ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
6 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 tal-21 ta’ Mejju 2007 li jintroduċi skema bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali magħmula fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda l-Azores, il-Madeira, il-Gżejjer Kanari, il-Guiana Franċiża u r-Réunion

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2007 tal-5 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2007 tal-5 ta’ Lulju 2007 dwar l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet magħmulin fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 skond il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għall-barrin, baqar u erieħ ta’ ċerti razez Alpini u tal-muntanji

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2007 tal-5 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2007 tal-5 ta’ Lulju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

9

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2007 tal-5 ta’ Lulju 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2007 tal-5 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2007 tal-5 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd ta' l-aringi fiż-żoni VII g, VII h, VII j u VII k ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

17

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/464/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2007 li tabroga d-Deċiżjoni 2005/186/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Malta

19

 

 

2007/465/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2007 li tabroga d-Deċiżjoni 2004/917/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Greċja

21

 

 

2007/466/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tinnomina sitt membri Svediżi u disa’ membri supplenti Svediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

23

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/467/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 tat-Ġunju 2007 Twaqqif tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju

25

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2007/468/PESK tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja ta’ l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tal-Provi Nukleari (CTBTO) sabiex jissaħħu l-kapaċitjiet ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni tagħha u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa

31

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/469/PESK tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-Konferenza ta’ Reviżjoni 2008 tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda Tagħhom (CWC)

39

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 791/2007

tal-21 ta’ Mejju 2007

li jintroduċi skema bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali magħmula fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda l-Azores, il-Madeira, il-Gżejjer Kanari, il-Guiana Franċiża u r-Réunion

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Is-settur tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità qed jiffaċċja diffikultajiet, u partikolarment spejjeż addizzjonali magħmulin fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, minħabba l-iżvantaġġi partikolari rikonoxxuti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, u li prinċipalment jirriżultaw mill-ispejjeż tat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali.

(2)

Bil-għan li tinżamm il-kompetittività ta’ ċerti prodotti tas-sajd meta mqabbla ma’ dik ta’ prodotti simili minn reġjuni Komunitarji oħrajn, mill-1992 il-Komunità daħħlet miżuri biex jikkumpensaw għal tali spejjeż addizzjonali fis-settur tas-sajd. Il-miżuri applikabbli għall-perjodu 2003-2006 huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003 (3). Huwa neċessarju li mill-2007 jitkomplew il-miżuri biex ipattu għall-ispejjeż addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd, abbażi ta’ rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(3)

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet differenti tal-kummerċjalizzazzjoni fir-reġjuni l-aktar imbiegħda kkonċernati, il-flatwazzjonijiet fil-qbid u l-istokkijiet u tad-domanda tas-suq, huma l-Istati Membri kkonċernati li għandhom jiddeterminaw il-prodotti tas-sajd eliġibbli għall-kumpens, il-kwantitajiet massimi rispettivi tagħhom u l-ammonti ta’ kumpens fil-limitu ta’ l-allokazzjoni ġenerali għal kull Stat Membru.

(4)

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jiddivrenzjaw il-lista u l-kwantitajiet tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati u l-ammont ta’ kumpens fil-limitu ta’ l-allokazzjoni ġenerali għal kull Stat Membru. Huma għandhom ukoll ikunu awtorizzati li jaġġustaw il-pjanijiet tagħhom ta’ kumpens fejn ikun ġustifikat minħabba tibdil fil-kundizzjonijiet.

(5)

L-Istati Membri għandhom jiffissaw l-ammont ta’ kumpens f’livell li jippermetti tpattija xierqa għall-ispejjeż addizzjonali, ġejjin mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u partikolarment mill-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti lejn l-Ewropa kontinentali. Biex jiġi evitat kumpens żejjed, l-ammont għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tpatti għalihom, u fl-ebda każ m’għandu jaqbeż 100 % ta’ l-ispejjeż tat-trasport u spejjeż oħrajn relatati lejn l-Ewropa kontinentali. Għal dan il-għan, għandu jittieħed kont ukoll ta’ tipi oħrajn ta’ interventi pubbliċi li għandhom impatt fuq il-livell ta’ spejjeż addizzjonali.

(6)

Sabiex jintlaħqu sew l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-prodotti tas-sajd maqbuda u pproċessati skond ir-regoli tagħha.

(7)

Sabiex l-iskema ta’ kumpens titħaddem b’mod effettiv u sewwa, l-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li dawk li jirċievu l-għajnuna huma ekonomikament vijabbli u li s-sistema ta’ l-implimentazzjoni tippermetti tħaddim regolari ta’ l-iskema.

(8)

Biex jippermettu l-monitoraġġ xieraq tagħha, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu rapporti annwali dwar it-tħaddim ta’ l-iskema ta’ kumpens.

(9)

Biex ikun possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-iskema ta’ kumpens titkompliex wara l-2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ibbażat fuq evalwazzjoni indipendenti fi żmien debitu qabel it-tmiem ta’ l-iskema.

(10)

In-nefqa tal-Komunità prevista għall-iskema ta’ kumpens għandha tiġi implimentata taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija b’amministrazzjoni ċentralizzata diretta skond l-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (4).

(11)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5).

(12)

Għall-implimentazzjoni ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja ċentralizzata diretta għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2003/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) ta’ nefqa relatata ma’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (6),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jintroduċi skema għall-perjodu mill-2007 sa l-2013 biex jipprovdi kumpens għall-ispejjeż addizzjonali magħmulin mill-operaturi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda bħala riżultat ta’ l-iżvantaġġi speċifiċi ta’ dawk ir-reġjuni (minn hawn il quddiem imsejjaħ “il-kumpens”):

L-Azores,

Madeira,

Il-Gżejjer Kanari,

Il-Guiana Franċiża, u

Réunion.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika d-definizzjoni ta’ “prodotti tas-sajd” stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (7).

Artikolu 3

Operaturi

1.   Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi li ġejjin li jagħmlu spejjeż addizzjonali fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd:

(a)

il-produtturi;

(b)

is-sidien jew l-operaturi ta’ bastimenti rreġistrati fil-portijiet tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1 u li joperaw fihom jew assoċjazzjonijiet ta’ tali operaturi; u

(ċ)

l-operaturi fis-settur ta’ l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet ta’ tali operaturi, li jagħmlu spejjeż addizzjonali fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kkonċernati.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu passi biex jiżguraw il-vijabbiltà ekonomika ta’ l-operaturi li jirċievu l-kumpens.

Artikolu 4

Prodotti tas-sajd eliġibbli

1.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni tiegħu msemmija fl-Artikolu 1, il-lista tal-prodotti tas-sajd u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti li huma eliġibbli għall-kumpens. Il-lista tal-prodotti tas-sajd u l-kwantitajiet jistgħu jkunu divrenzjati għal kull wieħed mir-reġjuni ta’ l-istess Stat Membru.

2.   Meta l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu stabbiliti, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-fatturi rilevanti kollha, partikolarment il-ħtieġa li jkun żgurat li l-kumpens ma jirriżultax fi pressjoni akbar fuq l-istokkijiet bijoloġikament sensittivi, il-livell ta’ spejjeż addizzjonali u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni.

3.   Prodotti tas-sajd li għalihom jingħata l-kumpens għandhom jinqabdu u jiġu pproċessati skond ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd dwar:

(a)

il-konservazzjoni u ġestjoni;

(b)

it-traċċabbiltà;

(ċ)

standards ta’ klassifikazzjoni.

4.   Il-kumpens m’għandux jingħata għal prodotti tas-sajd:

(a)

maqbuda minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela u li joperaw fl-ibħra Komunitarji,

(b)

maqbuda minn bastimenti tas-sajd Komunitarji li mhumiex irreġistrati f’port ta’ xi wieħed mir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 1,

(ċ)

impurtati minn pajjiżi terzi,

(d)

miksuba minn sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Il-punt (b) m’għandux japplika jekk il-materja prima fornuta skond ir-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu m’hijiex suffiċjenti biex tintuża l-kapaċità eżistenti ta’ l-industrija ta’ l-ipproċessar li hemm fl-ibgħad reġjun konċernat.

