ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 189

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
20 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tal-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91

1

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill u l-Kummissjoni

 

 

2007/502/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2007 dwar il-firma, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra

24

Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq l-oħra

26

Att finali

38

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 189/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 834/2007

tal-28 ta' Ġunju 2007

dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-produzzjoni organika hija sistema ġenerali tal-ġestjoni ta' impriżi agrikoli u l-produzzjoni ta' l-ikel li tgħaqqad flimkien l-aħjar prattiċi ambjentali, livell għoli ta' bijodiversità, il-preservazzjoni ta' riżorsi naturali, l-applikazzjoni ta' standards għoljin dwar il-benesseri ta' l-annimali u l-produzzjoni f'konformità mal-preferenza ta' ċerti konsumaturi għall-prodotti li ġejjin mill-użu ta' sustanzi u proċessi naturali. Il-metodu tal-produzzjoni organika għalhekk għandu rwol soċjali doppju, fejn min-naħa l-waħda huwa jipprovdi għal suq speċifiku li jirrispondi għad-domanda tal-konsumatur għall-prodotti organiċi, u min-naħa l-oħra jwassal oġġetti pubbliċi li jikkontribwixxu għall-ħarsien ta' l-ambjent u l-benesseri ta' l-annimali, kif ukoll għall-iżvilupp rurali.

(2)

Is-sehem tas-settur agrikolu organiku qiegħed jiżdied fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri. Iż-żieda fid-domanda tal-konsumatur fis-snin reċenti huwa partikolarment notevoli. Ir-riformi reċenti tal-politika agrikola komuni, bl-enfasi tagħha fuq l-orjentazzjoni tas-suq u l-forniment ta' prodotti ta' kwalità biex jilħqu d-domandi tal-konsumatur, x'aktarx ikomplu jistimolaw is-suq tal-prodott organiku. Fuq dan l-isfond il-leġislazzjoni dwar il-produzzjoni organika għandha rwol dejjem aktar importanti fil-qafas tal-politika agrikola u għandha x'taqsam mill-qrib ma' l-iżviluppi tas-swieq agrikoli.

(3)

Il-qafas legali Komunitarju li jirregola s-settur tal-produzzjoni organika għandu jsegwi l-objettiv li jiżgura kompetizzjoni ġusta u funzjonament xieraq tas-suq intern fi prodotti organiċi, u li jżomm u jiġġustifika l-kunfidenza tal-konsumatur fi prodotti ttikkettati bħala organiċi. Għandu wkoll jimmira li jipprovdi kondizzjonijiet li taħthom dan is-settur jista' jimxi 'l quddiem skond l-iżviluppi tal-produzzjoni u tas-suq.

(4)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta' Azzjoni Ewropew għal Ikel u Biedja Organiċi tipproponi li ttejjeb u tirrinforza l-istandards tal-Komunità dwar il-biedja organika u l-ħtiġiet ta' importazzjoni u spezzjoni. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill appella lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-qafas legali Komunitarju f'dan il-qasam bil-ħsieb li jiġu żgurati s-simplifikazzjoni u l-koerenza ġenerali u partikolarment bl-istabbiliment ta' prinċipji li jinkoraġġixxu l-armonizzazzjoni ta' l-istandards u, fejn possibbli, jitnaqqas il-livell tad-dettalji.

(5)

Huwa għalhekk xieraq li l-objettivi, il-prinċipji u r-regoli applikabbli għall-produzzjoni organika jiġu definiti b'mod aktar espliċitu, sabiex jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-kunfidenza tal-konsumatur kif ukoll għal perċezzjoni armonizzata tal-kunċett tal-produzzjoni organika.

(6)

Għal dan il-għan, ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (2) għandu jitħassar u jiġi sostitwit b'regolament ġdid.

(7)

Għandu jiġi stabbilit qafas Komunitarju ġenerali tar-regoli tal-produzzjoni organika fir-rigward tal-produzzjoni tal-pjanti, tal-bhejjem u l-akwakultura, inklużi regoli għall-ġbir ta' pjanti selvaġġi u alka, regoli dwar il-konverżjoni, kif ukoll regoli dwar il-produzzjoni ta' ikel ipproċessat, inklużi inbid u għalf u ħmira organika. Il-Kummissjoni għandha tawtorizza l-użu ta' prodotti u sustanzi u tista' tiddeċiedi dwar metodi li għandhom jintużaw fil-biedja organika u fl-ipproċessar ta' ikel organiku.

(8)

L-iżvilupp tal-produzzjoni organika għandha tkun iffaċilitata aktar partikolarment bit-trawwim ta' l-użu ta' tekniki u sustanzi ġodda adatti aktar għall-produzzjoni organika.

(9)

Organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) u prodotti ġejjin minn jew prodotti b'OĠM huma inkompatibbli mal-kunċett tal-produzzjoni organika u l-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti organiċi. Għalhekk huma ma' għandhomx jintużaw fil-biedja organika jew fl-ipproċessar ta' prodotti organiċi.

(10)

L-għan huwa proprju li jkun hemm l-iktar preżenza baxxa possibbli ta' OĠM fi prodotti organiċi. Il-limiti eżistenti għat-tikkettar jirrappreżentaw limiti massimi li huma esklussivament marbutin mal-preżenza aċċidentali u teknikament inevitabbli ta' OĠM.

(11)

Il-biedja organika għandha primarjament tiddependi fuq riżorsi rinnovabbli f'sistemi agrikoli organizzati lokalment. Sabiex jiġi minimizzat l-użu ta' riżorsi mhux rinnovabbli, l-iskart u l-prodotti sekondarji li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali għandhom jiġu riċiklati biex iroddu lura n-nutrijenti lill-art.

(12)

Il-produzzjoni tal-pjanti organiċi għandha tikkontribwixxi għaż-żamma u t-titjib tal-fertilità tal-ħamrija kif ukoll għall-prevenzjoni ta' l-erożjoni tal-ħamrija. Preferibbilment il-pjanti għandhom jissaqqu permezz ta' l-eko-sistema tal-ħamrija u mhux biż-żieda fil-ħamrija ta' fertilizzanti solubbli.

(13)

L-elementi essenzjali tas-sistema tal-ġestjoni tal-produzzjoni tal-pjanti organiċi huma l-ġestjoni tal-fertilità tal-ħamrija, l-għażla ta' speċi u varjetajiet, rotazzjoni pluriennali ta' l-għelejjel, materjali organiċi għar-riċiklaġġ u tekniki ta' kultivazzjoni. Fertilizzanti addizzjonali, kondizzjonaturi tal-ħamrija u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandhom jintużaw biss jekk huma kompatibbli ma' l-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika.

(14)

Il-produzzjoni tal-bhejjem hija fundamentali għall-organizzazzjoni tal-produzzjoni agrikola f'impriżi organiċi safejn tipprovdi l-materja u n-nutrijenti organiċi meħtieġa għall-art ikkultivata u għaldaqstant tikkontribwixxi lejn it-titjib tal-ħamrija u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura sostenibbli.

(15)

Sabiex ikun evitat it-tniġġis ambjentali, partikolarment ta' riżorsi naturali bħall-ħamrija u l-ilma, il-produzzjoni organika tal-bhejjem fil-prinċipju għandha tipprovdi għal relazzjoni mill-qrib bejn tali produzzjoni u l-art, sistemi ta' rotazzjoni pluriennali adatti u l-għalf tal-bhejjem bi prodotti ta' għelejjel mill-biedja organika magħmulin fl-impriża nfisha jew f'impriżi organiċi ġirien.

(16)

Peress li t-trobbija organika ta' bhejjem hija attività relatata ma' l-art l-annimali għandu jkollhom, kull meta hu possibbli, aċċess għal żoni fil-beraħ jew mergħat.

(17)

It-trobbija organika ta' bhejjem għandha tirrispetta standards għoljin tal-benesseri ta' l-annimali u tilħaq il-ħtiġijiet ta' l-imġiba speċifika ta' l-ispeċi ta' l-annimali filwaqt li l-ġestjoni tas-saħħa ta' l-annimali għandha tkun ibbażata fuq il-prevenzjoni tal-mard. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kondizzjonijiet ta' akkomodazzjoni, il-prattiki ta' trobbija u d-densitajiet ta' ħażna. Barra minn hekk, l-għażla ta' razez għandha tieħu kont tal-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-kondizzjonijiet lokali. Ir-regoli implimentattivi għall-produzzjoni tal-bhejjem u l-produzzjoni ta' l-akwakultura għandhom mill-inqas jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta' Annimali miżmuma għall-finijiet ta' Koltivazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti tal-Kumitat Permanenti tagħha (T-AP).

(18)

Is-sistema ta' produzzjoni ta' bhejjem organiċi għandha timmira lejn it-tkomplija taċ-ċikli ta' produzzjoni ta' l-ispeċi ta' bhejjem differenti ma' annimali mkabbra b'mod organiku. Għalhekk għandha tinkoraġġixxi ż-żieda tal-ġabra ta' ġeni ta' annimali organiċi, ittejjeb l-awtonomija u b'hekk tiżgura l-iżvilupp tas-settur.

(19)

Il-prodotti organiċi pproċessati għandhom jiġu prodotti bl-użu ta' metodi ta' pproċessar li jiggarantixxu li l-integrità organika u l-kwalitajiet vitali tal-prodott jinżammu matul l-istadji kollha tal-katina ta' produzzjoni.

(20)

Ikel ipproċessat għandu jkun ittikkettat bħala organiku biss fejn l-ingredjenti kollha jew kważi kollha ta' oriġini agrikola huma organiċi. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali ta' ttikkettar għall-ikel ipproċessat li jinkludi ingredjenti agrikoli li ma jistgħux jinkisbu b'mod organiku, kif inhu l-każ għall-prodotti mill-kaċċa u mis-sajd. Barra minn hekk, għall-fini ta' informazzjoni għall-konsumatur, ta' trasparenza fis-suq u ta' stimolu għall-użu ta' ingredjenti organiċi, għandha wkoll issir possibbli li wieħed jirreferi għall-produzzjoni organika fil-lista ta' ingredjenti taħt ċerti kondizzjonijiet.

(21)

Huwa xieraq li tkun prevista l-flessibbiltà fir-rigward ta' l-applikazzjoni tar-regoli ta' produzzjoni, sabiex issir possibbli li wieħed jadatta standards u ħtiġiet organiċi għall-kondizzjonijiet klimatiċi jew ġeografiċi lokali, il-prattiki ta' trobbija speċifiċi u l-istadji ta' żvilupp. Dan għandu jippermetti l-applikazzjoni ta' regoli eċċezzjonali, iżda biss fil-limiti ta' kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja.

(22)

Iż-żamma tal-kunfidenza tal-konsumatur fi prodotti organiċi hija importanti. Għalhekk l-eċċezzjonijiet mill-ħtiġiet applikabbli għall-produzzjoni organika għandhom ikunu limitati strettament għal każijiet fejn l-applikazzjoni ta' regoli eċċezzjonali hija meqjusa ġustifikata.

(23)

Għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni ġusta, it-termini użati biex jindikaw prodotti organiċi għandhom, madwar il-Komunità u indipendentement mil-lingwa użata, ikunu protetti milli jintużaw fuq prodotti mhux organiċi. Il-protezzjoni għandha tapplika wkoll għad-derivattivi jew id-diminuttivi ta' dawk it-termini, sew jekk użati weħidhom jew f'kombinazzjoni.

(24)

Sabiex tinħoloq ċarezza għall-konsumaturi fis-suq Komunitarju, il-logo ta' l-UE għandu jsir obbligatorju għall-ikel kollu organiku ppakkjat minn qabel prodott fil-Komunità. Għandu wkoll ikun possibbli l-użu tal-logo ta' l-UE fuq bażi volontarja fil-każ ta' prodotti organiċi mhux ippakkjati minn qabel prodotti fil-Komunità jew kwalunkwe prodott organiku importat minn pajjiżi terzi.

(25)

Madankollu huwa kkunsidrat xieraq li l-użu tal-logo ta' l-UE jkun limitat għal prodotti li fihom biss, jew kważi biss, ingredjenti organiċi sabiex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqin rigward in-natura organika tal-prodott sħiħ. Għalhekk ma' għandux ikun permess l-użu tiegħu fit-tikkettar ta' prodotti li qegħdin f'konverżjoni jew oġġetti ta' l-ikel ipproċessati li minnu inqas minn 95 % ta' l-ingredjenti tiegħu ta' oriġini agrikola huma organiċi.

(26)

Taħt l-ebda ċirkostanza l-logo ta' l-UE ma' għandu jfixkel l-użu simultanju ta' logos nazzjonali jew privati.

(27)

Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati prattiki qarrieqa u kwalunkwe konfużjoni possibbli fost il-konsumaturi dwar l-oriġini Komunitarja jew mhux Komunitarja tal-prodott, kull meta jintuża l-logo ta' l-UE, il-Konsumaturi għandhom ikunu informati dwar il-post fejn il-materja prima agrikola li minnha huma magħmulin il-prodotti ġiet imkabbra.

(28)

Ir-regoli Komunitarji għandhom jppromwovu kunċett armonizzat tal-produzzjoni organika. L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jastjenu minn kwalunkwe imgiba li tista' toħloq ostakoli għall-moviment liberu ta' prodotti konformi li kienu ċċertifikati minn awtorità jew korp li jinsab fi Stat Membru ieħor. B'mod partikolari huma ma' għandhom jimponu ebda kontroll jew piż finanzjarju ieħor.

(29)

Sabiex tinżamm konsistenza ma' leġislazzjoni Komunitarja f'oqsma oħrajn, fil-każ tal-produzzjoni ta' pjanti u bhejjem l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw, fit-territorji tagħhom stess, regoli nazzjonali ta' produzzjoni li huma aktar stretti mir-regoli Komunitarji għall-produzzjoni organika, sakemm dawn ir-regoli nazzjonali japplikaw ukoll għall-produzzjoni mhux organika u huma wkoll f'konformità mal-liġi Komunitarja.

(30)

l-użu ta' OĠM fil-produzzjoni organika huwa pprojbit. Sabiex tinżamm ċarezza u koerenza, ma' għandux ikun possibbli li prodott ikun ittikkettat bħala organiku fejn it-tikketta għandha turi li fih OĠM, jikkonsisti f'OĠM jew li hu prodott minn OĠM.

(31)

Sabiex jiġi żgurat li prodotti organiċi jsiru skond il-ħtiġiet stabbiliti taħt il-qafas legali Komunitarju dwar il-produzzjoni organika, l-attivitajiet li jittwettqu minn operaturi fl-istadji kollha ta' produzzjoni, tħejjija u distribuzzjoni ta' prodotti organiċi għandhom jiġu sottomessi għal sistema ta' kontroll imwaqqfa u ġestita skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali (3).

(32)

F'xi każijiet l-applikazzjoni tal-ħtiġiet ta' notifika u kontroll lil ċerti tipi ta' operaturi bl-imnut, bħal dawk li jbigħu prodotti direttament lill-konsumatur jew lill-utent finali, tista' tidher disproporzjonata. Huwa għalhekk xieraq li l-Istati Membri jitħallew jeżentaw tali operaturi minn dawn il-ħtiġiet. Madankollu, biex tkun evitata l-frodi hija meħtieġa l-esklużjoni mill-eżenzjoni ta' dawk l-operaturi bl-imnut li jipproduċu, iħejju jew jaħżnu prodotti minbarra f'konnessjoni mal-punt ta' bejgħ, jew li jimportaw organiċi jew li taw b'kuntratt l-attivitajiet imsemmijin qabel lil parti terza.

(33)

Il-prodotti organiċi importati fil-Komunità Ewropea għandhom jitħallew jitpoġġew fis-suq Komunitarju bħala organiċi, fejn ġew prodotti skond ir-regoli ta' produzzjoni u soġġetti għal arranġamenti ta' kontroll li huma f'konformità ma' jew ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, il-prodotti importati taħt sistema ekwivalenti għandhom ikunu koperti b'ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti, jew minn awtorità ta' kontroll rikonoxxuta jew korp tal-pajjiż terz ikkonċernat.

(34)

Il-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza fir-rigward ta' prodotti importati għandha tieħu kont ta' l-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Codex Alimentarius.

(35)

Huwa kkunsidrat xieraq li tinżamm il-lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala li għandhom standards ta' produzzjoni u arranġamenti ta' kontroll li huma ekwivalenti għal dawk previsti fil-leġislazzjoni Komunitarja. Għall-pajjiżi terzi li mhumiex inklużi f'dik il-lista, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll li huma rikonoxxuti bħala kompetenti għall-kompitu li jiżguraw kontrolli u ċertifikazzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

(36)

Għandha tinġabar informazzjoni statistika rilevanti sabiex tinkiseb data affidabbli meħtieġa għall-implimentazzjoni u s-segwitu ta' dan ir-Regolament u bħala għodda għall-produtturi, għall-operaturi tas-suq u għal dawk li jfasslu l-politika. L-informazzjoni statistika meħtieġa għandha tiġi definita fil-kuntest tal-Programm Statistiku Komunitarju.

(37)

Dan ir-Regolament għandu japplika minn data li tagħti lill-Kummissjoni żmien biżżejjed biex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu.

(38)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4).

(39)

L-evoluzzjoni dinamika tas-settur organiku, ċerti kwistjonijiet mill-aktar sensittivi marbutin mal-metodu tal-produzzjoni organika u l-ħtieġa li jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tas-sistema ta' kontroll jgħamlu xierqa l-previżjoni ta' reviżjoni futura tar-regoli Komunitarji dwar il-biedja organika, b'kont meħud ta' l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli.

(40)

Sakemm jiġu adottati regoli ta' produzzjoni Komunitarji dettaljati għal ċerti speċi ta' annimali u pjanti akwatiċi u mikro-alka, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu għall-applikazzjoni ta' standards nazzjonali, jew fin-nuqqas tagħhom, standards privati aċċettati jew rikonoxxuti mill-Istati Membri.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

GĦAN, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għan u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp sostenibbli ta' produzzjoni organika waqt li jiżgura l-iffunzjonar effettiv tas-suq intern, jiggarantixxi kompetizzjoni ġusta, jiżgura l-kunfidenza tal-konsumatur u jipproteġi l-interessi tal-konsumatur.

Huwa jistabbilixxi objettivi komuni u prinċipji komuni biex jiġu sostnuti r-regoli stabbiliti taħt dan ir-Regolament dwar:

(a)

l-istadji kollha ta' produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni ta' prodotti organiċi u l-kontroll tagħhom;

(b)

l-użu ta' indikazzjonijiet li jirreferu għal produzzjoni organika fit-tikettar u r-reklamar.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-agrikoltura, inkluża l-akkwakultura, fejn tali prodotti jitpoġġew fis-suq jew hemm l-intenzjoni li jitpoġġew fis-suq:

(a)

prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati;

(b)

prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel;

(ċ)

għalf;

(d)

materjal li jkattar il-veġetazzjoni u ż-żrieragħ għall-kultivazzjoni.

