ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
27 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 882/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess [għat-teħid] ta’ ċereali mill-aġenziji ta’ l-intervent u li jippreskrivi l-metodi ta’ l-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-użu ta’ E 128 Aħmar 2Ġ bħala kulur alimentari ( 1 )

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar l-għoti ta' drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 996/2007 għall-falda rqiqa friżata ta' annimali bovini

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 887/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 888/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 890/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

22

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 892/2007 tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skond il-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

25

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/48/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Direttiva 2003/90/KE li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli ( 1 )

29

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/49/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix ( 1 )

33

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/529/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2007 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 21/06 (ex N 635/05), li għandha tiġi implimentata mir-Repubblika Slovakka fir-rigward ta’ Slovenské lodenice Komárno (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1182)  ( 1 )

36

 

 

2007/530/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2007 dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sigurezza Nukleari u l-Ġestjoni ta’ l-Iskart Nukleari ( 1 )

44

 

 

2007/531/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar kwestjonarju għal rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, matul il-perjodu 2008 – 2010 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3547)

47

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 882/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

TR

90,5

ZZ

90,5

0707 00 05

TR

95,7

ZZ

95,7

0709 90 70

TR

87,9

ZZ

87,9

0805 50 10

AR

46,8

UY

64,6

ZA

61,3

ZZ

57,6

0806 10 10

BR

161,0

EG

143,6

MA

207,0

TR

180,9

ZZ

173,1

0808 10 80

AR

83,0

BR

98,6

CL

80,8

CN

78,6

NZ

101,8

US

111,8

UY

36,3

ZA

102,1

ZZ

86,6

0808 20 50

AR

71,8

CL

77,7

NZ

80,2

TR

139,7

ZA

98,7

ZZ

93,6

0809 10 00

TR

167,2

ZZ

167,2

0809 20 95

CA

324,1

TR

286,0

US

288,0

ZZ

299,4

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

157,0

ZZ

157,0

0809 40 05

IL

73,8

ZZ

73,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 883/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess [għat-teħid] ta’ ċereali mill-aġenziji ta’ l-intervent u li jippreskrivi l-metodi ta’ l-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 735/2007, illimita l-kwantitajiet ta’ qamħirrum li jistgħu jittieħdu mill-aġenziji ta’ l-intervent mal-Komunità kollha għat-total ta’ 1 500 000 tunnellata għas-sena tas-suq 2007/2008, ta’ 700 000 tunnellata għas-sena tas-suq 2008/2009, u ta’ 0 tunnellati mis-sena tas-suq 2009/2010 ’l quddiem.

(2)

Biex tkun żgurata t-tmexxija tajba tas-sistema tax-xiri ta’ intervent tal-qamħirrum, u biex l-operaturi ekonomiċi ta’ l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għas-sistema ta’ l-intervent bl-istess kundizzjonijiet, jeħtieġ li jkunu stipulati, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 (2), regoli dettaljati għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet tal-qamħirrum eliġibbli għall-intervent. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet imsemmija li jkopri l-perjodi tas-sena tas-suq li matulhom l-operaturi ekonomiċi kollha jistgħu jressqu offerti, li jagħtihom biżżejjed żmien biex iressqu l-offerti tagħhom, u li jippermetti li jiġi stabbilit koeffiċjent uniku għall-allokazzjoni għal kull min iressaq offerta meta l-kwantitajiet offruti jaqbżu dawk disponibbli. F’dan ir-rigward, jaqbel li jiġi stabbilit li l-offerti jkunu eżaminati f’żewġ stadji, u li jiġu stipulati skedi ta’ żmien għat-tressiq ta’ l-offerti għall-qamħirrum, kif ukoll għall-kunsinni u għat-teħid relatati.

(3)

Filwaqt li jitqiesu l-perjodi għax-xiri ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, u biex jiġi żgurat l-istess trattament lill-operaturi, jeħtieġ li tkun provduta fażi inizjali għat-tressiq ta’ offerti għall-qamħirrum, li tibda mill-1 ta’ Awissu fil-Greċja, fi Spanja, fl-Italja u fil-Portugall, mill-1 ta’ Diċembru fl-Iżvezja u mill-1 ta’ Novembru fl-Istati Membri l-oħra, sal-31 ta’ Diċembru, l-aħħar jum għat-tressiq ta’ offerti fl-Istati Membri kollha. Fi tmiem din l-ewwel fażi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fejn meħtieġ, koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikabbli għall-offerti validi li jkunu tressqu matul din l-ewwel fażi, u għandha tagħlaq l-intervent għall-kumplament tas-sena tas-suq fejn il-kwantitajiet offruti jaqbżu l-kwantità stipulata fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003. Biex jiġi evitat piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-aġenziji ta’ intervent u l-operaturi, partikularment minħabba d-depożitar ta’ garanziji li jistgħu jisfaw inutli fin-nuqqas tal-kwantitajiet li għandhom jiġu allokati, jeħtieġ li tkun provduta waqfa fit-tressiq ta’ offerti bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea tal-kwantità li tibqa’ disponibbli għall-intervent fit-tieni fażi.

(4)

Fid-dawl taż-żmien meħtieġ biex jiġi ddeterminat, jekk meħtieġ, il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ewwel fażi, jeħtieġ li t-tieni fażi għat-tressiq ta’ offerti tibda l-għada tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea tal-kwantità li tibqa’ disponibbli għall-intervent, l-ewwel jum għat-tressiq ta’ offerti fl-Istati Membri kollha. Matul din it-tieni fażi, l-approvazzjoni ta’ l-offerti għandha ssir kull ġimgħa, b’bidu mill-ewwel nhar ta’ Ġimgħa wara l-pubblikazzjoni ta’ dik il-kwantità, abbażi ta’ l-offerti mressqa mill-operaturi sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa f’12:00 (ħin ta’ Brussell). Kull ġimgħa, sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, il-Kummissjoni għandha ttella’ fil-websajt tagħha, għad-dispożizzjoni ta’ l-operaturi, il-kwantità li tibqa’ disponibbli għall-intervent. Fejn il-kwantità stipulata fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tinqabeż, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika koeffiċjent ta’ allokazzjoni u tagħlaq l-intervent għas-sena tas-suq konċernata. Fid-dawl tal-perjodi għax-xiri ta’ intervent ipprovduti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, it-tieni fażi għat-tressiq ta’ offerti għandha tintemm, f’kull każ, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April fil-Greċja, fi Spanja, fl-Italija u fil-Portugall, it-30 ta’ Ġunju fl-Iżvezja, u l-31 ta’ Mejju fl-Istati Membri l-oħra.

(5)

Biex tkun żgurata t-tmexxija effiċjenti tal-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni, għandu jkun provdut li l-offerti għall-qamħirrum ma jistgħux ikunu emendati jew irtirati. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-awtentiċità ta’ l-offerti, għandhom ikunu soġġetti għad-depożitu ta’ garanzija, u għandhom jiġu stipulati r-regoli għall-kontroll ta’ l-awtentiċità u għar-rilaxx tal-garanzija msemmija. Għal dan il-għan, dan il-kontroll għandu jsegwi l-istess regoli u kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-kontroll tal-ħażniet pubbliċi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 Ġunju 2006 (3). Barra minn hekk, bejn il-bidu ta’ l-ewwel fażi għat-tressiq ta’ l-offerti u l-31 ta’ Diċembru, jista’ jkun hemm perjodu ta’ diversi xhur. Biex jiġi evitat piż finanzjarju żejjed fuq l-operaturi li jressqu offerti f’din l-ewwel fażi, jaqbel li jkun permess li l-garanzija, li għandha tiġi ddepożitata mat-tressiq ta’ l-offerta, meta tiġi ddepożitata fil-forma ta’ garanzija bankarja, ma titħallasx sal-jum ta’ wara l-aħħar jum għat-tressiq ta’ offerti.

(6)

Skond l-Artikolu 5(4) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000, it-teħid taċ-ċereali jista’ jsir fil-maħżen fejn dawn ikunu jinsabu fil-mument ta’ l-offerta. Biex tittejjeb il-kwalità tal-kundizzjonijiet tal-ħżin, u biex din il-kwalità tiġi żgurata sa mit-tressiq ta’ l-offerti, jeħtieġ li l-imħażen fejn jinsabu ċ-ċereali fil-mument ta’ l-offerta jiggarantixxu l-konservazzjoni ottima tagħhom, partikularment fuq perjodu twil fir-rigward tal-qamħirrum. Għaldaqstant, jeħtieġ li tkun limitata l-possibbiltà li jittieħdu ċ-ċereali fil-maħżen ta’ l-applikant, u li dan it-tip ta’ teħid jiġi awtorizzat biss fejn iċ-ċereali jkunu miżmuma mill-imħażen skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006. F’dan il-każ, l-applikant għandu jintrabat li japplika mutatis mutandis, fir-relazzjonijiet tiegħu mal-maħżen, sa mit-tressiq ta’ l-offerta tiegħu, l-istess regoli u kundizzjonijiet ta’ ħżin u ta’ kontroll bħal dawk applikabbli skond ir-Regolament (KE) Nru 884/2006.

(7)

Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 824/2000, il-prezz li għandu jitħallas lil min iressaq l-offerta huwa l-prezz ta’ intervent imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003, validu fid-data li tkun ġiet stipulata bħala l-ewwel jum ta’ kunsinna fin-notifika li permezz tagħha tkun intlaqgħet l-offerta, għall-merkanzija kunsinjata fil-maħżen qabel il-ħatt, aġġustat skond iż-żidiet u t-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 824/2000. Fid-dawl tas-sistema l-ġdida għall-amministrazzjoni tax-xiri ta’ intervent tal-qamħirrum introdotta minn dan ir-Regolament, partikularment il-fatt li l-offerti ta’ qamħirrum ma jistgħux ikunu rtirati jew emendati, jeħtieġ li jkun hemm deroga minn din ir-regola għall-offerti ta’ qamħirrum fejn il-prezz ta’ intervent tax-xahar ta’ l-offerta huwa ogħla mill-prezz ta’ intervent tax-xahar li matulu jsir it-twassil.

(8)

L-Artikolu 11a(a) tar-Regolament (KE) Nru 824/2000 jispeċifika t-tagħrif li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sabiex ikun jista’ jitfassal rapport statistiku darba fil-ġimgħa dwar l-evoluzzjoni tal-ħażniet ta’ ċereali ta’ intervent. Fid-dawl tas-sistema l-ġdida għall-amministrazzjoni tax-xiri ta’ intervent tal-qamħirrum introdotta minn dan ir-Regolament, jeħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu adattati, speċjalment fir-rigward tar-regoli dettaljati għan-notifikar ta’ l-offerti mill-aġenziji ta’ intervent lill-Kummissjoni.

(9)

Fl-interess tat-tmexxija tajba tas-sistema, it-tagħrif mitlub mill-Kummissjoni għandu jintbagħatilha skond mudelli ta’ formoli li jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija ta’ l-intervent, u li l-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri. Dawn il-mudelli għandhom japplikaw ladarba jkun ġie nnotifikat il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, u mbagħad, fejn meħtieġ, għandhom ikunu addattati u aġġornati mill-Kummissjoni bl-istess kundizzjonijiet.

(10)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 824/2000 għandu jiġi emendat.

(11)

Peress li l-perjodu ta’ intervent jibda fil-Greċja, Spanja, fl-Italja u fil-Portugall fl-1 ta’ Awissu, jeħtieġ li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament japplikaw minn din id-data.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 824/2000 jinbidel kif ġej:

(1)

Jiżdied l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, il-kwantitajiet tal-qamħirrum eliġibbli għall-intervent, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, għandhom jingħataw, għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009, f’żewġ fażijiet imsejħa ‘fażi nru 1’ u ‘fażi nru 2’, skond il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

Il-fażi nru 1 tibda fl-1 ta’ Awissu fil-Ġreċja, fi Spanja, fl-Italja u fil-Portugall, fl-1 ta’ Diċembru fl-Iżvezja u fl-1 ta’ Novembru fl-Istati Membri l-oħra, u tintemm fil-31 ta’ Diċembru, l-aħħar jum għat-tressiq ta’ offerti ta’ din il-fażi fl-Istati Membri kollha.

Il-fażi nru 2 tibda l-jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea tal-kwantità li tibqa’ disponibbli għall-intervent għal din il-fażi, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. Dan il-jum huwa l-ewwel jum għat-tressiq ta’ offerti fl-Istati Membri kollha, u din il-fażi tintemm l-aktar tard fit-30 ta’ April fil-Greċja, fi Spanja, fl-Italja u fil-Portugall, fit-30 ta’ Ġunju fl-Iżvezja u fil-31 ta’ Mejju fl-Istati Membri l-oħra.

2.   Fi tmiem il-fażi nru 1, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fil-kontijiet l-offerti kollha validi għall-qamħirrum imressqa mill-operaturi lill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri sa 24:00 (ħin ta’ Brussell) tal-31 ta’ Diċembru, abbażi tan-notifiki mibgħuta mill-Istati Membri kull ġimgħa skond l-Artikolu 11a(1)(a)(i).

