ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 199 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 199/1 |
REGOLAMENT (KE) NRU 861/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 61(ċ) u 67 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-Komunità stabbilixxiet għaliha nnifisha l-għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih ikun żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Għall-istabbiliment gradwali ta’ tali spazju, huwa meħtieġ li l-Komunità tadotta, inter alia, miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali u li jkunu meħtieġa għall-funzjonament korrett tas-suq intern. |
(2) |
Skond l-Artikolu 65(ċ) tat-Trattat, dawk il-miżuri għandhom jinkludu miżuri li jeliminaw l-ostakoli għall-funzjonament korrett ta’ proċedimenti ċivili, jekk meħtieġ permezz tal-promozzjoni tal-kompatibbiltà ta’ regoli dwar proċedura ċivili applikabbli fl-Istati Membri. |
(3) |
F’dan ir-rigward, il-Komunità diġà adottat, fost miżuri oħra, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (4), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (5), ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati (6) u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (7). |
(4) |
Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999 stiednet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jistabbilixxu regoli proċedurali komuni għal-litigazzjoni transkonfinali simplifikata u aċċelerata dwar talbiet żgħar imressqa mill-konsumaturi jew dawk kummerċjali. |
(5) |
Fit-30 ta’ Novembru 2000, il-Kunsill adotta programm konġunt tal-Kummissjoni u tal-Kunsill ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali (8). Il-programm jirriferi għas-simplifikazzjoni u aċċelerament tar-risoluzzjoni tal-litigazzjoni transkonfinali dwar talbiet żgħar. Dan tmexxa ‘l quddiem mill-Programm ta’ l-Aja (9), adottat mill-Kunsill Ewropew fil-5 ta’ Novembru 2004, li sejjaħ sabiex ix-xogħol marbut mat-talbiet żgħar jitmexxa ‘l quddiem b’mod attiv. |
(6) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2002, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropew u dwar miżuri maħsuba sabiex jissimplifikaw u jaċċeleraw il-litigazzjoni dwar talbiet żgħar. Il-Green Paper varat konsultazzjoni dwar miżuri li jikkonċernaw is-simplifikazzjoni u l-aċċelerament ta’ litigazzjoni dwar talbiet żgħar. |
(7) |
Bosta Stati Membri introduċew proċeduri ċivili simplifikati għal talbiet żgħar billi l-ispejjeż, id-dewmien u l-komplessitajiet konnessi mal-litigazzjoni mhux neċessarjament jonqsu b’mod proporzjonali mal-valur tat-talba. L-ostakli għall-kisba ta’ deċiżjoni rapida u mhux għalja huma aggravati f’każijiet transkonfinali. B’hekk jeħtieġ li tiġi stabbilita Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Huwa meħtieġ li l-għan ta’ tali proċedura jkun il-faċilitazzjoni ta’ l-aċċess għall-ġustizzja. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern ikkawżata mill-iżbilanċi fir-rigward tal-funzjonament tal-mezzi proċedurali mogħtija lill-kredituri fi Stati Membri differenti toħloq il-ħtieġa ta’ leġislazzjoni Komunitarja li tiggarantixxi l-parità fil-kondizzjonijiet għall-kredituri u d-debituri fl-Unjoni Ewropea kollha. Meta jiġu ffissati l-ispejjeż imposti għat-trattament ta’ talba taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, għandu jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati l-prinċipji tas-sempliċità, tar-rapidità u tal-proporzjonalità. Huwa kunsiljabbli li jkollhom isiru pubbliċi d-dettalji ta’ l-ispejjeż li jiġu imposti, u li jkunu trasparenti l-mezzi li bihom tiġi stabbilita kwalunkwe spiża bħal dawn. |
(8) |
Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha tissimplifika u taċċelera l-litigazzjoni dwar talbiet żgħar f’każijiet transkonfinali, filwaqt li tnaqqas l-ispejjeż, billi toffri strument fakultattiv addizzjonali għall-possibbiltajiet li jeżistu taħt il-liġijiet ta’ l-Istati Membri, li mhumiex sejrin jintlaqtu. Dan ir-Regolament għandu wkoll jagħmilha aktar sempliċi li jinkiseb ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fi Stat Membru ieħor. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa maħsub sabiex jippromwovi d-drittijiet fundamentali u jieħu kont, partikolarment, tal-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ li l-qorti jew it-tribunal jirrispettaw id-dritt għal smigħ ġust u l-prinċipju ta’ proċess kontenzjuż, b’mod partikolari meta jiddeċiedu dwar il-ħtieġa ta’ seduta u dwar il-mezzi tal-prova u l-limiti xierqa għat-teħid tal-prova. |
(10) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-kalkolu tal-valur ta’ talba, m’għandhomx jitqiesu l-interessi, l-ispejjeż u l-infiq kollha. Dan ma għandu jinċidi la fuq is-setgħa tal-qorti jew tat-tribunal li jimponuhom fis-sentenzi tagħhom u lanqas fuq ir-regoli nazzjonali dwar il-kalkolu ta’ l-interessi. |
(11) |
Huwa meħtieġ, sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, li l-attur jibda l-applikazzjoni billi jimla formola tat-talba standard u jippreżentaha fil-qorti jew fit-tribunal. Il-formola tat-talba għandha tiġi ppreżentata biss lil qorti jew tribunal li jkollhom ġurisdizzjoni. |
(12) |
Huwa meħtieġ li l-formola tat-talba tkun akkumpanjata, fejn ikun il-każ, minn kwalunkwe dokument rilevanti ta’ sostenn. Madankollu, huwa meħtieġ li dan ma jwaqqafx lill-attur milli jippreżenta, fejn ikun il-każ, provi ulterjuri matul il-proċedura. L-istess prinċipju għandu japplika għar-risposta mill-konvenut. |
(13) |
Huwa meħtieġ li l-kunċetti ta’ “manifestament mingħajr bażi” u “inammissibbli” fil-kuntest taċ-ċaħda ta’ talba jew ta’ applikazzjoni jiġu determinati b’mod konformi mal-liġi nazzjonali. |
(14) |
Huwa kunsiljabbli li l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tkun bil-miktub, sakemm seduta orali ma tkunx kunsidrata meħtieġa mill-qorti jew tribunal jew sakemm ma tiġix mitluba minn xi parti. Huwa meħtieġ li l-qorti jew it-tribunal ikunu jistgħu jiċħdu tali rikjesta. M’għandux ikun possibbli li tali ċaħda tiġi kkontestata separatament. |
(15) |
Il-partijiet ma għandhomx ikunu obbligati li jkunu rappreżentati minn avukat jew minn xi professjonist legali ieħor. |
(16) |
Huwa meħtieġ li l-kunċett ta’ “kontrotalba” jiġi interpretat fis-sens ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 fis-sens li din tibbaża ruħha fuq l-istess kuntratt jew fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba oriġinali. L-Artikoli 2 u 4 kif ukoll l-Artikolu 5(3), (4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kontrotalbiet. |
(17) |
F’każijiet fejn il-konvenut jallega dritt ta’ tpaċija, tali talba m’għandhiex tikkostitwixxi kontrotalba għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, il-konvenut m’għandux ikun obbligat juża l-formola standard A, kif tinsab fl-Anness I, sabiex jinvoka tali drittijiet. |
(18) |
L-Istat Membru destinatarju għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 ikun l-Istat Membru fejn għandha ssir in-notifika jew fejn għandu jintbagħat id-dokument. Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u d-dewmien, huwa meħtieġ li n-notifika tad-dokumenti ssir lill-partijiet primarjament permezz tas-servizz postali attestata permezz ta’ riċevuta, inkluża d-data tar-riċevuta. |
(19) |
Huwa kunsiljabbli li parti tkun tista’ tirrifjuta li taċċetta dokument fil-ħin tan-notifika jew billi tirritorna d-dokument fi żmien ġimgħa jekk ma jkunx miktub bil-lingwa uffiċjali, jew akkumpanjat minn traduzzjoni bil-lingwa uffiċjali, ta’ l-Istat Membru destinatarju (jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn in-notifika jkollha isseħħ jew fejn id-dokument ikollu jintbagħat) jew b’lingwa li d-destinatarju jifhem. |
(20) |
Huwa meħtieġ li fil-kuntest tas-seduta orali u tat-teħid tal-prova, l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-użu tat-teknoloġija moderna tal-komunikazzjoni suġġett għal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn il-qorti jew it-tribunal ikollhom is-sede. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jużaw mezzi ta’ teħid ta’ provi li jkunu l-aktar sempliċi u li jiswew l-inqas. |
(21) |
Huwa meħtieġ li l-assistenza prattika, li għandha tkun disponibbli lill-partijiet sabiex jimlew il-formoli ta’ applikazzjoni, tinkludi informazzjoni teknika dwar id-disponibbiltà u l-mili tagħhom. |
(22) |
Huwa meħtieġ li l-persunal tal-qorti jew tat-tribunal ikun jista’ jagħti informazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali b’mod konformi mal-liġi nazzjonali. |
(23) |
Fid-dawl ta’ l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li jissimplifika u li jaċċelera l-litigazzjoni dwar talbiet żgħar f’każijiet transkonfinali, huwa meħtieġ li l-qorti jew it-tribunal jaġixxu malajr kemm jista’ jkun anki f’każijiet fejn dan ir-Regolament ma jippreskrivi l-ebda limitu ta’ żmien għal xi fażi speċifika tal-proċedura. |
(24) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament, għandu jiġi applikat ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (10). |
(25) |
Huwa meħtieġ, sabiex jiġi aċċelerat l-irkupru fir-rigward ta’ talbiet żgħar, li s-sentenza tkun eżegwibbli minkejja kull possibbiltà ta’ appell u mingħajr il-kondizzjoni ta’ l-għotja ta’ garanzija ħlief skond kif inhu previst f’dan ir-Regolament. |
(26) |
Huwa meħtieġ li kwalunkwe referenza f’dan ir-Regolament għal appell tinkludi kull mezz possibbli ta’ appell disponibbli taħt il-liġi nazzjonali. |
(27) |
Huwa meħtieġ li l-qorti jew it-tribunal jinkludu persuna kwalifikata sabiex isservi bħala imħallef skond il-liġi nazzjonali. |
(28) |
Huwa meħtieġ li kull meta l-qorti jew it-tribunal ikunu meħtieġa jistabbilixxu skadenza, il-parti konċernata tiġi mgħarrfa bil-konsegwenzi jekk ma tiġix rispettata dik l-iskadenza. |
(29) |
Huwa xieraq li l-parti telliefa tħallas l-ispejjeż tal-kawża. L-ispejjeż tal-kawża għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-liġi nazzjonali. B’kont meħud ta’ l-objettivi tas-sempliċità u ta’ l-effikaċja meta mqabbla ma’ l-ispejjeż, huwa kunsiljabbli li l-qorti jew it-tribunal jordnaw li parti telliefa tkun obbligata tħallas biss għall-ispejjeż tal-kawża, inkluża per eżempju kwalunkwe spiża li tirriżulta mill-fatt li l-parti l-oħra kienet rappreżentata minn avukat jew professjonist legali ieħor, jew kwalunkwe spiża li tirriżulta min-notifika jew mit-traduzzjoni ta’ dokumenti, li jkunu proporzjonati għall-valur tat-talba jew li jkunu neċessarjament tħallsu. |
(30) |
Sabiex jiġu ffaċilitati r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, huwa meħtieġ li sentenza mogħtija fi Stat Membru fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tiġi rikonoxxuta u eżegwita fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta’ dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà u mingħajr l-ebda possibbiltà li jiġi oppost ir-rikonoxximent tagħha. |
(31) |
Hemm il-ħtieġa ta’ standard minimi għar-reviżjoni ta’ sentenza f’sitwazzjonijiet fejn il-konvenut ma setax jikkontesta t-talba. |
(32) |
B’kont meħud ta’ l-objettivi ta’ sempliċità u ta’ effikaċja meta mqabbla ma’ l-ispejjeż, il-parti li titlob l-eżekuzzjoni m’għandhiex tkun meħtieġa li jkollha rappreżentant awtorizzat jew indirizz postali fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni, ħlief fir-rigward ta’ aġenti bil-kompetenza għall-proċedura ta’ l-eżekuzzjoni skond il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. |
(33) |
Huwa meħtieġ li l-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għad-determinazzjoni ta’ l-ispejjeż u l-infiq li jkunu saru minn uffiċjali tal-qorti jew tat-tribunal minħabba sentenzi mogħtija skond il-proċedura speċifikata f’dan ir-Regolament. |
(34) |
Huwa meħtieġ li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (11). |
(35) |
B’mod partikolari huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex taġġorna jew tagħmel emendi tekniċi fil-formoli li jinsabu fl-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfasslin sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u/jew sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(36) |
Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ proċedura li tissimplifika u taċċelera l-litigazzjoni dwar talbiet żgħar f’każijiet transkonfinali, u li tnaqqas l-ispejjeż, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(37) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda, konformement ma’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, taw avviż dwar ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(38) |
Konformement ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u lanqas ma hija marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura Ewropea għal talbiet żgħar (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar”), bil-ħsieb li tissimplifika u taċċelera l-litigazzjoni dwar talbiet żgħar f’każijiet transkonfinali, u li tnaqqas l-ispejjeż. Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu jkun disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri eżistenti taħt il-liġijiet ta’ l-Istati Membri.
Dan ir-Regolament jelimina wkoll il-proċedimenti intermedji meħtieġa għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni, fi Stati Membri oħra, ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika, f’każijiet transkonfinali, għal materji ċivili u kummerċjali, irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal, fejn il-valur ta’ talba ma jaqbiżx l-EUR 2 000 fiż-żmien meta l-qorti jew it-tribunal kompetenti jirċievu l-formola tat-talba, esklużi l-interessi, l-ispejjeż u l-infiq kollha. M’għandux japplika, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul pubbliku, dwana jew għal materji amministrativi jew għar-responsabbiltà ta’ l-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċizzju ta’ l-awtorità ta’ l-Istat (“acta jure imperii”).
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal materji li jirrigwardaw:
(a) |
l-istatus jew il-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi; |
(b) |
drittijiet ta’ proprjetà derivanti minn relazzjonijiet matrimonjali, obbligi ta’ manteniment u suċċessjoni; |
(ċ) |
il-falliment, proċedimenti relatati ma’ l-istralċ ta’ kumpanniji insolventi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjali, kompożizzjonijiet u proċedimenti analogi; |
(d) |
is-sigurtà soċjali; |
(e) |
l-arbitraġġ; |
(f) |
il-liġi dwar l-impjiegi; |
(g) |
il-kiri ta’ proprjetà immobbli, ħlief azzjonijiet dwar talbiet monetarji; |
(h) |
il-ksur tad-dritt għall-ħajja privata u ta’ drittijiet relatati mal-personalità, inkluża d-diffamazzjoni. |
3. F’dan ir-Regolament, it-terminu “Stat Membru” għandu jfisser Stati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.
Artikolu 3
Każijiet transkonfinali
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, każ transkonfinali huwa wieħed fejn mill-inqas waħda mill-partijiet hija domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru divers mill-Istat Membru tal-qorti jew tat-tribunal fejn tkun saret it-talba.
2. Id-domiċilju għandu jiġi stabbilit skond l-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001.
3. Il-mument rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx każ transkonfinali għandu jkun id-data li fiha tiġi riċevuta l-formola tat-talba mill-qorti jew mit-tribunal kompetenti.
