħmel l-emenda jew, jekk l-implimentazzjoni tal-baġit tkun fis-seħħ, permezz ta’ baġit li jagħmel emendi.

KAPITOLU 4

Prinċipju ta’ l-unità ta’ kontijiet

Artikolu 17

Il-baġit jitħejja u jkun implimentat f’ewro u l-kontijiet ikunu ppreżentati f’euro.

Madankollu, għall-iskop ta’ likwidità, l-uffiċjal tal-kontabilità u, fil-każ ta’ kontijiet ta’ flus akkont, l-amministraturi tal-flus akkont, ikunu awtorizzati biex jagħmlu operazzjonijiet f’muniti nazzjonali kif preskritt fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust.

KAPITOLU 5

Prinċipju ta’ l-universalità

Artikolu 18

Id-dħul totali jrid jagħmel tajjeb għat-total ta’ l-appropjazzjonijiet ta’ pagament, bla ħsara għall-Artikolu 19. Id-dħul u l-infiq kollu jiddaħħal kollu mingħajr ma wieħed jaġġusta lill-ieħor, bla ħsara għall-Artikolu 21.

Artikolu 19

1.   Il-partiti ta’ dħul li ġejjin iridu jintużaw biex iħallsu oġġetti speċifiċi ta’ nfiq:

(a)

dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati;

(b)

kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet ta’ l-Eurojust minn Stati Membri, pajjiżi mhux membri jew entitajiet mixxelanji, sakemm dan hu previst fil-ftehim milħuq bejn l-Eurojust u l-Istati Membri, pajjiżi mhux membri jew korpi in kwistjoni.

2.   Il-partiti kollha ta’ dħul fis-sens tal-paragrafu 1 ikopru l-infiq dirett jew indirett li jinqala’ mill-attivita jew skop ikkonċernati.

3.   Il-baġit ikollu intestaturi biex jakkomoda l-kategorji ta’ dħul assenjat imsemmijin fil-paragrafu 1 u kull fejn jista’ jkun irid juri l-ammont.

Artikolu 20

1.   Id-Direttur Amministrattiv jista’ jilqa’ kull donazzjoni li ssir lill-Eurojust, bħalma huma fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati.

2.   Aċċettjazzjoni ta’ donazzjonijiet li jistgħu jinvolvu xi prezz finanzjarju jkunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kulleġġ, li jrid jiddeċiedi fi żmien xahrejn mid-data li tingħatalu t-talba. Jekk il-Kulleġġ ma jiħux deċiżjoni f’dak iż-żmien id-donazzjoni titqies milqugħa.

Artikolu 21

1.   Ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust jispeċifikaw il-każijiet meta xi ammonti jistgħu jitnaqqsu minn talbiet għall-ħlas, fatturi jew rendikonti, li mbagħad jitgħaddew għall-ħlas ta’ l-ammont nett.

Skont, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi u talbiet għall-ħlas ma jiddaħħalx bħala dħul ta’ l-Eurojust.

2.   Il-prezz ta’ merkanzija, prodotti oħrajn jew servizzi mogħtija lill-Eurojust jitħallsu mill-baġit għall-ammont sħiħ eskluża t-taxxa, meta jkun jinkorpora t-taxxi rimborżati:

(a)

jew mill-Istati Membri skond il-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, mill-Istat Ospitu fuq il-bażi tal-Ftehim dwar is-Sede, jew fuq il-bażi ta’ ftehimiet oħra relevanti;

(b)

jew minn Stat Membru jew pajjiż mhux membru fuq bażi ta’ ftehim rilevanti ieħor.

Kull taxxa nazzjonali li trid titħallas temporanjament mill-Eurojust taħt l-ewwel subparagrafu tiddaħħal f’kont sospiż sakemm jingħataw lura mill-Istat ikkonċernat.

3.   Kull bilanċ negattiv jiddaħħal fil-baġit bħala nfiq.

4.   Jistgħu jsiru aġġustamenti għal differenzi ta’ tibdil li jiġru waqt l-implimentazzjoni tal-baġit. Il-qliegħ jew telf finali iridu jkunu inklużi fil-bilanċ għas-sena.

KAPITOLU 6

Prinċipju ta’ speċifikazzjoni

Artikolu 22

L-appropjazzjonijiet jkunu allokati għal skopijiet speċifiċi fl-intier tagħhom bit-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli jerġgħu jinqasmu f’artikoli u partiti.

Artikolu 23

1.   Id-Direttur Amministrattiv jista’ jagħmel trasferimenti minn artiklu għal ieħor f’kull kapitolu.

Huwa għandu jinforma lill-Kulleġġ mill-aktar fis dwar it-trasferimenti li saru skond l-ewwel subparagrafu.

2.   Id-Direttur Amministrattiv jista’ jagħmel trasferimenti minn titolu għal ieħor u minn kapitolu għal ieħor sa limitu ta’ 10 % ta’ l-appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja. Huwa għandu jinforma lill-Kulleġġ mill-aktar fis dwar it-trasferimenti li saru bejn titoli u kapitoli. Lil hinn mil-limitu ta’ 10 % ta’ l-appropjazzjonijiet, jista’ jipproponi lill-Kulleġġ trasferimenti ta’ appropjazzjonijiet minn titolu għal ieħor jew minn kapitolu għal ieħor f’titolu. Il-Kulleġġ ikollu xahar biex jopponi dawn it-trasferimenti; wara dan it-terminu ta’ żmien jitqiesu li ġew adottati.

3.   Proposti għal trasferimenti u trasferimenti li jkunu saru taħt dan l-Artikolu jrid ikollhom magħhom dokumenti ta’ sostenn xierqa u ddettaljati li juru l-implimentazzjoni ta’ appropjazzjonijiet u stimi ta’ ħtiġijiet sat-tmiem tas-sena finanzjarja, għall-intestamenti li jridu jkunu kkreditati u għal dawk li jridu jsiru l-appropjazzjonijiet minnhom.

Artikolu 24

1.   L-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss f’intestaturi tal-baġit li għalihom il-baġit għandu appropjazzjonijiet awtorizzati jew għandu annotazzjoni nominali (p.m.).

2.   Approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad dħul assenjat jistgħu jkunu ttrasferiti biss jekk jintużaw għall-iskop li kien assenjat id-dħul.

KAPITOLU 7

Prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba

Artikolu 25

1.   Appropjazzjonijiet tal-baġit jintużaw skond il-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba, jiġifieri, skond il-prinċipji ta’ ekonomija, effiċenza u effettività.

2.   Il-prinċipju ta’ l-ekonomija jitlob li r-riżorsi li juża l-Eurojust għall-attivitajiet tiegħu jridu jkunu disponibbli fiż-żmien dovut, fi kwantitajiet u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz.

Il-prinċipju ta’ l-effiċenza jitlob l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati milħuqa.

Il-prinċipju ta’ l-effettività jirrigwarda l-kisba ta’ l-għanijiet speċifiċi stabbiliti u li jintlaħqu r-riżultati mixtieqa.

3.   Għanijiet speċifiċi li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu u li wieħed jista’ jara kemm jieħdu żmien iridu jkunu stabbiliti għall-oqsma kollha ta’ l-attività koperta mill-baġit. Kemm u kif jintlaħqu dawn l-għanijiet ikun issorveljat minn indikaturi ta’ prestazzjoni għal kull attività u d-Direttur Amministrattiv jagħti tagħrif lill-Kulleġġ. Dan it-tagħrif jingħata kull sena u l-iktar tard mad-dokument li jkun ma’ l-abbozz preliminari tal-baġit.

4.   Biex id-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod aħjar, l-Eurojust irid jagħmel evalwazzjonijiet tal-programmi jew attivitajiet qabel ma jsiru u wara li jkunu saru. Dawn l-evalwazzonijiet isiru għall-programmi u l-attivitajiet kollha li jirrikjedu nfiq kbir u r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni jintbagħtu lill-Kulleġġ.