Jekk il-kwantità totali offerta taqbeż il-kwantitajiet massimi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika, sa mhux tard mill-25 ta’ Jannar, koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kwantitajiet sa 6 punti deċimali. Jekk il-kwantità totali offerta ma taqbiżx dik disponibbli, dan il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għandu jkun 1, u l-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità li tibqa’ disponibbli għall-intervent għall-fażi nru 2.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, l-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru għandha tinnotifika lill-applikant li l-offerta tiegħu ntlaqgħet għal kwantità ugwali għal dik offerta mmultiplikata bil-koeffiċjent ta’ allokazzjoni.

3.   Mill-ewwel nhar ta’ Erbgħa tax-xahar ta’ Frar ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fil-kontijiet, kull ġimgħa, l-offerti validi għall-qamħirrum li jkunu tressqu mill-operaturi lill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa tal-ġimgħa ta’ qabel f’12:00 (ħin ta’ Brussell), abbażi tan-notifiki mibgħuta mill-Istati Membri skond l-Artikolu 11a(1)(a)(i).

Jekk il-kwantità disponibbli għall-intervent tinqabeż, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kwantitajiet sa 6 punti deċimali, sa mhux aktar tard mir-raba’ jum ta’ xogħol wara l-iskadenza għat-tressiq ta’ offerti. Jekk il-kwantità disponibbli għall-intervent ma tinqabiżx, dan il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għandu jkun 1, il-kwantitajiet offerti għandhom jitqiesu bħala approvati, u l-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-operaturi, fuq il-paġna tal-websajt tagħha http://ec.europa.eu/agriculture/markets/crops/index_fr.htm, il-kwantità li tibqa’ disponibbli għall-intervent għall-ġimgħa konċernata, sa mhux aktar tard mill-Erbgħa ta’ kull ġimgħa. Sa mhux aktar tard mid-disa’ jum tax-xogħol wara l-iskadenza għat-tressiq ta’ offerti, l-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru għandha tinnotifika lill-applikant li l-offerta tiegħu ntlaqgħet għal kwantità ugwali għal dik offerta mmultiplikata bil-koeffiċjent ta’ allokazzjoni.

4.   L-offerti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet mill-aġenzija ta’ intervent kompetenti fid-data li tirċevihom.

Ladarba jkunu tressqu, l-offerti ma jistgħux ikunu emendati jew irtirati.

5.   Biex l-offerti jkunu validi, mehmuża magħha għandha tingħata l-prova li l-applikant ikun iddepożita garanzija ta’ EUR 15 għal kull tunnellata. Din il-garanzija għandha tiġi ddepożitata mat-tressiq ta’ l-offerta, iżda jekk tiġi ddepożitata matul il-fażi nru 1 fil-forma ta’ garanzija bankarja, tista’ titħallas biss il-jum wara dak ta’ l-iskadenza għat-tressiq ta’ l-offerti msemmija fil-paragrafu 2.

6.   Il-garanzija tkopri l-kwantitajiet offerti mill-applikant skond il-paragrafi 2 u 3.

Ħlief fil-każ ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali, il-garanzija għandha tintilef u tiżdied mal-baġit Komunitarju, fil-każijiet li ġejjin:

a)

fejn il-kwantitajiet preżenti fil-maħżen, bejn it-tressiq ta’ l-offerta u t-teħid tal-qamħirrum, ikunu inqas mill-kwantitajiet iddikjarati mill-applikant, skond l-Artikolu 4(1), mingħajr ħsara għal marġni ta’ tolleranza ta’ 5 %;

b)

fejn il-kwantitajiet allokati ma jkunux ġew ipprovduti mill-applikant għat-teħid tagħhom mill-aġenziji ta’ intervent, skond l-Artikoli 2 u 5.

Fl-interess ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu, punt a) ta’ dan il-paragrafu, l-aġenziji ta’ intervent għandhom iwettqu kontrolli tal-kwantitajiet prezenti fl-imħażen billi japplikaw mutatis mutandis ir-regoli u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 (*), għall-kontrolli tal-preżenza fiżika tal-prodotti maħżuna fil-qafas ta’ operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku, u b’mod aktar partikolari, ir-regoli u l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt B.III ta’ l-Anness I tar-Regolament imsemmi. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fuq talanqas 5 % mill-offerti u 5 % mill-kwantitajiet offerti, abbażi ta’ analiżi tar-riskji. Dawn il-perċentwali minimi ta’ kontroll għandhom japplikaw biss fil-fażi nru 1.

Il-garanzija tiġi rrilaxxata bis-sħiħ:

a)

għall-kwantitajiet offerti li ma jiġux allokati,

b)

għall-kwantitajiet offerti allokati, mill-mument meta 95 % mill-kwantità allokata effettivament tittieħed mill-aġenzija ta’ intervent.

(*)  ĠU L 171, 23.06.2006, p. 35.”"

(2)

L-Artikolu 4 jinbidel kif ġej:

a)

fil-paragrafu 1, il-punt e) jinbidel b’li ġej:

“e)

iċ-ċentru ta’ intervent li għalih issir l-offerta u, fejn tapplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, l-impenn ta’ l-applikant li jiggarantixxi, fir-relazzjonijiet tiegħu mal-maħżen, l-applikazzjoni mutatis mutandis, għall-maħżen imsemmi fil-punt ċ) ta’ dan il-paragrafu, tar-regoli u kundizzjonijiet ta’ ħżin u ta’ kontroll applikabbli skond l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.”

b)

fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu jitħassar.

ċ)

jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Għaċ-ċereali offerti għall-intervent għajr il-qamħirrum, l-aħħar kunsinna għandha ssir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ xahar wara x-xahar li matulu ġiet irċevuta l-offerta, u f’kull każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju fi Spanja, fil-Greċja, fl-Italja u fil-Portugall, u l-31 ta’ Lulju fl-Istati Membri l-oħra.

Għall-qamħirrum, għall-offerti li jkunu saru matul l-istadju nru 1, il-kunsinna għandha ssir bejn l-1 ta’ Frar u t-30 ta’ April, filwaqt li għall-offerti li jkunu saru matul l-istadju nru 2, il-kunsinna għandha ssir mhux aktar tard minn tmiem it-tielet xahar wara x-xahar li matulu ġew irċevuti, u f’kull każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju fi Spanja, fil-Greċja, fl-Italja u fil-Portugall, u l-31 ta’ Lulju fl-Istati Membri l-oħra.”

(3)

L-Artikolu 5 jinbidel kif ġej:

a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu t-tieni u t-tielet subparagrafi li ġejjin:

“Dan it-teħid jista’ jsir fil-maħżen li fih jinsabu ċ-ċereali fil-mument ta’ l-offerta, sakemm il-ħżin isir fil-post ta’ ‘aġenzija ta’ ħżin’ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006, u sakemm l-istess regoli u kundizzjonijiet bħal dawk stipulati għal dan il-post, wara t-teħid taċ-ċereali għall-intervent, japplikaw sa mit-tressiq ta’ l-offerta.

Għall-qamħirrum, il-kwantità li tittieħed ma tistax taqbeż il-kwantità allokata skond l-Artikolu 3a, paragrafi 2 u 3.”

b)

il-paragrafu 6 jinbidel b’li ġej:

“6.   Għaċ-ċereali għajr il-qamħirrum, l-aħħar teħid għandu jsir mhux aktar tard minn tmiem it-tieni xahar wara l-aħħar kunsinna msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(4), filwaqt li għall-qamħirrum, l-aħħar teħid għandu jsir mhux aktar tard minn tmiem it-tieni xahar wara kull waħda mill-kunsinni aħħarija msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(4), u f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju fi Spanja, fil-Greċja, fl-Italja u fil-Portugall, u l-31 ta’ Awissu fl-Istati Membri l-oħra.”

(4)

Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1), it-tieni sentenza tinbidel b’li ġej:

“Għas-sorgu offrut matul ix-xhur ta’ Awissu u Settembru, id-dispożizzjoni ta’ dan is-subparagrafu ma tapplikax.”

(5)

Artikolu 11a jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 11a

1.   Għal kull tip ta’ ċereali msemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, kull Stat Membru għandu jibgħat b’mod elettroniku t-tagħrif meħtieġ għall-amministrazzjoni ta’ l-intervent, u b’mod partikolari:

a)

sa mhux aktar tard mill-Erbgħa f’12:00 (ħin ta’ Brussell):

i)

il-kwantitajiet ta’ ċereali offerti għall-intervent, imressqa mill-operaturi sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa tal-ġimgħa ta’ qabel f’12:00 (ħin ta’ Brussell), skond l-Artikoli 4 u 3a ta’ dan ir-Regolament;

ii)

il-kwantitajiet ta’ ċereali, għajr il-qamħirrum, offerti għall-intervent, iżda li l-offerta tagħhom ġiet irtirata mill-applikanti wara l-bidu tal-perjodu ta’ intervent;

iii)

il-kwantitajiet totali ta’ ċereali offerti għall-intervent mindu beda l-perjodu ta’ intervent, bit-tnaqqis tal-kwantitajiet imsemmija fil-punt ii);

iv)

il-kwantitajiet totali ta’ ċereali li jkunu ttieħdu wara l-bidu tal-perjodu ta’ intervent skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

b)

l-Erbgħa wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għal offerti, il-kwantitajiet ta’ ċereali mqiegħda għall-allokazzjoni, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 (**);

ċ)

l-Erbgħa wara d-data li fiha l-Istat Membru jkun iddefinixxa l-lottijiet konċernati, il-kwantitajiet ta’ ċereali maħsubin biex jiġu ddistribwiti b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 (***);

d)

mhux aktar tard minn tmiem ix-xahar wara l-iskadenza għat-teħid imsemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan ir-Regolament, skond ir-reġjun kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 (****), ir-riżultati medji tal-piż speċifiku, tal-kontenut ta’ umdità, tal-perċentwal ta’ qamħ miksur u tal-konentut ta’ proteini reġistrati għal-lottijiet ta’ ċereali li jkunu ttieħdu.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru anki jekk l-ebda kwantità ma tkun ġiet offerta. Fin-nuqqas ta’ notifika tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 11a(1)(a)(i), il-Kummissjoni għandha tqis li ma tressqet l-ebda offerta fl-Istat Membru konċernat.

3.   L-għamla u l-kontenut tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddefiniti mill-Kummissjoni abbażi ta’ formoli li din għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri. Dawn il-mudelli għandhom japplikaw biss wara li jkun ġie nnotifikat il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali. Għandhom ikunu addattati u aġġornati mill-Kummissjoni bl-istess kundizzjonijiet.

(**)  ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76."

(***)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1."

(****)  ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1.”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Awissu 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.06.2007, p. 6).

(2)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1572/2006 (ĠU L 290, 20.10.2006, p. 29).

(3)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 721/2007 (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 4).


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 884/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu l-użu ta’ E 128 Aħmar 2Ġ bħala kulur alimentari

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel u jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 il-Kummissjoni tista’ tissospendi t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ ikel li x’aktarx jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, meta riskju tali ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri kkonċernati.

(2)

Id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) tawtorizza fl-Anness I tagħha l-użu tal-kulur E 128 Aħmar 2Ġ fl-oġġetti ta’ l-ikel. Skond l-Anness IV ta’ dik id-Direttiva l-kulur E 128 Aħmar 2Ġ huwa permess li jintuża fiz-zalzett tal-kolazzjon b’kontenut minimu ta’ ċereali ta’ 6 % u fil-laħam tal-bergers b’kontenut minimu veġetali u/jew ċereali ta’ 4 %. Fiż-żewġ tipi ta’ ikel huwa permess livell massimu ta’ 20mg/kk.

(3)

L-użu ta’ dak il-kulur kien permess fuq il-bażi ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel espressa fis-27 ta’ Ġunju 1975 (3). Il-Kumitat alloka konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) ta’ 0.1 mg/kg tal-piż tal-ġisem għal E 128 Aħmar 2Ġ.

(4)

L-addittivi ta’ l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u għandhom jiġu evalwati mill-ġdid meta meħtieġ fid-dawl tal-kondizzjonijiet dejjem jinbidlu ta’ l-użu u tat-tagħrif xjentifiku ġdid. Minħabba li l-evalwazzjonijiet oriġinali ta’ bosta addittivi ta’ l-ikel saru numru ta’ snin ilu, il-Kummissjoni Ewropea ħasset il-ħtieġa għal valutazzjoni sistematika mill-ġdid ta’ l-addittivi awtorizzati kollha ta’ l-ikel sabiex tivverifika jekk għadhiex valida l-evalwazzjoni attwali ta’ sikurezza. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-EFSA) biex tivvaluta mill-ġdid l-addittivi kollha ta’ l-ikel attwalment awtorizzati fl-UE.

(5)

F’dan il-kuntest il-Bord Xjentifiku ta’ l-EFSA dwar l-addittivi ta’ l-ikel, il-ħwawar, addittivi awżiljari u materjali għall-ipproċessar f’kuntatt ma’ l-ikel ivvaluta mill-ġdid is-sikurezza tal-kulur 128 Aħmar 2Ġ u adotta opinjoni (4) fil-5 ta’ Lulju 2007.

