ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
2 ta' Awwissu 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2007 ta' l-1 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 920/2007 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 930/2000 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 921/2007 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 għas-sena kummerċjali 2007/2008, f'dak li għandu x'jaqsam mad-data ta’ l-għeluq għall-iffirmar tal-kuntratti tat-tadam għall-ipproċessar, fil-Bulgarija u fir-Rumanija

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 922/2007 ta’ l-1 t'Awissu 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 fir-rigward ta’ arranġament tranżitorju dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-Bulgarija u r-Rumanija għar-ristrutturar u l-konverżjoni

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/2007 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti skadenzi għad-distillazzjoni tal-prodotti li jirriżultaw mill-għasir ta’ l-inbid

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2007 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 918/2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2007

10

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/544/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja

13

 

 

2007/545/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħatra ta’ membru Daniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

14

 

*

Addendum mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/543/KE tat-23 ta' Lulju 2007 li tirrigwarda l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-Konvenzjoni dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Il-Konvenzjoni Europol) ( ĠU L 200, 1.8.2007 )

15

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 919/2007

ta' l-1 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-1 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

33,2

TR

48,7

XK

36,3

XS

36,3

ZZ

38,6

0707 00 05

TR

100,8

ZZ

100,8

0709 90 70

TR

86,9

ZZ

86,9

0805 50 10

AR

56,6

UY

55,7

ZA

65,0

ZZ

59,1

0806 10 10

EG

154,6

MA

146,6

TR

169,3

ZZ

156,8

0808 10 80

AR

89,8

AU

160,4

BR

82,5

CL

97,8

CN

68,3

NZ

100,9

US

102,0

ZA

102,2

ZZ

100,5

0808 20 50

AR

60,9

CL

79,5

NZ

154,7

TR

143,7

ZA

122,0

ZZ

112,2

0809 20 95

CA

361,1

TR

278,1

US

346,3

ZZ

328,5

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

156,1

ZZ

156,1

0809 40 05

IL

110,0

ZZ

110,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 920/2007

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 930/2000 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE jistipulaw regoli ġenerali fir-rigward tal-konvenjenza ta’ denominazzjonijiet ta’ varjetà, permezz ta’ referenza għall-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (3).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2000 ta’ l-4 ta’ Mejju 2000 li jwaqqaf regoli ta’ implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (4) jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ ċerti kriterji stipulati bl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-impedimenti għall-għażla ta’ denominazzjoni ta’ varjetà.

(3)

Mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 930/2000 'l hawn it-tifsira tat-terminu “speċijiet relatati mill-qrib” użata mill-Unjoni Internazzjonali għall-Ħarsien ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti evolviet. Ir-regoli ddetaljati stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 930/2000 għandhom jiġu aġġornati kif xieraq.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 930/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri previsiti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 930/2000 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

‘speċijiet relatati mill-qrib’ għandu jkollha t-tifsira kif definita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.”

(2)

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 930/2000 jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

M’għandux japplika għal denominazzjonijiet ta’ varjetà li ġew proposti mill-applikant lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).

(3)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 38).

(4)  ĠU L 108, 5.5.2000, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1831/2004 (ĠU L 321, 22.10.2004, p. 29).


ANNESS

“ANNESS

Speċijiet relatati mill-qrib

‘Speċijiet relatati mill-qrib’, kif imsemmija fl-Artikolu 4(b), għandu jkollha t-tifsira li ġejja:

(a)

jekk hemm aktar minn kategorija waħda f’ġenus (speċi), għandha tapplika l-lista ta’ kategoriji fil-punt 1;

(b)

jekk kategoriji jikkonsistu f’aktar minn ġenus wieħed, għandha tapplika l-lista ta’ kategoriji fil-punt 2;

(ċ)

bħala regola ġenerali, għal ġeneri u speċi mhux koperti mil-lista ta' kategoriji fil-punti 1 u 2, ġenus jitqies bħala kategorija;