5.   L-għanijiet u miżuri stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ma japplikawx għal ħidma relatata ma’ każijiet.

KAPITOLU 8

Prinċipju tat-trasparenza

Artikolu 26

1.   Il-baġit jitħejja u jkun implimentat u l-kontijiet ikunu ppreżentati b’osservanza għall-prinċipju ta’ trasparenza.

2.   Il-baġit u l-baġits li jemendaw, kif adottati finalment, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew adottati.

TITOLU III

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Stabbiliment tal-baġit

Artikolu 27

1.   Il-baġit ikun stabbilit skond id-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust.

2.   Kull sena, id-Direttur Amministrattiv għandu jabbozza u jissottometti lill-Kulleġġ għall-approvazzjoni tiegħu, abbozz ta’ stima tad-dħul u l-infiq ta’ l-Eurojust għas-sena finanzjarja li jmiss.

3.   Il-Kulleġġ għandu jipproduċi stima tad-dħul u l-infiq għall-Eurojust, inklużi l-linji gwida ġenerali li fuqhom tkun ibbażata dik l-istima, fuq il-bażi ta’ l-abbozz imfassal mid-Direttur Amministrattiv. Il-Kulleġġ għandu jibgħat l-istima u l-linji gwida lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.

4.   L-istima ta’ dħul u nfiq ta’ l-Eurojust għandha tinkludi:

(a)

pjan ta’ stabbiliment li jispeċifika l-għadd ta’ postijiet temporanji u permanenti awtorizzati fil-limiti ta’ l-appropjazzjonijiet tal-baġit, bil-grad u bil-kategorija;

(b)

meta jkun hemm żieda fl-għadd ta’ postijiet, dikjarazzjoni li tiġġustifika t-talba għal postijiet ġodda;

(ċ)

stima kull tlett xhur ta’ pagamenti bi flus u riċevuti;

5.   Fuq il-bażi ta’ l-istima, il-Kummissjoni għandha tipproponi fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea l-ammont tas-sussidju annwali kif ukoll il-postijiet ta’ natura permanenti jew temporanja u tissottometti din il-proposta lill-awtorità tal-baġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

6.   L-awtorità tal-baġit għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment ta’ l-Eurojust u kull emenda li ssirlu skond l-Artikolu 32(1).

7.   Qabel il-bidu tas-sena tal-baġit, il-Kulleġġ għandu jadotta l-baġit, inklużi il-pjan ta’ stabbilitment kif defint fit-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 34(1) tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust, fuq il-bażi tas-sussidju annwali u l-postijiet awtorizzati mill-awtorità tal-baġit skond il-paragrafu 6, waqt li jaġġustah għad-diversi kontribuzzjonijiet mogħtija lill-Eurojust u l-fondi minn sorsi oħrajn.

Artikolu 28

Kull emenda fil-baġit, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, għandha ssir fil-forma ta’ baġit ta’ emenda adottat bl-istess proċedura tal-baġit inizzjali, skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust u l-Artikolu 27.

KAPITOLU 2

Struttura u preżentazzjoni tal-baġit

Artikolu 29

Il-baġit jikkonsisti f’rendikont ta’ dħul u rendikont ta’ nfiq.

Artikolu 30

Sakemm ikun iġġustifikat bin-natura ta’ l-attivitajiet ta’ l-Eurojust, ir-rendikont ta’ l-infiq irid ikun imqassam fuq bażi ta’ nomenklatura bi klassifikazzjoni skond l-iskop. Din in-nomenklatura tkun iddeterminata mill-Eurojust u tagħmel distinzjoni ċara bejn appropjazzjonijiet amministrattivi u appropjazzjonijiet operattivi.

Artikolu 31

Il-baġit irid juri:

1.

fir-rendikont tad-dħul:

(a)

stima tad-dħul ta’ l-Eurojust għas-sena finanzjarja kkonċernata;

(b)

id-dħul stmat għas-sena finanzjarja ta’ qabel u d-dħul għas-sena n – 2;

(ċ)

rimarki xierqa fuq kull linja ta’ dħul;

2.

fir-rendikont ta’ l-infiq:

(a)

l-appropjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja kkonċernata;

(b)

l-appropjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għas-sena finanzjarja ta’ qabel, u l-ispejjeż allokati u l-ispejjeż minfuqa fis-sena n – 2;

(ċ)

rendikont fil-qosor ta’ kif se jsiru l-pagamenti dovuti fis-snin finanzjarji ta’ wara biex jintlaħqu l-impenni tal-baġit mibdijin fi snin finanzjarji ta’ qabel;

(d)

rimarki xierqa f’kull sottodiviżjoni.

Artikolu 32

1.   Il-pjan ta’ stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 27 għandu juri, ħdejn l-għadd ta’ postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja, l-għadd awtorizzat fis-sena ta’ qabel u l-għadd ta’ postijiet tassew mimlijin.

Dan ikun limitu assolut għall-Eurojust; ma jistgħux isiru ħatriet wara li jinqabeż dan il-limitu. Madankollu, ħlief fil-każ ta’ gradi A*16, A*15 u A*14, il-Kulleġġ jista’ jibdel il-pjan ta’ stabbiliment b’sa 10 % tal-postijiet awtorizzati, b’dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

(a)

li ma jintlaqatx id-daqs ta’ l-appropjazzjonijiet tal-personal li jiġi daqs sena finanzjarja sħiħa;

(b)

li l-limitu ta’ l-għadd totali tal-postijiet awtorizzati mill-pjan ta’ stabbiliment ma jinqabiżx.

2.   B’deroga għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti ta’ xogħol part-time awtorizzat mill-awtorità li taħtar skond ir-Regolamenti tal-personal jistgħu jkunu kkompensati b’ħatriet oħrajn.

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 33

Id-Direttur Amministrattiv għandu jaqdi d-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza. Huwa għandu jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skond ir-Regoli Finanzjarji ta’ l-Eurojust, fuq responsabbilta’ tiegħu stess u fil-limiti ta’ l-appropjazzjonijiet awtorizzati.

Artikolu 34

1.   Id-Direttur Amministrattiv jista’ jiddelega l-poteri tiegħu ta’ implimentazzjoni tal-baġit lill-personal ta’ l-Eurojust li jaqa’ taħt ir-“Regolamenti tal-Personal”, skond il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regoli Finanzjarji ta’ l-Eurojust. Dawk li għandhom dawn il-poteri jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tal-poteri li ngħataw espressament.

2.   Id-delegat jista’ jiddelega l-poteri mogħtia lilu lil ħaddieħor, kif previst fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust. Kull att ta’ sottodelegazzjoni jeħtieġ l-approvazzjoni espliċita tad-Direttur Amministrattiv.

Artikolu 35

1.   L-atturi finanzjarji kollha fis-sens tal-Kapitoli 2 ta’ dan it-Titolu huma pprojbiti li jieħdu kull miżura ta’ implimentazzoni tal-baġit li jistgħu jpoġġu l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk ta’ l-Eurojust. Jekk jinqala’ każ hekk, l-attur ikkonċernat irid joqgħod lura milli jieħu l-miżura u jirreferi l-każ lill-awtorità kompetenti.

2.   Ikun hemm kunflitt ta’ interessi jekk it-twettiq imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta’ attur fl-implimentazzjoni tal-baġit jew ta’ awditur intern ikun kompromess għal raġunijiet familjari, ħajja emotiva, affinità politika jew nazzjonali, interess ekonomiku jew kull interess ieħor komuni mal-benefiċjarju.

3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 hija s-superjur immedjat tal-membru tal-personal ikkonċernat. Jekk il-membru tal-personal ikun id-Direttur Amministrattiv, l-awtorità kompetenti tkun il-Kulleġġ.

