|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/539/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2007/540/KE |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 906/2007
tat-23 ta’ Lulju 2007
li jtemm ir-reviżjoni interim tal-miżuri antidumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1910/2006 fuq importazzjonijiet tas-sistemi tal-kameras tat-televiżjoni li joriġinaw mill-Ġappun u jirrevoka l-miżuri antidumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1910/2006
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku»), u b’mod partikolari 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ BĦALISSA
|
(1) |
Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 (2) dazji definittivi antidumping ġew imposti fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tal-kameras tat-televiżjoni li joriġinaw fil-Ġappun, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8525 80 19 , ex 8528 49 35 , ex 8528 49 91 , ex 8528 59 90 , ex 8529 90 92 , ex 8529 90 97 , ex 8537 10 91 , ex 8537 10 99 u 8543 70 90 (kodiċijiet NM mill-1 ta’ Jannar 2007). |
|
(2) |
F’Diċembru 2006, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1910/2006 (3) ikkonferma dawn il-miżuri wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (il-“miżuri oriġinali”). |
B. PROĊEDURA
|
(3) |
Fl-4 ta’ April 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment rigward l-allegazzjoni ta’ dumping inġurjuż minn importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi tal-kameras li joriġinaw fil-Ġappun. |
|
(4) |
L-ilment tressaq minn Grass Valley Nederland BV li aġixxiet f’isem il-produtturi tal-Komunità li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti sistemi tal-kameras skond l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(5) |
L-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment antidumping. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni, permezz ta’ notifika (“notifika ta’ bidu”) ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (4), tat bidu għal proċedimenti antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti sistemi tal-kameras, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8525 80 19 , ex 8525 80 91 , ex 8528 49 10 , ex 8528 49 35 , ex 8528 49 91 , ex 8528 59 10 , ex 8528 59 90 , ex 8529 90 92 , ex 8529 90 97 , ex 8537 10 91 , ex 8537 10 99 , ex 8543 70 90 u ex 9002 90 00 (kodiċijiet NM mill-1 ta’ Jannar 2007) u li joriġinaw fil-Ġappun. |
|
(7) |
In-notifika tal-bidu ddefiniet il-prodott ta’ ċerti sistemi ta’ kameras li joriġinaw mill-Ġappun li jikkonsistu minn:
importati jew flimkien jew separatament, u li joriġinaw mill-Ġappun. Mhuwiex dejjem meħtieġ li s-sistemi tal-kameras jikkonsistu mill-komponenti kollha ta’ hawn fuq. Il-komponenti differenti msemmija hawn fuq (mhux ras il-kamera) ta’ sistema tal-kamera ma jistgħux jaħdmu b’mod separat u ma jistgħux jintużaw ’il barra mis-sistema tal-kamera ta’ produttur partikolari. Lentijiet u recorders li mhumiex fl-istess kisi protettiv b’ras tal-kamera mhumiex koperti mill-istess prodott. Il-prodott konċernat huwa inklinat li jintuża fix-xandir, għall-ġabra ta’ l-aħbarijiet, għaċ-ċinematografija diġitali jew għall-applikazjonijiet professjonali. Applikazzjonijiet professjonali jinkludu (iżda mhumiex limitati għalih) l-użu ta’ dawn is-sistemi għall-ħolqien ta’ materjal vidjografiku edukazzjonali, ta’ divertiment, promozzjonali u dokumentarju, kemm għal distribuzzjoni interna kif ukoll għal dik esterna. |
|
(8) |
Il-prodott kopert bil-miżuri oriġinali jaqa’ kompletament fi ħdan id-definizzjoni tal-prodott t’hawn fuq. |
|
(9) |
Għalhekk, il-Kummissjoni, bl-istess notifika, hawnhekk tagħti bidu wkoll, skond l-Artikolu 11 (3) tar-Regolament bażiku, għal reviżjoni interim tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000. L-għan ta’ din ir-reviżjoni interim kien li jemenda jew jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2042/2000 jekk ikun determinat li l-miżuri għandhom jiġu imposti fuq ċerti sistemi tal-kameras li joriġinaw mill-Ġappun li konsegwentement ikopru wkoll sistemi tal-kameras tat-televiżjoni soġġetti għall-miżuri taħt ir-Regolament (KE) Nru 2042/2000. F’dan il-każ, it-tkomplija ta’ impożizzjoni tal-miżuri imposti bir-Regolament (KE) Nru 2042/2000 ma tkunx aktar adatta u r-Regolament (KE) Nru 2042/2000 ikun irid jiġi emendat skond dan. |
|
(10) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 kellu jiskadi fid-29 ta’ Diċembru 2006. Qabel din id-data u kif imsemmi fil-premessa (1) hawn fuq, il-Kunsill estenda l-miżuri definittivi antidumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tal-kameras tat-televiżjoni bir-Regolament (KE) Nru 1910/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li daħal fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2006. Ir-reviżjoni mibdija fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 kien għalhekk awtomatikament estiż għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1910/2006. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment tat pariri lill-prodotturi esportaturi, importaturi u assoċjazzjonijiet ta’ l-importaturi jew esportaturi li hu magħruf li kienu konċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, lill-utenti, fornituri ta’ materji primi, u l-kwerelant li huwa produttur tal-Komunità bil-bidu ta’ l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet taghhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu u ntbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha interessati. |
Ċ. IRTIRAT TA’ L-ILMENT, TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT U REVOKA TAL-MIŻURI DEFINITTIVI ANTIDUMPING FIS-SEĦĦ.
|
(12) |
B’ittra tat-12 ta’ April 2007 lill-Kummissjoni, Grass Valley Nederland B.V., formalment irtirat l-ilment tagħha. Bl-istess ittra, Grass Valley irtirat ukoll l-appoġġ tagħha tal-miżuri oriġinali kontra l-importazzjonijiet tas-sistemi tal-kameras tat-televiżjoni li joriġinaw fil-Ġappun imposti bir-Regolament (KE) Nru 1910/2006 wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku. |
|
(13) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Bażiku, il-proċedura tista’ tkun iterminata meta l-ilment jitneħħa, jekk terminazzjoni bħal din ma tkunx fl-interess tal-Komunità. |
|
(14) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni bid-Deċiżjoni 2007/539/KE (5) temmet il-proċediment fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti sistemi tal-kameras li joriġinaw mill-Ġappun minħabba li l-investigazzjoni ma ġabet fid-dawl ebda kunsiderazzjoni li turi li temma simili ma tkunx fl-interess tal-Komunità. |
|
(15) |
Kif imsemmi fil-premessa 8, dazji definittivi antidumping huma wkoll fis-seħħ fuq importazzjonijiet tas-sistemi tal-kameras tat-televiżjoni li joriġinaw fil-Ġappun li jiffurmaw parti mill-ambitu tal-prodott tal-proċediment fir-rigward ta’ ċerti sistemi tal-kameras. |
|
(16) |
Kif imsemmi fil-premessa 12, l-industrija tal-Komunità, bl-ittra msemmija hawn fuq irtirat formalment l-appoġġ tagħha għal dawn il-miżuri u talbet ir-revoka tagħhom. |
|
(17) |
Ġie għalhekk ikunsidrat li l-miżuri eżistenti għandhom jiġu revokati, minħabba li l-investigazzjoni ma ġabetx fid-dawl xi kunsiderazzjonijeit li juru li revoka simili ma tkunx fl-interess tal-Komunità. |
D. KONKLUŻJONI
|
(18) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati kif jixraq u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma waslu ebda kummenti li jindikaw li t-temma tar-reviżjoni interim u r-revoka tal-miżuri antidumping fis-seħħ ma jkunux fl-interess tal-Komunità. |
|
(19) |
Għalhekk ġie konkluż li titwaqqaf ir-reviżjoni preżenti u li jiġu revokati d-dazji antidumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi tal-kameras tat-televiżjoni mill-Ġappun, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1910/2006 hi hawnhekk imwaqqfa u d-dazji definittivi antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tal-kameras tat-televiżjoni li joriġinaw fil-Ġappun bir-Regolament (KE) Nru 1910/2006 huma revokati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 38. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1909/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 1).
(3) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 7.