1.   Kategoriji fi ħdan ġenus

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

Kategorija 1.1

Brassica oleracea

Kategorija 1.2

Brassica għajr għal Brassica oleracea

Kategorija 2.1

Beta vulgaris – pitravi taz-zokkor, pitravi ta' l-għalf

Kategorija 2.2

Beta vulgaris – pitravi inklużi l-pitravi Cheltenham , spinach beet jew chard

Kategorija 2.3

Beta għajr għal kategoriji 2.1 jew 2.2

Kategorija 3.1

Cucumis sativus

Kategorija 3.2

Cucumis melo

Kategorija 3.3

Cucumis għajr għal kategoriji 3.1 jew 3.2

Kategorija 4.1

Solanum tuberosum

Kategorija 4.2

Solanum għajr għal kategorija 4.1


2.   Kategoriji li fihom aktar minn ġenus wieħed

Kategoriji

Ismijiet Xjentifiċi

Kategorija 201

Secale, Triticale, Triticum

Kategorija 203 (*)

Agrostis, Dactylis, Festuca, Festulolium, Lolium, Phalaris, Phleum u Poa

Kategorija 204 (*)

Lotus, Medicago, Ornithopus, Onobrychis, Trifolium

Kategorija 205

Cichorium, Lactuca


(*)  Il-kategoriji 203 u 204 mhumiex stabbiliti biss fuq il-bażi ta’ speċijiet relatati mill-qrib.”


2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 921/2007

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 għas-sena kummerċjali 2007/2008, f'dak li għandu x'jaqsam mad-data ta’ l-għeluq għall-iffirmar tal-kuntratti tat-tadam għall-ipproċessar, fil-Bulgarija u fir-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

wara li kkunsidrat l-Att ta’ adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija u b'mod partikolari l-Artikolu 41, l-ewwel inċiż, tiegħu

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jittieħdu miżuri tranżitorji biex il-produtturi u dawk involuti fl-industrija ta’ l-ipproċessar fil-Bulgarija u fir-Rumanija ikunu jistgħu jibbenifikaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema ta’ l-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (2), jistipula li fil-każ tad-tadam, il-kuntratti għandhom jiġu ffirmati qabel il-15 ta’ Frar bejn dawk li jipproċessaw, approvati mill-awtoritajiet kompetenti u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, rikonoxxuti jew rikonoxxuti preliminarjament. Għandha ssir deroga unikament għas-sena kummerċjali 2007/2008, mill-iskeda taż-żmien għall-konklużjoni tal-kuntratti stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1535/2003. Fin-nuqqas, u partikolarment fil-każ tad-tadam, il-partijiet ikkonċernati ma jkunux f'qagħda li jipparteċipaw fis-sistema ta’ l-għajnuna pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 2201/96 għas-sena kummerċjali kurrenti.

(3)

Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti Pproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga milll-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1545/2003, fil-każ tad-tadam, unikament għall-Bulgarija u għar-Rumanija u għas-sena kummerċjali 2007/2008, il-kuntratti bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1)(a) ta’ l-imsemmi Regolament u dawk involuti fl-industrija ta’ l-ipproċċesar approvati mill-awtoritajiet kompetenti ikunu jistgħu jiġu ffirmati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2007 u għallanqas għaxart ijiem qabel il-kunsinni kuntrattwali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl- Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).


2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 922/2007

ta’ l-1 t'Awissu 2007

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 fir-rigward ta’ arranġament tranżitorju dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-Bulgarija u r-Rumanija għar-ristrutturar u l-konverżjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1) u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f'dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (2) jistabbilixxu r-regoli dwar il-finanzjament ta’ l-iskema tar-ristrutturar u l-konverżjoni.

(2)

Għas-sena finanzjarja 2007, ġew allokati allokazzjonijiet għall-finanzjamenti għall-Bulgarija u għar-Rumanija fl-ambitu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/381/KE ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iffissar ta’ allokazzjoni finanzjarja indikattiva, għas-sena ta’ kummerċ 2006/2007 u fir-rigward ta’ ċertu għadd ta’ ettari, għall-Bulgarija u r-Rumanija għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (3).

(3)

Partikolarment, l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 jipprevedu li l-approprjazzjonijiet allokati għal Stat Membru li l-ispejjeż korrispondenti tiegħu ma ntefqux jew ma ġewx ivvalidati sat-30 ta’ Ġunju għandhom ikunu allokati mill-ġdid għal Stat Membru li l-ispejjeż minfuqa u vvalidati tiegħu jammontaw għall-allokazzjoni mogħtija lilu. L-Artikoli msemmija jipprevedu wkoll li l-ammont mogħtija lill-Istati Membri jitnaqqsu għas-sena finanzjarja ta’ wara f'każ li l-ispejjeż li nefqu sat-30 ta’ Ġunju jammontaw għal inqas minn 75 % ta’ l-allokazzjonijiet inizjali tagħhom.