Il-prodotti tal-kaċċa u s-sajd ta' annimali salvaġġi ma' għandhomx jiġu kkunsidrati bħala produzzjoni organika

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal ħmira użata bħala ikel jew għalf.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe operatur involut f'attivitajiet fi kwalunkwe stadju ta' produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni, relatata mal-prodotti mniżżla fil-paragrafu 2.

Madankollu, operazzjonijiet ta' fornimenti tal-massa ma' għandhomx ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament. L-Istati membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali, jew fl-assenza ta' standards privati ta' dawn, dwar tikkettar u kontroll ta' prodotti li joriġinaw minn operazzjonijiet ta' fornimenti tal-massa, safejn tali regoli jkunu konformi mal-Liġi Komunitarja.

4.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet komunitarji jew dispożizzjonijiet nazzjonali oħrajn, b'mod konformi mal-liġi Komunitarja dwar prodotti speċifikati f'dan l-Artikolu, bħal dispożizzjonijiet li jirregolaw il-produzzjoni, il-preparazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, it-tikkettar u l-kontroll, inkluża l-leġislazzjoni dwar oġġetti ta' l-ikel u n-nutriment ta' l-annimali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:

(a)

“produzzjoni organika” tfisser l-użu tal-metodu ta' produzzjoni b'mod konformi mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament fl-istadji kollha ta' produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni;

(b)

“stadji ta' produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni” tfisser kwalunkwe stadju li jinkludi u jibda mill-produzzjoni primarja ta' prodott organiku sal-ħażna, l-iproċessar, it-trasport, il-bejgħ jew il-forniment, inklużi, lill-konsumatur aħħari, u fejn relevanti, it-tikkettar, ir-reklamar, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-attivitajiet ta' subcontracting;

(ċ)

“organiku” tfisser ġej minn jew relatat ma' produzzjoni organika;

(d)

“operatur” tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-iżgurar li l-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament jintlaħqu fil-kummerċ organiku taħt il-kontroll tagħhom;

(e)

“produzzjoni ta' pjanti” tfisser produzzjoni ta' prodotti tar-raba' agrikoli inkluż il-ħsad ta' prodotti ta' pjanti salvaġġi għal finijiet kummerċjali;

(f)

“produzzjoni tal-bhejjem” tfisser il-produzzjoni ta' annimali terrestri domestiċi jew iddomestikati (inkluż l-insetti);

(g)

id-definizzjoni ta' “akkwakultura” hija dik mogħtija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond tas-Sajd Ewropew (5);

(h)

“konverżjoni” tfisser it-transizzjoni minn biedja mhux organika għal biedja organika f'perijodu ta' żmien stabbilit, li matulu ġew applikati d-disopożizzjonijiet dwar il-produzzjoni organika;

(i)

“preparazzjoni” tfisser l-operazzjonijiet ta' preservazzjoni u/jew proċessar ta' prodotti organiċi (inkluż il-qtil u l-qtugħ ta' prodotti tal-bhejjem), u wkoll l-ippakkjar, l-ittikkettar u/jew l-alterazzjonijiet magħmula lit-tikkettar dwar il-metodu tal-produzzjoni organika;

(j)

id-definizzjonijiet ta' “ikel”, “għalf” u “tqegħid fis-suq” huma dawk mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (6);

(k)

“tikkettar” tfisser kwalunkwe terminu, kelma, dettalji, trade marks, isem tad-ditta, materjal bl-istampi jew simbolu li jirrigwarda u mqiegħed fuq kwalunkwe ippakkjar, dokument, avviż, tikketta, tabella, ċurkett jew kullar li jakkumpanja;

(l)

id-definizzjoni “oġġett ta' l-ikel ippakkjat minn qabel” hija dik mogħtija fl-Artikolu 1 (3) (b) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (7);

(m)

“reklamar” tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni lill-pubbliku, bi kwalunkwe mezz ħlief tikketta, li hi intenzjonata jew li x'aktarx tinfluwenza u tifforma attitudni, twemmin u mġieba sabiex tippromwovi direttament jew indirettament il-bejgħ ta' prodotti organiċi;

(n)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru kompetenti għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fil-qasam ta' produzzjoni organika skond id-dispożizzjonijiet imniżżla taħt dan ir-Regolament, jew kwalunkwe awtorità oħra li fuqha ġiet konferita dik il-kompetenza; għandha tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta' pajjiż terz;

(o)

“awtorità ta' kontroll” tfisser organizzazzjoni amministrattiva pubblika ta' Stat Membru li fuqha l-awtorità kompetenti kkonferit, totalment jew parzjalment, il-kompetenza tagħha għall-ispezzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni fil-qasam ta' produzzjoni organika skond id-dispożizzjonijiet imniżżla taħt dan ir-Regolament; għandha tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta' pajjiż terz jew l-awtorità korrispondenti li qed topera f'pajjiż terz;

(p)

“korp ta' kontroll” tfisser parti terza privata indipendenti li qed twettaq spezzjoni u ċertifikazzjoni fil-qasam ta' produzzjoni organika skond id-dispożizzjonijiet imniżżla taħt dan ir-Regolament; għandha tinkludi wkoll, fejn xieraq, il-korp korrispondenti ta' pajjiż terz jew il-korp korrispondenti li qed jopera f'pajjiż terz;

(q)

“marka ta' konformità” tfisser l-affermazzjoni ta' konformità għal sett ta' standards partikolari jew dokumenti normattivi oħra fil-forma ta' marka;

(r)

id-definizzjoni “ingredjenti” hija dik mogħtija fl-Artikolu 6 (4) tad-Direttiva 2000/13/KE;

(s)

id-definizzjoni “prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti” hija dik mogħtija fid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8);

(t)

id-definizzjoni “Organiżmu ġenetikament modifikat (OĠM)” hija dik tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (9) u li mhux miksub permezz ta' tekniki ta' modifiki ġenetiċi elenkati fl-Anness I.B ta' dik id-Direttiva;

(u)

“prodott minn OĠM” tfisser derivat għal kollox jew parzjalment, minn OĠM iżda ma fihx jew ma jikkonsistix minn OĠM;

(v)

“prodott minn OĠM” tfisser derivat bl-użu ta' OĠM bħala l-aħħar organiżmu ħaj fil-proċess ta' produzzjoni, iżda li ma fihx jew ma jikkonsistix minn OĠM u lanqas prodott minn OĠM;

(w)

id-definizzjoni “addittivi ta' għalf” hija dik mogħtija fl-Artikolu 2 (a) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta' l-annimali (10);

(x)

“ekwivalenti”, fid-deskrizzjoni ta' sistemi jew miżuri differenti, tfisser li huma kapaċi li jilħqu l-istess objettivi u prinċipji billi japplikaw regoli li jiżguraw l-istess livell ta' assigurazzjoni ta' konformità;

(y)

“għajnuna għall-ipproċessar” tfisser kwalunke sustanza mhux ikkunsmata waħidha bħal ingredjent ta' l-ikel, intenzjonalment użata fl-ipproċessar ta' materja prima, ikel jew l-ingredjenti tagħhom, biex tissodisfa ċertu skop teknoloġiku matul it-trattament jew l-ipproċessar u li jista' jirriżulta fil-preżenza mhux intenzjonata iżda teknikament inevitabbli ta' residwi tas-sustanza jew id-derivativi tagħha fil-prodott finali, dment li dawn ir-residwi ma jippreżentaw l-ebda riskju għas-saħħa u ma' għandhom l-ebda effett teknoloġiku fuq il-prodott komplut;

(z)

id-definizzjoni “radjazzjoni ijonizzanti” hija dik mogħtija fid-Direttiva 96/29/EURATOM tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (11) u kif ristretta mill-Artikolu 1 (2) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza (12).

(aa)

“operazzjonijiet ta' fornimenti tal-massa” tfisser it-tħejjija ta' prodotti organiċi f'ristoranti, sptarijiet, kantins u negozji ta' l-ikel simili oħrajn fil-punt ta' bejgħ jew twassil lill-konsumatur finali.

TITOLU II

OBJETTIVI U PRINĊIPJI GĦAL PRODUZZJONI ORGANIKA

Artikolu 3

Objettivi

Is-sistema ta' produzzjoni organika għandha ssegwi l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)

li tiġi stabbilita sistema ta' ġestjoni sostenibbli għall-agrikultura li:

(i)

tirrispetta s-sistemi u ċ-ċikli tan-natura u ssostni u ssaħħaħ is-saħħa tal-ħamrija, l-ilma, il-pjanti u l-annimali u l-bilanċ bejniethom;

(ii)

tikkontribwixxi għal livell għoli ta' diversità bijoloġika;

(iii)

tagħmel użu responsabbli ta' l-enerġija u r-riżorsi naturali, bħall-ilma, il-ħamrija, il- materja organika u l-arja;

(iv)

tirrispetta standards għoljin dwar il-benesseri ta' l-annimali u b'mod partikolari tilħaq il-ħtiġijiet ta' l-imġiba speċifiċi skond l-ispeċi ta' l-annimali;

(b)

li timmira lejn il-produzzjon ta' prodotti ta' kwalità għolja;

(ċ)

timmira li tipproduċi varjetà kbira ta' ikel u prodotti agrikoli oħrajn li jwieġbu għad-domanda tal-konsumaturi għal oġġetti prodotti bl-użu ta' proċessi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, lis-saħħa tal-bniedem, lis-saħħa tal-pjanti jew lis-saħħa u l-benesseri ta' l- annimali.

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali

Il-produzzjoni organika għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a)

id-disinn u l-ġestjoni xierqa ta' proċessi bijoloġiċi bbażati fuq sistemi ekoloġiċi bl-użu ta' riżorsi naturali li huma interna fis-sistema b'metodi li:

(i)

li jużaw organiżmi ħajjin u metodi ta' produzzjoni mekkaniċi;

(ii)

jipprattikaw il-kultivazzjoni relatata ma' l-art ta' l-għelejjel u produzzjoni tal-bhejjem jew jiprattikaw l-akwakultura li hi konformi mal-prinċipju ta' sfruttament sostenibbli tas-sajd;

(iii)

li jeskludu l-użu ta' OĠM u oġġetti prodotti minn jew b'OĠM bl-eċċezzjoni ta' prodotti mediċinali veterinarji;

(iv)

huma bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju, u l-użu ta' miżuri ta' prekawzjoni u ta' prevenzjoni, meta xieraq;

(b)

ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' inputs esterni. Fejn huma meħtieġa l-inputs esterni jew il-prattiki u l-metodi ta' ġestjoni xierqa msemmijin fil-paragrafu (a) ma jeżistux, dawn għandhom ikunu limitati għal:

(i)

inputs minn produzzjoni organika;

(ii)

sustanzi naturali jew derivati naturalment;

(iii)

fertilizzaturi minerali b'solubbiltà baxxa;

(ċ)

il-limitazzjoni stretta ta' l-użu ta' inputs kimikament sintetizzati għall-każijiet eċċezzjonali fejn:

(i)

il-prattiki ta' maniġġar xierqa ma' jeżistux; u

(ii)

fejn l-inputs esterni msemmi fil-paragrafu (b) mhumiex disponibbli fis-suq; jew

(iii)

l-użu ta' inputs esterni msemmi fil-paragrafu (b) jikkontribwixxi għal impatti ambjentali mhux aċċettabbli;

(d)

l-addattament fejn meħtieġ u fil-qafas ta' dan ir-Regolament, tar-regoli tal-produzzjoni organika b'kont meħud ta' l-istatus sanitarju, tad-differnzi reġjonali fil-klima u l-kondizzjonijiet lokali, l-istadji ta' żvilupp u l-prattiki speċifiċi tat-trobbija ta' l-annimali.

Artikolu 5

Prinċipji speċifiċi applikabbli għall-biedja

Flimkien mal-prinċipji ġenerali mniżżla fl-Artikolu 4, il-biedja organika għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji speċifiċi li ġejjin:

(a)

iż-żamma u t-titjib fil-ħajja tal-ħamrija u l-fertilità naturali tal-ħamrija, l-istabbilità tal-ħamrija u bijodiversità tal-ħamrija l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kumpattezza u l-erożjoni tal-ħamrija, u n-nutriment tal-pjanti primarjament permezz ta' l-ekosistema tal-ħamrija;

(b)

il-minimizzar ta' l-użu ta' riżorsi mhux rinnovabbli u ta' inputs 'il barra mill-impriża agrikola (off-farm inputs);

(ċ)

il-minimizzar ta' l-użu ta' riżorsi mhux rinnovabbli u ta' inputs 'il barra mill-impriża agrikola;

(d)

il-kunsiderazzjoni tal-bilanċ ekoloġiku lokali jew reġjonali waqt it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni;

(e)

iż-żamma tas-saħħa ta' l-annimali bl-inkoraġġiment tad-difiża immuniloġika naturali ta' l-annimal, kif ukoll bl-għażla ta' razez u prattiċi ta' trobbija adegwati;

(f)

iż-żamma tas-saħħa tal-pjanti permezz ta' miżuri preventivi, bħall-għażla ta' l-ispeċi adatti u l-varjetajiet reżistenti għall-parasiti u l-mard, ir-rotazzjonijiet adatta ta' l-għelejjel, il-metodi mekkaniċi u fiżiċi u l-protezzjoni ta' l-għedewwa naturali tal-parasiti;

(g)

il-prattika tal-produzzjoni tal-bhejjem adatta għal post u relatata ma' l-art;

(h)

l-osservanza ta' benesseri ta' l-annimali ta' livell għoli filwaqt li jiġu rrispettati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-ispeċi;

(i)

il-produzzjoni ta' prodotti ta' produzzjoni tal-bhejjem organika minn annimali li sa mit-twelid jew mit-tfaqqis u matul il-ħajja tagħhom trabbew fuq impriżi organiċi;

(j)

l-għażla ta' razez b'kont meħud għall-kapaċità ta' l-annimali li jadattaw għal kondizzjonijiet lokali, il-vitalità tagħhom u r-reżistenza tagħhom għal mard u problemi ta' saħħa;

(k)

l-għalf tal-bhejjem b'għalf organiku kompost minn ingredjenti agrikoli minn biedja organika u minn sustanzi naturali mhux-agrikoli;

(l)

l-applikazzjoni ta' prattiki ta' trobbija ta' l-annimali, li jtejbu s-sistema ta' immunità u jsaħħu d-difiżi naturali kontra l-mard, b'mod partikolari inklużi eżerċizzju regolari u aċċess għall- żoni fil-beraħ u l-mergħa fejn xieraq;

(m)

l-esklużjoni ta' trobbija ta' annimali polyploid maħluqa artifiċjalment;

(n)

iż-żamma tal-bijodiversità ta' ekosistemi akwatiċi naturali, matul iż-żmien is-saħħa ta' l-ambjent akwatiku u l-kwalità ta' l-ekosistemi terrestri u akwatiċi ta' madwarhom fil-produzzjoni ta' l-akwakultura;

(o)

l-għalf ta' organiżmi akwatiċi b'għalf minn sfruttament sostenibbli tas-sajd kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (13) jew b'għalf organiku kompost minn ingredjenti agrikoli minn biedja organika u minn sustanzi naturali mhux agrikoli.

Artikolu 6

Prinċipji speċifiċi applikabbli għall-ipproċessar ta' ikel organiku

Flimkien mal-prinċipji ġenerali mniżżla fl-Artikolu 4, il-produzzjoni ta' għalf organiku pproċessat għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta' ikel organiku minn ingredjenti agrikoli organiċi, ħlief fejn ingredjent mhux disponibbli fis-suq f'forma organika;

(b)

ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' addittivi ta' l-ikel, ingredjenti mhux organiċi b'funzjonijiet prinċipalment teknoloġiċi u funzjonijiet sesorji kif ukoll mikronutrienti u għajnuniet għall-iproċessar, sabiex huma jintużaw mill-anqas u biss f'każ ta' ħtieġa teknoloġika essenzjali jew għal skopijiet partikolari nutrizzjonali;

(ċ)

l-esklużjoni ta' sustanzi u metodi ta' pproċessar li jistgħu jqarrqu rigward in-natura vera tal-prodott.

(d)

l-ipproċessar ta' l-ikel b'attenzjoni, preferibbilment bl-użu ta' metodi bijoloġiċi, mekkaniċi u fiżiċi.

Artikolu 7

Prinċipji speċifiċi applikabbli għall-ipproċessar ta' ikel organiku

Flimkien mal-prinċipji ġenerali mniżżla fl-Artikolu 4, il-produzzjoni ta' għalf organiku pproċessat għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-produzzjoni ta' għalf organiku minn materjali ta' għalf organiku, ħlief fejn materjal ta' l-għalf mhuwiex disponibbli fis-suq f'forma organika;

(b)

ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' additivi u għajnuniet għall-ipproċessar mill-anqas u fil-każ biss ta' ħtieġa teknoloġika jew żooteknika għal skopijiet nutrizzjonali partikolari;

(ċ)

l-esklużjoni ta' sustanzi u metodi ta' pproċessar li jistgħu jqarrqu rigward in-natura vera tal-prodott;

(d)

l-ipproċessar ta' l-ikel b'attenzjoni, preferibbilment bl-użu ta' metodi bijoloġiċi, mekkaniċi u fiżiċi.

TITOLU III

REGOLI TA' PRODUZZJONI

KAPITOLU 1

Regoli ġenerali tal-produzzjoni

Artikolu 8

Ħtiġiet Ġenerali

L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-regoli ta' produzzjoni mniżżla f'dan it-Titolu u mar-regoli ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 38 (a).

Artikolu 9

Projbizzjoni fuq l-użu ta' l-OĠM

1.   OĠM u prodotti prodotti minn jew b'OĠM ma' għandhomx jintużaw bħala ikel, għalf, għajnuniet għall-ipproċessar, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, fertilizzanti, kondizzjonaturi tal-ħamrija, żrieragħ, materjal li jkattar il-veġetazzjoni, mikro-organiżmi u annimali fi produzzjoni organika.

2.   Għal-iskop tal-projibizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 dwar OĠM jew prodotti prodotti minn OĠM għall-ikel u l-għalf, l-operaturi jistgħu jserrħu fuq it-tikketti li jakkumpanjaw prodott jew kwalunkwe dokument li jakkompanjhom ieħor, iffissat jew provdut skond id-Direttiva 2001/18/KE, ir-Regolament (KE) 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (14) jew ir-Regolament (KE) 1830/2003 tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti ta' l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament.