Artikolu 5

Kumpens

1.   Kull Stat Membru konċernat għandu jiddetermina għar-reġjuni tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 il-livell ta’ kumpens għal kull prodott tas-sajd fil-lista msemmija fl-Artikolu 4(1). Dak il-livell jista’ jkun divrenzjat għal reġjuni individwali jew bejn reġjuni ta’ l-istess Stat Membru.

2.   Il-kumpens għandu jieħu kont:

(a)

għal kull prodott tas-sajd, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati, partikolarment in-nefqa għat-trasport lejn l-Ewropa kontinentali; u

(b)

kull tip ieħor ta’ intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta’ spejjeż addizzjonali.

3.   Il-kumpens fir-rigward ta’ l-ispejjeż addizzjonali għandu jkun proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li huwa ser ipatti għalihom. Il-livell ta’ kumpens fir-rigward ta’ l-ispejjeż addizzjonali għandu jkun debitament ġustifikat fil-pjan ta’ kumpens. Madankollu, fl-ebda każ ma jista’ l-kumpens jaqbeż 100 % tan-nefqa magħmula għat-trasport u spejjeż relatati oħrajn tal-prodotti tas-Sajd, li huma maħsuba għall-Ewropa kontinentali.

4.   L-ammont totali ta’ kumpens kull sena m’għandux jaqbeż:

(a)

:

Azores u Madeira

:

EUR 4 283 992;

(b)

:

Gżejjer Kanari

:

EUR 5 844 076;

(c)

:

Guiana Franċiża u Réunion

:

EUR 4 868 700.

Artikolu 6

Aġġustamenti

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaġġustaw il-lista u l-kwantitajiet ta’ prodotti tas-sajd eliġibbli msemmija fl-Artikolu 4(1), u l-livell ta’ kumpens imsemmi fl-Artikolu 5(1), biex jieħdu kont tat-tibdil fil-kundizzjonijiet dment li jiġu rispettati l-ammonti totali msemmija fl-Artikolu 5(4).

Artikolu 7

Sottomissjoni tal-pjanijiet ta’ kumpens

1.   Sas-6 ta’ Novembru 2007 l-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottometti lill-Kummissjoni l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) u l-livell ta’ kumpens imsemmi fl-Artikolu 5(1) (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa “il-pjan ta’ kumpens”).

2.   Jekk il-pjan ta’ kumpens ma jissodisfax il-ħtiġiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, għandha titlob lill-Istat Membru sabiex jadatta l-pjan kif meħtieġ. F’dak il-każ l-Istat Membru għandu jissottometti l-pjan ta’ kumpens adattat tiegħu lill-Kummissjoni.

3.   Jekk il-Kummissjoni tonqos milli tirreaġixxi fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan ta’ kumpens imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, il-pjan ta’ kumpens għandu jitqies li ġie approvat.

4.   Jekk Stat Membru jagħmel aġġustamenti skond l-Artikolu 6, huwa għandu jissottometti l-pjan ta’ kumpens emendat tiegħu lill-Kummissjoni, u l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 għandha tapplika mutatis mutandis. Il-pjan emendat għandu jitqies li ġie approvat jekk il-Kummissjoni tonqos milli tirreaġixxi fi żmien erba’ ġimgħat wara li tirċievi l-pjan ta’ kumpens emendat.

Artikolu 8

Rappurtar

1.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jfassal rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens u jissottomettih lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ evalwazzjoni indipendenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-kumpens, flimkien fejn meħtieġ, ma’ proposti leġislattivi.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   In-nefqa magħmula mill-Istati Membri skond dan ir-Regolament għandha titqies bħala nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

2.   Għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 2003/2006.

Artikolu 10

Kontroll

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa biex jiżguraw il-konformità mal-ħtiġiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u biex jiżguraw ir-regolarità ta’ l-operazzjonijiet.

Artikolu 11

Regoli dettaljati

Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 12

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

Artikolu 13

Miżuri transitorji

1.   Jekk l-Istati Membri jkunu ssottomettew lill-Kummissjoni talbiet għal aġġustamenti skond l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2328/2003, li dwarhom ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għal dawk it-talbiet.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 għandhom japplikaw għan-nefqa magħmula mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 2329/2003 u ddikjarati lill-Kummissjoni wara l-15 ta’ Ottubru 2006.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GLOS


(1)  Opinjoni ta’ l-24 ta’ April 2007 (għadha mhux pubblikata fil-ĠU).

(2)  ĠU C 93, 27.4.2007, p. 31.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jintroduċi skema li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li ntefqu fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mill-Azores, mill-Madeira, mill-gżejjer Kanari u d-dipartimenti Franċiżi ta’ Guiana u ta’ Réunion, minħabba li huma reġjuni mbiegħda (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 34).

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 49.

(7)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 792/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

36,7

TR

97,2

ZZ

67,0

0707 00 05

JO

151,2

TR

105,7

ZZ

128,5

0709 90 70

IL

42,1

TR

92,9

ZZ

67,5

0805 50 10

AR

52,2

UY

55,9

ZA

60,2

ZZ

56,1

0808 10 80

AR

82,2

BR

80,0

CA

99,5

CL

84,3

CN

74,6

NZ

98,9

US

124,2

UY

46,9

ZA

103,6

ZZ

88,2

0808 20 50

AR

79,0

CL

85,5

NZ

98,4

ZA

112,4

ZZ

93,8

0809 10 00

EG

88,7

TR

203,7

ZZ

146,2

0809 20 95

TR

257,5

US

279,5

ZZ

268,5

0809 30 10 , 0809 30 90

US

120,3

ZZ

120,3

0809 40 05

IL

150,7

ZZ

150,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 793/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

dwar l-allokazzjoni tad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet magħmulin fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 skond il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għall-barrin, baqar u erieħ ta’ ċerti razez Alpini u tal-muntanji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli mħaddma b’sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (2) (traduzzjoni mhux uffiċjali), u partikolament l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji (3) fetaħ il-kwoti ta’ tariffi ta’ l-importazzjoni għall-prodotti taċ-ċanga u l-vitella.

(2)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 għandhom x’jaqsmu mal-kwantitajiet żejda ta’ dawk disponibbli għad-drittijiet skond il-kwota 09.4196. Għalhekk għandu jiġi determinat sa fejn għandhom jingħataw id-drittijiet ta’ l-importazzjoni u jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjonijiet li japplikaw għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni magħmulin għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għandhom jiġu evalwati permezz tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 14,2857 % għad-drittijiet skond il-kwota 09.4196.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 794/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2007 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 536/2007 għal-laħam tat-tjur

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur (1),

Wara ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall[lill]-Istati Uniti ta’ l-Amerika (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007 stabbilixxa kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Settembru 2007 huma inferjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, b’dawn ta’ l-aħħar jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqu l-ebda applikazzjonijiet għall-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 536/2007, fil-kuntest tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4169, u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007, huma ta’ 4 166 250 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 795/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

21,55

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

18,47

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

18,47

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

27,70

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

21,55

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

18,47

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

18,47

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

24,62

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

20,01

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

23,09

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

17,70

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

3,85

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

24,62

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

24,62

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

24,62

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

24,62

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

24,12

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

18,47

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

24,12

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

18,47

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

18,47

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

24,12

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

18,47

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

25,28

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

17,54

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

18,47


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 796/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-6 ta’ Lulju 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

1,539

1,539

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1,539

1,539

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

1,154

1,154

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

1,154

1,154

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

1,539

1,539

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

1,539

1,539

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1,539

1,539

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 797/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni fl-4 ta’ Lulju 2007 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-31 ta' Awissu 2007, għaż-żoni ta' destinazzjoni 1) l-Afrika, 2) l-Asja, 3) l-Ewropa tal-Lvant, 4) L-Ewropa tal-Punent, stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 sa l-1 ta’ Lulju 2007–3 ta’ Lulju 2007 u li sas-16 ta' Settembru 2007 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mill-1 sa l-1 ta’ Lulju 2007–3 ta’ Lulju 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 16,62 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika, sal-limitu ta' 23,66 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 2) l-Asja, sal-limitu ta' 27,97 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 3) l-Ewropa tal-Lvant u sal-limitu ta' 8,76% tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 4) l-Ewropa tal-Punent.