(4)

Billi s-sena ta’ l-inbid 2006/2007 hija l-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema ta’ ristrutturar u konverżjoni, il-Bulgarija u r-Rumanija mhumiex se jkunu jistgħu jużaw il-parti l-kbira ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħhom sat-30 ta’ Ġunju. L-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 tkun twassal għal tnaqqis eċċessiv fl-approprjazzjonijiet disponibbli għal dawk l-Istati Membri għar-ristrutturar u l-konverżjoni fis-sena finanzjarja attwali u sussegwenti.

(5)

Għaldaqstant, fuq bażi tranżitorja, għas-sena ta’ l-inbid 2006/2007, dan it-tnaqqis eċċessiv għandu jiġi evitat, b'deroga mir-Regolament (KE) Nru 1227/2000, billi l-Bulgarija u r-Rumanija jitħallew iħallsu, sa tmiem is-sena finanzjarja attwali, 90 % ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħhom għas-sena ta’ l-inbid 2006/2007 u jiġu eżentati mit-tnaqqis ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħhom fis-sena ta’ l-inbid sussegwenti.

(6)

Dispożizzjoni simili ġiet introdotta fl-2001 u fl-2005 meta l-Istati Membri konċernati applikaw l-iskema ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji ġiet applikata għall-ewwel darba. Billi l-fatt li l-Istati Membri konċernati ma setgħux jonfqu l-allokazzjoni inizjali tagħhom seta' kien minħabba dewmien fil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tipprevedi l-allokazzjonijiet inizjali, l-alternattiva biex dawn l-allokazzjonijiet jintużaw għandha tkun stabbilita fl-istess livell għoli bħal fl-2005.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'deroga mill-Artikolu 16(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 u f'dak li jirrigwarda s-sena finanzjarja 2007, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu japplikaw mal-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Lulju 2007, għal kontribuzzjoni oħra għall-ispejjeż fis-sena finanzjarja 2007 ogħla minn dik innotifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) ta’ l-imsemmi Regolament, u sa 90 % ta’ l-allokazzjoni mogħtija lilhom mid-Deċiżjoni 2007/381/KE. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2007, jistgħu jħallsu 90 % ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħhom għas-sena ta’ l-inbid 2006/2007.

2.   B'deroga mill-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-applikazzjonijiet għal finanzjament ulterjuri mibgħuta lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(1)(ċ) tar-Regolament imsemmi, minn Stati Membri li mhumiex il-Bulgarija u r-Rumanija se jkunu aċċettati fuq bażi pro rata billi jintużaw l-approprjazzjonijiet disponibbli ladarba li jitnaqqsu flimkien l-ammonti għall-Istati Membri kollha notifikati skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) tar-Regolament imsemmi u l-ammonti nnotifikati mill-Bulgarija u mir-Rumanija skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) tar-Regolament ismemmi u skond l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

3.   B'deroga mill-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 u f'dak li jirrigwardja s-sena finanzjarja 2007, l-ebda tnaqqis ma japplika għall-Bulgarija u għar-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-allokazzjoni inizjali tagħhom għas-sena ta’ l-inbid sussegwenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).

(3)  ĠU L 141, 2.6.2007, p. 80.


2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 923/2007

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti skadenzi għad-distillazzjoni tal-prodotti li jirriżultaw mill-għasir ta’ l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 45, 59 u 61 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2), jistipula ċerti dati għad-distallazzjoni tal-prodotti li jirriżultaw mill-għasir ta’ l-inbid. Minħabba n-nuqqas ta’ distilleriji f’ċerti Stati Membri, jeżistu diffikultajiet materjali għal dawn l-Istati Membri biex id-distillazzjoni ssir fl-iskadenzi previsti. Jeħtieġ għalhekk li dawn id-dati msemmija jiġu posposti.

(2)

Peress li t-terminu previst bil-leġiżlazzjoni preżenti biex il-prodotti riżultanti mill-għasir ta’ l-inbid jinġarru fid-distilleriji jiskadi fil-15 ta’ Lulju tas-sena ta’ l-inbid kurrenti, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-15 ta’ Lulju 2007.