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 907/2007
tat-23 ta’ Lulju 2007
li jneħħi d-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja, wara reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, u li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) ta’ dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
|
(1) |
F’Marzu 1995, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 477/95 (2), impona dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa (‘ir-Russja’). L-ammont ta’ dazju impost kien id-differenza bejn ECU 115 kull tunnellata u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, jekk il-prezz ta’ l-aħħar kien orħos. L-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri se tissejjaħ ’l -investigazzjoni oriġinali’. Wara t-twettiq ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 901/2001 (3), iddeċieda li dawn il-miżuri għandhom jinżammu. Il-miżuri li bħalissa hemm fis-seħħ huma fil-forma ta’ dazju varjabbli fuq il-bażi ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni (‘MIP’) ta’ EUR 115 kull tunnellata (‘il-miżuri eżistenti’). L-investigazzjoni għar-reviżjoni li wasslet biex jinżammu l-miżuri se tissejjaħ ’l -investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza’. |
|
(2) |
F’Diċembru 2003, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2228/2003 (4), temm reviżjoni interim parzjali mibdija fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku bil-għan li jkun mistħarreġ kemm hija approprjata l-forma tal-miżuri fis-seħħ, mingħajr ebda emendi fil-miżuri eżistenti. |
2. It-talbiet għal reviżjonijiet
|
(3) |
F’Awwissu 2005 (5), il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri eżistenti. Fid-9 ta’ Frar 2006 il-Kummissjoni irċeviet talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ta’ dawn il-miżuri u talba għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat għall-forma tal-miżuri. |
|
(4) |
Dawn it-talbiet tressqu mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzanti (EFMA) (‘l -applikant’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali ta’ urea tal-Komunità. |
|
(5) |
L-applikant allega u ressaq provi prima facie biżżejjed li l-iskadenza tal-miżuri tista’ tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara għall-industrija fil-Komunità fejn jidħlu l-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja (‘il-pajjiż ikkonċernat’) u li l-forma tal-miżuri attwali mhix biżżejjed biex tilqa’ għall-effetti ta’ ħsara ta’ l-iddampjar. |
|
(6) |
Barra minn hekk, fl-14 ta’ Settembru 2006, waslet talba għal reviżjoni interim parzjali tar-Regolament (KE) Nru 901/2001 minn Kumpanija bi Stokk Konġunt ‘Mineral and Chemical Company EuroChem’ (‘EuroChem’), produttur esportatur ta’ urea fir-Russja soġġett għall-miżuri antidumping fis-seħħ. |
|
(7) |
Fit-talba skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, EuroChem ressqet prova prima facie biex issostni t-talbiet tagħha li, safejn hija kienet ikkonċernata, iċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri, kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta’ natura permanenti. EuroChem ressqet prova li turi li t-tqabbil bejn l-ispejjeż tagħha u l-prezzijiet għall-esportazzjoni tagħha jista’ jwassal għal tnaqqis ta’ dumping b’mod sinifikanti taħt il-livell tal-miżuri attwali. Għalhekk, EuroChem iddikjarat li l-impożizzjoni kontinwa ta’ miżuri fil-livelli attwali, li kienu bbażati fuq il-livell ta’ marġinu ta’ ħsara li ġie stabbilit qabel, ma kienitx għadha meħtieġa biex tikkumpensa għad-dumping. |
|
(8) |
Wara li ġie determinat, fuq konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex jingħata bidu għar-reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u taż-żewġ reviżjonijiet interim parzjali, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet dawn it-tliet reviżjonijiet bil-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ bidu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (6). |
3. L-investigazzjoni
3.1. Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni
|
(9) |
Fir-rigward tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-investigazzjoni dwar it-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ ddampjar u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2005 sal-31 ta’ Marzu 2006 (‘perjodu ta’ l-investigazzjoni għar-reviżjoni’ jew ‘RIP’). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-2002 sa tmiem l-RIP (‘il-perjodu meqjus’). Il-perjodu użat fir-reviżjoni interim parzjali għall-investigazzjoni dwar kemm hija approprjata l-forma tal-miżuri huwa l-istess bħall-perjodu meqjus fir-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping rigward ‘EuroChem’ kien il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006. |
3.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
|
(10) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-produtturi li jesportaw fir-Russja, importaturi u utenti magħrufin li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, l-applikant u l-produtturi magħrufin fil-Komunità bil-bidu taż-żewġ reviżjonijiet. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lil EuroChem, lir-rappreżentanti tar-Russja, kif ukoll lill-applikant dwar il-bidu tar-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fiż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. |
|
(12) |
Il-partijiet kollha interessati, li għamlu din it-talba u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari li għalihom kellhom jinstemgħu, ingħataw il-possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ. |
|
(13) |
Fir-rigward tar-reviżjoni ta’ skadenza u tar-reviżjoni interim parzjali limitata għall-forma tal-miżuri, fid-dawl ta’ għadd kemmxejn kbir ta’ produtturi fil-Komunità, ta’ importaturi fil-Komunità u ta’ produtturi li jesportaw fir-Russja, kien meqjus xieraq, b’konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, li jkun eżaminat jekk għandhomx jittieħdu l-kampjuni. Bil-għan li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux tassew meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-partijiet ta’ hawn fuq intalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, li jersqu ’l quddiem fi żmien 15-il jum mill-bidu ta’ l-investigazzjoni u biex jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu. |
|
(14) |
Fir-rigward ta’ importaturi fil-Komunità, importatur wieħed biss għadda l-informazzjoni mitluba fl-avviż tal-bidu u esprima r-rieda tiegħu li jkompli jikkoopera mas-servizzi tal-Kummissjoni. Ġie għalhekk deċiż li ma kienx meħtieġ li jittieħdu kampjuni fir-rigward ta’ l-importaturi. |
|
(15) |
Disa’ produtturi tal-Komunità mlew tajjeb il-formola tat-teħid tal-kampjuni u qablu formalment li jkomplu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Erbgħa minn dawn id-disa’ kumpaniji, li nstabu li huma rappreżentattivi ta’ l-industrija fil-Komunità f’dawk li għandu x’jaqsam ma’ volum ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità, intgħażlu bħala kampjuni. L-erba’ produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjuni kienu jammontaw għal madwar 50 % tal-produzzjoni totali ta’ l-industrija fil-Komunità, kif definita fil-premessa (63), matul l-RIP, filwaqt li d-disa’ produtturi tal-Komunità t’hawn fuq kienu jirrappreżentaw madwar 60 % tal-produzzjoni fil-Komunità. Dan il-kampjun kien jikkostitwixxi l-ikbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ ta’ urea fil-Komunità li raġonevolment seta’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli. |
|
(16) |
Ħames produtturi li jesportaw imlew tajjeb il-formola għat-teħid tal-kampjuni sa l-iskadenza u qablu formalment li jkomplu jikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-ħames produtturi li jesportaw kienu jammontaw għal 60 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità fil-perjodu ta’ l-RIP. |
|
(17) |
Kampjun ta’ tliet produtturi li jesportaw li setgħu jkunu raġonevolment investigati fiż-żmien disponibbli ntgħażel f’konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ l-akbar kwantità ta’ esportazzjonijiet ta’ urea magħmula lejn il-Komunità. It-tliet produtturi li jesportaw meħuda bħala kampjuni kienu jammontaw għal 50 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP. |
|
(18) |
Skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati dwar il-kampjuni magħżula u ma kellhom l-ebda oġġezzjoni dwarhom. |
|
(19) |
Bħala riżultat ta’ informazzjoni ulterjuri disponibbli, aktar tard kien stabbilit li wieħed mit-tliet produtturi li jesportaw meħud fil-kampjun, fil-fatt ma kienx fost dawk li kellhom l-akbar kwantità ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Dan il-produttur li jesporta għalhekk ġie eskluż mill-kampjun u sostitwit mill-produttur li jesporta li kien ir-raba’ fil-lista. Il-kampjun hekk mibdul kien jammonta għal 48 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP. |
|
(20) |
Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lill-erba’ produtturi tal-Komunità fil-kampjun, lit-tliet produtturi esportaturi Russi meħuda fil-kampjun, kif ukoll lill-importaturi u l-utenti kollha li kienu għamlu lilhom infushom magħrufin. |
|
(21) |
Tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand l-erba’ produtturi fil-kampjun tal-Komunità u tliet produtturi li jesportaw mir-Russja, kif ukoll minn importatur mhux relatat u 7 utenti fil-Komunità. Barra minn hekk, bosta importaturi u utenti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom issottomettew kummenti mingħajr ma wieġbu l-kwestjonarju. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-analiżi tagħha u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(23) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, jiġifieri urea li taqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li toriġina mir-Russja. |
|
(24) |
L-urea hija prinċipalment magħmula mill-ammonja, li min-naħa tagħha hija prodotta mill-gass naturali. Tista’ tieħu forma solida jew likwida. L-urea solida tista’ tintuża għal skopijiet agrikoli u industrijali. Il-kwalità ta’ urea għall-agrikoltura tista’ tintuża jew bħala fertilizzant, li jinfirex fuq il-ħamrija, jew bħala addittiv fl-għalf għall-bhejjem. Il-kwalità ta’ urea għall-industrija hija materja prima għal ċerti tipi ta’ kolla u plastik. Minkejja li l-urea hija ppreżentata fil-forom differenti msemmija hawn fuq, il-karatteristiċi kimiċi tagħha jibqgħu bażikament l-istess u għall-għanijiet tal-proċedura attwali jistgħu jitqiesu bħala prodott wieħed. |
2. Il-prodott simili
|
(25) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-investigazzjonijiet għar-reviżjoni attwali kkonfermaw li l-prodott ikkonċernat u l-urea prodotta u mibjugħa mill-produtturi fil-Komunità fis-suq tal-Komunità, kif ukoll l-urea prodotta u mibjugħa fis-suq domestiku Russu għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi. Għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PROBABBILTÀ TA’ TKOMPLIJA JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING
1. It-tkomplija ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għar-reviżjoni
|
(26) |
Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx qed isir dumping matul l-RIP, u f’każ li kien hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri kienitx se twassal jew le għal tkomplija ta’ dumping. |
1.1 Ġenerali
|
(27) |