(6)

L-EFSA bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ l-evalwazzjoni (5) tar-riskju dwar l-aniline. Dak ir-rapport ikkonkluda li l-aniline għandu jitqies bħala karnoċenu li għalih ma jistax jiġi eskluż mekkaniżmu ġenotossiku. Minħabba li l-kulur E 128 Aħmar 2Ġ huwa metabolizzat malajr u b’mod estensiv għall-analine, l-EFSA kkonkludiet li jkun prudenti li s-sustanza titqies bħala waħda ta’ tħassib għas-sigurtà. Konsegwentament, l-EFSA rtirat l-ADI għall-kulur E 128 Aħmar 2Ġ. Minkejja dan, l-EFSA qieset li l-mekkaniżmu ta’ l-aniline li jikkawża t-tumur għandu jiġi ċċarat b’mod ulterjuri, jiġi ppruvat li huwa prodott biss minn ċertu livell ’il fuq u/jew ir-relevanza tiegħu għall-bniedem hija negliġibbli, il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ jista’ jiġi vvalutat mill-ġdid darb’ oħra għall-użu bħala addittiv ta’ l-ikel.

(7)

Meta wieħed iqis li addittiv ta’ l-ikel jista’ jintuża biss meta hemm evidenza li l-użu tiegħu ma jagħmilx ħsara għas-saħħa, id-Direttiva 94/36 KE għandha tiġi amendatā sabiex tipprojbixxi l-użu tal-kulur E 128 Aħmar 2Ġ.

(8)

Sadanittant, minħabba li l-kulur E 128 Aħmar 2Ġ probabbli jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq, sabiex jiġi żgurat il-livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa magħżul fil-Komunità, li jiġi sospiż b’effett immedjat l-użu tal-kulur E 128 Aħmar 2Ġ fl-ikel u t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta’ ikel li fih il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ.

(9)

Permezz tad-Direttiva 94/36/KE, il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ huwa legalment awtorizzat għall-użu fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, tinħtieġ miżura li tinfirex mal-Komunità kollha.

(10)

Il-Kummissjoni se żżomm dan ir-Regolament taħt reviżjoni regolari filwaqt li tqis it-tagħrif xjentifiku ġdid.

(11)

Wara li tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskju, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih.

(12)

Filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet tekniċi u ekonomiċi, għandhom jiġu stipulati perjodi tranżitorji sabiex ikopru zalzett tal-kolazzjon u laħam tal-bergers li fihom il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ, li tqiegħdu fis-suq skond id-Direttiva 94/36/KE kif ukoll kunsinni li ntbagħtu minn pajjiżi terzi għall-Komunità qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-użu tal-kulur E 128 Aħmar 2Ġ fl-ikel, kif imsemmi fl-Anness IV għad-Direttiva 94/36/KE, huwa sospiż.

2.   It-tqegħid fis-suq ta’ l-ikel li fih il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ huwa sospiż.

3.   L-importazzjoni ta’ l-ikel li fih il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ huwa sospiż.

Artikolu 2

1.   Permezz ta’ l-Artikolu (1)2, iz-zalzett tal-kolazzjon u l-laħam tal-bergers li fihom il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ li tqiegħdu fis-suq skond id-Direttiva 94/36/KE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sad-data tagħhom ta’ “ikkonsma sa” jew id-data tagħhom ta’ dewmien minimu.

2.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-kunsinni ta’ zalzett tal-kolazzjon u l-laħam tal-bergers li fihom il-kulur E 128 Aħmar 2Ġ fejn l-importatur ta’ oġġetti tali ta’ l-ikel jista’ juri li ntbagħtu mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kienu jinsabu fi triqthom lejn il-Komunità qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  SCF (1975). Ir-Rapporti tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel (l-1 serje), p. 17, 19, 24.

(4)  EFSA (2007). Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Addittivi, Ħwawar, Sustanzi awżiljarji u Materjali ta’ l-Ipproċessar ta’ l-Ikel f'kuntatt ma’ l-Ikel (AFC) dwar il-valutazzjoni mill-ġdid ta’ kuluri ta’ l-Ikel Aħmar 2Ġ (E 128).

(5)  ECB, 2004, Ufficċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi, Istitut għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur. European Union Risk Assessment Report on Aniline. Volume 50.


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 885/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm ta’-24 ta’ Lulju 2007.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm ta’-24 ta’ Lulju 2007, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 886/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

dwar l-għoti ta' drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 996/2007 għall-falda rqiqa friżata ta' annimali bovini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għal amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-falda rqiqa friżata ta' annimali bovini li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni preżentati għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008 huma superjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat il-limitu għall-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi ffissat il-koeffiċjent ta' attribuzzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' l-importazzjoni għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4020 u ppreżentati għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u t-30 ta' Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 996/97 huma allokati skond il-koeffiċjent ta' attribuzzjoni ta' 0,970873 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  JO L 144 du 4.6.1997, p. 6. Règlement modifié en dernier lieu par le règlement (CE) no 568/2007 (JO L 133 du 25.5.2007, p. 15).


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 887/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(3)

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

(5)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2007 (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 6).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-27 ta’ Lulju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-TRATTAT (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(c)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 888/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-27 ta’ Lulju 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

2,131

2,131

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

2,131

2,131

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

1,598

1,598

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

1,598

1,598

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

2,131

2,131

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

2,131

2,131

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

2,131

2,131

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 889/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

29,83

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

25,57

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

25,57

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

38,36

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

29,83

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

25,57

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

25,57

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

34,10

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

27,70

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

31,97

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

24,51

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

5,33

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

34,10

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

34,10

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

34,10

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

34,10

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

33,40

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

25,57

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

33,40

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

25,57

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

25,57

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

33,40

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

25,57

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

35,00

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

24,29

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

25,57


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 890/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità tista' tkun koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003 dwar l-arranġamenti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' għalf kompost, abbażi ta' ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabilixxi regoli speċifiċi u ddettaljati dwar is-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni, ta' ċereali u ross (2), fl-Artikolu 2 tiegħu iddefinixxa l-kriterji speċifiċi li jridu jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni fuq dawn il-prodotti.

(3)

Dan il-kalkolu jeħtieġlu jqis ukoll il-kontenut ta' prodotti ċereali. Bil-mira ta' simplifika, ir-rifużjoni jeħtiġilha titħallas għal żewġ kategoriji ta' “prodotti ċereali”, jiġifieri il-qamħirrum, iċ-ċereali li l-aktar li jintuża ta' spiss għall-produzzjoni ta' l-għalf kompost esportat u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum, minn naħa waħda, kif ukoll “iċ-ċereali l-oħra”, min-naħa l-oħra, fejn dawn ta' l-aħħar ikunu l-prodotti taċ-ċereali eliġibbli, għajr il-qamħirrum u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum. Għandha tingħata rifużjoni għall-kwantità ta' prodotti ċereali li jkun fih l-għalf kompost ta' l-annimali.

(4)

Barra minn hekk, fl-ammont tar-rifużjoni għandu jitqies ukoll il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ta' dawn il-prodotti fis-suq dinji, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat it-taqlib tas-suq Komunitarju u l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni.

(5)

Il-qagħda attwali tas-suq taċ-ċereali, u partikolarment il-prospettivi ta' forniment, twassal biex jitneħħew ir-rifużjonjiet ta' l-esportazzjoni.

(6)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf kompost ta' l-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u skond ir-Regolament (KE) Nru 1517/95 huma stabbiliti f'konformità ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 51.


ANNESS

tar-Regolament tal-kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali.

Il-Kodiċi tal-prodott li jgawdu mir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni:

 

2309 10 11 9000 ,

 

2309 10 13 9000 ,

 

2309 10 31 9000 ,

 

2309 10 33 9000 ,

 

2309 10 51 9000 ,

 

2309 10 53 9000 ,

 

2309 90 31 9000 ,

 

2309 90 33 9000 ,

 

2309 90 41 9000 ,

 

2309 90 43 9000 ,

 

2309 90 51 9000 ,

 

2309 90 53 9000 .


Prodotti ċereali

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

Qamħirrum u prodotti dderivati mill-qamħirrum

Kodiċijiet NM 0709 90 60 , 0712 90 19 , 1005 , 1102 20 , 1103 13 , 1103 29 40 , 1104 19 50 , 1104 23 , 1904 10 10

C10

EUR/t

0,00

Prodotti ċereali, għajr il-qamħirrum u l-prodtti dderivati mill-qamħirrum

C10

EUR/t

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 891/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 1418/76 li jikkonċernaw ir-rifużjoni tal-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross rispettivament (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni. Il-bażi tal-kalkolu hija ddeterminata mill-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Ir-rifużjoni kkalkolata b'dan il-mod, differenzjata, jekk ikun meħtieġ, għal-lamtu tal-patata, għandha tkun stabbilita darba fix-xahar u, f'każ ta' varjazzjoni sinifikattiva tal-prezz tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ, tista' tkun emendata.

(2)

Ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu aġġustati bil-koeffiċjenti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 biex ikun stabbilit l-ammont eżatt li għandu jitħallas.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta' lamtu, imniżżla fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 hija stabbilita għal:

(a)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-qamħirrum, il-qamħ, ix-xgħir u l-ħafur;

(b)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-patata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11)

(2)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 892/2007

tas-26 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skond il-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ importazzjoni għall-prodotti agrikoli mħaddma b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u partikolament l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta’ l-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u r-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta’ l-oriġini u mqassma f’diversi perjodi sekondarji skond l-Anness IX tar-Regolament.

(2)

Lulju huwa t-tielet perjodu sekondarju għall-kwota stabbilita f’Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, u t-tieni perjodu sekondarju għall-kwoti stabbiliti f’Artikolu 1(1)(b), (ċ) u (d),

(3)

In-notifiki preżentati skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98 juru li, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4154, 09.4116 u 09.4166, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament l-applikazzjonijiet magħmula fl-ewwel 10 ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2007 jkopru kwantità akbar minn dawk disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jrid jiġi applikat lill-kwantitajiet mitluba skond il-kwoti konċernati.

(4)

Minn notifiki huwa ukoll ċar li, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4149, 09.4150, 09.4152 u 09.4153 l-applikazzjonijiet magħmula fl-ewwel 10 ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ikopru kwantità anqas minn [jew daqs ta’] dawk disponibbli.

(5)

Il-kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skond il-kwoti bin-numru tas-serje 09.4154, 09.4116 u 09.4166 kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 magħmulin fl-ewwel 10 ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2007, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantitajiet mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli skond il-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għall-perjodu sekondarju li jmiss huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropeja

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007 u l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi skond ir-Regolament (KE) Nru 327/98:

(a)   Kwota ta’ ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta’ Settembru 2007

(kg)

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

09.4127

 (2)

19 578 285

It-Tajlandja

09.4128

 (2)

1 233 332

L-Awstralja

09.4129

 (2)

305 500

Oriġini oħrajn

09.4130

 (3)

7 319


(b)   Kwota ta’ ross bil-qoxra li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 20 , prevista fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta’ Ottubru 2007

(kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (3)

60 728


(ċ)   Kwota ta’ ross miksur li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 40 , prevista fl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

It-Tajlandja

09.4149

 (2)

L-Awstralja

09.4150

 (1)

Il-Guyana

09.4152

 (1)

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

09.4153

 (2)

Oriġini oħrajn

09.4154

1,809392  %


(d)   Kwota ta’ ross mitħun kollu jew nofsu mitħun li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98

Oriġini

Numru ta’ serje

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-perjodu sekondarju ta’ Lulju 2007

Kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju ta’ Settembru 2007

(kg)

It-Tajlandja

09.4112

 (3)

7 344

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

09.4116

3,329173  %

0

L-Indja

09.4117

 (3)

36 522

Il-Pakistan

09.4118

 (3)

4 521

Oriġini oħrajn

09.4119

 (3)

58 099

Il-pajjiżi kollha

09.4166

1,218315  %

0


(1)  L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-ebda applikazzjonijiet ta’ liċenzji ma ġew notifikati lill-Kummissjoni.

(2)  L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-applikazzjonijiet jkopru kwantitajiet anqas minn jew daqs tal-kwantitajiet disponibbli.

(3)  aktar kwantità disponibbli għal dan il-perjodu sekondarju


DIRETTIVI

27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/29


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/48/KE

tas-26 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Direttiva 2003/90/KE li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE (2) ġiet adottata sabiex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office — CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji ta’ gwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, dik id-Direttiva tipprovdi li għandhom japplikaw il-linji ta’ gwida ta’ l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (International Union for the Protection of new Varieties of Plants — UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV sadanittant ħarġu linji ta’ gwida ulterjuri għal għadd ta’ speċi oħra, u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Id-Direttiva 2003/90/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Novembru 2007, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/90/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħha minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni, it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Direttiva 2005/91/KE (ĠU L 331, 17.12.2005, p. 24).