2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mill-4 ta’ Lulju 2007 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mit-6 ta’ Lulju 2007 huma sospiżi għaż-żoni 1) Afrika, 2) l-Asja, 3) l-Ewropa tal- Lvant u 4) l-Ewropa tal-Punent, sas-16 ta' Settembru 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2079/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 798/2007

tal-5 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd ta' l-aringi fiż-żoni VII g, VII h, VII j u VII k ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal l-bastimenti tal-Komunità, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut l-aħħar mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).


ANNESS

Nru

16

Stat membru

Ir-RENJU UNIT

Stokk

HER/7G-K.

Speċi

Aringi (Clupea harengus)

Żona

VII g, VII h, VII j and VII k

Data

12.6.2007


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Ġunju 2007

li tabroga d-Deċiżjoni 2005/186/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv f’Malta

(2007/464/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/186/KE (1), li ssegwi rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li f’Malta kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit ġenerali tal-gvern kien 9,7 % tal-PGD fl-2003, li minnu 2,9 % tal-PGD kienu dovuti għal operazzjoni ta’ darba, u li dan kien ogħla mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD, filwaqt li d-dejn ġenerali tal-gvern kien 72 % tal-PGD u li fl-2004 x’aktarx ikompli jitbiegħed mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 60 %.

(2)

Fil-5 ta’ Lulju 2004, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill indirizza rakkomandazzjoni lil Malta bil-ħsieb li tiġi terminata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2006. Ir-rakkomandazzjoni ġiet pubblikata.

(3)

Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata, meta, fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru konċernat ikun ġie korrett.

(4)

Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern u varjabbli assoċjati oħrajn darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, konformament ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (3).

(5)

Abbażi tad-data provduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond Artikolu 8 g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 wara n-notifika minn Malta qabel l-1 ta’ April 2007, u abbażi tat-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-Rebbiegħa 2007, huma kunsiljabbli l-konklużjonijiet li ġejjin:

Id-defiċit ġenerali tal-gvern naqas minn 10 % tal-PGD fl-2003 għal 2,6 % tal-PGD fl-2006, li huwa taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD. Dan huwa xi ftit aħjar mill-mira stabbilita għall-2006 fl-aġġornament ta’ Jannar 2006 tal-programm ta’ konverġenza, għalkemm daqsxejn ogħla mill-miri approvati mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni tiegħu taħt l-Artikolu 104(7),

Aktar minn nofs (madwar erba’ punti perċentwali) mis-7,4 punti perċentwali tal-PGD tat-tnaqqis fil-proporzjon tad-defiċit bejn l-2003 u l-2006 kien dovut għal aktar dħul, li rrifletta tibdiliet fit-taxxi indiretti kif ukoll ġbir aktar effiċjenti tat-taxxi. Ratio aktar baxx ta’ nfiq għall-PGD jispjega t-3,5 punti perċwentali li jibqa’, li parzjalment jirrifletti rikors aktar qawwi għall-operazzjonijiet ta’ darba, jiġifieri l-bejgħ ta’ l-art, li hu konvenzjonalment reġistrat bħala nefqa negattiva. Il-proporzjon tan-nefqa kien jitbaxxa b’anqas minn hekk kieku tiġi eskluża l-operazzjoni ta’ darba li żiedet in-nefqa relatata mar-ristrutturazzjoni tat-tarzni, ta’ madwar 3 % tal-PGD fl-2003. Barra minn hekk, it-trażżin tan-nefqa intlaħaq permezz ta’ tnaqqis strutturali u ristrutturazzjoni ta’ entitajiet pubbliċi, ta’ restrizzjonijiet fuq reklutament fis-servizzi pubbliċi u ta’ kontroll fil-benefiċċji soċjali.

Bejn l-2004 u l-2006 l-operazzjonijiet ta’ darba li naqqsu d-defiċit ammontaw għal medja ta’ madwar 1 % tal-PGD. Mingħajr l-operazzjonijiet ta’ darba (0,7 % tal-PGD), id-defiċit ta’ l-2006 kien jibqa’ ogħla mill-valur ta’ referenza, ta’ 3,3 % tal-PGD. It-titjib fil-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ nett aġġustat ċiklikament ta’ miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji, fl-2006 hu stmat għal ftit aktar minn 1 % tal-PGD,

Għall-2007, it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-Rebbiegħa 2007 jipproġettaw li d-defiċit se jitnaqqas aktar, għal 2,1 % tal-PGD, permezz ta’ ffrankar addizzjonali fl-infiq. L-operazzjonijiet ta’ darba mistennija jammontaw għal 0,6 % tal-PGD, ftit jew wisq ta’ l-istess volum fis-sena preċedenti, b’tali mod li mingħajr l-operazzjonijiet ta’ darba d-defiċit ikun taħt il-valur ta’ referenza. Dan hu ġeneralment konformi ma’ l-istima uffiċjali tad-defiċit ta’ 1,9 % tal-PGD stabbilita fin-notifika ta’ April 2007. Għall-2008, it-tbassir tar-rebbiegħa jipproġetta, fuq bażi ta’ l-ebda bidla tal-politika, tnaqqis ulterjuri fid-defiċit għal 1,6 % tal-PGD mingħajr rikors għall-operazzjonijiet ta’ darba. Dan jindika li d-defiċit tniżżel għal taħt il-livell massimu ta’ 3 % tal-PGD b’mod kredibbli u sostenibbli. Il-bilanċ strutturali hu pproġettat li jitjieb marġinalment fl-2007 u, abbażi ta’ xenarju li ma jinvolvi ebda bidla fil-politika, b’punt perċentwali addizzjonali fl-2008. Dan għandu jiġi kkunsidrat fl-isfond tal-ħtieġa li jsir aktar progress lejn il-kisba ta’ l-objettiv ta’ terminu medju għall-pożizzjoni baġitarja, li għal Malta hija pożizzjoni baġitarja bbilanċjata f’termini strutturali,

Id-dejn tal-gvern naqas mill-quċċata tiegħu ta’ 73,9 % tal-PGD fl-2004 għal 66,5 % fl-2006. Skond it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni fir-Rebbiegħa 2007, il-proporzjon tad-dejn huwa pproġettat li jkompli nieżel għal madwar 64,3 % sa tmiem l-2008, biex b’hekk joqrob lejn il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD.

(6)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv f’Malta ġie korrett u d-Deċiżjoni 2005/186/KE għandha għalhekk tiġi abrogata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv f’Malta ġiet korretta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2005/186/KE hija b’dan abrogata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Malta.

Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 62, 9.3.2005, p. 21.

(2)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

(3)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Ġunju 2007

li tabroga d-Deċiżjoni 2004/917/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Greċja

(2007/465/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104 (12) tiegħu,

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/917/KE (1), wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li fil-Greċja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill ikkonstata li fl-2003 id-defiċit ġenerali tal-gvern kien ta’ 3,2 % tal-PGD, li għalhekk kien qabeż it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD skond it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross ġenerali tal-gvern kien ta’ 103 % tal-PGD, ferm ogħla mis-60 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD skond it-Trattat. Iċ-ċifri tad-defiċit ġenerali tal-gvern u tad-dejn gross ġenerali tal-gvern għall-2003 ġew riveduti f’diversi okkażjonijiet. Skond id-data l-iżjed riċenti, id-defiċit u d-dejn kienu jirrappreżentaw 6,2 % tal-PGD u 107,8 % tal-PGD rispettivament.

(2)

Fis-6 ta’ Lulju 2004, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill indirizza rakkomandazzjoni lill-Greċja bil-għan li tiġi terminata s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2005. Ir-rakkomandazzjoni ġiet pubblikata.

