ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
12 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 809/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ drift-nets (għeżul tal-mitlaq)

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ l-apikultura

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 812/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzoni ta’ kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 813/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn it-2 u s-6 ta’ Lulju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

15

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam ( 1 )

19

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/485/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li tawtorizza l-Awstrija tikkonkludi ftehim ma’ l-Iżvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

29

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/486/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar proċedura skond l-Artikolu 65 tat-Trattat li istabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (Każ Nru COMP/F/39.234 – Alloy surcharge – adozzjoni mill-ġdid) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 6765)

31

 

 

2007/487/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2007 dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3212)

33

 

 

2007/488/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2007 li tagħti eżenzjonijiet lill-Italja skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE għat-trasport tal-ħnieżer għat-tbiċċir fuq it-toroq privati u pubbliċi lejn il-biċċeriji ġewwa żoni ta’ protezzjoni fi Cremona (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3314)

34

 

 

2007/489/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fid-Danimarka fl-2005 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3315)

36

 

 

FTEHIM

 

 

Kunsill

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra

37

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 809/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward ta’ drift-nets (għeżul tal-mitlaq)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97 tad-29 ta’ April 1997 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd (1) jistabbilixxi qafas ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-forma ta’ limitazzjoni ġenerali globali fir-rigward tat-tul tad-drift-nets (għeżul tal-mitlaq) sa massimu ta’ 2.5 km, kif ukoll projbizzjoni fuq l-użu jew iż-żamma abbord ta’ drift-nets maħsuba għall-qabda ta’ ċerti speċi. Din il-projbizzjoni tapplika għall-bastimenti Komunitarji tas-sajd bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jaħdmu fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ta’ l-Øresund.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta’ April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd (2) jistabbilixxi l-ħtiġijiet rigward l-użu ta’ apparati akustiċi deterrenti u l-monitoraġġ ta’ qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji f’ċerti żoni tas-sajd bid-drift-net.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (3) jistabbilixxi r-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tad-drift-net f’din iż-żona regolata.

(4)

Dawk ir-Regolamenti, madankollu, ma fihomx definizzjoni ta’ drift-net. Għall-finijiet ta’ ċarezza u sabiex tiġi ffaċilitata l-uniformità fil-prattika ta’ monitoraġġ fost l-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi introdotta definizzjoni uniformi ta’ drift-net f’dawk it-tliet atti kollha.

(5)

L-istabbiliment ta’ definizzjoni ta’ drift-net ma jespandix il-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ drift-net implimentati fid-dritt Komunitarju.

(6)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 għandhom, għalhekk, jiġu emendati skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 894/97 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   “Drift-net (għeżul tal-mitlaq)” tfisser: kull għeżul tal-garġi miżmum fuq wiċċ il-baħar jew f’ċerta distanza taħtu permezz ta’ sufri jew apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma, li jinġarru mal-kurrent jew liberament jew bid-dgħajsa li jkun imqabbad magħha. Jista’ jkun mgħammar b’apparat intiż biex jistabbilizza x-xibka jew jillimita kemm tinġarr mill-kurrent.

2.   Ebda bastiment ma jista’ jżomm abbord, jew juża għas-sajd, drift-net wieħed jew aktar li t-tul individwali jew totali tiegħu jkun aktar minn 2.5 kilometri”.

Artikolu 2

Fir-Regolament (KE) Nru 812/2004, għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

Definizzjonijiet

“Drift-net (għeżul tal-mitlaq)” tfisser: kull għeżul tal-garġi miżmum fuq wiċċ il-baħar jew f’ċerta distanza taħtu permezz ta’ sufri jew apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma, li jinġarru mal-kurrent jew liberament jew bid-dgħajsa li jkun imqabbad magħha. Jista’ jkun mgħammar b’apparat intiż biex jistabbilizza x-xibka jew jillimita kemm tinġarr mill-kurrent.”.

Artikolu 3

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(o)

“Drift-net (għeżul tal-mitlaq)” tfisser: kull għeżul tal-garġi miżmum fuq wiċċ il-baħar jew f’ċerta distanza taħtu permezz ta’ sufri jew apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma, li jinġarru mal-kurrent jew liberament jew bid-dgħajsa li jkun imqabbad magħha. Jista’ jkun mgħammar b’apparat intiż biex jistabbilizza x-xibka jew jillimita kemm tinġarr mill-kurrent.”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 132, 23.5.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1239/98 (ĠU L 171, 17.6.1998, p. 1).

(2)  ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12.

(3)  ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 810/2007

tal-11 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

48,1

TR

83,4

XS

23,6

ZZ

51,7

0707 00 05

JO

151,2

TR

115,8

ZZ

133,5

0709 90 70

TR

86,4

ZZ

86,4

0805 50 10

AR

55,2

UY

51,0

ZA

56,7

ZZ

54,3

0808 10 80

AR

86,2

BR

88,2

CL

89,9

CN

99,5

NZ

101,4

US

103,8

UY

59,1

ZA

89,6

ZZ

89,7

0808 20 50

AR

76,7

CL

84,4

CN

59,8

NZ

99,0

ZA

103,7

ZZ

84,7

0809 10 00

TR

199,7

ZZ

199,7

0809 20 95

TR

283,7

US

481,7

ZZ

382,7

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

129,4

ZZ

129,4

0809 40 05

IL

124,1

ZZ

124,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 811/2007

tal-11 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ l-apikultura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 tas-26 ta’ April 2004 dwar miżuri li jtejbu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ l-apikultura (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jiġi evitat kull riskju ta’ ambigwità, jeħtieġ li l-Artikolu 2, paragrafu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 (2) jistabbilixxi b’mod ċar li l-miżuri fil-programmi dwar l-apikultura għandhom jiġu implimentati qabel tmiem is-sena li jirreferu għaliha.

(2)

Il-possibbiltà li jiġu emendati l-limiti finanzjarji ta’ kull miżura fi programm dwar l-apikultura matul l-eżerċizzju annwali, mingħajr ma tali emendi ma jiġu approvati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004, attwalment hija limitata għal massimu ta’ 20 % ta’ dawk il-limiti finanzjarji.

(3)

Dan il-limitu ta’ 20 % huwa meqjus bħala wieħed restrittiv mil-lat ta’ amministrazzjoni, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Għalhekk dan għandu jitneħħa.

(4)

Bil-għan li tinkiseb simplifikazzjoni, l-adattament tal-miżuri tal-programmi dwar l-apikultura tul sena jista’ jsir iktar flessibbli u b’hekk ikunu jistgħu jitneħħew il-limiti f’allokazzjoni baġitarja ġdida skond it-tip ta’ miżuri fi ħdan il-baġit allokat għal kull Stat Membru.

(5)

Jeħtieġ ikun hemm dispożizzjonijiet biex l-adattament tal-miżuri tal-programmi dwar l-apikultura jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minħabba li ma kienx sar hekk fil-programm triannwali kkomunikat inizjalment.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 917/2004 jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa mħassar;

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza għandha tinbidel bit-test li ġej:

“Il-miżuri tal-programmi dwar l-apikultura, previsti għal kull sena matul il-perjodu ta’ tliet snin, għandhom jiġu applikati bi sħiħ sal-31 ta’ Awwissu tas-sena li matulha jkun qed jitwettaq l-eżerċizzju, li jirreferu għaliha.”

(2)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Sakemm jibqgħu konformi ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004, il-miżuri tal-programmi dwar l-apikultura jistgħu jiġu adattati matul l-eżerċizzju annwali. Il-limiti finanzjarji ta’ kull waħda mill-miżuri msemmija jistgħu jiġu emendati sakemm ma jinqabiżx il-limitu totali tal-previżjonijiet ta’ l-ispejjeż annwali u li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità fil-programmi dwar l-apikultura ma jaqbiżx il-50 % ta’ l-ispejjeż ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’kull abbozz ta’ adattament tal-miżuri matul l-eżerċizzju annwali skond l-ewwel paragrafu minħabba li ma kienx sar hekk fil-programm triannwali kkomunikat inizjalment. Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax, l-adattament previst isir applikabbli mill-ewwel jum tat-tieni xahar minn wara n-notifika msemmija.

