ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
28 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 895/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tad-dihydromyrcenol li joriġnaw mill-Indja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 897/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 899/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li jkun fihom sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu biex jitqiesu l-emendi għan-Nomenklatura Magħquda stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar sejħa permanenti għall-offerti biex ikunu deċiżi r-rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/08

26

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 901/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

33

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 903/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

35

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 905/2007 tas-27 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

39

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/534/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2006 dwar proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Każ Nru COMP/F/38.456 – Bitum (NL)) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4090)

40

 

 

2007/535/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2007 li ttemm il-preċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol li joriġinaw fl-Indja

45

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2007/536/KE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l-20 ta’ Lulju 2007 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/28 dwar l-immaniġġjar ta’ l-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (BĊE/2007/6)

46

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2007/537/CFSP

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà DARFUR/6/2007 tat-18 ta’ Lulju 2007 li taħtar Konsulent Militari għar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-Sudan

48

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2007/538/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tat-18 ta’ Lulju 2007 bi ftehim dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol għall-varjazzjoni fl-ammonti msemmija fl-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għal salarji u bonus imħallsa lill-membri tal-personal ta’ l-Europol għall-benefiċċju ta’ l-Europol

49

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 895/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

TR

90,5

ZZ

90,5

0707 00 05

TR

124,3

ZZ

124,3

0709 90 70

TR

87,5

ZZ

87,5

0805 50 10

AR

62,0

UY

54,4

ZA

60,1

ZZ

58,8

0806 10 10

BR

161,0

EG

160,0

MA

144,4

TR

178,8

ZZ

161,1

0808 10 80

AR

94,8

AU

160,4

BR

89,4

CL

98,7

CN

100,6

NZ

105,2

US

106,2

ZA

101,5

ZZ

107,1

0808 20 50

AR

84,6

CL

76,9

NZ

80,2

TR

137,4

ZA

117,4

ZZ

99,3

0809 10 00

TR

172,4

ZZ

172,4

0809 20 95

CA

324,1

TR

283,0

US

326,2

ZZ

311,1

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

155,2

ZZ

155,2

0809 40 05

IL

73,8

ZZ

73,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 896/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tad-dihydromyrcenol li joriġnaw mill-Indja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu tal-proċedura

(1)

Fil-11 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) (l-avviż tal-bidu), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tad-dihydromyrcenol li joriġinaw mill-Indja.

(2)

Il-proċedura anti-dumping ingħatat bidu wara lment li sar fid-29 ta’ Settembru 2006 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A. u Sensient Fragrances S.A. (min għamel l-ilment) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ iktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja tad-dihydromyrcenol. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali ġejja minnu, li tqieset bħala suffiċjenti biex jingħata bidu għall-proċediment.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati u żjajar ta’ verifika

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lil min wassal l-ilment, produtturi oħrajn magħrufa fil-Komunità, produtturi esportaturi fl-Indja, importaturi u utenti li hu magħruf li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u rappreżentanti ta’ l-Indja dwar il-bidu ta’ l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigћ.

(4)

Fid-dawl tan-numru li jidher għoli ta’ produtturi esportaturi mill-Indja u importaturi fil-Komunità, it-teħid tal-kampjuni ġie ppjanat fl-avviż ta’ inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara, bi qbil ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, li tagħżel il-kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-Indja u l-importaturi kollha fil-Komunità ntalbu li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u ntalbu jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru 2006. Madanakollu, żewġ produtturi esportaturi Indjani u żewġ importaturi fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat biss ippeżentaw lilhom infushom u ressqu l-informazzjoni rikjesta għat-teħid tal-kampjuni fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. B’hekk, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ.

(5)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-partijiet kollha l-oħrajn li talbu li jsir dan, fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

(6)

Ir-risposti għall-kwestjonarji ġew riċevuti minn żewġ produtturi esportaturi Indjani, minn erba’ produtturi Komunitarji tal-prodott simili, minn żewġ importaturi mhux relatati mal-produtturi esportaturi u minn utent wieħed fil-Komunità.

(7)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni proviżorja tad-dumping, għall-ћsara li rriżultat u kif ukoll għall-interess tal-Komunità u wettqet żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-kumpaniji li ġejjin:

a)

Produtturi Komunitarji

Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A., Granada, Spanja;

Sensient Fragrances S.A., Dos Hermanas (Sevilla), Spanja;

Takasago International Chemicals (Europe) S.A., Murcia, Spanja.

b)

Produtturi esportaturi fl-Indja

Neeru Enterprises, Rampur;

Privi Organics Limited, Mumbai.

1.3.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(8)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżaminazzjoni ta’ tendenzi rilevanti għall-istima tal-ħsara kopriet il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2003 sa l-aħħar ta’ l-IP (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(9)

Il-prodott ikkonċernat huwa d-dihydromyrcenol ta’ purezza skond il-piż ta’ 93 % jew aktar, li joriġina mill-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat skond il-kodiċi NM ex 2905 22 90.

(10)

Il-prodott ikkonċernat huwa likwidu mingħajr kulur sa isfar ċar b’riħa qawwija, friska, tixbaħ il-lajm, tal-fjur taċ-ċitru, u ħelwa bi ftit li xejn traċċi terpeniċi, li jinħall fiż-żejt tal-pitrolju u fl-alkoħol u ma jinħallx fl-ilma. Huwa parti mill-grupp ta’ alkoħols terpeniċi aċikliċi. L-isem kimiku tiegħu huwa 2,6-dimethyloct-7-en-2-ol (CAS RN 18479-58-8).

(11)

Applikazzjoni tipika tal-prodott ikkonċernat hija fid-diterġenti, fil-fwejjaħ għas-sapun u bħala aġent qawwi ta’ tisħiħ fir-riħa għall-fwejjaħ tat-tip taċ-ċitru u tal-lajm.

2.2.   Prodott Simili

(12)

Il-prodott ikkonċernat u d-dihydromyrcenol prodott u mibjugħ fis-suq domestiku ta’ l-Indja, kif ukoll id-dihydromyrcenol prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija Komunitarja, instabu li għandhom l-istess karratteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi aħħarija bażiċi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma proviżorjament meqjusa simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Il-valur normali

(13)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet, għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, jekk il-bejgħ domestiku totali tagħhom tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ totali tagħhom ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità. Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li huwa rappreżentattiv għal wieħed biss mill-kumpaniji li kooperaw minħabba li l-volum ta’ bejgħ domestiku għal din il-kumpanija kien ogħla minn 5 % tal-bejgħ totali tagħha ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità.

(14)

Sussegwentament il-Kummissjoni identifikat għal din il-kumpanija skond il-purezza, it-tipi tal-prodott simili li jinbiegħu domestikament li kienu identiċi jew li huma komparabbli direttament mat-tipi li jinbiegħu għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Gћal kull wieћed minn dawk it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgћ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed gћall-gћanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgћ domestiku ta’ tip partikolari tqies bћala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali ta’ dak it-tip matul l-IP irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn il-Komunità. Dan kien il-każ għat-tipi kollha domestiċi li huma komparabbli ma’ dawk esportati lejn il-Komunità.

(15)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat, mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul l-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ lil konsumaturi indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat.

(16)

Minħabba li għal kull tip ta’ prodott iktar minn 80 % tal-volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku nbiegħ bi prezz ta’ bejgħ nett li huwa l-istess jew ogħla mill-ispejjeż ikkalkulati ta’ produzzjoni, u minħabba li fl-istess ħin il-prezz medju tal-bejgħ iddifferenzjat kien l-istess jew ogħla mill-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja ddiferenzjata tal-prezzijiet kollha ta’ bejgħ domestiku in kwestjoni, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ wassalx għall-qligħ jew le.

(17)

Għall-produttur esportatur li m’għandux bejgħ domestiku rappreżentattiv tal-prodott simili matul l-IP (ara l-premessa (13) hawn fuq), il-valur normali ġie ddeterminat skond il-prezzijiet domestiċi fl-andament normali tal-kummerċ tal-produttur esportatur l-ieħor (ara l-premessi (13) sa (15) hawn fuq), skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

3.2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(18)

Il-bejgħ kollu taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw sar direttament lill-konsumaturi li mhumiex relatati fil-Komunità. Għal dan il-bejgħ, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, skond il-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli minn dawn il-konsumaturi indipendenti fil-Komunità

3.3.   Tqabbil

(19)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni sar fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, ittieħdu in konsiderazzjoni, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezz. Ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-transport, trasport bħala merkanzija bil-baħar u spejjeż ta’ assigurazzjoni, spejjeż ta’ tagħbija u spejjeż anċillari, skontijiet, sansariji, spejjeż ta’ kreditu u spejjeż ta’ importazzjoni ngħataw fejn kienu applikabbli u ġġustifikati.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(20)

Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali medju ddifferenzjat skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz medju ta’ l-esportazzjoni ddifferenzjat skond it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit hawn fuq.

(21)

Fuq din il-bażi, il-marġni proviżorju ta’ dumping, mogħti bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, id-dazji mhux imħallsa, huwa:

Il-kumpanija

Il-marġni proviżorju tad-dumping

Neeru Enterprises, Rampur

3,3  %

Privi Organics Limited, Mumbai

7,5  %

(22)

Għal dawk il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit skond il-fatti disponibbli bi qbil ma’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit l-ewwel. Paragun bejn id-data tal-Eurostat li jikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u l-volum ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità rrappurtat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw wera li l-livell ta’ kooperazzjoni kien wieħed għoli (iktar minn 80 %). Għalhekk, u minħabba li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-kumpaniji li ma kkooperawx kienu qed jiddampjaw f’livell iktar baxx, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi stipulat marġni ta’ dumping adegwat għal kumpaniji li fadal, li ma kkooperawx ma’ l-investigazzjoni, fil-livell ta’ marġni ta’ dumping li huwa ogħla minn dak li ġie osservat għaż-żewġ kumpaniji li kkooperaw. Dan l-approċċ huwa bi qbil mal-prattika kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità u ġie kkunsidrat bħala wieħed neċessarju sabiex ma jipprovdi l-ebda inċentiv għal nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għaldaqstant, il-marġni residwu tad-dumping huwa kkalkulat għar-rata ta’ 7,5 %.

4.   ĦSARA

4.1.   Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità

(23)

Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn ħames produtturi. Il-produzzjoni ta’ dawn il-ħames produtturi Komunitarji hija għalhekk ikkunsidrata bħala waħda li tikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(24)

Minn dawn il-ħames produtturi, total ta’ erbgħa rrispondew għall-kwestjonarju. Madanakollu, wieħed minn dawn ir-rispondenti ma appoġġax espressament dan l-ilment, jiġifieri ma ħa l-ebda pożizzjoni dwaru. Għalhekk, din il-kumpanija ma setgħetx tagħmel parti mill-industrija Komunitarja u, b’konsegwenza ta’ dan, ta’ l-analiżi tal-ħsara. Madanakollu, is-sitwazzjoni ta’ din il-kumpanija ttieħdet in konsiderazzjoni u ġiet eżaminata bħala fattur ieħor ta’ ħsara fil-parti (5) – Kawżalità.

(25)

It-tliet produtturi li kkooperaw, li fadal, jirrappreżentaw iktar minn 40 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. Għandu jiġi nnotat li wieħed minnhom għamel importazzjonijiet konsiderevoli tad-dihydromyrcenol mill-Indja fl-IP. Madanakollu, l-importazzjoni ma kinitx in-negozju ewlieni tiegħu u dawn l-importazzjonijiet ġew ikkunsidrati li saru b’reazzjoni għall-fluss ta’ l-importazzjonijet iddampjati li wasslu biex tbaxxew il-prezzijiet b’mod sinifikanti, partikolarment sabiex isaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja u jżomm vijabbli l-produzzjoni tiegħu tal-prodott simili. Għalhekk, ma ġiex ikkunsidrat xieraq li jeskludu lil dan il-produttur mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

(26)

Skond dan huwa kkunsidrat li t-tliet produtturi Komuntarji li jissemmew fl-inċiż (24) hawn fuq huma meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Minn hawnhekk ’il quddiem huma għandhom jiġu msejħa bħala ’l-industrija tal-Komunità’.

4.2.   Id-determinazzjoni tas-suq rilevanti Komunitarju

(27)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija Komunitarja bagħtietx il-ħsara jew le u biex jiġi ddeterminat il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi varji li huma relatati mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, ġie eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi.

(28)

Id-dihydromyrcenol jintuża bħala materjal intermedju għall-produzzjoni tad-derivattivi, bħalma huma t-tetrahydromyrcenol u l-myrcetol, jew fil-fwejjaħ komposti. Ġie osservat fl-investigazzjoni li l-industrija Komunitarja użat ċertu kwantitajiet tad-dihydromyrcenol (madwar 10 % tal-volum ta’ produzzjoni totali tagħha) internament, għar-raġunijiet li jissemmew hawn fuq. Għal dan il-għan, id-dihydromyrcenol ġie sempliċiment trasferit mingħajr ebda fattura ġewwa l-istess kumpanija; ma daħalx fis-suq ħieles, minħabba li ntuża mill-produttur innifsu għal iktar ipproċessar u/jew komposti. B’hekk wieħed jirreferi għal dawn is-sitwazzjonijiet bħala użu intern.

(29)

L-industrija Komunitarja wkoll biegħet id-dihydromyrcenol lill-partijiet interessati fil-Komunità u f’pajjiżi terzi biex dan jerġa’ jinbiegħ jew jintuża minn dawn il-partijiet. Madanakollu, ġie stabbilit fl-investigazzjoni tagħha li dan il-bejgħ ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed intern jiġifieri fis-suq għall-użu intern, minħabba li dawn saru bil-prezzijiet tas-suq u l-konsumaturi kellhom għażla ħielsa ta’ fornituri. Kontrarjament, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala bejgħ fis-suq ħieles.

(30)

Id-distinzjoni bejn is-suq għall-użu intern u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tal-ħsara minħabba li l-prodotti li huma destinati għall-użu intern, jiġifieri l-użu mill-produtturi nfushom f’dan il-każ, mhumiex esposti għall-kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet. Kontrarjament, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles instabet li hija f’kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(31)

Sabiex tingħata stampa sħiħa kemm jista’ jkun tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, inkisbet data u ġiet analizzata għall-attività kollha tad-dihydromyrcenol u sussegwentement ġie ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu intern jew għas-suq ħieles.

(32)

Għall-indikaturi kummerċjali li ġejjin li jirrigwardaw l-industrija Komunitarja, instab li l-analiżi u l-valutazzjoni bil-ħsieb kellhom jiffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles: il-volum tal-bejgħ u prezzijiet ta’ bejgħ fis-suq Komuntarju, is-sehem mis-suq, tkabbir, profittabbiltà, dħul mill-investiment, cash flow u volum ta’ prezzijiet u ta’ esportazzjoni.

(33)

Madanakollu, fir-rigward ta’ l-indikaturi ekonomiċi oħrajn, instab skond l-investigazzjoni, li dawn jistgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli billi wieħed jirreferi għall-attività kollha. Filfatt, il-produzzjoni (għall-użu intern kif ukoll għas-suq ħieles), il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, il-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kapaċità għall-ksib tal-kapital jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun għall-użu intern u kif ukoll jekk din tinbiegħ fis-suq ħieles.