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni

Protokoll tas-CPVO

Piżelli

Piżelli, TP 7/1 tas-6.11.2003

Kolza

Kolza, TP 36/1 tal-25.3.2004

Ġirasol

Ġirasol, TP 81/1 tal-31.10.2002

Ħafur

Ħafur, TP 20/1 tas-6.11.2003

Xgħir

Xgħir, TP 19/2 tas-6.11.2003

Ross

Ross, TP 16/1 tat-18.11.2004

Segala

Segala, TP 58/1 tal-31.10.2002

Tritikali

Triticale, TP 121/2 tat-22.1.2007

Qamħ

Qamħ, TP 3/3 tas-6.11.2003

Qamħ durum

Qamħ durum, TP 12/02 tas-6.11.2003

Qamħirrum

Qamħirrum, TP 2/2 tal-15.11.2001

Patata

Patata, TP 23/2 ta' l-1.12.2005

Kittien

Kittien, TP 57/1 tal-21.3.2007

It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida tat-test tal-UPOV

Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni

Il-linji ta’ gwida tal-UPOV

Fodder beet

Fodder beet, linja ta’ gwida TG/150/3 ta' l-4.11.1994

Velvet bent

Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990

Red top

Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990

Creeping bent

Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990

Brown top

Bent, linja ta’ gwida TG/30/6 tat-12.10.1990

Rescue grass

Rescue grass, linja ta’ gwida TG/180/3 ta' l-4.4.2001

Bunixxief ta' l-Alaska

Bunixxief ta' l-Alaska, linja ta’ gwida TG/180/3 ta' l-4.4.2001

Sieq is-serduk

Sieq is-serduk, linja ta’ gwida TG/31/8 tas-17.4.2002

Tall fescue

Tall fescue, linja ta’ gwida TG/39/8 tas-17.4.2002

Sheep’s fescue

Sheep's fescue, linja gwida TG/67/5 tal-5.4.2006

Meadow fescue

Meadow fescue, linja ta’ gwida TG/39/8 tas-17.4.2002

Red fescue

Red fescue, linja ta’ gwida TG/67/5 tal-5.4.2006

Sikrana Taljana

Sikrana, linja ta’ gwida TG/4/8 tal-5.4.2006

Sikrana perenni

Sikrana, linja ta’ gwida TG/4/8 tal-5.4.2006

Sikrana ibrida

Sikrana, linja ta’ gwida TG/4/8 tal-5.4.2006

Timothy

Timothy, linja ta’ gwida TG/34/6 tas-7.11.1984

Smooth-stalked meadow grass

Kentucky bluegrass, linja ta’ gwida TG/33/6 tat-12.10.1990

Lupin abjad

Lupin abjad, linja ta' gwida TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupin blu

Lupin blu, linja ta’ gwida TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupin isfar

Lupin isfar, linja ta’ gwida TG/66/4 tal-31.3.2004

Alfa Alfa

Alfa Alfa, linja ta’ gwida TG/6/5 tas-6.4.2005

Silla ħamra

Silla ħamra, linja ta’ gwida TG/5/7 ta' l-4.4.2001

Silla bajda

Silla bajda, linja ta’ gwida TG/38/7 tad-9.4.2003

Favetta

Favetta, linja ta’ gwida TG/8/6 tas-17.4.2002

Silla tal-blat

Silla tal-blat, linja ta’ gwida TG/32/6 tal-21.10.1988

Swede

Swede, linja ta’ gwida TG/89/6 ta’ l-4.4.2001

Ravanell ta’ l-għalf

Ravanell ta' l-għalf, linja ta’ gwida TG/178/3 ta' l-4.4.2001

Karawett

Karawett, linja ta’ gwida TG/93/3 tat-13.11.1985

Rapa tan-nevew

Rapa tan-nevew, linja ta’ gwida TG/185/3 tas-17.4.2002

Għosfor

Għosfor, linja ta’ gwida TG/134/3 tat-12.10.1990

Qoton

Qoton, linja ta’ gwida TG/88/6 ta' l-4.4.2001

Xaħxieħ vjola

Xaħxieħ/Peprin, linja ta’ gwida TG/166/3 ta’ l-24.3.1999

Ġarġir abjad

Ġarġir abjad, linja ta’ gwida TG/179/3 ta' l-4.4.2001

Ful tal-ġibra

Ful tal-ġibra, linja ta’ gwida TG/80/6 ta' l-1.4.1998

Sorgu

Sorgu, linja ta’ gwida TG/122/3 tas-6.10.1989

It-test ta’ dawn il-linji ta’ gwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/33


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/49/KE

tas-26 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li tistipola l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE (2) ġiet adottata sabiex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office - CPVO) fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti linji ta’ gwida bħal dawn. Għal varjetajiet oħra, id-Direttiva tipprevedi li għandhom japplikaw il-linji ta’ gwida ta’ l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta’ Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants - UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV sadanittant ħarġu linji ulterjuri ta’ gwida għal numru ta’ speċi oħra, jew aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Id-Direttiva 2003/91/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta’ Novembru 2007, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħha minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).

(2)  ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/127/KE (ĠU L 343, 8.12.2006, p 82).


ANNESS

ANNESS I

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO

Isem Xjentifiku

Isem komuni

Il-protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp Cepa)

Onion u Echalion

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum)

Allium ascalonicum (shallot)

TP 46/1 ta’ l-14.6.2005

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/1 tal-15.11.2001

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/1 tas-27.3.2002

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/1 tal-15.11.2001

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabris

TP 151/2 tal-21.3.2007

Brassica oleracea L.

Brussels sprouts

TP 54/2 ta’1.12.2005

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/2 ta’ l-1.12.2005

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew Bżar

TP 76/2 tal-21.3.2007

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma

TP 118/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 ta’ l-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. Et Nakai

Dulliegħ

TP 142/1 tal-21.3.2007

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat

TP 61/1 tas-27.3.2002

Cucurbita pepo L.

Qara’ bagħli jew Zukkini

TP 119/1 tal-25.3.2004

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ

TP 184/1 tal-25.3.2004

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/2 ta’ l-1.12.2005

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/3 tal-21.3.2007

Lycopersicon esculentum Mill.

Tadam

TP 44/3 tal-21.3.2007

Petroselinum crispum(Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira u Fażola tixxeblek

TP 12/2 ta’ l-1.12.2005

Pisum sativum(partim)

Piżella mkemmxa, Piżella tonda u Piżella ħelwa (sugar pea)

TP 7/1 tas-6.11.2003

Raphanus sativus L.

Ravanell

TP 64/1 tas-27.3.2002

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/1 tas-27.3.2002

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Valerjanella

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Sweet corn u Pop corn

TP 2/2 tal-15.11.2001

It-test ta’ dawn il-protokolli jista’ jinstab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tal-UPOV

Isem Xjentifiku

Isem komuni

Il-linja ta’ gwida tal-UPOV

Allium fistulosum L.

Il-basal ta’ l-għenieqed Ġappuniż jew il-basla ta’ Wales

TG/161/3 ta’ l-1.4.1998

Allium schoenoprasum L.

Il-kurrat salvaġġ

TG/198/1 tad-9.4.2003

Apium graveolens L.

Karfus

TG/82/4 tas-17.4.2002

Apium graveolens L.

Krafes

TG/74/4 corr. tas-17.4.2002 + 5.4.2006

Beta vulgaris L.

Spinach beet jew Chard

TG/106/4 tal-31.3.2004

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

TG/60/6 tat-18.10.1996

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TG/90/6 tal-31.3.2004

Brassica rapa L.

Kaboċċa taċ-Ċina

TG/105/4 tad-9.4.2003

Brassica rapa L.

Turnip (xorta ta’ Brassica)

TG/37/10 ta’ l-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa

TG/155/4 ta’ l-14.3.2007

Raphanus sativus L.

Salsafja sewda

TG/63/6 ta’ l-24.3.1999

Rheum rhabarbarum L.

Ir-Rabarbru

TG/62/6 ta’ l-24.3.1999

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew salsafja sewda;

TG/116/3 tal-21.10.1988

Solanum melongena L.

Brunġiel

TG/117/4 tas-17.4.2002

It-test ta’ dawn il-linji ta’ gwida jista’ jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Marzu 2007

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 21/06 (ex N 635/05), li għandha tiġi implimentata mir-Repubblika Slovakka fir-rigward ta’ Slovenské lodenice Komárno

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1182)

(Il-verżjoni Slovakka biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/529/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li talbet li partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B’ittra datata d-9 ta’ Diċembru 2005, li ġiet irreġistrata fl-14 ta’ Diċembru 2005, ir-Repubblika Slovakka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħha li tagħti għajnuna għall-investiment reġjonali favur it-tarzna Slovenské lodenice Komárno. Il-Kummissjoni talbet l-informazzjoni bl-ittri tat-23 ta’ Diċembru 2005 u tas-27 ta’ Frar 2006, li r-Repubblika Slovakka wieġbet b’ittra datata s-26 ta’ Jannar 2006, irreġistrata fil-31 ta’ Jannar 2006, u b’ittra datata t-23 ta’ Marzu 2006, irreġistrata fl-4 ta’ April 2006.

(2)

B’ittra tas-7 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni infurmat lir-Repubblika Slovakka li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fil-każ ta’ l-għajnuna.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom fuq il-miżura.

(4)

B’ittra tas-6 ta’ Lulju 2006, li ġiet irreġistrata fit-12 ta’ Lulju 2006, ir-Repubblika Slovakka ssottomettiet il-kummenti tal-benefiċjarju – Slovenské lodenice Komárno. Minħabba li dawn il-kummenti ġew mgħoddija lill-Kummissjoni mir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Repubblika Slovakka kellha l-opportunità li tirreaġixxi għall-kummenti tal-benefiċjarju. Ir-Repubblika Slovakka ma ssottomettiet l-ebda kumment ieħor. B’ittra tat-30 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Slovakka sabiex tikkonferma l-għarfien tal-Kummissjoni tal-kummenti tal-benefiċjarju. Il-benefiċjarju pprovda iżjed spjegazzjonijiet f’laqgħa li saret fl-14 ta’ Diċembru 2006. Ir-Repubblika Slovakka wieġbet għat-talba tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2006, b’ittra datata l-10 ta’ Jannar 2007, li ġiet irreġistrata fl-istess ġurnata, li fiha kkonfermat ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-benefiċjarju fil-laqgħa fuq imsemmija.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TA’ L-GĦAJNUNA

2.1.   L-intrapriża relevanti

(5)

Il-benefiċjarju huwa l-kumpanija Slovakka li tibni l-bastimenti Slovenské lodenice Komárno, a.s. Bratislava (“SLK”), li twettaq in-negozju tagħha fix-xmara Danubju f’reġjun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali taħt l-Artikolu 87(3)a) tat-Trattat tal-KE. L-intrapriża ġiet imwaqqfa fl-2000. L-azzjonisti tagħha huma Euram Bank AG Vienna (70 %) u l-Istat (30 %). Euram Bank AG Vienna sar l-azzjonist maġġoritarju permezz ta’ żewġ investimenti kapitali fl-2003. SLK hija kumpanija kbira bi qligħ ta’ SKK 1,424 biljun (3) (2004) u b’910 impjegati (2005). Wara li ġiet parzjalment privatizzata fl-2003, l-intrapriża ttriplat il-produzzjoni tagħha (f’termini ta’ CGT annwali) u fl-2004 għamlet profitt ta’ SKK 26 miljun. Il-kumpanija m’hijiex f’diffikultajiet finanzjarji.

(6)

SLK tipproduċi bastimenti għall-ġarr ta’ kontejners żgħar u inġenji għall-ġarr tat-tagħbija b’kapaċità massima ta’ ġarr ta’ 6 000 dwt. Skond l-informazzjoni rrappurtata mir-Repubblika Slovakka, DAMEN fl-Olanda u Flensburg fil-Ġermanja huma l-mexxejja tas-suq, u jipproduċu bastimenti ta’ bejn 4 000 u 20 000 dwt. Bħalissa t-tarzna Pollakka Stocznia Polnocna tispeċjalizza wkoll f’bastimenti għall-ġarr ta’ kontejners ta’ daqs simili. SLK ma tiħux ir-responsabbiltà għat-tiswija jew għall-bidla ta’ l-inġenji tal-baħar. Il-produzzjoni totali ta’ SLK hija ddestinata lejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.2.   Il-Proġett għall-investiment

(7)

Bejn l-2006 u l-2008, SLK beħsiebha tieħu ħsieb, proġett għall-investiment bl-isem L-immodernizzar tal-bażi teknika Slovenské lodenice Komárno (Modernisation of the technical base of Slovenské lodenice Komárno). L-għan huwa li timmodernizza l-produzzjoni tagħha. Il-proġett għall-investiment huwa maqsum f’disa’ partijiet b’ismijiet minn DP 01 sa DP 09, li jiġu deskritti fil-qosor iktar ’il quddiem b’kunsiderazzjoni għall-kummenti ppreżentati mill-benefiċjarju sabiex tiġi ċċarata n-natura ta’ l-investiment wara l-bidu ta’ proċedura formali għall-investigazzjoni.