Sa mhux aktar tard minn xahrejn wara kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummmissjoni sommarju ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-ispejjeż skond l-azzjoni.”

(3)

L-Artikolu 7 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 812/2007

tal-11 ta’ Lulju 2007

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzoni ta’ kwota tariffarja għal-laħam tal-majjal allokata lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u partikolarment l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond l-Artikolu XXIV(6), u ta’ l-Artikolu XXVII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT) ta’ l-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet fil-listi ta’ impenn tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja, fil-qafas ta’ l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3), jipprovdi dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni speċifika ta’ 4 722 tunnellata ta’ laħam tal-majjal allokata lill-Istati Uniti.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2006 tas-16 ta’ Awissu 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarrja ta’ l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal mogħtija lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (4) jeħtieġ li jiġi mmodifikat sostanzjalment. Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1233/2006 jitħassar u jiġi sostitwit b’regolament ġdid.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (6), ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

(4)

Sabiex tiġi żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjonijiet, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwota mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara jinqasam f’diversi perjodi sekondarji. F’kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita t-tul tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Jeħtieġ li l-ġestjoni tal-kwota tariffarja tiġi żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu definiti r-regoli għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet u t-tagħrif li għandu jingħata fl-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

(6)

Ir-riskju ta’ l-ispekulazzjoni li hemm fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tal-majjal jitlob li jiġu stabbiliti kundizzjonjiet preċiżi biex l-operaturi jingħataw aċċess għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(7)

Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija relattiva għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni jiġi stabbilit fil-livell ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(8)

Fl-interess ta’ l-operaturi, jeħtieġ li jkun previst li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru applikazzjonijiet u li jiżdiedu mal-perjodu sekondarju tal-kwota skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(9)

L-aċċess għall-kwota tariffarja jeħtieġlu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7).

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed tinfetaħ, fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 4 722 tunnellata ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Il-kwota għandha n-numru tas-serje 09.4170.

2.   Il-kodiċijiet tan-NM tal-prodotti li jibbenefikaw mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1 u d-dazji doganali applikabbli huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota għandha titqassam kif ġej f’erba’ perjodi sekondarji:

a)

25 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru,

b)

25 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru,

c)

25 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu,

d)

25 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju.

Artikolu 4

1.   B’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, min japplika għal liċenzja ta’ l-importazzjoni, fil-waqt tat-tressiq ta’ l-ewwel applikazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ perjodu partikolari annwali tal-kwota, għandu jagħti prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi stipulati fl-imsemmi Artikolu 5, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.

2.   L-applikazzjoni għal liċenzja tista’ tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-NM differenti u li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika. F’dan il-każ, jeħtieġ li l-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deżinjazzjonijiet tagħhom jitniżżlu, rispettivament, fil-kaxex 16 u 15 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja nnifisha.

Applikazzjoni għal liċenzja jeħtiġilha tkopri minimu ta’ 20 tunnellata u massimu ta’ 20 % tal-kwantità disponibbli matul il-perjodu sekondarju kkonċernat.

3.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

4.   L-applikazzjoni għal liċenzja u l-liċenzja nnifisha għandu jkun fihom:

a)

fil-kaxxa 8, jiġu mmarkati b’salib l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-kelma “iva”,

b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti A.

Il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mill-entrati li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

1.   Applikazzjoni għal liċenzja ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel seba’ ġranet tax-xahar qabel kull perjodu sekondarju msemmi fl-Artikolu 3.

2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal liċenzja, għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali, espressi f’kilogrammi, li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet.

4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba’ ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mill-ħdax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu ta’ komunikazzjoni pprovdut bil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun il-każ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux tressqu applikazzjonijiet u li għandhom jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għall-perjodu sekondarju tal-kwota ta’ wara.

Artikolu 6

1.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem l-ewwel xahar ta’ kull perjodu sekondarju tal-kwota, il-kwantitajiet totali, espressi f’kilogrammi, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali tal-kwota, il-kwantitajiet, espressi f’kilogrammi, li fil-fatt ikunu tqiegħdu fis-suq skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat.

3.   B’deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-kwantitajiet totali, espressi f’kilogrammi, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew intużaw biss parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt tat-talba għall-aħħar perjodu sekondarju, u darba oħra qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B’deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tal-perjodu sekondarju li għalih ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huwa llimitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament preżenti.

Artikolu 8

It-tqegħid fil-kummerċ ħieles huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond l-Artikoli 55 u 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-oriġini tal-prodotti koperti bir-Regolament preżenti għandha tkun iddeterminata skond ir-regoli Komunitarji fis-seħħ.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1233/2006 b’dan huwa mħassar.

Ir-referenzi li jsiru għar-regolament mħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza li tingħata fl-Anness III.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 225, 17.8.2006, p. 14.

(5)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(6)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS I

Numru tas-serje

Kodiċijiet tan-NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Ħlas applikabbli

Kwantità totali f’tunnellati

(il-piż tal-prodotti)

09.4170

ex 0203 19 55

ex 0203 29 55

Lonżiet u prieżet dissussati friski, mkessħa jew iffriżati

EUR 250/tunnellata

4 722


ANNESS II

PARTI A

Elementi msemmija fl-Artikolu 4(4), l-ewwel inċiż, punt b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 812/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 812/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 812/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 812/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 812/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 812/2007.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 812/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 812/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 812/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 812/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 812/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 812/2007.

bl-Ungeriż

:

812/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 812/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 812/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 812/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 812/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 812/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 812/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 812/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) No: 812/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 812/2007.

PARTI B

Elementi msemmija fl-Artikolu 4(4), it-tieni inċiż:

bil-Bulgaru

:

намаляване на общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 812/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 812/2007.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 812/2007.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 812/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß Verordnung (EG) Nr. 812/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 812/2007.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 812/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 812/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 812/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 812/2007.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 812/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 812/2007.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 812/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 812/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 812/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 812/2007.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 812/2007.

bir-Rumen

:

reducerea tarifului vamal comun astfel cum este prevăzut de Regulamentul (CE) nr. 812/2007.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 812/2007.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 812/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 812/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 812/2007.


ANNESS III

Tabella ta’ korrispondenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1233/2006

Dan ir-Regolament

l-Artikolu 1

l-Artikolu 1

l-Artikolu 2

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3

l-Artikolu 4(1)(a)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 4(1)(b)

l-Artikolu 4(2), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 4(1)(c)

l-Artikolu 4(2), it-tieni inċiż

l-Artikolu 4(1)(d)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 4(1)(e)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 4(1)(f)

l-Artikolu 4(3)

l-Artikolu 4(2)

l-Artikolu 5(1), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 5(1), it-tieni inċiż

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 5(2)

l-Artikolu 5(4), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 5(4), it-tieni inċiż

l-Artikolu 5(5)

l-Artikolu 5(6)

l-Artikolu 5(7)

l-Artikolu 5(8), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 5(9)

l-Artikolu 5(10)

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 6(1), l-ewwel inċiż

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 6(1), it-tieni inċiż

l-Artikolu 6(2)

l-Artikolu 7

l-Artikolu 8

l-Artikolu 8, l-ewwel inċiż

l-Artikolu 2

l-Artikolu 8, it-tieni inċiż

l-Artikolu 9

l-Artikolu 10

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II, Parti A

Anness III

Anness II, Parti B

Anness IV

Anness V

Anness VI


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 813/2007

tal-11 ta’ Lulju 2007

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn it-2 u s-6 ta’ Lulju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-ġimgħa ta' bejn it-2 u s-6 ta’ Lulju 2007 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4343 (2006-2007).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie iffissat intlaħaq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn it-2 u s-6 ta’ Lulju 2007, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2006/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 95).