(34)

Finalment, għandu jiġi nnotat li l-iżvilupp ta’ l-użu intern mill-industrija tal-Komunità ġie eżaminat bħala fattur ieħor ta’ ħsara fil-parti (5) – Kawżalità, sabiex jiġi stabbilit jekk dan setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

4.3.   Il-konsum tal-Komunità

(35)

Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit skond il-volumi tal-produzzjoni proprja tal-produtturi Komunitarji li hija maħsuba għall-bejgħ ħieles fis-suq Komunitarju u għall-użu intern minn dawn il-produtturi u l-volumi ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità, miksuba mill-Eurostat.

(36)

Fir-rigward tal-Eurostat, għandu jiġi nnotat li l-prodotti ħlief id-dihydromyrcenol jistgħu jiġu inklużi f’din l-istatistika, minħabba li d-dihydromyrcenol huwa ddikjarat b’kodiċi ex NM. Id-data mill-Eurostat ġiet ipparagunata ma’ l-għarfien tas-suq industrijali Komunitarju. B’riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet mill-Ġappun ġew esklużi minħabba li dawn kienu kkunsidrati li huma magħmulin kollha minn prodotti li mhumiex id-dihydromyrcenol minħabba li ma hemm ebda produzzjoni magħrufa ta’ dak il-prodott fil-Ġappun. Għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex il-Ġappun, l-istatistika tal-Eurostat dehret li hija raġonevolment preċiża (jiġifieri, dehret li ma inkludietx volumi sinifikanti ta’ prodotti li mhumiex dihydromyrcenol u li jistgħu jwasslu għad-distorsjoni tal-kwadru ġenerali b’mod sostanzjali) u, b’hekk, l-ebda aġġustament ta’ din id-data ma saret għar-raġunijiet ta’ l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità.

(37)

Fl-ewwel nofs tal-perjodu kkunsidrat, is-suq Komunitarju għad-dihydromyrcenol kien relattivament stabbli. Dan beda jiżdied fl-2005 u fl-IP dan laħaq livell ta’ 23 % ogħla mill-2003, jiġifieri madwar 4 400 000 kilogramma.

 

2003

2004

2005

IP

Konsum (kg)

3 586 447

3 571 795

3 819 904

4 409 093

Indiċi: 2003 = 100

100

100

107

123

Sors: risposti vverifikati għall-kwestjonarji mill-industrija Komunitarja; informazzjoni miġbura minn produtturi oħrajn tal-Komunità, Eurostat.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum, prezz u sehem fis-suq ta’ importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat

(38)

Il-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità tela’ b’mod drammatiku fl-2004, jiġifieri b’iktar minn 1 600 %. Dan kważi rdoppja fl-2005, qabel ma reġa’ niżel fl-IP u għalaq b’livell ta’ 2 963 % ogħla mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri madwar 760 000 kilogramma fl-IP meta mqabbel ma’ madwar 25 000 kilogramma fl-2003.

 

2003

2004

2005

IP

Importazzonijiet (kg)

24 900

430 600

751 800

762 600

Indiċi: 2003 = 100

100

1 729

3 019

3 063

Sors: Eurostat.

(39)

Il-medja tal-prezz ta’ l-importazzjoni waqgħet bi kważi 20 % fl-2004, żdiedet għal-livell oriġinali tagħha fl-2005 u żdiedet bi 11 % fl-IP. Kif wieħed jista’ jinnota mill-inċiżi (41) u (42) hawn isfel, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni kienu sinifikattivament iktar baxxi mill-prezzijiet industrijali Komunitarji fl-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Medja tal-prezz ta’ l-importazzjoni (EUR/kg)

3,45

2,79

3,45

3,81

Indiċi: 2003 = 100

100

81

100

111

Sors: Eurostat.

(40)

Is-sehem fis-suq tal-prodotti ddampjati mill-Indja żdied b’madwar 17-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn 0,7 % fl-2003 sa 17,3 % fl-IP. Sehem sinifikanti mis-suq inkiseb fl-2004, f’konformità maż-żieda sostanzjali deskritta hawn fuq fil-volumi ta’ l-importazzjonijiet u l-konsum stabbli Komunitarju. Fl-IP, espress f’termini assoluti, l-esportaturi Indjani, minkejja żieda fil-volumi ta’ bejgħ, raw is-sehem fis-suq tagħhom jonqos bi 2.4 punti perċentwali. Madanakollu, jekk wieħed iżomm f’moħħu li l-konsum Komunitarju żdied biss bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat, huwa evidenti li l-preżenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati mill-Indja fis-suq Komunitarju żdiedet b’mod iktar sinifikanti matul il-perjodu.

 

2003

2004

2005

IP

Is-sehem mis-suq

0,7  %

12,1  %

19,7  %

17,3  %

Indiċi: 2003 = 100

100

1 736

2 835

2 491

Sors: Eurostat.

4.4.2.   Twaqqigħ tal-prezz

(41)

Għall-iskop ta’ l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet ta’ importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw tqabblu mal-prezzijiet industrijali Komunitarji, skond il-medji ddifferenzjati għal tipi ta’ prodotti li huma direttament komparabbli (skond il-purezza) matul l-IP. Il-prezzijiet industrijali Komunitarji ġew aġġustati għal livell ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet ta’ importazzjoni konfinali tal-Komunità CIF, inklużi d-dazji doganali. It-tqabbil tal-prezz sar għat-tranżazzjonijiet fuq l-istess livell tal-kummerċ, li ġie aġġustat fejn hu neċessarju, u wara tnaqqis tar-roħs u skonti.

(42)

Skond il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkoperaw, il-marġnijiet tat-twaqqigħ li nstabu, u li huma espressi bħala perċentwal tal-prezzijiet industrijali Komunitarji, huma 5,8 % u 7,4 %.

4.5.   Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità

(43)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

(44)

Għandu jiġi mfakkar li l-eżistenza ta’ l-użu intern tal-prodott simili mill-industrija Komunitarja kellha tittieħed in kunsiderazzjoni fl-analiżi tal-ħsara. Ċertu indikaturi ta’ ħsara ġew b’hekk eżaminati billi ffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles, filwaqt li ċerti indikaturi oħrajn setgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli biss billi saret referenza għall-attività kollha (ara l-premessi (27) sa (34) hawn fuq).

a)   Produzzjoni, kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità

(45)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ta’ l-istess prodott żdiedet b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Speċifikament, din baqgħet stabbli fl-2004, żdiedet ftit bi 2 % fl-2005 u b’4 punti perċentwali oħra fl-IP. Minħabba li l-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet stabbli, l-utilizzazzjoni tagħha ssaħħet ftit skond il-volumi miżjuda tal-produzzjoni. Fl-IP, il-kapaċità ġiet utilizzata b’73 %.

 

2003

2004

2005

IP

Produzzjoni (kg)

2 212 266

2 210 328

2 265 113

2 350 588

Indiċi: 2003 = 100

100

100

102

106

Kapaċità (kg)

3 210 000

3 210 000

3 210 000

3 210 000

Indiċi: 2003 = 100

100

100

100

100

l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

69  %

69  %

71  %

73  %

Indiċi: 2003 = 100

100

100

102

106

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

b)   Ħażniet

(46)

Kien hemm żieda globali fil-ħażniet bejn l-2003 u l-IP. Il-quċċata fl-2004 tikkoinċidi mat-tnaqqis f’daqqa fil-bejgħ deskritt fil-premessa (47) hawn isfel. Fl-IP, il-livell ta’ ħażniet kien ta’ 8 % iktar minn fl-2003.

 

2003

2004

2005

IP

Ħażniet (kg)

118 204

222 907

166 724

127 440

Indiċi: 2003 = 100

100

189

141

108

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

ċ)   Volum ta’ bejgħ, prezz ta’ bejgħ u sehem fis-suq

(47)

Il-bejgħ tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq ħieles fil-Komunità niżel f’daqqa b’7 % fl-2004. Fl-2005 dan irkupra ftit iktar mil-livell oriġinali tiegħu u żdied b’19-il punt perċentwal fl-IP. Madanakollu, fid-dawl tal-konsum imsaħħaħ fl-2005 u fl-IP (ara l-premessa (37) hawn fuq), l-industrija Komunitarja ma saħħitx il-pożizzjoni tas-suq tagħha. Kontrarjament, din bilkemm żammet is-sehem tagħha fis-suq. Il-prezzijiet medji fis-suq tal-produzzjoni Komunitarja rriflettew l-iżvilupp tas-suq. Dawn waqgħu b’mod drammatiku fl-2004, jiġifieri bi 22 %, naqqsu b’10 punti perċentwali addizzjonali fl-2005 u baqgħu ftit jew wisq stabbli matul l-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Bejgħ fil-KE (kg)

1 233 633

1 147 959

1 274 430

1 506 740

Indiċi: 2003 = 100

100

93

103

122

Is-sehem mis-suq

34,4  %

32,1  %

33,4  %

34,2  %

Indiċi: 2003 = 100

100

93

97

99

Prezz ta’ bejgħ (EUR/kg)

4,55

3,55

3,09

3,15

Indiċi: 2003 = 100

100

78

68

69

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

d)   Profittabbiltà

(48)

Il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat drammatikament matul il-perjodu kkunsidrat. Minn qligħ ta’ 12,3 % fl-2003, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili li huwa maħsub għall-bejgħ fis-suq ħieles saret waħda ta’ telf sinifikanti fl-2004, skond it-tnaqqis deskritt hawn fuq fil-volumi ta’ bejgħ u l-prezzijiet. Fl-2005, il-marġini ta’ telf irdoppja u fl-IP l-industrija Komunitarja kienet qed tagħmel telf ta’ madwar 17 %.

 

2003

2004

2005

IP

Marġini ta’ profitt qabel it-taxxa

12,3  %

–7,5  %

–15,8  %

–16,9  %

Indiċi: 2003 = 100

100

–60

– 128

– 137

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

e)   Investiment, prospett fuq l-investiment, cash flow u l-kapaċità għall-ksib tal-kapital

(49)

L-investiment naqas b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat, fejn fl-IP dan laħaq biss 7 % tal-livell tiegħu fl-2003, li jirrifletti l-fatt li l-industrija diġà topera tagħmir modern. Kif wieħed jista’ jinnota mit-tabella fil-premessa (45) hawn fuq, l-ebda investiment ma sar fil-kapaċità tal-produzzjoni, minkejja li s-suq tad-dihydromyrcenol kien mistenni li jżomm it-tendenza pożittiva tiegħu. Id-dħul mill-investiment, espress fit-termini ta’ profitti/telf netti ta’ l-industrija Komunitarja u l-valur nett ta’ kontabbiltà fl-investimenti tiegħu, żviluppa skond l-investiment u l-marġnijiet tal-profitt/telf. Speċifikament, dan naqas minn 13,7 % fl-2003 sa – 26,9 % fl-IP. Bl-istess mod, il-cash flow ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjora b’mod sinifikanti. Minn dħul ta’ cash ta’ madwar 1 300 000 EUR fl-2003, dan sar ħruġ ta’ cash ta’ iktar minn 60 000 EUR fl-IP. Dawn l-indikaturi kollha jikkonfermaw b’mod ċar l-inabbiltà tal-Komunità li tikseb kapital.

 

2003

2004

2005

IP

Investiment (EUR)

221 210

44 605

23 435

16 481

Indiċi: 2003 = 100

100

20

11

7

Redditu fuq l-investiment

13,7  %

–7,1  %

–17,3  %

–26,9  %

Indiċi: 2003 = 100

100

–52

– 127

– 197

Cash flow (EUR)

1 328 345

–48 093

164 355

–61 724

Indiċi: 2003 = 100

100

–4

12

–5

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

f)   Tkabbir

(50)

L-industrija Komunitarja żammet is-sehem tagħha fis-suq bil-prezz ta’ telf sinifikanti akkumpanjat inter alia minn ħruġ tal-cash. Għandu jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq.

ġ)   Impjiegi, produttività u pagi

(51)

L-għadd ta’ l-impjegati ta’ l-industrija Komunitarja involuti fil-prodott simili naqas minkejja li kien hemm żieda fil-produzzjoni (ara l-premessa (45) hawn fuq). Matul l-IP l-impjiegi kienu ta’ 15 % inqas milli fl-2003. Madanakollu l-ispejjeż totali tal-ħaddiema żdiedu. Speċifikament, dawn żdiedu bi 13 % fl-2004, baqgħu pjuttost stabbli fl-2005, qabel ma niżlu ftit matul l-IP sa livell ta’ 6 % iktar milli fl-2003. Fil-fatt, l-ispejjeż medji tal-ħaddiema żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda saret minħabba l-inflazzjoni (madwar 3 % fl-2004 u 2005 fi Spanja) u minħabba tibdil fl-istruttura ta’ l-impjiegi (sehem ogħla ta’ ħaddiema kkwalifikati). Il-produttività espressa fil-produzzjoni għal kull ħaddiem fis-sena żdiedet b’24 % bejn l-2003 u l-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Impjiegi

44,2

43,7

39,8

37,7

Indiċi: 2003 = 100

100

99

90

85

Spejjeż ta’ xogħol (EUR)

1 401 693

1 580 371

1 554 698

1 480 157

Indiċi: 2003 = 100

100

113

111

106

Spejjeż medji ta’ xogħol (EUR)

31 741

36 206

39 033

39 282

Indiċi: 2003 = 100

100

114

123

124

Produttività (kg għal kull impjegat)

64 329

65 588

72 904

79 546

Indiċi: 2003 = 100

100

102

113

124

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

g)   Dimensjoni ta’ dumping, irkuprar minn dumping fil-passat jew sussidji

(52)

Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-dimensjoni tal-marġnijiet effettivi tad-dumping, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat, dan l-impatt ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed negliġibbli.

(53)

Aktar minn hekk, ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-industrija Komunitarja kienet qed tirkupra, matul il-perjodu ta’ l-IP, mill-effetti ta’ xi dumping fil-passat jew ta’ xi sussidji.

4.6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(54)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja żdiedet b’mod sinifikanti. Fit-termini tal-volum, l-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’madwar 3 000 % bejn l-2003 u l-IP. Fit-termini tas-sehem mis-suq, dawn kellhom iktar minn 17 % tas-suq Komunitarju tad-dihydromyrcenol fl-IP meta mqabbel ma’ 0,7 % biss fl-2003.

(55)

Minkejja li l-konsum Komunitarju tad-dihydromyrcenol żdied bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja, matul l-IP, kisbet biss l-istess sehem tas-suq Komunitarju bħal fl-2003, partikolarment minħabba żieda fil-bejgħ tal-produzzjoni tagħha fl-2005 u matul l-IP. Madanakollu, kif inhu muri fl-analiżi hawn fuq ta’ l-indikaturi ekonomiċi ta’ l-industrija Komunitarja, dan seta’ jinkiseb biss bil-konsegwenza ta’ telf kbir, telf fir-redditu fuq l-investiment u ħruġ ta’ cash. Fil-fatt, il-ħsara mmaterjalizzat partikolarment f’termini ta’ tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, li kellu impatt negattiv dirett u sinifikanti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-kumpaniji. Speċifikament, il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja waqgħu minn EUR 4,55 fl-2003 sa EUR 3,15 fl-IP. Dan it-tnaqqis ma kien akkumpanjat minn ebda tnaqqis korrispondenti fl-ispejjeż tal-produzzjoni. B’hekk, l-industrija Komunitarja saret waħda li tagħmel it-telf fl-2004 u t-telf tagħha mill-bejgħ tad-dihydromyrcenol fis-suq Komunitarju kompla jiżdied fl-2005 u fl-IP, meta r-redditu mill-bejgħ ma bediex ikopri l-ispejjeż fissi ta’ l-industriji Komunitarji. Jidher ċar li din is-sitwazzjoni mhix sostenibbli fuq medda twila ta’ żmien.