(3)

Fid-19 ta’ Jannar 2005, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/334/KE (3), skond l-Artikolu 104(8), il-Kunsill iddeċieda, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li l-Greċja ma kenitx ħadet azzjoni effettiva bi tweġiba għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 104(7). Fis-17 ta’ Frar 2005, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/441/KE (4) il-Kunsill, fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, iddeċieda li jinnotifika lill-Greċja skond l-Artikolu 104(9) sabiex tieħu l-miżuri, għat-tnaqqis tad-defiċit, meqjusa meħtieġa sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv u estenda l-iskadenza għall-korrezzjoni b’sena, sa l-2006.

(4)

Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun, fil-fehma tal-Kunsill, ġie korrett.

(5)

Skond il-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw data dwar id-defiċit u d-djun pubbliċi kif ukoll dwar fatturi varjabbli assoċjati, darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (5).

(6)

Fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-Artikolu 8 g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 wara n-notifika mill-Greċja ta’ l-1 ta’ April 2007 u tat-tbassir tar-Rebbiegħa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni, huma kunsiljabbli dawn il-konklużjonijiet li ġejjin:

Id-defiċit ġenerali tal-gvern tnaqqas minn 7,9 % tal-PGD fl-2004 għal 2,6 % tal-PGD fl-2006, u għalhekk ġie taħt it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD għad-defiċit. Dan ir-riżultat huwa identiku għall-mira ffissata fl-aġġornament ta’ Diċembru 2005 tal-programm ta’ stabbiltà;

Id-dħul u l-infiq kellhom kontribut għall-aġġustament nominali ta’ kważi 3 punti perċentwali tal-PGD meta mqabbel mad-defiċit ta’ l-2005 ta’ 5,5 % bi kważi l-istess ammont proporzjonali. F’termini tal-PGD, id-dħul totali żdied b’1Formula punti perċentwali tal-PGD, bit-taxxi indiretti jirrappreżentaw nofs punt perċentwali tal-PGD. Iż-żidiet fil-kontribuzzjonijiet soċjali u dħul ieħor, inklużi t-trasferimenti kapitali (it-trasferimenti ta’ l-UE) jispjegaw il-punt perċentwali li jifdal. In-nefqa totali tnaqqset b’1Formula punti perċentwali tal-PGD, prinċipalment bħala riżultat tat-tnaqqis fl-infiq primarju (0,5 % tal-PGD) u fl-infiq fuq l-imgħaxijiet (0,25 % tal-PGD). L-infiq kapitali tnaqqas ukoll b’madwar nofs punt perċentwali tal-PGD. Id-dħul ta’ darba ammonta għal 0,6 % tal-PGD. It-titjib fil-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ aġġustat ċiklikament wara l-miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra) huwa stmat li kien 2,25 % tal-PGD fl-2006. L-aġġustament għad-defiċit dejn ta’ 2,3 % tal-PGD huwa fil-biċċa l-kbira spjegat;

Għall-2007, it-tbassir tar-Rebbiegħa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipprevedi li d-defiċit se jonqos aktar u jinżel għal 2,4 % tal-PGD. Dan huwa konformi mal-mira uffiċjali ta’ defiċit ta’ 2,4 % tal-PGD li kienet iffissata fl-aġġornament tal-programm ta’ stabbiltà ta’ Diċembru 2006. Madankollu, it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni jinkludi dħul ulterjuri ta’ darba li jammonta għal 0,25 % tal-PGD, kif ukoll miżuri permanenti għat-tnaqqis fl-ispiża li jammontaw għal madwar 0,25 % tal-PGD, it-tnejn imxandra qabel id-data ta’ l-iskadenza tat-tbassir tar-Rebbiegħa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni u għalhekk ma ġewx riflessi fil-mira uffiċjali ta’ Diċembru 2006. Minkejja dan, il-previżjoni tad-defiċit għall-2007 tat-tbassir tar-Rebbiegħa mhix aħjar mill-mira għaliex l-impatt ta’ dawn il-miżuri ġodda huma kkumpensati minn kemm assunzjonijiet dwar tkabbir aktar kawt kif ukoll mill-fatt li l-miżuri permanenti ppjanati għall-2007, fil-fehma tal-Kummissjoni, ma jikkumpensawx għal kollox, it-tnaqqis fid-dħul ta’ darba. Mingħajr il-miżuri ta’ darba d-defiċit xorta kien jibqa’ taħt il-valur ta’ referenza billi kien ta’ 2,9 % tal-PGD. Għall-2008, it-tbassir tar-rebbiegħa jipprevedi, f’xenarju ta’ ebda tibdil fil-politika, defiċit ta’ 2,7 % tal-PGD, esklużi miżuri ta’ darba għall-2008. Dan jindika li d-defiċit tnaqqas għal taħt il-livell massimu ta’ 3 % tal-PGD b’mod kredibbli u sostenibbli. Il-bilanċ strutturali huwa previst li jitjieb fl-2007 b’madwar kwart ta’ punt perċentwali tal-PGD u, f’xenarju li ma jipprevedi l-ebda tibdil fil-politika, b’ammont marġinali fl-2008. Dan għandu jkun ikkunsidrat fl-isfond tal-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni ta’ progress lejn il-ksib ta’ l-objettiv ta’ terminu medju għall-pożizzjoni baġitarja, li għall-Greċja hija pożizzjoni bbilanċjata f’termini strutturali;

Id-dejn tal-gvern niżel minn 108,5 % tal-PGD fl-2004 għal 104,5 % fl-2006. Skond it-tbassir tar-Rebbiegħa 2007, il-proporzjon tad-dejn huwa stmat li ser jibqa’ nieżel sa madwar 97,5 % sa l-aħħar ta’ l-2008, xorta ferm ogħla mis-60 % tal-valur ta’ referenza tal-PGD. Il-proporzjon tad-dejn jista’ jkun ikkunsidrat bħala li qed jonqos b’mod suffiċjenti lejn il-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PGD.

(7)

L-awtoritajiet ta’ l-istatistika Griegi għamlu titjib fil-proċeduri tagħhom, li wassal għal tnaqqis sinifikanti fid-diskrepanzi statistiċi u għal kwalità ġenerali ogħla tad-data ġenerali tal-gvern. L-awtoritajiet Griegi huma impenjati li jimplimentaw bis-sħiħ il-pjan ta’ azzjoni sabiex tittejjeb l-istatistika dwar il-finanzi pubbliċi. Bħala riżultat, l-Eurostat irtira r-riżervi tiegħu dwar il-kwalità tad-data rappurtata.

(8)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Greċja ġie korrett u d-Deċiżjoni 2004/917/KE għandha għalhekk tiġi abrogata,

ADOTTA DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fil-Greċja ġiet korretta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2004/917/KE hija b’dan abrogata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 389, 30.12.2004, p. 25.

(2)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

(3)  ĠU L 107, 28.4.2005, p. 24.

(4)  ĠU L 153, 16.6.2005, p. 29.

(5)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li tinnomina sitt membri Svediżi u disa’ membri supplenti Svediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/466/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Svediż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Sitt postijiet ta’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenja tas-Sur HAMMAR, is-Sur HEISTER, is-Sur KALIFF, is-Sur NORDSTRÖM, is-Sinjura RYDEFJÄRD u s-Sinjura TARRAS-WAHLBERG. Seba’ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura CELION, is-Sinjura GRANBERG, is-Sinjura NORGREN, is-Sur SCHUBERT, is-Sinjura SEGERSTEN-LARSSON, is-Sinjura TALLBERG, is-Sinjura ÖGREN. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur PERSSON. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara l-ħatra tas-Sinjura RYDEFJÄRD, li qabel kienet membru supplenti, bħala membru (li sadanittant irriżenjat).