(3)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


ANNESS

Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 2.7.2007-6.7.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

0

Intlaħqu

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

0

Intlaħqu

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

0

Intlaħqu

09.4340

Il-Madagaskar

0

Intlaħqu

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

0

Intlaħqu

09.4348

Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 2.7.2007-6.7.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplimentari

Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 2.7.2007-6.7.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

100

 


Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 2.7.2007-6.7.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Iz-zokkor tal-Balkani

It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 2.7.2007-6.7.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja-Ħerżegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Tip

Ġimgħa ta' bejn 2.7.2007-6.7.2007 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4380

F'każ eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

Ordni Nru

Tip

Ġimgħa ta' bejn 2.7.2007-6.7.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


DIRETTIVI

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/19


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2007/43/KE

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1)

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jirrikjedi li fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika agrikola, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom iqisu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-benesseri ta’ l-annimali, filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u d-drawwiet ta’ l-Istati Membri partikolarment dawk konnessi ma’ riti reliġjużi, tradizzjonijiet kulturali u patrimonju reġjonali.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għal għanijiet agrikoli (3), imfassla abbażi tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni ta’ l-Annimali miżmuma għal Għanijiet Agrikoli (4) (hawn aktar ’il quddiem “il-Konvenzjoni”) tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni ta’ annimali mrobbija jew miżmuma għal għanijiet agrikoli inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-akkomodazzjoni, l-ikel, l-ilma u l-attenzjoni xierqa lill-ħtiġijiet fiżjoloġiċi u etoloġiċi ta’ l-annimali.

(3)

Il-Komunità hija parti għall-Konvenzjoni li fil-qafas tagħha ġiet adottata Rakkomandazzjoni speċifika dwar it-tiġieġa domestika (Gallus gallus) li tinkludi dispożizzjonijiet addizzjonali għat-tjur ta’ l-irziezet miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam.

(4)

Ir-rapport tal-Kumitat Xjentifiku fuq is-Saħħa u l-Benesseri ta’ l-Annimali tal-21 ta’ Marzu 2000 dwar il-Benesseri tat-Tiġieġ Miżmum għall-Produzzjoni tal-Laħam (Brojlers) ikkonkluda li r-rata ta’ tkabbir mgħaġġla tal-varjetajiet tat-tiġieġ użati attwalment għal dan il-għan mhix akkumpanjata minn livell sodisfaċenti ta’ saħħa u benesseri ta’ l-annimali, u li l-effetti negattivi tar-rati għolja ta’ l-istokkjar jitnaqqsu f’bini fejn jistgħu jiġu sostnuti kundizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin.

(5)

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal żoni mhux mifruxa, biex tiġi minimizzata l-influwenza ta’ parametri ġenetiċi jew biex jiġu inklużi indikaturi ta’ benesseri flimkien mad-dermatite tal-kuxxinett tas-sieq ser jiġu stabbiliti meta jkunu disponibbli l-opinjonijiet rilevanti ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA).

(6)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fil-livell Komunitarju għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam sabiex jiġi evitat tfixkil għall-kompetizzjoni li jista’ jinterferixxi fit-tmexxija mingħajr skossi ta’ l-organizzazzjoni tas-suq komuni f’dak is-settur u wkoll sabiex jiġi aċċertat l-iżvilupp razzjonali tas-settur.

(7)

Bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u sabiex jinkiseb l-għan bażiku li jiġu introdotti titjibiet fit-trobbija intensa tat-tiġieġ, jeħtieġ u jixraq li jiġu stabbiliti regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ għall-produzzjoni tal-laħam. Din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi mmirati, f’konformità mat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(8)

Ir-regoli għandhom jikkonċentraw fuq il-problemi ta’ benesseri fis-sistemi tat-trobbija intensiva. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm miżuri diżproporzjonali applikabbli għaż-żamma ta’ qatgħat żgħar ta’ tiġieġ, għandu jiġi ffissat limitu minimu għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(9)

Huwa importanti li dawk il-persuni li jieħdu ħsieb it-tiġieġ ikunu jifhmu fil-ħtiġiet rilevanti tal-benesseri ta’ l-annimali u li jingħataw taħriġ xieraq biex iwettqu l-kompiti tagħhom jew li jkunu kisbu esperjenza ekwivalenti għal tali taħriġ.

(10)

Fl-istabbiliment tar-regoli għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam, għandu jinżamm bilanċ bejn l-aspetti varji li jridu jiġu meqjusa, f’dawk li huma benesseri u saħħa ta’ l-annimali, il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali u l-impatt ambjentali.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali intenzjonati għall-konsum uman (5) u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika ta’ konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali (6) diġà jistabbilixxu qafas għall-kontrolli uffiċjali inkluż il-konformità ma’ xi regoli dwar il-benesseri ta’ l-annimali. Barra minn dan, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali, inklużi r-riżultati tal-kontrolli u l-verifiki mwettqa. Għal dan l-għan hu previst appoġġ finanzjarju kemm f’dawn ir-regolamenti kif ukoll fid-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (7).

(12)

Għadd ta’ skemi voluntarji jeżistu diġà fi Stati Membri differenti għall-ittikkettar ta’ laħam tat-tiġieġ ibbażat fuq il-konformità ma’ l-istandards tal-benesseri ta’ l-annimali u parametri oħra.

(13)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tat-tali skemi voluntarji ta’ ttikkettar, jixraq li l-Kummissjoni tissottometti rapport dwar l-introduzzjoni possibbli ta’ skema ta’ ttikkettar mandatorja armonizzata speċifika fil-livell Komunitarju għal-laħam tat-tiġieġ, prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet ibbażati fuq il-konformità ma’ l-istandards tal-benesseri ta’ l-annimali, inklużi l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi possibbli, l-effetti fuq l-imsieħba ekonomiċi tal-Komunità u l-konformità tat-tali skema ta’ ttikkettar mar-regoli ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(14)

Jixraq li l-Kummissjoni tissottemetti rapport ibbażat fuq l-evidenza xjentifika ġdida bil-kunsiderazzjoni ta’ aktar riċerka u esperjenza prattika sabiex jitkompla jitjieb il-benesseri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam inkluż l-istokk ta’ parentela tat-tali tiġieġ, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-aspetti mhux koperti minn din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra b’mod speċifiku l-possibbilta’ biex jiġu introdotti limiti massimi għal indikaturi ta’ kondizzjonijiet ta’ benesseri ħżiena identifikati matul l-ispezzjonijiet post-mortem u l-influwenza tal-parametri ġenetiċi fuq id-defiċjenzi identifikati li jirriżultaw f’nuqqas ta’ benesseri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam.

(15)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(16)

Il-Kunsill, skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (8), għandu jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, ser juru il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi.

(17)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju ta’ l-implimentazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni (9),

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam.

Madankollu, m’għandhiex tapplika għal:

(a)

azjendi b’inqas minn 500 tiġieġa;

(b)

azjendi li għandhom biss stokks ta’ tiġieġ għat-tgħammir;

(ċ)

imfaqas;

(d)

tiġieġ imrobbija b’mod estensiv ġewwa jew fil-beraħ, kif imsemmija fil-punti b), ċ), d), e) ta’ l-Anness IV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 tal-5 ta’ Ġunju tal-1991 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ tqegħid fis-suq għat-tjur (10), u

(e)

tiġieġ imrobbija b’mod organiku skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (11).

2.   Id-Direttiva għandha tapplika għat-trobbija ta’ stokk f’azjendi li għandhom kemm stokks tat-tgħammir kif ukoll stokks tat-trobbija.