Kif jissemma’ fil-premessa (16), ħames produtturi li jesportaw l-urea kkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn il-ħames produtturi kienu jirrappreżentaw 60 % ta’ l-esportazzjonijiet ta’ urea li oriġinaw mir-Russja lejn il-Komunità matul l-RIP, li kienu jammontaw għal 1,39 miljun tunnellata. Importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li oriġinaw mir-Russja kienu jirrappreżentaw 16 % tal-konsum fil-Komunità, li kien ta’ 8,98 miljun tunnellata fl-RIP. |
|
(28) |
Għalhekk, il-livell ta’ kooperazzjoni huwa meqjus għoli. |
1.2. Il-valur normali
|
(29) |
Għandu jiġi nnutat li produttur esportatur wieħed jikkontrolla żewġ kumpaniji relatati, li t-tnejn qed jipproduċu u jesportaw l-urea. Il-kampjun li jissemma fil-premessa (19) għalhekk jinkludi erba’ kumpaniji. |
|
(30) |
L-ewwel ġie stabbilit għal kull waħda mill-erba’ kumpaniji jekk it-total tal-bejgħ domestiku tagħhom ta’ urea kienx rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kienx jammonta għal 5 % jew aktar tal-volum ta’ bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità. L-investigazzjoni wriet li l-erba’ kumpaniji kollha biegħu kwantitajiet rappreżentattivi ta’ urea fis-suq domestiku. |
|
(31) |
Biex ikun stabbilit jekk il-bejgħ ta’ urea fis-suq domestiku kienx fl-andament ordinarju tan-negozju, kellha tiġi stabbilita l-ispiża tal-manifattura. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-ispejjeż ta’ l-enerġija, bħall-elettriku u l-gass jirrappreżentaw proporzjon ewlieni ta’ l-ispiża tal-manifattura u proporzjon sinifikanti ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni. Għalhekk ġie eżaminat, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, jekk l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott meqjus kienux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-partijiet ikkonċernati. |
|
(32) |
L-investigazzjoni ma wriet l-ebda indikazzjoni li l-elettriku ma kienx se jkun rifless b’mod raġonevoli fir-reġistri. F’dan il-kuntest, huwa inter alia nnutat li l-prezzijiet ta’ l-elettriku mħallsa mill-produtturi Russi matul l-RIP kienu skond il-prezzijiet fis-suq internazzjonali, meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra, bħall-Kanada u n-Norveġja. Madankollu, ma setax jingħad l-istess dwar il-prezzijiet tal-gass. |
|
(33) |
Fir-rigward tal-fornituri tal-gass, fil-fatt, ġie stabbilit fuq il-bażi tad-data ppubblikata minn għejun speċjalizzati fis-swieq ta’ l-enerġija magħrufa internazzjonalment, li l-prezz imħallas mill-produtturi Russi kien baxx b’mod anormali. Bħala indikazzjoni, dawn kienu jammontaw għal wieħed minn kull ħamsa tal-prezz għall-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja u kienu wkoll orħos b’mod sinifikanti mill-prezz tal-gass imħallas mill-produtturi fil-Komunità. F’dan ir-rigward, id-data kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet tal-gass domestiċi fir-Russja kienu prezzijiet regolati, li huma ferm taħt il-prezzijiet tas-suq imħallsa fi swieq mhux regolati għall-gass naturali. Peress li l-ispejjeż tal-gass ma kienux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri ta’ l-erba’ kumpaniji, dawn kellhom ikunu aġġustati skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. L-ispiża tal-manifattura fil-kumpaniji meħuda bħala kampjun ġiet aġġustata skond dan. |
|
(34) |
Fin-nuqqas ta’ prezzijiet mhux irregolari tal-gass b’rabta mas-suq domestiku Russu, u skond l-Artikolu 2(5) tar-regolament bażiku, il-prezzijiet tal-gass kellhom jiġu stabbiliti fuq ‘kull bażi raġonevoli oħra, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħra.’ Il-prezz aġġustat kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta mibjugħ għall-esportazzjoni fuq il-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (‘Waidhaus’), wara li tħallsu l-ispejjeż tat-trasport. Waidhaus, peress li huwa ċentru ewlieni għall-bejgħ tal-gass Russu lill-UE, li hija kemm l-ikbar suq għall-gass Russu kif ukoll għandha prezzijiet li jirriflettu b’mod raġonevoli l-ispejjeż, jista’ jitqies bħala suq rappreżentattiv. |
|
(35) |
Wara l-aġġustament ta’ l-ispejjeż tal-manifattura kif deskritt hawn fuq, żewġ kumpaniji biss kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv fl-andament ordinarju tan-negozju. Għal dawn iż-żewġ kumpaniji għalhekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott simili skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(36) |
Għaż-żewġ kumpaniji l-oħra, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku taż-żewġ produtturi li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv fl-andament ordinarju tan-negozju msemmi fil-premessa (35) hawn fuq, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, din l-informazzjoni ma setgħetx tixxandar fid-dettall, peress li waħda miż-żewġ kumpaniji li mingħandhom ittieħdet l-informazzjoni kellha rabta ma’ kumpanija li għaliha ġie stabbilit il-valur normali. Għalhekk, jekk it-tagħrif kien ġie żvelat, kien ikun possibbli għal dik il-kumpanija li tibni mill-ġdid id-data kunfidenzjali tan-negozju tal-kumpanija l-oħra. |
1.3. Il-prezz għall-esportazzjoni
|
(37) |
Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz għall-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, eżattament fuq il-bażi ta’ prezzijiet għall-esportazzjoni li fil-fatt qed jitħallsu jew li jistgħu jitħallsu. |
|
(38) |
Fi-każ ta’ produttur esportatur wieħed fejn il-bejgħ sar permezz ta’ negozjant relatat fl-Iżvizzera, il-prezz għall-esportazzjoni tfassal fuq il-bażi tal-prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid ta’ dak in-negozjant relatat lil klijenti indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li kien hemm bejn ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid inkluż it-trasport, il-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, u marġini raġonevoli ta’ profitt. |
1.4. Il-paragun
|
(39) |
Il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni ġew imqabbla fuq bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq. Bil-għan li jsir tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni, saru l-konċessjonijiet dovuti f’forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezz u t-tqabbil tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, saru aġġustamenti għal differenzi fit-trasport, immaniġġjar, tagħbija u spejjeż anċillari, spejjeż ta’ kreditu, kummissjonijiet u spejjeż ta’ ppakkjar fejn kienu applikabbli u sostnuti minn evidenza vverifikata. |
1.5. It-tkomplija ta’ dumping
|
(40) |
Il-marġni ta’ dumping għal kull produttur li jesporta ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun bejn valur normali medju bil-piż differenzjat u prezz għall-esportazzjoni medju bil-piż differenzjat skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(41) |
L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP id-dumping seħħ l-aktar f’livell iktar baxx milli kien hemm fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-marġini ta’ dumping, murija bħala perċentwal tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, huma madankollu sostanzjali, jiġifieri fil-firxa minn 6 % sa 23 %. |
2. Il-probabbiltà ta’ Tkomplija ta’ Dumping
2.1. L-effett tat-tneħħija tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet iddampjati
|
(42) |
Kif ingħad fil-premessa (1), il-miżuri fis-seħħ huma fil-forma ta’ MIP ta’ EUR 115/tunnellata. Filwaqt li fil-bidu dan l-MIP kellu influwenza fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi ta’ urea lejn il-Komunità, dawn il-prezzijiet kienu bil-bosta’l fuq mill-MIP sa mill-2003 kif jidher fil-premessa (67), u matul l-RIP il-prezzijiet medji għall-esportazzjoni Russa kienu 68 % ogħla mill-MIP. |
|
(43) |
Għalhekk jista’ jkun konkluż li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda impatt kemm fuq il-prezzijiet kif ukoll fuq il-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja. Bħala konsegwenza, mhux probabbli li jkun hemm impatt fuq il-prezzijiet jew il-kwantitajiet ta’ esportazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja kemm-il darba l-miżuri jitneħħew. |
|
(44) |
Minkejja dan ta’ hawn fuq, l-effetti probabbli ta’ (i) kapaċità żejda Russa eżistenti u l-possibbiltà ta’ kapaċità ġdida u (ii) l-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida lil bejgħ ieħor lejn il-Komunità ġew eżaminati wkoll fl-investigazzjoni, kif imfisser iktar ’l isfel. |
2.2. Il-kapaċità żejda
|
(45) |
L-applikant ressaq fit-talba tiegħu għal reviżjoni evidenza li se jkun hemm total ta’ disa’ proġetti, li jistgħu jipprovdu kapaċità ġdida sostanzjali fir-Russja fil-perjodu ta’ żmien 2005-2007 minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni, li jammontaw għal żieda ta’ mill-inqas 10 % tal-kapaċità eżistenti. |
2.2.1. Il-produtturi li kkooperaw
|
(46) |
L-effetti possibbli tal-kapaċità żejda eżistenti ġew eżaminati. Il-produtturi Russi meħuda bħala kampjun irnexxielhom iżidu l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom b’madwar 5 %, filwaqt li żiedu l-produzzjoni tagħhom b’madwar 15 % matul il-perjodu meqjus. Għalhekk, il-kapaċità żejda nominali tagħhom tkun naqset b’mod sinifikanti għal 170 000 tunnellata, jew b’madwar 6 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni.
|
|
(47) |
Total ta’ ħames proġetti mid-disgħa li ssemmew fit-talba kienu jikkonċernaw produtturi esportaturi li qed jikkooperaw. Żewġ proġetti kienu diġà ntemmew matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma pprovdew l-ebda kapaċità addizzjonali meta mqabbla ma’ l-RIP. Għal proġett wieħed elenkat, ġiet stabbilita biss żieda insinifikanti fil-kapaċità. |
|
(48) |
Fir-rigward ta’ l-akbar żewġ proġetti, li jammontaw għal parti l-kbira taż-żieda fil-kapaċità msemmija fil-premessa (46) hawn fuq, ġie stabbilit li l-kumpanija ma tinvestix biss fil-kapaċità ta’ l-urea, iżda anki fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni downstream għal prodotti bħal reżina urejka (urea-formaldehyde-resins UFR) u soluzzjonijiet ta’ l-urea u tan-nitrat ta’ l-ammonju (UAN). Dawn il-proġetti jew jinsabu fi stadju avvanzat jew inkella diġà kienu ntemmew wara l-RIP. Għalhekk, wieħed jista’ jassumi li l-parti l-kbira tal-kapaċità ta’ dan il-proġett mhux se tinbiegħ lil utenti indipendenti, iżda se tintuża b’mod vinkolanti bħala materja prima għal dawn il-prodotti downstream. Għalhekk din il-parti mhijiex qed titqies fil-paragrafu li ġej. |
|
(49) |
Jidher minn dan ta’ hawn fuq li t-tliet proġetti jistgħu jwasslu għal kapaċità addizzjonali disponibbli għall-bejgħ lill-klijenti indipendenti, stmata għal madwar 150 000-200 000 tunnellata. Dan jikkorrispondi għal 10 %-15 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP jew għal sehem potenzjali tas-suq ta’ 1,5 %-2 % tas-suq tal-Komunità. |
2.2.2. Il-produtturi li ma kkooperawx
|
(50) |
Il-kapaċità żejda globali bħala perċentwal tal-kapaċità ta’ produzzjoni fir-Russja hija skond il-kapaċità żejda stabbilita għall-produtturi li qed jikkooperaw, skond informazzjoni mressqa mill-applikant. Għalhekk jitqies, li l-produtturi li mhux qed jikkooperaw għandhom ukoll kapaċità żejda ta’ madwar 5 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni, stmata għal madwar 140 000 tunnellata matul l-RIP.. |
|
(51) |