L-operaturi jistgħu jassumu li l-ebda OĠM jew prodott minn OĠM ma ġew użati fil-manifattura ta' ikel mixtri jew prodotti ta' l-għalf meta dawn ta' l-aħħar ma' għandhomx tikketta jew mhux akkumpanjati minn dokument, skond dawk ir-Regolamenti, dment li kisbu informazzjoni oħra li tindika li t-tikkettar tal-prodotti in kwistjoni mhux konformi ma' dawk ir-Regolamenti.

3.   Għall-iskop tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu (1) rigward prodotti li mhumiex ikel jew għalf, jew prodotti prodotti minn OĠM, l-operaturi li jużaw tali prodotti mixtrija minn parti terzi għandhom jeħtieġu lill-bejjiegħ jikkonferma li l-prodotti fornuti ma ġewx prodotti minn jew permezz ta' OĠM.

4.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31 (2) il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar miżuri li jimplimentaw il-projbizzjoni fuq l-użu ta' OĠM u prodotti li ġew prodotti minn jew b'OĠM.

Artikolu 10

Projbizzjoni fuq l-użu tar-radjazzjoni ijonizzanti

L-użu tar-radjazzjoni ijonizzanti għat-trattament ta' ikel jew għalf organiku, jew ta' materji primi użati f'ikel jew għalf organiku hu projbit.

KAPITOLU 2

Produzzjoni ta' l-impriżi agrikoli

Artikolu 11

Regoli ġenerali tal-produzzjoni ta' l-impriżi agrikoli

L-impriża agrikola sħiħa għanda tkun ġestita skond il-ħtiġiet applikabbli għall-produzzjoni organika.

Madankollu, skond il-kondizzjonijiet speċifiċi li ser jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2), impriża tista' tkun maqsuma f'unitajiet separati b'mod ċar jew f'siti ta' produzzjoni ta' l-akwakultura li mhux kollha huma ġestiti taħt il-produzzjoni organika. Rigward l-annimali, għandhom jiġu involuti speċi differenti. Fir-rigward ta' l-akwakultura l-istess speċi jistgħu jkunu involuti, dment li jkun hemm separazzjoni adegwata bejn is-siti tal-produzzjoni. Fir-rigward tal-pjanti għandhom jiġu involuti varjetajiet differenti li jkunu jistgħu jiġu differenzjati faċilment.

Fejn, skond it-tieni subparagrafu, mhux l-unitajiet kollha ta' impriża agrikola huma użati għal produzzjoni organika, il-bidwi għandu jżomm l-art, l-annimali, u l-prodotti użati għal, jew prodotti minn unitajiet organiċi, sparati minn dawk użati għal, jew prodotti minn, unitajiet mhux organiċi u għandu jżomm rekords adegwati biex juri s-separazzjoni.

Artikolu 12

Regoli għall-produzzjoni tal-pjanti

1.   Flimkien mar-regoli ġenerali tal-produzzjoni ta' l-impriżi agrikoli stabbiliti fl-Artikolu 11, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal produzzjoni ta' pjanti organiċi:

(a)

il-produzzjoni ta' pjanti organiċi għandha tuża prattiki ta' xogħol tar-raba' u ta' kultivazzjoni li jżommu jew ikabbru l-massa ta' ħamrija organika, itejbu l-istabbiltà tal-ħamrija u l-bijodiversità tal-ħamrija, u jevitaw il-munzelli ta' ħamrija u l-erużjoni tal-ħamrija;

(b)

l-attività ta' fertilità u bijoloġika tal-ħamrija għandha tinżamm u titkabbar b'rotazzjoni pluriennali ta' l-għelejjel inkluż legumi u għelejjel oħra ta' demel aħdar (green manure crops), u bl-applikazzjoni ta' demel tal-bhejjem jew materjal organiku, preferibilment kompostjat, minn produzzjoni organika;

(ċ)

l-użu ta' preparati bijodinamiċi hu permess;

(d)

barra minn hekk, fertilizzanti u kondizzjonaturi tal-ħamrija jistgħu jintużaw biss jekk ġew awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16;

(e)

fertilizzanti nitroġeni minerali ma ' għandhomx jintużaw;

(f)

it-teknika kollha tal-produzzjoni tal-pjanti użata għandha tevita jew timminimizza kwalunkwe kontribuzzjoni għal kontaminazzjoni ta' l-ambjent;

(g)

il-prevenzjoni ta' ħsara kkawżata minn parasiti, mard u ħxejjex ħżiena għandha primarjament tiddependi fuq il-protezzjoni ta' għedewwa naturali, l-għażla ta' speċi u varjetajiet, rotazzjoni ta' l-għelejjel, tekniki ta' kultivazzjoni u proċessi termali;

(h)

fil-każ ta' theddida stabbilita għal għelejjel, il-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti jistgħu jintużaw biss jekk ġew awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16;

(i)

għall-produzzjoni ta' prodotti minbarra żerriegħa u materjal li jkattar il-veġetazzjoni għandhom jintużaw biss żrieragħ prodotti organikament u materjal li jkattar. Għal dan il-għan, il-pjanta materna fil-każ ta' żrieragħ u l-pjanta ġenitur fil-każ ta' materjal li jkattar il-veġetazzjoni kellhom ikunu prodotti skond ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għal ta' l-anqas ġenerazzjoni waħda, jew, fil-każ ta' għelejjel perenni, żewġ staġuni ta' tkabbir.

(j)

prodotti għat-tindif u d-disinfezzjoni fil-produzzjoni tal-pjanti għandhom jintużaw biss jekk ġew awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16.

2.   Ir-rakkoljiment ta' pjanti salvaġġi u partijiet minnhom, li jikbru b'mod naturali f'żoni naturali, foresti u żoni agrikoli hu kkunsidrat metodu ta' produzzjoni organika dment li:

(a)

dawk iż-żoni ma kienux, għal perijodu ta' mill-anqas tliet snin qabel ir-rakkoljiment, irċevew trattamenti bi prodotti għajr dawk awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16;

(b)

il-ġabra ma taffettwax l-istabbiltà ta' l-abitat naturali jew il-manteniment ta' l-ispeċi fiż-żona tal-ġabra.

3.   Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-produzzjoni f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2).

Artikolu 13

Regoli ta' produzzjoni għall-alka

1.   Ir-rakkoljiment ta' l-alka selvaġġa u partijiet minnhom, li jikbru fil-baħar b'mod naturali, hu kkunsidrat metodu ta' produzzjoni organika dment li:

(a)

iż-żoni fejn tikber huma ta' kwalità ekoloġika għolja kif definit fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (15) u, pendenti l-implimentazzjoni tagħha, ta' kwalita ekwivalenti għal dik ta' ilmijiet indikati taħt id-Direttiva 2006/113/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-kwalità meħtieġa ghall-ilmijiet tal-koltivazzjoni tal-molluski (16) u ma humiex inadegwati mil-lat tas-saħħa. Sakemm jiġu introdotti regoli dettaljati fil-leġislazzjoni implimentattiva l-alka salvaġġa li hi tajba għall-ikel ma' għandhiex tinġabar minn żoni li ma jilħqux il-kriterji għaż-żoni Klassi A jew Klassi B kif definit fl-Anness II tar-Regolament 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (17);

(b)

ir-rakkoljiment ma jaffettwax l-istabbiltà fuq perijodu fit-tul ta' l-abitat naturali jew il-manteniment ta' l-ispeċi fiż-żona tar-rakkoljiment.

2.   Il-kultivazzjoni ta' l-alka għandha issir f'żoni mal-kosta b'karatterisitiċi ambjentali u tas-saħħa ta' l-anqas ekwivalenti għal dawk deskritti fil-paragrafu I sabiex ikunu kkunsidrati organiċi. Barra minn hekk:

(a)

għandhom jintużaw prattiki sostenibbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni mir-rakkoljiment ta' l-alka żagħżugħa sal-ħsad;

(b)

biex ikun żgurat li tinżamm ġabra wiesgħa ta' ġeni, ir-rakkoljiment ta' l-alka żagħżugħa għandu jsir fuq bażi regolari għas-suppliment tal-ħażna ta' kultura fl-għeluq;

(ċ)

ma' għandomx jintużaw fertilizzanti ħlief f'faċilitajiet fil-magħluq u biss jekk dawn ġew awtorizzati għall-użu fi produzzjoni organika għal dan il-fini taħt l-Artikolu 16.

3.   Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-produzzjoni f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2).

Artikolu 14

Regoli tal-produzzjoni tal-bhejjem

1.   Flimkien mar-regoli ġenerali ta' produzzjoni ta' l-impriżi agrikoli stabbiliti fl-Artikolu 11, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-bhejjem:

(a)

rigward l-oriġini ta' l-annimali:

(i)

bhejjem organiċi għandhom ikunu mwielda u mrobbija f'impriżi organiċi;

(ii)

għall-iskopijiet ta' trobbija, annimal imrobbija b'mod mhux organiku jistgħu jitqiegħdu f'impriża taħt kondizzjonijiet speċifiċi. Tali annimali u l-prodotti tagħhom jistgħu jitqiesu organiċi wara konformità mal-perijodu ta' konverżjoni msemmi fl-Artikolu 17 (1) (ċ);

(iii)

l-annimali eżistenti fl-impriża fil-bidu tal-perijodu ta' konverżjoni u l-prodotti tagħhom jistgħu jitqiesu organiċi wara konformità mal-perijodu ta' konverżjoni msemmi fl-Artikolu 17 (1) (ċ);

(b)

rigward prattiki ta' trobbija u kondizzjonijiet ta' akkomodazzjoni:

(i)

il-persunal li jżomm l-annimali għandu jkollu l-għarfien bażiku u l-kapaċitajiet meħtieġa fir-rigward tas-saħħa u l-ħtiġijiet ta' benesseri ta' l-annimali;

(ii)

prattiki ta' trobbija, inkluż densitajiet ta' ħażna, u kondizzjonijiet ta' akkomodazzjoni għandhom jiżguraw li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta' żvilupp, fiżjoloġiċi u etoloġiċi ta' l-annimali;

(iii)

il-bhejjem għandhom ikollhom aċċess permanenti għal żoni fil-beraħ, preferibbilment il-mergħa, kull meta l-kondizzjonijiet tat-temp u l-istat ta' l-art jippermetti dan sakemm restrizzjonijiet u obbligi relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin u ta' l-annimali ma jiġux imposti abbażi tal-leġislazzjoni Komunitarja;

(iv)

in-numru ta' bhejjem għandu jkun limitat bi ħsieb li tiġi minimizzata s-sitwazzjoni ta' numru kbir wisq ta' bhejjem jirgħu, it-tgħaffiġ ta' ħamrija, l-erużjoni, jew it-tniġġis ikkawżat mill-annimali jew mit-tixrid tad-demel tagħhom;

(v)

bhejjem organiċi għandhom jinżammu separati minn bhejjem oħra. Mandankollu, bhejjem organiċi jistgħu jirgħu f'art komuni u bhejjem mhux organiċi jistgħu jirgħu f'art organika, skond ċerti kondizzjonijiet ristretti;

(vi)

irbit jew iżolament ta' bhejjem għandu jkun ipprojbit, jekk mhux għal annimali individwali għal perijodu limitat ta' żmien u ġustifikat għal raġunijiet ta' sigurtà, benesseri u veterinarji;

(vii)

it-tul taż-żmien tat-trasport ta' bhejjem għandu jiġi minimizzat;

(viii)

kwalunkwe sofferenza, inkluża l-mutilazzjoni, għandha tinżamm għal minimu matul il-ħajja intiera ta' l-annimal, inkluż fil-ħin ta' qatla;

(ix)

għandhom jitpoġġew imġiebaħ f'żoni li jiżguraw sorsi ta' nettari u polline li jikkonsistu essenzjalment f'uċuħ tar-raba' prodotti organikament jew, kif xieraq, f'veġetazzjoni spontanja jew foresti ġestiti mhux organikament jew uċuħ tar-raba' li huma ttrattati biss b'metodi ta' impatt ambjentali baxx. L-imġiebaħ għandhom jinżammu f'distanza biżżejjed minn sorsi li jistgħu jwasslu għal kontaminazzjoni ta' prodotti ta' żamma tan-naħal jew ta' saħħa fqira tan-naħal;

(x)

xehdi u materjal użat fiż-żamma tan-naħal għandhom ikunu magħmula prinċipalment minn materjal naturali;

(xi)

il-qerda ta' naħal fl-imxat bħala metodu assoċjat mal-ħsad ta' prodotti tat-tkabbir tan-naħal hija pprojbita;

(ċ)

rigward tgħammir:

(i)

ir-riproduzzjoni għandha tuża metodi naturali. Madanakollu, l-inseminazzjoni artifiċjali hija permessa;

(ii)

ir-riproduzzjoni ma' għandhiex tiġi mħaffa bi trattament b'ormoni jew sustanzi simili, jekk mhux bħala forma ta' trattament veterinarju terapewtiku fil-każ ta' annimal individwali;

(iii)

forom oħra ta' riproduzzjoni artifiċjali, bħall-ikklonjar u t-trasferimenti ta' l-embriji, ma' għandhomx jintużaw;

(iv)

għandhom jintgħażlu razez adatti. L-għażla ta' razez għandha tikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe uġigħ u biex tiġi evitata l-ħtieġa ta' mutilazzjoni ta' l-annimali.

(d)

rigward ta' għalf:

(i)

primarjarment il-kisba ta' għalf għall-annimali mill-impriża fejn jinżammu l-annimali jew impriżi organiċi oħrajn fl-istess reġjun;

(ii)

il-bhejjem għandhom jingħataw ikel b'għalf organiku li jissodisfa l-ħtiġiet nutrizzjonali ta' l-annimal fl-istadji varji ta' l-iżvilupp tiegħu. Parti mir-razzjon jista' jinkludi ikel minn impriżi li qed jikkonvertu għal biedja organika;

(iii)

bhejjem bl-eċċezzjoni ta' naħal għandu jkollhom aċċess permanenti għal ħaxix jew għalf oħxon;

(iv)

materjali ta' għalf mhux organiku li joriġina minn pjanti, materjali ta' għalf li joriġina minn annimali u minerali, additivi ta' l-għalf; ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali u għajnuniet għall-ipproċessar għandhom jiġu użati biss jekk ikunu ġew awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16;

(v)

promuturi ta' tkabbir u aċidi amino sintentiċi ma' għandhomx jintużaw;

(vi)

mammali li jreddgħu għandhom jingħataw ħalib naturali, preferibbilment matern;

(e)

rigward il-prevenzjoni ta' mard u trattament veterinarju:

(i)

il-prevenzjoni tal-mard għandha tkun ibbażata fuq ir-razza u l-għażla, il-prattiki ta' ġestjoni ta' trobbija, l-għalf ta' kwalità għolja u l-eżerċizzju, id-densitajiet ta' ħażna xierqa u l-akkomodazzjoni adegwata u xierqa miżmuma f'kondizzjonijiet iġeniċi;

(ii)

il-mard għandu jiġi ttrattat minnufih biex l-annimal ma jsofrix; prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi sintetizzati kemikament inklużi l-antibijotiċi jistgħu jintużaw fejn meħtieġ u taħt kondizzjonijiet stretti, fejn l-użu ta' prodotti fitoterapewtiċi, omopatiċi u oħrajn mhux xieraq, b'mod partikolari restrizzjonijiet rigward korsijiet ta' trattament u perijodi ta' rtirar għandhom jiġu definiti;

(iii)

l-użu ta' mediċini veterinarji immunoloġiċi huwa permess;

(iv)

trattamenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali imposti abbażi tal-leġislazzjoni Komunitarja għandhom ikunu permessi;

(f)

rigward it-tindif u d-disinfezzjoni, il-prodotti għat-tindif u d-disinfezzjoni ta' għadajjar, gaġeġ, bini u installazzjonijiet tal-bhejjem, għandhom jiġu użati biss jekk ikunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16;

2.   Il-miżuri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-produzzjoni li jinsabu f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2).

Artikolu 15

Regoli ta' produzzjoni għall-annimali ta' l-akkwakultura

1.   Flimkien mar-regoli ġenerali ta' produzzjoni ta' l-impriżi agrikoli stabbiliti fl-Artikolu 11, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal produzzjoni tal-bhejjem:

(a)

rigward l-oriġini ta' l-annimali ta' l-akwakultura:

(i)

l-akwakultura organika għandha tkun ibbażata fuq it-trobbija ta' ġidd ta' età żgħira li toriġina minn broodstock organiku u impriżi organiċi;

(ii)

meta ħażniet ta' età żgħira minn broodstock jew impriżi organiċi ma jkunux disponibbli, annimali prodotti mhux organikament jistgħu jinġiebu f'impriża taħt kondizzjonijiet speċifiċi;

(b)

rigward prattiki ta' trobbija:

(i)

il-persunal li jżomm l-annimali għandu jkollu l-għarfien bażiku u l-kapaċitajiet meħtieġa fir-rigward tas-saħħa u l-ħtiġijiet ta' benesseri ta' l-annimali;

(ii)

prattiki ta' trobbija, inklużi l-għalf, it-tfassil ta' installazzjonijiet, densitajiet ta' ħażna u kwalità ta' l-ilma, għandhom jiżguraw li l-ħtieġijiet ta' l-iżvilupp, psikoloġiċi u ta' l-imġiba ta' l-annimali jintlaħqu;

(iii)

il-prattiki ta' trobbija għandhom jimminimizzaw l-impatt ambjentali negattivmill-impriża, inkluż il-ħarba ta' ġidd minn impriża agrikola;

(iv)

l-annimali organiċi għandhom jinżammu separati minn annimali ta' akwakultura oħra;

(v)

it-trasport għandu jiżgura li jinżamm il-benesseri ta' l-annimali;

(vi)

kwalunkwe sofferenza ta' l-annimali inkluż il-ħin tal-qatla għanda tinżamm minima;

(ċ)

rigward tgħammir:

(i)

l-induzzjoni artifiċjali ta' poliplojdi, ibridridizzazzjoni, cloning u l-produzzjoni ta' ġeneri monosex, ħlief b'assortjar manwali, ma' għandhomx jintużaw;

(ii)

għandhom jintgħażlu ġeneri adatti;

(iii)

għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi skond l-ispeċi għall-ġestjoni, it-tgħammir u l-produzzjoni żgħażugħa ta' broodstock;

(d)

rigward l-għalf għall-ħut u l-krustaċji:

(i)

il-bhejjem għandhom jingħataw ikel b'għalf organiku li jissodisfa l-ħtiġiet nutrizzjonali ta' l-annimal fl-istadji varji ta' l-iżvilupp tiegħu;

(ii)

il-frazzjoni ta' l-għalf mill-pjanti għandha toriġina minn produzzjoni organika u l-frazzjoni ta' l-għalf derivata minn annimali akwatiċi għandha toriġina minn sfruttament sostenibbli tas-sajd;

(iii)

fil-każ ta' materjal ta' għalf mhux organiku li joriġina minn pjanti, materjal ta' għalf li joriġinaw minn annimali u minerali, additivi ta' l-għalf; ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali u għajnuniet għall-ipproċessar għandhom jiġu użati biss jekk ikunu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16;

(iv)

promuturi ta' tkabbir u aċidi amino sintentiċi ma' għandhomx jintużaw;

(e)

rigward il-molluski bivalvi u speċi oħra li mhux magħlufin mill-bniedem iżda jgħixu fuq il-plankton naturali:

(i)

tali animali li huma filter-feeding għandhom jirċievu l-ħtiġiet nutrizzjonali kollha tagħhom min-natura ħlief fil-każ taż-żgħar imrobbija fl-imfaqas u fin-nurseries;

(ii)

huma għandhom jikbru f'ilmijiet li jilħqu l-kriterji taż-żoni Klassi A jew Klassi B kif definit fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004;

(iii)

iż-żoni fejn jikbru għandhom ikunu ta' kwalità ekoloġika għolja kif definit mid-Direttiva 2000/60/KE u, pendenti l-implimentazzjoni tagħha, ta' kwalita ekwivalenti għal; ilmijiet indikati skond id-Direttiva 2006/113/KE;

(f)

rigward il-prevenzjoni ta' mard u trattament veterinarju:

(i)

il-prevenzjoni tal-mard għandha tkun ibbażata fuq iż-żamma ta' l-annimali f'kondizzjonijiet ottimali permezz ta' ippostjar xieraq, tfassil ottimali ta' l-impriżi, l-applikazzjoni ta' prattiki ta' trobbija u ta' ġestjoni tajbin, inkluż tindif disinfezzjoni regolari tal-postijiet, għalf ta' kwalità għolja, densità ta' ħażna xierqa, u selezzjoni ta' tgħammir u ġeneri;

(ii)

il-mard għandu jiġi ttrattat minnufih biex l-annimal ma jsofrix; prodotti mediċinali veterinarji allopatiċi inklużi l-antibijotiċi jistgħu jintużaw fejn meħtieġ u taħt kondizzjonijiet stretti, fejn l-użu ta' prodotti fitoterapewtiċi, omopatiċi u oħrajn mhux xieraq, b'mod partikolari restrizzjonijiet rigward korsijiet ta' trattament u perijodi ta' rtirar għandhom jiġu definiti;

(iii)

l-użu ta' mediċini veterinarji immunoloġiċi huwa permess;

(iv)

trattamenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali imposti abbażi tal-leġislazzjoni Komunitarja għandhom ikunu permessi;

(g)

Fir-rigward tat-tindif u d-disinfezzjoni, il-prodotti għat-tindif u d-disinfezzjoni ta' għadajjar, gaġeġ, bini u installazzjonijiet tal-bhejjem, għandhom jiġu użati biss jekk kienu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika taħt l-Artikolu 16.