KAPITOLU II
IL-PROĊEDURA EWROPEA GĦAL TALBIET ŻGĦAR
Artikolu 4
Bidu tal-Proċedura
1. L-attur għandu jagħti bidu għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar billi jimla l-formola tat-talba standard A, kif tinsab fl-Anness I, u jippreżentaha fil-qorti jew fit-tribunal kompetenti direttament, bil-posta jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, bħall-fax jew bħall-posta elettronika, aċċettabbli għall-Istat Membru fejn tinbeda l-proċedura. Il-formola tat-talba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-provi li jappoġġaw it-talba u tkun akkumpanjata, skond il-każ, minn kwalunkwe dokumenti rilevanti ta’ sostenn.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar liema mezzi ta’ komunikazzjoni ikunu aċċettabbli għalihom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
3. Fejn talba ma taqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, il-qorti jew it-tribunal għandhom jgħarrfu lill-attur b’dan. Sakemm l-attur ma jirtirax it-talba, il-qorti jew it-tribunal għandhom jipproċedu bit-talba skond il-liġi proċedurali rilevanti applikabbli fl-Istat Membru fejn titmexxa l-proċedura.
4. Fejn il-qorti jew it-tribunal jikkunsidraw li l-informazzjoni pprovduta mill-attur ma tkunx suffiċjentement ċara jew adegwata jew jekk il-formola tat-talba ma tkunx ġiet mimlija sew, u sakemm it-talba ma tkunx tidher manifestament mingħajr bażi jew l-applikazzjoni ma tkunx tidher inammissibbli, huma għandhom jagħtu lill-attur l-opportunità li jimla jew jirrettifika l-formola tat-talba jew li jipprovdi informazzjoni jew dokumenti supplimentari jew li jirtira t-talba, f’tali perijodu li huma jispeċifikaw. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jużaw il-formola standard B, kif tinsab fl-Anness II, għal dan il-għan.
Fejn it-talba tkun tidher manifestament mingħajr bażi jew l-applikazzjoni tkun tidher inammissibbli jew l-attur jonqos milli jimla jew jirrettifika l-formola tat-talba fiż-żmien speċifikat, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formola tat-talba tkun disponibbli fil-qrati u tribunali kollha li fihom tista’ tinbeda l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.
Artikolu 5
Tmexxija tal-Proċedura
1. Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha tkun proċedura bil-miktub. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jagħmlu seduta orali jekk huma jikkunsidraw li dan ikun meħtieġ jew jekk parti titlob dan. Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jiċħdu tali talba jekk huma jikkunsidraw li fir-rigward taċ-ċirkostanzi tal-każ, seduta orali tkun manifestament mhux meħtieġa għat-tmexxija ġusta tal-kawża. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda għandhom jingħataw bil-miktub. Iċ-ċaħda ma tistax tiġi kkontestata separatament.
2. Wara li jirċievu l-formola tat-talba korrettament mimlija, il-qorti jew it-tribunal għandhom jimlew il-Parti I tal-formola ta’ risposta standard C, kif tinsab fl-Anness III.
Għandhom jiġu nnotifikati lill-konvenut, skond l-Artikolu 13, kopja tal-formola tat-talba, u fejn applikabbli, tad-dokumenti ta’ sostenn, flimkien mal-formola ta’ risposta hekk mimlija. Dawn id-dokumenti għandhom jintbagħtu fi żmien 14-il jum mir-riċezzjoni tal-formola tat-talba debitament mimlija.
3. Il-konvenut għandu jippreżenta r-risposta tiegħu fi żmien 30 jum min-notifika tal-formola tat-talba u tal-formola ta’ risposta, billi jimla l-Parti II tal-formola standard ta’ risposta C, akkumpanjata, fejn ikun il-każ, minn kwalunkwe dokument ta’ sostenn rilevanti u jibgħatha lura lill-qorti jew lit-tribunal, jew bi kwalunkwe mod adegwat ieħor li ma jinvolvix l-użu tal-formola ta’ risposta.
4. Fi żmien 14-il jum mir-riċezzjoni tar-risposta mill-konvenut, il-qorti jew it-tribunal għandha tintbagħat lill-attur kopja tagħha, flimkien ma’ kwalunkwe dokument rilevanti ta’ sostenn.
5. Jekk, fir-risposta tiegħu, il-konvenut jiddikjara li l-valur ta’ talba mhux monetarja jeċċedi l-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-qorti jew it-tribunal għandhom jiddeċiedu fi żmien 30 jum minn meta jibagħtu r-risposta lill-attur jekk it-talba taqax fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Din id-deċiżjoni ma tistax tiġi kkontestata separatament.
6. Kwalunkwe kontrotalba, li għandha tiġi ppreżentata bl-użu tal-formola standard A, u kwalunkwe dokument rilevanti ta’ sostenn għandhom jiġu nnotifikati lill-attur skond l-Artikolu 13. Dawk id-dokumenti għandhom jintbagħtu fi żmien erbatax-il jum mir-riċezzjoni.
L-attur għandu jkollu 30 jum mid-data tan-notifika sabiex jirrispondi għal kwalunkwe kontrotalba.
7. Jekk il-kontrotalba teċċedi l-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(1), it-talba u l-kontrotalba m’għandhomx jipproċedu fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar iżda għandhom jiġu ttrattati skond il-liġi proċedurali rilevanti li tkun applikabbli fl-Istat Membru fejn titmexxa l-proċedura.
L-Artikoli 2 u 4 kif ukoll il-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-kontrotalbiet.
Artikolu 6
Lingwi
1. Il-formola tat-talba, ir-risposta, kwalunkwe kontrotalba, kwalunkwe risposta għal kontrotalba u kwalunkwe deskrizzjoni ta’ dokumenti rilevanti ta’ sostenn għandhom jiġu preżentati bil-lingwa jew waħda mil-lingwi tal-proċedimenti tal-qorti jew tat-tribunal.
2. Jekk xi dokument ieħor li l-qorti jew it-tribunal ikunu rċevew ma jkunx b’lingwa li biha jitmexxew il-proċedimenti, il-qorti jew it-tribunal jistgħu jesiġu traduzzjoni ta’ dak id-dokument fil-każ biss fejn ikun jidher li t-traduzzjoni tkun meħtieġa sabiex tingħata s-sentenza.
3. Fejn parti tirrifjuta li taċċetta dokument minħabba li dan ma jkun fl-ebda waħda mil-lingwi li ġejjin:
(a) |
il-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru destinatarju jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn għandha tingħata n-notifika jew fejn id-dokument għandu jintbagħat; jew |
(b) |
lingwa li d-destinatarju jifhem, |
il-qorti jew it-tribunal għandhom jinformaw lill-parti l-oħra b’dan, bil-ħsieb li dik il-parti tipprovdi traduzzjoni tad-dokument.
Artikolu 7
Konklużjoni tal-Proċedura
1. Fi żmien 30 jum wara r-riċezzjoni tar-risposta mill-konvenut jew mill-attur fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(3) jew (6), il-qorti jew it-tribunal għandhom jagħtu sentenza, jew:
(a) |
jesiġu dettalji ulterjuri dwar it-talba mill-partijiet f’perijodu speċifikat ta’ żmien, li ma jeċċedix 30 jum; |
(b) |
jieħdu l-provi skond l-Artikolu 9; jew |
(ċ) |
jordnaw l-attendenza tal-partijiet għal seduta orali li għandha tinżamm fi żmien 30 jum miċ-ċitazzjoni. |
2. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jagħtu s-sentenza fi żmien 30 jum minn kwalunkwe seduta orali jew wara li jkunu rċevew l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tingħata s-sentenza. Is-sentenza għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet skond l-Artikolu 13.
3. Jekk il-qorti jew it-tribunal ma jkunux irċevew risposta mill-parti rilevanti fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5 (3) jew (6), għandhom jagħtu s-sentenza fir-rigward tat-talba jew tal-kontrotalba.
Artikolu 8
Seduta orali
Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jagħmlu seduta orali permezz ta’ konferenza video jew ta’ xi teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni jekk il-mezzi tekniċi jkunu disponibbli.
Artikolu 9
It-teħid tal-prova
1. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jiddeterminaw il-mezzi għat-teħid tal-prova u l-entità meħtieġa tal-prova għas-sentenza tagħhom skond ir-regoli applikabbli għall-ammissibbiltà tal-prova. Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jaċċettaw it-teħid tal-prova permezz ta’ stqarrijiet ta’ xhieda, ta’ esperti jew tal-partijiet bil-miktub. Jistgħu jaċċettaw ukoll it-teħid tal-prova permezz ta’ konferenza video jew ta’ xi teknoloġija oħra ta’ komunikazzjoni jekk il-mezzi tekniċi jkunu disponibbli.
2. Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jisimgħu x-xiehda ta’ esperti jew xiehda orali biss jekk dan ikun meħtieġ għas-sentenza. Fit-teħid tad-deċiżjoni, il-qorti jew it-tribunal għandhom jieħdu kont ta’ l-ispejjeż.
3. Il-qorti jew it-tribunal għandhom jagħżlu l-metodu ta’ teħid tal-prova li jkun l-aktar sempliċi u li jkun l-inqas oneruż.
Artikolu 10
Rappreżentanza tal-partijiet
Ir-rappreżentanza minn avukat jew minn professjonist legali ieħor ma’ għandhiex tkun obbligatorja.
Artikolu 11
Assistenza lill-partijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-partijiet assistenza prattika sabiex jimlew il-formoli.
Artikolu 12
L-ambitu ta’ l-awtorità tal-qorti jew tat-tribunal
1. Il-qorti jew it-tribunal m’għandhomx jesiġu li l-partijiet jagħmlu xi valutazzjoni ġuridika tat-talba.
2. Jekk ikun meħtieġ, il-qorti jew it-tribunal għandhom jinformaw lill-partijiet dwar kwistjonijiet proċedurali.
3. Kull meta jkun xieraq, il-qorti jew it-tribunal għandhom ifittxu soluzzjoni bonarja bejn il-partijiet.
Artikolu 13
Notifika ta’ dokumenti
1. Id-dokumenti għandhom jiġu nnotifikati permezz ta’ servizz postali attestat b’konferma tar-riċevuta inkluża d-data tar-riċevuta.
2. Jekk ma tkunx possibbli n-notifika skond il-paragrafu 1, in-notifika tista’ ssir bi kwalunkwe metodu previst fl-Artikoli 13 jew 14 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004.
Artikolu 14
Limiti ta’ żmien
1. Fejn l-qorti jew it-tribunal jiffissaw skadenza, il-parti konċernata għandha tiġi informata bil-konsegwenzi jekk ma tiġix rispettata dik l-iskadenza.
2. Il-qorti jew it-tribunal jistgħu jestendu l-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 4(4), fl-Artikolu 5(3) u (6) u fl-Artikolu 7(1), f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jekk dan ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati d-drittijiet tal-partijiet.
3. Jekk, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ma jkunx possibbli għall-qorti jew għat-tribunal li jirrispettaw il-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 5(2) sa (6), kif ukoll fl-Artikolu 7, huma għandhom jieħdu l-passi meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 15
L-eżekutorjetà tas-sentenza
1. Is-sentenza għandha tkun eżegwibbli minkejja kwalunkwe appell possibbli. Ma’ għandux ikun meħtieġ l-għoti ta’ garanzija.
2. L-Artikolu 23 għandu japplika wkoll fil-każ li s-sentenza jkollha tiġi eżegwita fl-Istat Membru fejn ingħatat is-sentenza.
Artikolu 16
Spejjeż
Il-parti telliefa għandha tħallas l-ispejjeż tal-kawża. Madankollu, il-qorti jew it-tribunal m’għandhomx jaġġudikaw l-ispejjeż lill-parti li favur tagħha tinqata’ l-kawża safejn dawn ma jkunux saru mingħajr ħtieġa jew ma jkunux proporzjonati għat-talba.
Artikolu 17
Appell
1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni jekk appell ikunx disponibbli skond il-liġi proċedurali tagħhom kontra sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u f’liema limitu ta’ żmien għandu jsir tali appell. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament.
2. L-Artikolu 16 għandu japplika għal kwalunkwe appell.
Artikolu 18
Standards minimi għar-reviżjoni tas-sentenza
1. Il-konvenut għandu jkun intitolat li japplika għar-reviżjoni tas-sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar quddiem il-qorti jew tribunal kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ingħatat is-sentenza fejn:
(a) |
jew |
(b) |
il-konvenut ġie impedit milli joġġezzjona għat-talba għal raġuni ta’ force majeure, jew minħabba ċirkostanzi straordinarji mingħajr l-ebda nuqqas min-naħa tiegħu, |
sakemm huwa jaġixxi fil-pront.
2. Jekk il-qorti jew it-tribunal jiċħdu r-reviżjoni abbażi li ma tkun tapplika ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sentenza għandha tibqa’ fis-seħħ.
Jekk il-qorti jew it-tribunal jiddeċiedu li r-reviżjoni tkun ġustifikata abbażi ta’ xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha tkun nulla.
Artikolu 19
Liġi proċedurali applikabbli
Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha tkun regolata mil-liġi proċedurali ta’ l-Istat Membru li fih titmexxa l-proċedura.
KAPITOLU III
RIKONOXXIMENT U EŻEKUZZJONI FI STAT MEMBRU IEĦOR
Artikolu 20
Rikonoxximent u eżekuzzjoni
1. Sentenza mogħtija fi Stat Membru fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha tiġi rikonoxxuta u eżegwita fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà u mingħajr l-ebda possibbiltà li jiġi oppost ir-rikonoxximent tagħha.
2. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, il-qorti jew it-tribunal għandhom joħorġu ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar bl-użu tal-formola standard D, kif tinsab fl-Anness IV, mingħajr ma jintalab xi ħlas addizzjonali.
Artikolu 21
Proċedura ta’ eżekuzzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni għandhom ikunu regolati mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni.
Sentenza li tingħata fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandha tiġi eżegwita taħt l-istess kondizzjonijiet bħal sentenza mogħtija fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni.
2. Il-parti li titlob l-eżekuzzjoni għandha tipproduċi:
(a) |
kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u |
(b) |
kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 20(2) u, fejn meħtieġ, it-traduzzjoni tiegħu bil-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-proċedimenti tal-qorti jew tribunal tal-post fejn tintalab l-eżekuzzjoni skond il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, jew b’lingwa oħra li l-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni jkun indika li jista’ jaċċetta. Kull Stat Membru jista’ jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, diversi minn tiegħu stess li hu jkun jista’ jaċċetta għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Il-kontenut tal-formola D għandu jiġi tradott minn persuna kwalifikata sabiex tagħmel it-traduzzjonijiet f’wieħed mill-Istati Membri. |
3. Il-parti li titlob l-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fi Stat Membru ieħor m’għandhiex tkun meħtieġa li jkollha:
(a) |
rappreżentant awtorizzat; jew |
(b) |
indirizz postali |
fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni, minbarra aġenti bil-kompetenza fil-proċedura ta’ l-eżekuzzjoni.
4. L-ebda garanzija, pleġġ jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni tagħhom, m’għandhom ikunu meħtieġa minn xi parti li, fi Stat Membru wieħed, tapplika għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma jkollhiex id-domiċilju tagħha jew ir-residenza fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni.