Artikolu 36

1.   Il-baġit ikun implimentat mid-Direttur Amministrattiv fid-dipartmenti mpoġġija taħt l-awtorità tiegħu.

2.   Kompiti ta’ kompetenza teknika u kompiti amminstrattivi, preparatorji jew anċillarji li la jeħtiġu l-eżerċitazzjoni ta’ awtorità pubblika u lanqas l-użu ta’ poteri ta’ ġudizzju diskrezjonali jistgħu jingħataw b’appalt lil entitajiet esterni tal-qasam privat, fejn ma jistax isir mod ieħor.

KAPITOLU 2

Atturi finanzjarji

Sezzjoni 1 –   Prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet

Artikolu 37

Id-dmirijet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza u ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità g]andhom ikunu segregrati u reċiprokament inkumpatibbli

Sezzjoni 2 –   Uffiċjal li jawtorizza

Artikolu 38

1.   L-uffiċjal li jawtorizza jkollu r-responsabbiltà li jimplimenta d-dħul u l-infiq skond il-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba u li jiżgura li l-ħtiġijiet ta’ legalità u regolarità jkunu mħarsa.

2.   Biex jimplimenta l-infiq, l-uffiċjal li jawtorizza jrid jagħmel impenni fil-baġit u legali, irid jivvalida n-nefqa u jawtorizza pagamenti u jagħmel ix-xogħol ta’ tħejjija għall-implimentazzjoni ta’ l-appropjazzjonijiet.

3.   L-implimentazzjoni tad-dħul issir billi jsiru stimi ta’ ammonti li għandhom jitħallsu, ikunu stabbiliti l-intitolamenti li jridu jkunu rkuprati u l-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ rkupru. Tinvolvi t-tneħħija ta’ intitolamenti stabbiliti.

4.   L-uffiċjal li jawtorizza għandu jistabbilixxi l-istandards minimi kif speċifikati fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust. Dawn l-istandards minimi għandhom jiġu mfassla fuq il-bażi ta’ l-istandards li l-Kummissjoni tippreskrivi għad-dipartimenti tagħha stess, b’attenzjoni xierqa għar-riskji marbuta ma’ l-ambjent ta’ treġija u n-natura ta’ l-azzjoni ffinanzjata, l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u proċeduri interni ta’ treġija u kontroll adattati għad-dmirjiet tiegħu, inklużi verifiki ex post meta dan ikun propizju.

L-uffiċjal li jawtorizza għandu jistabbilixxi fi ħdan id-dipartimenti tiegħu funzjoni ta’ ħila esperta u konsulenza maħsuba biex tgħinu jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.

5.   Qabel ma tiġi awtorizzata operazzjoni, l-aspetti operattivi u finanzjarji jridu jkunu vverifikati minn membri tal-personal li mhumiex min beda l-operazzjoni. Il-bidu ta’ operazzjoni u l-verifiki ta’ qabel ma tibda u ta’ li jkun sar huma funzjonijiet separati.

6.   L-uffiċjal li jawtorizza jżomm id-dokumenti ta’ sostenn li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet li jkunu saru fuq medda ta’ ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tat il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit.

Artikolu 39

1.   Il-bidu ta’ operazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 38(5) għandu jinftiehem bħala l-operazzjonijiet kollha ta’ tħejjija għall-addozzjoni ta’ l-atti li jimplimentaw il-baġit magħmula mill-uffiċjali li jawtorizzaw responsabbli msemmijin fl-Artikoli 33 u 34.

2.   Verifikazzjoni ex ante ta’ operazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 38(5) għandu jinftiehem bħala l-kontrolli minn qabel li l-uffiċjal li jawtorizza jagħmel biex jivverifika l-aspetti operattivi u finanzjarji.

3.   Trid issir mill-inqas verifika ex ante waħda għal kull operazzjoni. L-iskop ta’ din il-verifika hu li taċċerta li:

(a)

in-nefqa saret kif suppost u taqbel mad-dispożizzjonijiet rilevanti;

(b)

kien applikat il-prinċipju tat-treġija finanzjarja tajba msemmi fl-Artikolu 25.

4.   L-iskop tal-verifika ex post tad-dokumenti u, fejn xieraq, verifiki għal għarrieda, hu li jkun ivverifikat li l-operazzjonijiet imħallsa mill-baġit saru sew u b’mod partikolari li l-kriterji msemmijin fil-paragrafu 3 kienu mħarsa. Dawn il-verifiki jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta’ kampjun permezz ta’ analiżi tar-riskju.

5.   L-uffiċjali jew personal ieħor li huma responsabbli għall-verifiki msemmijin fil-paragrafi 2 u 4 jkunu differenti minn dawk li jagħmlu l-kompiti msemmijin fil-paragrafu 1 u ma jiġux taħthom.

6.   Il-personal bir-responsabbilta li jeżaminaw bir-reqqa t-treġija ta’ l-operazzjonijiet finanzjarji irid ikollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa. Iridu jżommu kodiċi speċifiku ta’ standards professjonali adottat mill-Eurojust u bbażat fuq standards preskritti mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess.

Artikolu 40

1.   L-uffiċjal li jawtorizza jirraporta lill-Kulleġġ dwar il-qadi ta’ dmirijietu/ha fl-għamla ta’ rapport ta’ attività annwali (“ir-rapport ta’ l-uffiċjal li jawtorizza” minn hawn ‘il quddiem) Dan ir-rapport juri r-riżultati ta’ l-operazzjonijiet tiegħu b’referenza għall-għanijiet stabbiliti għal operazzjonijiet mhux relatati ma’ każijiet, ir-riskji marbuta ma’ dawn l-operazzjonijiet, kif intużaw ir-riżorsi mogħtija u kif taħdem is-sistema ta’ kontroll interna. L-awditur intern fis-sens ta’ l-Artikolu 71 jieħu nota tar-rapport ta’ l-attività annwali u kull biċċa tagħrif oħra identifikata.

2.   Sa mhux iktar tard mil-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kulleġġ jibgħat analiżi u evalwazzjoni tar-rapport annwali ta’ l-uffiċjal li jawtorizza dwar is-sena finanzjarja ta’ qabel, lill-awtorità tal-baġit u lill-Qorti ta’ l-Awdituri. Din l-analiżi u evalwazzjoni tkun inkluża fir-rapport annwali ta’ l-Eurojust, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-istrumenti kostitwivi.

Artikolu 41

Kull membru tal-personal involut fit-treġija finanzjarja u kontroll ta’ transazzjonijiet li jidhirlu li xi deċiżjoni li huwa meħtieġ japplika jew japprova mis-superjur tiegħu hi irregolari jew kontra l-prinċipji ta’ treġija finanzjarja tajba jew ir-regoli professjonali li jrid iħares, huwa jrid jinforma lid-Direttur Amministrattiv bil-miktub u, jekk dan ma jagħmel xejn fi żmien raġjonevoli, lill-panel imsemmi fl-Artikolu 47(4) u lill-Kulleġġ. Jekk ikun hemm attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tħassar l-interessi tal-Komunità għandu jgħarraf lill-awtorità u l-korpi nnominati mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Artikolu 42

Meta l-poteri għall-implimentazzjoni tal-baġit ikunu ddelegati jew sottodelegati skond l-Artikolu 34, l-Artikolu 38(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-uffiċjali b’delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizzaw.

Sezzjoni 3 –   Uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 43

1.   Il-Kulleġġ għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, skond ir-Regolamenti tal-Personal, li fi ħdan l-Eurojust ikollu r-responsabbiltà għal:

(a)

implimentazzjoni tajba ta’ dħul u rkupru ta’ ammonti stabbiliti li għandhom jittieħdu;

(b)

preparazzjoni u preżentazzjoni tal-kontijiet skond it-Titolu VII;

(ċ)

kontabilità skond it-titolu VII;

(d)

implimentazzjoni, skond it-Titolu VII, ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-karta tal-kontijiet skond id-dispożizzjonijiet adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

(e)

l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi ta’ kontabilità u fejn xieraq, sistemi ta’ validazzjoni stabbiliti mill-uffiċjal li jawtorizza biex jagħtu jew jiġġustifikaw tagħrif ta’ żamm ta’ kotba;

(f)

treġija tat-teżor.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jikseb it-tagħrif meħtieġ biex isiru l-kontijiet li jagħtu stampa veru ta’ l-assi ta’ l-Eurojust u ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit, mingħand l-uffiċjal li jawtorizza, li jiggarantixxi li dan it-tagħrif ta’ min joqgħod fuqu.