DP 01 – Estensjoni ta’ l-ispazju għall-produzzjoni: l-installazzjoni ta’ binarji ġodda fil-bini tat-tarzna, li se tiġi mgħammra sabiex jinħoloq ċentru ġdid għall-assemblaġġ; it-tarzna se tixtri krejn ta’ 50 t. S’issa din iż-żona tat-tarzna ma tintużax għall-produzzjoni iżda bħala żona għall-ħażna. L-ispejjeż relatati ma’ dan l-investiment jammontaw għal SKK 39 825 658.

DP 02 – Ix-xiri u l-installazzjoni ta’ chamber jet għal sistema awtomatika għall-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar (automated system for the pre-fabrication of steel). Dan l-investiment għandu jħaffef il-proċesss tat-tindif tal-pjanċi tal-metall. Meta jiġi mqabbel mat-tagħmir li qiegħed jintuża bħalissa, iċ-chamber jet il-ġdid joffri diversi vantaġġi: proċess ta’ produzzjoni iżjed mgħaġġel, tnaqqis sinjifikanti fil-konsum tas-sustanza barraxa u ta’ l-enerġija u titjib fl-ambjent. Il-kapaċità teoretika tas-sistema awtomatika għall-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar żdiedet minn 12 450 t għal 15 700 t. L-ispejjeż jammontaw għal SKK 17 500 000.

DP 03 – L-installazzjoni tad-distribuzzjoni ta’ l-enerġija fil-binarji 4 u 5: il-binarji 4 u 5 jintużaw għall-kostruzzjoni ta’ sezzjonijiet mill-qoxra tal-bastiment u fit-tgħaqqid tal-qorxa; it-tarzna ser tibni sitt punti ġodda għall-konnessjoni ta’ l-enerġija (għall-acetylene, l-ossiġenu u l-arja kkompressata) sabiex din il-faċilità tiġi aġġornata. Dawn l-ispejjeż għall-investiment jammontaw għal SKK 6 500 000.

DP 04 – L-installazzjoni tad-distribuzzjoni ta’ l-enerġija fuq il-moll, fejn isseħħ il-fażi finali tal-proċess ta’ produzzjoni: fuq il-moll ser jinbnew kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u tmien punti ta’ konnessjoni (għall-acetylene, l-ossiġenu, l-arja kkumpressata u l-elettriku). L-għan huwa li s-sistema attwali li fiha l-acetylene, l-ossiġenu u l-arja kkumpressata jitneħħew mill-fliexken tiġi sostitwita. Dan minħabba li s-sistema preżenti tieħu ħafna ħin u tiswa ħafna flus. L-ispejjeż jammontaw għal SKK 3 500 000.

DP 05 – Għodda għat-titqib (boring) orizzontali: ix-xiri ta’ għodda għat-titqib orizzontali ta’ W 100. SLK bħalissa tikri tip eqdem ta’ din l-għodda għat-titqib (W 75). Il-W 100 huwa tip iżjed avvanzat ta’ l-għodda għat-titqib u għandu l-karatteristiċi tekniċi sabiex firxa akbar ta’ partijiet jaħdmu b’mod iżjed effiċjenti (aktar rotazzjonijiet kull minuta). L-ispejjeż kapitali jammontaw għal SKK 6 000 000.

DP 06 – Workshop għall-qtugħ tal-materjal: ix-xiri ta’ magna li taqta’ li taħdem b’mod idrawliku. S’issa ntużat teknoloġija alternattiva, inqas effiċjenti. L-ispejjeż jammontaw għal SKK 2 000 000.

DP 07 – Titjib fil-kontroll tal-kwalità: il-miżuri ta’ kontroll fuq il-qoxra waqt il-produzzjoni, il-kontroll tal-kwalità tax-xogħol ta’ varji professjonijiet, ix-xiri ta’ magna tar-raġġi-X li tista’ tinġarr, ta’ magna waħda li tkejjel iż-żebgħa u l-materjal, magna waħda ta’ l-ultrasound li tkejjel il-wisa’ tal-pjanċi ta’ l-azzar u element wieħed għall-esplorazzjoni. L-ispejjeż jammontaw għal SKK 2 000 000.

DP 08 – L-immodernizzar ta’ l-apparat għall-ġarr: karru għall-pjattaforma, high lift, ċarġers għall-plump batteries. L-ispejjeż jammontaw għal SKK 2 000 000.

DP 09 – Workshop għall-welding ta’ l-aluminju u ta’ l-istainless steel: workshop elettriku għall-ħaddieda (electric locksmith workshop), workshop għall-issaldjar tat-tubi (tubes-welding workshop). Bħallissa ngħataw subkuntratti għal żewġ workshops. L-ispejjeż jammontaw għal SKK 1 000 000.

(8)

L-ispejjeż totali jammontaw għal SKK 80 325 658, liema somma hija ugwali għall-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali. L-ispejjeż jinkludu n-nefqa għax-xiri tal-makkinarju u tat-tagħmir. Il-valur attwali ta’ l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-investiment huwa SKK 76 100 000 (rata ta’ skont ta’ 7,55 %). L-ispejjeż, fis-snin differenti, kienu mqassma kif ġej:

Tabella 1

Il-valur attwali ta’ l-ispejjeż eliġibbli

Sena

Spejjeż eliġibbli

Valur attwali ta’ l-ispejjeż eliġibbli

2006

31 164 000

31 164 000

2007

37 295 658

34 677 506

2008

11 866 000

10 258 494

Total

80 325 658

76 100 000

(9)

Skond ir-Repubblika Slovakka, is-sottoproġetti DP 02–DP 09 huma proġetti indipendenti li SLK se twettaq anke jekk is-sottoproġett DP 01 ma jiġix imwettaq.

(10)

Il-proġett għall-investiment ser iwassal għal żieda fil-kapaċità teknika tat-tarzna minn 24 000 cGT (tunnellati gross ikkumpensati – compensated gross tons) għal 28 500 cGT mill-2009, li tikkorrispondi għal żieda fil-produzzjoni b’massimu ta’ żewġ bastimenti fis-sena. Effetti oħra tat-twettiq tal-proġett ikunu t-tqassir taċ-ċiklu ta’ produzzjoni, it-tfaddil fl-ispejjeż u t-titjib fil-kwalità. Il-produttività tat-tarzna ser tiżdied minn 67 siegħa ta’ ħidma/cGT attwali għal 58 siegħa ta’ ħidma/cGT mill-2009, meta jitqies ix-xogħol li ngħata b’subkuntratt.

(11)

Bħala riżultat ta’ l-investiment ser jinħolqu 140 impjieg fit-tarzna (inkluż 112-il impjieg fil-produzzjoni diretta, 20 impjieg anċillari u 8 impjiegi tekniċi u amministrattivi) u 50 impjieg indirett f’reġjun b’rata ta’ nies qiegħda ta’ 14 %. Wara t-twettiq tas-sottoproġett DP 09, ser jinħolqu ħafna impjiegi fil-produzzjoni diretta permezz ta’ l-insourcing. In-numru totali ta’ sigħat ta’ ħidma disponibbli kull sena wara l-implimentazzjoni ta’ l-investiment ser jogħla minn 1 590 300 għal 653 200.

(12)

Il-benefiċjarju ddikjara li kien ser juża’ r-riżultati ta’ l-investiment għal perjodu ta’ almenu l-ħames snin li kien imiss. Slovenské lodenice Komárno applika għall-għajnuna bl-ittra ta’ l-10 ta’ Ottubru 2005. L-implimentazzjoni ta’ l-investiment beda fl-2006.

2.3.   Il-miżura li fuqha hemm it-tilwim

(13)

Il-miżura li ġiet innotifikata tikkonsisti f’maħfra mill-kumpanija ta’ l-assigurazzjoni soċjali Sociálna poisťovňa, tal-ħlasijiet tal-penali relatati mal-ħlas tardiv tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mill-SLK fil-perjodu bejn il-31 ta’ Ottubru 2003 u l-31 ta’ Marzu 2004. Id-dejn li ser jinħafer jammonta għal SKK 17 117 957. Sociálna poisťovňa se taħfer id-dejn meta tirċievi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Il-valur attwali ta’ l-għajnuna b’hekk jammonta għal SKK 17 117 957, li huwa daqs intensità ta’ għajnuna ta’ 22,49 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.

(14)

Is-sorsi ta’ finanzjament li jibqa’ huma r-riżorsi ta’ Slovenské lodenice Komárno stess (SKK 19 025 000) u self minn bank privat (SKK 39 957 043).

3.   DEĊIŻJONI LI TINBEDA L-PROĊEDURA SKOND L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT TAL-KE

(15)

Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin: l-ewwel, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk is-sottoproġetti DP 01, DP 05 u DP 09 humiex investimenti fl-immodernizzar tas-sitwazzjoni attwali tat-tarzna, jew jekk humiex maħsuba sabiex iżidu l-produttività ta’ l-installazzjonijiet eżistenti, u għalhekk, dwar jekk jistgħux jitqiesu bħala eliġibbli għall-għajnuna reġjonali.

(16)

Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, kellha dubji dwar jekk is-sottoproġett DP 01 li, għall-għanijiet kollha għandu l-iskop li joħloq kapaċità ta’ produzzjoni ġdida, jistax ikollu wkoll l-għan li jżid il-produttività ta’ l-installazzjonijiet li diġà jeżistu fit-tarzna.

(17)

Il-Kummissjoni kienet imħassba wkoll li s-sottoproġett DP 05 jikkonsisti biss fis-sostituzzjoni ta’ apparat mikri ma’ apparat tal-benefiċjarju stess, minħabba li l-benefiċċju ta’ dan l-investiment ma kienx evidenti fil-forma ta’ żieda fl-effiċjenza. Il-Kummissjoni kellha wkoll ċerti dubji dwar is-sottoproġett DP 09.

(18)

It-tieni, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk is-sottoproġetti DP 01, DP 02 u DP 03 humiex eliġibbli għall-għajnuna reġjonali minħabba li jidhru li jwasslu għal żieda fil-kapaċità teknika tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impatt ta’ l-għajnuna għall-investiment fuq il-kapaċità tat-tarzna jeħtieġ li jiġi analizzat aktar bir-reqqa.

(19)

It-tielet, lilhinn mid-dubji dwar l-eliġibilità tal-partijiet individwali tal-proġett ta’ investiment ta’ l-għajnuna reġjonali, il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk l-intensità ta’ l-għajnuna massima permessa kinitx ġiet rispettata.

(20)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni proviżorja li, b’referenza għall-informazzjoni li kellha għad-dispożizzjoni tagħha f’dan il-ħin, il-bqija tas-sottoproġetti jikkonformaw mal-kriterji ta’ l-eliġibilità stabbiliti fil-Qafas dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-bastimenti (Framework on State aid to shipbuilding) – (“il-Qafas”) (4).

4.   IL-KUMMENTI TAL-BENEFIĊJARJU

(21)

Wara li bdiet il-proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-benefiċjarju pprovda iżjed spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet tal-proġett ta’ investiment.

(22)

Iddikjara li l-inċentiv ewlieni għall-proġett ta’ l-investiment kien l-istruttura eżistenti mhux xierqa tat-tarzna, li kienet tirriżulta f’sitwazzjoni fejn il-produzzjoni kienet tiddependi fuq il-kundizzjonijiet naturali, jiġifieri l-livell tal-fond tad-Danubju. Il-partijiet tal-buq tal-bastiment (“sezzjonijiet”) bħalissa jiġu mmuntati kemm ġewwa, fi swali ta’ produzzjoni, kif ukoll barra, fil-viċinanza tal-binarji 4 u 5. Il-problemi assoċjati ma’ l-arranġamenti attwali huma li d-daqs ta’ dawn is-sezzjonijiet huwa ristrett, min-naħa waħda, għall-għoli tas-swali ta’ produzzjoni u min-naħa l-oħra mill-kapaċità tal-krejn fuq il-binarji 4 u 5 (27 t). Din is-sitwazzjoni għandha żewġ konsegwenzi prinċipali. L-ewwel, parti mill-assemblaġġ ta’ sezzjonijiet akbar trid issir fl-ilma. It-tieni, is-sezzjonijiet spiss huma iżgħar mid-daqs kritiku li jkun jippermetti l-installazzjoni tat-tagħmir, speċjalment is-sistema tal-pajpijiet. B’riżultat ta’ dan, dan l-apparat jiġi installat fl-ilma ġaladarba tkun ġiet immuntata l-qoxra kollha, u dan mhuwiex proċess effiċjenti.

(23)

Il-bżonn li s-sezzjonijiet jiġu mmuntati u li t-tagħmir jiġi installat almenu parzjalment fl-ilma jfisser li l-attività ta’ produzzjoni tat-tarzna tiddependi fuq livell xieraq ta’ l-ilma u fuq kundizzjonijiet oħra tad-Danubju. Jekk il-livell ta’ l-ilma huwa baxx, il-produzzjoni tieqaf minħabba li m’huwiex teknikament possibbli li x-xogħol ta’ l-assemblaġġ jitkompla fis-swali (minħabba l-għoli limitat u ż-żona żgħira li hija disponibbli) jew fil-miftuħ (il-kapaċità tal-krejn mhijiex adegwata).