L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jieħdu miżuri aktar stretti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Ir-responsabbiltà primarja għall-benesseri ta’ l-annimali hija tal-proprjetarju jew il-kustodju ta’ l-annimali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“sid” tfisser kwalunkwe persuna jew persuni fiżiċi jew legali li jippossiedu l-azjenda fejn jinżammu t-tiġieġ;

(b)

“kustodju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali responsabbli jew inkarigata mit-tiġieġ f’termini ta’ kuntratt jew bil-liġi fuq bażi kemm permanenti kif ukoll temporanja;

(ċ)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti li jwettaq kontrolli tal-benesseri ta’ l-annimali, veterinarji u żootekniċi jew kwalunkwe awtorità oħra li ngħatat dik il-kompetenza fuq livell reġjonali, lokali jew ieħor;

(d)

“veterinarju uffiċjali” ifisser veterinarju li jkun ikkwalifikat skond l-Anness I, Taqsima III, Kapitolu IV (A) għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 sabiex jaġixxi fit-tali kapaċità u li jkun maħtur mill-awtorità kompetenti;

(e)

“tiġieġa” tfisser annimal ta’ l-ispeċi Gallus gallus miżmum għall-produzzjoni tal-laħam;

(f)

“stabbiliment” tfisser lok tal-produzzjoni fejn jinżammu t-tiġieġ;

(g)

“binja” tfisser bini fl-azjenda fejn tinżamm qatgħa ta’ tiġieġ;

(h)

“żona użabbli” tfisser żona mifruxa f’maqjel aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għat-tiġieġ;

(i)

“densità ta’ l-istokkjar” tfisser il-piż totali ħaj ta’ tiġieġ li huma preżenti f’dar fl-istess waqt għal kull metru kwadru ta’ area li tista’ tiġi wżata;

(j)

“qatgħa” tfisser grupp ta’ tiġieġ li jitpoġġa f’binja ta’ azjenda u li huma preżenti f’din il-binja fl-istess ħin;

(k)

“rata ta’ mortalità ta’ kuljum” tfisser in-numru ta’ tiġieġ li mietu f’binja fl-istess ġurnata inkluż dawk li ġew maqtula minħabba mard jew minħabba raġunijiet oħra diviż bin-numru ta’ tiġieġ preżenti fil-binja f’dak il-jum; immultiplikat b’100;

(l)

“rata ta’ mortalità ta’ kuljum kumulattiva” tfisser it-total tar-rati ta’ mortalità ta’ kuljum.

2.   Id-definizzjoni ta’ “żona użabbli” fil-paragrafu 1 punt (h) rigward żoni mhux mifruxa tista’ titkompla skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 wara r-riżultati ta’ opinjoni xjentifika ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel dwar l-impatt ta’ żoni mhux mifruxa fuq il-benesseri tat-tiġieġ.

Artikolu 3

Rekwiżiti għaż-żamma tat-tiġieġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-binjiet kollha jikkonformaw mal-ħtiġiet imniżżla fl-Anness I;

(b)

l-ispezzjonijiet meħtieġa u l-monitoraġġ u s-segwitu, inkluż dawk previsti fl-Anness III, huma mwettqa mill-awtorità kompetenti jew il-veteranju uffiċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-densità massima ta’ stokkjar f’ażjenda jew f’bini ta’ ażjenda ma teċċedi fl-ebda ħin 33 kg/m2.

3.   Bħala deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-tiġieġ jinżammu f’densità ta’ stokkjar ogħla sakemm is-sid jew kustodju jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tingħata deroga taħt il-paragrafu 3, id-densità massima ta’ stokkjar f’ażjenda jew f’bini ta’ ażjenda ma teċċedi fl-ebda ħin 39 kg/m2.

5.   Meta jiġu sodisfatti l-kriterji mniżżla fl-Anness V, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li d-densità ta’ stokkjar massimu msemmija fil-paragrafu 4 tiżdied b’massimu ta’ 3 kg/m2.

Artikolu 4

Taħriġ u gwida għall-persuni involuti fil-qasam tat-tiġieġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kustodji li huma persuni fiżiċi rċevew taħriġ suffiċjenti dwar il-kompiti tagħhom u li korsijiet xierqa ta’ taħriġ huma disponibbli.

2.   Il-korsijiet ta’ taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċentraw fuq l-aspetti tal-benesseri u jkopru b’mod partikolari l-kwistjonijiet elenkati fl-Anness IV.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun stabbilita sistema għall-kontroll u l-approvazzjoni tal-korsijiet ta’ taħriġ. Il-kustodju tat-tiġieġ għandu jkun fil-pussess ta’ ċertifikat rikonoxxut mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, li jafferma li dan ikun temm it-tali korsijiet ta’ taħriġ jew kiseb esperjenza ekwivalenti għal dan it-taħriġ.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-esperjenza miksuba qabel it-30 ta’ Ġunju 2010 bħala ekwivalenti għall-parteċipazzjoni fit-tali korsijiet ta’ taħriġ u għandhom joħorġu ċertifikati li jaffermaw it-tali ekwivalenzi.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-ħtiġiet imniżżla fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw ukoll għas-sidien.

6.   Is-sid jew il-kustodju għandhom jipprovdu istruzzjonijiet u gwida dwar il-ħtiġiet tal-benesseri ta’ l-annimali rilevanti, inklużi dawk rigward il-metodi ta’ qtil ipprattikati fl-azjendi, lil persuni impjegati jew imqabbda minnhom biex jieħdu ħsieb it-tiġieġ jew jaqbduhom u jgħabbuhom.

Artikolu 5

Tikkettar tal-laħam tat-tjur

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-introduzzjoni possibbli ta’ skema ta’ ttikkettar obbligatorja armonizzata speċifika għal-laħam tat-tiġieġ, il-prodotti tal-laħam u t-tħejjijiet abbażi ta’ konformità ma’ standards tal-benesseri ta’ l-annimali.

Dak ir-rapport għandu jikkunsidra implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi, effetti fuq l-imsieħba ekonomiċi tal-Komunità u konformità ta’ skema ta’ ttikkettar bħal din mar-regoli ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi xierqa li jqisu t-tali kunsiderazzjonijiet u l-esperjenza akkwistata mill-Istati Membri fl-applikar ta’ l-iskemi voluntarji ta’ ttikkettar.

Artikolu 6

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

1.   Abbażi ta’ opinjoni xjentifika ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 rapport dwar l-influwenza ta’ parametri ġenetiċi dwar id-defiċjenzi identifikati li jirriżultaw f’nuqqas ta’ benesseri tat-tiġieġ. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat mill-proposti leġiżlattivi xierqa, jekk ikun meħtieġ.

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-ġbir tad-data abbażi tal-monitoraġġ ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ qatgħa maqtula matul perijodu ta’ mill-inqas sena. Sabiex jippermettu analiżi relevanti, it-teħid tal-kampjuni u l-ħtiġiet tad-data kif imsemmija fl-Anness III għandhom ikunu bbażati xjentifikament, oġġettivi u komparabbli, u stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-ġbir ta’ data għall-fini ta’ din id-Direttiva.

3.   Abbażi tad-data disponibbli u b’kont meħud ta’ evidenza xjentifika ġdida, il-Kummissjoni għandha, sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Ġunju 2012, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u ta’ l-influwenza tiegħu fuq il-benesseri tat-tiġieġ, kif ukoll l-iżvilupp ta’ indikaturi tal-benesseri. Ir-rapport għandu jieħu kont tal-kondizzjonijiet u l-metodi ta’ produzzjoni differenti. Hija għandha wkoll tieħu kont ta’ l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi u amministrattivi ta’ din id-Direttiva inkluż l-aspetti reġjonali.

Artikolu 7

Spezzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet mhux diskriminatorji biex tivverifika l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Tali spezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq proporzjon xieraq ta’ annimali miżmuma f’kull Stat Membru, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti mniżżla mir-Regolament (KE) Nru 882/2004, u jistgħu jitwettqu fl-istess żmien ta’ kontrolli għal finijiet oħra.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ proċeduri xierqa biex jiddeterminaw id-densità ta’ l-istokkjar.

2.   Kull sena sat-30 ta’ Ġunju l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali għas-sena ta’ qabel dwar l-ispezzjonijiet previsti fil-paragrafu 1. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat b’lista ta’ l-azzjonijiet l-iktar rilevanti meħuda mill-awtorità kompetenti biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ benesseri prinċipali identifikati.

Artikolu 8

Gwidi għal prattika tajba ta’ maniġġar

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ gwidi għal prattika tajba ta’ maniġġar li għandhom jinkludu gwida dwar il-konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jiġu inkoraġġuti d-disseminazzjoni u l-użu ta’ tali gwidi.

Artikolu 9

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.

Artikolu 10

Poteri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 11

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, mwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (12) (“il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010.

Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  Opinjoni tal-14 ta’ Frar 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-26 ta’ Ottubru 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 323, 17.11.1978, p. 14. Konvenzjoni kif emendata bil-Protokoll ta’ emenda (ĠU L 395, 31.12.1992, p. 22).

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni rettifikata fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni rettifikata fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006.

(7)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1. Verżjoni rettifikata fil-ĠU C 4, 8.1.2004, p. 7.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/516/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(10)  ĠU L 143, 7.6.1991, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2029/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 29).