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Qed jiġu b’ dan maħtura bħala membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Paul LINDQUIST, Lidingö kommun,

Is-Sinjura Kristina ALVENDAHL, Stockholms kommun,

Is-Sinjura Maria WALLHAGER, Stockholms läns landsting,

Is-Sur Ilmar REEPALU, Malmö kommun,

Is-Sinjura Lotta HÅKANSSON HARJU, Järfälla kommun,

Is-Sinjura Catarina SEGERSTEN-LARSSON, Värmlands läns landsting;

U

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Carl Fredrik GRAF, Halmstads kommun,

Is-Sinjura Susanna HABY, Göteborgs kommun,

Is-Sur Carl Johan SONESON, Skåne läns landsting,

Is-Sur Rolf SÄLLRYD, Kronobergs läns landsting,

Is-Sinjura Ingela NYLUND WATZ, Stockholms läns landsting,

Is-Sinjura Agneta LIPKIN, Norrbottens läns landsting,

Is-Sur Tore HULT, Alingsås kommun,

Is-Sinjura Yoomi RENSTRÖM, Ovanåkers kommun,

Is-Sur Kenth LÖVGREN, Gävle kommun;

minflok

(a)

Is-Sur Henrik HAMMAR,

Is-Sinjura Lisbeth RYDEFJÄRD,

Is-Sur Lars NORDSTRÖM,

Is-Sur Roger KALIFF,

Is-Sinjura Catarina TARRAS-WAHLBERG,

Is-Sur Chris HEISTER;

u

(b)

Is-Sinjura Agneta GRANBERG,

Is-Sinjura Lena CELION,

Is-Sinjura Catarina SEGERSTEN-LARSSON,

Is-Sur Kent PERSSON,

Is-Sur Endrick SCHUBERT,

Is-Sinjura Christina TALLBERG,

Is-Sinjura Lisbeth RYDEFJÄRD (maħtura membru, li sadanittant irriżenjat),

Is-Sinjura Åsa ÖGREN,

Is-Sinjura Ulla NORGREN.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussel, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Kummissjoni

6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 tat-Ġunju 2007

Twaqqif tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju

(2007/467/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 153 tat-Trattat assenja lill-Komunità Ewropea l-biċċa xogħol, li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, billi tippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni u biex jorganizzaw i rwieħhom biex iħarsu l-interessi tagħhom. L-Artikolu 163 jipprovdi li l-Komunità għandha tinkoraġġixxi lill-Industrija biex issir aktar kompetittiva fuq livell internazzjonali u li tieħu kemm tista' mill-potenzjal tas-suq intern, b'mod partikolari permezz tad-definizzjoni ta’ standards komuni. L-Artikolu 157 jipprovdi li l-Komunità u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu ambjent favorevoli għall-inizjattiva industrijali u għandhom irawmu sfruttament aħjar tal-potenzjal industrijali tal-politiki.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID) fl-Ewropa: passi lejn qafas ta’ politika” (1) (minn hawn 'l quddiem “il-Komunikazzjoni”) ħabbret il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Esperti dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju – RFID (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-grupp” l-RFID) li għandu jippermetti djalogu bejn parteċipanti tas-suq, sabiex dawn jifhmu bis-sħiħ u jagħtu parir dwar azzjonijiet dwar it-tħassib ta’ politika li tqajmu fil-Komunikazzjoni.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tal-RFID u li jiġu definiti l-ħidmiet tiegħu u l-istruttura tiegħu.

(4)

Dan il-grupp għandu jgħin fl-iżvilupp ta’ djalogu bejn l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, il-parteċipanti tas-suq, u l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej, fosthom l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

(5)

Id-data personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata b’konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data (2).

(6)

Huwa xieraq li jiġi s tabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk estensjoni tkunx f'lokha,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju

Il-Grupp ta’ esperti “Grupp ta’ Esperti dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju” minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-grupp” huwa b'dan imwaqqaf b'effett minn 1.7.2007.

Artikolu 2

Kompitu

Il-kompitu tal-grupp għandu jkun:

(a)

Li jipprovdi pariri lill-Kummissjoni dwar il-kontenut ta’ Rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-prinċipji li l-awtoritajiet pubbliċi u parteċipanti oħrajn għandhom iħaddmu fejn jidħol l-użu ta’ l-RFID, u dwar il-kontenut ta’ inizjattivi oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom x'jaqsmu ma’ dan il-qasam;

(b)

Li jiżviluppa linji gwida dwar kif applikazzjonijiet ta’ l-RFID għandhom joperaw meta jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet interessati u kwistjonijiet li jirrigwardaw utenti fit-tul kif ukoll aspetti ekonomiċi u soċjetali tat-teknoloġiji ta’ l-RFID;

(ċ)

Jappoġġ a l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha li tippromwovi kampanji ta’ kuxjenza fuq il-livell ta’ l-Istati Membri u dak taċ-ċittadini, dwar l-opportunitajiet u l-isfidi ta’ l-RFID.

(d)

Li jipprovdi informazzjoni oġġettiva u jiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiċi tajbin, dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tat-teknoloġiji ta’ l-RFID, fosthom applikazzjonijiet għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropea; li jipprovdi informazzjoni oġġettiva dwar oqfsa regolatorji tal-Komunità u nazzjonali rigward il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza, u dwar tħassib ieħor ta’ politika.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni li għandha x'taqsam ma’ l-implimentazzjoni fl-Ewropa ta’ approċċ sigur, żgur, favur il-privatezza u effettiv għall-RFID.

Artikolu 4

Sħubija - Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkollu sa 35 membru.

2.   Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ “Soċjetà dwar l-Informazzjoni u l-Midja” jew permezz tar-rappreżentant tiegħu/tagħha, għandu l-kariga li jaħtar il-membri u l-osservaturi tal-grupp minn speċjalisti b'kompetenza fil-qasam tal-oqsma msemmija fl-Artikoli 2 u 3.1 u dwar il-proposta ta’ organizzazzjonijiet li ġew mistiedna li jirrakkomandaw l-esperti. Membri alternattivi għall-membri tal-grupp għandhom jinħatru f’numri ugwali u skond l-istess kundizzjonijiet tal-membri. Il-membru alternattiv għandu awtomatikament jieħu l-post ta’ membru li jkun assenti jew indispost.

3.   Il-membri għandhom jinħatru b'tali mod li jiżguraw rappreżentanza ta’ diversi interessati u, b'mod aktar speċifiku, se jinkludi rappreżentanti mill-oqsma li ġejjin:

(a)

Is-soċjetà ċivili.

(i)

il-komunitajiet meqjusa bħala utenti aħħarija, li huma suġġetti għal sistemi RFID (ċittadini, konsumaturi, pazjenti, impjegati);

(ii)

organizzazzjonijiet ta’ privatezza.

(b)

Il-partijiet interessati

(i)

utenti minn setturi differenti ta’ applikazzjoni (eż. tal-loġistika, tal-karozzi, ta’ l-ajrunawtika spazjali, tas-saħħa, tan-negozju, tal-farmaċewtiċi);

(ii)

partijiet li huma involuti b'mod attiv fit-twaqqif ta’ sistemi ta’ l-RFID (bħal produtturi taċ-ċipep ta’ l-RFID, disinjaturi u manifatturi ta’ tikketti ppakkjati u tar-readers tagħhom, integraturi tas-softwer u tas-sistemi, dawk li jipprovdu servizz, u dawk li jipprovdu soluzzjonijiet ta’ privatezza u sigurtà);

(iii)

korpi ta’ l-istandardizzazzjoni

4.   L-awtoritajiet pubbliċi li ġejjin għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-grupp bħala osservaturi:

(a)

Rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jkollhom il-Presidenza ta’ l-UE matul il-mandat tal-Grupp ta’ Esperti.

(b)

Rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

5.   L-esperti li ġejjin għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-grupp bħala osservaturi:

(a)

Riċerkaturi u prattikanti akkademiċi;

(b)

Esperti teknoloġiċi, b'mod partikulari dwar il-ġenerazzjoni ta’ RFIDs netwerkjati li jmiss (“Internet ta’ l-oġġetti”);

(ċ)

Esperti legali li għandhom jipprovdu pariri dwar leġiżlazzjoni eżistenti.

6.   Il-membri tal-grupp huma nnominati għal perjodu ta’ sentejn li tista' tiġġedded. Għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew jispiċċalhom il-mandat.