(24)

Is-sottoproġetti DP 01 u DP 03 jindirizzaw din il-problema. L-investiment jirriżulta f’kapaċità ġdida għall-assemblaġġ u jippermetti lit-tarzna sabiex tipproduċi sezzjonijiet akbar. Il-kapaċità ta’ l-assemblaġġ li jsir fil-miftuħ tiżdied b’riżultat taż-żieda ta’ installazzjoni ġdida fuq il-binarju 8, li ser tkun mgħammra bi krejn ta’ 50 t; dan jikkorrispondi għall-kapaċità tal-krejn li hija meħtieġa fil-fażi finali tal-proċess ta’ produzzjoni fuq il-moll (50 t ukoll). B’hekk dan ser jimmodernizza l-proċess. Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ l-assemblaġġ fuq il-binarji 4 u 5 tiġi mmodernizzata wkoll.

(25)

Għalhekk, parti mill-proċess ta’ produzzjoni tas-sezzjonijiet ser tinħareġ barra. Fil-passat, meta l-livell ta’ l-ilma tad-Danubju kien baxx wisq sabiex ix-xogħol isir fl-ilma, il-kapaċità tas-swali ta’ produzzjoni kienet iffullata u dan wassal għall-waqfien tal-produzzjoni fl-intrapriża. L-ispazju li jsir disponibbli se jintuża sabiex il-proċess ta’ produzzjoni fis-swali ta’ produzzjoni jiġi mmodernizzat u se jippermetti lit-tarzna sabiex tagħmel xogħol ieħor minbarra l-assemblaġġ u l-installazzjoni, bħat-tibjid jew il-manifattura ta’ diversi partijiet iżgħar għall-inġenji tal-baħar.

(26)

It-twettiq tas-sottoproġett DP 03 ser inaqqas in-netwerk ta’ distribuzzjoni, u b’hekk se jnaqqas it-telf ta’ l-enerġija.

(27)

Fir-rigward tas-sottoproġett DP 02, il-benefiċjarju enfasizza l-fatt li s-sostituzzjoni taċ-chamber jet eżistenti b’tip ġdid ser iżżid l-effiċjenza.

(28)

Fil-każ tas-sottoproġett DP 05, il-benefiċjarju qabbel il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-għodda tat-titqib il-qadima ma’ dawk tal-ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu (7).

(29)

Fl-aħħarnett, fil-każ tas-sottoproġett DP 09, il-benefiċjarju spjega li s-sistema tas-subkuntratti għall-welding ta’ l-aluminju u ta’ l-istainless steel issir problematika meta jsiru l-bidliet, waqt il-proċess ta’ produzzjoni, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-parts immanifatturati. Xi bidliet huma komuni u f’din is-sitwazzjoni l-benefiċjarju jiġi limitat mill-pjanijiet ta’ produzzjoni tas-subkuntratturi. Kieku l-benefiċjarju jkollu t-tagħmir tiegħu stess ikollu l-flessibilità li jkollu bżonn sabiex iwieġeb immedjatament għal dawn il-bidliet li jkunu jirriżultaw f’titjib sinjifikanti fil-proċess ta’ produzzjoni (tnaqqis ta’ 20 % fl-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ partijiet li mhumiex ta’ l-azzar). L-importanza ta’ din il-kwistjoni tqum dejjem iżjed meta jitqies l-użu dejjem akbar tal-materjali ta’ l-aluminju u ta’ l-istainless steel meta mqabbel ma’ l-azzar.

(30)

Bi tweġiba għat-tħassib li s-sottoproġetti DP 01 u DP 03, kif ukoll is-sottoproġett DP 02 għandhom l-għan li jespandu l-kapaċità teknika tat-tarzna, il-benefiċjarju argumenta li kapaċità teknika ogħla hija biss effett kollaterali taż-żieda fil-produttività li tinkiseb minn dan l-investiment. Il-benefiċjarju ddikjara li l-kapaċità totali tiżdied minn 24 000 cGT għal 28 500 cGT fl-2009, li tikkorrispondi għal żieda ta’ żewġ bastimenti fis-sena, skond id-daqs u t-tip tal-bastiment. Il-kapaċità teoretika ta’ l-ipproċessar ta’ l-azzar ser tiżdied minn 12 450 t għal 15 700 t. Il-kapaċità proprja ta’ l-ipproċessar ta’ l-azzar ser tibqa’ 12 450 t minħabba l-ostakli li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ produzzjoni preċedenti li jistgħu jitneħħew biss permezz ta’ investiment sinjifikanti, li t-tarzna mhux qiegħda tippjana fil-perjodu medju.

(31)

Bi tweġiba għat-tħassib li s-sottoproġetti DP 01, DP 05 u DP 09 ma kinux maħsuba sabiex iżidu l-produttività ta’ l-installazzjonijiet eżistenti, il-benefiċjarju pprovda dejta lill-Kummissjoni li kienet tagħti provi taż-żieda reali fil-produttività. Il-benefiċjarju kkwantifika ż-żieda ġenerali fil-produttività permezz tal-fatturi li ġejjin: tnaqqis fiċ-ċiklu ta’ produzzjoni bi 20/12/8 ġurnata, skond it-tip ta’ l-inġenju tal-baħar, tnaqqis fil-volum tax-xogħol b’madwar 12 000 siegħa ta’ ħidma għal kull inġenju tal-baħar, żieda ta’ 14 % fil-produzzjoni tat-tagħmir għall-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar, indikat bħala l-kwantità ta’ l-azzar ipproċessat (t) għal kull ħaddiem, minn 13,65 għal 15,60, u żieda fil-produttività tat-tagħmir għall-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar indikati bħala numru ta’ sigħat ta’ xogħol għal kull tunnellata ta’ azzar ipproċessat, bi 31 % minn 127 għal 97.

5.   KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

(32)

Ir-Repubblika Slovakka bagħtet il-kummenti tal-benefiċjarju iżda ma annettiet l-ebda kummenti min-naħa tagħha, u b’hekk, qablet mal-kummenti tal-benefiċjarju.

6.   VALUTAZZJONI

6.1.   Għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(33)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi mill-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi jiġu favoriti ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerta merkanzija, sal-punt li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ma tkunx kompatibbli mas-suq komuni. Skond il-każistika stabbilita tal-Qrati Ewropej, il-kriterju tal-kummerċ li jiġi affettwat jintlaħaq jekk l-intrapriża riċevitriċi twettaq attività ekonomika li tinvolvi l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(34)

F’dan il-każ il-maħfra tad-dejn issir minn Sociálna poisťovňa, li hija awtorità ċentrali li tamministra s-sistema tas-sigurtà soċjali. Il-miżura finanzjarja b’hekk tirriżulta mir-riżorsi ta’ l-Istat u għalhekk tista’ tiġi attribwita lill-Istat. Sociálna poisťovňa għandha d-deskrezzjoni li taħfer il-ħlas tal-penali jew totalment jew in parti f’ “każijiet ġustifikati”. B’hekk jintlaħaq il-kriterju ta’ għażla. Il-miżura tagħti vantaġġ lill-SLK li t-tarzna ma kinitx tikseb fuq is-suq kieku kellha tħallas il-penali. SLK timmanifattura l-inġenji tal-baħar. Minħabba li dawn il-proġetti jiġu nnegozjati, il-miżura thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Avolja topera f’suq żgħir ta’ bastimenti żgħar sa 6 000 dwt, SLK almenu tista’ potenzjalment tikkompeti ma’ tarzni Pollakki iżgħar, mat-tarzna Olandiża DAMEN u mat-tarzna Ġermaniża Flensburg. Bħala konsegwenza, il-miżura finanzjarja tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u trid tiġi evalwata kif xieraq.

(35)

L-għajnuna mill-Istat tammonta għal SKK 17 117 957.

(36)

Kif ġie nnutat fid-deċiżjoni li tinbeda proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tevalwax in-nuqqas ta’ infurzar tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lil Sociálna poisťovňa dovuti bejn il-31 ta’ Ottubru 2003 u l-31 ta’ Marzu 2004 sabiex jiġi stabbilit jekk dan kienx jikkostitwixxi Għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Dan l-avveniment seħħ qabel l-adeżjoni ta’ l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea u ma japplikax wara. Il-Kummissjoni għalhekk m’hijiex kompetenti sabiex tevalwa l-kompatibilità ta’ din il-miżura mas-suq komuni. Ġie nnutat li SLK ħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li kienu dovuti bejn il-31 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Marzu 2004, li hija kundizzjoni neċessarja għall-maħfra tal-ħlas tal-penali.

6.2.   Kompatibilità ta’ l-għajnuna: Deroga taħt l-Artikolu 87(3) tat-Trattat tal-KE

(37)

Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat tal-KE jipprovdi għall-eżenzjonijiet għall-inkompatibilità ġenerali ta’ l-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, kif dikjarat f’paragrafu (1) ta’ l-istess Artikolu.

(38)

Il-Kummissjoni ħarġet il-Qafas relevanti għall-valutazzjoni ta’ l-għajnuna għall-bini tal-bastimenti. Skond dan il-Qafas, il-bini tal-bastimenti jfisser il-bini, fil-Komunità, ta’ inġenji tal-baħar kummerċjali li jbaħħru u li jaħdmu waħidhom. L-attivitajiet ta’ SLK jaqgħu taħt din id-definizzjoni u l-għajnuna li tingħata lil SLK għalhekk trid tiġi evalwata fid-dawl tal-Qafas għall-Bini tal-Bastimenti.

(39)

Punt 26 tal-Qafas tal-bini tal-Bastimenti jistabbilixxi li l-għajnuna reġjonali għall-bini tal-bastimenti, għat-tiswija tal-bastimenti jew għall-konverżjoni tal-bastimenti tista’ tiġi meqjusa bħala kompatibbli mas-suq komuni biss jekk l-għajnuna tingħata għall-investiment fuq titjib fil-livell u fuq l-immodernizzar tat-tarzni li diġà jeżistu, li mhijiex relatata ma’ ristrutturar finanzjarju tat-tarzna konċernata jew tarzni kkonċernati, bl-għan li tiġi mtejba l-produttività ta’ l-installazzjonjiet li hemm diġà.

(40)

L-intensità ta’ l-għajnuna ma tistax taqbeż il-22,5 % fl-oqsma li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE jew il-massimu ta’ l-għajnuna reġjonali applikabbli, skond liema jkun l-inqas. F’dan il-każ, jiġi applikat massimu ta’ 22,5 %. L-għajnuna trid tkun limitata sabiex tappoġġa l-ispiża eliġibbli kif definita fil-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali (“Linji gwida reġjonali”) (5) li huma applikabbli.

L-Immodernizzar – proġetti DP 01, DP 05 u DP 09

(41)

Id-dubji espressi mill-Kummissjoni dwar jekk dawn is-sottoproġetti humiex investiment fl-immodernizzar tat-tarzna eżistenti bl-għan li titjieb il-produttività ta’ l-installazzjonijiet eżistenti ġew miċħuda.

(42)

Il-Kummissjoni tikkunsidra s-sottoproġett DP 01 bħala proġett għall-immodernizzar minħabba li jissimplifika l-proċess ta’ produzzjoni u jindirizza l-problemi fundamentali relatati mas-sitwazzjoni attwali tat-tarzni. L-ewwel, jippermetti lit-tarzni sabiex jimmanifatturaw sezzjonijiet akbar f’xatt ix-xmara, u għalhekk, il-produzzjoni fit-tarzni mhux ser tiddependi fuq il-kundizzjonijiet naturali tax-xmara Danubju. It-tieni, l-effiċjenza tal-proċess ta’ l-assemblaġġ ser titjieb minħabba li t-tarzni jkunu jistgħu jimmanifatturaw sezzjonijiet akbar. It-tielet, il-ħidma sabiex jiġi installat it-tagħmir fis-sezzjonijiet individwali tista’ ssir qabel fil-proċess ta’ produzzjoni, u dan ser iżid l-effiċjenza meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali fejn l-installazzjoni tat-tagħmir, speċjalment is-sistema tal-pajpijiet, ma ssirx sakemm il-qoxra tal-bastiment titlesta. Fl-aħħarnett, l-installazzjoni l-ġdida ser tiffaċilita l-użu aħjar tas-swali ta’ produzzjoni, li l-kapaċità tagħhom bħalissa hija mgħobbija żżejjed, minħabba li fihom jinbnew it-taqsimiet, u fil-futur ser jintużaw għall-attivitajiet oħra relatati mat-twettiq tax-xogħol f’fażijiet iżjed tard tal-proċess ta’ produzzjoni.

(43)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li, avolja s-sottoproġett DP 01 huwa relatat ma’ installazzjoni ġdida ġenwinament jinvolvi l-immodernizzar tat-tarzni b’mod ġenerali (b’mod partikolari l-proċess ta’ produzzjoni għall-assemblaġġ tas-sezzjonijiet) u jirriżulta f’żieda fil-produttività ta’ l-installazzjonijiet eżistenti, speċjalment fis-swali tal-produzzjoni.