(11)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2007 (ĠU L 98, 13.4.2007, p. 3).

(12)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).


ANNESS I

ĦTIĠIET APPLIKABBLI GĦALL-AZJENDI

Barra mid-dispożizzjonijiet rilevanti f’leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, għandhom japplikaw il-ħtiġiet li ġejjin:

Tagħmir minn fejn jixorbu l-annimali

1.

It-tagħmir minn fejn jixorbu l-annimali għandu jitqiegħed u jkun mantenut b’tali mod li t-tixrid tal-likwidu jiġi minimizzat.

Għalf

2.

L-għalf għandu jkun jew disponibbli l-ħin kollu jew jingħalef u m’għandux jitneħħa minn ħdejn it-tiġieġ aktar minn 12-il siegħa qabel il-ħin previst tal-qatla.

Mifrex

3.

It-tiġieġ kollha għandhom ikollhom aċċess permanenti għal mifrex niexef b’wiċċ li jitrammel malajr.

Ventilazzjoni u tisħin

4.

Il-ventilazzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex ma jkunx hemm sħana żejda u, fejn hu meħtieġ, flimkien ma’ sistemi ta’ tisħin sabiex titneħħa l-indewwa żejda.

Storbju

5.

Il-livell tal-ħoss għandu jiġi mminimizzat. Il-fannijiet għall-ventilazzjoni, il-makkinarju ta’ l-għalf jew tagħmir ieħor għandu jinbena, jitqiegħed, jitħaddem u jiġi mantenut b’tali mod li dan jikkawża l-anqas ammont ta’ storbju possibbli.

Dawl

6.

Il-binjiet kollha għandu jkollhom dawl b’intensità ta’ mill-inqas 20 lux matul il-perijodi mdawwla, ikkalkulat fil-livell tal-vista tat-tjur u li jdawwal mill-inqas 80 % taż-żona użabbli. Meta jkun meħtieġ jista’ jingħata permess għal tnaqqis temporanju fil-livell tad-dawl wara parir veterinarju.

7.

Fi żmien sebat ijiem minn meta t-tiġieġ ikunu tpoġġew fil-bini u sa tlett ijiem qabel il-ħin previst għall-qatla, id-dawl għandu jsegwi ritmu ta’ 24 siegħa u jkun jinkludi perijodi ta’ dlam li b’kollox idumu għal almenu 6 sigħat, b’mhux inqas minn perijodu wieħed ta’ almenu 4 sigħat ta’ dlam kontinwu.

Spezzjoni

8.

It-tiġieġ kollha miżmuma fl-azjenda iridu jiġu spezzjonati almenu darbtjen kuljum. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lil sinjali li jindikaw livell imnaqqas ta’ benesseri ta’ l-annimali u/jew is-saħħa ta’ l-annimali.

9.

It-tiġieġ li jkunu korruti gravi jew li juru sinjali ċari ta’ diżordni ta’ saħħa, bħal dawk li jkollhom diffikultajiet biex jimxu, axxite gravi jew malformazzjonijiet gravi, u li aktarx ikunu qed ibatu, għandhom jingħataw il-kura adatta jew jinqatlu minnufih. Għandu jiġi kkuntattjat veterinarju kull meta jkun meħtieġ.

Tindif

10.

Dawk il-partijiet tal-bini, it-tagħmir jew l-għodod li jkollhom kuntatt mat-tiġieġ għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew wara kull darba li titwettaq depopolazzjoni finali, qabel ma tiddaħħal qatgħa ġdida fil-binja. Wara t-tnaqqis finali tal-popolazzjoni ta’ binja, il-mifrex kollu għandu jitneħħa, u mifrex nadif għandu jiġi pprovdut.

Żamma tar-rekords

11.

Is-sid jew kustodju għandu jżomm rekord għal kull binja ta’ ażjenda ta’:

(a)

in-numru ta’ tiġieġ introdotti;

(b)

iż-żona użabbli;

(ċ)

l-ibridu jew in-nisel tat-tiġieġ, jekk ikunu magħrufa;

(d)

b’kull kontroll, in-numru ta’ għasafar misjuba mejta b’indikazzjoni tal-kawżi, jekk magħrufa, kif ukoll in-numru ta’ għafasar maqtula b’kawża;

(e)

in-numru ta’ tiġieġ li jibqgħu fil-qatgħa wara t-tneħħija tat-tiġieġ għall-bejgħ jew għall-qatla.

Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal perijodu ta’ almenu tliet snin u għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità kompetenti meta din twettaq spezzjoni jew meta jintalbu għal xi raġuni oħra.

Interventi kirurġiċi

12.

L-interventi kirurġiċi kollha mwettqa għal raġunijiet oħra għajr għal għanijiet terapewtiċi jew djanjostiċi li jirriżultaw f’dannu għall-parti sensittiva tal-ġisem jew fit-telfien tagħha jew fl-alterazzjoni ta’ l-istruttura skeletali huma projbiti.

Madankollu, il-qtugħ tal-munqar jista’ jiġi awtorizzat mill-Istati Membri meta jiġu eżawriti miżuri oħrajn għall-prevenzjoni tat-tnaqqir tar-rix jew tal-kannibaliżmu. F’tali każijiet, dan għandu jitwettaq biss wara konsultazzjoni jew fuq parir ta’ veterinarju u għandu jitwettaq minn persunal kwalifikat fuq tiġieġ li għandhom anqas minn għaxart ijiem. Barra minn dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-kastrazzjoni tat-tiġieġ. Il-kastrazzjoni għandha titwettaq biss taħt superviżjoni veterinarja minn persunal li jkun ingħata taħriġ speċifiku.


ANNESS II

REKWIŻITI GĦALL-UŻU TA’ DENSITAJIET OGĦLA TA’ STOKKJAR

Notifika u dokumentazzjoni

Għandhom japplikaw il-ħtiġiet li ġejjin:

1.

Is-sid jew il-kustodju għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti l-intenzjoni tiegħu li juża densità ta’ stokkjar ta’ aktar minn 33 kg/m2 f’piż ta’ annimali ħajjin.

Huwa għandu jindika l-figura eżatta u jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidla fl-użu ta’ densità ta’ stokkjar mill-anqas 15-il ġurnata qabel it-tqegħid tal-qatgħa fil-binja.

Jekk mitluba mill-awtorità kompetenti, dik in-notifika għandha tkun akkompanjata b’dokument li jagħti sommarju ta’ l-informazzjoni li tinsab fid-dokumentazzjoni meħtieġa taħt il-punt 2.

2.

Is-sid u l-kustodju għandhom iżommu u jħallu disponibbli fil-binja dokumentazzjoni kompilata li tiddeskrivi fid-dettall is-sistemi ta’ produzzjoni. B’mod partikolari hija għandha tinkludi informazzjoni dwar dettalji tekniċi tal-binja u t-tagħmir bħal:

(a)

pjanta tal-binja inklużi d-dimensjonijiet ta’ l-uċuħ okkupati mit-tiġieġ;

(b)

is-sistema ta’ ventilazzjoni u, fejn rilevanti, iffriskar u tisħin, inkluż fejn jinsabu, il-pjan ta’ ventilazzjoni, parametri dettaljati tal-kwalità ta’ l-arja mmirata, bħall-fluss ta’ l-arja, il-veloċità ta’ l-arja u t-temperatura;

(ċ)

is-sistemi ta’ għalf u tisqija u fejn jinsabu;

(d)

sistemi ta’ allarm u sistemi ta’ kontinġenza fil-każ li ma jaħdimx kwalunkwe tagħmir awtomat jew mekkaniku essenzjali għas-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali;

(e)

it-tip ta’ l-art u l-mifrex li normalment jintuża;

Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti kull meta tintalab u għandha tinżamm aġġornata. B’mod partikolari, għandhom jiġu rreġistrati l-ispezzjonijiet tekniċi tas-sistema ta’ l-allarm u l-ventilazzjoni.

Is-sid jew il-kustodju għandhom jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti kwalunkwe bidla fil-binja, it-tagħmir jew il-proċeduri deskritti li x’aktarx jaffettwaw il-benesseri ta’ l-għasafar mingħajr dewmien żejjed.