3.   Bla ħsara għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 44, l-uffiċjal tal-kontabilità waħdu għandu l-poter li jamministra flejjes u assi oħrajn. Huwa responsabbli għaż-żamma tagħhom.

4.   L-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jiddelega xi kompiti lil ta’ taħtu bla ħsara għar-Regolamenti tal-Persunal, meta ma jistax isir mod ieħor għall-qadi ta’ dmirijietu. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinnotifika lill-uffiċjal li jawtorizza minn qabel meta din tkun l-azzjoni ppjanata.

5.   L-istrument tad-delegazzjoni jippreskrivi l-kompiti fdati lid-delegati u d-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Sezzjoni 4 –   Amministratur tal-flus akkont

Artikolu 44

Meta, biex isir ħlas ta’ somom żgħar u biex jinġabar dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 5, ma jistax isir mod ieħor, jistgħu jinfetħu kontijiet ta’ flus akkont li jimtlew mill-uffiċjal tal-kontabilità u jitpoġġew taħt ir-responsabbilta ta’ amministraturi tal-flus akkont li j/tinnomina hu/hi.

L-ogħla ammont ta’ kull oġġett ta’ nfiq jew dħul li jista’ jitħallas mill-aministratur tal-flus akkont ma jistax jaqbeż ċertu ammont speċifikat fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust għal kull oġġett ta’ nfiq jew dħul.

KAPITOLU 3

Responsabbiltà Ta’ L-Atturi Finanzjarji

Sezzjoni 1 –   Regoli Ġenerali

Artikolu 45

1.   Mingħajr preġudizzju għal azzjoni dixxiplinari, l-awtorità li ħatret lill-uffiċjali bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizzaw tista’ tneħħilhom id-delegazzjoni jew is-sottodelegazzjoni temporanjament jew għal kollox.

L-uffiċjal li jawtorizza jista’, f’kull żmien, jirtira l-qbil tiegħu għal sottodelegazzjoni speċifika.

2.   Mingħajr preġudizzju għal azzjoni dixxiplinari, il-Kulleġġ jista’, f’kull żmien, jissospendi lill-uffiċjal tal-kontabilità milli jaqdi dmirijietu temporanjament jew għal kollox.

F’dan il-każ, il-Kulleġġ għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità temporanju.

3.   Mingħajr preġudizzju għal azzjoni dixxiplinari, l-uffiċjal tal-kontabilità jista’, f’kull żmien, jissospendi lill-amministratur tal-flus akkont milli jaqdi dmirijietu temporanjament jew għal kollox.

Artikolu 46

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà quddiem il-liġi kriminali, li għandhom l-uffiċjal tal-kontabilità u l-persuni msemmijin fl-Artikolu 45, kif previst fil-liġi nazzjonali li tkun tgħodd u fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri.

2.   Tista’ tittieħed azzjoni dixxiplinari fuq kull uffiċjal li jawtorizza, uffiċjal tal-kontabilità, jew amministratur ta’ l-flus akkont u jistgħu jintalbu jħallsu kumpens kif stabbilit fir-regolamenti tal-personal, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 47, 48 u 49. Fil-każ ta’ attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jagħmlu ħsara lill-interessi tal-Komunità, il-każ jittieħed għand l-awtoritajiet u korpi nnominati mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Sezzjoni 2 –   Regoli li jgħoddu għall-uffiċjali bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizzaw

Artikolu 47

1.   L-uffiċjal li jawtorizza jista’ jintalab iħallas kumpens kif stabbilit fir-regolament tal-personal. F’dan ir-rigward, jista’ jintalab jagħmel tajjeb, għad-dannu li jkunu sofrew il-Komunitajiet, kollu jew parti minnu, minħabba mġieba serjament ħażina min-naħa tiegħu fil-qadi ta’ dmirijietu jew f’konnessjoni mal-qadi ta’ dmirijietu, b’mod partikolari jekk tiddetermina li jridu jkunu rkuprati intitolamenti jew joħroġ ordnijiet għall-irkupru, jorbot nefqa jew jiffirma ordni għall-ħlas mingħajr ma jħares dan ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust.

L-istess jgħodd meta, b’mġieba serjament ħażina, jonqos milli jagħmel dokument li jistabbilixxi ammont li għandu jiddaħħal jew jekk jonqos milli joħroġ ordni ta’ rkupru jew, mingħajr ġustifikazzjoni, joħroġha tard jew jekk jonqos milli joħroġ ordni għall-pagament jew joħroġha tard, li minħabba f’hekk l-aġenzija tkun soġġetta għal azzjonijiet ċivili minn partijiet terzi.

2.   Uffiċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza li jqis li deċiżjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu hi irregolari jew tmur kontra l-prinċipji tat-treġija finanzjarja tajba irid jgħarraf lill-awtorità li tkun iddelegatu bil-miktub. Jekk l-awtorità li tkun għamlet id-delegazzjoni tagħti struzzjoni rraġunata bil-miktub lill-uffiċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza biex jimplimenta d-deċiżjoni kkonċernata, dan/din i/trid jimplimentaha u ma j/tistax jinżamm responsabbli.

3.   Fil-każ ta’ delegazzjoni, l-uffiċjal li jawtorizza jibqa’ responsabbli li jara li t-treġija interna u li s-sistemi ta’ kontrol stabbiliti għadhom effettivi, u li jagħżel l-uffiċjal b’delegazzjoni li jawtorizza.

4.   Il-panel stabbilit mill-Kummissjoni biex jara saritx irregolarita finanzjarja u x’għandhom ikunu l-konsekwenzi, jekk ikun hemm, skond l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, jista’ jeserċita l-istess poteri għall-Eurojust li jeserċita għad-dipartimenti tal-Kummisjoni, jekk il-Kulleġġ hekk jiddeċiedi.

Jekk ma jiddeċidix hekk, il-Kulleġġ għandu jistabbilixxi panel funzjonalment indipendenti li jkun speċjalizzat f’dan il-qasam.

Fuq il-bażi tal-fehma ta’ dan il-panel, id-Direttur Amministrattiv jiddeċiedi jibdiex il-proċeduri dixxiplinari jew proċeduri biex jitħallas il-kumpens. Jekk il-panel isib problemi sistemiċi, jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet lill-uffiċjal li jawtorizza u lill-awditur intern tal-Kummissjoni. Jekk il-fehma timplika lid-Direttur Amministrattiv, il-panel jibgħatha lill-Kulleġġ u lill-awditur intern tal-Kummissjoni.

5.   Kull membru tal-personal jista’ jintalab jagħmel tajjeb għad-dannu, kollu jew parti minnu, li tkun sofriet l-Eurojust minħabba mġieba serjament ħażina minn naħa tiegħu matul jew f’konnessjoni mal-qadi ta’ dmirijietu, skond ir-Regolamenti tal-Personal.

L-awtorità li taħtar tieħu deċiżjoni rraġunata wara li tlesti l-formalitajiet preskritti mir-regolamenti tal-personal rigward kwistjonijiet dixxiplinari.

Sezzjoni 3 –   Regoli li jgħoddu għall-uffiċjali tal-kontijiet u għall-amministraturi tal-flus akkont.

Artikolu 48

Uffiċjal tal-kontabilità jista’ jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u ħlas ta’ kumpens, skond ir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari meta:

(a)

jitlef jew jagħmel ħsara lil flus, assi u dokumenti li jkunu għandu jew li b’negliġenza tiegħu jintilfu jew issirilhom ħsara;

(b)

jibdel kontijiet tal-bank jew kontijiet ġiro f’uffiċċju postali mingħajr ma jgħarraf lill-uffiċjal li jawtorizza minn qabel;

(ċ)

jirkupra jew iħallas ammonti li ma jaqblux ma’ l-ordnjiet korrispondenti ta’ rkupru jew ħlas;

(d)

jonqos milli jiġbor dħul dovut.