(3)

Il-miżuri f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 qed jiġi emendat kif ġej:

1)

Ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 45(1) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, għas-snin ta’ l-inbid 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu hija posposta għall-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ l-inbid sussegwenti.”

2)

It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 59, għandu jinbidel bit-test li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, għas-snin ta’ l-inbid 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007, id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu hija posposta għall-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ l-inbid sussegwenti.”

3)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 61(3), għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Madanakollu, għas-snin ta’ l-inbid 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007, id-data stipulata fl-ewwel subparagrafu hija posposta għall-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ l-inbid sussegwenti.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mill-15 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 897/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 20).


2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 924/2007

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 918/2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92, b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu (2),

Billi:

(1)

Id-dazji ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 918/2007 (3).

(2)

Jekk matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni tagħhom, il-medja tad-dazji ta' importazzjoni tvarja b’5 EUR/t mid-dazju stipulat, għandu jsir aġġustament korrispondenti. fid-dazji ta' importazzjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 918/2007.

(3)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi aġġustat ir-Regolament (KE) Nru 918/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 918/2007 huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007.

Ghall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Generali għall-Agrikoltura u l-Izvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 29.9.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1110/2003 (ĠU L 158, 27.6.2003, p. 12).

(3)  ĠU L 200, 1.8.2007, p. 41.


ANNESS

ANNESS I

Dazji ta' importazzjoni tal-prodotti skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mit-2 ta’ Awwissu 2007

Kodici NK

Deskrizzjoni tal-prodott

Dazju ta' importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

Qamħ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

Qamħ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

Qamħ durum ta' kwalità għolja, minbarra għaż-żrigħ

0,00

1002 00 00

Segala

0,00

1005 10 90

Qamħirrum taż-żrigħ, minbarra l-ibridi

10,55

1005 90 00

Qamħirrum minbarra dak taż-żrigħ (2)

10,55

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ

0,00

ANNESS II

Elementi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

31.7.2007

1)

Il-kwantitajiet medji ghall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

182,18

93,57

Prezz FOB USA

229,29

219,29

199,29

155,07

Tariffa fuq il-Golf

15,23

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

10,26

2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

42,68  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

43,77  EUR/t


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez, taħt l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis tad-dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran,

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta ta' l-Atlantiku tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis standard ta' 24 EUR kull tunnellata fil-każ li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1249/96.

(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Lulju 2007

dwar il-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja

(2007/544/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel inċiż, it-tieni sentenza, u l-paragrafu (3), it-tieni inċiż tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja, ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fl-24 ta’ April 2007 fil-Lussemburgu.

(2)

Jaqbel li l-Protokoll jiġi approvat,

IDDEĊIEDA:

Artikolu Uniku

Il-protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija min-naħa l-oħra, għandu jiġi approvat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha biex titqies l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja.

It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (2)

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  Konformi tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 118, 8.5.2007, p. 8.


2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħatra ta’ membru Daniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2007/545/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/703/KE, Euratom tal-Kunsill tas-16 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħatra ta’ membri Daniżi fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) għall-perijodu bejn il-21 ta’ Settembru 2006 l-20 ta’ Settembru 2010,

Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Daniż,

Wara li kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi siġġu ta’ membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tbattal wara r-riżenja tas-Sur Henrik FALLESEN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sinjura Sinne ALSING CONAN hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Henrik FALLESEN għall-perijodu li jifdal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 33.


2.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/15


ADDENDUM

mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/543/KE tat-23 ta' Lulju 2007 li tirrigwarda l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-Konvenzjoni dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Il-Konvenzjoni Europol)

(Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 200 ta' l-1 t'Awissu 2007)

Id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin jiżdiedu mad-Deċiżjoni:

“ID-DIKJARAZZJONIJIET MIR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA JIRRIGWARDAW:

il-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995, ibbażat fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol):

B’referenza għall-Artikolu 40, il-paragrafu 2 tal-Konvenzjoni Europol ir-Repubblika tal-Bulgarija tesprimi l-kunsens tagħha li kwistjonijiet bejn l-Istati Membri dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni jkunu sistematikament riferuti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej;

il-Protokoll ta’ l-24 ta’ Lulju 1996, imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-interpretazzjoni, permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija:

Skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar l-interpretazzjoni, permezz ta’ deċiżjonijiet preliminari, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni Europol, ir-Repubblika tal-Bulgarija tiddikjara li hija taċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 (a).”