Ħtiġiet għall-azjendi - kontroll tal-parametri ambjentali

3.

Is-sid jew il-kustodju għandu jiżgura li kull binja ta’ azjenda tkun mgħammra b’sistemi ta’ ventilazzjoni u, jekk meħtieġ, tisħin u ffriskar imfassla, mibnija u mħaddma b’tali mod li:

(a)

il-konċentrazzjoni ta’ ammonja (NH3) ma taqbiżx l-20 ppm u l-konċentrazzjoni ta’ dijossidu karboniku (CO2) ma taqbiżx it-3 000 ppm imkejla fuq il-livell ta’ rjus it-tiġieġ;

(b)

it-temperatura ta’ ġewwa, meta t-temperatura ta’ barra mkejla fid-dell taqbeż it-30 °C, ma taqbiżx din it-temperatura ta’ barra b’aktar minn 3 °C;

(ċ)

il-medja ta’ l-umdità relattiva imkejla ġewwa l-binja matul 48 siegħa ma teċċedix is-70 % meta t-temperatura ta’ barra hija anqas minn 10 °C


ANNESS III

MONITORAĠĠ U AZZJONI TA’ SEGWITU FIL-BIĊĊERIJA

(kif imsemmija fl-Artikolu 3(1))

1.   Mortalità

1.1.

Fil-każ ta’ densitajiet ta’ stokkjar ogħla minn 33 kg/m2 id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-qatgħa għandha tinkludi r-rata ta’ mortalità ta’ kuljum u r-rata ta’ mortalità kumulattiva ta’ kuljum ikkalkulata mis-sid jew il-kustodju u l-ibridu jew in-nisel tat-tiġieġ.

1.2.

Taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali din id-data kif ukoll in-numru ta’ brojlers mejta mal-wasla għandha tiġi rreġistrata, b’indikazzjoni ta’ l-azjenda u l-binja ta’ l-azjenda. Il-plawżibbiltà tad-data u r-rata ta’ mortalità ta’ kuljum kumulattiva għandha tiġi ċċekkjata b’kont meħud tan-numru ta’ brojlers maqtula u n-numru ta’ brojlers mejta mal-wasla fil-biċċerija.

2.   Spezzjoni post-mortem

Fil-kuntest tal-kontrolli mwettqa taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-veterinarju uffiċjali għandu jevalwa r-riżultati ta’ l-ispezzjoni post-mortem biex jidentifika indikazzjonijiet oħra possibbli ta’ kondizzjonijiet ta’ benesseri ħżiena bħal livelli mhux normali ta’ dermatite tal-kuntatt, parassitiżmu u mard sistematiku fl-azjenda jew fil-binja ta’ l-azjenda ta’ l-oriġini.

3.   Komunikazzjoni tar-riżultati

Jekk ir-rata tal-mortalità kif imsemmija fil-paragrafu 1 jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni post-mortem kif imsemmija fil-paragrafu 2 ikunu jaqblu ma’ kondizzjonijiet fqar ta’ benesseri ta’ l-annimali, il-veterinarju uffiċjali għandu jibgħat id-data lis-sid jew lill-kustodju ta’ l-annimali u lill-awtorità kompetenti. Is-sid jew il-kustodju ta’ l-annimali u l-awtorità kompetenti għandhom jieħdu l-azzjonijiet adegwati.


ANNESS IV

TAĦRIĠ

Il-korsijiet ta’ taħriġ imsemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 4(2) għandhom almenu jkopru l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-protezzjoni tat-tiġieġ u b’mod partikolari l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Annessi I u II;

(b)

il-fiżjoloġija, b’mod partikolari l-ħtiġijiet ta’ l-għalf u t-tisqija, l-imġiba ta’ l-annimali u l-kunċett ta’ l-istress;

(ċ)

l-aspetti prattiċi tal-maniġjar bir-reqqa tat-tiġieġ, u l-qbid, it-tgħabbija u t-trasport;

(d)

it-trattament tat-tiġieġ f’każ ta’ emerġenza, il-qtil u t-tbiċċir f’emerġenza;

(e)

miżuri preventivi ta’ bijosigurtà.


ANNESS V

KRITERJI GĦALL-UŻU TA’ DENSITÀ TA’ STOKKJAR MIŻJUDA

(kif imsemmija fl-Artikolu 3(5))

1.   Kriterji

(a)

il-monitoraġġ ta’ l-azjenda imwettaq mill-awtorità kompetenti fl-aħħar sentejn ma żvela l-ebda defiċjenzi fir-rigward tal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, u

(b)

il-monitoraġġ mis-sid jew mill-kustodju ta’ l-azjenda qed isir bl-użu tal-gwidi għall-prattika ta’ ġestjoni tajba msemmija fl-Artikolu 8, u

(ċ)

f’mill-anqas seba’ qtajja’ konsekuttivi, iċċekkjati sussegwentament minn dar, il-mortalità kumulattiva ta’ kull ġurnata kienet taħt 1 % + 0.06 % multiplikata mill-età tal-qatla tal-qatgħa f’jiem.

Jekk ma twettaq l-ebda monitoraġġ mill-awtorità kompetenti fl-aħħar sentejn, mill-inqas monitoraġġ wieħed għandu jitwettaq biex jiġi vverifikat jekk il-ħtieġa a) ġietx sodisfatta.

2.   Ċirkostanzi eċċezzjonali

Permezz ta’ deroga minn 1 ċ), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi żżid id-densità ta’ l-istokk meta s-sid jew il-kustodju jkunu taw spjegazzjoni suffiċjenti għan-natura eċċezzjonali ta’ rata akbar ta’ mortalità kumulattiva ta’ kuljum jew ikun wera li l-kawżi jinsabu barra mill-kontroll tiegħu.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li tawtorizza l-Awstrija tikkonkludi ftehim ma’ l-Iżvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2007/485/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 396 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 396(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunkwe Stat Membru jikkonkludi ma’ pajjiż terz ftehim li jista’ jkollu deroga minn dik id-Direttiva.

(2)

Permezz ta’ ittra reġistrata mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-13 ta’ Settembru 2005, l-Awstrija talbet għal awtorizzazzjoni biex tikkonkludi ftehim ma’ l-Iżvizzera relatat mal-bini ta’ impjant ta’ l-enerġija transkonfinali max-xmara Inn bejn Prutz (Awstrija) u Tschlin (Żvizzera).

(3)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 396(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra li ġġib id-data ta’ l-1 ta’ Marzu 2007 bit-talba li saret mill-Awstrija. B’ittra li ġġib id-data tas-6 ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Awstrija li kellha l-informazzjoni kollha li dehrilha li kellha bżonn biex tivvaluta t-talba.

(4)

Il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li jidderogaw mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ merkanzija importata fl-Awstrija relatata ma’ l-impjant ta’ l-enerġija transkonfinali. Dawn l-importazzjonijiet ta’ merkanzija mill-Iżvizzera għall-Awstrija minn persuni taxxabbli bi dritt sħiħ ta’ tnaqqis ma jkunux soġġetti għall-VAT sabiex arranġament simili jinkiseb mill-Iżvizzera għal merkanzija importata mill-Awstrija għall-Iżvizzera.

(5)

Id-deroga għalhekk mhux se jkollha effett negattiv fuq ir-riżorsi tal-Komunitajiet Ewropej tagħhom stess miġbura mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’ dan l-Awstrija qed tiġi awtorizzata tikkonkludi Ftehim ma’ l-Iżvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mid-Direttiva 2006/112/KE li tkopri l-bini, il-manteniment, it-tiġdid u l-operat ta’ impjant ta’ l-enerġija transkonfinali max-xmara Inn bejn Prutz (Awstrija) and Tschlin (Żvizzera).

Id-dispożizzjonijiet tal-VAT li jidderogaw fir-rigward tal-Ftehim huma stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

B’ deroga mill-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-merkanzija importata minn persuni taxxabbli bi dritt sħiħ ta’ tnaqqis mill-Iżvizzera għall-Awstrija m’għandiex tkun soġġetta għall-VAT, sakemm din tintuża għall-bini, il-manteniment, it-tiġdid u l-operat ta’ l-impjant transkonfinali msemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92).