Artikolu 49

Amministratur tal-flus akkont jista’ jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja u ħlas ta’ kumpens, skond ir-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari meta:

(a)

jitlef jew jagħmel ħsara lil flus, assi u dokumenti li jkunu għandu jew li b’negliġenza tiegħu jintilfu jew issirilhom ħsara;

(b)

ma jkollux dokumenti ta’ sostenn xierqa għall-pagamenti li jkun għamel;

(ċ)

iħallas lil persuni li mhumiex dawk intitolati;

(d)

jonqos milli jiġbor dħul dovut.

KAPITOLU 4

Operazzjonijiet ta’ dħul

Sezzjoni 1 –   Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 50

L-Eurojust għandu jippreżenta talbiet lill-Kummissjoni għal ħlas tas-sussidju, kollu jew parti minnu, tal-Komunità, sostnut bi tbassir tad-likwidità, skond termini u f’intervalli miftehma mal-Kummissjoni.

Artikolu 51

Il-fondi li l-Kummissjoni tħallas lill-Eurojust b’sussidju iridu jagħtu imgħax għall-benefiċċju tal-baġit ġenerali.

Sezzjoni 2 –   Stimi ta’ amonti li għandhom jiddaħħlu

Artikolu 52

L-istimi ta’ l-ammonti li għandhom jiddaħħlu l-ewwel jagħmilhom l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għal kull miżura jew sitwazzjoni li tista’ toħloq jew tibdel ammont li jrid jingħata lill-Eurojust.

Sezzjoni 3 –   Stabbiliment ta’ l-ammonti li għandhom jiddaħħlu

Artikolu 53

1.   Permezz ta’ stabbiliment ta’ ammont li għandu jiddaħħal, l-uffiċjal li jawtorizza jew l-uffiċjal b’delegazzjoni li jawtorizza:

(a)

jivverifika li hemm dejn;

(b)

jiddetermina jew jivverifika l-verità u l-ammont tad-dejn;

(ċ)

jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom dovut id-dejn

2.   Kull ammont dovut identifikat b’ċertezza, ta’ ammont fiss u dovut irid ikun stabbilit b’ordni ta’ rkupru mogħtija lill-uffiċjal tal-kontabilità, flimkien ma’ nota ta’ debitu li tintbagħat lid-debitur. Dawn iż-żewġ dokumenti jridu jsiru u jintbagħtu mill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet preskritti fir-regoli, appalt, jew ftehim li jkun jgħodd, kull dejn mhux imħallas fid-data meta għandu jitħallas kif miktuba fin-nota tad-debitu jeħel imgħax skond ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

4.   F’każijiet sostanzjati kif suppost, xi oġġetti ta’ dħul ta’ rutina jistgħu jkunu stabbiliti proviżorjament.

Stabbiliment provviżorju jkopri l-irkupru ta’ diversi ammonti individwali li b’hekk ma jkunx hemm bżonn li jkunu stabbiliti individwalment.

Qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, l-uffiċjal li jawtorizza jemenda l-ammonti stabbiliti provviżorjament biex jiżgura li jaqblu ma’ l-ammonti li jridu jitħallsu tabilħaqq stabbiliti.

Sezzjoni 4 –   Awtorizzazzjoni għall-irkupru

Artikolu 54

Permezz ta’ l-awtorizzazzjoni għall-irkupru l-uffiċjal li jawtorizza jagħti struzzjonijiet lil-uffiċjal tal-kontabilità, billi joħroġ ordni ta’ rkupru, biex jirkupra ammont li għandu jiddaħħal li jkun stabbilixxa/iet.

Sezzjoni 5 –   Irkupru

Artikolu 55

1.   Ammonti mħallsin għalxejn għandhom jiġu rkuprati.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jaġixxi fuq ordnijiet ta’ rkupru għal ammonti li għandhom jiddaħħlu stabbiliti kif suppost mill-uffiċjal li jawtorizza jew l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli. Huwa għandu jeżerċita d-diliġenza dovuta biex jiżgura li l-Eurojust jirċievi d-dħul tiegħu u jara li d-drittijiet tiegħu jiġu salvagwardjati.

3.   Meta l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jkun qed jaħseb li jneħħi l-irkupru ta’ ammont li għandu jiddaħħal, itrid jiżgura li r-rinunzja tkun f’lokha u taqbel mal-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba.

Din ir-rinunzja għandha ssir b’deċiżjoni ta’ l-uffiċjal li jawtorizza, u trid tkun issostanzjata. L-uffiċjal li jawtorizza ma jistax jiddelega din id-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni tar-rinunzja trid tiddikjara x’azzjoni saret biex l-irkupru jkun żgurat u l-punti ta’ dritt u ta’ fatt li fuqhom hi bbażata.

4.   L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jħassar l-ammont stabbilit li jrid jiddaħħal meta żball rigward punt ta’ liġi jew fatt juri li l-ammont ma kienx stabbilit sew. Kanċellazzjoni hekk issir fuq deċiżjoni ta’ l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli u trid tkun issostanzjata kif jixraq.

5.   L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli irid iżid jew inaqqas l-ammont ta’ dejn stabbilit meta s-sejba ta’ żball ta’ fatt tinneċessita bidla fl-ammont tad-dejn, sakemm din il-korrezzjoni ma tinvolvix telf mill-intitolament stabbilit ta’ l-Eurojust. Aġġustament hekk isir b’deċiżjoni ta’ l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli u jrid ikun issostanzjat kif jixraq.

Artikolu 56

1.   Malli l-irkupru tas-somma dovuta jsir tassew, l-uffiċjal tal-kontabilità jagġmel annotazzjoni fil-kontijiet u jgħarraf lill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

2.   Tinħareġ riċevuta għall-pagamenti kollha bi flus li jkunu saru lill-uffiċjal tal-kontabilità.

Artikolu 57

1.   Jekk l-irkupru attwali ma jkunx sar sad-data stipulata fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità jrid jgħarraf lill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli u jibda mill-ewwel il-proċedura biex jagħmel irkupru bil-mezzi offerti mil-liġi, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ kumpens, u jekk dan ma jistax isir, b’irkupru sfurzat.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jirkupra l-ammonti billi jikkumpensa bi drittijiet ekwivalenti li l-Eurojust għandha fuq debituri li huma stess għandhom drittijiet aċċertati fuq l-Eurojust, għal ammont fiss u dovut, sakemm il-kumpens hu legalment possibbli.

Artikolu 58

L-uffiċjal tal-kontabilità, b’kollaborazzjoni ma’ l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli, jista’ jagħti iktar żmien għall-pagament biss fuq talba bil-miktub mingħand id-debitur, b’indikazzjoni tar-raġunijiet, b’dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

(a)

id-debitur iwiegħed li jħallas imgħax bir-rata speċifikata fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għaż-żmien permess kollu, mid-data ta’ meta kien dovut oriġinarjament il-pagament;

(b)

biex ikunu ssalvagwardjati d-drittijiet ta’ l-Eurojust, id-debitur irid jagħti garanzija finanzjarja li tagħmel tajjeb kemm għas-somma kif ukoll għall-imgħax.

Sezzjoni 6 –   Dispożizzjonijiet speċifiċi li jgħoddu għad-drittijiet u spejjeż.

Artikolu 59

Meta l-Eurojust jiġbor id-drittijiet u l-ħlasijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(a), stima totali proviżorja ta’ dawn id-drittijiet u ħlasijiet issir fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja. L-ammonti li għandhom jiġu rċevuti u rkuprati għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikoli 53 sa 58.