7.   Il-membri li ma għadhomx fil-pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kondizzjonijiet stabbiliti f'paragrafi tnejn sa ħamsa ta’ dan l-Artikolu jew ta’ l-Artikolu 287 tat-Trattat, jistgħu jkunu sostitwiti għall-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom;

8.   L-ismijiet ta’ l-organizzazzjonijiet imsemmija f'paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu huma ppubblikati fuq is-sit ta’ l-Internet tad-DĠ “Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-Medja”. L-ismijiet tal-membri jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Operat

1.   Il-president tal-kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom gruppi simili għandhom jixxoljew.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jistaqsi lill-esperti jew lill-osservaturi ta’ kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipa fid-deliberazjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp dan ikun utli u/jew meħtieġ.

4.   L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonjiet tal-grupp jew is-sottogrupp ma tistax tinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.

5.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u s-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju, konklużjoni, jew parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-grupp.

Artikolu 6

L-Ispejjeż tal-laqgħat

L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, ta’ l-għajxien imħallsa għall-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż ta’ spejjeż għal esperti esterni.

Il-membri ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rimborżati fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2009.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2007) 96 finali

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-GRUPP TA' ESPERTI DWAR IDENTIFIKAZZJONI BIL-FREKWENZI TAR-RADJU (RFID)

Il-GRUPP TA' ESPERTI dwar l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li Twaqqaf Grupp ta' esperti dwar Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID), u b'mod partikulari l-Artikolu 1,

Wara li kkunsidra ir-regoli ta’ proċedura standard ippubblikati mill-Kummissjoni,

ADOTTA R-REGOLI TA’ PROĊEDURA LI ĠEJJIN:

Artikolu 1

Il-Laqgħat

1.   Il-grupp għandu jitlaqqa' mill-President, jew fuq l-inizjattiva tiegħu, jew fuq talba b’maġġoranza sempliċi tal-membri, wara li jingħata l-kunsens mill-Kummissjoni.

2.   Jistgħu jissejħu laqgħat konġunti tal-grupp ma’ gruppi oħrajn sabiex jiġu diskussi l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi tagħhom.

Artikolu 2

Aġenda

1.   Is-segretarjat għandu jistabbilixxi l-aġenda taħt ir-responsabbiltà tal-President u jgħaddiha lill-membri tal-grupp.

2.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-grupp fil-bidu tal-laqgħa.

Artikolu 3

It-trasmissjoni tad-dokumenti lill-membri tal-grupp

1.   Il-konvokazzjoni u l-aġenda tal-laqgħa għandhom jintbagħtu mis-segretarjat lill-membri tal-grupp mhux aktar tard minn tletin ġurnata kalendarja qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-abbozzi li dwarhom l-opinjoni tal-grupp tkun mitluba u kull dokument ta’ ħidma ieħor għandhom jintbagħtu mis-segretarjat lill-membri tal-grupp mhux aktar tard minn 14-il ġurnata kalendarja qabel id-data tal-laqgħa.

3.   F’każijiet urġenti jew eċċezzjonali, il-limitu taż-żmien li fih id-dokumenti indikati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintbagħtu jista’ jkun imnaqqas għal ħames ġranet kalendarji qabel id-data tal-laqgħa.

Artikolu 4

Opinjonijiet tal-grupp

1.   Sakemm hu possibbli, il-grupp għandu jadotta l-opinjonijiet jew ir-rapporti tiegħu b’kunsens.

2.   Meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, pożizzjonijiet konfliġġenti u temi relatati se jiġu rrapurtati sabiex il-pożizzjonijiet differenti jinftiehmu sew.

Artikolu 5

Sottogruppi

1.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, il-grupp jista' jwaqqaf sottogruppi biex jeżamina kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-grupp; dawn għandhom jispiċċaw hekk kif ilestu minn dawk it-termini ta' riferenza. kif ilestu l-ħidmiet tagħhom il-gruppi għandhom jinfirdu.

2.   Is-sottogruppi għandhom jirrappurtaw lill-grupp.

Artikolu 6

Id-dħul ta’ partijiet terzi

1.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti jew osservaturi b’kompetenza speċifika f’suġġett fuq l-abbozz l-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidmiet tal-grupp jew tas-sottogruppi meta dan ikun xieraq u/jew meħtieġ.

2.   L-esperti jew l-osservaturi ma jkunux preżenti meta l-grupp jadotta opinjoni jew rapport.

Artikolu 7

Proċedura bil-miktub

1.   Jekk ikun neċessarju, l-opinjoni tal-grupp dwar kwistjoni speċifika tista’ tintbagħat permezz ta’ proċedura bil-miktub. Għal dan il-għan, is-segretarjat għandu jibgħat lill-membri tal-grupp l-abbozzi li dwarhom l-opinjoni tal-grupp hi mitluba kif ukoll kull dokument ieħor ta’ ħidma.

2.   Madankollu, jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tal-grupp titlob li l-kwistjoni tkun eżaminata matul waħda mil-laqgħat tal-grupp, il-proċedura bil-miktub għandha tingħalaq mingħajr riżultat u l-President għandu jlaqqa' l-grupp mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 8

Is-Segretarjat

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ segretarjali lill-grupp u lil kull sottogrupp maħluq taħt l-Artikolu 5(1) hawn fuq.

Artikolu 9

Minuti fil-qosor tal-laqgħat

Il-minuti fil-qosor dwar id-diskussjoni ta' kull punt fuq l-aġenda u l-opinjonijiet mogħtija mill-grupp għandhom jitħejjew mis-segretarjat taħt ir-responsabbilità tal-President. Il-minuti ma għandhomx isemmu l-pożizzjoni individwali tal-membri fid-deliberazzjonijiet tal-grupp. Dawn huma addottati mill-grupp.

Artikolu 10

Il-lista ta’ l-attendenza

F’kull laqgħa, is-segretarjat għandu jistabbilixxi taħt ir-responsabbiltà tal-President, lista ta’ attendenza li tispeċifika, fejn xieraq, l-awtoritajiet, l-organizzazzjonijiet jew l-entitajiet li għalihom jappartjenu l-membri tal-grupp.

Artikolu 11

Prevenzjoni ta’ konflitti ta’ interess

1.   Fil-bidu ta’ kull laqgħa, kull membru li l-parteċipazzjoni tiegħu fil-ħidmiet tal-grupp tista’ tikkawża konflitt ta’ interessi dwar punt speċifiku fuq l-aġenda, għandu jinforma lill-President tal-grupp.

2.   F’każ ta’ konflitt ta’ interessi ta’ din ix-xorta, il-membru għandu jastjeni milli jipparteċipa fil-punti kkonċernati ta’ l-aġenda jew f’kull vot dwar dawn il-punti.

Artikolu 12

Il-Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza relatata mal-grupp għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni, għall-attenzjoni tal-President tal-grupp.

2.   Il-korrispondenza ddestinata għall-membri tal-grupp għandha tkun mibgħuta fl-indirizz [e-mail] li huma jindikaw għal dan il-għan.

Artikolu 13

Trasparenza

1.   Il-prinċipji u l-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-grupp għandhom ikunu l-istess bħal dawk definiti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1). Għandha tkun il-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni dwar it-talbiet għall-aċċess għal dawk id-dokumenti.

2.   Id-deliberazzjonijiet tal-grupp huma kunfidenzjali.

3.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, il-grupp jista’, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, jiddeċiedi li jiftaħ id-deliberazzjonijiet tiegħu għall-pubbliku.

Artikolu 14

Protezzjoni tad-dejta personali

Kull proċessar ta' dejta personali għall-għan ta' dawn ir-regoli ta’ proċedura għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (2).


(1)  ĠU L 145, 31.5.2002, p. 43.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/31


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/468/PESK

tat-28 ta’ Ġunju 2007

dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja ta’ l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tal-Provi Nukleari (CTBTO) sabiex jissaħħu l-kapaċitjiet ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni tagħha u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa, li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri sabiex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni li jeħtieġ li jittieħdu kemm fi ħdan l-UE kif ukoll f’pajjiżi terzi.