Kummissjoni

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006

dwar proċedura skond l-Artikolu 65 tat-Trattat li istabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

(Każ Nru COMP/F/39.234 – Alloy surcharge – adozzjoni mill-ġdid)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 6765)

(Il-verżjoni Ġermaniża biss hija awtentika)

(2007/486/KE)

Fl-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċedura taħt l-Artikolu 65 tat-Trattat tal-KEFA. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (1) 1/2003, il-Kummissjoni qiegħda fil-preżenti tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni, inkluża l-penalità imposta, b’ħarsien ta’ l-interessi leġittimi ta’ l-impriżi fil-protezzjoni ta’ l-interessi kummerċjali tagħhom. It-test sħiħ tad-deċiżjoni, bit-tnaqqis ta’ dawk il-partijiet dwar liema l-kumpanija tista’ leġittimament titlob il-kunfidenzjalità, tista’ tinstab fuq il-websajt tad-DĠ COMP fl-indirizz http://europa.eu.int/comm/competition/index_en.html fil-lingwa awtentika tal-każ.

ID-DESTINATARJU, MIN JAGĦMEL IL-KSUR U L-KSUR

(1)

Id-deċiżjoni hija indirizzata lil TKS (ThyssenKrupp Stainless AG) għall-komportament ta’ TS-AG (Thyssen Stahl AG). TKS assumiet volontarjament ir-responsabbiltà għall-komportament ta’ TS-AG, ta’ l-inqas għas-snin 1993/1994, permezz ta’ dikjarazzjoni espliċita lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Lulju 1997.

(2)

TS-AG ipparteċipat fis-16 ta’ Diċembru 1993, sakemm waqfet tkun ekonomikament attiva fis-settur ta’ l-istainless steel fil-31 ta’ Diċembru 1994, fi ksur waħdieni u kontinwu kontra l-Artikolu 65 tat-Trattat tal-KEFA bl-iffissar ta’ prezzijiet għal-liegi użati fis-settur ta’ l-istainless steel fl-Ewropa tal-Punent.

IL-PROĊEDURA

(3)

Id-deċiżjoni tikkonċerna l-adozzjoni mill-ġdid tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/247/KEFA tal-21 ta’ Jannar 1998 (2). Din id-deċiżjoni ġiet parzjalment annullata mill-Qrati (3) għal raġunijiet proċedurali. Il-Qrati sabu li l-Kummissjoni ppenalizzat lil TKS fl-1998 għall-komportament ta’ TS-AG mingħajr ma’ tatha l-opportunità tagħmel il-kummenti tagħha dwar dan il-komportament qabel l-impożizzjoni tal-penalità. Dan kiser id-dritt ta’ TKS li tagħmel il-każ tagħha.

(4)

Fl-24 ta’ April 2006 il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lil TKS bl-għan li tikkoreġi l-iżball proċedurali kif indikat mill-Qrati.

L-OPERAZZJONI TAL-KARTELL

(5)

L-alloy surcharge huwa element tal-prezz ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-liegi u ġie miżjud mal-prezz bażiku ta’ l-istainless steel. L-ispiża tal-liegi użati mill-produtturi ta’ l-istainless steel (nikil, kromju u molibdenu) laħqet proporzjon kbir ħafna ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni. Il-prezzijiet ta’ dawn il-liegi kienu ferm volatili.

(6)

Il-prezzijiet tal-liegi u l-istainless steel waqgħu f’daqqa fl-1993. F’Settembru 1993 meta l-prezzijiet tan-nikil bdew jogħlew, kien hemm tnaqqis konsiderevoli fil-profitti tal-produtturi. Sabiex dan jiġi rimedjat, il-produtturi ta’ prodotti stainless flat qablu li jiltaqgħu f’Madrid fis-16 ta’ Diċembru 1993. Sussegwentement saru diversi kuntatti bejn il-produtturi rigward il-kalkolu u l-implimentazzjoni ta’ l-alloy surcharge.

(7)

Id-deċiżjoni sabet li TS-AG flimkien ma’ impriżi oħra mmodifikat u applikat b’mod miftiehem il-valur ta’ referenza użat sabiex jiġi kkalkulat l-alloy surcharge. Dan għandu kemm l-għan u kif ukoll ir-riżultat ta’ restrizzjoni u distorzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni.

L-APPLIKAZZJONI TAT-TRATTAT TAL-KEFA

(8)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-regoli sostantivi tat-Trattat tal-KEFA għandhom jiġu applikati għall-ksur tal-kartell peress li t-Trattat tal-KEFA kien fis-seħħ fiż-żmien tal-ksur (1993/1994). Ma kienx hemm indikazzjoni għall-applikazzjoni tal-lex mitior.

IR-RESPONSABBILTÀ TA’ TKS GĦAL TS-AG

(9)

Id-deċiżjoni ssib lil TKS responsabbli għall-komportament ta’ TS-AG wara li tikkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ TKS tat-23 ta’ Lulju 1997 u tiċċara li ma kinetx qed tinvoka l-kunċett tas-suċċessjoni legali jew ekonomika.

(10)

Id-dikjarazzjoni ta’ l-1997 ma kinetx mistħarrġa fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas ma tmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt jew il-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

PRESKRIZZJONI

(11)

Id-deċiżjoni tikkonkludi li ma hemmx preskrizzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni minħabba s-sospensjoni matul il-proċeduri tal-Qorti.

MULTI

Ammont Bażiku

Gravità

(12)

Sabiex jiġi garantit li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn id-destinatarji tad-Deċiżjoni 98/247/KEFA ta’ l-1998, il-ksur huwa meqjus bħala wieħed serju (ammont jibda minn € 4 miljun).

Tul ta’ żmien

(13)

L-ammont tal-bidu huwa miżjud b’10 % peress li l-ksur seħħ matul perjodu itwal minn sena (mis-16 ta’ Diċembru 1993 sal-31 ta’ Diċembru 1994).

Ċirkostanzi li jnaqqsu l-piena

(14)

Skond id-Deċiżjoni 98/247/KEFA ta’ l-1998 l-ammont tal-bidu jitnaqqas b’10 % peress li s-sitwazzjoni ekonomika tas-settur kienet kritika.

L-applikazzjoni ta’ l-Avviż ta’ Klemenza ta’ l-1996

(15)

B’applikazzjoni ta’ l-Avviż ta’ l-1996 dwar l-immunità minn multi u t-tnaqqis ta’ multi f’każi ta’ kartell u fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (4), il-multa hija mnaqqsa b’20 % oħra minħabba l-parteċipazzjoni ta’ TKS fl-għajnuna mogħtija lill-Kummissjoni fl-istabbiliment tal-fatti. Għalhekk, il-multa hija € 3 168 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Każ IV.35.814, Alloy Surcharge, ĠU L 100, 1.4.1998, p. 55.

(3)  T-45/98 u T-47/98, 13.12.2001, Krupp Thyssen Stainless GmbH u Acciai Terni SpA/Kummissjoni, ECR 2001, II-3757 u C-65/02 P u C-73/02P, 14.7.2005, ThyssenKrupp Stainless GmbH u ThyssenKrupp Acciai speciali Terni SpA/Kummissjoni.

(4)  Para 281 ta’ T-45/98 u T-47/98, 13.12.2001, Krupp Thyssen Gmbh u Acciai Temi SpA/Kummissjoni, ECR 2001, II-3757.


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Lulju 2007

dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3212)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2007/487/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet (stokkijiet) ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 9 ta’ l-Anness IIC, tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mir-Renju Unit,

Billi:

(1)

Il-punt 7 ta’ l-Anness IIC tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 jispeċifika l-għadd massimu ta’ jiem fuq il-baħar (192) li fihom bastimenti Komunitarji ta’ tul kumplessiv massimu ta’ 10 metri jew aktar li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew akbar jew xbieki statiċi, fosthom għeżula, pariti u għeżula tat-tħabbil b’qies il-malji ta’ anqas minn 220 mm jistgħu jkunu preżenti fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES mill-1 ta’ Frar 2007 sal-31 ta’ Jannar 2008.