Total ta’ erba’ proġetti minn disgħa li ssir referenza għalihom fit-talba kienu jikkonċernaw produtturi esportaturi li mhux qed jikkooperaw. Dawn il-proġetti ġew valutati fuq il-bażi ta’ fatti disponibbli. Għal proġett wieħed, ġie stabbilit li ma kienx rigward il-prodott ikkonċernat, iżda l-metanol. Proġett wieħed kien diġà twettaq matul il-perjodu meqjus, u għalhekk ma jipprovdi l-ebda kapaċità addizzjonali meta mqabbel ma’ l-RIP. Proġett wieħed kien qed jirreferi għal investiment insinifikanti ta’ inqas minn 1 miljun EUR fis-sena u għalhekk kien meqjus li ma kellu l-ebda impatt kwantifikabbli fuq il-kapaċità Russa. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proġett li fadal, jista’ jwassal għal żieda fil-kapaċità ta’ madwar 100 000 tunnellata (li tikkorrispondi għal madwar 7 % ta’ l-esportazzjonijiet totali Russi lejn il-Komunità matul l-RIP jew sehem potenzjali tas-suq ta’ 1 % tas-suq tal-Komunità). |
2.2.3. Konklużjoni dwar il-kapaċità żejda
|
(52) |
L-investigazzjoni wriet li l-kapaċità addizzjonali disponibbli fiż-żmien medju se tqarreb il-500 000 tunnellata. Iżda peress li parti sinifikanti tal-kwantità addizzjonali minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni se tintuża b’mod vinkolanti bħala materja prima għall-prodotti downstream, ġie konkluż li bejn wieħed u ieħor nofs din il-kwantità biss se tkun disponibbli għall-bejgħ lill-klijenti indipendenti. |
|
(53) |
Peress li s-suq domestiku Russu huwa żgħir u m’hemmx indikazzjonijiet li dan jista’ jinbidel fil-futur, kull żieda fil-produzzjoni se tkun maħsuba għall-esportazzjoni. Peress li l-użu tal-kapaċità nominali tal-produtturi Russi hija ta’ madwar 95 %, kwantitajiet addizzjonali limitati biss huma disponibbli għall-esportazzjoni. |
|
(54) |
Il-kapaċità żejda eżistenti u l-kapaċità addizzjonali mhux vinkolanti li mistennija tinħoloq fil-futur qrib jirrappreżentaw flimkien bejn wieħed u ieħor madwar 550 000-600 000 tunnellata, li jikkorrispondu għal madwar 40 % tat-total ta’ esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità matul l-RIP, li huwa sehem potenzjali tas-suq ta’ madwar 6 % tas-suq Komunitarju. Madankollu, skond it-tbassir ta’ konsultazzjonijiet speċjalizzati fil-fertilizzanti mogħtija mill-applikant, id-domanda dinjija għall-urea hija mistennija li tiżdied b’pass simili għaż-żieda fil-kapaċità dinjija. Għalhekk il-kwantitajiet addizzjonali disponibbli għall-esportazzjoni jistgħu jiġu diretti lejn ir-reġjuni fejn teżisti domanda addizzjonali. Għalhekk huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità jiżdiedu fi kwantitajiet sinifikanti jekk ikun hemm biss żieda ekwivalenti fid-domanda, jiġifieri dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali m’għandhomx ikollhom effett negattiv fuq il-livell tal-prezz fis-suq tal-Komunità. |
|
(55) |
Ma jistax għalhekk ikun konkluż li l-volum ta’ esportazzjonijiet Russi ddampjati fis-suq tal-Komunità se jkunu milquta mill-kapaċità żejda Russa. |
2.3. Il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida għal bejgħ ieħor lejn il-Komunità
|
(56) |
Matul l-RIP, il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità tal-produtturi li jesportaw meħuda fil-kampjun, fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq kienu ta’ madwar 1 % - 5 % inqas mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn. Il-prezzijiet domestiċi kienu wkoll ogħla mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, speċjalment għal kumpaniji li jinsabu f’żoni mbiegħda minħabba differenza sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport. |
|
(57) |
L-applikant jargumenta li hemm investimenti sinifikanti fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-urea, prinċipalment fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani. Din il-kapaċità ġdida allegatament se twassal għal opportunitajiet inqas għall-esportaturi Russi lejn swieq oħrajn, u twassal għal iżjed kwantitajiet ta’ urea Russa esportati lejn il-Komunità. Madankollu kien stabbilit fuq il-bażi tat-tbassir imsemmi fil-premessa (54) hawn fuq li dawn l-investimenti mhux se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bilanċ ta’ provvista/domanda globali, hekk kif id-domanda dinjija hija mbassra li tiżdied fuq l-istess livell tal-kapaċità globali. |
|
(58) |
Għalhekk ma jistax jiġi konkluż li l-volum ta’ esportazzjonijiet Russi ddampjati fil-Komunità se jkun affettwat b’direzzjoni mill-ġdid ta’ merkanzija lejn il-Komunità. |
2.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija tad-dumping
|
(59) |
Fuq il-bażi ta’ l-analiżi li saret hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri attwali fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, huwa konkluż li jekk jitneħħew il-miżuri, hemm il-probabbiltà li d-dumping ikompli. |
D. ID-DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA FIL-KOMUNITÀ
|
(60) |
Fil-Komunità, il-prodott simili huwa manifatturat minn 16-il produttur, li l-produzzjoni tagħhom titqies li tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Komunità skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Tmienja minn dawn is-16-il kumpanija saru parti mill-produtturi tal-Komunità wara t-tkabbir ta’ l-UE fl-2004. |
|
(61) |
Mis-16-il produttur tal-Komunità, disa’ kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni, ilkoll imsemmija fit-talba għar-reviżjoni. Tliet produtturi oħra għamlu lilhom infushom magħrufa fiż-żmien stabbilit u bagħtu l-informazzjoni mitluba għall-għanijiet tat-teħid tal-kampjuni. Madankollu, ma offrew l-ebda kooperazzjoni ulterjuri. L-ebda produttur tal-Komunità ma oppona t-talba għar-reviżjoni. |
|
(62) |
Għalhekk, id-disa’ produtturi li ġejjin qablu li jikkooperaw:
|
|
(63) |
Peress li dawn id-disa’ produtturi tal-Komunità ammontaw għal madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità matul l-RIP, jitqies li d-disa’ produtturi tal-Komunità t’hawn fuq jammontaw għal parti kbira tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili. Għalhekk jitqiesu li jikkostitwixxu l-industrija fil-Komunità skond l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ‘il quddiem imsejħa ’l -Industrija Komunitarja’. Is-seba’ produtturi tal-Komunità li ma kkooperawx se jissejħu “produtturi Komunitarji oħra”. |
|
(64) |
Kif indikat hawn fuq, ittieħed kampjun magħmul minn erba’ kumpaniji. Il-produtturi Komunitarji meħuda fil-kampjun ikkooperaw u bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju sa d-data ta’ l-għeluq. Barra minn hekk, il-ħames produtturi l-oħra li kkooperaw bagħtu kif xieraq ċerta data ġenerali għall-analiżi tal-ħsara. |
E. IL-QAGĦDA FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ
1. Il-konsum fis-suq tal-Komunità
|
(65) |
Il-konsum apparenti ta’ urea fil-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi ta’ data mressqa mill-applikant u minn data ta’ l-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha ta’ l-UE. Minħabba t-tkabbir ta’ l-UE fl-2004, f’ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza ta’ l-analiżi, il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tas-suq ta’ l-UE-25 matul il-perjodu meqjus. Peress li din l-investigazzjoni nbdiet qabel it-tkabbir ulterjuri bil-Bulgarija u r-Rumanija, l-analiżi hija limitata għal-qagħda ta’ l-UE-25. |
|
(66) |
Bejn l-2002 u l-RIP, il-konsum fil-Komunità żdied b’4 %.
|
2. Il-Volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-Russja
|
(67) |
Il-volumi, l-ishma mis-suq u l-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja żviluppaw kif jidher hawn taħt. Il-kwantitajiet u x-xejriet tal-prezzijiet li ġejjin huma bbażati fuq l-Eurostat.
|
|
(68) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet Russi kif ukoll is-sehem mis-suq tagħhom baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kollu meqjus, ħlief għall-ogħla valur fl-2004 li huwa mfisser bil-ħażna fl-10 Stati Membri ta’ l-UE qabel it-tkabbir ta’ l-1 ta’ Mejju 2004. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Russi żdiedu minn 119 għal 193 EUR/tunnellata matul il-perjodu meqjus. Din l-evoluzzjoni tirrifletti l-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq deskritti wkoll fil-premessa (85). |
|
(69) |
Il-prezzijiet Russi għall-importazzjonijiet juru li sa mill-bidu tal-perjodu meqjus (2002), il-produtturi Russi kienu qed jesportaw lejn il-Komunità f’livell ta’ prezz ferm ogħla mill-prezz minimu ta’ importazzjoni ta’ EUR 115 kull tunnellata. |
|
(70) |
Bil-għan li jkun ikkalkulat il-livell tal-qtugħ tal-prezzijiet taħt dawk tas-suq matul l-RIP, il-prezzijiet fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja għall-klijenti mhux relatati ġew imqabbla mal-prezzijiet ta’ importazzjoni CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, ma’ tal-produtturi esportaturi tal-pajjiż ikkonċernat li qed jikkooperaw, aġġustati kif xieraq bil-għan li jirriflettu prezz ta’ wara l-konsenja. Il-paragun wera li l-importazzjonijiet mir-Russja ma kienux qed jaqtgħu l-prezz taħt dak ta’ l-industrija Komunitarja. |
3. L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
|
(71) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu meqjus qed jintwerew fit-tabella hawn taħt. Il-kwantitajiet u x-xejriet tal-prezz li ġejjin huma wkoll ibbażati fuq l-Eurostat.
|
|
(72) |
Għandu jiġi nnutat li kemm l-Eġittu kif ukoll ir-Rumanija naqqsu l-volumi ta’ esportazzjoni tagħhom mill-2000 sa l-RIP, filwaqt li l-volumi ta’ esportazzjoni tal-Kroazja żdiedu minn 126 elf tunnellata fl-2002 għal 187 elf tunnellata fl-RIP. Is-sehem tal-Kroazja fis-suq Komunitarju madankollu baqa’ stabbli f’1-2 %. Fejn jidħlu l-prezzijiet għall-esportazzjoni, l-Eġittu esporta lejn il-Komunità bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet ta’ l-industrija fil-Komunità matul il-perjodu meqjus u r-Rumanija mill-2004 ’l quddiem. Il-prezzijiet Kroati, bil-kontra, kienu iktar baxxi mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja matul il-perjodu kollu meqjus. Il-Kroazja, madankollu, ma żieditx is-sehem tas-suq tagħha fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu meqjus. Għandu jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mill-Kroazja, minn Jannar 2002, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 92/2002 (8), huma suġġetti għal dazju antidumping ta’ EUR 9,01 kull tunnellata. |
4. Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja
|
(73) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha rilevanti li għandhom piż fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. |
4.1. Rimarki preliminari
|
(74) |
Fejn intuża t-teħid tal-kampjuni, skond il-prattika stabbilita, ċerti indikaturi ta’ ħsara (produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni, produttività, ħażniet, volumi ta’ bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir u impjiegi) jiġu analizzati għall-industrija Komunitarja kollha b’mod ġenerali (‘C.I. ’ fit-tabelli inklużi), filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara marbuta mar-rendiment ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri prezzijiet, profitt, pagi, investimenti, dħul mill-investiment, likwidità, il-ħila li jinġabar il-kapital, jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Komunità meħuda bħala kampjun (‘S.P. ’ fit-tabelli li ġejjin). |
4.2. Id-data relatata ma’ l-industrija fil-Komunità kollha
(a)
|
(75) |
Il-volum ta’ produzzjoni totali ta’ l-industrija Komunitarja, inkluża l-produzzjoni għall-użu vinkolanti, baqa’ stabbli b’4,3 miljun tunnellata bejn l-2002 u l-RIP, b’eċċezzjoni għal żieda żgħira temporanja fl-2003. Fi ħdan il-produzzjoni totali, anki s-sehem tal-produzzjoni użata għat-trasferimenti vinkolanti baqa’ prattikament stabbli b’madwar 20 % tal-produzzjoni totali, u juri li ma jistax jaffettwa l-istampa tal-ħsara ta’ l-industrija Komunitarja.