(44)

Fil-każ tas-sottoproġett DP 05 tista’ tintuża għodda għat-titqib iżjed moderna u li tgħaġġel aktar (DP 05), f’xogħol fuq firxa usa’ ta’ partijiet, grazzi għall-karatteristiċi tekniċi tagħha, u għalhekk, tiżdied il-flessibilità fl-iskop tal-ħidma ta’ l-operat, tal-produzzjoni u ta’ l-assemblaġġ tas-sistema. Dan l-investiment jirrappreżenta mmodernizzar ġenwin u mhux biss jissostitwixxi l-makkinarju li jiġi użat fit-tarzni s’issa. Dan is-sottoproġett iżid il-produttività ta’ l-installazzjonijiet eżistenti u avolja l-istrumenti mikrija ma jistgħux jitqiesu bħala installazzjonijiet eżistenti, is-sottoproġett iżid il-produttività fl-iskop tal-ħidma ta’ l-operat tal-produzzjoni u ta’ l-assemblaġġ tas-sistema.

(45)

Fil-każ tas-sottoproġett DP 09, dan ifisser żieda fil-produttività fil-workshop tal-welding ta’ l-aluminju u ta’ l-istainless steel (DP 09) permezz ta’ tfaddil evidenti fl-ispejjeż u billi t-tarzna tkun tista’ twieġeb ad hoc għall-bidliet frekwenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti, u b’hekk titneħħa l-ħtieġa li l-proċess ta’ produzzjoni jiġi sospiż. Dan l-investiment, li jirriżulta f’insourcing, jirrappreżenta mmodernizzar ġenwin tal-proċess ta’ produzzjoni. Il-proġett ifisser żieda fil-produttività ta’ l-installazzjonijiet eżistenti u, avolja l-installazzjoni ma tistax titqies bħala installazzjoni eżistenti, il-proġett ser itejjeb il-proċess ta’ produzzjoni fl-intier tiegħu.

(46)

Il-Kummissjoni għal dawn ir-raġunijiet tikkonkludi li s-sottoproġetti DP 05 u DP 09 jirriżultaw fl-immodernizzar tat-tarzni eżistenti u meta mqabbla ma’ l-installazzjonijiet eżistenti, ser iżidu l-produttività.

Kwistjoni ta’ kapaċità – il-proġetti DP 01, DP 02 u DP 03

(47)

Fid-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kienet imħassba li s-sottoproġetti DP 01, DP 02 u DP 03 setgħu jwasslu għal żieda fil-kapaċità tat-tarzna u esprimew tħassib dwar jekk żieda bħal din fil-kapaċità kinitx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ Qafas.

(48)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn it-tliet sottoproġetti kollha jwettqu r-rekwiżit li l-investiment irid isir fl-immodernizzar tat-tarzni eżistenti bl-għan li tiżdied il-produttività fl-installazzjonijiet eżistenti. Fil-każ tas-sottoproġett DP 01, it-twettiq ta’ dan ir-rekwiżit ġie indikat fil-paragrafu (42). Fil-każ tas-sottoproġett DP 02, il-Kummissjoni tinnota li ċ-chamber jet il-ġdid jirrappreżenta titjib kwalitattiv minħabba li jgħaġġel iżjed u juża inqas materjal u enerġija u jirriżulta wkoll f’titjib fl-ambjent. Is-sottoproġett DP 03 għandu żewġ benefiċċji. L-ewwel, inaqqas in-netwerk ta’ distribuzzjoni u dan jiffranka l-ispejjeż ta’ l-enerġija. It-tieni, it-titjib fit-tagħmir għall-assemblaġġ tas-sezzjonijiet fuq il-binarji 4 u 5 jżid ukoll il-produttività, bħal fil-każ tas-sottoproġett DP 01 (il-kapaċità li jinbnew sezzjonijiet akbar, il-ħolqien ta’ aktar spazju fis-swali ta’ produzzjoni, il-produzzjoni tista’ tipproċedi irrispettivament mill-kundizzjoni tat-temp).

(49)

Fil-każ tal-kwistjoni ta’ kapaċità, il-Kummissjoni l-ewwel ser tevalwa l-impatt li dawn is-sottoproġetti għandhom fuq il-kapaċità teknika tat-tarzni (ara paragrafi (50) u (51)). Il-Kummissjoni mbagħad tiddeċiedi jekk iż-żieda fil-kapaċità, fil-każ ta’ kwalunkwe żieda, tistax titqies bħala ġġustifikata (ara paragrafi (52) u (53)).

(50)

B’referenza għall-informazzjoni rrappurtata mill-benefiċjarju, il-Kummissjoni tinnota li, avolja s-sottoproġett DP 02 ġenwinament jirriżulta f’żieda fil-kapaċità ta’ l-installazzjoni eżistenti tas-sistema awtomatika għall-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar, din iż-żieda fil-kapaċità hija purament teoretika. Il-kapaċità l-ġdida ta’ 15 700 t ta’ l-azzar ipproċessat hija l-figura l-ġdida li tindika l-kapaċità massima ta’ din l-installazzjoni. L-eżistenza ta’ l-ostakli li jinqalgħu fl-operazzjonijiet ta’ produzzjoni aktar bikrija tfisser li l-kwalità proprja ta’ l-azzar ipproċessat ma tinbidilx u tibqa’ 12 450 t. Il-benefiċjarju kkonferma li investimenti sinjifikanti jkunu neċessarji sabiex jitneħħew l-ostakli fil-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar iżda li bħalissa ma kien hemm l-ebda pjanijiet għall-investimenti bħal dawn. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li s-sottoproġett DP 02 ma jirriżultax f’żieda fil-kapaċità tat-tarzni b’mod ġenerali u l-possibbiltà ta’ żieda għall-kapaċità massima ta’ 15 700 t hija purament waħda teoretika.

(51)

Fil-każ tas-sottoproġett DP 01 u DP 03, ġie kkonfermat li, flimkien, dawn is-sottoproġetti jżidu l-kapaċità tat-tarzni minn 24 000 cGT għal 28 500 cGT. Dan jikkorrispondi għal żieda ta’ massimu ta’ żewġ bastimenti fis-sena, skond id-daqs u t-tip ta’ l-inġenju tal-baħar prodott. Il-Kummissjoni tinnota li minħabba li l-kapaċità ta’ l-ipproċessar ta’ l-azzar ma tiżdiedx (ara paragrafu (50), iż-żieda fil-kapaċità teknika tat-tarzni għandha tkun konsegwenza taż-żieda fil-produttività tal-ħidma operattiva wara l-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar. Is-sottoproġetti DP 01 u DP 03 ġenwinament jirriżultaw f’żieda fil-produttività fil-każ tal-proċess ta’ l-assemblaġġ ta’ sezzjoni, b’iffrankar sinjifikanti ta’ żmien għall-assemblaġġ (iċ-ċiklu ta’ produzzjoni ser jonqos b’medja ta’ 30 % minħabba li l-assemblaġġ ta’ inġenju tal-baħar wieħed idum bejn wieħed u ieħor medja ta’ 36 ġurnata u se jiġu ffrankati bħala medja 13-il ġurnata għal kull inġenju tal-baħar, ara paragrafu (31)). Tista’ tirriżulta żieda fil-kapaċità minħabba l-fatt li ser jiġu mmuntati sezzjonijiet akbar u dan jiffranka l-ħin li jkun neċessarju sabiex tiġi mmuntata l-qoxra tal-bastiment. Dan ser jirriżulta f’cGT ogħla għal kull sena kalendarja.

(52)

Il-Kummissjoni issa trid tiddeċiedi jekk din iż-żieda fil-kapaċità hijiex f’proporzjon ma’ żieda fil-produttività. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-proġett ta’ l-investiment jirrappreżenta benefiċċju sinjifikanti fil-każ tal-produttività. Iċ-ċiklu ta’ produzzjoni ser jonqos b’medja ta’ 30 %. L-indikaturi kollha ta’ produttività se jirreġistraw titjib: żieda ta’ 15 % (minn 67 għal 58) fil-produttività ġenerali tat-tarzni, indikati f’sigħat ta’ xogħol /cGT, żieda ta’ 14 % (minn 13.65 għal 15.60) fil-produttività ta’ l-apparat għall-prefabbrikazzjoni ta’ l-azzar, indikata bħala l-kwalità ta’ l-azzar ipproċessat (t) għal kull ħaddiem, jew ta’ 13 % (minn 127 għal 97) jekk indikati bħala n-numru ta’ sigħat ta’ ħidma għal kull tunnellata ta’ azzar ipproċessat. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li anke jekk jinħolqu 140 impjieg dirett ġdid fit-tarzna li jfisser tkabbir ta’ 15 %, in-numru totali ta’ sigħat ta’ ħidma disponibbli kull sena jiżdied bi 3,9 % biss (minn 1 590 300 għal 1 653 200). Dan ifisser li l-ħolqien ta’ impjiegi diretti ġodda jirriżulta l-aktar minħabba l-bidla għall-insourcing fil-qasam ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-iwweldjar (DP 09). Iż-żieda fil-kapaċità m’hijiex ir-riżultat tal-ħolqien ta’ xogħol addizzjonali, iżda ta’ l-immodernizzar ta’ l-installazzjonijiet u taż-żieda fl-effiċjenza fil-proċess ta’ produzzjoni kollu.

(53)

Billi l-investimenti jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ l-immodernizzar tat-tarzni eżistenti, l-għan u l-effett, li huma li tiżdied il-produttività ta’ l-installazzjonijiet eżistenti, billi ż-żieda fil-kapaċità hija biss konsegwenza ta’ l-immodernizzar tat-tarzni u hija relatata mal-bidla fil-proċess ta’ produzzjoni; u billi din iż-żieda fil-produttività hija sinjifikanti, iż-żieda fil-kapaċità hija proporzjonata maż-żieda fil-produttività.

(54)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li s-sottoproġetti DP 01, DP 02 u DP 03 huma eliġibbli għall-għajnuna reġjonali.

Il-bqija tas-sottoproġetti

(55)

Il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni proviżorja tagħha dwar id-deċiżjoni li tinbeda proċedura formali ta’ investigazzjoni li l-bqija tas-sottoproġetti (DP 04, DP 06, DP 07 u DP 08) huma eliġibbli għall-għajnuna reġjonali.

Il-kriterji tal-bqija ta’ l-eliġibilità

(55)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-sottoproġetti nnotifikati kollha jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità stabbiliti fil-Linji Gwida Reġjonali (investimenti f’assi fissi) fl-installazzjonijiet/makkinarju li ser jinxtara bil-kundizzjonijiet tas-suq u li ma jikkostitwixxix biss is-sostituzzjoni ta’ l-assi li jkunu naqsu fil-valur. L-investiment m’għandux x’jaqsam mar-ristrutturar finanzjarju.

L-intensità ta’ l-Għajnuna

(57)

Minħabba li d-dubji tal-Komunità dwar l-eliġibilità ta’ parti mill-proġett ta’ investiment għall-għajnuna reġjonali ġew miċħuda, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-intensità massima ta’ l-għajnuna ta’ 22,5 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli, kif stabbilit fil-Qafas, ġiet osservata.

Il-bqija tal-kundizzjonijiet dwar il-kompatibilità ta’ l-għajnuna reġjonali mas-suq komuni

(58)

Minħabba li, f’dan il-każ, l-għajnuna mill-istat tingħata ad hoc għal proġett indipendenti, il-Kummissjoni evalwat ukoll l-influwenza ta’ dan il-proġett fuq l-iżvilupp reġjonali skond il-Linji Ġwida Reġjonali. Il-Kummissjoni tikkonkludi li permezz ta’ mmodernizzar sinjifikanti tat-tarzni, il-proġett jikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reġjun, jiġifieri jżid il-kompetittività fuq is-suq u jgħin sabiex jinżammu l-impjiegi f’reġjun b’rata ta’ nies qiegħda ta’ 14 %. L-investiment jibqa’ fis-seħħ għal mill-inqas 5 snin.

(59)

Slovenské lodenice Komárno, a.s. applikat għall-Għajnuna mill-Istat qabel beda x-xogħol fuq il-proġett u tikkontribwixxi iżjed minn 25 % għall-finanzjament tal-proġett, b’mod konformi mal-Linji Gwida Reġjonali.

7.   KONKLUŻJONI

(60)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna reġjonali maħsuba għal Slovenské lodenice Komárno, li tammonta għal 22,5 % ta’ SKK 76 100 000, jiġifieri SKK 17 117 957, hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-għajnuna reġjonali stabbilita fil-Qafas. L-għajnuna ppjanata għalhekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li fiha tista’ titqies bħala għajnuna li hija kompatibbli mas-suq komuni,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Slovakka biħsiebha tagħti lil Slovenské lodenice Komárno fil-forma ta’ maħfra ta’ dejn li jammonta għal SKK 17 117 957 hija kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat tal-KE.

Bil-preżenti, qiegħed jiġi permess l-għoti ta’ għajnuna fl-ammont ta’ SKK 17 117 957.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 194, 18.8.2006, p. 30.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(3)  Ir-rata ċentrali ppubblikata mill-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja (Novembru 2005): EUR 1 = SKK 38,4550.