(2)

L-Unjoni Ewropea qiegħda timplementa b’mod attiv l-Istrateġija ta’ l-UE u qiegħda tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari billi tirrilaxxa riżorsi finanzjarji sabiex tappoġġa proġetti speċifiċi mmexxija minn istituzzjonijiet multilaterali.

(3)

L-Istati Firmatarji tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tal-Provi Nukleari (CTBT), adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta’ Settembru 1996, iddeċidew li jistabbilixxu Kummissjoni Preparatorja, li jkollha kapaċità ġuridika, bil-għan li twettaq l-implementazzjoni effettiva tas-CTBT, sakemm tiġi stabbilita l-Organizzazzjoni tas-CTBT (CTBTO).

(4)

Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK dwar l-universalizzazzjoni u r-rinfurzar ta’ ftehim multilaterali fil-qasam tan-non-proliferazzjoni ta’ l-armi ta’ qerda tal-massa u l-mezzi ta’ kunsinna (1).

(5)

Id-dħul fis-seħħ kmieni u l-universalizzazzjoni tas-CTBT, u t-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ verifikazzjoni tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO huma objettivi importanti ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa.

(6)

Il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO ssegwi l-istess objettivi msemmija fil-premessi (4) u (5) u diġà tinsab impenjata fl-identifikazzjoni ta’ liema mezzi jistgħu l-aktar isaħħu s-sistema tagħha ta’ verifika permezz ta’ l-għoti f’waqtu ta’ konsulenza teknika u taħriġ lil l-persunal mill-Firmatarji involuti fl-implementazzjoni tar-reġim ta’ verifikazzjoni. Huwa għalhekk kunsiljabbli li l-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO tiġi fdata bl-implementazzjoni teknika ta’ din l-Azzjoni Konġunta,

(7)

Fl-20 ta’ Marzu 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/243/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja ta’ l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali tal-Provi Nukleari (CTBTO) fil-qasam tat-taħriġ u l-bini ta’ kapaċità għall-verifikazzjoni u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa (2).

(8)

Il-prova nukleari, imwettqa mid-DPRK f’Ottubru 2006, issottolinjat aktar l-importanza tad-dħul fis-seħħ bikri tas-CTBT u l-bżonn ta’ kostruzzjoni aċċellerata tas-sistema ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni tas-CTBTO.

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet ta’ l-implementazzjoni immedjata u prattika ta’ ċerti elementi ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa, l-Unjoni Ewropea għandha ssostni l-attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO sabiex isir aktar progress lejn l-objettivi li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sistema ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni tas-CTBTO, inkluż fil-qasam tal-kxif radju-nuklidu,

(b)

it-titjib tal-prestazzjoni operattiva tas-sistema ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni tas-CTBTO, inkluż permezz ta’ l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ modalitajiet ta’ spezzjoni fuq il-post.

2.   Il-proġetti li jridu jiġu appoġġati mill-Unjoni Ewropea għandu jkollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

jipprovdu appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċità fil-qasam tal-monitoraġġ u l-verifikazzjoni tal-gass nobbli,

(b)

jipprovdu appoġġ għat-tħejjija, it-tmexxija u l-valutazzjoni ta’ l-Eżerċizzju Integrat fil-Post 2008 fiż-żona ta’ spezzjonijiet fil-post (IFE08/OSI).

Il-proġetti għandhom jitwettqu għall-benefiċċju tal-Firmatarji kollha tas-CTBT.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti hija mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-Presidenza, megħjuna mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-PESK (SĠ/RGħ), għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ.

2.   Il-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Hi għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, filwaqt li tgħin lill-Presidenza. Għal dan il-għan, is-SĠ/RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.

3.   Il-Presidenza, is-SĠ/RGh u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin informati regolarment dwar il-proġetti, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 3

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implementazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 1 670 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulata fil-paragrafu 1 għandha tiġi ġestita skond il-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ġusta tal-kontribuzzjoni ta’ l-UE msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO, li għandha tkun fil-forma ta’ għotja. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni ta’ l-UE, b’mod adatt għad-daqs tiegħu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel dak li tista’ sabiex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata bis-sħiħ. Hi għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji ta’ l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 5

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Għandha tiskadi

(a)

15-il xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO, jew

(b)

12-il xahar wara d-data ta’ l-adozzjoni tagħha jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta’ finanzjament f’dak il-perijodu.

Artikolu 6

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34.

(2)  ĠU L 88, 25.3.2006, p. 68.


ANNESS

Appoġġ mill-UE għal attivitajiet tal-Kummissjoni Preparatorja ta’ l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tal-Provi Nukleari (CTBTO) sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni fil-qafas ta’ l-implementazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa

I.   Daħla

Il-provi nukleari mħabbrin mid-DPRK f’Ottubru 2006 ma enfasizzawx biss l-importanza tad-dħul fis-seħħ bikri fit-Trattat, iżda ssottolinjaw ukoll il-ħtieġa għall-bini rapidu tar-reġim ta’ verifikazzjoni tas-CTBT. L-avveniment ikkostitwixxa prova fil-ħajja reali tas-sistema kollha għas-Segretarjat Tekniku Provviżorju (PTS) u enfasizza l-valur potenzjali li s-sistema ta’ verifikazzjoni globali tista’ tagħti lil Stati Firmatarji. Wera r-rilevanza teknika ta’ l-arranġamenti ta’ verifikazzjoni tas-CTBT, inkluż l-importanza ta’ spezzjonijiet fuq il-post (OSI) validati u effiċjenti. Għal din il-proposta għall-proġett, il-PTS identifika elementi rigward il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u verifikazzjoni li jistħoqqilhom attenzjoni partikolari fid-dawl ta’ l-esperjenzi miksuba mill-avveniment tad-DPRK. Il-proposta hija mibnija fuq iż-żewġ komponenti li ġejjin:

(a)

Gassijiet Nobli,

(b)

l-Eżerċizzju Integrat fil-Post ta’ l-2008 (IFE 08/OSI)

II.   Deskrizzjoni ta’ proġetti

1.   Komponent ta’ Proġett Gass Nobli; it-titjib ta’ l-għarfien dwar il-Kejl ta’ Gass Nobli PTS

(a)

Is-Sistema Internazzjonali ta’ Monitoraġġ (IMS) issa laħqet livell ta’ madwar 2/3 ta’ stazzjonijiet li qed jaħdmu. Il-bini tas-sistema huwa segwit bħala prijorità bl-għan li jintlaħaq livell sa 90 % fil-bidu ta’ l-2008. L-avveniment tad-DPRK kien irreġistrat b’mod tajjeb mill-istazzjonijiet sismiċi primarji u awżiljarji tal-PTS, u pprovda kejl affidabbli lill-Istati Firmatarji tal-ħin, tal-post u tal-kobor ta’ l-avveniment. Is-sistema ta’ stazzjonijiet sismiċi laħqet livell ta’ kważi kompletar sa issa.

(b)

Il-livell ta’ tħaddim ta’ stazzjonijiet kapaċi biex jimmonitorjaw il-preżenza ta’ gassijiet nobli rilevanti fl-atmosfera wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat , għaldaqstant, jeħtieġ li jkun avvanzat. Attwalment, 10 stazzjonijiet prototipi qed jaħdmu jew qed jinbnew, li huma l-ekwivalenti ta’ 25 % tan-numru ppjanat għad-dħul fis-seħħ. Dawn l-istazzjonijiet qed jipprovdu kejl esperimentali u provviżorju fil-qafas ta’ l-Esperiment Internazzjonali ta’ Gass Nobli (INGE) tal-PTS. Huwa mfakkar li dan il-programm ta’ riċerka u żvilupp huwa bbażat fuq erba’ tekonoloġiji proposti mill-erba’ pajjiżi li ġejjin: Franċja, ir-Russja, l-Isvezja u l-Istati Uniti. Ir-riżultat ta’ l-avveniment tad-DPRK kien li bosta Stati Firmatarji, inklużi Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, taw l-opinjoni tagħhom li l-kapaċitajiet tal-PTS għall-monitoraġġ tal-preżenza ta’ gass nobli għandhom jissaħħu.