Artikolu 22
Ċaħda ta’ l-eżekuzzjoni
1. L-eżekuzzjoni, ma’ l-applikazzjoni mill-persuna li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, għandha tiġi miċħuda mill-qorti jew mit-tribunal kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni jekk is-sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza preċedenti mogħtija fi kwalunkwe Stat Membru ieħor jew f’pajjiz terz, sakemm:
(a) |
is-sentenza preċedenti tkun involviet l-istess kawża ta’ azzjoni u kienet bejn l-istess partijiet; |
(b) |
is-sentenza preċedenti ngħatat fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni jew tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni; u |
(ċ) |
l-irrikonċiljabbiltà ma tqajmitx u ma setgħetx titqajjem bħala oġġezzjoni fil-proċedimenti tal-qorti jew tribunal fl-Istat Membru fejn ingħatat is-sentenza fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. |
2. Sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ma’ għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni.
Artikolu 23
Sospensjoni jew limitazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni
Fejn parti kkontestat sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jew tali kontestazzjoni għadha possibbli, jew fejn parti għamlet applikazzjoni għal reviżjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 18, il-qorti, it-tribunal jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni jistgħu, fuq applikazzjoni mill-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni:
(a) |
jillimitaw l-proċedimenti ta’ l-eżekuzzjoni għal miżuri protettivi; |
(b) |
jagħmlu l-eżekuzzjoni kondizzjonali fuq l-għoti ta’ tali garanzija kif huma jiddeterminaw; jew |
(ċ) |
taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, jissospendu l-proċedimenti ta’ l-eżekuzzjoni. |
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 24
Informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jipprovdu lill-pubbliku ġenerali u lill-ambjenti professjonali b’informazzjoni dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, inklużi l-ispejjeż, b’mod partikolari permezz tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali stabbilit skond id-Deċiżjoni 2001/470/KE.
Artikolu 25
Informazzjoni relatata ma’ ġurisdizzjoni, mezzi ta’ komunikazzjoni u appelli
1. Sa l-1 ta’ Jannar 2008 l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
liema qrati jew tribunali jkollhom il-ġurisdizzjoni sabiex jagħtu sentenza fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar; |
(b) |
il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati għall-finijiet tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u disponibbli għall-qrati jew tribunali skond l-Artikolu 4(1); |
(ċ) |
jekk appell ikunx disponibbli taħt il-liġi proċedurali tagħhom skond l-Artikolu 17 u f’liema qorti jew tribunal dan jista’ jsir; |
(d) |
lingwi aċċettati skond l-Artikolu 21 (2)(b); u |
(e) |
liema awtoritajiet ikollhom il-kompetenza fir-rigward ta’ l-eżekuzzjoni u liema awtoritajiet ikollhom il-kompetenza għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 23. |
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sussegwenti ta’ din l-informazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni notifikata skond il-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u permezz ta’ kwalunkwe mezz adegwat ieħor.
Artikolu 26
Miżuri implimentattivi
Il-miżuri maħsuba sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inklużi dawk li jissuplimentawh, relatati ma’ aġġornamenti jew emendi tekniċi tal-formoli fl-Annessi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).
Artikolu 27
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 28
Reviżjoni
Sa l-1 ta’ Jannar 2014 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jirrivedi l-operazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, anke dwar il-limitu tal-valur tat-talba msemmi fl-Artikolu 2(1). Dak ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni tal-proċedura kif ġiet operata u stima estiża ta’ l-impatt għal kull Stat Membru.
Għal dak il-għan u sabiex jiġi żgurat li l-aħjar prattika fl-Unjoni Ewropea tkun debitament meqjusa u tirrifletti l-prinċipji ta’ leġislazzjoni aħjar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni relatata ma’ l-operazzjoni transkonfinali tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Din l-informazzjoni għandha tkopri l-miżati tal-qorti, ir-rapidità tal-proċedura, l-effikaċja, il-faċilità ta’ l-użu u l-proċeduri interni għal talbiet żgħar ta’ l-Istati Membri.
Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun il-każ, bi proposti għall-adattament.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 25, li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Lulju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES
(1) ĠU C 88, 11.4.2006, p. 61.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2007.
(3) ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37.
(4) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
(6) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1869/2005 (ĠU L 300, 17.11.2005, p. 6).
(7) ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1.
(10) ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.
(11) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
KAPITOLU I
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 199/23 |
REGOLAMENT (KE) Nru 862/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Lulju 2007
dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-28 u d-29 ta’ Mejju 2001 ikkunsidraw, fir-rigward ta’ l-analiżi komuni u l-iskambju mtejjeb ta’ l-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li hemm bżonn ta’ qafas komprensiv u koerenti għal azzjoni futura għat-titjib ta’ l-istatistika. |
(2) |
F’April 2003, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, li tistabbilixxi Pjan ta’ Azzjoni għall-ġbir u l-analiżi ta’ l-Istatistika Komunitarja fil-qasam tal-migrazzjoni. Din kienet tinkludi numru ta’ bidliet importanti maħsuba sabiex itejbu l-kompletezza u l-livell ta’ l-armonizzazzjoni ta’ din l-istatistika. Permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni immirat sabiex tipproponi leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-ażil. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Tessalonika tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 ikkonkluda li kienu meħtieġa mekkaniżmi aktar effikaċi għall-ġbir u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil fl-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Novembru 2003 (3) dwar il-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq innota li kienet meħtieġa leġiżlazzjoni sabiex tiżgura l-produzzjoni ta’ statistika komprensiva neċessarja għall-iżvilupp ta’ linji politiċi Komunitarji ġusti u effikaċi dwar il-migrazzjoni. Ir-riżoluzzjoni tappoġġa l-pjanijiet tal-Kummissjoni sabiex tkun proposta leġiżlazzjoni dwar l-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-ażil. |
(5) |
It-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea ġab miegħu dimensjoni ġeografika u politika ikbar konnessa ma’ l-iskala tal-fenomeni assoċjati mal-migrazzjoni. Ħoloq ukoll impetu addizzjonali għad-domanda għall-informazzjoni fil-forma ta’ statistika korretta, f’waqtha u armonizzata. Hemm ukoll bżonn, li dejjem qed jiżdied, għal informazzjoni fil-forma ta’ statistika li tirrigwarda l-professjonijiet, l-edukazzjoni, il-kwalifiki u t-tip ta’ attività tal-migranti. |
(6) |
Hija essenzjali statistika Komunitarja armonizzata u komparabbli dwar il-migrazzjoni u l-ażil għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u l-linji politiċi Komunitarji relatati ma’ l-immigrazzjoni u l-ażil, u mal-moviment liberu tal-persuni. |
(7) |
Hemm bżonn li jkun imsaħħaħ l-iskambju ta’ l-informazzjoni fil-forma ta’ statistika dwar il-migrazzjoni u l-ażil u li tkun imtejba l-kwalità tal-ġbir u l-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, li s’issa, saru fuq il-bażi ta’ sensiela ta’ “ftehim informali”. |
(8) |
Hu essenzjali li l-informazzjoni tkun disponibbli, ma’ l-Unjoni Ewropea kollha, għall-għanijiet ta’ monitoraġġ ta’ l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika Komunitarja. Essenzjalment, il-prattika attwali ma tiżgurax suffiċjentement, b’mod uniformi, it-twassil u l-d-disseminazzjoni regolari, f’waqthom u rapidi ta’ data armonizzata. |
(9) |
Dan ir-Regolament ma jkoprix stimi tan-numru ta’ persuni li jkunu residenti illegalment fl-Istati Membri. L-Istati Membri m’għandhomx jipprovdu tali stimi jew data dwar tali persuni lill-Kummissjoni (Eurostat), għalkemm dawn jistgħu jiġu inklużi f’raggruppamenti ta’ popolazzjoni minn stħarriġ. |
(10) |
Kull fejn ikun possibbli, id-definizzjonijiet użati għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma meħudin mir-Rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatistika tal-Migrazzjoni Internazzjonali, mir-Rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar iċ-Ċensimenti tal-Popolazzjonijiet u Akkomodazzjoni fir-Reġjun ta’ l-ECE jew mill-leġiżlazzjoni tal-KE, u għandhom ikunu aġġornati skond il-proċeduri rilevanti. |
(11) |
Il-bżonnijiet Komunitarji l-ġodda għall-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-ażil juru li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 tad-9 ta’ Frar 1976 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika ta’ ħaddiema barranin (4) m’għadhomx applikabbli. |
(12) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 311/76 għandu għalhekk jiġi mħassar. |
(13) |
Ladarba l-objettiv ta’ dan ir-Regolament li jkunu stabbiliti regoli komuni għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ statistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jintlaħqu b’mod aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(14) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (5) jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikulari hu jitlob konformità ma’ l-istandards ta’ imparzjalità, fiduċja, oġġettività, indipendenza xjentifika, effikaċja tan-nefqa u konfidenzjalità ta’ l-istatistika. |
(15) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6). |
(16) |
B’mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex taġġorna d-definizzjonijiet, tiddeċiedi dwar ir-raggruppament ta’ data u tqassim addizzjonali u tistabbilixxi r-regoli dwar il-preċiżjoni u l-istandards ta’ kwalità. Ladarba dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u sabiex jissupplimentawh billi jżidu elementi mhux ezzenzjali ġodda, huma għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(17) |
Il-Kumitat tal-Programm ta’ Statistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta’ Ġunju 1989 li jistabbilixxi Kumitat għall-Programmi ta’ Statistika tal-Komunitajiet Ewropej (7), kien ikkonsultat skond l-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar:
(a) |
l-immigrazzjoni lejn u l-emigrazzjoni minn territorji ta’ l-Istat Membru, inklużi l-flussi mit-territorju ta’ Stat Membru għal dak ta’ Stat Membru ieħor u l-flussi bejn Stat Membru u t-territorju ta’ pajjiż terz; |
(b) |
iċ-ċittadinanza u l-pajjiż ta’ twelid ta’ persuni abitwalment residenti fit-territorju ta’ l-Istati Membri; |
(ċ) |
il-proċeduri u l-proċessi ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istati Membri relatati ma’ l-immigrazzjoni, l-għoti tal-permess għar-residenza, iċ-ċittadinanza, l-ażil u forom l-oħrajn ta’ protezzjoni internazzjonali u l-prevenzjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:
(a) |
“residenza abitwali” tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha matul il-ġurnata, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanza, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż; jew, jekk tali data ma tkunx disponibbli, il-post ta’ residenza legali jew reġistrata; |
(b) |
“immigrazzjoni” tfisser l-azzjoni li biha persuna tistabbilixxi r-residenza tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru għal perjodu li hu, jew li hu mistenni li jkun, ta’ l-anqas tnax-il xahar, filwaqt li qabel kienet abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz; |
(ċ) |
“emigrazzjoni” tfisser l-azzjoni li biha persuna, li qabel kienet abitwalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, tħalli r-residenza tagħha f’dak l-Istat Membru għal perjodu li hu, jew li hu mistenni li jkun, ta’ l-anqas tnax-il xahar; |
(d) |
“ċittadinanza” tfisser ir-rabta legali partikulari bejn individwu u l-Istat tiegħu, miksub permezz tat-twelid jew ta’ naturalizzazzjoni, kemm jekk permezz ta’ dikjarazzjoni, għażla, żwieġ kif ukoll jekk b’mezz ieħor skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
(e) |
“pajjiż ta’ twelid” tfisser il-pajjiż ta’ residenza (fil-konfini preżenti tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli) ta’ l-omm fil-ħin tat-twelid, jew, jekk mhux disponibbli, il-pajjiż (fil-konfini preżenti tiegħu, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli), li fih seħħ it-twelid; |
(f) |
“immigrant” tfisser persuna li twettaq azzjoni ta’ immigrazzjoni; |
(g) |
“emigrant” tfisser persuna li twettaq azzjoni ta’ emigrazzjoni; |
(h) |
“resident għat-tul” tfisser resident għat-tul kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (8); |
(i) |
“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kull persuna li mhix ċittadin ta’ l-Unjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat, inklużi l-persuni mingħajr Stat; |
(j) |
“applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” tfisser l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (9); |
(k) |
“stat ta’ refuġjat” tfisser stat ta’ refuġjat kif definit fl-Artikolu 2 (d) tad-Direttiva 2004/83/KE; |
(l) |
“stat ta’ protezzjoni sussidjarja” tfisser stat ta’ protezzjoni sussidjarja kif definit fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE; |
(m) |
“membri tal-familja” tfisser membri tal-familja kif definiti fl-Artikolu 2(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-ażil depożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (10); |
(n) |
“protezzjoni temporanja” tfisser protezzjoni temporanja kif definita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 2001 dwar standards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (11); |
(o) |
“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser minorenni mhux akkumpanjat kif definit fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE; |
(p) |
“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli dwar il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (12); |
(q) |
“ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu ġew miċħuda d-dħul” tfisser ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu mċaħħda d-dħul fil-fruntiera esterna minħabba li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u ma jiffurmawx parti mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament; |
(r) |
“ċittadini ta’ pajjiż terz misjuba preżenti b’mod illegali” tfisser ċittadini ta’ pajjiżi terzi uffiċjalment misjuba li jkunu fuq it-territorju ta’ Stat Membru u li ma jissodisfawx, jew ma baqgħux jissodisfaw, il-kondizzjonijiet sabiex jibqgħu jew il-kondizzjonijiet ta’ residenza f’dak l-Istat Membru; |
(s) |
“sistemazzjoni mill-ġdid” tfisser it-trasferiment ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz jew ta’ persuni mingħajr Stat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-bżonn tagħhom għal protezzjoni internazzjonali u għal soluzzjoni fit-tul, lejn Stat Membru, fejn huma jkunu permessi jirrisjedu bi status legali assigurat. |
2. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-użu u l-effetti probabbli ta’ stimi jew ta’ metodi oħrajn ta’ adattament ta’ l-istatistika bbażata fuq definizzjonijiet nazzjonali sabiex tkun konformi mad-definizzjonijiet armonizzati stipulati fil-paragrafu 1.
3. Għas-sena ta’ referenza 2008, l-istatistika provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) taħt dan ir-Regolament tista’ tkun ibbażata fuq definizzjonijiet (nazzjonali) alternattivi. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’dawn id-definizzjonijiet alternattivi.
4. Jekk Stat Membru ma jkunx marbut b’wieħed mit-testi legali jew aktar indikati fid-definizzjonijiet fil-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi statistika komparabbli ma’ dik rikjesta taħt dan ir-Regolament fejn tista’ tiġi pprovduta taħt proċeduri leġiżlattivi u/jew amministrattivi eżistenti.
Artikolu 3
Statistika dwar il-migrazzjoni internazzjonali, popolazzjoni abitwalment residenti u l-akkwist taċ-ċittadinanza
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numru ta’:
(a) |
immigranti deħlin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassma kif ġej:
|
(b) |
emigranti ħerġin mit-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassma kif ġej:
|
(ċ) |
persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat Membru fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, imqassma kif ġej:
|
(d) |
persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta’ l-Istat Membru u li kisbu, matul il-perjodu ta’ referenza, iċ-ċittadinanza ta’ l-Istat Membru u li qabel kellhom iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz jew li qabel kienu mingħajr Stat, imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skond jekk il-persuna kinitx preċedentement mingħajr Stat. |
2. L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008.
Artikolu 4
Statistika dwar il-protezzjoni internazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numri ta’:
(a) |
persuni li ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li ġew inklużi f’applikazzjoni ta’ din ix-xorta bħala membri tal-familja matul il-perjodu ta’ referenza; |
(b) |
persuni li jkunu s-suġġett ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati mill-awtorità nazzjonali responsabbli fl-aħħar tal-perjodu ta’ referenza; |
(ċ) |
applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu ġew irtirati matul il-perjodu ta’ referenza. |
Din l-istatistika għandha tkun imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati. Hija għandha tkun relatata mal-perjodi ta’ referenza ta’ xahar kalendarju u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tax-xahar ta’ referenza. L-ewwel xahar ta’ referenza għandu jkun Jannar 2008.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numri ta’:
(a) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jqisu applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bħala bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta’ prijorità aċċelerati, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(b) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta’ refuġjat, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(ċ) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta’ protezzjoni sussidjarja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(d) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw protezzjoni temporanja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(e) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet oħrajn ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet umanitarji taħt il-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-protezzjoni internazzjonali, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza. |
Din l-istatistika għandha tkun imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati. Hija għandha tkun relatata ma’ perjodi ta’ referenza ta’ tliet xhur kalendarji u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2008.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar in-numri ta’:
(a) |
applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu kkunsidrati mill-awtorità nazzjonali responsabbli bħala minorenni mhux akkumpanjati matul il-perjodu ta’ referenza; |
(b) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jqisu applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bħala bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta’ prijorità u aċċelerati, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(ċ) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta’ refuġjat, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(d) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta’ protezzjoni sussidjarja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(e) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jagħtu jew jirtiraw protezzjoni sussidjarja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza; |
(f) |
persuni koperti minn deċiżjonijiet finali oħrajn, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji fuq appell jew reviżjoni, li jagħtu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet umanitarji taħt il-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-protezzjoni internazzjonali matul il-perjodu ta’ referenza; |
(g) |
persuni li ngħataw awtorizzazzjoni sabiex jirrisjedu fl-Istat Membru fi ħdan il-qafas ta’ skema nazzjonali jew Komunitarja ta’ sistemazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ referenza, fejn tali skema tkun implimentata fl-Istat Membru. |
Din l-istatistika għandha tkun imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati. Hija għandha tkun relatata mal-perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-istatistika li ġejja dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (13):
(a) |
in-numru ta’ talbiet għar-riammissjoni jew għall-kustodja ta’ persuna li tfittex l-ażil; |
(b) |
id-dispożizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati t-talbiet msemmija fil-punt (a); |
(ċ) |
id-deċiżjonijiet meħudin bħala risposta għat-talbiet msemmija fil-punt (a); |
(d) |
in-numru ta’ trasferimenti bħala riżultat tad-deċiżjonijiet msemmija fil-punt (ċ); |
(e) |
in-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni. |
Din l-istatistika għandha tkun relatata ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008.