(56)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi kollha, qed jiġi proviżorjament ikkunsidrat li l-industrija tal-Komunità soffriet ћsara materjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAĠUN

5.1.   Daħla

(57)

Bi qbil ma’ l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

5.2.   Effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping

(58)

L-ewwel, għandu jiġi mfakkar li l-investigazzjoni wriet li d-dihydromyrcenol importat mill-Indja jikkompeti direttament mad-dihydromyrcenol li huwa prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità, minħabba li huma simili f’termini tal-karatteristiċi kimiċi bażiċi, interskambjabbli u distribwiti permezz ta’ l-istess kanali ta’ distribuzzjoni.

(59)

Iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat (kważi 3 000 %) u fis-sehem tagħhom fis-suq Komunitarju (b’madwar 17-il punt perċentwali) tikkoinċidi mad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. Dan id-deterjorament inkluda, inter alia, tnaqqis fil-livell tal-prezz ta’ l-industrija Komunitarja, li wassal biex ir-riżultati finanzjarji marru għal-agħar matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet iddampjati jwaqqgħu il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’marġnijiet sostanzjali u b’hekk wieħed jista’ jikkonkludi b’mod raġonevoli li dawn kienu responsabbli għas-soppressjoni tal-prezzijiet li wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja.

(60)

Parti waħda argumentat li ħafna manifatturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja waqqfu l-produzzjoni ta’ dan il-prodott u, b’hekk, baxxew il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom għall-prodott ikkonċernat fl-Indja. Ġie konkluż minn din il-parti li minħabba r-raġunijiet li ssemmew hawn fuq, l-importazzjonijiet mill-Indja ma ppreżentaw ebda perikolu ta’ ħsara għall-produtturi Komunitarji. F’dan ir-rigward, ġie kkonfermat mill-investigazzjoni li wħud mill-produtturi li ssemmew fl-ilment li hemm referenza għalih fil-premessa (2) hawn fuq, waqqfu l-produzzjoni tagħhom tad-dihydromyrcenol matul l-IP; madanakollu, instab ukoll li kapaċitajiet ġodda ġew istallati. Fil-fatt, mill-inqas produttur wieħed ġdid Indjan tad-dihydromyrcenol tfaċċa fl-2005. Għalhekk, din il-pretensjoni m’għandhiex tiġi milqugħha.

(61)

Fid-dawl tal-koinċidenza li hija stabbilita b’mod ċar fiż-żmien bejn, min-naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet iddampjati bi prezzijiet li qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet industrijali tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, id-dipressjoni tal-prezzijiet Komunitarji u s-sitwazzjoni finanzjarja li marret għall-agħar, huwa konkluż proviżorjament li l-importazzjonijiet iddampjati kellhom rwol determinanti fis-sitwazzjoni ħażina ta’ l-industrija Komunitarja.

5.3.   Effetti ta’ fatturi oħra

5.3.1.   Ir-rendimenti ta’ produtturi oħra tal-Komunità

(62)

Kif inhu indikat fil-premessi (23) sa (26) hawn fuq, hemm ħames produtturi tal-prodott simili fil-Komunità; tnejn minnhom mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja. L-iżvilupp tal-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji huma analizzati hawn isfel. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità il-figuri effettivi ma jistgħux jingħataw. B’hekk, jingħataw biss l-indiċijiet.

(63)

Il-bejgħ fil-Komunità tad-dihydromyrcenol prodott minn produtturi Komunitarji oħra waqa’ bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti waqa’ b’mod iktar sinifikanti, jiġifieri bi 28 %, minħabba li s-suq kiber fl-istess perijodu.

 

2003

2004

2005

IP

Bejgħ fil-KE (kg)

Indiċi: 2003 = 100

100

89

88

88

Is-sehem mis-suq

Indiċi: 2003 = 100

100

90

83

72

Sors: informazzjoni miġbura minn produtturi Komunitarji oħra

(64)

Fid-dawl ta’ dak li jidher hawn fuq, huwa konkluż proviżorjament li r-rendiment taż-żewġ produtturi Komunitarji l-oħra ma kkawża ebda ħsara lill-industrija Komunitarja.

5.3.2.   L-użu intern mill-industrija Komunitarja

(65)

Kif inhu indikat fil-premessi (27) sa (34) hawn fuq, l-attivitajiet industrijali Komunitarji fir-rigward tal-prodott simili jinkludu, inter alia, l-użu intern ta’ dan il-prodott għall-produzzjoni tad-derivattivi u/jew il-komposti tal-fwejjaħ. Kif inhu spjegat ukoll fil-premessi li ssemmew hawn fuq, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi eskluż l-użu intern ta’ l-industrija Komunitarja mill-analiżi ta’ l-indikaturi ta’ ħsara (fejn għandu rilevanza) u jeżaminawha skond fatturi oħra, jiġifieri kawżi oħrajn possibbli tal-ħsara li batew l-industriji Komunitarji.

(66)

L-użu intern Komunitarju naqas xi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Speċifikament, dan naqas b’14 % fl-2004 u b’14-il punt perċentwali fl-2005, qabel ma żdied fl-IP għal madwar 240 000 kilogramma, li madanakollu huwa 5 % inqas mill-2003. F’termini relattivi, l-użu intern irrappreżenta madwar 10 % tal-volum totali ta’ produzzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ l-2005, meta dan niżel bi 8 %.

 

2003

2004

2005

IP

Użu intern (kg)

249 809

215 100

179 954

236 323

Indiċi: 2003 = 100

100

86

72

95

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

(67)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u bil-konsiderazzjoni li l-użu intern jirrappreżenta biss bejn wieħed u ieħor 10 % ta’ l-output ta’ l-industrija Komunitarja, huwa konkluż proviżorjament li l-iżvilupp tiegħu ma jistax jikkontribwixxi b’mod sostanzjali lejn il-ħsara materjali li soffriet l-industrija Komunitarja.

5.3.3.   Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(68)

Fit-termini tal-volumi, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ ta’ esportazzjoni żdied bi 8 % fl-2004 u bi 12-il punt perċentwali fl-2005, qabel ma niżel matul l-IP għal livell ta’ 4 % ogħla mill-2003. Fit-termini tal-prezzijiet ta’ l-unità, tnaqqis ta’ 26 % bejn l-2003 u l-IP hu muri fit-tabella hawn isfel. Madanakollu għandu jiġi nnotat li l-prezz tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni niżel b’rata iktar baxxa mill-prezz ta’ bejgħ fil-Komunità u f’termini assoluti dan baqa’ ogħla mill-ieħor b’mod konsiderevoli.

 

2003

2004

2005

IP

Bejgħ ta’ l-esportazzjoni tal-produzzjoni KE (unitajiet)

743 445

803 219

890 242

774 802

Indiċi: 2003 = 100

100

108

120

104

Prezzijiet ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni (EUR/unit)

4,55

4,05

3,57

3,36

Indiċi: 2003 = 100

100

89

79

74

Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju.

(69)

Għal dan il-għan jista’ jiġi konkluż proviżorjament li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma jikkontribwixxix sostanzjalment lejn il-ħsara materjali soffruta.

5.3.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(70)

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja ġew eżaminati wkoll. Għandu jiġi mfakkar li l-importazzjonijiet mill-Ġappun li rriżultaw mill-Eurostat ma ġewx ikkunsidrati għal raġunijiet li jingħataw fil-premessa (36) hawn fuq. L-ebda aġġustament ieħor lid-data ta’ l-Eurostat ma sar għar-raġunijiet ta’ din l-investigazzjoni.

(71)

Kif wieħed jista’ josserva mit-tabella hawn isfel, il-volum ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Wara l-perjodu negattiv fl-2004 u fl-2005, fl-IP dan irkupra għal livell 4 % inqas mill-2003. Tali żviluppi jikkoinċidu b’mod ċar maż-żieda fil-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet fl-2004 u fl-2005 u tnaqqis sussegwenti tagħhom fl-IP. F’termini assoluti, il-livell tal-prezz ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ sinifikattivament ogħla mil-livell tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja matul il-perjodu kkunsidrat (irreferi għall-premessa (39) hawn fuq). Is-sehem korrispondenti ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ġewwa s-suq fil-Komunità żviluppa skond il-volumi tagħhom u l-espansjoni tas-suq; dan naqas bi 22 % bejn l-2003 u l-IP.

 

2003

2004

2005

IP

Importazzonijiet (kg)

935 800

756 200

606 700

895 100

Indiċi: 2003 = 100

100

81

65

96

Medja tal-prezz ta’ importazzjoni

(EUR/kg)

4,04

4,79

4,75

4,08

Indiċi: 2003 = 100

100

119

118

101

Is-sehem fis-suq

26  %

21  %

16  %

20  %

Indiċi: 2003 = 100

100

81

61

78

Sors: Eurostat.

(72)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja ma kkawżaw l-ebda ħsara lill-industrija Komunitarja.

5.3.5.   Il-ħsara hija awto-inflitta

(73)

Parti waħda argumentat li l-ħsara hija awto-inflitta minħabba li min għamel l-ilment jiddipendi fuq l-importazzjonijiet tal-materji primi ewlenin użati fil-produzzjoni tal-prodott simili u b’hekk mhumiex kompetittivi fil-konfront tal-produtturi l-oħrajn fil-Komunità, jew anke globalment. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni ma stabbiliet l-ebda differenza sostanzjali fis-sorsi u fil-prezzijiet tal-materji primi ewlenin użati u mħallsa minn min għamel l-ilment u l-produtturi Komunitarji l-oħrajn, jew saħansitra produtturi Indjani li kkooperaw, li tista’ tiġġustifika l-allegazzjoniiet imsemmija. Għalhekk din il-pretensjoni m’għandhiex tiġi milqugħha.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(74)

B’konklużjoni, huwa kkonfermat li l-ħsara materjali li soffriet l-industrija tal-Komunità, li hija kkaratterizzata speċjalment minn tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ kull unità li wassal għal deterjorament sinfikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja, kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat. Minkejja li l-użu intern u r-rendiment ta’ l-esportazzjoni setgħu taw kontribut sa ċertu punt lejn ir-rendiment skars ta’ l-industrija Komunitarja, l-iżvilupp tagħhom ma kienx tali li jkisser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u s-sitwazzjoni ħażina ta’ l-industrija Komunitarja.

(75)

Fid-dawl ta’ l-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat sewwa l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi tal-prodotti ddampjati, huwa hawnhekk ikkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jreġġgħux lura l-fatt li l-ħsara vvalutata għandha tiġi attribwita lill-importazzjonijiet li huma ddampjati.

(76)

Għandu għalhekk jiġi konkluż proviżorjament li l-importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

6.1.   Kummenti ġenerali

(77)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni proviżorja dwar l-eżistenza ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet inkontestabbli li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri għal dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, ġew ikkunsidrati fuq il-bażi ta’ l-evidenza kollha mogħtija, l-impatt tal-miżuri li jistgħu jittieħdu fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment, u l-konsegwenzi ta’ deċiżjoni li ma jittiħdux miżuri.

6.2.   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(78)

L-analiżi tal-ħsara wriet b’mod ċar li l-industrija Komunitarja soffriet minħabba l-importazzjonijiet iddampjati. Il-preżenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati li żdiedet b’mod qawwi fis-snin li għaddew ikkawżat soppressjoni tal-prezzijiet. L-industrija Komunitarja, sabiex iżżomm il-pożizzjoni tagħha fis-suq u l-volum tal-bejgħ fis-suq ħieles li huwa deċiżiv għall-ispejjeż tal-produzzjoni, kienet obbligata li tbiegħ bi prezzijiet li bilkemm kienu jkopru l-ispejjeż fissi.

(79)

F’dan il-kuntest, mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, il-pożizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma kinitx tkun sostenibbli għal żmien twil. Minkejja li l-impjiegi diretti fil-produzzjoni tad-dihydromyrcenol huma moderati, il-biċċa l-kbira ta’ l-impatt negattiv fuqhom ikun f’żona ġeografika waħda ġewwa Spanja, fejn il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni Komunitarja hija kkonċentrata. Jekk il-miżuri jiġu imposti u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni jinġiebu lura għal-livell li mhux ta’ dumping, l-industrija Komunitarja għandha tkun tista’ tikkompeti f’ċirkostanzi kummerċjali ġusti, fuq il-bażi ta’ vantaġġ komparattiv xieraq. Huwa mistenni li l-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jiżdiedu u li l-industrija Komunitarja għandha b’hekk tibbenefika minn ekonomiji tal-kobor. Huwa mistenni wkoll li l-industrija Komunitarja għandha tagħmel użu minn dan il-waqfien fis-soppressjoni tal-prezzijiet impost fuq importazzjonijet iddampjati sabiex tkun tista’ żżid moderatament il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ, minħabba li l-miżuri għandhom jeliminaw it-twaqqigħ li nstab fl-IP. Dawn l-effetti pożittivi mistennija tal-miżuri għandhom jippermettu lill-industrija Komunitarja sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja kritika tagħha.

(80)

L-impożizzjoni tal-miżuri hija ċertament fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja. Jekk ma jiġux imposti miżuri dan jista’ jwassal għall-waqfien tal-produzzjoni tad-dihydromyrcenol jew saħansitra l-għeluq ta’ impjanti fil-Komunità.

6.3.   L-interessi ta’ l-utenti u l-konsumaturi

(81)

L-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi ma ppreżentawx ruħhom u lanqas ma pprovdew informazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, u fid-dawl tal-fatt li d-dihydromyrcenol jintuża biss bħala materja prima jew komponent fil-manifattura ta’ prodotti intermedji jew aħħarija oħra (ara l-premessi (11) u (28) hawn fuq), l-analiżi kienet limitata għall-effett tal-miżuri fuq l-utenti. Applikazzjonijiet tipiċi tad-dihydromyrcenol huma fid-diterġenti, fil-fwejjaħ għas-sapun u f’ċerti fwejjaħ. Is-setturi kkonċernati huma b’hekk il- prodotti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-kura tad-dar kif ukoll prodotti ta’ kura personali u tas-sbuħija. Intbagħtu kwestjonarji lil 13-il utent Komunitarju magħruf tad-dihydromyrcenol u lil erba’ assoċjazzjonijiet tat-togħmiet u tal-fwejjaħ. Il-Kummissjoni talbet, fost informazzjoni oħra, il-kummenti tagħhom dwar jekk l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping setgħux kienu ta’ interess għall-Komunità u kif dawn il-miżuri għandhom ikollhom effett fuqhom.