2.   Il-miżuri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-produzzjoni li jinsabu f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2).

Artikolu 16

Prodotti u sustanzi użati fil-biedja u l-kriterji għall-awtorizzazzjoni tagħhom

1.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2), tawtorizza għall-użu fil-produzzjoni organika u tinkludi f'lista ristretta l-prodotti u s-sustanzi, li jistgħu jintużaw fil-biedja organika għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)

prodotti għal protezzjoni tal-pjanti;

(b)

fertilizzanti u kondizzjonaturi tal-ħamrija;

(ċ)

materjal ta' għalf mhux organiku minn oriġini tal-pjanti, materjal ta' għalf minn oriġini ta' annimali u minerali u ċerti sustanzi użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali;

(d)

additivi ta' l-għalf u għajnuniet ta' l-ipproċessar;

(e)

prodotti għat-tindif u d-disinfezzjoni ta' għadajjar, gaġeġ, bini u installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' l-annimali;

(f)

prodotti għat-tindif u d-disinfezzjoni ta' bini u installazzjonijiet użati għall-produzzjoni tal-pjanti, inkluż ħażna fuq impriża agrikola.

Prodotti u sustanzi li jinsabu fil-lista ristretta jistgħu jintużaw biss safejn l-użu korrispondenti hu awtorizzat fl-agrikoltura ġenerali ta' l-Istati Membri kkonċernati skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti b'mod konformi mal-liġi Komunitarja.

2.   L-awtrorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 hi soġġetta għall-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II u l-kriterja ġenerali u speċifiċi li ġejjin li għandhom jiġu evalwati kollha kemm huma:

(a)

l-użu tagħhom huwa meħtieġ għall-produzzjoni sostnuta u essenzjali għall-użu intenzjonat;

(b)

il-prodotti u s-sustanzi kollha għandhom ikunu ta' oriġini tal-pjanti, ta' l-annimali, mikrobjali jew minerali ħlief jekk il-prodotti jew is-sustanzi minn tali sorsi ma jkunux disponibbli fi kwantitajiet jew kwalitajiet suffiċjenti jew jekk l-alternattivi mhumiex disponibbli;

(ċ)

fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 1 (a), għandu japplika dan li ġej:

(i)

l-użu tagħhom huwa essenzjali għall-kontroll ta' organiżmu li jagħmel il-ħsara jew mard partikolari li għalihom alternattivi oħra bijoloġiċi, fiżiċi jew ta' tgħammir jew prattiki ta' kultivazzjoni jew ġestjoni effettiva oħra mhumiex disponibbli;

(ii)

jekk il-prodotti mhumiex ta' oriġini tal-pjanti, ta' l-annimali, mikrobjali jew minerali u mhumiex identiċi għall-forma naturali tagħhom, jistgħu jiġu awtorizzati biss jekk il-kondizzjonijiet tagħhom għall-użu jipprekludu kwalunkwe kuntatt dirett ma' partijiet ta' l-għelejjel li huma tajbin għall-ikel;

(d)

fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 1 (b), l-użu tagħhom hu essenzjali għall-kisba jew iż-żamma tal-fertilità tal-ħamrija jew biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' nutrizzjoni speċifiċi ta' l-għelejjel, jew il-finijiet speċifiċi għall-kondizzjonament tal-ħamrija;

(e)

fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 1 (ċ) u 1 (d), għandu japplika dan li li ġej:

(i)

huma meħtieġa għaż-żamma tas-saħħa ta' l-annimali, il-benesseri ta' l-annimali u l-vitalità u jikkontribwixxu għal dieta adatta li tissodisfa l-ħtiġiet fiżjoloġiċi u ta' l-imġiba ta' l-ispeċi konċernati jew fejn ikun impossibbli li tali għalf jiġi prodott jew preservat mingħajr ma jkollhom jirrikorru għal tali sustanzi;

(ii)

għalf ta' oriġini minerali, elementi ta' traċċa, vitamini jew provitamini għandhom ikunu ta' oriġini naturali. Fil-każ li dawn is-sustanzi mhumiex disponibbli, sustanzi analoġiċi kimikament espliċiti jistgħu jiġu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika.

3.

(a)

Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2), tistabbilixxi kondizzjonijiet u limiti rigward il-prodotti agrikoli li għalihom jistgħu japplikaw il-prodotti u s-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1, il-metodu ta' applikazzjoni, id-doża, il- limiti ta' żmien għall-użu u l-kuntatt ma' prodotti agrikoli u, jekk meħtieġ, tiddediċiedi dwar l-irtirar ta' dawn il-prodotti u s-sustanzi.

(b)

Fejn Stat Membru jikkunsidra li prodott jew sustanza għandha tiġi miżjuda, jew imneħħija mil-lista msemmija fil-paragrafu 1, jew li l-ispeċifikazzjonijiet ta' użu msemmija fis-subparagrafu (a) għandhom jiġu emendati, l-Istat Membru għandu jiżgura li dossier li jagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni, l-irtitar jew l-emendi għandu jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Talbiet għal emendi jew tneħħija, kif ukoll deċiżjonijiet dwar dan għandhom ikunu pubblikati.

(ċ)

Il-prodotti u s-sustanzi użati qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament għal skopijiet korrispondenti ma' dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jkomplu jintużaw wara l-adozzjoni msemmija. Il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe każ tirtira tali prodotti jew sustanzi skond l-Artikolu 37(2).

4.   L-Istati Membri jistgħu jirregolaw, fit-territorju tagħhom, l-użu ta' prodotti u sustanzi fil-biedja organika għal skopijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu (1) (a) sa (f) dment li l-użu tagħhom ikun soġġett għall-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II u l-kriterji ġenerali u speċifiċi mniżżla fil-paragrafu 2, u safejn jirrispetta l-liġi Komunitarja. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw Stati Membri oħrajn u l-Kummissjoni dwar tali regoli nazzjonali.

5.   L-użu ta' prodotti u sustanzi mhux koperti taħt il-paragrafu 1 u 4, soġġett għall-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II u l-kriterji ġenerali ta' dan l-Artikolu, għandu jkun permess fil-biedja organika.

Artikolu 17

Konverżjoni

1.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal impriża agrikola li fiha tibda produzzjoni organika:

(a)

il-perijodu ta' konverżjoni għandu jibda mill-aktar fis meta l-operatur ikun innotifika l-attività tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti u ssoġġetta l-impriża tiegħu għas-sistema ta' kontroll skond l-Artikolu 28(1);

(b)

matul il-perijodu ta' konverżjoni għandhom japplikaw ir-regoli kollha stabbiliti b'dan ir-Regolament;

(ċ)

għandhom jiġu definiti perijodi ta' konverżjoni speċifiċi għat-tip ta' produzzjoni ta' l-għelejjel jew ta' l-annimali;

(d)

fuq impriża jew unità parzjalment taħt produzzjoni organika u parzjalment f'konverżjoni għal produzzjoni organika, l-operatur għandu jżomm il-prodotti prodotti organikament u f'konverżjoni separati u l-annimali separati jew faċilment separabbli u jżomm rekords adegwati li juru s-separazzjoni;

(e)

biex jiġi determinat il-perijodu ta' konverżjoni msemmi hawn fuq, perijodu li jippreċedi minnufih d-data tal-bidu tal-perijodu ta' konverżjoni, jista' jiġi kkunsidrat, dment li ċerti kondizzjonijiet ikunu jaqblu;

(f)

l-annimali u l-prodotti ta' l-annimali prodotti matul il-perijodu ta' konverżjoni msemmi fis-subparagrafu (ċ) ma' għandhomx ikunu kummerċjalizzati b'indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 23 u 24 użati fit-tikkettar u r-reklamar ta' prodotti.

2.   Il-miżuri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli f'dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-perijodi msemmija fil-paragrafu (1) (ċ) sa (f) għandhom jiġu definiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2).

KAPITOLU 3

Produzzjoni ta' għalf ipproċessat

Artikolu 18

Regoli ġenerali dwar il-produzzjoni ta' għalf ipproċessat

1.   Il-produzzjoni ta' għalf organiku għandha tinżamm separata fiż-żmien jew spazju mill-produzzjoni ta' għalf mhux organiku.

2.   Materjal ta' għalf organiku, jew materjal ta' għalf mill-produzzjoni f'konverżjoni, ma' għandux jidħol simultanjament ma' l-istess materjal ta' għalf prodott b'mezzi mhux organiċi fil-kompożizzjoni tal-prodott ta' għalf organiku.

3.   Kwalunkwe materjal ta' għalf użat jew ipproċessat fi produzzjoni organika ma' għandux ikun ġie pproċessat bl-għajnuna ta' solventi sintetizzati kimikament.

4.   Sustanzi u tekniki li jirrikostitwixxu l-proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u l-ħażna ta' l-għalf organiku, li jikkoreġu r-riżultati ta' negliġenza fl-ipproċessar jew li b'xi mod jistgħu iqarrqu rigward in-natura vera ta' dawn il-prodotti ma' għandhomx jintużaw.

5.   Il-miżuri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-produzzjoni li jinsabu f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2).

KAPITOLU 4

Produzzjoni ta' Għalf Ipproċessat

Artikolu 19

Regoli ġenerali dwar il-produzzjoni ta' l-ikel ipproċessat

1.   Il-preparazzjoni ta' ikel organiku pproċessat għandha tinżamm separata fiż-żmien jew spazju mill-ikel mhux organiku.

2.   Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kompożizzjoni ta' ikel organiku pproċessat:

(a)

il-prodott għandu jiġi prodott prinċipalment minn ingredjenti ta' oriġini agrikola; sabiex jiġi determinat jekk prodott huwiex prodott prinċipalment minn ingredjenti ta' oriġini agrikola ma' għandux jittieħed kont ta' ilma u melħ tat-tisjir miżjudin;

(b)

additivi, għajnuniet ta' proċessar, aromatizzanti, ilma, melħ, preparati ta' mikroorganiżmi u enżimi, minerali, elementi ta' traċċa, vitamini, kif ukoll aminoaċidi u mikronutrienti oħrajn f'oġġetti ta' l-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari biss jistgħu jintużaw u biss safejn ġew awtorizzati għall-użu fi produzzjoni organika skond l-Artikolu 21;

(ċ)

ingredjenti agrikoli mhux organiċi jistgħu jintużaw biss jekk ikunu ġew awtorizzati għall-użu fi produzzjoni organika skond l-Artikolu 21 jew li ġew awtorizzati b'mod proviżorju minn Stat Membru;

(d)

ingredjent organiku ma' għandux ikun preżenti flimkien ma' l-istess ingredjent f'forma mhux organika jew ingredjent minn konverżjoni;

(e)

ikel prodott minn għelejjel ta' konverżjoni għandu jkun fih ingredjent ta' l-għelejjel wieħed biss ta' oriġini agrikola.

3.   Sustanzi u tekniki li jirrikostitwixxu l-proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u l-ħażna ta' l-għalf organiku, li jikkoreġu r-riżultati ta' negliġenza fl-ipproċessar jew li b'xi mod jistgħu iqarrqu rigward in-natura vera ta' dawn il-prodotti ma' għandhomx jintużaw.

Il-miżuri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli ta' produzzjoni f'dan l-Artikolu, u b'mod partikolari rigward metodi ta' l-ipproċessar u l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni proviżorja mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 2 (ċ), għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2).

Artikolu 20

Regoli ġenerali dwar il-produzzjoni tal-ħmira organika

1.   Għall-produzzjoni ta' ħmira prodotta b'mod organiku għandhom jintużaw biss substrati organiċi. Prodotti u sustanzi oħra jistgħu jintużaw biss safejn dawn jiġu awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni agrikola skond l-Artikolu 21.

2.   Il-ħmira organika ma' għandhiex tkun preżenti fl-ikel jew l-għalf organiku flimkien ma' ħmira mhux organika.

3.   Regoli dettaljati tal-produzzjoni jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37 (2).

Artikolu 21

Kriterji għal ċerti prodotti u sustanzi fl-ipproċessar

1.   L-awtorizzazzjoni ta' prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u l-inklużjoni tagħhom fil-lista ristretta ta' prodotti u sustanzi msemmija fl-Artikolu 19(2) (b) u (ċ) għandha tkun soġġetta għall-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II u li ssegwi l-kriterji, li għandhom jiġu evalwati kollha kemm huma:

(i)

alternattivi awtorizzati skond dan il-kapitolu mhumiex disponibbli;

(ii)

mingħajr rikors għalihom, ikun impossibbli li jiġi prodott jew preservat l-ikel jew jiġu sodisfatti ħtiġiet dijetetiċi speċifikati previsti abbażi tal- legislazzjoni Komunitarja.

Barra minn hekk, il-prodotti u s-sustanzi msemmija fl-Artikolu 19(2) (b) jinsabu fin-natura u jistgħu jkunu għaddew minn proċessi mekkaniċi, fiżiċi, bijoloġiċi, enżimatiċi jew mikrobjali, ħlief jekk tali prodotti jew sustanzi minn tali sorsi ma jkunux disponibbli fi kwantitajiet jew kwalitajiet suffiċjenti fis-suq.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2), tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti u s-sustanzi u l-inklużjoni tagħhom fil-lista ristretta imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tistabbilixxi kondizzjonijiet u limiti speċifiċi għall-użu tagħhom, u, jekk meħtieġ, dwar l-irtirar ta' prodotti.

Fejn Stat Membru jikkunsidra li prodott jew sustanza għandha tiġi miżjuda, jew imneħħija mil-lista msemmija fil-paragrafu 1, jew li l-ispeċifikazzjonijiet ta' użu msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu emendati, l-Istat Membru għandu jiżgura li dossier li jagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni, l-irtitar jew l-emendi għandu jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Talbiet għal emendi jew tneħħija, kif ukoll deċiżjonijiet dwar dan għandhom ikunu pubblikati.

Il-prodotti u s-sustanzi użati qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u li jaqgħu taħt l-Artikolu 19 (2) (b) u (ċ), jistgħu jkomplu jintużaw wara l-adozzjoni msemmija. Il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe każ, tirtira tali prodotti fuq sustanzi skond l-Artikolu 37(2).

KAPITOLU 5

Flessibbiltà

Artikolu 22

Regoli ta' produzzjoni eċċezzjonali

1.   Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) u l-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u soġġett għall-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II, tipprevedi għall-għoti ta' eċċezzjonijiet mir-regoli ta' produzzjoni stabbiliti fil-Kapitoli 1 sa 4.

2.   Eċċezzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu f'minimu u fejn xieraq limitati fiż-żmien u jistgħu jiġu previsti biss fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn huma meħtieġa sabiex jiżguraw li produzzjoni organika tista' tinbeda jew tinżamm f'impriżi li qed iħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi jew strutturali;

(b)

fejn huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat aċċess għal għalf, żrieragħ, u materjal veġetattiv li jkattar, annimali ħajjin u inputs agrikoli oħrajn, fejn tali inputs mhumiex disponibbli fis-suq f'forma organika;

(ċ)

fejn huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat aċċess għal ingredjenti ta' oriġini agrikola, fejn tali ingredjenti mhumiex disponibbli fis-suq f'forma organika;

(d)

fejn huma meħtieġa sabiex isolvu problemi speċifiċi relatati mal-ġestjoni ta' bhejjem organiċi;

(e)

fejn huma meħtieġa fir-rigward ta' l-użu ta' prodotti u sustanzi speċifiċi fl-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 19 (1) (b) biex tiġi żgurata l-produzzjoni ta' prodotti ta' l-ikel benstabbiliti f'forma organika;

(f)

fejn miżuri temporanji huma meħtieġa sabiex jippermettu li l-produzzjoni organika tkompli jew tibda mill-ġdid fil-każ ta' ċirkostanzi katastrofiċi;

(g)

fejn meħtieġ l-użu ta' additivi ta' l-ikel u sustanzi oħrajn kif imniżżel fl-Artikolu 19 (2) (b) jew additivi ta' l-għalf u sustanzi oħrajn kif imniżżel fl-Artikolu 16 (1) (d) u tali sustanzi mhumiex disponibbli fis-suq ħlief prodotti permess ta' OĠM;

(h)

fejn l-użu ta' additivi ta' l-ikel u sustanzi oħrajn kif imniżżel fl-Artikolu 19(2)(b) jew additivi ta' l-għalf kif imniżżel fl-Artikolu 16(1)(d) hu meħtieġ abbażi tal-liġi Komunitarja jew il-liġi nazzjonali.