KAPITOLU 5

Operazzjonijiet ta’ nfiq

Artikolu 60

1.   Kull oġġett tan-nefqa għandu jkun allokat, ivvalidat, awtorizzat u mħallas.

2.   Kull impenn ta’ ħlas irid jiġi wara deċiżjoni ta’ finanzjament. Dan ma japplikax għal xogħol relatat ma’ każijiet.

3.   Il-programm ta’ xogħol ta’ l-Eurojust ikun jgħodd daqs deċiżjoni ta’ finanzjament għall-attivitajiet li jkopri, sakemm dawn huma identifikati b’mod ċar u l-kriterja li huma mibnijin fuqhom magħmulin ċari ħafna.

4.   Approprjazzjonijiet amministrattivi jistgħu isiru mingħajr ma ssir deċiżjoni ta’ finanzjament qabel.

Sezzjoni 1 –   Rabta ta’ nfiq

Artikolu 61

1.   L-irbit tal-baġit huwa l-operazzjoni li twarrab l-appropjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru pagamenti sussegwenti biex ikun onorat impenn legali.

2.   Impenn legali huwa l-att fejn l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jidħol f’obbligu jew jistabbilixxi obbligu li jirriżulta f’nefqa għall-baġit.

3.   Ir-rabta tal-baġit tkun individwali ladarba jkunu magħrufin il-benefiċjarju u l-ammont tan-nefqa.

4.   Ir-rabta tal-baġit tkun globali meta mhux magħruf mill-inqas element wieħed minn dawk meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali.

5.   Ir-rabta tal-baġit tkun provviżorja meta tkun maħsuba biex tkopri nfiq amministrativ ta’ rutina u mhux magħrufin definittivament l-ammont jew il-benefiċjarju finali.

L-irbit provviżorju tal-baġit isir jew bil-konklużjoni ta’ impenn legali individwali jew iktar li jagħtu intitolament għal pagamenti sussegwenti jew, f’każi eċċezzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ nfiq għal treġija ta’ personal, direttament bil-pagamenti.

Artikolu 62

1.   Għal kull miżura li tirriżulta f’nefqa li trid titħallas mil-baġit, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jagħmel rabta tal-baġit qabel ma jidħol f’obbligu legali ma’ partijiet terzi.

2.   Impenni legali individwali li għandhom x’jaqsmu ma’ rbit tal-baġit individwali jew proviżorji iridu jingħalqu sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n.

Fit-tmiem tal-perjodi msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-bilanċ minn dan l-irbit tal-baġit li ma ntużax jinħall mill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

3.   L-impenni legali mibdijin għal azzjonijiet li jdumu iktar minn sena finanzjarja u l-irbit tal-baġit korrispondenti, ħlief għal infiq ta’ personal, irid ikollhom data finali għall-implimentazzjoni li tkun stabbilita skond il-prinċipju ta’ treġija finanzjarja tajba.

Kull parti minn dan l-irbit li ma tkunx saret sa sitt xhur wara dik id-data finali tinħall skond l-Artikolu 11.

Artikolu 63

Meta jadotta rabta tal-baġit, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli irid jiżgura li:

(a)

in-nefqa tħallset mill-oġġett it-tajjeb fil-baġit;

(b)

l-approprjazzjonijiet huma disponibbli;

(ċ)

l-infiq jikkonforma mar-Regoli Finanzjarji ta’ l-Eurojust:

(d)

konformità mal-prinċipju tat-treġija finanzjarja tajba.

Sezzjoni 2 –   Validazzjoni tan-nefqa

Artikolu 64

Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li permezz tiegħu l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli:

(a)

jivverifika l-intitolament tal-kreditur;

(b)

jivverifika l-kondizzjonijiet ta’ l-intitolament għall-ħlas;

(ċ)

jiddetermina jew jivverifika l-eżistenza u l-ammont tal-pretensjoni.

Artikolu 65

1.   Validazzjoni ta’ kull nefqa tkun ibbażata fuq dokumenti ta’ sostenn li jaffermaw l-intitolament tal-kreditur, fuq il-bażi ta’ rendikont tas-servizzi mogħtija tabilħaqq, provvisti tassew ikkonsenjati jew xogħol li sar tabilħaqq, jew fuq il-bażi ta’ dokumenti oħrajn li jiġġustifikaw il-ħlas.

2.   Id-deċiżjoni ta’ validazzjoni issir magħrufa billi l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jiffirma voucher ta’ “mgħoddi għall-pagament”.

3.   F’sistema mhux komputerizzata, “mgħoddi għall-pagament” tkun timbru li jkun jinkorpora il-firma ta’ l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli. F’sistema kkompjuterizzata, “mgħoddi għall-pagament” tkun validazzjoni permezz ta’ kelma sigrieta li jkun jafha biss l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

Sezzjoni 3 –   Awtorizzazzjoni ta’ nfiq

Artikolu 66

1.   Permezz ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ nfiq, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli, billi joħroġ ordni ta’ pagament, jgħid lill-uffiċjal tal-kontabilità iħallas oġġett ta’ nefqa li jkun ivvalida.

2.   L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jikteb id-data u jiffirma l-ordni ta’ pagament, imbagħad jgħaddiha lill-uffiċjal tal-kontabilità. L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli Iżomm id-dokumenti ta’ sostenn skond l-Artikolu 38(6).

3.   Fejn jixraq l-ordni ta’ pagament mibgħuta lill-uffiċjal tal-kontabilità ikollha magħha dokument li jiċċertifika li l-merkanzija ddaħħlet fl-inventarji msemmijin fl-Artikolu 90(1).

Sezzjoni 4 –   Ħlas ta’ nfiq

Artikolu 67

1.   Il-ħlas isir kif tintwera prova li l-azzjoni rilevanti saret skond id-dispposizzjonijiet ta’ l-att bażiku fis-sens ta’ l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali jew il-kuntratt jew ftehim tal-konċessjoni, u tkopri waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ħlas ta’ l-ammont dovut kollu;

(b)

ħlas ta’ l-ammont dovuti b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

finanzjament minn qabel, li jista’ jitqassam fuq għadd ta’ pagamenti;

(ii)

pagament jew iktar temporanju;

(iii)

pagament tal-bilanċ ta’ l-ammonti dovuti.

Finanzjament minn qabel jgħodd għall-pagamenti temporanji kollha jew għal parti.

Il-finanzjament minn qabel kollu u pagamenti temporanji jgħoddu għall-ħlas tal-bilanċi.

2.   Fil-kontijiet trid issir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ pagament imsemmijin fil-paragrafu 1 meta dawn isiru.

Artikolu 68

Il-ħlas ta’ l-infiq isir mill-uffiċjal tal-kontabilità fil-limiti tal-fondi disponibbli.

Sezzjoni 5 –   Limiti ta’ żmien għal operazzjoni ta’ nfiq.

Artikolu 69

Il-validazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas ta’ nfiq irid isir fil-limiti ta’ żmien speċifikati fi, u skond id-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

KAPITOLU 6

Sistemi ta’ l-IT

Artikolu 70

Meta operazzjonijiet ta’ dħul u nfiq isiru permezz ta’ sistemi ta’ kompjuter, id-dokumenti jridu jkunu ffirmati bi proċedura kkompjuterizzata jew elettronika.

KAPITOLU 7

Awditur intern

Artikolu 71

L-Eurojust għandu jkollu funzjoni ta’ verifika interna. L-awditur intern għandu jiġi maħtur u jeżerċita l-poteri tiegħu skond l-Artikolu 38(2) u (3) tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust.

Artikolu 72

1.   L-awditur intern għandu jagħti pariri indipendenti lill-Eurojust dwar kif jindirizza r-riskji, billi jagħti opinjonijiet dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ treġija u kontrolli u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet biex jirranġaw il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet u jġibu ‘l quddiem treġija finanzjarja tajba.