|
(b)
|
(76) |
Il-kapaċità ta’ produzzjoni żdiedet ftit mill-2002 sa l-RIP (5 %). Fid-dawl tal-volum ta’ produzzjoni tas-CI li baqa’ stabbli, ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità naqset ftit matul il-perjodu meqjus, minn livell ta’ 84 % fl-2002 għal livell ta’ 81 % fl-RIP. Madankollu, kif diġà ġie nnutat fl-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, l-ammonja użata għall-produzzjoni ta’ urea tista’ tintuża wkoll għall-produzzjoni ta’ fertilizzanti oħra. Ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità għall-produzzjoni ta’ l-urea hija għalhekk affettwata wkoll mill-iżvilupp ta’ fertilizzanti oħrajn, u għalhekk inqas sinifikanti bħala indikatur ta’ ħsara.
|
(ċ)
|
(77) |
Il-livell tal-ħażniet ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja ma kienx stabbli matul il-perjodu meqjus. Ġiet irreġistrata żieda ta’ 27 % bejn l-2002 u l-2005, iżda kien hemm tnaqqis drastiku matul l-aħħar tliet xhur ta’ l-RIP (Jannar – Marzu 2006). L-volatilità għolja tal-livell tal-ħażniet tista’ tkun imfissra bl-effett staġjonali tal-bejgħ u mill-fatt li l-urea użata għal użu vinkolanti hija maħżuna flimkien ma’ l-urea mibjugħa fis-suq ħieles. Għalhekk, il-livell ta’ ħażniet jitqies bħala indikatur ta’ ħsara b’valur inqas.
|
(d)
|
(78) |
Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità naqas ftit bejn l-2002 u l-RIP, jiġifieri bi 3 %.
|
(e)
|
(79) |
Is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja ukoll naqas ftit matul il-perjodu meqjus, meta kien ta’ 36,5 % fl-2002 u ta’ 34,0 % matul l-RIP.
|
(f)
|
(80) |
L-industrija Komunitarja tilfet ċerta parti tas-sehem mis-suq tagħha (1,5 punti perċentwali) f’suq li kien qed jikber bi ftit (4 %) matul il-perjodu meqjus. Is-sehem mis-suq mitluf mill-industrija Komunitarja ma ttieħidx mill-importazzjonijiet Russi, peress li kif indikat fil-premessa (67), is-sehem fis-suq ta’ l-importazzjonijiet Russi baqa’ stabbli mill-2002 sa l-RIP. Anki fid-dawl tal-fatt li s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra naqas bi 3,5 punti perċentwali, għandu jiġi konkluż li s-sehem mis-suq mitluf mill-industrija Komunitarja ittieħed mill-produtturi Komunitarji oħra. |
(g)
|
(81) |
Il-livell ta’ l-impjiegi ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’6 % bejn l-2002 u l-RIP, filwaqt li l-produzzjoni żdiedet bi ftit, u għalhekk irriflettiet żieda fil-produttività.
|
(h)
|
(82) |
Il-produttività għal kull persuna impjegata mill-industrija Komunitarja kull sena żdiedet b’6 % bejn l-2002 u l-RIP, minħabba t-tnaqqis ta’ l-istess daqs fil-livell ta’ l-impjiegi fuq produzzjoni stabbli ta’ l-industrija Komunitarja.
|
(i)
|
(83) |
Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-daqs tal-marġinu effettiv tad-dumping li nstab fl-RIP, minħabba l-fatt li: (i) il-volum ta’ importazzjonijiet mir-Russja baqa’ f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus (ii) il-prezzijiet għall-importazzjoni Russi żdiedu b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu, (iii) ma kienx hemm qtugħ tal-prezzijiet taħt dawk tas-suq matul l-RIP u iv) il-qagħda finanzjarja globali ta’ l-industrija Komunitarja, dan l-impatt jitqies li mhux sinifikanti u l-indikatur mingħajr valur. |
(j)
|
(84) |
L-indikaturi eżaminati hawn fuq u hawn taħt juru biċ-ċar titjib konsiderevoli fil-qagħda ekonomika u finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. |
4.3. Id-data li tikkonċerna l-produtturi Komunitarji meħuda fil-kampjun
(a)
|
(85) |
Il-prezz tal-bejgħ medju għal kull unità tal-produtturi ta’ l-industrija Komunitarja meħuda bħala kampjun lill-klijenti mhux relatati żdied sostanzjalment bejn l-2002 u l-RIP, u rrifletta l-kundizzjonijiet favorevoli prevalenti tas-suq internazzjonali ta’ l-urea matul l-istess perjodu.
|
(b)
|
(86) |
Bejn l-2002 u l-RIP, l-ispiża tax-xogħol annwali għal kull impjegat żdiedet moderatament bi 11 %.
|
(ċ)
|
(87) |
Il-fluss annwali ta’ investimenti fil-prodott simili magħmul mill-erba’ produtturi meħuda fil-kampjun żviluppa b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus, jiġifieri żdied b’10 % mill-2002 sa l-RIP, għalkemm wera xi ftit ċaqliq.
|
(d)
|
(88) |
Il-profittabilità tal-produtturi meħuda bħala kampjun turi titjib sinifikanti mill-2002 sa l-RIP, meta laħqet il-livell ta’ 16,9 %. F’dan ir-rigward, jiġi nnutat li fl-investigazzjoni oriġinali, kien ġie stabbilit marġinu ta’ profitt ta’ 5 % li seta’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Il-qligħ fuq l-investimenti (ROI), espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti, prinċipalment segwa x-xejra tal-profittabilità. Huwa żdied b’aktar minn tliet darbiet matul il-perjodu meqjus.
|
(e)
|
(89) |
Il-likwidità żdiedet b’aktar minn tliet darbiet matul il-perjodu meqjus. Dan l-iżvilupp jimxi ma’ l-iżvilupp tal-qligħ globali u ta’ l-ROI matul il-perjodu meqjus.
|
|
(90) |
L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi Komunitarji meħuda bħala kampjun biex jiġbru l-kapital. |
5. Konklużjoni
|
(91) |
Bejn l-2002 u l-RIP, is-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi ftit, hekk kif għamel il-volum ta’ bejgħ tagħha fis-suq tal-Komunità. Madankollu, il-qagħda finanzjarja globali ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet bil-kbir matul il-perjodu meqjus, meta mqabbel mal-perjodu ta’ qabel ir-reviżjoni ta’ l-iskadenza preċedenti li fl-2001 irriżultat fiż-żamma tal-miżuri eżistenti, li ilhom fis-seħħ mill-1995. |
|
(92) |
Matul il-perjodu meqjus, il-profittabilità tal-produtturi meħuda bħala kampjun żdiedet b’mod konsiderevoli, u qabżet sew, matul kull sena tal-perjodu meqjus, il-livell ta’ profittabilità stabbilit bħala l-mira tal-profitt fl-investigazzjoni oriġinali. Anki l-qligħ fuq l-investiment u l-likwidità żdiedu b’ħafna drabi. Il-volum tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja baqa’ stabbli. Il-prezzijiet għall-bejgħ tal-produtturi meħuda bħala kampjun żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kollu meqjus. Il-pagi żviluppaw moderatament u l-industrija Komunitarja kompliet tinvesti. |
|
(93) |
Għandu jiġi nnutat li l-iżvilupp assolutament pożittiv tal-profittabilità ta’ l-industrija Komunitarja seħħ f’kuntest fejn il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi lejn il-Komunità kienu ’l fuq sew mill-MIP minkejja d-dumping. Għalhekk, matul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russa m’affettwawx l-industrija Komunitarja. |
|
(94) |
L-applikant, wara li rċieva tagħrif dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, stqarr li l-ħtiġijiet ta’ profittabilità għal żmien twil, imkejla bħala qligħ mill-bejgħ, għall-industrija ta’ l-urea għandha tkun fil-livell ta’ 25 % wara t-taxxa. Din tkun tfisser madwar 36 % tal-profitt ta’ qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ. L-applikant stqarr li dan huwa ġġustifikat mill-ispiża biex ikun stabbilit kumpless ġdid ta’ ammonja/urea, li jkun jeħtieġ qligħ fuq l-investiment ta’ 11 % (allegatament ekwivalenti għall-profitt ta’ 36 % qabel it-taxxa fuq il-valur tal-bejgħ). F’dan ir-rigward, huwa nnutat li l-applikant qatt ma ddikjara profitt daqshekk għoli fil-qafas ta’ din il-proċedura, u fl-investigazzjoni oriġinali ġie stabbilit marġinu ta’ profitt ta’ 5 % li jista’ jintlaħaq fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza tagħha fil-Każ T-210/95 ikkonfermat li “...il-marġinu ta’ profitt li għandu jkun użat mill-Kunsill meta jiġi kkalkulat il-prezz tal-mira li se jneħħi l-ħsara kkonċernata għandu jkun limitat għall-marġinu ta’ profitt li l-industrija Komunitarja tista’ torbot fuqu b’mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet iddampjati.” (9) Fl-istess każ, ġie kkonfermat li “...l-argument li l-marġini ta’ profitt li għandu jkun użat mill-istituzzjonijiet Komunitarji jrid ikun il-marġini meħtieġ biex ikun żgurat l-għajxien ta’ l-industrija Komunitarja u/jew il-qligħ adegwat fuq il-kapital, m’għandu l-ebda bażi fir-regolament bażiku.” (10) Tabilħaqq, fil-każ attwali l-applikant ma ppreżenta l-ebda prova li, fin-nuqqas ta’ l-importazzjonijiet iddampjati, l-industrija Komunitarja kienet se tkun kapaċi tikseb qligħ fil-livell mitlub. L-applikant lanqas wera liema marġinu ta’ profitt kienet se tkun kapaċi tikseb l-industrija Komunitarja fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet iddampjati. Għalhekk din it-talba ma ġietx milqugħa. |
|
(95) |
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li ma kienx hemm tkomplija ta’ ħsara materjali lill-industrija Komunitarja. |
F. IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ ĦSARA
|
(96) |
Peress li m’hemmx tkomplija ta’ ħsara materjali kkawżata minn importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-analiżi ffukat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara materjali kemm-il darba l-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew. F’dan ir-rigward, kien analizzat in-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri eżistenti fuq il-volumi u l-prezzijiet Russi għall-importazzjoni. B’żieda ma’ dan, kienu eżaminati l-effetti possibbli tal-kapaċità żejda eżistenti Russa u l-probabbiltà ta’ kapaċità ġdida kif ukoll il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida ta’ bejgħ ieħor mill-produtturi Russi lejn il-Komunità. |
1. In-nuqqas ta’ impatt tal-miżuri eżistenti fuq il-volumi u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni
|
(97) |
Kif jidher fit-tabella hawn taħt, mill-2002, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità kienu dejjem ’il fuq mill-MIP ta’ EUR 115 kull tunnellata, filwaqt li mill-2003 sa tmiem il-perjodu meqjus, dawn il-prezzijiet kienu ’l fuq sew mill-MIP. Matul l-RIP, il-prezzijiet medji Russi għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Komunità kienu ta’ 68 % ’l fuq mill-MIP. Dan juri biċ-ċar li għallinqas mill-2003, il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi ma kienux influwenzati mill-miżuri eżistenti.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(98) |
Għalhekk, ceteris paribus, m’hemm l-ebda raġuni għaliex il-produtturi Russi li jesportaw għandhom japplikaw prezzijiet iktar baxxi kemm-il darba l-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew, meta wieħed iqis li qabel irnexxielhom isostnu prezzijiet ferm ogħla. |