3.   Il-Kummissjoni tistà skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet previsiti taħt il-paragrafu 1.

TITOLU IV

TIKKETTAR

Artikolu 23

Użu ta' termini li jirreferu għall-produzzjoni organika

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament prodott għandu jitqies li jinkludi termini li jirreferu għall-metodu ta' produzzjoni organika fejn, fit-tikkettar, fil-materjal tar-riklamar jew f'dokumenti kummerċjali, tali prodott, l-ingredjenti jew il-materjali ta' l-għalf tiegħu huma mfissra f'termini li jissuġġerixxu lix-xerrej li l-prodott, l-ingredjenti jew il-materjali ta' l-għalf tiegħu nkisbu skond ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, it-termini elenkati fl-Anness, id-derivati jew id-diminuttivi tagħhom, bħal “bijo” u “eko”, weħidhom jew b'mod kombinat, jistgħu jintużaw fil-Komunità kollha u fi kwalunkwe lingwa tal-Komunità għat-tikkettar u r-reklamar ta' prodott li jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fi jew skond dan ir-Regolament.

Fit-tikkettar u r-reklamar ta' prodotti agrikoli ħajjin jew mhux ipproċessati jistgħu jintużaw termini li jirreferu għall-metodu ta' produzzjoni organika fil-każ biss fejn flimkien ma' dan l-ingredjenti kollha ta' dak il-prodott ikunu wkoll ġew prodotti skond il-ħtiġiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   It-termini msemmija fil-paragrafu 1 ma' għandhom jintużaw imkien ieħor fil-Komunità u fl-ebda lingwa tal-Komunità għat-tikkettar, ir-reklamar u d-dokumenti kummerċjali ta' prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet imniżżla taħt dan ir-Regolament, sakemm mhumiex applikati għal prodotti agrikoli f'ikel jew għalf jew b'mod ċar ma' għandhom l-ebda rabta ma' produzzjoni organika.

Barra minn hekk, kwalunkwe terminu, inklużi termini użati għal trademarks, jew prattiki fit-tikkettar jew reklamar li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur jew l-utent billi jissuġġerixxu li prodott jew l-ingredjenti tiegħu jissodisfaw il-ħtiġiet imniżżla taħt dan ir-Regolament, ma' għandux jintuża.

3.   It-termini msemmija fil-paragrafu 1 ma' għandhomx jintużaw għal prodott li għandu jkun hemm indikat fit-tikkettar jew reklamar li fih OĠM, jikkonsisti minn OĠM jew huwa prodott minn OĠM skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji.

4.   Fir-rigward ta' ikel ipproċessat, it-termini msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw:

(a)

fid-deskrizzjoni tal-bejgħ dment li;

(i)

l-ikel ipproċessat hu konformi ma' l-Artikolu 19;

(ii)

ta' l-anqas 95 % bl-użin, ta' l-ingredjenti ta' oriġini agrikola huma organiċi;

(b)

biss fil-lista ta' ingredjenti, dment li l-ikel ikun konformi ma' l-Artikolu 19 (1), 19 (2)(a), 19(2)(b) u 19(2)(d);

(ċ)

fi-lista ta' ingredjenti u fl-istess qasam viżwali bħad-deskrizzjoni tal-bejgħ, dment li:

(i)

l-ingredjent prinċipali huwa prodott mill-kaċċa jew mis-sajd;

(ii)

ikun fiha ingredjenti oħrajn ta' oriġini agrikola li kollha jkunu organiċi;

(iii)

l-ikel ikun konformi ma' l-Artikolu 19 (1), 19 (2)(a), 19(2)(b) u 19(2)(d).

Il-lista ta' ingredjenti għandha tindika liema ingredjenti huma organiċi.

Fil-każ fejn il-punti (b) u (ċ) ta' dan il-paragrafu japplikaw, ir-referenzi għall-metodu tal-produzzjoni organika jistgħu jidhru biss fir-rigward ta' l-ingredjenti organiċi u l-lista ta' ingredjenti għandha tinkludi indikazzjoni tal-perċentwali totali ta' ingredjenti organiċi proporzjonali għall-kwantità totali ta' ingredjenti ta' oriġini agrikola.

It-termini u l-indikazzjoni ta' perċentwali msemmija fis-subparagrafu preċedenti għandhom jidhru fl-istess kulur, daqs identiku u stil ta' kitba bħall-indikazzjonijiet l-oħrajn fil-lista ta' ingredjenti.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw konformità ma' dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni tista' skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tadatta l-lista ta' termini mniżżla fl-Anness.

Artikolu 24

Indikazzjonijiet obbligatorji

1.   Fejn jintużaw termini kif imsemmija fl-Artikolu 23(1):

(a)

in-numru tal-kodiċi msemmi fl-Artikolu 27(10) ta' l-awtorità jew korp ta' kontroll li għalih hu soġġett l-operatur li wettaq il-produzzjoni jew l-iżjed operazzjoni ta' preparazzjoni reċenti, għandu jidher ukoll fit-tikkettar;

(b)

il-logo Komunitarju msemmi fl-Artikolu 25 (1) rigward l-ikell ippakkjat minn qabel għandu wkoll jidher fuq l-ippakkjar;

(ċ)

fejn il-logo Komunitarju hu użat, indikazzjoni tal-post fejn ġew imkabbra l-materjali primi agrikoli li minnhom hu kompost il-prodott, għandha tidher ukoll fl-istess żona viżwali bħal-logo u għandha tieħu waħda minn dawn il-forom li ġejjin, kif xieraq:

“Agrikoltura UE”, fejn il-materjal prim agrikolu ġie mkabbar fl-UE;

“Agrikoltura non-UE”, fejn il-materjal prim agrikolu ġie mkabbar f'pajjiżi terzi;

“Agrikoltura ta' l-UE/non-UE”, fejn parti mill-materjali primi agrikoli ġew imkabbra fil-Komunità u parti minnhom ġiet imkabbra f'pajjiż terz.

L-indikazzjoni “UE” jew “non-UE” msemmija hawn fuq tista' tiġi sostitwita jew supplimentata minn pajjiż fil-każ fejn il-materjali primi agrikoli kollha li minnhom hu kompost il-prodott ġew imkabbra f'dak il-pajjiż.

Għall-indikazzjoni “UE” jew “non-UE” msemmija hawn fuq u kwantitajiet żgħar fil-piż ta' ingredjenti jistgħu ma jitqisux sakemm il-kwantità totali ta' l-ingredjenti mhux meqjusa ma taqbiżx it-2 % tal-kwantità totali fil-piż tal-materjali primi ta' oriġini agrikola.

L-indikazzjoni “UE” jew “non-UE” msemmija hawn fuq ma' għandhiex tidher f'kulur, daqs u stil ta' kitba aktar prominenti mid-deskrizzjoni tal-bejgħ tal-prodott.

L-użu tal-logo Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 25 (1) u l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu fakultattivi għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi. Madankollu, fejn il-logo Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 25 (1) jidher fit-tikkettar, l-indikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tidher ukoll fit-tikkettar.

2.   L-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mmarkati f'post li jispikka b'tali mod li jkunu faċilment viżibbli, jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux.

3.   Il-Kummissjoni għandha skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tistabbilixxi kriterji speċifiċi rigward il-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni u d-daqs ta' l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (a) u (ċ).

Artikolu 25

Logo ta' produzzjoni organika

1.   Il-logo Komunitarju ta' produzzjoni organika jista' jintuża fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' prodotti li jissodisfaw il-ħtiġiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

Il-logo Komunitarju ma' għandux jintuża fil-każ ta' prodotti f'konverżjoni u ikel ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 23 (4) (b) u (ċ).

2.   Logos nazzjonali u privati jistgħu jintużaw fit-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' prodotti li jissodisfaw il-ħtiġiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2), tistabbilixxi kriterji speċifiċi rigward il-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, daqs u t-tfassil tal-logo Komuntarju.

Artikolu 26

Ħtiġiet speċifiċi ta' tikkettar

Il-Kummissjoni għandha skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tistabbilixxi ħtiġiet ta' tikkettar u kompożizzjoni speċifiċi applikabbli għal:

(a)

għalf organiku;

(b)

prodotti f'konverżjoni li joriġinaw mill-pjanti;

(ċ)

materjal li jkattar il-veġetazzjoni u ż-żrieragħ għall-kultivazzjoni.

TITOLU V

KONTROLLI

Artikolu 27

Sistema ta' kontroll

1.   L-Istati Membru għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontrolli u jagħżlu awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-kontrolli rigward l-obbligi stabbiliti minn dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.   Barra mill-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, is-sistema ta' kontroll stabbilita taħt dan ir-Regolament għandha tinkludi ta' l-inqas l-applikazzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni u kontroll li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2).

3.   Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament in-natura u l-frekwenza tal-kontrolli għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta' stima tar-riskju li jseħħu l-irregolaritajiet u l-ksur fir-rigward il-konformità mal-ħtiġiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ l-operaturi kollha, ħlief għall-bejjiegħa bl-ingrossa li għandhom x'jaqsmu biss mal-prodotti ppakkjati minn qabel u l-operaturi li jbiegħu lill-konsumatur jew utent finali kif deskritt fl-Artikolu 28 (2) għandhom ikunu soġġetti għal verifika tal-konformità ta' l-anqas darba fis-sena.

4.   L-awtorità kompetenti tista':

(a)

tikkonferixxi lil awtorità ta' kontroll waħda jew aktar il-kompetenzi ta' kontroll tagħha. L-awtoritajiet ta' kontroll għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;

(b)

tiddelega kompiti ta' kontroll lil korp ta' kontroll wieħed jew aktar. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u s-superviżjoni ta' tali korpi.

5.   L-awtorità kompetenti tista' biss tiddelega kompiti ta' kontroll lil korp ta' kontroll partikolari jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jiġu sodisfatti, u b'mod partikolari jekk:

(a)

ikun hemm deskrizzjoni preċiża tal-kompiti li l-korp ta' kontroll jista' jwettaq u tal-kondizzjonijiet li taħthom huwa jista' jwettaqhom;

(b)

ikun hemm evidenza li l-korp ta' kontroll:

(i)

għandu l-esperjenza, t-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq il-kompiti delegati lilu;

(ii)

għandu numru suffiċjenti ta' persunal kwalifikat u b'esperjenza adattat; u

(iii)

huwa imparzjali u ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta' interess fir-rigward ta' l-eżerċizzju tal-kompiti delegati lilu;

(ċ)

il-korp ta' kontroll huwa akkreditat fil-verżjoni notifikata l-aktar reċentement b'pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, is-serje C, ta' l-Istandard Ewropew EN 45011 jew il-Gwida 65 ta' l-ISO “Ħtiġiet ġenerali għall-korpi li jħaddmu sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodotti”, u jiġi approvat mill-awtoritajiet kompetenti;

(d)

il-korp ta' kontroll jikkomunika r-riżultati tal-kontrolli mwettqa lill-awtorità kompetenti fuq bażi regolari u kull fejn l-awtorità kompetenti titlob dan. Jekk ir-riżultati tal-kontrolli jindikaw nuqqas ta' konformità jew jindikaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità, il-korp ta' kontroll għandu jinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti;

(e)

ikun hemm koordinazzjoni effettiva bejn l-awtorità kompetenti li tiddelega u l-korp ta' kontroll.

6.   Barra mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kont tal-kriterji li ġejjin waqt li tapprova l-korp ta' kontroll:

(a)

il-proċedura ta' kontroll standard li għandha tiġi segwita, li tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta' kontroll u l-prekawzjonijiet li l-korp jimpenja ruħhu li jimponi fuq aperaturi soġġetti għall-kontroll tiegħu;

(b)

il-miżuri li l-korp ta' kontroll għandu l-intenzjoni li japplika fejn jinstabu rregolaritajiet u/jew ksur.

7.   L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jiddelegaw il-kompiti li ġejjin lill-korpi ta' kontroll:

(a)

is-superviżjoni u l-verifika ta' korpi ta' kontroll oħrajn;

(b)

il-kompetenza li jinagħtaw eċċezzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 22, sakemm dan ma jkunx previst fil-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 22(3).

8.   B'mod konformi ma' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti ta' kontroll lil korpi ta' kontroll għandhom jorganizzaw verifiki jew spezzjonijiet tal-korpi ta' kontroll kif ikun meħtieġ. Jekk, b'riżultat ta' verifika jew spezzjoni, ikun jidher li tali korpi jkunu qed jonqsu milli jwettqu kif suppost il-kompiti ddelegati lilhom, l-awtorità kompetenti li tiddelega tista' tirtira d-delega. Din għandha tirtiraha mingħajr dewmien jekk il-korp ta' kontroll jonqos milli jieħu azzjoni ta' rimedju xierqa u fil-ħin.

9.   Barra mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tiżgura li l-kontrolli mwettqa mill-korp ta' kontroll huma oġġettivi u indipendenti;

(b)

tivverifika l-effettività tal-kontrolli tagħha;

(ċ)

issir taf bi kwalunkwe irregolaritajiet jew ksur misjuba u l-miżuri korrettivi applikati;

(d)

tirtira l-approvazzjoni ta' dak il-korp fejn dan jonqos milli jissodisfa l-ħtiġiet imsemmija f'(a) u (b) jew ma jissodisfax aktar il-kriterji indikati fil-paragrafu 5, 6 jew jonqos milli jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafi 11, 12 u 14.

10.   L-Istati Membri għandhom jattribwixxu numru ta' kodiċi lil kull awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll li jwettaq kompiti ta' kontroll kif imsemmijin fil-paragrafu 4.

11.   L-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti aċċess għall-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħhom u jipprovdu kwalunkwe informazzjoni u assistenza li titqies meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' l-obbligi tagħhom skond dan l-Artikolu.

12.   L-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jiżguraw li ta' l-inqas il-miżuri ta' prekawzjoni u ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu applikati lill-operaturi soġġetti għall-kontroll tagħhom.

13.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta' kontroll kif stabbilita tippermetti għat-traċċabbiltà ta' kull prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni, preparazzjoni u distribuzzjoni, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, b'mod partikolari biex jagħtu lill-konsumaturi garanziji li l-prodotti organiċi ġew prodotti b'mod konformi mal-ħtiġiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

14.   L-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti lista ta' l-operaturi li kienu soġġetti għall-kontrolli tagħhom fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Rapport ta' sommarju ta' l-attivitajiet ta' kontroll mewttqa matul is-sena ta' qabel għandu jkun provdut sal-31 ta' Marzu ta' kull sena.

Artikolu 28

Aderenza mas-sistema ta' kontroll

1.   Kwalunkwe operatur li jipproduċi, iħejji, jaħżen jew jimporta prodotti minn pajjiż terz skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) jew li jqiegħed fis-suq tali prodotti, għandu qabel iqiegħed fis-suq kwalunkwe prodott bħala organiku jew f'konverżjoni għal organiku:

(a)

jinnotifika l-attività tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn titwettaq l-attività;

(b)

jissottometti l-impriża tiegħu għas-sistema ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 27.

L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll għal esportaturi li jesportaw prodotti li huma prodotti skond ir-regoli ta' produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Meta operatur jikkuntratta kwalunkwe waħda mill-attivitajiet lil parti terza, dak l-operatur għandu xorta waħda jkun soġġett għall-ħtiġiet imsemmijin fil-punti (a) u (b), u l-attivitajiet sub-kuntrattati għandhom ikunu soġġetti għas-sistema ta' kontroll.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu operaturi li jbiegħu prodotti direttament lill-konsumatur jew utent finali dment li huma ma jipproduċux, ma jippreparawx, ma jaħżnux ħlief in konnessjoni mal-punt ta' bejgħ jew ma jimportawx, tali prodotti minn pajjiż terz jew ma jkunux ikkontrattaw tali attivitajiet lill parti terza.

3.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità jew japprovaw korp għar-riċeviment ta' tali notifiki.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jikkonforma mar-regoli ta' dan ir-Regolament, u li jħallas imposta raġonevoli bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-kontroll, hu intitolat li jkun kopert mis-sistema ta' kontroll.

5.   L-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom iżommu lista aġġornata li jkun fiha l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-operaturi taħt il-kontroll tagħhom. Din il-lista għandha tkun disponibbli għall-partijiet interessati.

6.   Il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2), għandha tadotta regoli ta' implimentazzjoni biex tipprovdi dettalji tal-proċedura ta' notifika u sottomissjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'mod partikolari fir-rigward ta' l-informazzjoni inkluża fin-notifika msemmija fil-paragrafu 1 (a) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 29

Evidenza f'forma ta' dokumenti

1.   L-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll imsemmijin fl-Artikolu 27(4) għandhom jipprovdu evidenza f'forma ta' dokumenti lil kwalunkwe tali operatur li hu soġġett għall-kontrolli tagħhom fil-kamp ta' l-attivitajiet tiegħu, jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-evidenza f'forma ta' dokumenti għandha ta' l-anqas tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-operatur u t-tip jew firxa ta' prodotti kif ukoll il-perijodu ta' validità.

2.   L-operatur għandu jivverifika l-evidenza f'forma ta' dokumenti lill-fornituri tiegħu.

3.   Il-forma ta' l-evidenza f'forma ta' dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha titfassal skond il-proċedura msemmija fl-artikolu 37(2), b'kont meħud tal-vantaġġi ta' ċertifikazzjoni elettronika.

Artikolu 30

Miżuri fil-każ ta' ksur u irregolaritajiet

1.   Fejn tinstab irregolarità fir-rigward tal-konformità mal-ħtiġiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll għandu jiżgura li ma ssir l-ebda referenza għall-metodu ta' produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar tal-lott sħiħ jew il-produzzjoni affettwata minn din l-irregolarità, fejn tali miżura hija proporzjonali mar-relevanza tal-ħtieġa li ġiet miksura u man-natura u ċ-ċirkostanzi partikolari ta' l-attivitajiet irregolari.

Fejn jinstab ksur serju jew ksur b'effett prolungat, l-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll għandu jipprojbixxi lill-operatur konċernat milli jikkummerċjalizza prodotti b'referenza għall-metodu ta' produzzjoni organika fit-tikkettar u r-reklamar għal perijodu li għandu jiġi miftiehem ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru.

2.   Informazzjoni dwar każijiet ta' irregolaritajiet jew ksur li jaffettwa l-istatus organiku ta' prodott għandha tiġi kkomunikata minnufih bejn il-korpi ta' kontroll konċernati l-awtoritajiet ta' kontroll l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri u, fejn xieraq, lill-Kummissjoni.