Artikolu 5
Statistika dwar il-prevenzjoni ta’ dħul jew residenza illegali
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika dwar in-numri ta’:
(a) |
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fit-territorju ta’ l-Istat Membru fil-fruntiera esterna; |
(b) |
ċittadini ta’ pajjiżi terzi misjuba preżenti illegalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru skond il-liġijiet nazzjonali relatati ma’ l-immigrazzjoni. |
L-istatistika taħt il-punt (a) għandha tkun imqassma skond l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.
L-istatistika taħt punt (b) għandha tkun imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati.
2. L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008.
Artikolu 6
Statistika dwar il-permessi ta’ residenza u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika dwar:
(a) |
in-numru ta’ permessi ta’ residenza maħruġa lil persuni li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi, imqassam kif ġej:
|
(b) |
in-numru ta’ residenti fit-tul, fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, imqassam skond iċ-ċittadinanza. |
2. Fejn il-liġijiet nazzjonali u l-prattika amministrattiva ta’ l-Istat Membru jippermettu l-għotja ta’ kategoriji speċifiċi ta’ viża fit-tul jew ta’ stat ta’ immigrazzjoni minflok permessi ta’ residenza, l-għadd ta’ tali viżi u għotjiet ta’ l-istat għandhom ikunu inklużi fl-istatistika meħtieġa skond il-paragrafu 1.
3. L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008.
Artikolu 7
Statistika dwar ir-ritorni
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika relatata ma’:
(a) |
in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz misjuba preżenti illegalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru u li jkunu suġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li jattestaw jew jiddikjaraw li r-residenza tagħhom hija illegali u li jimponu obbligu sabiex iħallu t-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassam skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati; |
(b) |
in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fil-fatt ħallew it-territorju ta’ l-Istat Membru, wara deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, kif imsemmi fil-punt (a), imqassam skond iċ-ċittadinanza tal-persuni ritornati; |
2. L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008.
3. L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tinkludi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu trasferiti minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 343/2003 u r-Regolament (KE) Nru 1560/2003.
Artikolu 8
Tqassim addizzjonali
1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri relatati mad-definizzjoni ta’ tqassim addizzjonali kif stipulat hawn taħt għall-istatistika li ġejja:
(a) |
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 4 b’mod globali, bi tqassim skond:
|
(b) |
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 4(4), tqassim skond:
|
(ċ) |
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 5(1)(a), tqassim skond:
|
(d) |
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 5(1)(b), tqassim skond:
|
(e) |
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 6, tqassim skond:
|
(f) |
għall-istatistika meħtieġa taħt l-Artikolu 7, tqassim skond:
|
2. It-tqassim addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun provdut biss separatament, u mhux suġġett għal klassifikazzjonijiet inkroċjati mat-tqassim meħtieġ taħt l-Artikoli 4 sa 7.
3. Meta tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ tqassim addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni għall-finijiet ta’ żvilupp u monitoraġġ tal-linji politiċi Komunitarji u għandha tikkunsidra d-disponibbiltà ta’ sorsi adatti ta’ data u l-ispejjeż involuti.
In-negozjati dwar tqassim addizzjonali li jista’ jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 4 sa 7 għandhom jinbdew mhux iktar tard mill-20 ta’ Awwissu 2009. L-ewwel sena ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ tqassim addizzjonali għandha tkun l-2010.
Artikolu 9
Sorsi ta’ data u standards ta’ kwalità
1. L-istatistika għandha tkun ibbażata fuq is-sorsi ta’ data li ġejjin skond id-disponibilità fl-Istat Membru u konformement mal-liġijiet u l-prattika nazzjonali:
(a) |
ir-records ta’ l-azzjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji; |
(b) |
ir-reġistri relatati ma’ l-azzjonijiet amministrattivi; |
(ċ) |
ir-reġistri tal-popolazzjoni ta’ persuni jew ta’ subgrupp partikulari ta’ dik il-popolazzjoni; |
(d) |
ċensimenti; |
(e) |
surveys kampjunarji; |
(f) |
sorsi adatti oħrajn. |
Bħala parti mill-proċess ta’ l-istatistika, jistgħu jintużaw metodi ta’ stima statistika b’bażi xjentifika u dokumentati sew.
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi ta’ data użati, ir-raġunijiet għall-għażla ta’ dawn is-sorsi u l-effetti tas-sorsi magħżula ta’ data fuq il-kwalità ta’ l-istatistika, u dwar il-metodi ta’ stima użati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) kull meta jkun hemm bidliet f’dawn.
3. Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovduha bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tevalwa l-kwalità, il-komparabbiltà u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni statistika.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) mingħajr telf ta’ żmien bir-reviżjonijiet u l-korrezzjonijiet ta’ l-istatistika provduta bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, u dwar kull bidla fil-metodi u s-sorsi użati ta’ data.
5. Il-miżuri relatati mad-definizzjoni tal-formati adatti għat-trażmissjoni tad-data għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).
Artikolu 10
Miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxu r-regoli dwar il-formati adatti għat-trażmissjoni tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 9 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 11(2).
2. Il-miżuri, li ġejjin, li jkunu neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tiegħu, fost oħrajn billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3):
(a) |
l-aġġornament tad-definizzjonijiet disposti fl-Artikolu 2(1); |
(b) |
id-definizzjoni tal-kategoriji ta’ gruppi ta’ pajjiżi ta’ twelid, gruppi ta’ pajjiżi ta’ residenza abitwali preċedenti u sussegwenti u gruppi ta’ ċittadinanza kif previst fl-Artikolu 3(1); |
(ċ) |
id-definizzjoni tal-kategoriji tar-raġunijiet għall-permess kif previst fl-Artikolu 6(1)(a); |
(d) |
id-definizzjoni tat-tqassim addizzjonali u l-livelli ta’ tqassim li għandhom jiġu applikati għall-fatturi varjabbli kif previst fl-Artikolu 8; |
(e) |
l-iffissar tar-regoli dwar il-preċiżjoni u l-istandards ta’ kwalità. |
Artikolu 11
Kumitat
1. Meta tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi ta’ Statistika stabbilit mid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 12
Rapport
Sa l-20 ta’ Awwissu 2012 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika kompilata skond dan ir-Regolament u l-kwalità tagħha.
Artikolu 13
Tħassir
Ir-Regolament (KEE) Nru 311/76 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Lulju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES
(1) ĠU C 185, 8.8.2006, p. 31.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2007.
(3) ĠU C 83 E, 2.4.2004, p. 94.
(5) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(7) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
(8) ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
(9) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
(10) ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.
(11) ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12.
(12) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(13) ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3.
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 199/30 |
REGOLAMENT (KE) Nru 863/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta’ uffiċjali mistiedna
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 62(2)(a) u 66 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (2) (“l-Aġenzija”). |
(2) |
Stat Membru li jiffaċċja ċirkostanzi li jenħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni tiegħu jista’, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64(2) tat-Trattat u skond l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 jitlob assistenza lill-Aġenzija f’forma ta’ koordinazzjoni, fejn huma involuti Stati Membri oħra. |
(3) |
Ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni permezz ta’ kontrolli u sorveljanza tgħin biex ikunu miġġielda l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u biex ma jkun hemm l-ebda theddida għas-sigurtà interna, għall-politika pubblika, għas-saħħa pubblika u għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ l-Istati Membri. Il-kontroll tal-fruntieri mhuwiex biss fl-interess ta’ l-Istat Membru fejn isir il-kontroll tal-fruntiera iżda hu fl-interess ta’ l-Istati Membri kollha li neħħew il-kontroll tal-fruntiera interna. |
(4) |
Ir-responsabbiltà għall-kontroll tal-fruntieri esterni hija ta’ l-Istati Membri. B’kont meħud tas-sitwazzjonijiet kritiċi li l-Istati Membri, minn żmien għal żmien, jiffaċċjaw fil-fruntieri esterni tagħhom, partikolarment fir-rigward tal-wasla f’punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri, jista’ jkun meħtieġ li tingħata assistenza lill-Istati Membri, billi jingħataw riżorsi xierqa u suffiċjenti, b’mod partikolari persunal. |
(5) |
Il-possibbiltajiet attwali għall-għoti ta’ assistenza prattika u effiċjenti fir-rigward tal-kontroll ta’ persuni fil-fruntieri esterni u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni fil-livell Ewropew m’humiex meqjusa bħala suffiċjenti, partikolarment fejn l-Istati Membri jiffaċċjaw il-wasla ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri. |
(6) |
Stat Membru għandu għalhekk ikollu l-possibbiltà li jitlob l-iskjerament, fil-qafas ta’ l-Aġenzija, ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri li jkun fih esperti b’taħriġ speċjali minn Stati Membri oħrajn fit-territorju tiegħu biex jassistu l-gwardji nazzjonali tal-fruntiera tiegħu fuq bażi temporanja. L-iskjerament tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-solidarjetà u ta’ l-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri. |
(7) |
L-iskjerament ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri iseħħ biex jagħti appoġġ għal perijodu ta’ żmien limitat f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali u urġenti. Dawn iċ-ċirkostanzi jinqalgħu meta Stat Membru ikun qed jiffaċċja fluss ta’ massa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorju tiegħu li jkun jitlob azzjoni immedjata u fejn l-iskjerament ta’ Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri jista’ jikkontribwixxi għal azzjoni effettiva. It-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri mhumiex maħsuba biex jipprovdu assistenza fuq perijodu twil. |
(8) |
Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri ser jiddependu fuq id-dmirijiet maħsuba, id-disponibbiltà u l-frekwenza ta’ l-iskjerament. Sabiex tkun żgurata operazzjoni effikaċi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu numru xieraq ta’ gwardji tal-fruntiera (il-Grupp Rapidu) li jirrifletti b’mod speċjali l-ispeċjalizzazzjoni u d-daqs ta’ l-organizzazzjoni tal-gwardji tal-fruntiera tagħhom stess. L-Istati Membri għandhom għalhekk joħolqu gruppi ta’ esperti nazzjonali biex jgħinu jżidu l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament. Id-daqs differenti ta’ l-Istati Membri u l-ispeċjalizzazzjonijiet tekniċi ta’ l-organizzazzjonijiet tal-gwardja tal-fruntiera tagħhom għandhom jiġu meqjusa mill-Aġenzija. |
(9) |
L-aħjar prattika minn għadd ta’ Stati Membri turi li meta wieħed ikun jaf il-profili (ħiliet u kwalifiki) tal-gwardji tal-fruntiera disponibbli qabel l-iskjerament, dan il-fatt jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ippjanar u t-tmexxija effiċjenti ta’ l-operazzjonijiet. L-Aġenzija għandha tiddetermina l-profili u n-numru totali ta’ gwardji tal-fruntiera li għandhom jiġu pprovduti għat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri. |
(10) |
Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, li joffri kemm lill-Aġenzija kif ukoll lill-Istati Membri flessibbiltà suffiċjenti u jiżgura li l-operazzjonijiet jitwettqu b’livell għoli ta’ effiċjenza u effikaċja. |
(11) |
L-Aġenzija, għandha, inter alia, tikkordina l-kompożizzjoni, taħriġ u l-iskjerament tat-Timijet ta’ Intervent Rapidu. Hu għalhekk neċessarju li jkunu introdotti dispożizzjonijiet ġodda fir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 dwar l-irwol ta’ l-Aġenzija fir-rigward ta’ dawk it-timijiet. |
(12) |
Meta Stat Membru jiffaċċja fluss ta’ massa ta’ ċittadini ta’ pajjizi terzi li qed jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorju tiegħu, jew f’xi sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sustanzjalment it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali, dan jista’ ma jibgħatx il-gwardji tal-fruntiera tiegħu biex jiġu skjerati. |
(13) |
Sabiex jaħdmu flimkien b’mod effikaċi mal-gwardji nazzjonali tal-fruntieri, il-membri tat-timijiet għandhom ikunu kapaċi jwettqu kompiti relatati mal-kontroll ta’ persuni u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni waqt li jkunu skjerati fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jitlob l-għajnuna tagħhom. |
(14) |
Bl-istess mod, l-effiċjenza ta’ operazzjonijiet konġunti kkoordinati mill-Aġenzija għandha titjieb aktar billi uffiċjali mistiedna ta’ Stati Membri oħrajn, jitħallew fuq bażi temporanja, iwettqu kompiti relatati mal-kontroll ta’ persuni fi u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni. |
(15) |
Huwa għalhekk neċessarju wkoll li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda fir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 dwar il-kompiti u l-poteri ta’ uffiċjali mistiedna li jkunu skjerati fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jitlob l-għajnuna fil-qafas ta’ l-Aġenzija. |
(16) |
Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (3). Għal dan il-għan, l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-timijiet, filwaqt li jwettqu kontrolli u sorveljanza fil-fruntiera, m’għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni għal raġunijiet ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom għandha tkun proporzjonata għall-objettivi ta’ tali miżuri. |
(17) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu għandu jkun applikabbli skond l-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali u n-non-refoulement. |
(18) |
Dan ir-Regolament għandu jkun applikat b’rispett sħiħ ta’ l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi internazzjonali tal-baħar, partikolarment fir-rigward tat-tfittxija u s-salvataġġ. |
(19) |
Id-Direttiva 95/46/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4) japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(20) |
Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fir-rigward ta’ l-assoċjazzjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fl-ambitu imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. |
(21) |
Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fir-rigward ta’ l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ fil-qasam msemmi fl-Artikolu 1 punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE (7) u 2004/860/KE (8). |
(22) |
B’mod konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll fuq il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk hijiex se tittrasponih jew le fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(23) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tat-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (9). Ir-Renju Unit għalhekk mhux se jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(24) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (10). Għalhekk l-Irlanda mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(25) |
F’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(8) u (9) jikkostitwixxu, sal-punt li jirreferu għall-aċċess li jingħata għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, dispożizzjonijiet li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew relatati miegħu b’mod ieħor skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-2003 u l-Artikolu 4(2) ta’ l-2005 ta’ l-Atti ta’ l-Adeżjoni. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu bil-għan li jipprovdi assistenza operattiva rapida għal perijodu limitat lil Stat Membru li jitlobha u li qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni urġenti u eċċezzjonali, speċjalment il-wasla ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’punti tal-fruntieri esterni li jkunu qed jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorju ta’ l-Istat Membru, fil-forma ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (aktar ’il quddiem imsejħa “timijiet”). Dan ir-Regolament jiddefinixxi wkoll il-kompiti li għandhom jitwettqu u l-poteri li għandhom jiġu eżerċitati minn membri tat-Timijiet waqt operazzjonijiet fi Stat Membru li mhuwiex dak tagħhom.
2. Dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 b’riżultat ta’ l-istabbiliment tal-mekkaniżmu kif imsemmi fil-paragrafu 1 u bil-ħsieb li jkunu definiti l-kompiti li għandhom jitwettqu u l-poteri li għandhom jiġu eżerċitati mill-gwardji tal-fruntiera ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota fi Stat Membru ieħor.
3. L-assistenza teknika meħtieġa għandha tiġi pprovduta lil Stat Membru li jagħmel it-talba skond l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004.
Artikolu 2
Għan
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tar-refuġjati u persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, partikolarment fir-rigward ta’ non-refoulement.
KAPITOLU 1
TIMIJIET TA’ INTERVENT RAPIDU FIL-FRUNTIERI
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
1. |
“l-Aġenzija” tfisser l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea; |
2. |
“membri tat-timijiet” tfisser gwardji tal-fruntiera ta’ Stati Membri li jservu mat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri li mhumiex dawk ta’ l-Istat Membru ospitanti; |
3. |
“Stat Membru li jagħmel it-talba” tfisser Stat Membru fejn l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jitolbu lill-Aġenzija biex tibgħat Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fit-territorju tiegħu; |
4. |
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fit-territorju tiegħu jintbagħtu Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri; |
5. |
“Stat Membru ta’ oriġini” tfisser l-Istat Membru fejn membru tat-tim huwa gwardja tal-fruntiera. |
Artikolu 4
Kompożizzjoni u skjerament ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu
1. Il-kompożizzjoni tat-Timijiet għandha tkun iddeterminata mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 kif emendat b’ dan ir-Regolament. L-iskjerament tagħhom għandu jkun regolat mill-Artikolu 8d ta’ dak ir-Regolament.
2. Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija, il-Bord Amministrattiv ta’ l-Aġenzija għandu jiddeċiedi b’maġġoranza ta’ tliet kwarti l-profili u n-numru sħiħ ta’ uffiċjali tal-fruntiera li jridu jkunu disponibbli għat-Timijiet (Il-Grupp Rapidu). L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numru sħiħ ta’ gwardji tal-fruntiera tal-Grupp Rapidu. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-Grupp Rapidu permezz ta’ grupp ta’ esperti nazzjonali bbażat fuq il-profili differenti definiti billi jaħtru gwardji tal-fruntiera li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.
3. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-gwardji tal-fruntiera disponibbli għall-iskjerament fuq talba ta’ l-Aġenzija, sakemm ma jkunux qed jiffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sew it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali. L-awtonomija ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini f’relazzjoni ma’ l-għażla tal-persunal u t-tul ta’ żmien ta’ l-iskjerament tagħhom m’għandhiex tkun affettwata.
4. L-ispejjeż relatati ma’ l-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu mill-Aġenzija skond l-Artkolu 8h tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004.
Artikolu 5
Istruzzjonijiet għat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu
1. Waqt l-iskjerament tat-Timijiet, l-istruzzjonijiet lit-timijiet għandhom jinħarġu mill-Istat Membru ospitanti skond il-pjan operattiv imsemmi fl-Artikolu 8e tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004.
2. L-Aġenzija, permezz ta’ l-uffiċjal li jikkoordina, kif imsemmi fl-Artikolu 8 g tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004, tista’ tikkomunika l-fehmiet tagħha dwar dawk l-istruzzjonijiet lill-Istat Membru ospitanti. Jekk tagħmel hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawk il-fehmiet.
3. B’mod konformi ma’ l-Artikolu 8 g tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-uffiċjal li jikkoordina, inkluż aċċess sħiħ għat-timijiet fil-ħinijiet kollha matul l-iskjerament.
Artikolu 6
Poteri u kompiti tal-membri tat-timijiet
1. Il-Membri tat-timijiet għandu jkollhom il-kapaċità biex iwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw il-poteri kollha għall-kontrolli u s-sorveljanza tal-fruntiera b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u li huma meħtieġa għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament. Id-dettalji għal kull skjerament għandhom ikunu speċifikati fil-pjan operattiv ta’ dak l-iskjerament b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8e tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004.
2. Membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom, jirrispettaw bis-sħiħ id-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tal-poteri għandha tkun proporzjonata għall-objettivi ta’ tali miżuri. Waqt li jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw il-poteri tagħhom, il-membri tat-timijiet m’għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
3. Membri tat-timijiet jistgħu jwettqu biss kompiti u jeżerċitaw poteri taħt l-istruzzjoni u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta’ uffiċjal tal-gwardja ta’ l-Istat Membru ospitanti.
4. Il-membri tat-timijiet għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom meta jwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom. Huma għandhom jilbsu faxxa ta’ l-idejn blu bl-insinja ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li tidentifikahom bħala parteċipanti fi skjerament tat-Timijiet. Għall-finijiet ta’identifikazzjoni fil-konfront ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti u ċ-ċittadini tiegħu, il-membri tat-timijiet għandhom f’kull ħin iġorru magħhom dokument ta’ akkreditazzjoni, previst fl-Artikolu 8, li huma għandhom jippreżentaw meta mitlubin.
5. Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom, il-membri tat-timijiet jistgħu jġorru armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz kif awtorizzat skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini. Madankollu, l-Istat Membru ospitanti jista’ jipprojbixxi l-ġarr ta’ ċerti armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz, sakemm il-liġijiet tiegħu japplikaw l-istess projbizzjoni lill-gwardji tal-fruntiera tiegħu. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel l-iskjerament tat-timijiet, jinforma lill-Aġenzija dwar armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz permissibbli u dwar il-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Aġenzija għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-iskjerament.
6. Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom ikunu awtorizzati jużaw il-forza, inkluż armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, bil-kunsens ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini u ta’ l-Istat Membru ospitanti, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru ospitanti u b’mod konformi mal-liġi nazzjonali tiegħu.
7. B’deroga mill-paragrafu 6, armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz jistgħu jintużaw f’awto-difiża leġittima u f’difiża leġittima tal-membri tat-timijiet jew ta’ persuni oħra, b’mod konformi mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti.
8. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-Istat Membru ospitanti jista’ jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej tiegħu li huma meħtieġa għall-kontrolli u s-sorveljanza tal-fruntiera. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw dik id-data biss li hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel l-iskjerament tat-timijiet, jinfurma lill-Aġenzija bil-bażijiet ta’ data nazzjonali u Ewropej li jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-iskjerament.
9. Il-konsultazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 8 għandha ssir b’mod konformi mal-liġi Komunitarja u l-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.
10. Deċiżjonijiet biex jiġi miċħud id-dħul skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 7
Status, drittijiet u obbligi tal-membri tat-timijiet
1. Il-membri tat-timijiet għandhom jibqgħu gwardji nazzjonali tal-fruntieri ta’ l-Istati Membri ta’ oriġini tagħhom u għandhom jitħallsu minnhom.
2. Il-gwardji tal-fruntiera li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Grupp Rapidu skond l-Artikolu 4 għandhom jipparteċipaw f’taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u l-poteri tagħhom kif ukoll fl-eżerċizzji regolari pprovduti mill-Aġenzija b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8c tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004.
3. Gwardji tal-fruntiera għandhom jirċievu kumpens għall-għajxien ta’ kuljum, inkluż spejjeż ta’ akkomodazzjoni, għat-tul tal-parteċipazzjoni tagħhom f’taħriġ u eżerċizzji organizzati mill-Aġenzija, u l-perijodi ta’ tħaddim tagħhom b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8h tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004.
Artikolu 8
Dokument ta’ Akkreditazzjoni
1. L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni ma’ l-Istat Membru ospitanti, toħroġ dokument fil-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti u f’lingwa uffiċjali oħra ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea lill-membri tat-timijiet bil-għan li huma jkunu identifikati u bħala prova tad-drittijiet tad-detentur biex iwettaq il-kompiti u jeżerċita l-poteri kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Id-dokument għandu jinkludi d-data li ġejja tal-membru tat-tim:
(a) |
isem u nazzjonalità; |
(b) |
grad; u |
(ċ) |
ritratt reċenti diġitalizzat. |
2. Id-dokument għandu jkun irritornat lill-Aġenzija fi tmiem l-iskjerament tat-Tim.
Artikolu 9
Liġi applikabbli
1. Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti u jeżerċitaw il-poteri kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-membri tat-timijiet għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja u l-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti.
2. Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti u jeżerċitaw il-poteri kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-membri tat-timijiet għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom.
3. Regoli speċifiċi dwar il-ġarr u l-użu ta’ armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz, kif ukoll dwar l-użu ta’ forza huma stabbiliti fl-Artikolu 6(5), (6) u (7).
4. Regoli speċifiċi dwar ir-responsabbiltà ċivili u kriminali huma stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 rispettivament.
Artikolu 10
Responsabbiltà ċivili
1. Fejn membri tat-timijiet joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli b’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara li ssir minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.
2. Fejn dik il-ħsara tiġi kkawżata minn negliġenza kbira jew intenzjonalment, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini is-somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati għan-nom tagħhom irrimborsati mill-Istat Membru ta’ oriġini.
3. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi kull Stat Membru għandu jirrinunzja milli jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini jew lil xi Stat Membru ħlas għad-danni li jkun sofra sakemm id-dannu ma jkunx ġie kkawżat minħabba negliġenza gravi jew intenzjonalment.
4. Kwalunkwe tilwima, relatata ma’ l-applikazzjoni ta’ paragrafi 2 u 3, li ma tiġix solvuta permezz ta’ negozjati bejn l-Istati Membri, għandha tiġi sottomessa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komuntajiet Ewropej b’konformità ma’ l-Artikolu 239 tat-Trattat.
5. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi, l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir ta’ l-Aġenzija matul l-iskjerament għandhom ikunu koperti mill-Aġenzija, sakemm id-dannu ma jkunx ġie kkawżat minħabba negliġenza gravi jew intenzjonalment.
Artikolu 11
Responsabbiltà kriminali
Matul l-iskjerament tat-Timijiet, membri tat-timijiet għandhom jiġu meqjusa bl-istess mod bħall-uffiċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ kwalunkwe reat kriminali li jista’ jitwettaq kontrihom jew minnhom.
KAPITOLU II
EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2007/2004
Artikolu 12
Emendi
Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 huwa b’dan emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1(4) għandu jitħassar; |
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li jmiss: “Artikolu 1a Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ser japplikaw id-definizzjonijiet li jmiss:
|
3. |
Fl-Artikolu 2(1), il-punt li ġej għandu jiżdied:
|
4. |
L-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Aġenzija tista’ takkwista tagħmir tekniku għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni biex jintuża mill-esperti tagħha u fil-qafas tat-Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għat-tul ta’ l-iskjerament tagħhom.” |
5. |
L-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu: “Artikolu 8a Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri Fuq talba minn Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni urġenti u eċċezzjonali, speċjalment il-wasla f’punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorji ta’ dak l-Istat Membru, l-Aġenzija tista’ tiskjera għal perijodu limitat Tim jew Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘tim(ijiet)’) fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba għat-tul ta’ żmien adatt, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 863/2007. Artikolu 8b Kompożizzjoni tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri 1. F’każ ta’ sitwazzjoni kif deskritt fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom immedjatament jikkomunikaw fuq talba ta’ l-Aġenzija n-numru, l-ismijiet u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera mill-grupp nazzjonali tagħhom li huma jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-membri tat-Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fi żmien ħamest ijiem. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-gwardji tal-fruntiera disponibbli għall-iskjerament fuq talba ta’ l-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali. 2. Meta tiġi deċiża l-kompożizzjoni tat-Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għall-iskjerament, id-Direttur Esekuttiv għandu jieħu kont taċ-ċirkostanzi partikolari li qed jiffaċċja l-Istat Membru li jagħmel it-talba. It-tim għandu jkun kompost skond il-pjan operattiv imħejji skond l-Artikolu 8e. Artikolu 8c Taħriġ u eżerċizzji L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera li jiffurmaw parti mill-Grupp Rapidu, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 863/2007 taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti tagħhom u għandha tmexxi b’mod regolari eżerċizzji ma’ dawk il-gwardji tal-fruntiera b’mod konformi ma’ l-iskeda ta’ taħriġ u eżerċizzju avvanzat imsemmija fil-programm ta’ ħidma annwali ta’ l-Aġenzija. Artikolu 8d Proċedura biex jiġi deċiż l-iskjerament tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri 1. Talba għall-iskjerament ta’ timijiet b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8a għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti għall-iskjerament. Jekk meħtieġ, id-Direttur Esekuttiv jista’ jibgħat esperti mill-Aġenzija biex jevalwaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba. 2. Id-Direttur Esekuttiv għandu jinforma minnufih lill-Bord Amministrattiv b’talba ta’ Stat Membru għall-iskjerament tat-Timijiet. 3. Meta jkun qed jiddeċiedi dwar it-talba ta’ Stat Membru id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu kont tas-sejbiet ta’ l-analiżi ta’ l-Aġenzija dwar ir-riskji kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istat Membru li għamel it-talba jew minn Stat Membru ieħor. 4. Id-Direttur Esekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għall-iskjerament tat-Timijiet malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data meta rċieva t-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin javża bil-miktub lill-Istat Membru li għamel it-talba u lill-Bord ta’ Tmexxija bid-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet ewlenin li fuqhom hija bbażata. 5. Jekk id-Direttur Esekuttiv jiddeċiedi li jibgħat wieħed jew iktar mit-Timijiet l-Aġenzija u l-Istat Membru li għamel it-talba għandhom ifasslu immedjatament pjan operattiv skond l-Artikolu 8e. 6. Malli jkun hemm ftehim dwar il-pjan operattiv, id-Direttur Esekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri bin-numru mitlub u bil-profili ta’ uffiċjali tal-gwardja tal-fruntiera li ser jiġu skjerati fit-Timijiet. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub, lill-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti skond l-Artikolu 8f u għandha tindika d-data li fiha għandu jsir l-iskjerament. Għandha tiġi pprovduta wkoll lilhom kopja tal-pjan operattiv. 7. Jekk id-Direttur Esekuttiv huwa assenti jew indispost, id-deċiżjonijiet relatati ma’ l-iskjerament tat-Timijiet għandhom jittieħdu mill-Viċi Direttur Eżekuttiv. 8. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-gwardji disponibbli għall-iskjerament tal-fruntiera fuq talba ta’ l-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali it-twettiq ta’ kompiti nazzjonali. 9. L-iskjerament tat-Timijiet għandu jseħħ mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operattiv bejn id-Direttur Esekuttiv u l-Istat Membru li jkun għamel it-talba. Artikolu 8e Pjan Operattiv 1. Id-Direttur Esekuttiv u l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandhom jiftehmu dwar pjan operattiv li jagħti l-kondizzjonijiet preċiżi għall-iskjerament tat-Timijiet. Il-pjan operattiv għandu jinkludi dan li ġej:
2. Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operattiv kemm mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija kif ukoll ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Għandha tintbagħat minnufih kopja tal-pjan operattiv emendat jew adattat mill-Aġenzija lill-Istati Membri parteċipanti. Artikolu 8f Punt ta’ kuntatt nazzjonali L-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni ma’ l-Aġenzija fuq il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-Timijiet. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għandu jkun jista’ jintlaħaq f’kull ħin. Artikolu 8g Uffiċjal tal-Koordinazzjoni 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar espert wieħed jew aktar mill-persunal ta’ l-Aġenzija biex jiġi skjerat bħala uffiċjal tal-koordinazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu javża lill-Istat Membru ospitanti bil-ħatra. 2. L-uffiċjal tal-koordinazzjoni għandu jaġixxi f’isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha ta’ l-iskjerament tat-timijiet. B’mod partikulari, l-uffiċjal tal-koordinazzjoni għandu:
3. B’mod konformi ma’ l-Artikolu 25(3)f, id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jista’ jawtorizza lill-uffiċjal tal-koordinazzjoni biex jassisti ħalli jsolvi kwalunkwe nuqqas ta’ qbil dwar l-eżekuzzjoni tal-pjan operattiv u l-iskjerament tat-Timijiet. 4. Fil-qadi ta’ dmirijietu, l-uffiċjal ta’ koordinazzjoni għandu jieħu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija. Artikolu 8h Spejjeż 1. L-Aġenzija għandha tkopri bis-sħiħ l-ispejjeż li ġejjin li jkunu sofrew l-Istati Membri meta qiegħdu għad-dispożizzjoni l-gwardji tal-fruntiera tagħhom għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 8a u 8c.