(82)

Wasal kwestjonarju wieħed minn manifattur dwar medda sħiħa ta’ prodotti għal ħasil tal-ħwejjeġ, tad-dar u tal-kura personali. Ġie enfasizzat li l-prodott li qed jiġi investigat jirrappreżenta frazzjoni marġinali biss ta’ kull applikazzjoni intermedja u finali tiegħu. Aktar minn hekk, din il-kumpanija ma kinitx qed tagħmel użu minn dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja, u għalhekk ma setgħetx tipprovdi informazzjoni kompluta. Madanakollu, ġie preżunt minn dan l-utent li l-impożizzjoni tal-miżuri tista’ tirriżulta f’nuqqas tal-provvisti u żieda fil-prezzijiet li, fuq żmien twil, jistgħu jirriżultaw f’tibdil fil-kompożizzjoni tal-fwejjaħ li jkun kaġun tal-prezzijiet. Utent ieħor ikkuntattja lill-Kummissjoni u infurmaha li mhux qed jagħmel użu mid-dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja. Din il-kumpanija ma kkumentatx dwar l-impatt tal-miżuri possibbli. L-ebda rappreżentanza ma ġiet riċevuta mill-assoċjazzjonijiet.

(83)

Fir-rigward tal-kummenti riċevuti, l-investigazzjoni stabbiliet li l-ebda nuqqas fil-provvista tad-dihydromyrcenol ma jista’ jiġi raġonevolment mistenni, minħabba li l-kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni mill-industrija Komunitarja kienet biss ta’ 73 % fl-IP (ara l-premessa (45) hawn fuq). Id-Dihydromyrcenol jiġi prodott ukoll f’bosta pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja. Aktar minn hekk, fid-dawl tal-marġnijiet moderati ta’ dumping misjuba, l-ebda żieda sostanzjali ma hija mistennija fil-prezzijiet. Fid-dawl ta’ dan, u bil-konsiderazzjoni ta’ l-impatt marġinali tad-dihydromyrcenol fuq l-ispiża ta’ prodotti avvanzati fil-proċess tal-manifattura, huwa konkluż proviżorjament li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping mhux probabbli li jkollhom effett sostanzjali fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti fil-Komunità.

6.4.   L-interess ta’ l-importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità

(84)

Sebgħa u għoxrin importatur/negozjant tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità ġew avviċinati. Tlieta minn dawn il-kumpaniji infurmaw lill-Kummissjoni li ma kinux qed jimportaw id-dihydromyrcenol mill-Indja. Żewġ importaturi biss li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi finalment irrispondew għall-kwestjonarju. Wieħed minnhom indika li dan waqaf milli jimporta mill-Indja matul l-IP, minħabba li l-fornitur tiegħu iddeċieda li jbiegħ esklussivament permezz ta’ ċertu distributuri. Dan l-importatur ma kkumentax dwar l-impatt probabbli tal-miżuri minħabba li ma kienx iktar ikkonċernat apparentement. Għall-importatur li koopera l-ieħor, il-bejgħ fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat irrappreżenta inqas minn 20 % tal-bejgħ kollu tiegħu, u s-sehem tiegħu mill-importazzjonijet kollha tal-prodott mill-Indja kien pjuttost marġinali. Din il-kumpanija ma ressqet l-ebda kumment speċifiku li jikkonċerna l-impatt probabbli tal-miżuri possibbli fuq in-negozju tagħhom stess. Din indikat biss li kull miżura tista’ tinkuraġġixxi l-produtturi Indjani sabiex jadattaw billi jtejbu l-effettività tagħhom, filwaqt li l-produtturi tal-Komunità jkunu jistgħu, minħabba l-protezzjoni tagħhom, iżommu l-produzzjoni ineffiċenti tagħhom u b’hekk ma jkollhomx il-bżonn li jwettqu ristrutturazzjoni. F’dan ir-rigward wieħed għandu jinnota li, kif inhu muri fil-premessa (79) hawn fuq, il-miżuri anti-dumping għandhom, kontrarjament għall-allegazzjonijiet li ssemmew, jippermettu lill-industrija tal-Komunità biex iżżid il-volum ta’ bejgħ tagħha u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja kritika u, b’hekk, dawn joħolqu post għat-tisħiħ ta’ l-effettività tal-produzzjoni. Għalhekk, dan l-argument għandu jiġi rrevokat.

(85)

Fid-dawl ta’ dak li jissemma hawn fuq, u bil-konsiderazzjoni partikolarment tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni minn importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità, huwa konkluż proviżorjament li l-miżuri anti-dumping ma jkollhomx impatt deċiżiv ħażin fuq is-sitwazzjoni tagħhom.

6.5.   Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(86)

L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja li jiqu imposti l-miżuri, minħabba li dawk il-miżuri huma mistennija li jirrestrinġu l-livell għoli ta’ importazzjoniet bi prezzijiet ta’ dumping u b’hekk jeliminaw it-twaqqigħ tal-prezz minħabba dawn l-importazzjonijiet u li wera li għandu impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Il-produtturi Komunitarji l-oħrajn huma mistennija li jibbenefikaw ukoll minn dawk il-miżuri.

(87)

L-analiżi wriet ukoll li l-utenti mhux probabbli li jiġu affettwati sostanzjalment mill-miżuri anti-dumping.

(88)

Il-livell baxx ta’ kooperazzjoni minn importaturi/kummerċjalisti mhux relatati tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità ma ppermettiex li ssir analiżi fil-fond ta’ l-interess tagħhom. Madanakollu jista’ jiġi konkluż li dawn l-operaturi ddeċidew li ma jikkooperawx fl-investigazzjoni minħabba li l-attivitajiet tagħhom mhux ser jiġu affettwati sostanzjalment jekk jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjoni tad-dihydromyrcenol mill-Indja.

(89)

Kollox ma’ kollox, huwa kkunsidrat li l-impożizzjoni tal-miżuri, jiġifieri t-tneħħija ta’ dumping li huwa ta’ ħsara, għandu jippermetti lill-industrija Komunitarja li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u żżomm l-attivitajiet tagħha u li l-effetti ħżiena li jistgħu jikkaġunaw il-miżuri fuq ċertu operaturi ekonomiċi fil-Komunità mhumiex sproporzjonati meta mqabbla ma’ l-effetti ta’ benefiċċju għall-industrija Komunitarja.

(90)

Skond ma ntqal hawn fuq, huwa konkluż proviżorjament li l-ebda raġuni inkontestabbli ta’ interess Komunitarju ma teżisti biex ma jiġux imposti miżuri anti-dumping f’dan il-każ.

7.   IL-MIŻURI PROVIŻORJI ta’ L-ANTIDUMPING

(91)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet proviżorji li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat u l-interess Komunitarju, gћandhom jiġu imposti miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja sabiex jipprevjenu li tiġi kkawżata iktar ћsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

7.1.   Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara

(92)

Il-livell proviżorju tal-miżuri ta’ kontra d-dumping għandu jkun suffiċenti sabiex jelimina l-ħsara lill-Industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet ta’ dumping misjuba. Huwa u jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping li jkun ta’ ħsara, ġie kkunsidrat li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tagħha u tagħmel qligħ qabel it-taxxa, li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati.

(93)

Skond l-informazzjoni disponibbli, instab preliminarjament li marġini ta’ qligħ ta’ 5 % tal-bejgħ jista’ jiġi kkunsidrat bħala livell xieraq li l-industrija Komunitarja tkun mistennija tikseb fl-assenza ta’ dumping li huwa ta’ ħsara. Fl-2003, jiġifieri qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, l-industrija Komunitarja għamlet qligħ ta’ 12,3 % għall-bejgħ tagħha tal-prodott simili fis-suq ħieles (ara l-premessa (48) hawn fuq). Madanakollu ġie kkunsidrat bħala xieraq li din il-profittabbiltà tiġi aġġustata sabiex tirrifletti l-fatt li s-suq tal-Komunità u dak dinji għad-dihydromyrcenol kiber u nbnew kapaċitajiet ġodda, u, b’riżultat ta’ dan, il-livell kumplessiv tal-prezz – irrispettivament mill-preżenza ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping – naqas ftit, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull unità baqgħu l-istess, bejn wieħed u ieħor. B’hekk, profitt fl-assenza ta’ importazzjonijiet iddampjati ta’ madwar 12 % ma deherx li huwa ġġustifikat b’mod raġonevoli; minflok, marġini ta’ profit ta’ 5 % tal-bejgħ ġie kkunsidrat iktar xieraq fis-sitwazzjoni korrenti.

(94)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet iddeterminata wara, fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju ta’ l-importazzjoni ddifferenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ li jwaqqgħu l-prezz, mal-prezz medju ta’ mingħajr ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Kull differenza li toħroġ minn dan il-paragun imbagħad ġiet imfissra bħala persentaġġ tal-valur ta’ importazzjoni CIF medju. Dawn id-differenzi, għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, kienu ogħla mill-marġnijiet ta’ dumping osservati.

7.2.   Il-miżuri proviżorji

(95)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, u bi qbil ma’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li dazju proviżorju anti-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw għandhu jiġi impost fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping misjuba.

(96)

Huwa mfakkar li l-livell tal-kooperazzjoni huwa wieħed għoli u, b’hekk, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi ffissat id-dazju għall-kumpaniji li fadal, li ma kinux ikkooperaw fl-investigazzjoni, fil-livell ta’ l-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji li kkooperaw (ara l-premessa (22) hawn fuq). Għaldaqstant, id-dazju residwu huwa stabbilit għar-rata ta’ 7,5 %.

(97)

Skond ma ntqal hawn fuq, ir-rata ta’ dazju proviżorju anti-dumping għandha tkun kif ġej:

Il-Produttur

Dazju anti-dumping propost

Neeru Enterprises, Rampur

3,3  %

Il-kumpaniji kollha (inkluż Privi Organics Limited, Mumbai)

7,5  %

(98)

Ir-rata tad-dazju kontra d-dumping ta’ kull kumpanija individwali speċifikata f’dan ir-Regolament kienet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, din tirrifletti s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni rigward din il-kumpannija. Din ir-rata ta’ dumping (meta mqabbla mad-dazju tal-pajjiż kollu applikabbli għall-’kumpaniji l-oħra kollha’) hija b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u li huma prodotti minn din il-kumpanija u b’hekk mill-entità legali speċifika msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn din ir-rata u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-’kumpaniji l-oћra kollha’.

(99)

Kwalunkwe rikjesta gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju ta’ l-antidumping gћlal-kumpanija individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(100)

Sabiex taċċerta l-infurzar xieraq tad-dazju ta’ kontra d-dumping, il-livell tad-dazju li jifdal m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma wettqu ebda esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul l-IP. Madanakollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw rikjesta għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata individwalment.

8.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(101)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgћu jitqiesu mill-ġdid gћall-gћan ta kwalunkwe dazju definittiv.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju anti-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tad-dihydromyrcenol ta’ purezza skond il-piż tiegħu ta’ 93 % jew aktar, li jagħmel parti mill-kodiċi tan-NM ex 2905 22 90 (kodiċi TARIC 2905229010), li joriġinaw mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju proviżorju ta’ l-anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 0 u manufatturat mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun:

Il-Produttur

Dazju anti-dumping

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Neeru Enterprises, Rampur, India

3,3  %

A827

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,5  %

A999

3.   Ir-rilaxx gћaċ-ċirkolazzjoni ћielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 gћandu jkun soġġett gћall-għoti ta’ garanzija, ekwivalenti gћall-ammont tad-dazju proviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 275, 11.11.2006, p. 25.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 897/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2) jipprevedi, fil-qafas ta’ l-iskema ta’ l-għajnuniet għall-most użat għall-arrikkiment ta’ l-inbid, deroga għall-most li ġej miż-żoni ta’ tkabbir ta’ l-għeneb ħlief iż-żoni ĊIII (a) u ĊIII (b), li tiskadi fi tmiem is-sena tas-suq 2006/07. Fl-istennija ta’ bidla aktar radikali ta’ din l-iskema ta’ għajnuniet fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid prevista għas-sena tas-suq 2008/09, jeħtieġ li d-deroga tiġi prorogata sa tmiem is-sena tas-suq 2007/08.

(2)

L-Artikolu 52(1), ir-raba' subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jipprevedi deroga għas-sistema ta’ distillazzjoni ta’ nbid minn għeneb li hu kklassifikat bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid kif ukoll bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ l-inbid b'denominazzjoni ta’ l-oriġini għas-snin tas-suq 2001/02 sa 2006/07. Id-deroga tikkonċerna l-volum tal-kwantità “normalment prodotta”. Fl-istennija ta’ bidla aktar radikali tas-sistema fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid prevista għas-sena tas-suq 2008/09, jeħtieġ li d-deroga tiġi prorogata sa tmiem is-sena tas-suq 2007/08.

(3)

L-Artikolu 63a(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiddetermina l-perċentwal tal-produzzjoni li l-produtturi jistgħu joffru għad-distillazzjoni ta’ l-inbid f'alkoħol li jinxtorob. Jeħtieġ li dan il-perċentwal jiġi ddeterminat għas-sena tas-suq 2007/08.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiġi emendat.

(5)

Ġaladarba s-sena tas-suq li jmiss tibda mill-1 ta’ Awissu 2007, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jinbidel kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, it-termini “2003/2004 sa 2004/2005” jinbidlu bit-termini “2003/2004 sa 2006/2007”.

(2)

fl-Artikolu 52(1), ir-raba' subparagrafu, it-termini “2001/2002 sa 2004/2005” jinbidlu bit-termini “2001/02 sa 2006/2007”.

(3)

fl-Artikolu 63a(2), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Għas-snin tas-suq 2004/2005, 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008, dan il-perċentwal huwa 25 %.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Awissu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma’ ċerti ħażniet [stokkijiet] ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu;

Billi:

(1)

Limiti preliminari għall-qbid għal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV huma stipulati fl-Annessi IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007.

(2)

Skond l-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-limiti tal-qbid fid-dawl ta’ l-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel nofs ta’ l-2007.

(3)

Fid-dawl ta’ l-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel nofs ta’ l-2007, il-limiti tal-qbid għal-laċċa kaħla fiż-żoni konċernati għandhom jiġu aġġustati.

(4)

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-laċċa kaħla hija speċi b'ħajja qasira, u għalhekk il-limiti tal-qbid għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat dewmien li jista' jwassal għal sajd żejjed ta’ l-istokk.

(6)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 754/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 26).


ANNESS

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa emendat kif ġej:

L-entrata dwar l-istokk tal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV għandha tinbidel b'li ġej:

‘Speċi

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona

:

L-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

SPR/2AC4-C

Il-Belġju

1 917

TAC Prekawzjonali
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Id-Danimarka

151 705

Il-Ġermanja

1 917

Franza

1 917

L-Olanda

1 917

L-Iżvezja

1 330  (1)

Ir-Renju Unit

6 325

KE

167 028

In-Norveġja

18 812  (2)

Il-Gżejjer Faroe

9 160  (3)  (4)  (5)

TAC

195 000


(1)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(2)  Jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona ICES IV.

(3)  Din il-kwantità tista' tiġi mistada fiż-żoni ta' l-ICES IV u VIa fit-Tramuntana ta' 56 30′ N. Kwalunkwe qabdiet inċidentali ta' stokkafixx għandhom jinqatgħu mill-kwota għall-istokkafixx stabbilita għaż-żoni ta' l-ICES VIa, VIb u VII.