|
(99) |
Barra minn hekk, kif jidher fil-premessa (88), l-esportaturi Russi żammew il-volumi ta’ esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità f’livell relattivament stabbli matul il-perjodu kollu meqjus, minkejja l-fatt li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda effett prattiku fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni mill-2002 ’l hawn u bħala konsegwenza ma kienux ta’ xkiel għaż-żieda fl-esportazzjonijiet Russi. |
|
(100) |
Għalhekk, ceteris paribus, mhux probabbli li produtturi Russi li jesportaw se jbiegħu volumi addizzjonali fis-suq tal-Komunità jekk il-miżuri eżistenti jitneħħew, peress li l-miżuri eżistenti ma affettwawx il-volumi għall-esportazzjoni Russi. |
|
(101) |
Għalhekk huwa konkluż li peress li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda impatt la fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni prattikati mill-esportaturi Russi u lanqas fuq il-prezzijiet imħallsa mill-importaturi Komunitarji għall-istess importazzjonijiet, u la fuq il-kwantitajiet ta’ l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità, it-tneħħija tal-miżuri mhix probabbli li jkollha xi impatt fuq dawn il-prezzijiet u l-kwantitajiet. Għalhekk, it-tneħħija tal-miżuri mhu se jkollha l-ebda impatt fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja. Bħala konsegwenza, ma jistax ikun konkluż li hemm xi probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri eżistenti kellhom jitneħħew. |
|
(102) |
Minkejja l-konklużjoni t’hawn fuq, l-allegazzjonijiet differenti ta’ l-industrija Komunitarja relatati ma’ l-effetti possibbli mill-kapaċità żejda eżistenti Russa u mill-kapaċità ġdida probabbli u mill-probabbiltà ta’ direzzjoni mill-ġdid ta’ bejgħ ieħor tal-produtturi Russi lejn il-Komunità kienu wkoll eżaminati fl-investigazzjoni, kif imfisser hawn taħt. |
2. Il-kapaċità żejda Russa
|
(103) |
Kif imfisser fil-premessi (46) u (50), l-ebda waħda mill-kumpaniji Russi meħuda bħala kampjun ma kellha kapaċità żejda ta’ xi valur matul l-RIP u l-livell globali ta’ kapaċità żejda tal-produtturi kollha Russi kienet stmata li hija madwar 5 %. Ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni huma, f’dan ir-rigward, għal kollox bi qbil ma’ dak li sostna l-applikant. |
|
(104) |
Kif diġà ntqal fil-premessa (52), ġie stabbilit ukoll li d-disa’ proġetti msemmija mill-applikant mhux mistennija li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq is-suq Komunitarju, peress li parti sinifikanti tal-kwantità addizzjonali maħluqa minn dawn il-proġetti se tintuża b’mod vinkolanti.. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (54), l-esportazzjonijiet Russi lejn il-Komunità x’aktarx li jiżdiedu biss fi kwantitajiet sinifikanti jekk ikun hemm żieda ekwivalenti fid-domanda, f’liema każ dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali m’għandhomx ikollhom effett negattiv fuq il-livell tal-prezz fuq is-suq Komunitarju. |
|
(105) |
Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-produtturi Russi se jkollhom biss kwantitajiet addizzjonali limitati disponibbli għal żieda fil-bejgħ minħabba tiġdid, żidiet fil-livell u risistemazzjoni. Dan jindika li l-produtturi Russi mhux se jkollhom il-possibbiltà li jżidu b’mod sinifikanti l-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Komunità, minħabba l-vantaġġ tal-kapaċitajiet żejda Russi. |
3. Il-probabbiltà ta’ direzzjoni ġdida ta’ bejgħ ieħor lejn il-Komunità
|
(106) |
Kif jidher hawn fuq fil-premessa (67), l-importazzjonijiet mir-Russja lejn is-suq tal-Komunità baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus, li jammonta għal madwar 16 % tas-sehem mis-suq tal-konsum fil-Komunità matul il-perjodu meqjus, bl-eċċezzjoni ta’ l-ogħla valur fl-2004 (madwar 20 %). Dan minkejja l-fatt li, kif jidher hawn fuq, il-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda effett prattiku fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni u l-kwantitajiet għall-esportazzjoni matul il-perjodu kollu meqjus u għalhekk bħala konsegwenza ma kienux ta’ xkiel biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet Russi. |
|
(107) |
L-investigazzjoni wriet li matul l-RIP, il-prezzijiet għall-esportazzjoni tal-produtturi li jesportaw lejn il-Komunità meħuda bħala kampjun fuq il-bażi ta’ qabel il-prezz tas-suq kienu ta’ madwar 1 % - 5 % inqas mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. Kif jidher fil-premessa (56), anki l-prezzijiet għall-bejgħ domestiku Russi qabel il-prezz tas-suq kienu ogħla mill-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, b’mod partikolari għal kumpaniji f’żoni mbiegħda minħabba d-differenzi sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport kif diġà ssemma’. Fuq din il-bażi jista’ jiġi konkluż li sa fejn huma kkonċernati l-prezzijiet, is-suq tal-Komunità mhuwiex partikolarment attraenti meta mqabbel ma’ swieq oħra ewlenin għall-produtturi Russi. |
|
(108) |
Barra minn hekk, kif issemma fil-premessa (57), l-applikant sostna li l-produzzjoni li toħroġ mill-kapaċitajiet addizzjonali li qed jittellgħu b’mod partikolari fl-Afrika ta’ Fuq (l-Alġerija u l-Eġittu) u fil-Lvant Nofsani (Iran) jistgħu jżidu l-pressjoni fuq il-prezzijiet madwar id-dinja, u b’hekk tonqos il-kapaċità ta’ penetrazzjoni ta’ l-esportaturi Russi f’dawk is-swieq u twassalhom biex iżidu l-kwantitajiet tagħhom għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Komunità. F’dan ir-rigward ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tbassir li saret referenza għalih fil-premessa (54) li dawn l-investimenti mhux se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fuq livell dinji, peress li d-domanda globali hija mbassra li tiżdied fuq l-istess linja tal-kapaċità globali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li r-Russi diġà tilfu ishma sinifikanti fis-swieq Ażjatiċi (speċjalment ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) u Afrikani u li qed iżommu sew għall-pressjoni tas-swieq ta’ l-Amerka Latina. Meta wieħed iqis it-tbassir tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fuq livell dinji, l-argument li l-produtturi li jesportaw Russi jistgħu jitilfu ishma mis-suq addizzjonali kullimkien ħlief fl-Ewropa jidher li m’huwiex probabbli. |
|
(109) |
L-applikant argumenta li l-vantaġġ ekonomiku inġust li minnu jgawdu l-produtturi Russi minħabba l-ipprezzar doppju tal-gass jista’ jwassal għal qtugħ sinifikanti tal-prezzijiet mill-esportaturi Russi, inter alia, jekk il-bilanċ ta’ provvista/domanda jsir sfavorevoli. Filwaqt li dan ma jistax jiġi eskluż peress li l-investigazzjoni wriet li l-istruttura ta’ l-ispejjeż ta’ l-esportaturi Russi hija tabilħaqq imxekkla mill-ipprezzar doppju tal-gas imħaddem mir-Russja, il-qtugħ potenzjali tal-prezzijiet ma jkunx konsegwenza diretta tat-tneħħija tal-miżuri, iżda minħabba ċirkustanzi oħra. |
|
(110) |
Għalhekk ma jistax ikun konkluż li l-produtturi Russi jista’ jkollhom l-intenzjoni li jagħtu direzzjoni ġdida lil xi parti sinifikanti tal-volumi li bħalissa huma esportati lejn pajjiżi terzi jew mibjugħa fis-suq domestiku lejn is-suq tal-Komunità jew li jbaxxu l-prezzijiet tagħhom bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-miżuri, anki jekk ma jistax jiġi eskluż li dan jista’ jseħħ minħabba ċirkustanzi oħra. |
4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara
|
(111) |
Kif muri hawn fuq, il-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda impatt la fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni mħaddma mill-esportaturi Russi la fuq il-prezzijiet imħallsa mill-importaturi fil-Komunità għall-istess importazzjonijiet, jew fuq il-volumi għall-esportazzjoni Russi lejn is-suq tal-Komunità. Fl-istess waqt, minkejja t-tkomplija ta’ importazzjonijiet iddampjati mir-Russja, l-industrija Komunitarja ma sofriet l-ebda ħsara. Għalhekk it-tneħħija tal-miżuri eżistenti m’hu se jkollha l-ebda impatt fuq il-prezzijiet għall-esportazzjoni Russi u għalhekk m’hu se jkun hemm l-ebda impatt fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(112) |
Aktar minn hekk, l-analiżi ta’ fatturi oħra li joriġinaw minn barra kif qed jallega l-applikant, ma tpoġġi l-ebda dubju fuq il-konklużjoni ta’ hawn fuq, peress li huma lanqas jindikaw xi possibbiltà raġonevoli ta’ żieda fil-volumi u tnaqqis fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Russi lejn is-suq tal-Komunità minħabba fatturi li joriġinaw minn barra. |
|
(113) |
Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, ma jistax ikun konkluż li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija Komunitarja, jekk il-miżuri eżistenti jitneħħew. |
G. IL-MIŻURI ANTIDUMPING
|
(114) |
Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom hemm il-ħsieb li ssir ir-rakkomandazzjoni li l-miżuri eżistenti jitneħħew. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara din il-pubblikazzjoni. |
|
(115) |
Skond dan t’hawn fuq, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw mir-Russja għandhom jitneħħew u l-proċedura trid tintemm. |
|
(116) |
Filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi deskritti fil-premessa (109), jiġifieri li l-istruttura ta’ l-ispejjeż ta’ l-esportaturi Russi hija mxekkla b’mod sinifikanti mill-ipprezzar doppju tal-gass imħaddem mir-Russja, tinħass il-ħtieġa li tkun issorveljata mill-qrib l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet ta’ urea li toriġina mir-Russja, bil-ħsieb li tkun iffaċilitata l-azzjoni xierqa u ta’ malajr jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ hekk. |
|
(117) |
Peress li skond il-premessi preċedenti l-miżuri eżistenti għandhom jitneħħew u l-proċedura terminata, għandha wkoll tintemm ir-reviżjoni interim parzjali dwar l-adegwatezza tal-forma tal-miżuri u r-reviżjoni interim parzjali limitata fl-ambitu għall-eżami ta’ dumping rigward ‘EuroChem’, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ urea, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li joriġinaw mir-Russja hawnhekk qed jitneħħa u l-proċedura li tikkonċerna dawn l-importazzjonijiet hija mitmuma.