(4)  ĠU C 317, 30.12.2003, p. 11. Il-validità tal-Qafas ġiet estiża permezz ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolungazzjoni tal-Qafas dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-vapuri (ĠU C 260, 28.10.2006, p. 7).

(5)  ĠU C 54, 04.03.2006, p. 13.


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Lulju 2007

dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Livell Għoli Ewropew dwar is-Sigurezza Nukleari u l-Ġestjoni ta’ l-Iskart Nukleari

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/530/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 135 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (“Euratom”) u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jsostnu u jkomplu jtejbu s-sigurezza ta’ installazzjonijiet nukleari u l-ġestjoni sigura ta’ fjuwil użat u skart radjuwattiv, kif rifless partikolarment fil-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti li ġiet adottata skond l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat tal-Euratom, kif ukoll fir-riżoluzzjonijiet u konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill Ewropew, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(2)

Il-Kunsill Ewropew tat-8/9 ta’ Marzu approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta’ Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-UE dwar is-Sigurezza Nukleari u l-Ġestjoni ta’ l-Iskart Nukleari, bil-mandat li jkompli jiżviluppa l-għarfien komuni u, eventwalment, jiżdiedu aktar regoli Ewropej f’dawn l-oqsma.

(3)

Ix-xogħol tal-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jqis il-konklużjonijiet tal-laqgħa numru 2798 tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea (Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji) tat-8 ta’ Mejju 2007 li tistipula lista ta’ azzjonijiet possibbli, imsejsa fuq ir-rapporti tal-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sigurezza Nukleari, u jkompli jibni fuq il-kooperazzjoni li teżisti fil-kuntesti internazzjonali attwali (bħall-Konvenzjoni dwar is-Sigurezza Nukleari, il-Konvenzjoni Konġunta, l-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku/l-Aġenzija ta’ l-Enerġija Nukleari, l-Assoċjazzjoni ta’ Regolaturi Nukleari ta’ l-Ewropa tal-Punent).

(4)

Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jkun kompost mill-kapijiet ta’ l-awtoritajiet nazzjonali (dawk regolatorji jew tas-sigurezza) kompetenti fl-oqsma tas-sigurezza ta’ l-installazzjonijiet nukleari u l-ġestjoni sigura ta’ fjuwil użat u skart radjuwattiv. Il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant tagħha.

(5)

Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jinforma lill-Forum Ewropew ta’ l-Enerġija Nukleari regolarment, biex hekk tinħoloq pjattaforma ta’ diskussjoni komprensiva li tkun tinvolvi l-partijiet kollha interessati fil-qasam nukleari. Għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet eżistenti rilevanti fl-Istati Membri kkonċernati kollha.

(6)

Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jressaq rapporti ta’ attività lill-Kummissjoni regolarment, li fejn xieraq jinkludu rakkomandazzjonijiet, biex wara jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7)

Għalhekk, jeħtieġ li jitwaqqaf il-Grupp ta’ Livell Għoli u jitħejjew id-dettalji dwar it-termini ta’ referenza u l-istruttura tiegħu;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Grupp ta’’ Livell Għoli dwar is-Sigurezza Nukleari u Ġestjoni ta’ l-Iskart Nukleari (minn hawn ’il quddiem, “il-Grupp ta’ Livell Għoli”) huwa b’dan imwaqqaf.

Artikolu 2

Kompiti

Il-Grupp ta’ Livell Għoli, jew b’inizjattiva tiegħu jew b’talba tal-Kummissjoni, għandu jagħti pariri jew jassisti lill-Kummissjoni biex din tkompli tiżviluppa l-għarfien komuni u, eventwalment, iżżid aktar regoli Ewropej fl-oqsma:

a)

tas-sigurezza ta’ l-installazzjonijiet nukleari, u

b)

tas-sigurezza fil-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuwattiv.

Il-Grupp għandu jiffaċilita l-konsultazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

Artikolu 3

Kompożizzjoni

1.   Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jkun kompost minn 27 rappreżentant nazzjonali li jkollhom kompetenza fl-oqsma li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 u minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-grupp jista’ jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza sempliċi li jżid l-ammont ta’ membri li jiffurmawh billi jdaħħal deputati membri ġodda.

Kull Stat Membru għandu jinnomina membru u deputat membru. Il-membri tal-Grupp għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jitbiddlu.

2.   Il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant f’livell għoli li jattendi l-laqgħat u jipparteċipa fid-dibattiti tal-Grupp ta’ Livell Għoli. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni huwa membru ugwali tal-grupp u jipparteċipa fil-laqgħat tiegħu kollha.

3.   Il-membri li ma jkunux jistgħu jkomplu jikkontribwixxu b’mod effettiv fid-diskussjonijiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jonorawx il-kundizzjonijiet ta’ sħubija fil-grupp jistgħu jiġu mibdula għall-perjodu tal-mandat li jkun fadal.

4.   Kull sena, il-membri maħtura individwalment għandhom jintrabtu li jaġixxu fl-interess pubbliku u jiffirmaw dikjarazzjoni li tindika l-assenza jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess li jista’ jnaqqas mill-oġġettività tagħhom.

5.   L-ismijiet tal-membri maħtura individwalment jiġu ppubblikati fis-sit ta’ l-Internet tad-DĠ għat-Trasport u l-Enerġija.

Artikolu 4

Organizzazzjoni

1.   Il-Grupp ta’ Livell Għoli jaħtar president minn fost il-membri tiegħu permezz ta’ maġġoranza sempliċi.

2.   Il-Grupp ta’ Livell Għoli jista’ jwaqqaf gruppi jew sottogruppi ta’ ħidma magħmulin minn esperti sabiex jistudjaw suġġetti speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti minnu. Dawn għandhom jispiċċaw hekk kif ix-xogħol tagħhom ikun lest.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tattendi l-laqgħat kollha ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma ta’ esperti.

4.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu ġeneralment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbiliti. Il-Kummissjoni tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat.

5.   Esperti mill-Istati taż-ŻEE u mill-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea jistgħu jattendu għal-laqgħa tal-Grupp ta’ Livell Għoli bħala osservaturi. Il-Grupp ta’ Livell Għoli u l-Kummissjoni jistgħu jistiednu esperti u osservaturi oħra sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

6.   Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu b’kunsens jew, fin-nuqqas ta’ kunsens, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti, b’vot għal kull Stat Membru, suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Grupp ta’ Livell Għoli.

Artikolu 5

L-Ispejjeż tal-laqgħat

Spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u sostenn li jintefqu minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, konnessi ma’ l-attivitajiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli, għandhom ikunu mħallsa mill-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.

Il-membri ma għandhomx jitħallsu għad-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 6

Rappurtar

Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jressaq, talanqas sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u kull sentejn wara, rapport ta’ l-attivitajiet tiegħu lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u fejn xieraq, flimkien mal-kummenti tagħha.

Artikolu 7

Trasparenza

Il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jikkonsulta b’mod estensiv mal-partijiet interessati u mal-pubbliku b’mod miftuħ u trasparenti.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Meta l-Kummissjoni tinforma lill-Grupp ta’ Livell Għoli li l-parir mitlub jew il-kwistjoni mqajma huma ta’ natura kunfidenzjali, il-membri tal-Grupp kif ukoll l-osservaturi u kwalunkwe persuna oħra għandhom ikunu obbligati li ma joħorġux informazzjoni li jkunu saru jafu biha permezz tax-xogħol tal-Grupp ta’ Livell Għoli jew tal-gruppi ta’ ħidma tiegħu.

F’dawn il-każijiet, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jitlob li l-membri tal-Grupp ta’ Livell Għoli biss jistgħu jkunu preżenti għal-laqgħat.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Lulju 2007

dwar kwestjonarju għal rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, matul il-perjodu 2008 – 2010

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3547)

(2007/531/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 (1) dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, u b’mod partikolari Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonaliżża rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi fuq l-ambjent (2),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE, l-Istati Membri huma obbligati jfasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva fuq bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni abbozzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE.

(2)

L-Istati Membri ħejjew rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE (3).

(3)

L-Istati Membri obbligati jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/534/KE (4).

(4)

It-tielet rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni sabiex iħejju r-rapport, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010, li għandu jitressaq lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

(2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 57.

(4)  ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4.


ANNESS

Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2008–2010

1.   Deskrizzjoni ġenerali

Jekk jogħġbok niżżel it-tibdil rilevanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ dwar id-Direttiva 1999/13/KE.

2.   Ir-rappurtaġġ dwar l-istallazzjonijiet

2.1.

Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika, għall-ewwel ġurnata (1.1.2008) u l-aħħar ġurnata (31.12.2010) tal-perjodu ta’ rappurtaġġ separatament, kemm stallazzjonijiet jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt:

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet (1);

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma koperti wkoll bid-Direttiva 96/61/KE (id-Direttiva ta’ l-IPPC);

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati skond id-Direttiva 1999/13/KE;

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati bl-użu ta’ l-iskema ta’ tnaqqis;

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skond l-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 1999/13/KE. Ipprovdi lista f’Anness ta’ dan il-kwestjonarju bir-raġunijiet għal kull deroga li nħarġet;

l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skond l-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva 1999/13/KE. Ipprovdi lista f’Anness ta’ dan il-kwestjonarju bir-raġunijiet għal kull deroga li nħarġet.

2.2.

Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika kemm stallazzjonijiet jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt waqt il-perjodu ta’ rappurtaġġ:

L-għadd totali ta’ stallazzjonijiet ġodda jew mibdula b’mod sostanzjali li ġew irreġistrati/awtorizzati skond id-Direttiva 1999/13/KE.

3.   Sostituzzjoni

Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika, għall-aħħar tal-perjodu ta’ rapportaġġ (31.12.2010), liema sustanzi jew preparazzjonijiet, ikklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (R45, R46, R49, R60, R61) skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2) għadhom qed jintużaw u f’liema ammonti (stmati) (tunnellati fis-sena).

4.   Moniteraġġ

Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika ċ-ċifri li ġejjin waqt il-perjodu ta’ rappurtaġġ:

L-għadd ta’ stallazzjonijiet li ġew irrapportati “darba fis-sena” jew “fuq talba” skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva;

L-għadd ta’ stallazzjonijiet li ġew issorveljati kontinwament għall-konformità skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva.

5.   Konformità

Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika l-figuri li ġejjin waqt il-perjodu ta’ rappurtaġġ:

L-għadd ta’ operaturi li nstabu li kisru l-obbligi ta’ din id-Direttiva:

(a)

marbuta man-nuqqas ta’ konformità ma’ “darba fis-sena” jew “fuq talba” rappurtaġġ:

(b)

marbuta man-nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra tad-Direttiva?

Għal kemm-il operatur l-awtoritajiet kompetenti ssospendew jew irtiraw l-awtorizzazzjoni fejn ma kienx hemm konformità ma’ l-Artikolu 10(b) tad-Direttiva?

6.   Emissjonijiet

6.1.

Jekk jogħġbok indika għall-għadd totali ta’ stallazzjonijiet għas-snin 2008 u 2010, l-għadd ta’ tunnellati stmati ta’ emissjonijiet ta’ VOCs.

6.2.

Jekk jogħġbok indika għal kull wieħed mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A għas-snin 2008 u 2010, it-tunnellati stmati ta’ emissjonijiet ta’ VOCs (mhux obbligatorja).

7.   L-Ispejjeż

7.1.

Jekk jogħġbok istma l-ispejjeż totali, eż, it-total ta’ l-ispejjeż għall-permessi, is-sorveljanza u l-ispezzjonijiet, eċċ, għall-awtoritajiet nazzjonali kollha kkonċernati f’Ewuro għal kull sena jew inkella fi snin ta’ xogħol għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE fl-2010 (mhux obbligatorja).

7.2.

Jekk jogħġbok istma l-ispejjeż amministrattivi għal dan ir-rappurtaġġ f’xhur ta’ xogħol u f’Ewuro (mhux obbligatorja).

8.   Pubblikazzjoni ta’ rapporti mill-Istati Membri dwar dan il-kwestjonarju

Jekk jogħġbok agħti, per eżempju, l-indirizz URL ta’ websajt, fejn il-pubbliku jkun jista’ jkollu aċċess dirett għar-rapporti mill-Istati Membri dwar it-tweġibiet għal dan il-kwestjonarju.

9.   Titjib

Liema aspetti jistgħu jiġu enfasizzati dwar:

L-implimentazzjoni/ir-reviżjoni futura tad-Direttiva 1999/13/KE;

Kwestjonarji ulterjuri?

10.   Xi kummenti oħra.


(1)  Għall-fini ta’ dan il-kwestjonarju “l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet” għandu jinkludi addizzjonalment, dawk l-istallazzjonijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva 199/13/KE, iżda huma rregolati bil-liġi nazzjonali skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. L-installazzjonijiet għall-kisi tal-vetturi tat-triq kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE, jew parti minnhom, li jitwettqu bħala parti mit-tiswija, il-konservazzjoni jew it-tiżjin barra l-istallazzjonijiet ta’ manifattura, ma għandhomx ikunu inklużi.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.