(4)  Jistgħu jinqabdu 1 832 tunnelata bħala aringi fis-sajd bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32 mm. Jekk il-kwota ta' 1 832 tunnelata ta' aringi tiġi eżawrita, is-sajd kollu bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32 mm huwa pprojbit.

(5)  Qabdiet li jsiru fis-sajd ta' monitoraġġ, li jikkorispondu għal 2 % ta' l-isforz u sa massimu ta' 2 500 tunnellata jistgħu jkunu ċiċċirell.’


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru. 899/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li jkun fihom sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu biex jitqiesu l-emendi għan-Nomenklatura Magħquda stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2007, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (3), il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda (il-kodiċi NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li jkun fihom sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu, jirreferi għal xi wħud minn dawn il-kodiċijiet tan-NM. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dak l-Annessi jiġi aġġustat. Fid-dawl ta’ ħafna mit-tibdil li jrid isir, iċ-ċarezza tirrikjedi li jinbidel kollu kemm hu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(3)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1549/2006 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2037/2000.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa mibdul bit-test ippreżentat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1.


ANNESS

“ANNESS IV

Il-Gruppi, il-Kodiċijiet Tan-nomenklatura magħquda (*) u d-deskrizzjonijiet tas-sostanzi msemmija fl-Annessi I u III

Il-grupp

Il-kodiċi NM

Id-deskrizzjoni

Grupp I

2903 41 00

Triklorofluworometanu (Trichlorofluoromethane)

2903 42 00

Diklorofluworometanu (Dichlorodifluoromethane)

2903 43 00

Triklorotrifluworoetani (Trichlorotrifluoroethanes)

2903 44 10

Diklorotetrafluworoetani (Dichlorotetrafluoroethanes)

2903 44 90

Kloropentafluworoetanu (Chloropentafluoroethane)

Grupp II

2903 45 10

Klorotrifluworometanu (Chlorotrifluoromethane)

2903 45 15

Pentaklorofluworoetanu (Pentachlorofluoroethane)

2903 45 20

Tetraklorodifluworoetani (Tetrachlorodifluoroethanes)

2903 45 25

Eptaklorofluworopropani (Heptachlorofluoropropanes)

2903 45 30

Eksaklorodifluworopropani (Hexachlorodifluoropropanes)

2903 45 35

Pentaklorotrifluworopropani (Pentachlorotrifluoropropanes)

2903 45 40

Tetraklorotetrafluworopropani (Tetrachlorotetrafluoropropanes)

2903 45 45

Trikloropentafluworopropani (Trichloropentafluoropropanes)

2903 45 50

Dikloroheksafluworopropani (Dichlorohexafluoropropanes)

2903 45 55

Kloroheptafluworopropani (Chloroheptafluoropropanes)

Grupp III

2903 46 10

Bromoklorodifluworometanu (Bromochlorodifluoromethane)

2903 46 20

Bromotrifluworometanu (Bromotrifluoromethane)

2903 46 90

Dibromotetrafluworoetani (Dibromotetrafluoroethanes)

Grupp IV

2903 14 00

Tetraklorat tal-karbonju (Carbon tetrachloride)

Grupp V

2903 19 10

1,1,1-Trikloroetanu (metilkloroform) (1,1,1-Trichloroethane (methylchloroform))

Grupp VI

2903 39 11

Bromometanu (metil bromur) (Bromomethane (methyl bromide))

Grupp VII

2903 49 30

Idrobromofluworometani, -etani jew –propani (Hydrobromofluoromethanes, -ethanes /propanes)

Grupp VIII

2903 49 10

Idroklorofluworometani, -etani jew –propani (Hydrobromofluoromethanes, -ethanes/propanes)

Grupp IX

ex 2903 49 80

Bromoklorometanu (Bromochloromethane)

Taħlitiet

3824 71 00

Li għandhom il-klorofluworokarbonji (chlorofluorocarbons (CFCs)); kemm jekk għandhom idroklorofluworokarbonji (hydrochlorofluorocarbons (HFCs)) u kemm jekk ma għandhomx; perfluworokarbonji (perfluorocarbons (PFCs)) jew idrofluworokarbonji (hydrofluorocarbons (HFCs))

3824 72 00

Taħlitiet li jkun fihom il-bromoklorodifluworometanu (bromochlorodifluoromethane), il-bromotrifluworometanu (bromotrifluoromethane) jew id-dibromotetrafluworoetani (dibromo-tetrafluoroethanes)

3824 73 00

Taħlitiet li fihom l-idrobromofluworokarbonji (hydrobromofluorocarbons (HBFCs))

3824 74 00

Taħlitiet li fihom l-idroklorofluworokarbonji (hydrochlorofluorocarbons (HCFCs)), kemm jekk għandhom il-perfluworokarbonji (perfluorocarbons (PFCs)) jew l-idroklorofluworokarbonji (hydrochlorofluorocarbons (HFCs)) u kemm jekk ma għandhomx; iżda ma jkunx fihom il-klorofluworokarbonji (chlorofluorocarbons (CFCs)).

3824 75 00

Taħlitiet li fihom it-tetrakloridu tal-karbonju (carbon tetrachloride)

3824 76 00

Taħlitiet li fihom 1,1,1-Trikloroetanu (metilkloroform) (1,1,1-Trichloroethane (methylchloroform))

3824 77 00

Taħlitiet li fihom il-bromometanu (metil bromur) (Bromomethane (methyl bromide)) jew il-bromoklorometanu (bromochloromethane)


(*)  ‘Ex’ qabel il-kodiċi tfisser li taħt dik is-subintestatura jista' jkun hemm ukoll sustanzi oħra minbarra dawk imsemmija fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’.”


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 900/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

dwar sejħa permanenti għall-offerti biex ikunu deċiżi r-rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/08

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 318/2006/KEE ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(4) u 40(1)(ġ) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju u dak dinji taz-zokkor, għandha tinfetaħ stedina permanenti għal offerti għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/2008 li, b’kunsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet possibbli fil-prezzijiet dinjin taz-zokkor, għandha tipprovdi għad-determinazzjoni tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-regoli ġenerali li jirregolaw l-istediniet għall-offerti bl-iskop li jiġu ddeterminati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni taz-zokkor stabbiliti mill-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom jiġu applikati.

(3)

Sabiex ma jkunx hemm abbuż marbut ma’ l-importazzjoni jew l-introduzzjoni mill-ġdid fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur taz-zokkor li kkwalifikaw għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma għandha tiġi stabbilita għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.

(4)

F’konformità ma’ l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, jistgħu jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni biex ikopru d-distakk kompetittiv bejn l-esportazzjonijiet Komunitarji u dawk ta’ pajjiżi terzi. L-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali ta’ l-importazzjoni lil prodotti tal-Komunità, preżentament huma f’pożizzjoni kompetittiva partikolarment favorevoli. Għalhekk, ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni lejn dawk id-destinazzjonijiet għandhom jitneħħew.

(5)

Fid-dawl tan-natura speċifika ta’ l-operat, għandhom jiġu stipulati d-dispożizzjonijiet xierqa fir-rigward tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa f’rabta ma’ l-istedina permanenti għall-offerti, partikolarment fir-rigward ta’ l-iskadenza għall-ħruġ tal-liċenzji, il-perjodu ta’ validità tagħhom, l-ammont tal-garanzija u l-kwantità li għaliha l-obbligu għall-esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja jkun ġid sodisfatt. Madankollu, ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2000 (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 1989 (KEE) Nru 120/89 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tal-levies u l-ħlasijiet ta’ esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3) għandhom ikomplu japplikaw.

(6)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jissostitwixxu, fir-rigward ta’ l-istediniet parzjali għall-offerta minn Awwissu 2007, dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2006 (KE) Nru 958/2006 dwar stedina permanenti għall-offerti biex jiġu determinati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet taz-zokkor abjad għas-sena kummerċjali 2006/2007 (4). Għal finijiet ta’ trasparenza u ċarezza legali, għaldaqstant, dak ir-Regolament għandu jiġi revokat b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2007.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandha tinfetaħ stedina permanenti għall-offerti sabiex jiġu determinati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni taz-zokkor abjad kopert mill-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha minbarra Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (L-Istat tal-Belt tal-Vatikan), Liechtenstein, il-Komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faroe, iż-żoni ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (5), Montenegro u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Matul il-perjodu tal-validità ta’ din is-sejħa permanenti, għandhom jinħarġu sejħiet parzjali għall-offerti.

2.   Is-sejħa għall-offerti permanenti għandha tibqa’ miftuħa sal-25 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 2

1.   L-avviż tas-sejħa għall-offerti għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea. Fuq din il-bażi, l-Istati Membri għandhom ifasslu avviż tas-sejħa għall-offerti li huma jistgħu jippubblikaw jew iġiegħlu li jiġi ppubblikat xi mkien ieħor.

2.   L-avviż għandu jindika, b’mod partikolari, it-termini tas-sejħa għall-offerti.

3.   L-avviż jista’ jiġi emendat matul il-perjodu tal-validità tas-sejħa permanenti għall-offerti. Għandu jiġi emendat jekk it-termini ta’ l-istedina għall-offerti jinbidlu matul dak il-perjodu.

Artikolu 3

1.   Il-perjodu li matulu l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’rispons għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti għandu:

(a)

jibda fl-1 ta’ Awwissu 2007;

(b)

jispiċċa fid-9 ta’ Awwissu 2007 fil-10:00, ħin lokali ta’ Brussell.

2.   Il-perjodi li matulhom l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’rispons għat-tieni stedina parzjali għall-offerti u għal stediniet parzjali sussegwenti għandhom:

(a)

jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara d-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ qabel;

(b)

jispiċċaw fl-10:00, ħin lokali ta’ Brussell:

fit-30 ta’ Awissu 2007,

fit-13 u s-27 ta’ Settembru 2007,

fil-11 u l-25 ta’ Ottubru 2007,

fit-8 u t-22 ta’ Novembru 2007,

fis-6 u l-20 ta’ Diċembru 2007,

fl-10 u l-31 ta’ Jannar 2008,

fl-14 u t-28 ta’ Frar 2008,

fit-13 u s-27 ta’ Marzu 2008,

fl-10 u l-24 ta’ April 2008,

fit-8 u d-29 ta’ Mejju 2008,

fit-12 u s-26 ta’ Ġunju 2008,

fl-10 u l-24 ta’ Lulju 2008,

fis-7 u t-28 ta’ Awwissu 2008,

fil-11 u l-25 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 4

1.   L-offerti marbuta ma’ din il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti għandhom jiġu indirizzati lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru permezz tal-faks jew bil-posta elettronika, bil-kundizzjoni li l-aġenzija kompetenti taċċetta dawn il-modi għat-trażmissjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jistgħu jirrikjedu li l-offerti elettroniċi jkunu akkumpanjati b’firma elettronika bil-quddiem fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1999/93/KE (6).

2.   L-offerti jkunu validi biss jekk jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet:

a)

L-offerti għandhom jindikaw:

i)

il-proċedura li għaliha tirrelata l-offerta (Nru 1/2007) u l-istedina parzjali;

ii)

l-isem, l-indirizz u n-numru tal-VAT ta’ min jitfa’ l-offerta;

iii)

il-kwantità ta’ zokkor abjad li jrid jiġi esportat;

iv)

l-ammont tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad, espress f’ewro sa tliet punti deċimali;

v)

l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata skond l-Artikolu 5(1) li tkopri l-kwantità ta’ zokkor indikat fi (iii), espress fil-munita ta’ l-Istat Membru fejn tkun ġiet ippreżentata l-offerta;

b)

tkun ipprovduta prova qabel jiskadi ż-żmien stabbilit għal preżentazzjoni ta’ l-offerti li min tefa’ l-offerta jkun ippreżenta l-garanzija indikata fl-offerta;

c)

il-kwantità li għandha tiġi esportata ma tkunx inqas minn 250 tunnellata ta’ zokkor abjad;

d)

l-offerti jinkludu dikjarazzjoni minn min jitfa’ l-offerta li jekk l-offerta tiegħu tirnexxi, huwa japplika għal liċenzja jew liċenzji ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ zokkor abjad li għandhom jiġu esportati fil-perjodu ta’ żmien stipulat fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(2);

e)

l-offerti jinkludu dikjarazzjoni minn min jitfa’ l-offerta li l-prodott għall-esportazzjoni huwa zokkor abjad ta’ kwalità aċċettabbli, tajba u adatta għas-suq, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 99 10;

f)

l-offerti jinkludu dikjarazzjoni minn min jitfa’ l-offerta li jekk l-offerta tiegħu tirnexxi, huwa:

i)

meta l-obbligu għall-esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2) ma jiġix sodisfatt, għandu jżid mal-garanzija l-ħlas ta’ l-ammont imsemmi fl-Artikolu 12(3),

ii)

fi żmien 30 jum wara l-iskadenza tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni kkonċernata, għandu jinnotifika l-aġenzija li tkun ħarġet il-liċenzja bil-kwantità jew il-kwantitajiet li għaliha/għalihom ma tkunx intużat il-liċenzja.

3.   Offerta li ma tintbagħtx skond il-paragrafi 1 u 2, jew li jkun fiha kundizzjonijiet differenti minn dawk indikati f’din l-istedina għall-offerti, m’għandhiex titqies.

4.   Ladarba ppreżentata, offerta ma tistax tiġi rtirata.

5.   Offerta tista’ tistipula li hija għandha titqies li ntbagħtet jekk waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, jew it-tnejn li huma, jkunu sodisfatti biss:

(a)

ir-rifużjoni massima ta’ l-esportazzjoni tkun stabbilita fil-jum ta’ l-iskadenza tal-perjodu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti kkonċernati;

(b)

l-offerta, jekk tirbaħ, tkun marbuta ma’ parti speċifikata tal-kwantità offruta jew ma’ kollha kemm hi.

Artikolu 5

1.   Garanzija ta’ EUR 11 għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad li għandu jiġi esportat skond din l-istedina għall-offerti għandha tiġi ddepożitata minn kull min jitfa’ offerta.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 12(3), meta offerta tirnexxi, din il-garanzija għandha ssir il-garanzija għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni fil-waqt ta’ l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2).

2.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi ddepożitata skond kif jagħżel min għamel l-offerta, jew fi flus kontanti jew fl-għamla ta’ garanzija mogħtija minn stabbiliment li jikkonforma mal-kriterji stipulati mill-Istat Membru li fih tkun ġiet sottomessa l-offerta.

3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata:

(a)

fil-każ ta’ tenderers li ma jkollhomx suċċess fir-rigward tal-kwantità li għaliha ma tkun saret l-ebda għotja;

(b)

fil-każ ta’ tenderers li jkollhom suċċess li ma applikawx għal-liċenzja rilevanti ta’ l-esportazzjoni fil-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(2), b’rata ta’ EUR 10 għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad;

(c)

fil-każ ta’ tenderers li jkollhom suċċess għall-kwantità li għaliha jkunu issodisfaw, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikoli 31(b) u 32(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-obbligu ta’ l-esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja msemmija fl-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament skond il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

Fil-każ imsemmi f’(b) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-parti rilaxxabbli tal-garanzija għandha titnaqqas, skond kif ikun applikabbli, bid-differenza bejn l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ esportazzjoni ffissat għall-istedina parzjali kkonċernata u l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ esportazzjoni ffissat għall-istedina parzjali li jkun imiss, meta l-ammont ta’ l-aħħar ikun ogħla minn dak ta’ qabel.

Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-parti tal-garanzija jew il-garanzija li ma tkunx rilaxxata għandha tiġi ċeduta fir-rigward tal-kwantità taz-zokkor li għaliha l-obbligi korrispondenti ma jkunux ġew sodisfatti.

4.   Fil-każijiet ta’ force majeure, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu azzjoni għar-rilax tal-garanzija skond kif tqis meħtieġ wara li tqis iċ-ċirkostanzi li tinvoka l-parti kkonċernata.

Artikolu 6

1.   L-offerti għandhom jiġu eżaminati fil-privat mill-awtorità kompetenti kkonċernata. Il-persuni preżenti waqt l-eżaminazzjoni għandhom ikunu taħt obbligu li ma jiżvelawx dettalji dwar dawn.

2.   L-offerti mressqa skond dan ir-Regolament għandhom ikunu kkomunikati, jekk ikunu eliġibbli, lill-Kummissjoni mill-Istati Membri mingħajr ma jissemmew b’isimhom dawk li tefgħu l-offerti u għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien siegħa u nofs mill-iskadenza ta’ kull ġimgħa għat-tressiq ta’ l-offerti stipulata fl-avviż ta’ l-istedina għall-offerti.

Meta ma titressaq ebda offerta, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan fl-istess perjodu ta’ żmien.

Artikolu 7

1.   Wara li jkunu ġew eżaminati l-offerti ppreżentati, tista’ tiġi ffissata kwantità massima għall-istedina parzjali kkonċernata.

2.   Tista’ tittieħed deċiżjoni li ma ssir l-ebda għotja għal stedina parzjali speċifika għall-offerti.

Artikolu 8

1.   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti għotja skond il-proċedura għall-offerti parzjali, hija għandha tistabbilixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. Dan l-ammont għandu jiġi ffissat fid-dawl ta’ l-istat kurrenti u l-iżvilupp prevedibbli tas-suq Komunitarju u dak dinji taz-zokkor.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9, għandu jingħata kuntratt lil kull min jitfa’ offerta li tikkwota rata ta’ rifużjoni daqs jew inqas mit-tali rifużjoni massima.

Artikolu 9

1.   Fejn kwantità massima tkun ġiet iffissata għal stedina parzjali għall-offerti, il-kuntratt għandu jingħata lil dak li l-offerta tiegħu tkun tikkwota l-iktar rifużjoni baxxa. Jekk il-kwantità massima ma tkunx koperta kollha b’dik l-għotja, għandhom isiru għotjiet oħra lil min għamel offerta f’ordni axxendenti tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni kkwotati sakemm tkun koperta l-kwantità massima kollha.

2.   Meta għotja lil tenderer partikolari skond il-paragrafu 1 twassal biex tinqabeż il-kwantità massima, l-għotja għandha tiġi limitata għall-kwantità li tkun għadha disponibbli. Meta żewġ tenderers jew aktar jikkwotaw l-istess rifużjoni, u tingħatalhom kollha offerta, u dan iwassal biex tinqabeż il-kwantità massima, il-kwantità disponibbli għandha tiġi allokata lit-tenderers ikkonċernati f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

permezz ta’ qsim fost it-tenderers proporzjonalment mal-kwantitajiet totali f’kull waħda mill-offerti tagħhom, jew

(b)

permezz ta’ tqassim fost it-tenderers b’referenza għat-tunnellaġġ massimu ffissat għal kull wieħed minnhom, jew

(c)

billi tittella’ lotterija.

Artikolu 10

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tinnotifika minnufih lill-applikanti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istedina għall-offerti. Għandha wkoll tibgħat dikjarazzjonijiet dwar l-għotjiet lil dawk li l-offerti tagħhom jirnexxu.

2.   Dikjarazzjonijiet dwar l-għotjiet għandhom jindikaw mill-inqas:

(a)

il-proċedura li għaliha tirrelata l-offerta;

(b)

il-kwantità ta’ zokkor abjad li trid jiġi esportata;

(c)

l-ammont, espress f’ewro, tar-rifużjoni ta’ esportazzjoni li għandha tingħata għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad tal-kwantità msemmija f’(b).

Artikolu 11

1.   Kull min jitfa’ offerta li tirnexxi għandu jkollu d-dritt li jirċievi, fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, liċenzja ta’ esportazzjoni li tkopri l-kwantità mogħtija, li tindika r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni kkwotata fl-offerta.

2.   Kull min jitfa’ offerta li tirnexxi għandu jkun obbligat li jiddepożita, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kwantità li ngħatatlu, fejn l-applikazzjoni ma tkunx rivokabbli b’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 120/89.

L-applikazzjoni għandha ssir mhux iktar tard minn:

(a)

l-aħħar jum tax-xogħol qabel id-data ta’ l-istedina parzjali għall-offerti fil-ġimgħa ta’ wara;

(b)

jekk ma tkunx se ssir stedina parzjali għall-offerti dik il-ġimgħa, l-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta’ wara.

3.   Kull min jitfa’ offerta li tirnexxi huwa obbligat jesporta l-kwantità fl-offerta u, jekk dan l-obbligu ma jiġix sodisfatt, għandu jħallas, meta jkun meħtieġ l-ammont imsemmi fl-Artikolu 12(3).

4.   Id-drittijiet u l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx ikunu transferibli.

Artikolu 12

1.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji, għandu japplika l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

2.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa f’konnessjoni ma’ stedina parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ sa tmiem il-ħames xahar kalendarju wara dak li fih tkun inħarġet l-istedina parzjali.

3.   Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, id-detentur tal-liċenzja għandu jħallas lill-awtorità kompetenti ammont speċifiku fir-rigward tal-kwantità li għaliha l-obbligu ta’ esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2) ma jkunux ġie sodisfatt, jekk il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(1) tkun inqas mid-differenza bejn ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fis-seħħ fl-aħħar jum tal-validità tal-liċenzja, u r-rifużjoni indikata fuq dik il-liċenzja.

L-ammont li għandu jitħallas imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun daqs id-differenza bejn id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(1).

Artikolu 13

Ir-Regolament (KE) Nru 958/2006 huwa b’dan revokat b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2007.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif modifikat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(3)  ĠU L 16, 20.1.1989, p. 19. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1847/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 21).

(4)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 2).

(5)  Inkluż il-Kosovo, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

(6)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 901/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura c. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda.

(4)

Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana ma ppubblikax opinjoni fil-limiti ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.

Artikolu 2

Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta’ l-20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li jikkonsisti f’weraq maqtugħa, iffermentati u mnixxfa u truf tal-pjanta rooibos (Aspalathus linearis), magħrufa wkoll bħala “L-Arbuxella Ħamra”.

Wara l-ħsad, il-weraq ħodor u t-truf tal-pjanti jinqatgħu f’tulijiet ta’ bejn 2 u 5 mm. Dawn imbagħad jinbarxu, ikunu ffermentati u jitnixxfu.

Il-prodott jintuża prinċipalment għat-tħejjija ta’ infużjonijiet.

1212 99 70

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1212 , 1212 99 u 1212 99 70 .

Il-klassifikazzjoni f’titlu 1211 hija eskluża minħabba li l-prodott ma jintużax primarjament għall-għanijiet imsemmija fil-kliem ta’ dan it-titlu (“… ta’ kwalita’ użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għall-għanijiet ta’ insettiċidi, l-funġiċidi jew simili”).

Għalhekk, il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala prodott ieħor veġetali ta’ tip użat primarjament ghall-konsum mill-bniedem, li mhux speċifikat jew inkluż band’oħra , ta’ titlu1212 .


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 902/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda.

(4)

Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal- merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2)

(5)

Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.

Artikolu 2

Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1)

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta' l-20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifikazzjoni(

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Rjus sħaħ tat-tewm (Allium sativum) b'temperatura ta' bejn 0 °C u – 5 °C iżda mhux kompletament iffriżati.

0703 20 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 0703 u 0703 20 00 .

Il-prodott huwa eskluż minn titlu 0710 peress li mhuwiex “iffriżat” skond it-tifsira ta’ Kapitlu 7 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitlu 7, Ġenerali, tielet paragrafu).

Għalhekk il-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 0703 bħala tewm imkessaħ.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 903/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatata mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda.

(4)

Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.

Artikolu 2

Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Franco FRATTINI

Viċi President


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta’ l-20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Folji ċatti b’daqs ta’ 32mm b’21mm, bl-ingredjenti li ġejjin (% skond il-piż):

sodju alġiniku

24-32

maltodextrin

20-28

togħmiet

5-15

ilma

5-15

carrageenan

5-15

ċelluloża mikrokristallina

4-10

gliċerina

4-10

Leċitina, aspartame, sakkarina tas-sodju, acesulfame K, neohesperidine DC, kulur E 102 , kulur E133.

Il-prodott huwa mqiegħed fis-suq bħala “strixxi li jiffriskaw in-nifs”’ li jinħallu fuq l-ilsien.

2106 90 98

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 .

Il-prodott ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 3306 bħala preparazzjoni għall-iġjene orali għax ma fih l-ebda ingredjent speċifiku li jgħin biex il-ħalq jinżamm nadif.

Il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala preparazzjoni ta’ l-ikel biex ikun ikkunsmat mill-bnedmin fl-ambitu tat-tifsira ta’ titlu 2106 għax fih sustanzi b’valur nutrittiv (In-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata ta’ titlu 2106 , l-ewwel paragrafu, A, u t-tieni paragrafu, B, 9).


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 904/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikatati tariffa u miżuri oħra relatata mal-kummerċ fil-merkanzija.

(3)

Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda.

(4)

Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana ma ppubblikax opinjoni fil-limiti ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.

Artikolu 2

Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Franco FRATTINI

Viċi President


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta' l-20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Ġobon “Pasta filata” f'għamla ta' blokka magħmul biż-żieda ta' tames u batterji termofiliċi (pereżempju, streptokokku termofiliku) mal-ħalib tal-ġobon. Wara t-tibqit, ix-xorrox ikun isseparat. Imbagħad, il-baqta tkun imsaħħna għal madwar 80° C. Il-baqta tkun magħġuna u mġebbda sabiex tingħata dehra ta’ nisġa kollha ħjut. Imbagħad, il-prodott ikun maqsum fid-daqs meħtieġ (1 sa 3 kg) u mmellaħ

Wara li jkun manifatturat, il-ġobon ikun imkebbeb f'qoxra biex jimmatura u jkun maħżun f'temperatura baxxa (2 sa 4 °C) għal bejn ġimgħa u ġimagħtejn.

Il-ġobon huwa magħmul minn (% skond il-piż):

materjal niexef:

54,2

xaħam totali:

23,3

kontenut ta' xaħam fil-materjal niexef:

43,0

kontenut ta' ilma fil-materjal li ma fihx xaħam

59,7

Il-ġobon għandu togħma mhix qawwija, bħal tal-butir, kemmxejn mielħa. Fost l-oħrajn, jintuża bħala ġobon għal mal-pizez.

0406 10 20

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-NM u l-kliem ta’ titli tan-NM 0406 , 0406 10 u 0406 10 20 .

Il-prodott għandu l-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi, partikolarment rigward il-kompożizzjoni, dehra jew togħma tiegħu – ta' ġobon frisk u jista' jittiekel ftit wara li jkun immanifatturat (Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għal titlu 0406 , l-ewwel paragrafu, Punt 1).

Għalhekk, ma jistax ikun ikklassifikat f’subtitlu tan-NM 0406 90 li jirreferi għal “ġobon ieħor” differenti minn dawk imsemmija fis-subtitli preċedenti.


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 905/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(c) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qiegħdu għall-bejgħ ċerti kwantitajiet li kellhom ta' butir b'sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-offerti li jidħlu b'risposta għal kull sejħa għall-offerti individwali, jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skond l-Artikolu 24(a) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999.

(3)

Fid-dawl ta' l-offerti li saru, huwa f'loku li jiġi stabbilit prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret skond ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999, li għaliha ż-żmien għat-tressiq ta' offerti skada fl-24 ta’ Lulju 2007, għall-butir il-prezz minimu tal-bejgħ huwa stabbilit għal EUR 200,00/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 688/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 36).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Settembru 2006

dwar proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

(Każ Nru COMP/F/38.456 – Bitum (NL))

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4090)

(Il-verżjonijiet bl-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż biss huma l-awtentiċi)

(2007/534/KE)

1.   KSUR FIL-QOSOR

(1)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien iffissa l-prezzijiet tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda.

1.1.   Is-settur tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq

(2)

Il-bitum huwa prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-karburanti. Ġeneralment, dan il-prodott jinkiseb mid-distillazzjoni ta' żjut ħoxnin speċifiċi mhux raffinati. Żjut mhux raffinati differenti u sistemi diversi ta' raffinar jipproduċu tipi varji ta' bitum li jistgħu jkunu modifikati aktar permezz taż-żieda ta' polimeri biex titkabbrilhom il-prestazzjoni. Il-bitum huwa użat l-aktar fil-produzzjoni ta' l-asfalt, fejn iservi bħala adeżiv li jwaħħal ma' xulxin il-materjali l-oħra. Il-bqija tal-produzzjoni tal-bitum tintuża għal applikazzjonijiet industrijali varji.

(3)

Il-prodott li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni huwa l-prodott kollu użat għall-bini tat-toroq u applikazzjonijiet simili. Jissejjaħ ukoll bitum ta' penetrazzjoni, bitum għall-kisi ta' l-uċuħ jew bitum asfaltiku. F'din id-Deċiżjoni ser jissejjaħ bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq.

(4)

Mill-investigazzjoni joħroġ li l-kartell kopra t-territorju ta' l-Olanda. Id-daqs li ġie stmat huwa ta' madwar EUR 62 miljun fl-2001, li kienet l-aħħar sena sħiħa li matulha seħħ il-ksur. Karatteristika speċifika tal-ftehimiet hija li l-kollużjoni ġrat mhux biss fost il-bejjiegħa, kif is-soltu jiġri, imma wkoll bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja. Ipparteċipaw fil-kartell tmienja mid-disa' fornituri tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq, u s-sitt kumpaniji prinċipali (issa ħamsa) tal-bini tat-toroq li kienu x-xerrejja tal-prodott.

(5)

Id-destinatarji msemmija hawn taħt ipparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE, li seħħ fit-territorju kollu ta' l-Olanda, u li kien ikkaratterizzat prinċipalment mill-fatt li l-fornituri u x-xerrejja b'mod konġunt qablu dwar il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u t-traħħis fuqu.