Artikolu 2
Ir-reviżjonijiet interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ urea, li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 3102 10 10 u 3102 10 90 u li joriġinaw mir-Russja huma hawnhekk mitmuma.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(3) ĠU L 127, 9.5.2001, p. 11.
(4) ĠU L 339, 24.12.2003, p. 1.
(5) ĠU C 209, 26.8.2005, p. 2.
(6) ĠU C 105, 4.5.2006, p. 12; ĠU C 23, 1.2.2007, p. 8.
(7) Għandu jiġi nnutat li meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni oriġinali u l-investigazzjoni preċedenti għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza, il-kumpaniji “Hydro Agri” ngħataw l-isem ġdid ta’ “Yara”.
(8) ĠU L 17, 19.1.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 73/2006 (ĠU L 12, 18.1.2006, p. 1).
(9) Każ T-210/95 EFMA v il-Kunsill [1995] ECR II-3291, paragrafu 60.
(10) Ibid. paragrafu 59.
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 908/2007
tat-30 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
60,9 |
|
TR |
59,9 |
|
|
XS |
52,4 |
|
|
ZZ |
57,7 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
92,9 |
|
ZZ |
92,9 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
87,1 |
|
ZZ |
87,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
56,8 |
|
UY |
57,7 |
|
|
ZA |
60,2 |
|
|
ZZ |
58,2 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
161,0 |
|
EG |
152,5 |
|
|
MA |
149,9 |
|
|
TR |
179,5 |
|
|
ZZ |
160,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
95,0 |
|
AU |
160,4 |
|
|
BR |
86,2 |
|
|
CL |
84,5 |
|
|
CN |
83,6 |
|
|
NZ |
101,6 |
|
|
US |
105,4 |
|
|
ZA |
101,2 |
|
|
ZZ |
102,2 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
59,6 |
|
CL |
80,4 |
|
|
NZ |
98,3 |
|
|
TR |
140,4 |
|
|
ZA |
109,5 |
|
|
ZZ |
97,6 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
174,2 |
|
ZZ |
174,2 |
|
|
0809 20 95 |
CA |
324,1 |
|
TR |
286,3 |
|
|
US |
338,2 |
|
|
ZZ |
316,2 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
162,2 |
|
ZZ |
162,2 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
108,5 |
|
ZZ |
108,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 909/2007
tat-30 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali, dqiq, xgħir u barli tal-qamħ jew tas-segala
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti b'rifużjoni għall-esportazzjoni. |
|
(2) |
Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2). |
|
(3) |
Għad-dqiq, ix-xgħir u l-barli tal-qamħ jew tas-segala, ir-rifużjoni għal dawn il-prodotti għandha tkun ikkalkolata billi titqies il-kwantità ta' ċereali meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati. Dawn il-kwantitajiet ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1501/95. |
|
(4) |
Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati. |
|
(5) |
Ir-rifużjoni għandha tiġi stabbilita darba fix-xahar. Din tista' tkun modifikata f'dan il-perjodu. |
|
(6) |
L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli dettaljati għall-qagħda attwali tas-swieq fiċ-ċereali, u partikolarment għall-kwotazzjonijiet jew għall-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità u fuq is-suq dinji, twassal biex ir-rifużjonijiet ikunu stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, fl-istat naturali tagħhom, tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, għajr għall-malt, huma stabbiliti fl-ammonti mniżżla fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali, dqiq, xgħir u barli tal-qamħ jew tas-segala
|
Kodiċi tal-prodotti |
Destinazzjoni |
Unità ta' kejl |
Ammont tar-rifużjonijiet |
|||
|
1001 10 00 9200 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1001 10 00 9400 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1001 90 91 9000 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1001 90 99 9000 |
A00 |
EUR/t |
— |
|||
|
1002 00 00 9000 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1003 00 10 9000 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1003 00 90 9000 |
A00 |
EUR/t |
— |
|||
|
1004 00 00 9200 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1004 00 00 9400 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1005 10 90 9000 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1005 90 00 9000 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1007 00 90 9000 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1008 20 00 9000 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1101 00 11 9000 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1101 00 15 9100 |
C01 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1101 00 15 9130 |
C01 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1101 00 15 9150 |
C01 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1101 00 15 9170 |
C01 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1101 00 15 9180 |
C01 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1101 00 15 9190 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1101 00 90 9000 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1102 10 00 9500 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1102 10 00 9700 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1102 10 00 9900 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1103 11 10 9200 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1103 11 10 9400 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1103 11 10 9900 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
1103 11 90 9200 |
A00 |
EUR/t |
0 |
|||
|
1103 11 90 9800 |
— |
EUR/t |
— |
|||
|
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.
|
||||||
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2007
tat-30 ta’ Lulju 2007
li jistipula l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għaċ-ċereali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, punti a), b) u c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv irid jiġi kkalkulat billi jitqiesu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95. |
|
(3) |
Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li l-ammont korrettiv ikun iddiferenzjat skond id-destinazzjoni. |
|
(4) |
L-ammont korrettiv jeħtieġlu jiġi ddefinit skond l-istess proċedura bħar-rifużjoni. Jista' jinbidel fil-perjodu bejn stipular u ieħor. |
|
(5) |
Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet iddefinit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, għajr il-malt, huwa emendat f'konformità ma' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2007 li jemenda l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għaċ-ċereali
|
(EUR/t) |
|||||||||||||||||
|
Kodiċi tal-prodotti |
Destinazzjoni |
Kurrenti 8 |
Terminu 1 9 |
Terminu 2 10 |
Terminu 3 11 |
Terminu 4 12 |
Terminu 5 1 |
Terminu 6 2 |
|||||||||
|
1001 10 00 9200 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1001 10 00 9400 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1001 90 91 9000 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1001 90 99 9000 |
C01 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1002 00 00 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1003 00 10 9000 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1003 00 90 9000 |
C02 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1004 00 00 9200 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1004 00 00 9400 |
C03 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1005 10 90 9000 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1005 90 00 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1007 00 90 9000 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1008 20 00 9000 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 11 9000 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 15 9100 |
C01 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 15 9130 |
C01 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 15 9150 |
C01 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 15 9170 |
C01 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 15 9180 |
C01 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 15 9190 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1101 00 90 9000 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1102 10 00 9500 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1102 10 00 9700 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1102 10 00 9900 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1103 11 10 9200 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1103 11 10 9400 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1103 11 10 9900 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
1103 11 90 9200 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
— |
— |
|||||||||
|
1103 11 90 9800 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|||||||||
|
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).
|
|||||||||||||||||
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 911/2007
tat-30 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni. |
|
(2) |
Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2). |
|
(3) |
Ir-rifużjonijiet għall-malt għandhom ikunu kkalkolati billi titqies il-kwantità ta' ċereali meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati. Dawn il-kwantitajiet ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1501/95. |
|
(4) |
Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati. |
|
(5) |
Ir-rifużjoni għandha tiġi stabbilita darba fix-xahar. Din tista' tkun modifikata matul dan il-perjodu. |
|
(6) |
L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli dettaljati għall-qagħda attwali tas-swieq fiċ-ċereali, u partikolarment għall-kwotazzjonijiet jew għall-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità u fuq is-suq dinji, twassal biex ir-rifużjonijiet ikunu stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt
|
Kodiċi tal-prodotti |
Destinazzjoni |
Unità ta' kejl |
Ammont tar-rifużjonijiet |
|
1107 10 19 9000 |
A00 |
EUR/t |
0,00 |
|
1107 10 99 9000 |
A00 |
EUR/t |
0,00 |
|
1107 20 00 9000 |
A00 |
EUR/t |
0,00 |
|
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11). |
|||
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 912/2007
tat-30 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-malt imniżżel fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv għandu jkun ikkalkolat billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95. |
|
(3) |
Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet definit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-malt fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “ A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.
Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).
|
(EUR/t) |
|||||||
|
Kodiċi tal-prodotti |
Destinazzjoni |
Kurrenti 8 |
Terminu 1 9 |
Terminu 2 10 |
Terminu 3 11 |
Terminu 4 12 |
Terminu 5 1 |
|
1107 10 11 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 10 19 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 10 91 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 10 99 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 20 00 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
(EUR/t) |
|||||||
|
Kodiċi tal-prodotti |
Destinazzjoni |
Terminu 6 2 |
Terminu 7 3 |
Terminu 8 4 |
Terminu 9 5 |
Terminu 10 6 |
Terminu 11 7 |
|
1107 10 11 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 10 19 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 10 91 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 10 99 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
1107 20 00 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 913/2007
tat-30 ta’ Lulju 2007
li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2681/74 tal-21 ta' Ottubru 1974 dwar il-finanzjament tal-Komunità tan-nefqa magħmula fir-rigward tal-provvista ta' prodotti agrikoli bħala għajnuna ta' l-ikel (3), jistipula l-proporzjon mill-Fondi Ewropej għall-Gwida u Garanzija Agrikola, sezzjoni “Garanzija”, il-parti tan-nefqiet li tikkorrispondi mar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, determinati skond ir-regoli Komunitarji fir-rigward. |
|
(2) |
Biex it-tlestija u l-amministrazzjoni tal-baġit għall-azzjonijiet Komunitarji relatati ma' l-għajnuniet alimentari jkunu ffaċilitati, u biex l-Istati Membri jkunu jafu l-livell tal-parteċipazzjoni Komunitarja fil-finanzjament ta' l-azzjonijiet nazzjonali għall-għajnuniet alimentari, huwa meħtieġ li jiġi determinat il-livell tar-rifużjonijiet mogħtija għal dawn l-azzjonijiet. |
|
(3) |
Ir-regoli ġenerali u dawk dettaljati dwar l-applikazzjoni, stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, japplikaw mutatis mutandis għall-azzjonijiet hawn fuq imsemmija. |
|
(4) |
Il-kriterji speċifiċi li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni tar-ross huma definiti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-azzjonijiet ta' l-għajnuna alimentari Komunitarja u nazzjonali previsti fil-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali jew programmi oħra komplimentari, kif ukoll azzjonijiet oħra komunitarji tal-provvista bla ħlas, ir-rifużjonijiet applikabbli gћall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross huma stipulati fl-anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
ANNESS
għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet ta' l-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali
|
(EUR/t) |
|
|
Il-kodiċi tal-prodott |
L-ammont tar-rifużjonijiet |
|
1001 10 00 9400 |
0,00 |
|
1001 90 99 9000 |
0,00 |
|
1002 00 00 9000 |
0,00 |
|
1003 00 90 9000 |
0,00 |
|
1005 90 00 9000 |
0,00 |
|
1006 30 92 9100 |
0,00 |
|
1006 30 92 9900 |
0,00 |
|
1006 30 94 9100 |
0,00 |
|
1006 30 94 9900 |
0,00 |
|
1006 30 96 9100 |
0,00 |
|
1006 30 96 9900 |
0,00 |
|
1006 30 98 9100 |
0,00 |
|
1006 30 98 9900 |
0,00 |
|
1006 30 65 9900 |
0,00 |
|
1007 00 90 9000 |
0,00 |
|
1101 00 15 9100 |
0,00 |
|
1101 00 15 9130 |
0,00 |
|
1102 10 00 9500 |
0,00 |
|
1102 20 10 9200 |
29,83 |
|
1102 20 10 9400 |
25,57 |
|
1103 11 10 9200 |
0,00 |
|
1103 13 10 9100 |
38,36 |
|
1104 12 90 9100 |
0,00 |
|
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. |
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-4 ta’ Lulju 2007
li twaqqaf il-proċeduri ta’ l-antidumping fir-rigward ta’ ċerti sistemi tal-kamera li joriġinaw mill-Ġappun
(2007/539/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċcembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. L-INVESTIGAZZJONI PREŻENTI
|
(1) |
Fl-4 ta’ April 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment rigward l-allegazzjoni ta’ dumping inġurjuż minn importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi tal-kamera li joriġinaw mill-Ġappun. |
|
(2) |
L-ilment tressaq minn Grass Valley Nederland BV f’isem il-produtturi tal-Komunità li jirrappreżentaw parti kbira mill-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti sistemi tal-kamera skond l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
L-ilment prima facie kien fih evidenza ta' l-eżistenza ta' dumping u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment ta’ antidumping. |
|
(4) |
Permezz ta’ avviż (“l-avviż tal-bidu”) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2), il-Kummissjoni fetħet proċediment ta’ antidumping rigward l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti sistemi tal-kamera, li attwalment huma kklassifikati bil-Kodiċijiet NM ex 8525 80 19 , ex 8528 49 35 , ex 8528 49 91 , ex 8528 59 90 , ex 8529 90 92 , ex 8529 90 97 , ex 8537 10 91 , ex 8537 10 99 u 8543 70 90 (kodiċijiet tan-NM mill-1 ta’ Jannar 2007) u li joriġinaw mill-Ġappun. |
|
(5) |
L-avviż tal-bidu ddefinixxa l-prodott ‘ċerti sistemi tal-kamera’ li joriġinaw fil-Ġappun li jikkonsistu minn:
impurtati flimkien, jew separatament, u li joriġinaw fil-Ġappun. Mhuwiex dejjem meħtieġ li s-sistemi tal-kameras jikkonsistu mill-komponenti kollha ta’ hawn fuq. Il-komponenti differenti msemmija hawn fuq (mhux ras il-kamera) ta’ sistema tal-kamera ma jistgħux jaħdmu b’mod separat u ma jistgħux jintużaw ’il barra mis-sistema tal-kamera ta’ produttur partikolari. Lentijiet u rekorders li mhumiex fl-istess kisi protettiv b’ras tal-kamera mhumiex koperti mill-istess prodott. Il-prodott ikkonċernat huwa inklinat li jintuża fix-xandir, għall-ġabra ta’ l-aħbarijiet, għaċ-ċinematografija diġitali jew għall-applikazjonijiet professjonali. Applikazzjonijiet professjonali jinkludu (iżda mhumiex limitati għalih) l-użu ta’ dawn is-sistemi għall-ħolqien ta’ materjal vidjografiku edukattiv, ta' divertiment, promozzjonali u dokumentarju, kemm għal distribuzzjoni interna kif ukoll għal dik esterna. |
|
(6) |
Il-prodott kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2042/2000 (3) , jiġifieri sistemi tal-kameras tat-televiżjoni li joriġinaw mill-Ġappun, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 8525 80 19 , ex 8528 49 35 , ex 8528 49 91 , ex 8528 59 90 , ex 8529 90 92 , ex 8529 90 97 , ex 8537 10 91 , ex 8537 10 99 u 8543 70 90 (kodiċijiet tan-NM mill-1 ta’ Jannar 2007) jaqa’ kompletament taħt id-definizzjoni tal-prodott mogħtija hawn fuq. F’Diċembru 2006, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1910/2006 (4) kompla jikkonferma dawn il-miżuri għal reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“il-miżuri oriġinali”). Il-miżuri oriġinali huma indirizzati f’regolament parallel, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 906/2007 (5). |
|
(7) |
Uffiċjalment il-Kummissjoni għarrfet lill-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi jew l-esportaturi magħrufa li huma kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, l-utenti, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-produtturi tal-Komunità li qed iressqu l-ilment, bil-bidu ta’ l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu u ntbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha interessati. |
B. IRTIRAR TA' L-ILMENT U TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDURA
|
(8) |
B’ittra tat-12 ta’ April 2007 indirizzata lill-Kummissjoni, Grass Valley Nederland B.V. irtirat formalment l-ilment tagħha. |
|
(9) |
Bi ftehim ma’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Bażiku, il-proċediment jista’ jiġi tterminat meta l-ilment jiġi rtirat, jekk terminazzjoni bħal din ma tkunx fl-interess tal-komunità. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda fatt li juri li t-terminazzjoni ma tkunx fl-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati kif jixraq u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tressqu ebda kummenti li jindikaw li tali terminazzjoni tal-proċediment ma jkunx fl-interess tal-Komunità. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-proċediment ta’ l-antidumping li jikkonċerna l-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti sistemi tal-kamera li joriġinaw fil-Ġappun għandu jiġi tterminat mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri ta’ l-antidumping, |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-proċediment dwar l-antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċerti sistemi tal-kamera li joriġinaw fil-Ġappun, huwa b'dan itterminat.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU C 117, 18.5.2006 , p. 8.
(3) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 38. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1909/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 1).
(4) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 7.
(5) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
|
31.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Lulju 2007
li temenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-halon 2402 fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3594)
(2007/540/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4)(iv) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni, matul ir-reviżjoni stipulata fl-Artikolu 4(4)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, u wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, waslet għal dawn l-iskoperti li ġejjin dwar l-użu tal-halon 2402. |
|
(2) |
Il-produzzjoni tal-halon 2402 fil-pajjiżi żviluppati waqfet fl-1 ta’ Jannar 1994 skond l-obbligi tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff ta’ l-Ożonu. Minn dak iż-żmien, kwalunkwe halon 2402 li jkun meħtieġ, irid jinkiseb minn faċilitajiet ta’ ħażniet speċjalizzati li kienu żammew l-halon wara li jkunu intużaw xi alternattivi minfloku. |
|
(3) |
Il-halon 2402 għad għandu xi użi fil-Bulgarija għat-trażżin ta’ nirien u splużjonijiet fil-vetturi ta’ l-art, bastimenti navali u l-ajruplani militari. Ir-Rumanija rrapurtat li m’għandha l-ebda użu għall-halon 2402. |
|
(4) |
Il-bdil fit-tagħmir ta’ kontra n-nar magħmul mill-halon b’aġenti alternattivi ta’ protezzjoni kontra n-nirien għandu jqis id-disponibilità ta’ alternattivi jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mill-punt ta’ l-ambjent u s-saħħa. L-attivitajiet ta’ tiswija biex jitwaħħal tagħmir li ma jiddependix fuq il-halon għall-protezzjoni kontra n-nirien u l-isplużjonijiet fl-użi militari għandhom bżonn li jkunu skedati b’tali mod li jevitaw kompromessi inaċċettabbli fil-kapaċità difensiva ta’ l-Istati Membri. Diversi drabi jkun hemm bżonn ta’ konsiderazzjonijiet baġitarji speċjali u ta’ perjodu ta’ żmien biex issir il-bidla għal alternattiva, sabiex jadattaw aġenti alternattivi ta’ protezzjoni li jaħdmu bla periklu u effettivament. Bħalissa, għal tali użi, ma jeżistu l-ebda alternattivi li huma teknoloġikament jew ekonomikament possibbli. |
|
(5) |
L-Artikolu 4(4)(v) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jirrikjedi li l-halon installat f’tagħmir li mhux elenkat bħala li għandu użu kruċjali fl-Anness VII, għandu jkun dikommissjonat qabel il-31 ta’ Diċembru 2003, u li l-halon għandu jkun irkuprat skond l-Artikolu 16. Sabiex jikkwalifika għall-eżenzjoni ta’ l-użu kritiku li tħalli l-użu kontinwu tal-halon 2402 fil-Bulgarija li daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu jiġi emendat biex jippermetti lil dan l-aġent tat-tifi tan-nar jintuża għal użi speċifiċi. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 hu emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, qed jiġi miżjud dan li ġej:
“L-użu tal-halon 2402 fil-Bulgarija biss:
|
— |
fl-ajruplani għall-protezzjoni tal-kompartimenti ta’ l-ekwipaġġ, għall-kisi ta’ barra tal-magni, il-kompartimenti tat-tagħbija u l-kompartimenti niexfa, u għall-inerting tat-tankijiet tal-fjuwil, |
|
— |
f’vetturi u bastimenti militari għall-protezzjoni ta’ spazji meħuda minn kompartimenti tal-persunal u tal-magni.” |