Huwa għandu jkun responsabbli li:

(a)

jagħmel stima ta’ kemm huma adattati u effettivi s-sistemi ta’ treġija interna u l-prestazzjoni tad-dipartimenti biex jimplimentaw il-programmi u l-azzjonijiet billi ssir referenza għar-riskji marbutin magħhom; u

(b)

jagħmel stima ta’ kemm huma adattati u tal-kwalità tas-sistemi ta’ kontroll interni li jgħoddu għal kull operazzjoni ta’ implimentazzjoni tal-baġit.

2.   L-awditur intern għandu jwettaq il-kompiti tiegħu fuq l-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-korp Komunitarju. Huwa għandu jgawdi aċċess sħiħ u illimitat għall-informazzjoni meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

3.   L-awditur intern għandu jirrapporta lill-Kulleġġ u lid-Direttur Amministrattiv fuq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Dawn għandhom jiżguraw li ssir azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-verifiki.

4.   L-awditur intern jagħti rapport annwali tal-verifika interna lill-Eurojust, li fost affarijiet oħrajn, jistabbilixxi l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru u l-azzjoni li ttieħdet fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Dan ir-rapport annwali jrid isemmi wkoll problemi sistemiċi li jinsabu mill-panel stabbilit skond l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

5.   Kull sena l-Eurojust għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza, li jkun imħejji mid-Direttur Amministrattiv u li jiġbor l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

6.   Dan l-artikolu ma japplikax għal xogħol u dokumenti relatati ma’ każijiet.

Artikolu 73

Ir-responsabbiltà ta’ l-awditur intern għall-azzjoni li tittieħed fil-qadi ta’ dmirijietu għandha tiġi ddeterminat mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni Finanzjarji ta’ l-Eurojust skond l-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

TITOLU V

AKKWISTI

Artikolu 74

1.   Rigward l-akkwisti, ikunu jgħoddu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ġenerali u r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-regolament.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, l- Eurojust huwa intitolat li jissieħeb ma’ jew jibbenefika minn proċeduri ta’ akkwisti organizzati mill-Istat Ospitu jew minn Korp tal-Komunità jew Organizzazzjoni Internazzjonali, kemm-il darba jawn japplikaw, fil-proċeduri ta’ akkwisti tagħhom, standards li joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment, b’mod speċjali fir-rigward tat-trasparenza, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi.

3.   Id-Direttur Amministrattiv biss għandu s-setgħa li jirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-garanziji ma’ standards aċċettati internazzjonalment.

TITOLU VI

KONCESSJONIJIET MOGHTIJA MILL-EUROJUST

Artikolu 75

Meta l-Eurojust jagħti konċessjonijiet lil awtoritajiet pubbliċi għat-twettiq ta’ kompiti ta’ l-Eurojust skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust jew għat-twettiq tal-kompiti tan-Netwerk Ġurizzjarja Ewropea skond l-Artikolu 26(2)(b) tad-Deċiżjoni ta’ l-Eurojust, għandhom japplikaw il-prinċipji relevanti tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

TITOLU VII

PREZENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KONTABILITA

KAPITOLU 1

Preżentazzjoni tal-kontijiet

Artikolu 76

Il-kontijiet annwali ta’ l-Eurojust għandhom jinkludu:

(a)

ir-rendikonti finanzjarji ta’ l-Eurojust;

(b)

ir-rapporti fuq l-implimentazzjoni tal-baġit. Il-kontijiet ta’ l-Eurojust ikollhom magħhom rapport fuq it-treġija tal-baġit u finanzjarja matul is-sena.

Artikolu 77

Il-kontijiet iridu jħarsu r-regoli u jkunu eżatti u komprensivi u jippreżentaw stampa veru u ġusta:

(a)

rigward ir-rendikonti finanzjarji, ta’ l-attiv u l-passiv, spejjeż u dħul, intitolamenti u obbligi li ma jidhrux bħala assi u piżijiet u likwidità;

(b)

rigward rapporti fuq implimentazzjoni tal-baġit, ta’ operazzjonijiet ta’ dħul u nfiq.

Artikolu 78

Ir-rendikonti finanzjarji jitħejjew skond il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati li jkunu speċifikati fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, li huma:

(a)

bażi ta’ negozju:

(b)

prudenza;

(ċ)

metodi konsistenti ta’ kontabilità;

(d)

it-tagħrif ikun jista’ jitqabbel;

(e)

materjalità;

(f)

ma jkunx hemm innettjar;

(ġ)

il-verità aqwa mid-dehra;

(g)

kontabilità bbażata fuq l-akkumulazzjoni.

Artikolu 79

1.   Skond il-prinċipju tal-kontabilità bbażata fuq l-akkumulazzjoni, ir-rendikonti finanzjarji jridu juru l-ħlas u d-dħul għas-sena finanzjarja, irrilevanti mid-data ta’ ħlas jew ġbir.

2.   Il-valur ta’ l-attiv u l-passiv ikun iddeterminat skond ir-regoli tal-valutazzjoni preskritti mill-metodi għall-kontabilità previsti fl-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 80

1.   Ir-rendikont finanzjarji jkunu ppreżentati f’euro u jkun fihom:

(a)

il-karta tal-bilanċ u l-kont ekonomiku tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jirrapreżentaw l-attiv u l-passiv u l-qagħda finanzjarja u l-kwantitajiet ekonomiċi li jkunu nħadmu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel; ikunu ppreżentati skond l-istruttura preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill fuq il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, u titqies ukoll in-natura speċifika ta’ l-attivitajiet ta’ l-Eurojust;

(b)

it-tabella tal-likwidità li juru l-ammonti li nġabru u ħarġu matul is-sena, u l-aħħar pożizzjoni tat-teżor;

(ċ)

rendikont tal-bidliet fil-kapital li juri bid-dettal iż-żiediet u t-tnaqqis matul is-sena f’kull oġġett fil-kontijiet tal-kapitali

2.   L-Anness tar-rendikonti finanzjarji jissuplimenta lil u jikkumenta dwar it-tagħrif mogħti fir-rendikonti msemmijin fil-paragrafu 1 u jagħti t-tagħrif ieħor kollu preskritt minn prattiċi li jkunj aċċettati internazzjonalment, meta dan it-tagħrif ikollu x’jaqsam ma’ l-attivitajiet ta’ l-Eurojust.

Artikolu 81

Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit iridu jkunu ppreżentati f’euro. Ikun fihom:

(a)

Il-kont tal-baġit tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jistabbilixxi l-ħidmiet kollha tal-baġit għas-sena rigward dħul u nfiq; dan ikun ippreżentat bl-istess truttura tal-baġit innifsu;

(b)

L-Anness tal-kont tal-baġit tal-kwantitajiet li jkunu nħadmu, li jissupplimenta lil, u jikkumenta dwar, it-tagħrif mogħti f’dak il-kont.

Artikolu 82

Sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità irid jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, flimkien mar-rapport fuq it-treġija tal-baġit u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja, msemmi fl-Artikolu 76(7) ta’ dan ir-Regolament, biex l-uffiċjal tal-kontabilità jkun jista’ jikkonsolida l-kontijiet kif previst fl-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 83

1.   Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha, sa mhux iktar tard mill-15 ta’ Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-kontijiet proviżorji ta’ l-Eurojust.

2.   Id-Direttur Amministrattiv, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji ta’ l-Eurojust, irid iħejji l-kontijiet finali ta’ l-Eurojust, b’responsabbiltà tiegħu stess, u jibgħathom lill-Kulleġġ, li jagħti fehma fuq dawn il-kontijiet.

3.   Id-Direttur Amministrattiv jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-fehma tal-Kulleġġ, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew, sa mhux iktar tard mill-1 Lulju tas-sena ta’ wara; id-dokumenti hawn fuq imsemmija għandhom jintbagħtu fi żmien ġimgħatejn meta l-osservazzjonijiet tal-Qorti jaslu wara l-15 ta’ Ġunju.

4.   Il-kontijiet finali ta’ l-Eurojust jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-31 ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja ta’ wara.