2. Regoli dettaljati dwar il-ħlas tal-konċessjoni għall-għajxien ta’ kuljum tal-membri tat-Timijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord Amministrattiv.”; |
6. |
L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Poteri u kompiti ta’ uffiċjali mistiedna 1. L-uffiċjali mistiedna għandu jkollhom il-kapaċità biex iwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw il-poteri kollha għall-kontrolli tal-fruntiera u s-sorveljanza tal-fruntiera b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (**), kif ukoll dawk li huma meħtieġa għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament. 2. Meta jkunu qed iwettqu il-kompiti tagħhom u jeżerċitaw il-poteri tagħhom, l-uffiċjali mistiedna għandhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja u mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti. 3. L-uffiċjali mistiedna jistgħu jwettqu biss kompiti u jeżerċitaw poteri fuq l-istruzzjoni u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta’ l-uffiċjali tal-gwardja ta’ l-Istat Membru ospitanti. 4. L-uffiċjali mistiedna jistgħu jilbsu l-uniformi tagħhom meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom. Huma għandhom jilbsu faxxa ta’ l-idejn blu bl-insinja ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li tidentifikahom bħala parteċipanti f’operazzjoni konġunta jew proġett pilota. Għall-finijiet ta’ identifikazzjoni fil-konfront ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti u ċ-ċittadini tiegħu, l-uffiċjali mistiedna għandhom f’kull ħin iġorru magħhom dokument ta’ akkreditazzjoni, previst fl-Artikolu 10a, li għandhom jippreżentaw meta mitlubin. 5. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom, l-uffiċjali mistiedna jistgħu jġorru armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz kif awtorizzat b’mod konformi mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini. Madankollu, l-Istat Membru ospitanti jista’ jipprojbixxi l-ġarr ta’ ċerti armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz, sakemm il-liġijiet tiegħu ikunu jinkludu l-istess dispożizzjonijiet għall-gwardji tal-fruntiera tiegħu. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel l-iskjerament ta’ l-uffiċjali mistiedna, jinforma lill-Aġenzija dwar armi, munizzjon u tagħmir permissibbli tas-servizz u dwar il-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Aġenzija għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri. 6. Bħala deroga mill-paragrafu 2, meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom ikunu awtorizzati jużaw il-forza, inkluż armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, biss bil-kunsens ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini u ta’ l-Istat Membru ospitanti, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru ospitanti u b’mod konformi mal-liġi nazzjonali tiegħu. 7. Bħala deroga mill-paragrafu 6, armi, munizzjon u tagħmir tas-servizz jistgħu jintużaw f’awto-difiża leġittima u f’difiża leġittima ta’ l-uffiċjali mistiedna jew ta’ persuni oħra, b’mod konformi mal-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti. 8. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-Istat Membru ospitanti jista’ jawtorizza lill-uffiċjali mistiedna biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej tiegħu li huma meħtieġa għall-kontrolli u s-sorveljanza tal-fruntiera. L-uffiċjali mistiedna għandhom jikkonsultaw biss dik id-data li hija meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u meta jeżerċitaw il-poteri tagħhom. L-Istati Membri għandhom, qabel l-iskjerament ta’ l-uffiċjali mistiedna, jinfurmaw lill-Aġenzija bil-bażijiet ta’ data nazzjonali u Ewropej li jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-iskjerament. 9. Il-konsultazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 8 għandha ssir b’mod konformi mal-liġi Komunitarja u l-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. 10. Deċiżjonijiet biex ikun miċħud id-dħul b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru ospitanti. Artikolu 10a Dokument ta’ Akkreditazzjoni 1. L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni ma’ l-Istat Membru ospitanti, toħroġ dokument fil-lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti u lingwa uffiċjali oħra ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea lill-uffiċjali mistiedna bil-għan li huma jkunu identifikati u bħala prova tad-drittijiet tad-detentur biex iwettaq il-kompiti u jeżerċita l-poteri kif imsemmi fl-Artikolu 10(1). Id-dokument għandu jinkludi d-data li ġejja ta’ l-uffiċjal mistieden:
2. Id-dokument għandu jkun irritornat lill-Aġenzija fi tmiem l-operazzjoni konġunta jew il-proġett pilota. Artikolu 10b Responsabbiltà ċivili 1. Fejn l-uffiċjali mistiedna ikunu qed joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli b’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom. 2. Fejn dik il-ħsara tiġi kkawżata minn negliġenza gravi jew intenzjonalment, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini is-somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati għan-nom tagħhom mħallsa minnu. 3. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi, kull Stat Membru għandu jirrinunzja milli jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini jew minn xi Stat Membru ieħor ħlas għad-danni li jkun sofra sakemm id-dannu ma jkunx ġie kkawżat minħabba negliġenza gravi jew intenzjonalment. 4. Kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Membri, relatata ma’ l-applikazzjoni ta’ paragrafi 2 u 3, li ma tiġix solvuta permezz ta’ negozjati, għandha tiġi sottomessa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropew b’konformità ma’ l-Artikolu 239 tat-Trattat. 5. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta’ partijiet terzi, l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir ta’ l-Aġenzija matul l-iskjerament għandhom ikunu koperti mill-Aġenzija, sakemm id-dannu ma jkunx ġie kkawżat minħabba negliġenza gravi jew intenzjonalment. Artikolu 10c Responsabbiltà kriminali Matul l-iskjerament ta’ operazzjoni konġunta jew ta’ proġett pilota, l-uffiċjali mistiedna għandhom jiġu meqjusa bl-istess mod bħall-uffiċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ kwalunkwe reat kriminali li jista’ jitwettaq kontrihom jew minnhom. |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 13
Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, fejn hemm bżonn, bi proposti li jemendaw dan ir-Regolament.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Lulju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ April 2007. (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċizjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2007.
(2) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.
(3) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(4) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tax-Schengen acquis (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26).
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tax-Schengen acquis (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).
(9) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(10) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
ANNESS
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfassizzaw li f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ pressjoni urġenti u eċċezzjonali fil-fruntieri esterni li teħtieġ l-intervent ta’ Tim ta’ Intervent Rapidu fuq il-Fruntiera u possibilment f’ każ ta’ nuqqas ta’ mezzi finanzjarji fil-baġit ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjon Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (FRONTEX) sabiex jagħmlu dan, il-possibbiltajiet kollha sabiex jiġi żgurat il-finanzjament għandhom jiġu esplorati. Il-Kummissjoni ser tivverifika b’urġenza kbira jekk jista’ jsir tqassim mill-ġdid tal-fondi. F’każ li tkun meħtieġa deċiżjoni ta’ l-awtorita’ baġitarja, il-Kummissjoni ser tagħti bidu għal proċedura li hi skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, jiġifieri l-Artikolu 23 u 24, sabiex tiżgura deċiżjoni bikrija taż-żewġ kapaċitajiet ta’ l-awtorita’ baġitarja dwar il-mezzi biex tipprovdi għal finanzjament addizjonali għall-FRONTEX sabiex jibgħat Tim ta’ Intervent Rapidu fuq il-Fruntiera. L-awtorità baġitarja timpenja ruħa sabiex taġixxi kemm jista’ jkun malajr, filwaqt li tqis l-urġenza.
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 199/40 |
REGOLAMENT (KE) Nru 864/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Lulju 2007
dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 61(ċ) u 67 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 (2),
Billi:
(1) |
Il-Komunità stabbilixxiet għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għall-istabbiliment progressiv ta’ tali żona, il-Komunità għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li jkollhom impatt trans-konfinali sa fejn ikun neċessarju għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(2) |
Skond l-Artikolu 65(b) tat-Trattat, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk li jippromwovu l-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-konflitti ta’ liġijiet u ta’ ġurisdizzjoni. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999 ikkonferma l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet oħra ta’ awtoritajiet ġudizzjarji bħala l-pedament tal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jadottaw programm ta’ miżuri sabiex jimplementaw dak il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. |
(4) |
Fit-30 ta’ Novembru 2000, il-Kunsill adotta programm konġunt tal-Kummissjoni u l-Kunsill ta’ miżuri għall-implementazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali (3). Il-programm jidentifika miżuri li jirrelataw ma’ l-armonizzazzjoni ta’ regoli tal-konflitt ta’ liġijiet bħala dawk li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi. |
(5) |
Il-Programm ta’ l-Aja (4), adottat mill-Kunsill Ewropew fil-5 ta’ Novembru 2004, sejjaħ sabiex titwettaq ħidma b’mod attiv dwar ir-regoli tal-konflitt ta’ liġijiet fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”). |
(6) |
Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jeżiġi li r-regoli tal-konflitt ta’ liġijiet fl-Istati Membri jindikaw l-istess liġi nazzjonali irrispettivament mill-pajjiż tal-qorti li fih tkun saret il-kawża, u dan sabiex jittejbu l-prevedibbiltà tar-riżultat tal-kawżi, iċ-ċertezza dwar il-liġi applikabbli u l-moviment liberu tas-sentenzi. |
(7) |
Il-kamp sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (5) (“Brussel I”) u l-istrumenti relattivi għal-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali. |
(8) |
Dan ir-Regolament għandu japplika irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom tressqet it-talba. |
(9) |
It-talbiet li jirriżultaw minn “acta iure imperii” għandhom jinkludu talbiet magħmula kontra uffiċjali li jaġixxu f’isem l-Istat u r-responsabbiltà għal atti ta’ awtoritajiet pubbliċi, inkluża r-responsabbiltà ta’ funzjonarji pubbliċi. Għalhekk, dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. |
(10) |
Ir-relazzjonijiet familjari għandhom ikopru relazzjonijiet bejn axxendenti u dixxendenti, żwieġ, affinità u qraba kollaterali. Ir-referenza fl-Artikolu 1(2) għal relazzjonijiet b’effetti komparabbli ma’ dawk ta’ żwieġ u relazzjonijiet familjari oħrajn għandha tiġi interpretata skond il-liġi ta’ l-Istat Membru li fih tkun il-qorti li quddiemha tressqet it-talba. |
(11) |
Il-kunċett ta’ obbligazzjoni mhux kuntrattwali jvarja minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ obbligazzjoni mhux kuntrattwali għandu jinftiehem bħala kunċett awtonomu. Huwa meħtieġ li r-regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament ikopru wkoll obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn responsabbiltà oġġettiva. |
(12) |
Il-liġi applikabbli għandha tirregola wkoll il-kwistjoni tal-kapaċità ta’ persuna li tiġi attribwita reponsabbilta’ fil-każ ta’ delitt jew kważi-delitt ċivili. |
(13) |
Regoli uniformi, applikati irrispettivament mil-liġi li huma jinvokaw, jistgħu jevitaw ir-riskju ta’ distorzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn litiganti Komunitarji. |
(14) |
Ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali u l-ħtieġa li ssir ġustizzja f’każijiet individwali huma elementi essenzjali f’qasam tal-ġustizzja. Dan ir-Regolament jipprevedi l-fatturi ta’ rabta li huma l-aktar adatti sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. Għalhekk, dan ir-Regolament jipprevedi regola ġenerali iżda wkoll regoli speċifiċi u, f’ċerti dispożizzjonijiet, “klawsola liberatorja” li tippermetti deroga minn dawn ir-regoli fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li d-delitt jew kważi-delitt ċivili huwa manifestament marbut aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor. Dan il-grupp ta’ regoli b’hekk joħloq qafas flessibbli ta’ regoli dwar il-konflitt ta’ liġijiet. Bl-istess mod, jagħti s-setgħa lill-qorti li quddiemha tressqet it-talba sabiex tittratta kull każ individwali b’mod adatt. |
(15) |
Il-prinċipju ta’ “lex loci delicti commissi” huwa s-soluzzjoni bażika għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali fi kważi l-Istati Membri kollha, iżda l-applikazzjoni prattika tal-prinċipju fejn l-elementi tal-każ ikunu mifruxa f’diversi pajjiżi tvarja. Din is-sitwazzjoni hija sors ta’ inċertezza dwar il-liġi applikabbli. |
(16) |
Regoli uniformi għandhom itejbu l-prevedibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-qrati u jiżguraw bilanċ raġonevoli bejn l-interessi tal-persuna allegatament responsabbli u dawk tal-persuna li ġarrbet id-dannu. Konnessjoni mal-pajjiż fejn seħħ id-dannu dirett (lex loci damni) toħloq bilanċ ġust bejn l-interessi tal-persuna miżmuma responsabbli u tal-persuna li ġġarrab id-dannu, u tirrifletti wkoll l-approċċ modern tar-responsabbiltà ċivili u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ responsabbiltà oġġettiva. |
(17) |
Il-liġi applikabbli għandha tiġi determinata abbażi ta’ fejn iseħħ id-dannu, irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn jistgħu jseħħu l-konsegwenzi indiretti. Għaldaqstant, f’każijiet ta’ korriment personali jew ta’ dannu lill-proprjetà, il-pajjiż fejn seħħ id-dannu għandu jkun il-pajjiż fejn kien sostnut il-korriment jew fejn sar dannu lill-proprjetà rispettivament. |
(18) |
Ir-regola ġenerali f’dan ir-Regolament għandha tkun il-“lex loci damni” prevista fl-Artikolu 4(1). L-Artikolu 4(2) għandu jitqies bħala eċċezzjoni għal dan il-prinċipju ġenerali, li joħloq konnessjoni speċjali fejn il-partijiet ikollhom ir-residenza abitwali fl-istess pajjiż. L-Artikolu 4(3) għandu jinftiehem bħala “klawżola ta’ salvagwardja” mill-Artikolu 4(1) u (2) fejn ikun ċar miċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li d-delitt/kważi-delitt ċivili jkun b’mod ċar iżjed marbut mill-qrib ma’ pajjiż ieħor. |
(19) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal delitti/kważi-delitti ċivili speċjali fejn ir-regola ġenerali ma tippermettix li jintlaħaq bilanċ raġonevoli bejn l-interessi litigati. |
(20) |
Ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet, għal dak li jirrigwarda r-responsabbiltà għal dannu minn prodotti, għandha tilħaq l-objettivi li r-riskji inerenti f’soċjetà moderna ta’ teknoloġija avvanzata jinfirxu b’mod ġust, li tiġi protetta s-saħħa tal-konsumaturi, li tiġi stimulata l-innovazzjoni, li tiġi ggarantita l-kompetizzjoni mhux distorta u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ. Il-ħolqien ta’ sistema kaskata ta’ fatturi ta’ konnessjoni, flimkien ma’ klawżola ta’ prevedibbiltà, hija soluzzjoni bbilanċjata fir-rigward ta’ dawn l-objettivi. L-ewwel element li jrid jittieħed kont tiegħu huwa l-liġi tal-pajjiż li fih il-persuna li ssofri d-dannu jkollha r-residenza abitwali tagħha meta jsir id-dannu, jekk il-prodott kien kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż. L-elementi l-oħra tal-kaskata jiskattaw jekk il-prodott ma kienx kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) u għall-possibbiltà ta’ konnessjoni manifestament aktar stretta ma’ pajjiż ieħor. |
(21) |