Il-livell ta' komunikazzjoni għandu jiddependi mis-severità u l-firxa ta' l-irregolarità jew ksur misjub.

Il-Kummissjoni tista' skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar is-sura u l-modalitajiet ta' tali komunikazzjonijiet.

Artikolu 31

Skambju ta' informazzjoni

Wara talba debitament ġustifikata mill-ħtieġa li jkun iggarantit li l-produzzjoni ta' prodott saret skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll għandhom jiskambjaw ma' awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll oħrajn l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom. Huma jistgħu jiskambjaw ukoll tali informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess.

TITOLU VI

KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 32

Importazzjoni ta' prodotti konformi

1.   Prodott importat minn pajjiż terz jista' jitqiegħed fuq is-suq Komunitarju bħala organiku bil-kondizzjoni li:

(a)

il-prodott jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titoli II, III u IV kif ukoll mar-regoli implimentattivi li jaffettwaw il-produzzjoni tiegħu adottati skond dan ir-Regolament;

(b)

l-operaturi kolha, inklużi l-esportaturi, ġew soġġetti għal kontroll mill-awtoritajiet ta' kontroll jew il-korpi ta' kontroll rikonoxxuti skond il-paragrafu 2;

(ċ)

l-operaturi kkonċernati għandhom ikunu jistgħu jipprovdu fi kwalunkwe ħin, lill-importaturi jew lill-awtoritajiet nazzjonali, evidenza ta' dokumentazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 29, li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-operatur li wettaq l-aħħar operazzjoni u l-verifika ta' konformità minn dak l-operatur mal-punti (a) u (b), maħruġa mill-awtorità ta' kontroll jew mill-korp ta' kontroll imsemmi fil-punt (b).

2.   Il-Kummissjoni għandha skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) tirrikonoxxi l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 (b) ta' dan l-Artikolu, inklużi l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 27, kompetenti li jwettqu kontrolli u li joħorġu l-evidenza ta' dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (ċ) ta' dan l-Artikolu f'pajjiżi terzi, u tistabbilixxi lista ta' dawn l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll.

Il-korpi ta' kontroll għandhom jiġu akkreditati fil-verżjoni notifikata l-aktar reċentement b'pubblikazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istandard Ewropew EN 45011 jew il-Gwida 65 ta' l-ISO “Ħtiġiet ġenerali għall-korpi li jħaddmu sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodotti”. Il-korpi ta' kontroll għandhom jgħaddu minn valutazzjoni fuq il-post, sorveljanza u evalwazzjoni mill-ġdid pluriennali regolari ta' l-attivitajiet tagħhom mill-korp ta' akkreditazzjoni.

Meta teżamina talbiet għal għarfien, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità jew lill-korp ta' kontroll biex tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni tista' wkoll tafda esperti bil-kompitu li jeżaminaw fuq il-post ir-regoli tal-produzzjoni u l-attivitajiet ta' kontroll imwettqin fil-pajjiż terz mill-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll ikkonċernat.

Il-korpi ta' kontroll jew l-awtoritajiet ta' kontroll rikonoxxuti għandhom jipprovdu r-rapporti ta' evalwazzjoni maħruġa mill-korp ta' akreditazzjoni jew, kif xieraq, mill-awtorità kompetenti fuq il-valutazzjoni fuq il-post, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid pluriennali regolari ta' l-attivitajiet tagħhom.

Abbażi tar-rapporti ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni assistita mill-Istati Membri tiżgura superviżjoni xierqa ta' l-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll rikonoxxuti billi regolarment tirrevedi r-rikonoxximent tagħhom. In-natura tas-superviżjoni għandha tiġi determinata abbażi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju ta' l-okkorrenza ta' irregolaritajiet jew ksur tad-dispożizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Importazzjoni ta' prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti

1.   Prodott importat minn pajjiż terz jista' wkoll jitqiegħed fis-suq Komunitarju bħala organiku bil-kondizzjoni li:

(a)

il-produzzjoni tal-prodott saret skond regoli ta' produzzjoni ekwivalenti għal dawk imsemmija fit-Titoli III u IV;

(b)

l-operaturi ġew soġġetti għal miżuri ta' kontroll ta' effettività ekwivalenti għal dawk imsemmija fit-Titolu V u tali miżuri ta' kontroll ġew applikati b'mod permanenti u effettiv;

(ċ)

l-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni fil-pajjiż terz kienu ssottomettew l-attivitajiet tagħhom għal sistema ta' kontroll rikonoxxuta skond il-paragrafu 2 jew awtorità ta' kontroll jew korpi ta' kontroll rikonoxxuti skond il-paragrafu 3;

(d)

il-prodott huwa kopert b'ċertfikat ta' spezzjoni maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta' kontroll tal-pajjiż terz rikonoxxut skond il-paragrafu 2, jew minn awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll rikonoxxuta skond il-paragrafu 3, li jikkonferma li l-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla f'dan il-paragrafu.

L-oriġinal taċ-ċertifikat imsemmi f'dan il-paragrafu għandu jakkumpanja l-merkanziji, fuq il-post ta' l-ewwel kunsinnatarju; wara l-importatur irid iżomm iċ-ċertifikat disponibbli għall-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll għal mhux anqas minn sentejn.

2.   Il-Kummissjoni tista' skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi li s-sistema ta' produzzjoni tagħhom hi konformi ma' prinċipji u regoli ta' produzzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titoli II, III u IV u li l-miżuri ta' kontroll tagħhom huma ta' effettività ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu V, u tistabbilixxi lista ta' dawn il-pajjiżi. L-evalwazzjoni ta' ekwivalenza għandha tqis il-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius.

Meta teżamina t-talbiet għall-għarfien, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż terz biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni tista' tafda esperti bil-kompitu li jeżaminaw fuq il-post ir-regoli tal-produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll tal-pajjiż terz konċernat.

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-pajjiżi terzi rikonoxxuti għandhom jibagħtu rapport annwali fil-qosor lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni u r-rinfurzar tal-miżuri ta' kontroll stabbilit fil-pajjiż terz.

Abbażi ta' l-informazzjoni f'dawn ir-rapporti annwali, il-Kummissjoni assistita mill-Istati Membri tiżgura superviżjoni xierqa tal-pajjiż terz rikonoxxut billi regolarment tirrevedi r-rikonoxximent tagħhom. In-natura tas-superviżjoni għandha tiġi determinata abbażi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju ta' l-okkorrenza ta' irregolaritajiet jew ksur tad-dispożizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

3.   Għal prodotti mhux impurtati taħt l-Artikolu 32 u mhux impurtati minn pajjiż terz li hu rikonoxxut taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2), tirrikonoxxi l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll, inklużi l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 27, kompetenti li jwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop tal-paragrafu 1, u tistabbilixxi lista ta' dawn l-awtoritajiet ta' kontroll u korpi ta' kontroll. L-evalwazzjoni ta' ekwivalenza għandha tqis il-linji gwida CAC/GL 32 tal-Codex Alimentarius.

Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe talba għall-għarfien ippreżentata minn awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll pubbliku jew privat f'pajjiż terz.

Meta teżamina talbiet għal għarfien, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtorità jew lill-korp ta' kontroll biex tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa. Il-korp ta' kontroll jew l-awtorità ta' kontroll għandha tgħaddi minn valutazzjoni fuq il-post, sorveljanza u evalwazzjoni mill-ġdid pluriennali regolari ta' l-attivitajiet tagħhom minn korp ta' akkreditazzjoni jew, kif xieraq, minn awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni tista' wkoll tafda esperti bil-kompitu li jeżaminaw fuq il-post ir-regoli tal-produzzjoni u l-miżuri ta' kontroll imwettqa fil-pajjiż terz mill-awtorità ta' kontroll jew il-korp ta' kontroll konċernat.

Il-korpi ta' kontroll jew l-awtoritajiet ta' kontroll rikonoxxuti għandhom jipprovdu r-rapporti ta' evalwazzjoni maħruġa mill-korp ta' akreditazzjoni jew, kif xieraq, mill-awtorità kompetenti fuq il-valutazzjoni fuq il-post, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni mill-ġdid pluriennali regolari ta' l-attivitajiet tagħhom.

Abbażi ta' dawn ir-rapporti ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni assistita mill-Istati Membri tiżgura superviżjoni xierqa ta' l-awtoritajiet ta' kontroll u tal-korpi ta' kontroll rikonoxxuti billi regolarment tirrevedi r-rikonoxximent tagħhom. In-natura tas-superviżjoni għandha tiġi determinata abbażi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju ta' l-okkorrenza ta' irregolaritajiet jew ksur tad-dispożizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

TITOLU VII

REGOLI FINALI U TRANSITORJI

Artikolu 34

Moviment liberu ta' prodotti organiċi

1.   L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll u l-korpi ta' kontroll ma jistgħux, għal raġunijiet marbutin mal-metodu ta' produzzjoni, għat-tikkettar jew għall-preżentazzjoni ta' dak il-metodu, jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti organiċi kkontrollati minn awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll akbar li jinsabu fi Stat Membru ieħor, sakemm dawk il-prodotti jissodisfaw il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ma jistgħu jiġu imposti l-ebda kontroll addizzjoni jew piżijiet finanzjarji aktar minn dawk previsti fit-Titolu V ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu fi ħdan it-territorju tagħhom japplikaw regoli aktar stretti għal produzzjoni ta' pjanti u annimali organiċi, fejn dawn ir-regoli jkunu applikabbli wkoll għall-produzzjoni mhux organika u dment li huma jkunu konformi mal-liġi Komunitarja u ma jipprojbux jew jillimitawx il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti organiċi prodotti barra mit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 35

Trasmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom regolarment jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti u fejn xieraq in-numri tal-kodiċi u l-marki ta' konformità tagħhom;

(b)

il-listi ta' l-awtoritajiet u l-korpi ta' kontroll u n-numri tal-kodiċi tagħhom u, fejn xieraq, il-marki ta' konformità tagħhom. Il-Kummissjoni għandha regolarment tippubblika l-lista ta' l-awtoritajiet u l-korpi ta' kontroll.

Artikolu 36

Informazzjoni statistika

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni statistika meħtieġa għall-implimentazzjoni u s-segwitu ta' dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni statistika għandha tiġi definita fil-kuntest tal-Programm Statistiku Komunitarju.

Artikolu 37

Kumitat dwar il-produzzjoni organika

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat regolatorju dwar il-produzzjoni organika.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 38

Regoli implimentattivi

Il-Kummissjoni għandha skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2) u soġġett għall-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fit-Titolu II tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jinkludu b'mod partikolari dan li ġej:

(a)

regoli dettaljati rigward ir-regoli ta' produzzjoni stabbiliti fit-Titolu III, b'mod partikolari rigward il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom ikunu rispettati mill-operaturi;

(b)

regoli dettaljati rigward ir-regoli ta' tikkettar stabbiliti fit-Titolu IV;

(ċ)

regoli dettaljati rigward is-sistema ta' kontroll stabbilita taħt it-Titolu V, b'mod partikolari rigward il-ħtiġiet ta' kontroll minimi, is-superviżjoni u l-verifika, il-kriterji speċifiċi għad-delegazzjoni tal-kompiti lil korpi ta' kontroll privati u l-kriterji għall-approvazzjoni u l-irtirar ta' tali korpi u l-evidenza dokumentata msemmija fl-Artikolu 29;

(d)

regoli dettaljati rigward ir-regoli dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi stabbiliti fit-Titolu VI, b'mod partikolari rigward il-kriterji u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti rigward l-għarfien skond l-Artikoli 32 u 33 ta' pajjiżi terzi u korpi ta' kontroll, inkluża l-pubblikazzjoni tal-listi tal-pajjiżi terzi u l-korpi ta' kontroll rikonoxxuti, u rigward iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 33 (1), il-punt (d) b'kont meħud tal-vantaġġi ta' ċertifikazzjoni elettronika;

(e)

regoli dettaljati rigward il-moviment liberu ta' prodotti organiċi stabbiliti fl-Artikolu 34 u t-trasmissjoni ta' informazzjoni lill-Kummissjoni fl-Artikolu 35.

Artikolu 39

Revoka tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa b'dan irrevokat mill-1 ta' Jannar 2009.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Miżuri transitorji

Fejn meħtieġ għandhom jiġu adottati miżuri biex jiffaċilitaw t-transizzjoni mir-regoli stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għal dan ir-Regolament skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 41

Rapport lill-Kunsill

1.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, tissottometti rapport lill-Kunsill.

2.   Ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tikkunsidra b'mod partikolari l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ikel organiku mħejji minn caterers tal-massa;

(b)

il-projbizzjoni dwar l-użu tal-OĠMs, inkluża d-disponibbiltà ta' prodotti mhux prodotti minn OĠMs, id-dikjarazzjoni tal-bejjiegħ, il-fattibbiltà ta' limiti massimi speċifiċi ta' tolleranza u l-impatt tagħhom fuq is-settur organiku;

(ċ)

il-funzjonament tas-suq intern, bl-evalwazzjoni b'mod partikolari li l-prattiki stabbiliti ma jwasslux għal kompetitzzjoni inġusta jew xkiel għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti organiċi.

3.   Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, takkumpanja r-rapport bi proposti rilevanti.

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għal ċerti speċi ta' annimali, ċerti speċi ta' pjanti akkwatiċi u ċerti speċi ta' mikro-alka, fejn ir-regoli dettaljati tal-produzzjoni mhumiex stabbiliti għandhom japplikaw ir-regoli previsti għat-tikkettar fl-Artikolu 23 u għall-kontrolli dawk fit-Titolu V. Sakemm jiddaħħlu regoli ta' produzzjoni dettaljati, għandhom japplikaw ir-regoli nazzjonali jew fin-nuqqas tagħhom standards privati aċċettati jew rikonoxxuti mill-Istati Membri.

Huwa għandu japplika sa mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  Opinjoni tat-22 ta' Mejju 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 394/2007 (ĠU L 98, 13.4.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni korretta f'ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(5)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(7)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).

(8)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).

(9)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(10)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(11)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(12)  ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(13)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(14)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).

(15)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

(16)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 14.

(17)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni rettifikata fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.


ANNESS

TERMINI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 23(1)

BG:

биологичен

ES:

ecológico, biológico

CS:

ekologické, biologické

DA:

økologisk

DE:

ökologisch, biologisch

ET:

mahe, ökoloogiline

EL:

βιολογικό

EN:

organic

FR:

biologique

GA:

orgánach

IT:

biologico

LV:

bioloģisks, ekoloģisks

LT:

ekologiškas

LU:

biologesch

HU:

ökológiai

MT:

organiku

NL:

biologisch

PL:

ekologiczne

PT:

biológico

RO:

ecologic

SK:

ekologické, biologické

SL:

ekološki

FI:

luonnonmukainen

SV:

ekologisk


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill u l-Kummissjoni

20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 189/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Ġunju 2007

dwar il-firma, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra

(2007/502/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 170, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunitajiet, Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra, li jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim mill-1 ta' Jannar 2007. L-applikazzjoni provviżorja tippermetti lil entitajiet Żvizzeri jipparteċipaw fl-ewwel sejħiet għal proposti taħt is-Seba' Programm ta' Qafas.

(2)

Il-Ftehim kien inizjalat fis-27 ta' Frar 2007.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, pendenti t-tkomplija tal-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-iffirmar tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq l-oħra, flimkien ma' l-Att Finali, huwa b' dan approvat f' isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, soġġett għall-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa b' dan awtorizzat jiffirma l-Att Finali f'isem il-Komunità Ewropea.

2.   Suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim aktar tard, il-President tal-Kummissjoni huwa b' dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim u l-Att Finali f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Artikolu 3

Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq l-oħra, għandu jiġi applikat provviżorjament.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni tal-Komunitajiet li għandha tittieħed fil-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Qafas dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Żvizzera (1) fir-rigward ta' deċiżjonijiet skond l-Artikolu 2 (1) tal-Ftehim dwar l-applikabilità fl-Iżvizzera tar-regoli għat-twaqqif ta' l-istrutturi ġuridiċi maħluqa taħt l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat tal-KE.

2.   Il-Kummissjoni għanda tadotta l-pożizzjoni tal-Komunitajiet li għandha tittieħed fil-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Qafas għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Żvizzera fir-rigward ta' deċiżjonijiet skond l-Artikolu 6 (2) u 6 (3) tal-Ftehim li jidentifika reġjuni fl-Iżvizzera li jistgħu jkunu reġjuni eliġibbli li jibbenefikaw mill-azzjonijiet ta' riċerka taħt il-Programm ta' Ħidma “Potenzjal ta' Riċerka” taħt il-programm speċifiku “Kapaċitajiet”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 313, 22.11.1985, p. 6.


FTEHIM

dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fuq l-oħra

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

li qed jaġixxi f'isem il-Komunità Ewropea,

u

L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

(minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”),

li qed taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

minn hawn ‘il quddiem imsejħin kollettivament “il-Komunitajiet”,

fuq naħa,

u

L-KUNSILL FEDERALI ŻVIZZERU,

li qed jaġixxi f'isem il-Konfederazzjoni Żvizzera, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Żvizzera”,

fuq in-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

Waqt li JIKKUNSIDRAW li r-relazzjoni mill-qrib bejn l-Iżvizzera u l-Komunitajiet hija ta' benefiċċju għall-Partijiet;

Waqt li JIKKUNSIDRAW l-importanza tar-riċerka xjentifika u teknoloġika għall-Komunitajiet u għall-Iżvizzera u l-interess reċiproku tagħhom li jikkooperaw f'dan il-qasam bil-għan li jsir użu aħjar mir-riżorsi u biex ma jkunx hemm duplikazzjoni mingħajr bżonn;

BILLI l-Iżvizzera u l-Komunitajiet bħalissa qed jimplimentaw programmi ta' riċerka f'oqsma ta' interess komuni;

BILLI l-Komunitajiet u l-Iżvizzera għandhom interess li jikkooperaw f'dawn il-programmi għall-benefiċċju reċiproku tagħhom;

Waqt li JIKKUNSIDRAW l-interess tal-Partijiet li jinkoraġġixxu l-aċċess reċiproku ta' l-entitajiet ta' riċerka tagħhom għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku fl-Iżvizzera, fuq naħa, u għall-Programmi ta' Qafas tal-Komunitajiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fuq l-oħra;

BILLI l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Iżvizzera laħqu Ftehim ta' Kooperazzjoni fl-1978 fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollata u l-fiżika tal-plażma (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim tal-Fużjoni”)

BILLI l-Partijiet laħqu Ftehim ta' Qafas fit-8 ta' Jannar 1986 għall-kooperazzjoni xjentifika u teknika, li daħal fis-seħħ fis-17 ta' Lulju 1987 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim ta' Qafas”);

Waqt li JIKKUNSIDRAW li l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Qafas jgħid li l-kooperazzjoni maħsuba mill-Ftehim ta' Qafas għandha titwettaq permezz ta' ftehimiet xierqa;

BILLI fis-16 ta' Jannar 2004 il-Komunitajiet u l-Iżvizzera iffirmaw Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (1), li kien provviżorjament applikat mill-1 ta' Jannar 2004 u li daħal fis-seħħ fis-16 ta' Mejju 2006;

Waqt li JIKKUNSIDRAW li l-Artikolu 9(2) tal-Ftehim imsemmi hawn fuq jipprovdi għat-tiġdid tal-Ftehim bil-ħsieb ta' parteċipazzjoni fi Programmi ta' Qafas multi-annwali ġodda għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, skond kundizzjonijiet maqbulin reċiprokament;

BILLI s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (minn hawn “il quddiem imsejjaħ is-‘Seba’ Programm ta' Qafas tal-KE”) ġie adottat b'Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (2) u r-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/971/KE (4), 2006/972/KE (5), 2006/973 KE (6), 2006/974 KE (7) u 2006/975 KE (8) u s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007 sa 2011), u li jikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka kien adottat b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom (9), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 (10) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/976/Euratom (11) u 2006/977/Euratom (12) (minn hawn “il quddiem imsejħin is-‘Seba’ Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom”);

BILLI mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet, dan il-Ftehim u kull attività li ssir taħtu bl-ebda mod ma taffettwa l-poteri fis-setgħa ta' l-Istati Membri li jkollhom attivitajiet bilaterali ma' l-Iżvizzera fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka u l-żvilupp, u li jilħqu, fejn xieraq, ftehimiet għal dak il-għan,

QABLU KIF ĠEJ;

Artikolu 1

Suġġett

1.   Il-forma u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom kollu għandhom ikunu kif stipulati f'dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għat-termini tal-Ftehim tal-Fużjoni.

Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipparteċipaw fil-programmi speċifiċi kollha tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom.

2.   Entitajiet ġuridiċi Żvizzeri jistgħu jippartecipaw fl-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Komunitajiet, kemm-il darba din il-parteċipazzjoni m'hijiex koperta mill-paragrafu 1.

3.   Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet, inkluż iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti fl-Iżvizzera fuq temi ekwivalenti għal dawk tal-programmi tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom.

4.   Għall-fini ta' dan il-Ftehim “entità ġuridika” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika stabbilita skond il-liġi nazzjonali fil-post fejn tkun twaqqfet jew skond il-Liġi tal-Komunità, li għandha personalità ġuridika u li tkun intitolata li jkollha drittijiet u obbligi ta' kull għamla f'isimha. Din għandha tinkludi, inter alia, universitajiet, organizzazzjonijiet ta' riċerka, kumpaniji industrijali, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u individwi.

Artikolu 2

Forom u mezzi ta' kooperazzjoni

Il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forom li ġejjin:

1.

Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera fil-programmi speċifiċi kollha adottati mis-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet kemm fir-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni tal-Komunità Ewropea u f'attivitajiet ta' riċerka u taħriġ tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

Kemm-il darba l-Komunità tagħmel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea l-Iżvizzera għandha titħalla tipparteċipa fl-istrutturi ġuridiċi maħluqa skond dawn id-dispożizzjonijiet suġġetta għar-regoli li jiġu adottati għat-twaqqif ta' dawn l-istrutturi ġuridiċi u kemm-il darba dawn ir-regoli jsiru applikabbli fl-Iżvizzera. Il-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet għandu jiddeċiedi dwar l-applikabilità ta' dawn ir-regoli fl-Iżvizzera.

Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera jkunu eliġibbli li jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti bbażati fuq l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Iżvizzera għall-baġits tal-programmi adottati għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, kif imfisser fl-Artikolu 5(2).

3.

Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet fi programmi ta' riċerka Żvizzeri u/jew proġetti deċiżi mill-Kunsill Federali fuq temi ekwivalenti għal dawk tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti rilevanti Żvizzeri u bil-qbil ta' l-imsieħba fil-proġett speċifiku u l-ġestjoni tal-programm Żvizzeru korrispondenti. Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet li jipparteċipaw fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti Żvizzeri għandhom jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tagħhom, inkluż is-sehem relattiv tal-ġestjoni ġenerali u ta' l-ispejjeż amministrattivi tal-proġett.

4.

Minbarra l-għoti f'waqtu ta' tagħrif u dokumentazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom u tal-programmi u/jew proġetti Żvizzeri, il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet tista' tinkludi l-forom u l-mezzi li ġejjin:

(a)

skambji regolari ta' fehmiet dwar linji gwida ta' politika għar-riċerka u prijoritajiet u pjanijiet fl-Iżvizzera u l-Komunitajiet;

(b)

skambji ta' fehmiet dwar il-prospetti u l-iżvilupp ta' kooperazzjoni;

(ċ)

bdil f'waqtu ta' tagħrif fuq l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti ta' riċerka fl-Iżvizzera u fil-Komunitajiet u fuq ir-riżultati tax-xogħol imwettaq taħt dan il-Ftehim;

(d)

laqgħat konġunti;

(e)

żjajjar u skambji ta' riċerkaturi, inġiniera u tekniċi;

(f)

kuntatti regolari u segwiti bejn il-mexxejja ta' programmi jew proġetti fl-Iżvizzera u fil-Komunitajiet;

(g)

parteċipazzjoni ta' esperti f'seminars, konferenzi u laqgħat ta' ħidma.

Artikolu 3

Adattament

Il-kooperazzjoni tista' tiġi adattata u żviluppata f'kull ħin bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet.

Artikolu 4

Drittijiet u obbligi dwar il-proprjetà intellettwali

1.   Suġġetti għall-Anness A u l-liġi applikabbli, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera li qed jipparteċipaw fil-programmi ta' riċerka tal-Komunitajiet, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sjieda, l-isfruttament u t-tixrid ta' informazzjoni u proprjetà intellettwali li toħroġ minn din il-parteċipazzjoni, għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għar-riżultati miksuba minn proġetti li bdew qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim.

2.   Suġġetti għall-Anness A u għal-liġi applikabbli, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet li qed jieħdu sehem fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti Żvizzeri, kif jistipula l-Artikolu 2(3), f'dak li għandu x'jaqsam mas-sjieda, l-isfruttament u t-tixrid ta' informazzjoni u proprjetà intellettwali li toħroġ minn din il-parteċipazzjoni, għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera u li qed jipparteċipaw fil-programmi u/jew il-proġetti kkonċernati.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Impenji li jkunu daħlu għalihom il-Komunitajiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim – kif ukoll il-ħlasijiet li jirriżultaw minn dawn – ma għandhom iwasslu għal ebda kontribuzzjoni minn naħa ta' l-Iżvizzera. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Iżvizzera marbuta mal-parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom għandha tkun stabbilita fi proporzjon għal u b'żieda ma' l-ammont disponibbli kull sena fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għall-allokazzjonijiet maħsuba biex jaqdu l-obbligi finanzjarji tal-Kummissjoni li joħorġu mill-ħidma li trid titwettaq fil-forom meħtieġa għall-implimentazzjoni, għall-ġestjoni u t-twettiq tal-programmi u ta' l-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim.

2.   Il-fattur ta' proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom, bl-eċċezzjoni tal-Programm tal-Fużjoni, għandu jinkiseb billi jkun stabbilit ir-rapport bejn il-prodott gross domestiku Żvizzeru, skond il-prezzijiet tas-suq, u s-somma tal-prodott gross domestiku, skond il-prezzijiet tas-suq, ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Il-kontribuzzjoni Żvizzera għall-Programm tal-Fużjoni għandha tibqa' tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' l-aħħar dati statistiċi mill-Eurostat, disponibbli fil-mument tal-pubblikazzjoni ta' l-abbozz ta' baġit preliminari ta' l-Unjoni Ewropea għall-istess sena.

3.   Ir-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Iżvizzera huma stipulati fl-Anness B.

Artikolu 6

Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet

1.   Il-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet stabbilit fil-Ftehim ta' Qafas għandu jeżamina, jevalwa u jiżgura l-implimentazzjoni xieraq ta' dan il-Ftehim. Kwistjonijiet li jinqalgħu mill-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jitressqu quddiem dan il-Kumitat.

2.   Il-Kumitat jista' jidentifika fuq talba ta' l-Iżvizzera reġjuni ta' l-Iżvizzera li jissodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (13) u għalhekk ikunu reġjuni eliġibbli biex jibbenefikaw minn azzjonijiet ta' riċerka skond il-Programm ta' Ħidma “Potenzjal ta' riċerka” taħt il-programm speċifiku “Kapaċitajiet”.

3.   Il-Kumitat jista' jiddeċiedi li jemenda r-referenzi għal atti tal-Komunità fl-Anness C.

Artikolu 7

Parteċipazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera u li qed jipparteċipaw fis-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE u l-Euratom għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi kontrattwali bħal entitajiet stabbiliti fil-Komunitajiet.

2.   Għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera, it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti u dawk għall-għoti u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' għotjiet u/jew kuntratti taħt il-programmi tal-Komunitajiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għal ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti miftehma taħt l-istess programmi ma' entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet.

3.   Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera għandhom ikunu eliġibbli għal self li l-EIB jagħti b'appoġġ għal għanijiet ta' riċerka stabbiliti taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE.

4.   Għadd xieraq ta' esperti Żvizzeri għandhom jiġu kkunsidrati fl-għażla ta' evalwaturi jew arbitri taħt il-programmi ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku tal-Komunitajiet billi jiġu kkunsidrati l-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 4(2) u għal regolamenti u regoli ta' proċedura eżistenti, entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-Komunitajiet jistgħu jipparteċipaw taħt termini u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' l-imsieħba Żvizzeri fi programmi u/jew proġetti tal-programmi ta' riċerka Żvizzeri msemmija fl-Artikolu 2(3). L-awtoritajiet Żvizzeri jistgħu jagħmlu l-parteċipazzjoni fi proġett minn entità jew aktar stabbilita fil-Komunitajiet suġġetta għall-parteċipazzjoni konġunta ma' mill-inqas entità waħda Żvizzera.

Artikolu 8

Mobilità

Kull Parti għandha, f'konformità mar-regolamenti eżistenti u l-ftehimiet fis-seħħ, tiggarantixxi d-dħul u l-permanenza – safejn huwa indispensabbli għat-twettiq b'suċċess ta' l-attività kkonċernata – ta' għadd limitat ta' riċerkaturi tagħhom li qed jipparteċipaw, fl-Iżvizzera u fil-Komunitajiet, fl-attivitajiet koperti mill-Ftehim.

Artikolu 9

Reviżjoni u kollaborazzjoni futura

1.   Jekk il-Komunitajiet jiddeċiedu li jirrevedu jew jestendu l-programmi ta' riċerka tagħhom, dan il-Ftehim jista' jkun rivedut jew estiż skond kundizzjonijiet maqbula reċiprokament. Il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u fehmiet dwar din ir-reviżjoni jew estensjoni, kif ukoll dwar kull materja oħra li taffettwa direttament jew indirettament il-kooperazzjoni ta' l-Iżvizzera fl-oqsma koperti mis-Seba' Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom. L-Iżvizzera għandha tiġi mgħarrfa bil-kontenut eżatt tal-programmi riveduti jew estiżi fi żmien ġimgħatejn mill-adozzjoni tagħhom mill-Komunitajiet. Fil-każ ta' din ir-reviżjoni jew estensjoni tal-programmi ta' riċerka, l-Iżvizzera tista' ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' sitt xhur. Il-Partijiet għandhom jagħtu avviż dwar l-intenzjoni li jtemmu jew jestendu dan il-Ftehim fi żmien tliet xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Komunitajiet.

2.   Jekk il-Komunitajiet jadottaw Programm ta' Qafas multi-annwali ġdid għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, dan il-Ftehim jista' jiġi mġedded jew rinegozjat b'kundizzjonijiet maqbula flimkien bejn il-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdlu tagħrif u fehmiet fuq it-tħejjija ta' dawn il-programmi jew attivitajiet ta' riċerka oħra preżenti u futuri permezz tal-Kumitat għar-Riċerka Żvizzera/Komunitajiet.

Artikolu 10

Rabta ma' ftehimiet internazzjonali oħra

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-vantaġġi previsti minn ftehimiet internazzjonali oħra li jorbtu waħda mill-Partijiet u riżervati biss għal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fit-territorji ta' dik il-Parti.

2.   Entità ġuridika stabbilita f'pajjiż ieħor assoċjat mas-Seba' Programm ta' Qafas (Pajjiż Assoċjat) igawdi mill-istess drittijiet u obbligi taħt dan il-Ftehim bħal entitajiet ġuridiċi li huma stabbiliti fi Stat Membru kemm-il darba l-Pajjiż Assoċjat li fih l-entità hija stabbilita wera l-qbil li jagħti lil entitajiet ġuridiċi mill-Iżvizzera l-istess drittijiet u obbligi.

Artikolu 11

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, fuq naħa, għat-territorji li fihom it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet huma applikati u taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati u, fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Iżvizzera.

Artikolu 12

Annessi

Annessi A, B u C għandhom ikunu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Emenda u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika għat-tul tas-Seba' Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom.

2.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat biss bil-miktub bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Din il-proċedura għad-dħul fis-seħħ ta' l-emendi għandha tkun l-istess bħall-proċedura applikabbli għal dan il-Ftehim.

3.   Kull Parti tista' ttemm dan il-Ftehim f'kull ħin, suġġetta għal notifika bil-miktub sitt xhur qabel.

4.   Proġetti u attivitajiet li jkunu għaddejjin meta jiġi mitmum u/jew fl-iskadenza ta' dan il-Ftehim għandhom jibqgħu għaddejjin sat-tmiem tagħhom skond il-kundizzjonijiet f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom isolvu b'kunsens komuni kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun ratifikat jew konkluż mill-Partijiet f'konformità mar-regoli rispettivi tagħhom. Għandu jidħol fis-seħħ fid-dati ta' l-aħħar notifika tal-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Għandu jkun applikat provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2007.

2.   Jekk waħda mill-Partijiet tinforma lill-oħra li ma tkunx se tikkonkludi dan il-Ftehim, huwa hawnhekk maqbul li:

il-Komunitajiet iroddu lura lill-Iżvizzera l-kontribuzzjoni tagħha għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, kif jitlob l-Artikolu 2(2),

madankollu, il-fondi impenjati mill-Komunitajiet għall-parteċipazzjoni minn entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera f'azzjonijiet indiretti, inklużi l-ħlasijiet lura skond l-Artikolu 2(1), għandhom jitnaqqsu mill-Komunitajiet mill-ħlasijiet imsemmija hawn fuq,

proġetti u attivitajiet li jkunu bdew waqt l-applikazzjoni provviżorja u li jkunu għadhom għaddejjin fi żmien in-notifika msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu għaddejjin sa ma jintemmu skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji fil-lingwi Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Polakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Svediż, u kull wieħed minn dawk it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Люксембург на двадесет и пети юни две хиляди и седма година.

Hecho en Luxemburgo, el veinticinco de junio de dos mil siete.

V Lucemburku dne dvacátého pátého června dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Luxembourg den femogtyvende juni to tusind og syv.

Geschehen zu Luxemburg am fünfundzwanzigsten Juni zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta juunikuu kahekümne viiendal päeval Luxembourgis.

Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι πέντε Ιουνίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Luxembourg, on the twenty-fifth day of June in the year two thousand and seven.

Fait à Luxembourg, le vingt-cinq juin deux mille sept.

Fatto a Lussemburgo, addì venticinque giugno duemilasette.

Luksemburgā, divtūkstoš septītā gada divdesmit piektajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų birželio dvidešimt penktą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer-hetedik év június havának huszonötödik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Luxemburg, de vijfentwintigste juni tweeduizend zeven.

Sporządzono w Luksemburgu dnia dwudziestego piątego czerwca roku dwa tysiące siódmego.

Feito no Luxemburgo, em vinte e cinco de Junho de dois mil e sete.

Adoptat la Luxemburg, douăzeci şi cinci iunie două mii șapte.

V Luxemburgu dňa dvadsiateho piateho júna dvetisícsedem.

V Luxembourgu, petindvajsetega junija leta dva tisoč sedem.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Luxemburg den tjugofemte juni tjugohundrasju.

Зa Eвpoпeйcката общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Гια την Ευρωπαїκή Κоινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Зa Eвpoпeйcката общност зa aтoмна енергия

Por la Comunidad Europea de la Energía Atómica

Za Evropské společenství pro atomovou energii

For Det Europæiske Atomenergifælleskab

Für die Europäische Atomgemeinschaft

Euroopa Aatomienergiaühenduse nimel

Гια την Ευρωπαїκή Κоινότητα Ατομικής Εvέργειας

For the European Atomic Energy Community

Pour la Communauté européenne de l'énergie atomique

Per la Comunità europea dell'energia atomica

Eiropas Atomenerġijas kopienas vārdā

Europos atominés energijos bendrijos vardu

Az Európai Atomenergia-közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika

W imieniu Europejskiej Wspólnoty Energii Atomowej

Voor de Europese Gemeenschap voor Atoomenergie

Pela Comunidade Europeia da Energia Atómica

Pentru Comunitatea Europeană a Energiei Atomice

Za Európske spoločenstvo pre atómovú energiu

Za Evropsko skupnost za atomsko energijo

Euroopan atominienergiayhteisön puolesta

För Europeiska atomenergigemenskapen

Image

Зa Конфедерация Швейцария

Por la confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Гια την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederaţia Elveţiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

På Schweiziska edsförbundets vågnar

Image


(1)  ĠU L 32, 5.2.2004, p. 22.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 30.

(5)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 242. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 81.

(6)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 269. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 91.

(7)  ĠU L 400 30.12.2006, p. 298. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 101.

(8)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 367. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 126.

(9)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 21.

(10)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 4.

(11)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 403. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 139.

(12)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 433. Il-verżjoni kkoreġuta ppubblikata fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 149.

(13)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

ANNESS A

PRINĊIPJI FUQ L-ALLOKAZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-PROPRJETA' INTELLETTWALI

I.   Ambitu

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “proprjetà intellettwali” għandu jkollha t-tifsira kif definita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, ffirmata fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “għarfien” tfisser ir-riżultati, inkluż l-informazzjoni, sew jekk jistgħu jiġu protetti jew le, kif ukoll id-drittijiet ta' l-awtur jew id-drittijiet marbutin ma' din l-informazzjoni, wara li jkunu saru applikazzjonijiet għal, jew għall-ħruġ ta', brevetti, diżinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertifikati ta' ħarsien supplementari jew forom simili ta' ħarsien.