5.   Id-Direttur Amministrattiv għandu jibgħat risposta lill-Qorti ta’ l-Awdituri għall-osservazzjonijiet li jkunu għamlu sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru.

KAPITOLU 2

Kontabilità

Sezzjoni 1 –   Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 84

1.   Is-sistema tal-kontabilità ta’ l-Eurojust hi sistema li tintuża għall-organizzazzjoni tat-tagħrif tal-baġit u finanzjarju b’mod li ċ-ċifri jkunu jistgħu jiddaħħlu, jkunu arkivjati u rreġistrati.

2.   Il-kontijiet ikunu magħmulin mill-kontijiet ġenerali u kontijiet tal-baġit. Dawn il-kontijiet isiru f’euro fuq il-bażi ta’ kull sena kalendarja.

3.   Iċ-ċifri fil-kontijiet ġenerali u l-kontijiet tal-baġit ikunu adottati f’għeluq is-sena tal-baġit sabiex il-kontijiet imsemmijin fil-Kapitolu wieħed ikunu jistgħu isiru.

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-uffiċjal li jawtorizza jista’ jżomm kontijiet analitiċi.

Artikolu 85

Ir-regoli u l-metodi tal-kontabilità u l-karta tal-kontijiet armonizzata li tkun applikata mill-Eurojust tkun adottata mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Sezzjoni 2 –   Kontijiet Ġenerali

Artikolu 86

Il-kontijiet ġenerali jżommu, b’ordni kronoloġika u bil-metodu ta’ double entry, l-avvenimenti u l-operazzjonijiet kollha li jolqtu l-qagħda ekonomika u finanzjarja u l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurojust.

Artikolu 87

1.   Ċaqliq fil-kontijiet u l-bilanċi jiddaħħal fir-reġistri tal-kontijiet.

2.   L-annotazzjonijiet kollha tal-kontijiet, inklużi aġġustamenti lill-kontijiet, ikunu bbażati fuq dokumenti ta’ sostenn, u li jkunu jirreferu għalihom.

3.   Is-sistema tal-kontabilità trid tkun b’mod li l-annotazzjonijiet kollha tal-kontijiet ikunu jistgħu jissegwew.

Artikolu 88

L-uffiċjal tal-kontabilità ta’ l-Eurojust, wara għeluq is-sena tal-baġit u sad-data tal-preżentazzjoni tal-kontijiet finali, jista’ jagħmel aġġustamenti li ma jinvolvux ħruġ jew ġbir għal dik is-sena, li jkunu meħtieġa għal preżentazzjoni veru u ġusta tal-kontijiet skond ir-regoli.

Sezzjoni 3 –   Kontijiet tal-baġit

Artikolu 89

1.   Il-kontijiet tal-baġit jagħtu rekord iddettaljat ta’ l-implimentazzjoni tal-baġit.

2.   Għall-iskop tal-paragrafu 1, il-kontijiet tal-baġit iridu jżommu l-operazzjonijiet tad-dħul u nfiq tal-baġit previst fit-Titolu IV ta’ dan ir-regolament.

KAPITOLU 3

Inventarji tal-Proprjetà

Artikolu 90

1.   L-Eurojust għandu jżomm inventarji li jkun fihom il-kwantità u l-valur ta’ l-assi tanġibbli u mhux, u l-assi finanzjarji li jikkostitwixxu l-proprjetà ta’ l-Eurojust skond mudell imħejji mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

L-Eurojust għandu jivverifika li l-annotazzjonijiet fl-inventarju jaqblu mal-qagħda attwali.

2.   Il-bejgħ ta’ proprjetà mobbli għandu jiġi rreklamat b’mod xieraq.

TITOLU VIII

VERIFIKA ESTERNA U KWITTANZA

KAPITOLU 1

Verifika esterna

Artikolu 91

Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha teżamina bir-reqqa l-kontijiet ta’ l-Eurojust skond l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 92

1.   L-Eurojust għandu jibgħat il-baġit lill-Qorti ta’ l-Awdituri malli jiġi finalment adottat. Huwa għandu jinnotifika lill-Qorti ta’ l-Awdituri, mill-aktar fis, b’kull deċiżjoni u bl-atti kollha li jkunu adottati skond l-Artikoli 10, 14, 19 u 23.

2.   L-Eurojust għandu jibgħat ir-regoli finanzjarji interni li jadotta lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

3.   Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tiġi mgħarrfa dwar il-ħatra ta’ uffiċjali li jawtorizzaw, uffiċjali tal-kontijiet u amministratur ta’ flus akkont u b’deċiżjonijiet ta’ delegazzjoni skond l-Artikolu 34, l-Artikolu 43(1) u (4) u l-Artikolu 44.

Artikolu 93

L-iskrutinju li tagħmel il-Qorti ta’ l-Awdituri jkun irregolat bl-Artikoli 139 sa 144 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali. Dan l-iskrutinju għandu jsir b’mod li jissalvagwardja l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva relatata ma’ każ.

KAPITOLU 2

Kwittanza

Artikolu 94

1.   Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, qabel it-30 ta’ April tas-sena n + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Amministrattiv għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena n.

2.   Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jgħarraf lid-Direttur Amministrattiv dwar ir-raġunijiet għad-differiment.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jiddiferixxi d-deċiżjoni li tagħti l-kwittanza, id-Direttur Amministrattiv irid jagħmel l-isforzi kollha biex mill-aktar fis jieħu miżuri biex ineħħi jew jgħin it-tneħħija ta’ l-ostakli għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 95

1.   Id-deċiżjoni ta’ kwittanza tkopri l-kontijiet tad-dħul u nfiq kollu ta’ l-Eurojust, u juri l-bilanċ li jirriżulta u l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurojust.

2.   Bil-għan li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, għandu jeżamina l-kontijiet u r-rendikonti finanzjarji ta’ l-Eurojust. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali magħmul mill-Qorti ta’ l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tad-Direttur Amministrattiv ta’ l-Eurojust, kull rapport speċjali tal-Qorti ta’ l-Awdituri li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja kkonċernata u r-rendikont ta’ assigurazzjoni tal-Qorti ta’ l-Awditrui rigward kemm wieħed jista’ joqgħod fuq il-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet li huma mibnijin fuqhom.

3.   Fuq talba tal-Parlament Ewropew, id-Direttur Amministrattiv għandu jagħti kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni bla tfixkil tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena kkonċernata, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

Artikolu 96

1.   Id-Direttur Amministrattiv għandu jieħu l-passi xierqa kollha biex jaġixxi fuq l-osservazzjonijiet li jkunu mad-deċiżjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jkunu mar-rakkomandazzjoni għal-kwittanza adottata mill-Kunsill, waqt li jiġu meqjusa l-kompiti ta’ l-Eurojust.

2.   Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, id-Direttur Amministrattiv għandu jirraporta fuq il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u kummenti. Huwa għandu jibgħat kopja tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 97

1.   L-Artikoli 40 u 72 (5) għandhom japplikaw għall-ewwel darba għas-sena tal-baġit 2003.

2.   It-termini ta’ żmien msemmijin fl-Artikolu 83 għandhom japplikaw għall-ewwel darba għas-sena tal-baġit 2005.

Għal snin ta’ qabel dawn it-termini ta’ żmien għandhom ikunu:

(a)

il-15 ta’ Settembru għall-Artikolu 83(3);

(b)

it-30 ta’ Novembru għall-Artikolu 83(4);

(ċ)

il-31 ta’ Ottubru għall-Artikolu 83(5).

Artikolu 98

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jingħataw il-poteri li jiksbu kull tagħrif jew spjegazzjonijet meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ baġit fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 99

Sa fejn meħtieġ, il-Kulleġġ għandu jadotta regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament finanzjarju ta’ l-Eurojust, fuq proposta mid-Direttur Amministrattiv tiegħu.

Artikolu 100

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fl-Aja, 20 ta’ April 2006

Il-President tal-Kulleġġ

M. G. KENNEDY


(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/659/ĠAI (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.