Ir-regola speċjali fl-Artikolu 6 mhijiex eċċezzjoni għar-regola ġenerali fl-Artikolu 4(1) iżda hija pjuttost kjarifika tagħha. Fi kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni żleali, ir-regola dwar il-konflitt ta’ liġijiet għandha tipproteġi l-kompetituri, il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali u tiżgura li l-ekonomija tas-suq tiffunzjona sew. Il-konnessjoni mal-liġi tal-pajjiż fejn ir-relazzjonijiet kompetittivi jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ikunu, jew probabbilment jiġu, milquta ġeneralment tissodisfa dawn l-objettivi. |
(22) |
L-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jiġu mir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni fl-Artikolu 6(3) għandhom ikopru ksur kemm tal-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-liġi Komunitarja tal-kompetizzjoni. Il-liġi applikabbli għal tali obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn is-suq ikun, jew probabbilment ikun, milqut. F’każijiet fejn s-suq ikun, jew probabbilment ikun, milqut f’aktar minn pajjiż wieħed, l-attur għandu jkun jista’, f’ċerti ċirkostanzi, jagħżel li jibbaża t-talba tiegħu fuq il-liġi tal-qorti li quddiemha tressqet it-talba. |
(23) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni jkopri projbizzjonijiet ta’ ftehim bejn impriżi, ta’ deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u ta’ prattika miftiehma li jkollhom bħala oġġett jew effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan Stat Membru jew fi ħdan is-suq intern, kif ukoll projbizzjonijiet ta’ l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fi ħdan Stat Membru jew fi ħdan is-suq intern, fejn dawn il-ftehim, deċiżjonijiet, prattika miftiehma jew abbużi jkunu projbiti mill-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew mil-liġi ta’ Stat Membru. |
(24) |
Huwa meħtieġ li “dannu ambjentali” tkun tfisser bidla avversa f’riżors naturali, bħall-ilma, l-art jew l-arja, jew indeboliment ta’ funzjoni mwettqa minn dak ir-riżors naturali għall-benefiċċju ta’ riżors naturali ieħor jew tal-pubbliku, jew indeboliment tal-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin |
(25) |
Fir-rigward ta’ danni ambjentali, l-Artikolu 174 tat-Trattat, li jipprovdi li għandu jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni bbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipju li għandha tittieħed azzjoni preventiva, il-prinċipju ta’ prijorità għal azzjoni korrettiva fis-sors u l-prinċipju li min iniġġes iħallas, jiġġustifika bis-sħiħ l-użu tal-prinċipju ta’ diskriminazzjoni favur il-persuna li ssofri d-dannu. Il-kwistjoni dwar meta l-persuna li tfittex il-kumpens tista’ tagħmel l-għażla tal-liġi applikabbli għandha tiġi determinata skond il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn tkun il-qorti li quddiemha tressqet it-talba. |
(26) |
Fir-rigward ta’ ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, għandu jinżamm il-prinċipju ta’ lex loci protectionis rikonoxxut universalment. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “drittijiet ta’ proprjetà intellettwali” għandu jiġi interpretat bħala li jfisser, per eżempju, id-dritt ta’ l-awtur, id-drittijiet relatati, id-dritt sui generis għall-protezzjoni ta’ databases u d-drittijiet ta’ proprjetà industrijali. |
(27) |
Il-kunċett preċiż ta’ azzjoni industrijali, bħal azzjoni ta’ “strike” jew ta’ qfil tal-ħaddiema barra mill-post tax-xogħol, ivarja minn Stat Membru għal ieħor u huwa regolat mir-regoli interni ta’ kull Stat Membru. Għalhekk, dan ir-Regolament jassumi bħala prinċipju ġenerali li għandha tapplika l-liġi tal-pajjiż fejn tittieħed l-azzjoni industrijali, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem. |
(28) |
Ir-regola speċjali dwar azzjoni industrijali fl-Artikolu 9 hija mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet relatati ma’ l-eżerċizzju ta’ tali azzjoni skond il-liġi nazzjonali u mingħajr preġudizzju għall-istatus legali ta’ l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-ħaddiema jew tat-trade unions kif previst fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri. |
(29) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċjali għal meta d-dannu jirriżulta minn att divers minn delitt jew kważi-delitt ċivili, bħal fil-każijiet ta’ arrikkiment inġust, negotiorum gestio u culpa in contrahendo. |
(30) |
Il-kunċett ta’ culpa in contrahendo għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa kunċett awtonomu u m’għandux neċessarjament jiġi interpretat fis-sens tal-liġi nazzjonali. Huwa għandu jinkludi l-vjolazzjoni ta’ l-obbligu ta’ l-iżvelar u l-falliment ta’ negozjati kuntrattwali. L-Artikolu 12 ikopri biss obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jippreżentaw konnessjoni diretta ma’ relazzjonijiet qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt. Dan ifisser li jekk, waqt li qiegħed jiġi negozjat kuntratt, persuna ssofri dannu personali, għandu japplika l-Artikolu 4 jew dispożizzjonijiet relevanti oħra ta’ dan ir-Regolament. |
(31) |
Sabiex ikun rispettat il-prinċipju ta’ l-awtonomija ta’ kull parti u sabiex tittejjeb iċ-ċertezza ġuridika, għandu jkun permess lill-partijiet li jagħmlu għażla fir-rigward tal-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali. Din l-għażla għandha tiġi espressa jew manifestata b’ċertezza raġonevoli miċ-ċirkostanzi tal-każ. Fejn tistabbilixxi l-eżistenza ta’ ftehim, il-qorti għandha tirrispetta l-intenzjonijiet tal-partijiet. Għandha tingħata protezzjoni lill-partijiet l-iżjed dgħajfa billi jiġu imposti ċerti kondizzjonijet fuq l-għażla. |
(32) |
Il-konsiderazzjonijiet ta’ l-interess pubbliku jiġġustifikaw il-possibbiltà mogħtija lill-qrati ta’ l-Istati Membri li, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, japplikaw eċċezzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipju ta’ l-ordni pubbliku u fuq dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti. B’mod partikolari, l-applikazzjoni, ta’ dispożizzjoni tal-liġi indikata minn dan ir-Regolament, li jkollha l-effett li tikkawża l-impożizzjoni ta’ danni, eżemplari jew punittivi, mhux kompensatorji ta’ natura eċċessiva tista’, skond iċ-ċirkostanzi tal-każ u s-sistema ġuridika ta’ l-Istat Membru tal-qorti li quddiemha tressqet it-talba, tiġi meqjusa bħala kuntrarja għall-ordni pubbliku (“ordre public”) tal-forum. |
(33) |
Skond ir-regoli nazzjonali attwali dwar kumpens mogħti lill-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku tat-triq, fil-kwantifikazzjoni ta’ danni għal korriment personali f’każijiet fejn l-aċċident iseħħ fi Stat divers minn dak tar-residenza abitwali tal-vittma, il-qorti li quddiemha tressqet it-talba għandha tieħu kont taċ-ċirkostanzi reali rilevanti kollha tal-vittma speċifika, inklużi partikolarment id-danni reali u l-ispejjeż ta’ kura post-operatorja u ta’ l-attenzjoni medika. |
(34) |
Sabiex jintlaħaq bilanċ raġonevoli bejn il-partijiet, għandu jittieħed kont, safejn ikun xieraq, tar-regoli ta’ sigurtà u ta’ kondotta fis-seħħ fil-pajjiż li fih twettaq l-att dannuż, anke fejn l-obbligazzjoni mhux kuntrattwali tkun regolata minn liġi ta’ pajjiż ieħor. It-terminu “regoli ta’ sigurtà u ta’ kondotta” għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għar-regolamenti kollha li jkollhom kwalunkwe relazzjoni mas-sigurtà u l-kondotta, inklużi, per eżempju, ir-regoli tas-sigurtà fit-triq f’każ ta’ aċċident. |
(35) |
Għandha tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn ir-regoli tal-konflitt ta’ liġijiet ikunu dispersi fost diversi strumenti u fejn ikunu jeżistu differenzi bejn dawk ir-regoli. Dan ir-Regolament, madankollu, ma jeskludix il-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ regoli tal-konflitt ta’ liġijiet relatati ma’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali f’dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ materji partikolari. Dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ strumenti oħra li jistabbilixxu dispożizzjonijiet imfasslin sabiex jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sa fejn ma jkunux jistgħu jiġu applikati flimkien mal-liġi indikata mir-regoli ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli indikata mir-regoli ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tirrestrinġi l-moviment liberu ta’ merkanzija u ta’ servizzi kif regolat mill-istrumenti Komunitarji, bħad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) (6). |
(36) |
Ir-rispett għall-impenji internazzjonali li assumew l-Istati Membri jfisser li dan ir-Regolament m’għandux jinċidi fuq il-konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ikunu partijiet xi Stat Membru wieħed jew iżjed fid-data meta dan ir-Regolament jiġi adottat. Sabiex tagħmel ir-regoli aktar aċċessibbli, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-konvenzjonijiet relevanti fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea abbażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri. |
(37) |
Il-Kummissjoni sejra tagħmel proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-proċeduri u l-kondizzjonijiet skond liema l-Istati Membri jkunu intitolati jinnegozjaw u jikkonkludu f’isimhom ftehim ma’ pajjiżi terzi f’każi individwali u eċċezzjonali, li jikkonċernaw kwistjonijiet settorjali, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali. |
(38) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala ta’ azzjoni u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
(39) |
Konformement ma’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(40) |
Konformement ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
AMBITU TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt ta’ liġijiet, għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali f’materji ċivili u kummerċjali. Huwa ma għandux japplika, b’mod partikolari, għal materji fiskali, doganali u amministrativi jew għar-responsabbiltà ta’ l-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċizzju ta’ l-awtorità ta’ l-Istat (“acta iure imperii”).
2. Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn relazzjonijiet familjari u relazzjonijiet li skond il-liġi applikabbli għal tali relazzjonijiet ikollhom effetti komparabbli, inklużi obbligazzjonijiet ta’ manteniment; |
(b) |
obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn reġimi matrimonjali, minn reġimi patrimonjali ta’ relazzjonijiet li skond il-liġi applikabbli għal tali relazzjonijiet għandhom effetti komparabbli ma’ dawk taż-żwieġ, u mis-suċċessjoni; |
(ċ) |
obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn kambjali, ċekkijiet u noti promissorji u strumenti negozjabbli oħra sa fejn l-obbligazzjonijiet taħt tali strumenti negozjabbli oħra jirriżultaw mill-karattru negozjabbli tagħhom; |
(d) |
obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw mil-liġi dwar il-kumpanniji u dwar korpi oħra, ġuridiċi jew mhux inkorporati, li jirrigwardaw materji bħall-ħolqien, permezz tar-reġistrazzjoni jew b’mod ieħor, il-kapaċità ġuridika, l-organizzazzjoni interna jew l-istralċ ta’ kumpanniji u ta’ korpi oħra ġuridiċi jew mhux inkorporati, ir-responsabbiltà personali ta’ uffiċjali u ta’ membri simili għall-obbligazzjonijiet tal-kumpannija jew tal-korp u r-responsabbiltà personali ta’ awdituri lejn kumpannija jew lejn il-membri tagħha fil-verifiki statutorji ta’ dokumenti ta’ kontabbiltà; |
(e) |
obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn relazzjonijiet bejn is-settlors, it-trustees jew il-benefiċjarji ta’ trust maħluq volontarjament; |
(f) |
obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn dannu nukleari; |
(g) |
obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn vjolazzjonijiet tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża d-diffamazzjoni. |
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prova u għall-proċedura, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 21 u 22.
4. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru minbarra d-Danimarka.
Artikolu 2
Obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dannu għandu jkopri kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta minn delitt/kważi-delitt ċivili, arrikkiment inġust, negotiorum gestio jew culpa in contrahendo.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li probabbilment jirriżultaw.
3. Kwalunkwe referenza f’dan ir-Regolament għal:
(a) |
avveniment li jwassal għal dannu għandu jinkludi avvenimenti, li jwasslu għal dannu, li probabbilment iseħħu; u |
(b) |
dannu għandu jinkludi dannu li probabbilment iseħħ. |
Artikolu 3
Applikazzjoni universali
Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata kemm jekk tkun l-liġi ta’ Stat Membru kif ukoll jekk ma tkunx.
KAPITOLU II
DELITTI JEW KWAŻI-DELITTI ĊIVILI
Artikolu 4
Regola ġenerali
1. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn delitt jew kważi-delitt ċivili għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu irrispettivament mill-pajjiż fejn seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu u irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn iseħħu l-konsegwenzi indiretti ta’ dak l-avveniment.
2. Madankollu, fejn kemm l-persuna allegatament responsabbli kif ukoll il-persuna li ssofri d-dannu ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta jseħħ id-dannu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi ta’ dak il-pajjiż.
3. Fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li d-delitt jew kważi-delitt ċivili huwa manifestament konness aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafi 1 jew 2, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. Konnessjoni manifestament aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor tista’ tkun ibbażata b’mod partikolari fuq relazzjoni pre-eżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt, li tkun konnessa mill-qrib mad-delitt jew kważi-delitt ċivili in kwistjoni.
Artikolu 5
Responsabbiltà għal dannu minn prodotti
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn dannu kawżat minn prodott għandha tkun:
(a) |
il-liġi tal-pajjiż fejn il-persuna li ssofri d-dannu kellha r-residenza abitwali tagħha meta seħħ id-dannu, jekk il-prodott kien kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż; jew, fin-nuqqas ta’ din, |
(b) |
il-liġi tal-pajjiż minn fejn kien akkwistat il-prodott, jekk il-prodott kien kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż; jew, fin-nuqqas ta’ din, |
(ċ) |
il-liġi tal-pajjiż fejn ikun seħħ id-dannu, jekk il-prodott kien kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż. |
Madankollu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn il-persuna allegatament responsabbli tkun abitwalment residenti jekk ma setgħetx raġonevolment tipprevedi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott, jew ta’ prodott ta’ l-istess tip, fil-pajjiż li l-liġi tiegħu tkun applikabbli taħt (a), (b) jew (ċ).
2. Fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li d-delitt jew kważi-delitt ċivili huwa manifestament konness aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafu 1, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. Konnessjoni manifestament aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor tista’ tkun ibbażata b’mod partikolari fuq relazzjoni pre-eżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt, li tkun konnessa mill-qrib mad-delitt jew kważi-delitt ċivili in kwistjoni.
Artikolu 6
Kompetizzjoni żleali u atti li jirrestrinġu l-kompetizzjoni libera
1. Il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att ta’ kompetizzjoni żleali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn ir-relazzjonijiet ta’ kompetittività jew l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ikunu, jew probabbilment jiġu, milquta.
2. Fejn att ta’ kompetizzjoni żleali jolqot esklussivament l-interessi ta’ kompetitur speċifiku, għandu japplika l-Artikolu 4.
3. |
|
4. Il-liġi applikabbli taħt dan l-Artikolu ma tistax tiġi derogata b’xi ftehim skond l-Artikolu 14.
Artikolu 7
Dannu ambjentali
Il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn dannu ambjentali jew dannu sostnut minn persuni jew proprjetà bħala riżultat ta’ tali dannu għandha tkun il-liġi stabbilita skond l-Artikolu 4(1), sakemm il-persuna li titlob kumpens għad-dannu ma tagħżilx li tibbaża t-talba tagħha fuq il-liġi tal-pajjiż li fih ikun seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu.