II.   Drittijiet tal-proprjeta' intellettwali ta' l-entitajiet ġuridiċi tal-partijiet

1.

Kull Parti għandha tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' l-entitajiet ġuridiċi tal-Parti l-oħra li qed tipparteċipa fl-attivitajiet imwettqa skond dan il-Ftehim u d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din il-parteċipazzjoni huma ttrattati b'mod li jkun kompatibbli mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti applikabbli għall-Partijiet, b'mod partikolari il-Ftehim TRIPS (Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ), il-Konvenzjoni ta' Berna (l-Att ta' Pariġi 1971) u l-Konvenzjoni ta' Pariġi (l-Att ta' Stokkolma 1967).

2.

Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera u li qed jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom għandu jkollhom drittijiet tal-proprjetà intellettwali u obbligi skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2321/2002 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill modifikat bir-Regolament (KE) Nru 1906/2006, fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2322/2002 (2), modifikat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tat-18 ta' Diċembru, 2006 u fil-ftehim ta' l-għotjiet u/jew kuntratti konkluż mal-Komunità Ewropea, f'konformità mal-punt 1. Fejn l-Iżvizzera tipparteċipa f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE, implimentat f'konformità ma' l-Artikolu 169 u l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera għandu jkollha l-istess drittijiet tal-proprjetà intellettwali u obbligi bħall-Istati Membri li qed jipparteċipaw fihom, kif stipulat fid-dispożizzjonijiet rilevanti.

3.

Entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li qed jipparteċipa fi programmi ta' riċerka u/jew proġetti Żvizzeri għandu jkollhom l-istess drittijiet tal-proprjetà intellettwali u obbligi bħal entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Iżvizzera li qed jipparteċipaw f'dawn il-programmi ta' riċerka u proġetti, f'konformità ma' l-punt 1.

III.   Id-drittijiet tal-prorjeta' intellettwali tal-partijiet

1.

Sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor bejniethom, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-għarfien maħluq mill-Partijiet matul l-attivitajiet mwettqa f'konformità ma' l-Artikolu 2(4) ta' dan il-Ftehim:

(a)

il-Parti li toħloq l-għarfien għandu jkollha s-sjieda tiegħu. Fejn is-sehem rispettiv tagħhom fix-xogħol ma jistax ikun determinat, il-Partijiet għandhom ikunu sidien flimkien ta' l-għarfien;

(b)

il-Parti li għandha s-sjieda għandha tagħti lill-Parti l-oħra d-drittijiet ta' l-aċċess għall-għarfien fid-dawl ta' l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(4) ta' dan il-Ftehim. Ma għandu jintalab l-ebda ħlas għall-għoti tad-drittijiet ta' aċċess għall-għarfien.

2.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom mod ieħor, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal xogħlijiet letterarji xjentifiċi mill-Partijiet:

(a)

meta Parti tippubblika data, informazzjoni u riżultati tekniċi u xjentifiċi maħluqa minn attivitajiet imwettqa skond dan il-Ftehim f'rivisti, artikli, rapporti u kotba, inklużi xogħlijiet awdjoviżivi u software, liċenzja dinjija, mhux esklużiva, irrevokabbli u mingħajr ħlas għandha tingħata lill-Parti l-oħra għat-traduzzjoni, l-adattament, it-trażmissjoni u t-tixrid pubbliku tax-xogħlijiet imsemmija;

(b)

il-kopji kollha tad-data u t-tagħrif bid-drittijiet ta' l-awtur li se jitqassmu lill-pubbliku u mħejjija skond din is-sezzjoni għandhom jindikaw l-ismijiet ta' l-awtur jew ta' l-awturi, sakemm awtur espressament ma jirrifjutax li jkun imsemmi. Il-kopji għandu jkollhom ukoll rikonoxximent viżibbli ċar ta' l-appoġġ kooperattiv tal-Partijiet.

3.

Sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom mod ieħor, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-informazzjoni tal-Partijiet li għandha tibqa' mistura:

(a)

meta tingħata lill-Parti l-oħra informazzjoni marbuta ma' attivitajiet imwettqa skond dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidentifika l-informazzjoni li hija tixtieq li tibqa' mistura;

(b)

għall-finijiet speċifiċi ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Parti destinatarja tista', bir-responsabbiltà tagħha, tikkomunika informazzjoni mistura lil korpi jew persuni taħt l-awtorità tagħha;

(ċ)

bil-permess miktub bil-quddiem tal-Parti li qed tagħti l-informazzjoni mistura, il-Parti destinatarja tista' xxerred dan it-tagħrif b'mod usa' milli kieku huwa permess mis-subparagrafu (b). Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżviluppaw proċeduri biex jintalab u jingħata l-permess bil-miktub minn qabel għat-tixrid usa', u kull Parti għandha tagħti din l-approvazzjoni sa fejn jippermettu l-politika, ir-regolamenti u l-liġijiet domestiċi tagħha;

(d)

informazzjoni mistura mhux dokumentarja jew konfidenzjali li tingħata f'seminars jew laqgħat oħra tar-rappreżentanti tal-Partijiet organizzati skond dan il-Ftehim, jew informazzjoni li toħroġ mill-assenjazzjoni ta' l-istaff, l-użu ta' faċilitajiet jew azzjonijiet indiretti għandu jibqa' kunfidenzjali, meta d-destinatarju ta' din l-informazzjoni sigrieta jew ta' informazzjoni oħra kunfidenzjali jew privileġġata jkun ġie mgħarraf bil-karattru ta' kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni qabel ma tkun ġiet ikkomunikat skond is-subparagrafu (a);

(e)

kull Parti għandha tassigura li informazzjoni sigrieta li takkwista skond is-subparagrafi (a) u (d) għandha tkun ikkontrollata kif stipulat f'dan il-Ftehim. Jekk waħda mill-Partijiet issir taf li mhux se tkun, jew tkun mistennija li ma tkunx kapaċi li timxi mad-dispożizzjonijiet kontra t-tixrid fis-subparagrafi (a) u (d), għandha minnufih tinforma lill-Parti l-oħra. Wara dan il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjoni biex ifasslu kif għandhom jimxu.


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 23.

(2)  ĠU L 335, 30.12.2002, p. 35.

ANNESS B

REGOLI FINANZJARJI LI JIRREGOLAW IL-KONTRIBUZZJONI TA' L-IŻVIZZERA IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 TA' DAN IL-FTEHIM

I.   Id-determinazzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja

1.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Iżvizzera flimkien ma' materjal ta' sfond rilevanti mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru ta' kull sena:

(a)

l-ammonti fl-approprjazzjonijiet ta' l-impenn fid-dikjarazzjoni ta' l-infiq ta' l-abbozz tal-baġit preliminari ta' l-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għaż-żewġ Programmi ta' Qafas;

(b)

l-ammont stmat tal-kontribuzzjonijiet li ġejjin mill-abbozz ta' baġit preliminari, li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera fiż-żewġ Programmi ta' Qafas. Madankollu, bil-għan li jkunu ffaċilitati l-proċeduri baġitarji interni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jagħtu ċ-ċifri indikattivi korrispondenti mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena.

2.

Malli l-baġit ġenerali jkun adottat definittivament, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Iżvizzera l-ammonti msemmija hawn fuq fid-dikjarazzjoni ta' l-infiq li tikkorrispondi għall-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera.

II.   Proċeduri ta' pagament

1.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika, f'Ġunju u f'Novembru ta' kull sena finanzjarja, sejħa għall-fondi għall-Iżvizzera li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħha skond dan il-Ftehim. Dawn is-sejħiet għall-fondi għandhom jagħmlu tajjeb rispettivament għall-ħlas ta' sitta minn kull tnax tal-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għal kull sejħa għall-fondi u mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tas-sejħa korrispondenti għall-fondi. Madankollu, fl-aħħar sena taż-żewġ Programmi ta' Qafas, l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni ta' l-Iżvizzera għandu jitħallas mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tas-sejħa għall-fondi.

2.

Il-kontribuzzjonijiet ta' l-Iżvizzera għandhom jiġu espressi u mħallsa bl-Euro.

3.

L-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha taħt dan il-Ftehim skond l-iskeda fil-paragrafu 1. Kull dewmien fil-ħlas iwassal għall-ħlas ta' imgħax bir-rata ugwali għar-rata offerta interbankarja ta' xahar (EURIBOR) kif tidher f'paġna 248 tat-Telerate. Din ir-rata għandha tiżdied b“1,5 punti perċentwali għal kull xahar ta' dewmien. Ir-rata miżjuda għandha tkun applikata għall-perjodu kollu ta' dewmien. Madankollu l-imgħax għandu jkun dovut biss jekk il-kontribuzzjoni titħallas iktar minn 30 jum wara d-dati fl-iskeda tal-pagament skond il-paragrafu 1.

4.

L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar magħmula mir-rappreżentanti u l-esperti Żvizzeri biex jieħdu sehem fix-xogħol tal-kumitati ta' riċerka u ta' dawk involuti fl-implimentazzjoni taż-żewġ Programmi ta' Qafas għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni fuq l-istess bażi bħal, u skond, il-proċeduri attwalment fis-seħħ għar-rappreżentanti u l-esperti ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet.

III.   Il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Iżvizzera għaż-żewġ Programmi ta' Qafas f'konformità ma' l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim għandha normalment tibqa” mhux mibdula għas-sena finanzjarja kkonċernata.

2.

Il-Kummissjoni, meta jingħalqu l-kontijiet ta' kull sena finanzjarja (n), fil-qafas tad-determinazzjoni tal-kont ta' dħul u nfiq, għandha tara li ssir ir-regolarizzazzjoni tal-kontijiet fil-konfront tal-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera, filwaqt li tikkunsidra l-modifiki li jkunu saru, sew bi trasferiment, tħassir, it-tmexxija ta' ammonti minn kont għal ieħor, jew b'baġits supplementari u korrettivi matul is-sena finanzjarja.

Din ir-regolarizzazzjoni għandha ssir fiż-żmien ta' l-ewwel ħlas għas-sena n + 1. Madankollu, l-aħħar regolarizzazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn Lulju tar-raba' sena wara t-tmiem taż-żewġ Programmi ta' Qafas. Il-ħlas mill-Iżvizzera għandu jkun ikkreditat lill-programmi tal-Komunitajiet Ewropej bħala dħul għall-baġit allokat għal-linja tal-baġit approprjata fid-dikjarazzjoni tad-dħul tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

IV.   Informazzjoni

1.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena finanzjarja (n + 1), l-istqarrija ta' l-approprjazzjonijiet għaż-żewġ Programmi ta' Qafas, relatati għas-sena finanzjarja preċedenti (n), għandha tkun imħejjija u trażmessa lill-Iżvizzera bħala informazzjoni, skond il-format tal-kont ta' dħul u nfiq tal-Kummissjoni.

2.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Iżvizzera statistiċi u kull data finanzjarja ġenerali oħra marbuta ma' l-implimentazzjoni taż-żewġ Programmi ta' Qafas li hija għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri.

ANNESS C

IL-KONTROLL FINANZJARJU TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FIL-PROGRAMMI TAL-KOMUNITÀ KOPERTI MINN DAN IL-FTEHIM

I.   Komunikazzjoni diretta

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti fis-Seba’ Programmi ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom istabbiliti fl-Iżvizzera u mas-sottokuntratturi tagħhom. Huma jistgħu jissottomettu direttament lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma mitlubin li jissottomettu fuq il-bażi ta’ l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim u tal-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi biex jimplimentawhom.

II.   Verifika

1.

B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (3) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) 1248/2006 (4) tas-7 ta’ Awwissu 2006 u bir-regoli l-oħra msemmija f’dan il-Ftehim, il-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi mal-parteċipanti fil-programmi stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jwasslu għall-verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew oħrajn li jistgħu jitwettqu f’kull ħin fil-bini tal-parteċipanti u tas-sottokuntratturi tagħhom minn aġenti tal-Kummissjoni jew minn persuni oħrajn b’mandat mill-Kummissjoni.

2.

Aġenti tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għal siti, xogħlijiet u dokumenti u għal kull tagħrif meħtieġ bil-għan li jsiru dawn il-verifiki, inkluż ukoll f’forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi biex jimplimentaw l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim.

3.

Il-Qorti Ewropea tal-Verifika għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

4.

Il-verifiki jistgħu jsiru wara li s-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom jew dan il-Ftehim ikunu laħqu t-tmiem tagħhom, skond it-termini stipulati fil-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti kkonċernati.

5.

L-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru għandu jkun infurmat bil-quddiem bil-verifiki li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din in-notifika Ma għandhiex titqies bħala prekondizzjoni skond il-liġi biex isiru dawn il-verifiki.

III.   Kontrolli fuq il-post

1.

Fi ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) għandha tkun awtorizzata li tagħmel kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet fit-territorju Żvizzeru, f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (5) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

2.

Il-kontrolli fuq il-post u l-ispezzjonijiet għandhom ikunu mħejjija u mmexxija mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru jew ma’ awtoritajiet kompetenti oħra Żvizzeri maħtura mill-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru, li għandu jkun mgħarraf fi żmien xieraq dwar l-oġġett, l-għan u l-bażi tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, biex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali ta’ l-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti, jistgħu jipparteċipaw f’kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

3.

Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru konġuntament mill-Kummissjoni u minnhom.

4.

Fejn il-parteċipanti fis-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom jirreżistu għall-kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b’azzjoni f’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu lill-ispetturi tal-Kummissjoni l-assistenza li jkollhom bżonn biex ikunu jistgħu jagħmlu dmirhom fit-twettiq tal-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post.

5.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta mill-aktar fis possibbli lill-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru kull fatt jew suspett marbut ma’ xi irregolarità li ssir taf biha waqt li jkunu għaddejjin kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. F’kull każ il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità imsemmija hawn fuq bir-riżultat ta’ dawn il-kontrolli u spezzjonijiet.

IV.   Informazzjoni u konsultazzjoni

1.

Bil-għan li dan l-Anness ikun implimentat kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u Komunitarji għandhom fuq bażi regolari jibdlu tagħrif u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, imexxu konsultazzjonijiet.

2.

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull fatt jew suspett li jsiru jafu bih marbut ma’ xi irregolarità b’rabta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet għall-għotjiet u/jew kuntratti konklużi fl-applikazzjoni ta’ l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim.

V.   Kunfidenzjalità

Informazzjoni kkomunikata jew miksuba b’kull forma skond dan l-Anness għandha tkun koperta mis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod kif informazzjoni simili hija mħarsa mil-liġi Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Din l-informazzjoni Ma għandhiex tingħata lill-persuni ħlief dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità jew fl-Istati Membri jew l-Iżvizzera li r-rwol tagħhom jitlob li jkunu jafuha u lanqas Ma għandha tintuża għal għanijiet ħlief dawk biex jiggarantixxu l-ħarsien effettiv ta’ l-interessi finanzjarji tal-Partijiet.

VI.   Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, miżuri u sanzjonijiet amministrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 1605/2002, emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006, u (KE, Euratom) Nru 2342/2002, emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006, u bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 fuq il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (7).

VII.   Rkupru u infurzar

Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim li jimponi obbligu ta’ ħlas ta’ flus fuq persuni li m’humiex Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera. L-ordni ta’ infurzar għandu jinħareġ, mingħajr aktar kontrolli mill-verifika ta’ l-awtentiċità ta’ l-att, mill-awtoritajiet maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. L-infurzar għandu jseħħ f’konformità mar-regoli ta’ proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċizjoni ta’ infurzar għandha tkun suġġetta għall-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Ġudizzji mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond klawżola ta’ arbitraġġ f’kuntratt taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE u l-Euratom għandhom ikunu infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3.

(5)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(6)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


ATT FINALI

Il-Plenipotenzjarji

tal-KOMUNITÀ EWROPEA

u

tal-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,

f'laqgħa fil- … fi … għall-iffirmar tal-Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra, adottaw id-Dikjarazzjoni Konġunta li ġejja, li hija mehmuża ma' dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar djalogu mill-qrib fid-dawl ta' strutturi ġodda li jimplimentaw l-Artikoli 169 u 171 tat-Trattat tal-KE.

Huma kkunsidraw ukoll id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma mehmuża ma' dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza Żvizzera għall-kumitati.

Dikjarazzjoni tal-Komunitajiet dwar it-trattament fl-Iżvizzera tar-riċerkaturi ta' l-UE skond dan il-Ftehim.

Dikjarazzjoni konġunta tal-partijiet kontraenti dwar djalogu mill-qrib fid-dawl ta' strutturi ġodda fl-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 169 u 171 at-Trattat tal-KE

Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li, bil-għan li tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta' l-Artikolu 2.1 ta' dan il-Ftehim, il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tkun mgħarrfa fil-ħin kif xieraq fuq ix-xogħlijiet ta' tħejjija dwar l-istrutturi bbażati fuq l-Artikoli 169 u/jew 171 tat-Trattat tal-KE li għandhom ikunu implimentati skond is-Seba' Programmi ta' Qafas.

Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-attendenza Żvizzera fil-Kumitati

Il-Kunsill jaqbel li r-rappreżentanti ta' l-Iżvizzera jistgħu, sakemm l-argumenti jinteressaw lilhom, jattendu laqgħat bħala osservaturi

tal-Kumitati kollha stabbiliti taħt is-Seba’ Programmi ta' Qafas tal-KE u l-Euratom inkluż il-Kumitat għar-Riċerka Xjentifika u Teknika (CREST)

tal-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

Ir-rappreżentanti ta' l-Iżvizzera ma għandhomx ikunu preżenti meta dawn il-kumitati jivvutaw.

Dikjarazzjoni tal-Komunitajiet dwar it-Trattament ta' Riċerkaturi ta' l-UE fl-Iżvizzera taħt dan il-Ftehim

Il-Komunitajiet jistennew li l-Iżvizzera sa fejn hija tapplika limitu massimu ta' numru ta' permessi ta' residenza għal ċittadini ta' kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropa, il-permessi ta' residenza maħruġa għar-riċerkaturi parteċipanti ma għandhomx jgħoddu fil-kalkolu ta' dan il-limitu massimu. Il-Komunitajiet barra minn hekk jistennew li r-riċerkaturi li qed jipparteċipaw fi proġetti u li huma impjegati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Komunitajiet jistgħu jibbenefikaw ugwalment mill-Artikolu 12(3) tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Euratom u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata u l-fiżika tal-plażma (ĠU L 242/1 ta' l-4.9.1978).

Dikjarazzjoni tal-Gvern ta' l-Iżvizzera

Il-gvern ta' l-Iżvizzera jqis li d-dikjarazzjoni tal-Komunitajiet dwar it-trattament tar-riċerkaturi ta' l-UE fl-Iżvizzera taħt dan il-ftehim għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti taħt il-Ftehim u taħt l-ordni ġuridiku Żvizzeru.