(2)

Il-punt 9 ta’ dak l-Anness jippermetti lill-Kummissjoni talloka għadd addizzjonali ta’ jiem fuq il-baħar li fihom bastiment jista’ jkun preżenti f’dik iż-żona filwaqt li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu jew xbieki statiċi, abbażi ta’ waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li jkunu seħħew mill-1 ta’ Jannar 2004.

(3)

Ir-Renju Unit ressaq data li turi li l-bastimenti, li jkunu waqfu mill-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2004, kejlu tnaqqis ta’ 5.24 % fl-isforz tas-sajd eżerċitat fis-sena 2003, meħuda bħala perjodu ta’ referenza għal bastimenti preżenti fiż-żona u li kellhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew akbar.

(4)

Fid-dawl tad-data mressqa u bl-applikazzjoni tal-metodu previst taħt il-punt 9.1, għaxart ijiem addizzjonali fuq il-baħar għandhom jiġu allokati lir-Renju Unit għall-perjodu bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008 għal bastimenti li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu bħal dawn.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza din id-deċiżjoni tirrifletti l-ammont totali ta’ jiem addizzjonali lir-Renju Unit u fiha jitqiesu t-tnax-il jum addizzjonali fuq il-baħar li qabel kienu allokati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/461/KE tas-26 ta’ Ġunju 2006 dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali ta’ sajd fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES (2) peress li dawn il-jiem addizzjonali jibqgħu allokati fl-2007.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd massimu ta’ jiem li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit u li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew aktar jista’ jkun preżenti fid-diviżjoni VIIe ta’ l-ICES, kif stipulat fit-tabella I ta’ l-Anness IIC tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu jiġi emendat għal 214-il jum fis-sena.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif modifikat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 643/2007 (ĠU L 151, 13.6.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 180, 4.7.2006, p. 25.


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Lulju 2007

li tagħti eżenzjonijiet lill-Italja skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE għat-trasport tal-ħnieżer għat-tbiċċir fuq it-toroq privati u pubbliċi lejn il-biċċeriji ġewwa żoni ta’ protezzjoni fi Cremona

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3314)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2007/488/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li introduċiet miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-mard vexxikolari tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-punt 7(2)(d) ta’ l-Anness II tagħha,

Billi:

(1)

Fis-7 u l-15 ta’ Mejju 2007 ġew stabbiliti żoni ta’ protezzjoni mill-awtorità kompetenti fl-Italja madwar it-tifqigħat tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer fil-muniċipalitajiet ta’ Salvirola u Fiesco, fil-Provinċja ta’ Cremona, fi qbil ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE. Fl-14 ta’ Ġunju 2007 ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni madwar tifqigħa fil-muniċipaliċità ta’ Offanengo, fil-Provinċja ta’ Cremona. Iż-żoni ta’ protezzjoni huma parzjalment imrikkba fuq xulxin.

(2)

Skond dan, l-ispustament u t-trasport tal-ħnieżer fuq toroq pubbliċi u privati ġewwa dawn iż-żoni ta’ protezzjoni ġew ipprojbiti.

(3)

Madankollu, l-Italja ressqet żewġ talbiet ta’ eżenzjoni minn din il-projbizzjoni għat-trasport ta’ ħnieżer għat-tbiċċir li joriġinaw minn barra dawn iż-żoni ta’ protezzjoni, fuq it-toroq pubbliċi u privati li jinsabu ġewwa ż-żoni ta’ protezzjoni, sabiex isir it-trasport tagħhom lejn biċċeriji li jinsabu fiż-żoni ta’ protezzjoni.

(4)

Jixraq li ssir proviżjoni għal dawn iż-żewġ eżenzjonijiet, soġġetta għall-kondizzjoni li l-Italja twettaq miżuri stretti ta’ kontroll u ta’ prekawzjoni li jiggarantixxu li ma hemm ebda riskju għat-tixrid tal-marda.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/123/KE ta’ l-20 ta’ Frar 2007 ġiet adottata biex tingħata eżenzjoni bħal din lil biċċerija fiż-żona ta’ protezzjoni madwar tifqigħa tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer fil-muniċipalità ta’ Romano di Lombardia, fil-Provinċja ta’ Bergamo, l-Italja. Il-miżuri stipulati għal din iż-żona ta’ protezzjoni m’għadhomx applikati. Skond dan, id-Deċiżjoni 2007/123/KE għandha tiġi rrevokata.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja tista’ tawtorizza t-trasport tal-ħnieżer għat-tbiċċir li joriġinaw minn barra ż-żoni ta’ protezzjoni stabbiliti fis-7 u l-15 ta’ Mejju 2007 madwar it-tifqigħat tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer li tfaċċaw fil-muniċipalitajiet ta’ Salvirola u Fiesco u ż-żona ta’ protezzjoni stabbilita fl-14 ta’ Ġunju 2007 madwar it-tifqigħa li seħħet fil-muniċipalità ta’ Offanengo, (“il-ħnieżer”), fuq it-toroq pubbliċi u privati ġewwa dawn iż-żoni ta’ protezzjoni, lejn il-biċċeriji “2037 M/S” u “523M” (“il-biċċeriji”), soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

Il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 huma kif ġej:

(a)

id-dispaċċ tal-ħnieżer għandu jiġi nnotifikat mill-inqas 24 siegħa bil-quddiem mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-impriża ta’ l-oriġini lill-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija;

(b)

it-trasport tal-ħnieżer lejn il-biċċeriji għandu jsir permezz ta’ kuritur; id-dettalji ta’ dan il-kuritur għandhom jiġu stipulati minn qabel mill-Italja;

(ċ)

il-vetturi li jittrasportaw il-ħnieżer għandhom ikunu ssiġillati mill-awtorità kompetenti minn qabel jew mad-dħul fil-kuritur; fil-ħin ta’ l-issiġillar, l-awtorità kompetenti għandha tieħu nota tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u l-għadd ta’ ħnieżer ittrasportati fiha;

(d)

mal-wasla tagħhom fil-biċċerija, l-awtorità kompetenti għandha:

(i)

tispezzjona u tneħħi s-siġill ta’ fuq il-vettura;

(ii)

tkun preżenti fil-ħin meta jkunu qegħdin iħottu l-annimali;

(iii)

tieħu nota tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u l-għadd ta’ ħnieżer fuqha.

(e)

kull vettura li tittrasporta l-ħnieżer lejn il-biċċerija għandha, minnufiħ wara l-ħatt, titnaddaf u tiġi diżinfettata taħt kontroll uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti, qabel mal-vettura titlaq mill-biċċerija.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2007/123/KE hija revokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Italja.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).


12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Lulju 2007

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fid-Danimarka fl-2005

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3315)

(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)

(2007/489/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 3a(4) tagħha,

Billi:

(1)

Tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle feġġew fid-Danimarka fl-2005. Il-feġġ ta’ din il-marda ppreżenta periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u biex tingħata għajnuna għall-eradikazzjoni tagħha kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi fin-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/579/KE ta’ l-24 ta’ Awwissu 2006 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-marda ta’ Newcastle fid-Danimarka fl-2005 (2) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda biex tiġi miġġielda t-tifqigħa.

(4)

Skond din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas fuq il-bażi tat-talba magħmula mid-Danimarka fit-23 ta’ Ottubru 2006 u d-dokumenti ta’ evidenza kif stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-iffinanzjar mill-Komunità ta’ miżuri ta’ emerġenza u tal-kampanja biex jiġi miġġieled ċertu mard ta’ l-annimali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(5)

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, issa għandu jiġi ffissat l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fid-Danimarka fl-2005.

(6)

Ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji Komunitarji jfissru li l-ammont kollu tan-nefqa mressaq ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(7)

Il-kummenti tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lid-Danimarka f’ittra bid-data tat-8 ta’ Marzu 2007.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fid-Danimarka fl-2005 skond id-Deċiżjoni 2006/579/KE ġiet iffissata għal EUR 219 385,67.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 232, 25.8.2006, p. 40.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


FTEHIM

Kunsill

12.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/37


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra (1)

Il-Komunità Ewropea u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja innotifikaw lil xulxin fit-28 ta’ Ġunju 2007 u t-2 ta’ Lulju 2007 rispettivament li l-proċeduri ta’ adozzjoni tagħhom ġew ikkompletati.

Il-Ftehim għaldaqstant daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 16 tiegħu.


(1)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.