Artikolu 8
Ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali
1. Il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali għandha tkun il-liġi tal-pajjiż li għalih tkun intalbet il-protezzjoni.
2. Fil-każ ta’ obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn ksur ta’ dritt Komunitarju unitarju ta’ proprjetà intellettwali, il-liġi applikabbli għandha tkun, għal kwalunkwe kwistjoni mhux regolata mill-istrument Komunitarju relevanti, il-liġi tal-pajjiż fejn ikun seħħ il-ksur.
3. Il-liġi applikabbli taħt dan l-Artikolu ma tistax tiġi derogata b’xi ftehim skond l-Artikolu 14.
Artikolu 9
Azzjoni industrijali
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali fir-rigward tar-responsabbiltà ta’ persuna fil-kapaċità ta’ ħaddiem jew ta’ persuna li tħaddem jew ta’ l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi professjonali tagħhom għal danni kawżati b’azzjoni industrijali, pendenti jew eżegwita, għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn l-azzjoni tkun sejra titwettaq jew diġà twettqet.
KAPITOLU III
ARRIKKIMENT INĠUST, NEGOTIORUM GESTIO U CULPA IN CONTRAHENDO
Artikolu 10
Arrikkiment inġust
1. Jekk obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn arrikkiment inġust, inkluż il-pagament ta’ ammonti indebitament riċevuti, tikkonċerna relazzjoni eżistenti bejn il-partijiet, bħal waħda li tirriżulta minn kuntratt jew delitt jew kważi-delitt ċivili, li tkun konnessa mill-qrib ma’ dak l-arrikkiment inġust, dik l-obbligazzjoni għandha tkun regolata mil-liġi li tirregola dik ir-relazzjoni.
2. Fejn il-liġi applikabbli ma tistax tkun determinata abbażi tal-paragrafu 1 u l-partijiet għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż meta jseħħ l-avveniment li jwassal għall-arrikkiment inġust, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi ta’ dak il-pajjiż.
3. Fejn il-liġi applikabbli ma tistax tiġi determinata abbażi tal-paragrafi 1 jew 2, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-pajjiż li fih ikun seħħ l-arrikkament inġust.
4. Fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li l-obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn arrikkament inġust hija manifestament konnessa aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafi 1, 2 u 3, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.
Artikolu 11
Negotiorum gestio
1. Jekk obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att imwettaq mingħajr l-awtorità debita b’konnessjoni ma’ l-affarijiet ta’ persuna oħra tikkonċerna relazzjoni eżistenti bejn il-partijiet, bħal waħda li tirriżulta minn kuntratt jew delitt jew kważi-delitt ċivili, li tkun konnessa mill-qrib ma’ dik l-obbligazzjoni mhux kuntrattwali, din għandha tkun regolata mil-liġi li tirregola dik ir-relazzjoni.
2. Fejn il-liġi applikabbli ma tistax tiġi determinata abbażi tal-paragrafu 1, u l-partijiet ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż meta jseħħ l-avveniment li jwassal għad-dannu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi ta’ dak il-pajjiż.
3. Fejn il-liġi applikabbli ma tistax tiġi determinata abbażi tal-paragrafi 1 jew 2, hija għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn twettaq l-att.
4. Fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li l-obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn att imwettaq mingħajr l-awtorità debita b’konnessjoni ma’ l-affarijiet ta’ persuna oħra hija manifestament konnessa aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafi 1, 2 u 3, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor.
Artikolu 12
Culpa in contrahendo
1. Il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn relazzjonijiet qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, irrispettivament minn jekk il-kuntratt kienx fil-fatt ġie konkluż jew le, għandha tkun il-liġi li tapplika għall-kuntratt jew li kienet tkun applikabbli għalih kieku ġie konkluż.
2. Fejn il-liġi applikabbli ma tistax tiġi determinata abbażi tal-paragrafu 1, hija għandha tkun:
(a) |
il-liġi tal-pajjiż li fih iseħħ id-dannu, irrispettivament mill-pajjiż li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu u irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi li fihom seħħew il-konsegwenzi indiretti ta’ dak l-avveniment, jew |
(b) |
fejn il-partijiet ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż meta jseħħ l-avveniment li jwassal għad-dannu, il-liġi ta’ dak il-pajjiż, jew |
(ċ) |
ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li l-obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn relazzjonijiet qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt hija manifestament konnessa aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-punti (a) u (b), il-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. |
Artikolu 13
L-applikabbiltà ta’ l-Artikolu 8
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikolu 8 għandu japplika għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali.
KAPITOLU IV
IL-LIBERTÀ TA’ L-GĦAŻLA
Artikolu 14
Il-libertà ta’ l-għażla
1. Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li jissottoponu obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali għal liġi magħżula minnhom:
(a) |
bi ftehim konkluż wara li jkun seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu li sar; jew |
(b) |
fejn il-partijiet kollha jeżerċitaw attività kummerċjali, ukoll bi ftehim liberament negozjat qabel ma jkun seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu li sar. |
L-għażla għandha tkun espressa jew manifestata b’mod raġonevolment ċert miċ-ċirkostanzi tal-każ u m’għandhiex tippreġudika d-drittijiet ta’ partijiet terzi.
2. Fejn l-elementi kollha pertinenti għas-sitwazzjoni fil-mument meta jseħħ l-avveniment li jwassal għad-dannu jkunu jinsabu f’pajjiż divers mill-pajjiż li tiegħu ġiet magħżula l-liġi, l-għażla tal-partijiet ma għandhiex tippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi ta’ dak il-pajjiż ieħor li minnhom dik il-liġi ma tippermettix deroga permezz ta’ ftehim.
3. Fejn l-elementi kollha pertinenti għas-sitwazzjoni fil-mument meta jseħħ l-avveniment li jwassal għad-dannu jkunu jinsabu fi Stat Membru wieħed jew f’aktar, l-għażla tal-partijiet ta’ liġi applikabbli li ma tkunx dik ta’ Stat Membru ma għandiex tippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja, fejn ikun il-każ, kif implementata fl-Istat Membru tal-forum, li minnhom ma tkunx permessa deroga permezz ta’ ftehim.
KAPITOLU V
REGOLI KOMUNI
Artikolu 15
L-ambitu tal-liġi applikabbli
Il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali taħt dan ir-Regolament għandha tirregola b’mod partikolari:
(a) |
il-bażi u l-medda tar-responsabbiltà, inkluża d-determinazzjoni ta’ persuni li jistgħu jinżammu responsabbli għal atti mwettqa minnhom; |
(b) |
ir-raġunijiet għal eżenzjoni mir-responsabbiltà, kwalunkwe limitazzjoni tar-responsabbiltà u kwalunkwe diviżjoni tar-responsabbiltà; |
(ċ) |
l-eżistenza, in-natura u l-istima tad-danni jew ir-rimedju mitlub; |
(d) |
fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-qorti mil-liġi proċedurali tagħha, il-miżuri li qorti tista’ tieħu għall-prevenzjoni jew għat-terminazzjoni ta’ leżjoni jew dannu jew sabiex jiġi żgurat l-għoti ta’ kumpens; |
(e) |
il-kwistjoni dwar jekk jistax jiġi trasferit jedd għal indenniz jew riparazzjoni, anke permezz ta’ wirt; |
(f) |
il-persuni intitolati għal kumpens għal dannu subit personalment; |
(g) |
ir-responsabbiltà għall-atti ta’ persuna oħra; |
(h) |
il-mod li bih tista’ tispiċċa obbligazzjoni u r-regoli ta’ preskrizzjoni u limitazzjoni, inklużi regoli relatati mal-bidu, ma’ l-interruzzjoni u mas-sospensjoni ta’ perjodu ta’ preskrizzjoni jew limitazzjoni. |
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti
F’dan ir-Regolament xejn m’għandu jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-forum f’sitwazzjoni fejn huma jkunu obbligatorji irrispettivament mil-liġi li diversament kienet tkun applikabbli għall-obbligazzjoni mhux kuntrattwali.
Artikolu 17
Regoli ta’ sigurtà u ta’ kondotta
Fl-eżami tal-komportament tal-persuna allegatament responsabbli, għandu jittieħed kont, bħala fatt u sa fejn ikun xieraq, tar-regoli ta’ sigurtà u ta’ kondotta li kienu fis-seħħ fil-post u fil-mument ta’ l-avveniment li wassal għar-responsabbiltà.
Artikolu 18
Azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli
Il-persuna li tkun sofriet id-dannu tista’ tressaq it-talba tagħha direttament kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli sabiex jipprovdi l-kumpens jekk hekk ikun previst mill-liġi applikabbli għall-obbligazzjoni mhux kuntrattwali jew mill-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni.
Artikolu 19
Surroga
Fejn persuna (“il-kreditur”) ikollha talba mhux kuntrattwali kontra oħra (“id-debitur”), u persuna terza jkollha dmir li tissodisfa lill-kreditur, jew tkun fil-fatt issodisfat lill-kreditur fit-twettiq ta’ dak id-dmir, il-liġi li tirregola d-dmir tal-persuna terza li tissodisfa lill-kreditur għandha tiddetermina jekk, u sa liema punt, il-persuna terza tkun intitolata teżerċita kontra d-debitur id-drittijiet li l-kreditur kellu kontra d-debitur taħt il-liġi li tirregola r-relazzjoni tagħhom.
Artikolu 20
Responsabbiltà multipla
Jekk kreditur ikollu talba kontra diversi debituri li jkunu responsabbli għall-istess talba, u wieħed mid-debituri diga’ ssodisfa t-talba totalment jew parzjalment, il-kwistjoni tal-jedd ta’ dak id-debitur li jitlob kumpens mid-debituri l-oħra għandha tkun regolata mill-liġi applikabbli għall-obbligazzjoni mhux kuntrattwali ta’ dak id-debitur lejn il-kreditur.
Artikolu 21
Validità formali
Att unilaterali maħsub sabiex ikollu effett ġuridiku u relattiv għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali għandu jkun formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti formali tal-liġi li tirregola l-obbligazzjoni mhux kuntrattwali in kwistjoni jew il-liġi tal-pajjiż fejn isir l-att.
Artikolu 22
L-oneru tal-prova
1. Il-liġi li tirregola obbligazzjoni mhux kuntrattwali taħt dan ir-Regolament għandha tapplika sa fejn, f’materji ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali, hija tipprovdi regoli li jistabbilixxu preżunzjonijiet tal-liġi jew li jiddeterminaw l-oneru tal-prova.
2. Atti attribwiti effett ġuridiku jistgħu jiġu provati bi kwalunkwe mezz ta’ prova rikonoxxut mil-liġi tal-forum jew minn kwalunkwe waħda mil-liġijiet imsemmija fl-Artikolu 21 li taħtha dak l-att ikun formalment validu, sakemm tali prova tkun tista’ tinġieb fil-forum.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 23
Residenza abitwali
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta’ kumpanniji u ta’ korpi oħra, ġuridiċi jew mhux inkorporati, għandha tkun il-post ta’ l-amministrazzjoni ċentrali.
Fejn l-avveniment li jirriżulta fid-dannu jseħħ, jew id-dannu jirriżulta, waqt l-eżerċizzju ta’ l-attività ta’ fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu għandu jitqies bħala l-post tar-residenza abitwali.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta’ persuna fiżika li taġixxi fl-eżerċizzju ta’ l-attività ta’ negozju tagħha għandha tkun il-post prinċipali ta’ negozju tagħha.
Artikolu 24
Esklużjoni ta’ renvoi
L-applikazzjoni ta’ liġi, ta’ kwalunkwe pajjiż, speċifikata minn dan ir-Regolament tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f’dak il-pajjiż diversi mir-regoli tad-dritt internazzjonali privat tiegħu.
Artikolu 25
Stati b’aktar minn sistema legali waħda
1. Fejn Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b’kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali, kull unità territorjali għandha titqies bħala pajjiż għall-finijiet ta’ l-identifikazzjoni tal-liġi applikabbli taħt dan ir-Regolament.
2. Stat Membru li fih unitajiet territorjali differenti ikollhom ir-regoli legali proprji tagħhom fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali ma għandux ikun meħtieġ li japplika dan ir-Regolament għal konflitti bejn il-liġijiet ta’ tali unitajiet biss.
Artikolu 26
L-ordni pubbliku tal-forum
L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ liġi, ta’ kwalunkwe pajjiż, speċifikata minn dan ir-Regolament tista tiġi eskluża biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli ma’ l-ordni pubbliku (“ordre public”) tal-forum.
Artikolu 27
Ir-relazzjoni ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja
Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja li, relattivament għal materji partikolari, jistabbilixxu regoli tal-konflitt ta’ liġijiet fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali.
Artikolu 28
Ir-relazzjoni ma’ konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti
1. Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru wieħed jew aktar ikunu Partijiet fiż-żmien meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jistabbilixxu regoli tal-konflitt ta’ liġijiet fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali.
2. Madankollu, bejn l-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jipprevalixxi fuq konvenzjonijiet konklużi esklussivament bejn tnejn jew aktar minnhom sa fejn tali konvenzjonijiet jikkonċernaw materji regolati minn dan ir-Regolament.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 29
Lista ta’ konvenzjonijiet
1. Sal-11 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(1). Wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-denunzji kollha ta’ tali konvenzjonijiet.
2. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni, tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea:
(i) |
lista tal-konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1; |
(ii) |
id-denunzji msemmija fil-paragrafu 1. |
Artikolu 30
Klawsola ta’ reviżjoni
1. Mhux aktar tard mill-20 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti għall-adattament ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi:
(i) |
studju dwar l-effetti tal-mod li bih liġi barranija tiġi trattata fil-ġurisdizzjonijiet differenti u dwar il-miżura sa fejn il-qrati fl-Istati Membri japplikaw liġi barranija fil-prattika skond dan ir-Regolament; |
(ii) |
studju dwar l-effetti ta’ l-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ l-Aja ta’ l-4 ta’ Mejju 1971 dwar il-liġi applikabbli għall-aċċidenti tat-traffiku. |
2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew studju dwar is-sitwazzjoni fil-qasam tal-liġi applikabbli għal obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn vjolazzjonijiet tal-privatezza u ta’ drittijiet marbuta mal-personalità, b’kont meħud ta’ regoli relatati mal-liberta’ ta’ l-istampa u l-libertà ta’ l-espressjoni fil-media, u kwistjonijiet dwar il-konflitt ta’ liġijiet relatati mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (7).
Artikolu 31
Regola temporali relattiva għall-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal avvenimenti li jwasslu għal dannu li jseħħu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 32
Id-data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-11 ta’ Jannar 2009, ħlief għall-Artikolu 29, li għandu japplika mill-11 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Lulju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES
(1) ĠU C 241, 28.9.2004, p. 1.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2005 (ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 371), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2006 (ĠU C 289 E, 28.11.2006, p. 68) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2007.
(5) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(6) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(7) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-klawsola ta' reviżjoni (artikolu 30)
Il-Kummissjoni, wara l-istedina tal-Parlament u tal-Kunsill fil-qafas ta' l-Artikolu 30 tar-Regolament “Ruma II”, ser tressaq, mhux aktar tard minn Diċembru ta' l-2008, studju dwar is-sitwazzjoni fil-qasam tal-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali li joħorġu minn ksur tal-privatezza u ta' drittijiet marbuta mal-personalità. Il-Kummissjoni ser tikkunsidra l-aspetti kollha tas-sitwazzjoni u tieħu miżuri xierqa jekk dawn ikun meħtieġa.