1.2.   Destinatarji u tul ta' żmien tal-ksur

(6)

L-impriżi, u l-entitajiet legali tagħhom, li pparteċipaw fil-ksur (uħud minnhom huma miżmuma responsabbli bħala kumpanniji prinċipali) huma dawn li ġejjin, għall-perjodi indikati. Il-qarrej jekk jogħġbu jinnota li għal ċerti impriżi aktar minn entità legali waħda hija d-destinatarja tad-Deċiżjoni:

 

Fornituri:

(a)

BP: BP plc. mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002, BP Nederland BV mill-1 April 1994 sa l-1 ta' Jannar 2000 u BP Refining & Petrochemicals GmbH mill-31 ta' Diċembru 1999 sal-15 ta' April 2002;

(b)

Esha: Esha Holding BV, Smid & Hollander BV u Esha Port Services Amsterdam BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(ċ)

Klöckner: Klöckner Bitumen BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002 u Sideron Industrial Development mill-1 ta' Jannar 2000 sal-15 ta' April 2002;

(d)

Kuwait Petroleum: Kuwait Petroleum Corporation, Kuwait Petroleum International Ltd. u Kuwait Petroleum (Nederland) BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 April 2002;

(e)

Nynäs: AB Nynäs Petroleum u Nynäs Belgium AB mill-1 ta' April 1994 sal-15 April 2002;

(f)

Shell: Shell Petroleum NV, The Shell Transport and Trading Company Ltd u Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(g)

Total: Total Nederland NV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002 u Total SA mill-1 ta' Novembru 1999 sal-15 ta' April 2002;

(h)

Wintershall: Wintershall AG mill-1 ta' April 1994 sal-31 ta' Diċembru 1999.

 

Xerrejja:

(i)

Ballast Nedam: Ballast Nedam NV u Ballast Nedam Infra BV mill-21 ta' Ġunju 1996 sal-15 ta' April 2002;

(j)

BAM: BAM NBM Wegenbouw BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002 u Koninklijke BAM Groep NV mill-1 ta' Novembru 2000 sal-15 ta' April 2002;

(k)

Dura Vermeer: Vermeer Infrastructuur BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002, Dura Vermeer Groep NV mit-13 ta' Novembru 1998 sal-15 ta' April 2002 u Dura Vermeer Infra BV mill-1 ta' Lulju 2000 sal-15 ta' April 2002.

(l)

HBG: HBG Civiel BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(m)

Heijmans: Heijmans NV u Heijmans Infrastructuur BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(n)

KWS: Koninklijke Volker Wessels Stevin NV u Koninklijke Wegenbouw Stevin BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

1.3.   Funzjonament tal-kartell

(7)

Il-prattika kollużiva tista' tiġi kkategorizzata bħala prattika ta' l-iffissar tal-prezzijiet tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda bejn il-fornituri, ix-xerrejja ewlenin, kif ukoll dawn il-fornituri u x-xerrejja.

(8)

Il-provi dwar dan il-kartell ikopru l-perjodu bejn l-1 ta' April 1994 u l-15 ta' April 2002 u jikkonċernaw essenzjalment il-prattika fuq bażi kollettiva u regolari ta' l-iffissar tal-prezz gross għall-bejgħ u x-xiri tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq, it-traħħis uniformi tal-prezz gross għall-bennejja parteċipanti tat-toroq u traħħis massimu, imma inqas, tal-prezz gross għall-bennejja l-oħra tat-toroq.

(9)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sistema sħiħa ta' laqgħat ta' tħejjija u laqgħat konġunti, mal-ftehimiet li rriżultaw wara bejn il-grupp ta' fornituri tal-bitum u l-grupp ta' bennejja tat-toroq dwar prezzijiet grossi u traħħis fir-rigward tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda, tifforma parti minn pjan globali uniku u għalhekk tikkostitwixxi ksur uniku ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat.

2.   MULTI

2.1.   Ammont bażiku

(10)

L-ammont bażiku tal-multa huwa ddeterminat skond il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur.

Gravità

(11)

Fl-ivvalutar tal-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni tqis in-natura tiegħu, l-impatt attwali tiegħu fuq is-suq, meta dan ikun jista' jitkejjel, u d-daqs tas-suq geografiku rilevanti.

(12)

Fir-rigward tan-natura tal-ksur, meta jitqies il-fatt li l-ksur kellu bilfors ikollu impatt u l-fatt li dan il-ksur kopra parti sostanzjali tas-suq komuni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-impriżi li lilhom hija indirizzata din id-Deċiżjoni wettqu ksur serju ħafna ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat.

Trattament differenzjali

(13)

Fil-kategorija ta' ksur serju ħafna, l-iskala ta' kemm x'aktarx ikunu l-multi tippermetti li jkun applikat trattament differenzjali għall-impriżi sabiex tiġi kkunsidrata l-kapaċità effettiva ekonomika ta' dawk li kisru l-liġi, rispettivament, fir-rigward tad-danni li dawn ikunu kkawżaw għall-kompetizzjoni. Dan huwa xieraq fejn, bħal f'dan il-każ, ikunu jeżistu diverġenzi kbar bejn l-ishma tas-suq rispettivi ta' l-impriżi parteċipanti fil-ksur.

(14)

L-impriżi tqassmu f'sitt kategoriji skond l-importanza relattiva tagħhom fis-suq rilevanti fl-2001, l-aħħar sena sħiħ li matulha kien seħħ il-ksur.

Karattru deterrenti suffiċjenti

(15)

Il-Kummissjoni tosserva li f'dan il-proċediment Shell, BP, Total u Kuwait Petrolium fis-sena finanzjarja 2005 li kienet is-sena finanzjarja l-aktar riċenti qabel din id-Deċiżjoni, kellhom fatturati fuq livell dinji li laħħqu l-EUR 246 203 143 u EUR 37 biljun rispettivament. L-impriżi l-oħrajn kollha kellhom fatturati fuq livell dinji ta' anqas minn EUR 10 biljun.

(16)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, mhux meħtieġ li jkun applikat fattur ta' multiplikazzjoni biex jiġi żgurat effett deterrenti suffiċjenti għall-multi li ser jeħlu dawk l-impriżi b'fatturati fuq livell dinji ta' anqas minn EUR 10 biljun. Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-multa għandha tkun immultiplikata biss għax-Shell, il-BP, it-Total u l-Kuwait Petrolium b'fattur li jkun ġie adattat għaċ-ċirkustanzi tal-każ.

Tul ta' żmien

(17)

Il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom ikunu applikati b'mod individwalizzat skond it-tul ta' żmien speċifiku tal-ksur imwettaq minn kull kumpannija fuq firxa ta' sena u nofs sa 8 snin (ara l-premessa 6 hawn fuq).

2.2.   Ċirkustanzi li jħarrxu jew inaqqsu l-piena

Ċirkustanzi li jħarrxu l-piena

(18)

Fiż-żmien meta twettaq il-ksur, Shell kienet diġà suġġetta għal deċiżjonijiet preċedenti ta' projbizzjoni tal-Kummissjoni għal attivitajiet ta' kartelli (1). Dan l-att reċediv jikkostitwixxi ċirkustanza li tħarrax il-gravità u li ħaqqha żieda ta' 50 % fl-ammont bażiku tal-multa li għandha teħel ix-Shell.

(19)

Matul l-ispezzjonijiet, il-KWS ma aċċettatx li tkun investigata u din iċ-ċaħda ssuġġerixxiet lill-ispetturi jitolbu l-għajnuna ta' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u tal-pulizija. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan it-tfixkil jikkostitwixxi ċirkustanza li tħarrax il-gravità u li ħaqqha żieda ta' 10 % fl-ammont bażiku tal-multa li għandha teħel il-KWS.

(20)

Ix-Shell fl-ambitu tal-grupp tal-fornituri tal-bitum, u l-KWS, fl-ambitu tal-grupp tax-xerrejja tal-bitum, għandhom risponsabbiltà partikolari għar-rwol li kellhom bħala x-xewwiexa u l-mexxejja tal-kartell. Huma kienu l-ixprun kruċjali ta' l-operazzjoni tal-kartell. Għal dan ir-rwol li kellhom ix-Shell u l-KWS, l-ammont bażiku tal-multa li għandhom jeħlu ħaqqu jiżdied b'50 %.

2.3.   Applikazzjoni tal-limitu ta' 10 % tal-fatturat

(21)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) jipprovdi li l-multa imposta fuq kull waħda mill-impriżi ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-fatturat tagħha. Dan il-limitu japplika għall-multi kkalkulati għal Esha (Esha Holding BV, Smid & Hollander BV u Esha Port Services Amsterdam BV) u Klöckner Bitumen BV.

2.4.   Applikazzjoni tan-Notifika ta' l-2002 dwar Trattament Favorevoli

Immunità

(22)

Il-BP kienet l-ewwel impriża li infurmat lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' kartell tal-bitum fl-Olanda u l-Kummissjoni kkonċediet lill-BP immunità kondizzjonali mill-multi skond il-punt 15 tan-Notifika. Il-BP kkooperat bis-sħiħ, fuq bażi kontinwa u fil-ħin, matul il-proċedura amministrattiva kollha tal-Kummissjoni. Il-parteċipazzjoni tal-BP fil-ksur issuspettat ġiet fi tmiemha sewwasew fil-mument meta din l-impriża ssottomettiet xiehda skond in-Notifika dwar Trattament Favorevoli u bl-ebda mod ma ġiegħlet lil impriżi oħra jipparteċipaw fil-ksur. Għaldaqstant, il-BP tikkwalifika għal immunità sħiħa mill-multi.

Punt 23 (b), l-ewwel indent (tnaqqis ta' bejn 30 % u 50 %)

(23)

Kuwait Petroleum kienet it-tieni impriża li kkuntattjat lill-Kummissjoni skond in-Notifika dwar Trattament Favorevoli u kienet l-ewwel impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punt 21 tiegħu. Min-natura tagħha nnifisha, ix-xiehda miġjuba minn Kuwait Petrolium saħħet il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-fatti kkonċernati, u għalhekk din ix-xiehda kellha valur miżjud fir-rigward tax-xiehda li l-Kummissjoni kellha f'idejha dak iż-żmien. Dan il-valur miżjud kien sinifikanti għaliex ikkorrobora l-informazzjoni eżistenti u, flimkien ma' l-informazzjoni li l-Kummissjoni kien diġà kellha f'idejha, għen biex il-Kummissjoni tipprova li l-ksur kien twettaq. Irid jitqies li l-BP ma pparteċipatx regolarment fil-laqgħat ta' konsultazzjoni dwar il-bitum max-xerrejja, u l-Kuwait Petroleum kienet l-ewwel kumpannija li pprovdiet xiehda diretta dwar dan l-element ċentrali tal-funzjonament tal-kartell. Skond il-punt 23 tan-Notifika dwar Trattament Favorevoli, il-Kuwait Petroleum għaldaqstant tikkwalifika għal tnaqqis fil-multa ta' bejn it-30 % u l-50 %.

(24)

Fir-rigward ta' l-ammont preċiż ta' tnaqqis fil-multa li ser teħel il-Kuwait Petroleum, irid jitqies li l-applikazzjoni għal trattament favorevoli mill-Kuwait Petroleum u x-xiehda ulterjuri pprodvuta minnha wara, bis-saħħa tan-natura dettaljata tagħhom, saħħew il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-fatti kkonċernati. Madankollu, irid jitqies ukoll li l-applikazzjoni saret aktar minn ħdax-il xahar wara li l-Kummissjoni kienet wettqet l-ispezzjonijiet tagħha u mhux qabel ma l-Kummissjoni kienet bagħtet titlob lill-partijiet jibagħtulha informazzjoni konkreta u dettaljata dwar il-fatti. Barra dan, il-Kummissjoni tqis gravi l-fatt li ċerti dikjarazzjonijiet importanti magħmula mill-Kuwait Petroleum fir-rigward ta' l-allegata parteċipazzjoni fil-kartell ta' ExxonMobil aktar tard kienu ġew riformulati u ma setgħux jintużaw bħala xhieda kontra din l-impriża. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Kuwait Petroleum hija intitulata għal tnaqqis ta' 30 % mill-multa li altrimenti kienet ser teħel.

Applikazzjonijiet oħrajn għal trattament favorevoli

(25)

Shell ukoll issottomettiet applikazzjoni skond it-Taqsima B tan-Notifika dwar Trattament Favorevoli iżda ma ġie propost ebda rikompens minħabba n-nuqqas ta' valur miżjud sinifikanti.

(26)

Nynäs u Total ukoll sostnew li b'mod volontarju pprovdew lill-Kummissjoni b'informazzjoni awtoinkriminanti. Iżda l-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta ma tikkostitwixxix valur miżjud sinifikanti li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni għandha tikkonċedi tnaqqis fil-penali.

(27)

Wintershall issostni li hi jmissha tkun koperta mill-applikazzjoni għall-immunità tal-BP. Iżda Wintershall għadha teżisti bħala entità separata mill-BP u kienet il-BP, mhux Wintershall, li ddeċidiet titlob lill-Kummissjoni għall-immunità.

3.   DEĊIŻJONI

(28)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat billi ffissaw b'mod kollettiv, fuq bażi regolari, għal matul il-perjodi indikati, il-prezz gross għall-bejgħ u x-xiri tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda, traħħis uniformi fuq il-prezz gross għall-bennejja tat-toroq parteċipanti u traħħis massimu iżgħar fuq il-prezz gross għal bennejja tat-toroq oħra:

(a)

Ballast Nedam: Ballast Nedam NV u Ballast Nedam Infra BV mill-21 ta' Ġunju 1996 sal-15 ta' April 2002;

(b)

BAM NBM: BAM NBM Wegenbouw BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002 u Koninklijke BAM Groep NV mill-1 ta' Novembru 2000 sal-15 ta' April 2002;

(ċ)

BP: BP plc. mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002, BP Nederland BV mill-1 ta' April 1994 sa l-1 ta' Jannar 2000 u BP Refining & Petrochemicals GmbH mill-31 ta' Diċembru 1999 sal-15 ta' April 2002;

(d)

Dura Vermeer: Vermeer Infrastructuur BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002, Dura Vermeer Groep NV mit-13 ta' Novembru 1998 sal-15 ta' April 2002 u Dura Vermeer Infra BV mit-30 ta' Ġunju 2000 sal-15 ta' April 2002;

(e)

Esha: Esha Holding BV, Smid & Hollander BV u Esha Port Services Amsterdam BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(f)

HBG: HBG Civiel BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(g)

Heijmans: Heijmans NV u Heijmans Infrastructuur BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(h)

Klöckner: Klöckner Bitumen BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002 u Sideron Industrial Development mill-1 ta' Jannar 2000 sal-15 ta' April 2002;

(i)

Kuwait Petroleum: Kuwait Petroleum Corporation, Kuwait Petroleum International Ltd. u Kuwait Petroleum (Nederland) BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(j)

KWS: Koninklijke Volker Wessels Stevin NV u Koninklijke Wegenbouw Stevin BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(k)

Nynäs: AB Nynäs Petroleum u Nynäs Belgium AB mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(l)

Shell: Shell Petroleum NV, The Shell Transport and Trading Company Ltd u Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002;

(m)

Total: Total Nederland NV mill-1 ta' April 1994 sal-15 ta' April 2002 u Total SA mill-1 ta' Novembru 1999 sal-15 ta' April 2002;

(n)

Wintershall AG mill-1 ta' April 1994 sal-31 ta' Diċembru 1999.

(29)

Għall-ksur li jissemma fil-premessa preċedenti, ġew imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Ballast Nedam: Ballast Nedam NV u Ballast Nedam Infra BV, b'mod konġunt u in solidu: EUR 4.65 miljun;

(b)

BAM NBM: BAM NBM Wegenbouw BV: EUR 13.5 miljun, li minnhom Koninklijke BAM Groep NV hija responsabbli b'mod konġunt u in solidu għal EUR 9 miljun;

(ċ)

BP: BP plc: EUR 0 miljun, li minnhom BP Nederland BV hija responsabbli b'mod konġunt u in solidu għal EUR 0 miljun u BP Refining & Chemicals GmbH hija responsabbli b'mod konġunt u in solidu għal EUR 0 miljun;

(d)

Dura Vermeer: Vermeer Infrastructuur BV: EUR 5.4 miljun, li minnhom Dura Vermeer Groep NV hija responsabbli b'mod konġunt u in solidu għal EUR 3.9 miljun u Dura Vermeer Infra BV hija responsabbli b'mod konġunt u in solidu għal EUR 3.45 miljun;

(e)

Esha: Esha Holding BV, Smid & Hollander BV u Esha Port Services Amsterdam BV b'mod konġunt u in solidu: EUR 11.5 miljun;

(f)

HBG: HBG Civiel BV: EUR 7.2 miljun;

(g)

Heijmans: Heijmans NV u Heijmans Infrastructuur BV, b'mod konġunt u in solidu: EUR 17.1 miljun;

(h)

Klöckner: Klöckner Bitumen BV: EUR 10 miljun, li minnhom Sideron Industrial Development BV hija responsabbli b'mod konġunt u in solidu għal EUR 9 miljun;

(i)

Kuwait Petroleum: Kuwait Petroleum Corporation, Kuwait Petroleum International Ltd. u Kuwait Petroleum (Nederland) BV b'mod konġunt u in solidu: EUR 16.632 miljun;

(j)

KWS: Koninklijke Volker Wessels Stevin NV u Koninklijke Wegenbouw Stevin BV b'mod konġunt u in solidu: EUR 27.36 miljun;

(k)

Nynäs: AB Nynäs Petroleum u Nynäs Belgium AB, b'mod konġunt u in solidu: EUR 13.5 miljun;

(l)

Shell: Shell Petroleum NV, The Shell Transport and Trading Company Ltd u Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV, b'mod konġunt u in solidu: EUR 108 miljun;

(m)

Total: Total Nederland NV: EUR 20.25 miljun, li minnhom Total SA hija responsabbli b'mod konġunt u in solidu għal EUR 13.5 miljun;

(n)

Wintershall AG: EUR 11.625 miljun.

(30)

L-intrapriżi elenkati hawn fuq għandhom immedjatament iwaqqfu l-ksur imsemmi fil-premessa (29), sakemm ma għamlux dan diġà. Għandhom jastjienu milli jirrepetu kwalunkwe att jew imġiba deskritti fil-premessa (29), u minn kwalunkwe att jew imġiba li għandhom l-istess għan jew effett.

(31)

Il-verżjoni mhux riżervata tad-Deċiżjoni ser tkun disponibbli fl-ilsna awtentiċi tal-każ fuq il-websajt tad-DĠ Kompetizzjoni: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/398/KEE tat-23 ta' April 1986 dwar proċedura skond l-Artikolu 85 tat-Trattat tal-KEE (IV/31.149 – Polipropilene, ĠU L 230, 18.8.1986, p.1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/599/KE tas-27 ta' Lulju 1994 dwar proċedura skond l-Art. 85 tat-Trattat tal-KEE (IV/31865 – PVC, ĠU L 239, 14.9.1994, p. 14).

(2)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).


28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Lulju 2007

li ttemm il-preċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol li joriġinaw fl-Indja

(2007/535/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fil-11 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) (‘notifika ta’ l-inizjazzjoni’), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dihydromyrcenol ta’ purità bil-piż ta’ 93 % jew aktar, li joriġinaw fl-Indja, normalment iddikjarati fi ħdan il-kodiċi NM ex 2905 22 90.

(2)

Il-proċediment kontra s-sussidju ngħata bidu, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku, wara li tressqet kwerela fid-29 ta’ Settembru 2006 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A. u Sensient Fragrances S.A. (‘il-kwerelanti’) li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ dihydromyrcenol. Il-kwerela kien fiha evidenza prima facie ta’ l-eżistenza ta’ sussidjar tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment.

(3)

Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-awtoritajiet ta’ l-Indja, lill-produtturi esportaturi fl-Indja, l-importaturi u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-kwerelenti bil-bidu ta’ l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jsemmgħu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ l-inizjazzjoni.

B.   IRTIRAR TAL-KWERELA

(4)

Permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Mejju 2007 lill-Kummissjoni, il-kwerelenti rtiraw formalment il-kwerela tagħhom.

(5)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta l-kwerela tiġi rtirata sakemm terminazzjoni bħal din ma tmurx kontra l-interess Komunitarju.

(6)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda fatt li juri li t-terminazzjoni ma tkunx fl-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tqajmu l-ebda oġġezzjonijiet.

(7)

Meta wieħed iqis dan kollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dihydromyrcenol li joriġinaw fl-Indja għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol ta’ purità bil-piż ta’ 93 % jew aktar, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2905 22 90 u li joriġinaw fl-Indja huwa permezz ta’ dan ta’ hawn terminat.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU C 275, 11.11.2006, p. 29.


Bank Ċentrali Ewropew

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/46


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta’ l-20 ta’ Lulju 2007

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/28 dwar l-immaniġġjar ta’ l-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi

(BĊE/2007/6)

(2007/536/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 12.1 u 30.6,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 30.1 ta’ l-Istatut, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro jgħaddu lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) assi barranin ta’ riżerva, u l-BĊE għandu d-dritt sħiħ li jżomm u jimmaniġġja dawk ir-riżervi barranin li huma ttrasferiti lilu.

(2)

Skond l-Artikoli 9.2 u 12.1 ta’ l-Istatut, il-BĊE jista’ jimmaniġġja xi wħud mill-attivitajiet tiegħu permezz tal-BĊNi u għandu rikors lejn il-BĊNi biex iwettqu ċerti operazzjonijiet minn tiegħu. Għaldaqstant, il-BĊE jikkunsidra li l-BĊNi għandhom, bħala l-aġenti tiegħu, jimmaniġġjaw ir-riżervi barranin ittrasferiti lilu.

(3)

Skond il-Linja Gwida BĊE/2006/28 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ l-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (1), kull BĊN ta’ Stat Membru parteċipanti jinħtieġ iwettaq operazzjonijiet li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE bħala aġent tal-BĊE u juża d-dokumentazzjoni legali speċifikata f’din il-Linja Gwida.

(4)

Id-definizzjoni ta’ “ġurisdizzjonijiet Ewropej’ fil-Linja Gwida BĊE/2006/28 għandha tkun modifikata biex taħseb għad-dħul futur ta’ l-Istati Membri fl-UME.

(5)

Għall-finijiet li jiddaħħal, fil-lista ta’ strumenti eliġibbli, strument li għandu x’jaqsam ma’ l-iswaps tar-rata ta’ l-imgħax li jikkwalifikaw bħala operazzjonijiet ta’ derivattivi over-the-counter fejn tiġi żgurata espożizzjoni lil hinn minn ċerti limiti, il-Linja Gwida BĊE/2006/28 għandha tkompli tiġi emendata biex tistipula li l-iswaps tar-rata ta’ l-imgħax għandhom jiġu ddokumentati bħala operazzjonijiet ta’ derivattivi over-the-counter,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2006/28 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 qed jiġi sostitwit b’li ġej:

“Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:

‘ġurisdizzjonijiet Ewropej’ tfisser il-ġurisdizzjonijiet ta’ l-Istati Membri kollha li adottaw l-euro skond it-Trattat, kif ukoll id-Danimarka, l-Isvezja, l-Isvizzera u r-Renju Unit (l-Ingilterra u Wales biss);

‘BĊN parteċipanti’ tfisser il-BĊN ta’ xi Stat Membru li adotta l-euro.”.

(2)

L-Artikolu 3(1) u (2) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   L-operazzjonijiet kollha li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE għandhom jitwettqu bl-użu tad-dokumentazzjoni legali standard kif mitlub b’dan l-Artkolu. Madankollu, il-Bord Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi juża l-ftehim standard stabbilit fl-Anness I, punt 1(ċ) jew 2(ċ), aktar milli l-ftehim stabbilit fl-Anness I, punt 1(a) jew 2(a) ma’ din il-Linja Gwida fir-rigward ta’ Stat Membru malli jadotta l-euro, jekk ma tkunx disponibbli valutazzjoni legali f’forma u b’sustanza aċċettabbli għall-BĊE rigward l-użu tal-ftehim standard indikat f’dak l-Istat Membru. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma minnufih lill-Kunsill b’kull deċiżjoni mittieħda skond din id-dispożizzjoni.

2.   Operazzjonijiet iggarantiti li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE li jkopru ftehim ta’ xiri mill-ġdid, ftehim ta’ xiri mill-ġdid imreġġa’ lura, ftehim ta’ xiri/bejgħ lura u ftehim ta’ bejgħ/xiri lura, u l-operazzjonijiet kollha ta’ derivattivi over-the-counter li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE għandhom ikunu ddokumentati skond il-ftehim standard imniżżla fl-Anness I, f’dawk il-forom kif jistgħu jiġu approvati jew emendati mill-BĊE minn żmien għal żmien.”

(3)

L-Anness I, punt 2 huwa sostitwit b’li ġej:

“(2)

L-operazzjonijiet kollha ta’ derivattivi over-the-counter li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE (u li jinkludu swaps tar-rata ta’ l-imgħax fejn l-espożizzjoni hija assigurata b’garanzija) għandhom ikunu ddokumentati bl-użu tal-ftehim standard li ġejjin, f’dik il-forma kif tista’ tiġi approvata jew emendata mill-BĊE minn żmien għal żmien:

(a)

Il-Ftehim Master ta’ l-FBE għal Tranżazzjonijiet Finanzjarji (Edizzjoni 2004) għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skond il-liġijiet ta’ kwalunkwe ġurisdizzjoni Ewropea;

(b)

Il-Ftehim Master ta’ l-1992 ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ l-Iswaps u d-Derivattivi (Multicurrencycross-border, verżjoni tal-liġi ta’ New York) għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skond il-liġijiet federali jew ta’ l-istat ta’ l-Istati Uniti; u

(ċ)

Il-Ftehim Master ta’ l-1992 ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ l-Iswaps u d-Derivattivi (Multicurrencycross-border, verżjoni tal-liġi Ingliża) għal operazzjonijiet ma’ kontropartijiet organizzati jew inkorporati skond il-liġijiet ta’ kull ġurisdizzjoni minbarra dawk imniżżla fis-subparagrafi (a) jew (b).”

Artikolu 2

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Artikolu 3

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 20 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU C 17, 28.1.2007, p. 5.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ DARFUR/6/2007

tat-18 ta’ Lulju 2007

li taħtar Konsulent Militari għar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-Sudan

(2007/537/CFSP)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan u fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/238/PESK (2) li taħtar lil Torben BRYLLE bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan.

(2)

Ir-RSUE għas-Sudan jiżgura fost oħrajn il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-kontributi ta’ l-Unjoni għall-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (AMIS). Skond l-Artikolu 5(2) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK, Ċellula ta’ Koordinazzjoni ta’ l-UE f’Addis Ababa taħt l-awtorità tar-RSUE, li tikkonsisti minn konsulent politiku, konsulent militari u konsulent tal-pulizija, tamministra l-koordinazzjoni ta’ kuljum ma’ l-atturi rilevanti kollha ta’ l-UE u maċ-Ċentru ta’ Kontroll Amministrattiv u ta’ Maniġġjar fil-katina ta’ kmand ta’ l-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-appoġġ f’waqtu ta’ l-UE lill-AMIS.

(3)

Permezz ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà sabiex jaħtar il-konsulent militari għar-RSUE fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) abbażi ta’ rakkomandazzjoni mir-RSUE.

(4)

Is-SĠ/RGħ, wara r-rakkomandazzjoni tar-RSUE, ippropona li l-Kurunell Michel BILLARD jinħatar bħala l-Konsulent Militari l-ġdid għar-RSUE.

(5)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kurunell Michel BILLARD huwa b’dan maħtur Konsulent Militari għar-RSUE għas-Sudan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-24 ta’ Lulju 2007.

Magħmul fi Brussel, 18 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. DURRANT PAIS


(1)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46. Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2007/245/PESK (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 65).

(2)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 52.


ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/49


DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TA’ L-EUROPOL

tat-18 ta’ Lulju 2007

bi ftehim dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol għall-varjazzjoni fl-ammonti msemmija fl-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għal salarji u bonus imħallsa lill-membri tal-personal ta’ l-Europol għall-benefiċċju ta’ l-Europol

(2007/538/KE)

IL-BORD ta’ TMEXXIJA ta’ L-EUROPOL,

Wara li kkunsidra l-Protokoll imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41 (3) tal-Konvenzjoni Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Europol, tal-membri ta’ l-organi tiegħu, tal-viċi diretturi u ta’ l-impjegati ta’ l-Europol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 ta’ dan;

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju l-Kunsill iddeċieda li jvarja s-salarji u bonusijiet għall-uffiċjali ta’ l-Europol b’ 1.5 % b’ effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2006.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2007 il-Bord ta’ Tmexxija ddeċieda li jeffettwa zieda fl-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 (2) bl-istess perċentwal u mill-istess data kif deċiż fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju msemmija f' punt numru 1.

(3)

Skond l-istess deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tat-18 ta’ Lulju 2007, iċ-ċifri hekk stabbiliti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006:

1.

Iċ-ċifra msemmija fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandha tiġi sostitwita b’ EUR 113.68.

2.

Iċ-ċifri f’unitajiet Ewro tat-tabella inkluża fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandhom jiġu sostitwiti bis-segwenti:

 

8 % għal ammonti bejn EUR 113,68 u EUR 2 002,41

 

10 % għal ammonti bejn EUR 2 002,42 u EUR 2 758,01

 

12.5 % għal ammonti bejn EUR 2 758,02 u EUR 3 160,83

 

15 % għal ammonti bejn EUR 3 160,84 u EUR 3 589,60

 

17.5 % għal ammonti bejn EUR 3 589,61 u EUR 3 992,45

 

20 % għal ammonti bejn EUR 3 992,46 u EUR 4 382,91

 

22.5 % għal ammonti bejn EUR 4 382,92 u EUR 4 785,73

 

25 % għal ammonti bejn EUR 4 785,74 u EUR 5 176,21

 

27.5 % għal ammonti bejn EUR 5 176,22 u EUR 5 579,03

 

30 % għal ammonti bejn EUR 5 579,04 u EUR 5 969,51

 

32.5 % għal ammonti bejn EUR 5 969,52 u EUR 6 372,33

 

35 % għal ammonti bejn EUR 6 372,34 u EUR 6 763,42

 

40% għal ammonti bejn EUR 6 763,43 u EUR 7 166,26

 

45 % għal ammonti ‘l fuq minn EUR 7 166,27.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fl-Aja, 18 ta’ Lulju 2007.

Jaime FERNANDES

President tal-Bord ta’ Tmexxija


(1)  ĠU Ċ 221, 19.7.1997, p. 2.

(2)  ĠU Ċ 65, 28.2.2001, p. 8.