(ċ)

Il-monitoraġġ ta’ gass nobli hija teknika fondamentali u sensittiva ħafna għall-kxif ta’ splużjonijiet nukleari ta’ taħt l-art u ta’ taħt l-ilma. Mit-teknoloġiji ta’ verifikazzjoni kollha, flimkien mal-monitoraġġ ta’ partikulati radjunuklidi, hija l-unika teknika li għandha l-potenzjal tipprovdi prova żgura ta’ splużjoni nukleari.

(d)

Biex tiġi żgurata l-kwalità u l-preċiżjoni tal-kapaċitajiet attwali u futuri tal-PTS tal-kejl ta’ gass nobli, hija ta’ importanza kbira li jkun magħruf “l-isfond ta’ gass nobli” li jista’ jkun mistenni f’reġjuni oħrajn madwar id-dinja, fejn għad m’hemmx stazzjonijiet. Għalhekk, metodoloġija għal kategorizzazzjoni ta’ avvenimenti mikxufa minn kejl tas-sistema ta’ gass nobli għandha tiġi żviluppata. Il-kejl ta’ gass nobli fil-post huwa l-aħjar mod biex jinkiseb dan u biex jiġu pprovduti risposti għal tali “nuqqas ta’ tagħrif”. Attwalment, stazzjonijiet ta’ l-INGE qedin jiġbru data mill-Amerka ta’ Fuq u ta’ Isfel, l-Ewropa, l-Asja u l-Oċeanja. Madankollu, fl-Asja ta’ Isfel, fil-Golf Persjan u fl-Afrika ta’ Isfel jeżistu faċilitajiet nukleari però m’hemmx data dwar l-isfond ta’ radjukseno. Barra minn hekk, fl-Ewropa huma meħtieġa wkoll kejl f’postijiet speċifiċi, per eżempju ħdejn impjanti radjufarmaċewtiċi jew impjanti ta’ enerġija nukleari.

(e)

Għal dan l-iskop, il-kejl ħdejn impjanti ta’ enerġija nukleari (NPP) jew impjanti għal produzzjoni radjufarmaċewtika għandu jittieħed biex tintwera d-differenza bejn mudelli ta’ rilaxx teoretiku, rilaxxi reġistrati medji, u riżultati sperimentali u konkreti mkejla. Barra minn hekk, għandu jiġi eżaminat l-isfond ta’ gassijiet nobli f’reġjuni oħrajn tad-dinja fejn ma jeżistux stazzjonijiet.

(f)

Sabiex jinkiseb it-titjib meħtieġ msemmi hawn fil-kapaċitajiet fil-qasam tal-gass nobli, il-PTS qed ifittex appoġġ għall-proġett li ġej:

(i)

It-twettiq ta’ erba’ kampanji ta’ kejl fuq il-post ta’ tul ta’ madwar – 4 xhur kull waħda. Matul kull kampanja, l-isfond ta’ Kseno huwa reġistrat f’diversi positijiet b’distanza ta’ 500-2 500 kilometri mill-kamp bażi għal perijodu ta’ madwar tliet ġimgħat. Barra minn hekk, kejl ta’ sfond ta’ ditekter għandu jkun imwettaq f’kull post ta’ kejl. Xi wħud minn dan il-kejl jista’ wkoll jiġi wżat bħala sfond tal-post fil-futur għall-istallazzjoni ta’ stazzjonijiet IMS. Dawn l-attivitajiet kollha jitwettqu f’relazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet tat-tbassir tat-temp.

(ii)

Il-kejl għandu jsir b’tagħmir trasportabbli ta’ kejl ta’ gass nobli (sistema Svediża SAUNA u/jew Franċiża SPALAX rispettivament), li ser jiġi misluf lill-PTS bla ħlas għall-perijodu kopert minn din l-Azzjoni Konġunta.

(iii)

Is-sistema Franċiża SPALAX hija sistema matura ħafna li tintuża f’bosta postijiet (inklużi postijiet ta’ l-IMS) għal bosta snin. Tkun disponibbli wkoll f’verżjoni trasportabbli li tipprovdi data bl-istess sensittività għolja. Waqt kull kampanja s-sistema kollha tista’ tkun trasportata f’postijiet differenti jew tista’ tkun kondiviża f’unità trasportabbli għal ġbir ta’ kampjuni u unità ta’ detekter fil “kamp bażi”, skond il-kondizzjonijiet tal-loġistika tar-reġjun.

(iv)

Is-sistema Svediża SAUNA diġà ġiet użata f’bosta kampanji fil-post, u għalhekk hija evalwata sew. Is-sistema tipprovdi data b’limiti ta’ kxif simili mal-verżjoni ta’ l-IMS (SAUNA-II) għall-erba’ isotopi rilevanti, u d-data hija għalhekk applikabbli direttament għax-xenarju ta’ kejl ta’ l-IMS. Matul kull kampanja, l-unità tal-kamp bażi hija installata f’post wieħed u kejl ta’ ġbir ta’ kampjuni mobbli jseħħ f’żewġ siti jew tlieta fil-qrib.

(v)

Kull kampanja ta’ kejl teħtieġ:

Tħejjija u loġistika bir-reqqa (servizz tat-tagħmir, ippjanar loġistiku, ftehim ma’ l-istituti lokali, trasport eċċ);

Installazzjoni, kalibrazzjonijiet u ġbir ta’ data;

Kalibrazzjoni, ippakkjar u trasport lura tat-tagħmir;

Analiżi ta’ data.

(vi)

L-elementi ta’ spejjeż mistennija għal dan il-proġett jinkludu:

Persunal (inkluż assistent temporanju għall-loġistika) u spejjeż ta’ vjaġġar;

Tagħmir (per eżempju l-produzzjoni ta’ kolonni ta’ ġbir ta’ kampjuni jew l-ekwivalenti, forniment ta’ enerġija li ma jistax jiġi interrot eċċ.);

Oġġetti ta’ konsum (per eżempju enerġija u elju);

Servizz u partijiet ta’ rikambju;

Ġarr fuq il-baħar u trasport tat-tagħmir;

Trasport lokali u loġistika;

Sessjoni ta’ ħidma ta’ evalwazzjoni.

(g)

Il-kejl huwa ppjanat biex jitwettaq fir-reġjuni li ġejjin: l-Ewropa (1), il-Golf Persjan (2), l-Afrika ta’ Isfel (3) u l-Asja ta’ Isfel (4). Il-kejl fir-reġjun (3) u parti mir-reġjun (1) hu mistenni li jitwettaq bl-użu tat-tagħmir CEA (Franza), waqt li l-kejl fir-reġjun (2) u (4) kif ukoll parti minn (1) hu mistenni li jitwettaq bit-tagħmir FOI (Svezja).

(h)

It-tagħmir għal dan il-proġett ser ikun ipprovdut bla ħlas mis-CEA (Franza) u FOI (Svezja) li ser jiġu kuntrattati mill-PTS għat-twaqqif u ħidma tiegħu.

(i)

It-tul ta’ żmien ta’ dan il-komponent tal-proġett huwa mistenni li jkun ta’ madwar sena jew sena u nofs.

(j)

Spejjeż preliminarji stimati: EUR 950 000.

2.   Komponent tal-Proġett dwar Spezzjoni fil-Post; Appoġġ għat-Tħejjija ta’ l-Eżerċizzju Integrat fil-Post 2008

(a)

L-avveniment fid-DPRK enfasizza mill-ġdid l-importanza ta’ spezzjonijiet fil-post bħala pilastru ewlieni tar-reġim ta’ verifikazzjoni tas-CTBT. Waqt li d-data provduta mis-Sistema Internazzjonali ta’ Monitoraġġ u ċ-Ċentru Internazzjonali tad-Data dwar l-avveniment fid-DPRK fil-qafas ta’ operazzjoni provviżorja u ttestjar tas-sistema kienet estremament ta’ valur u ta’ min joqgħod fuqha, ċarezza definittiva dwar in-natura ta’ l-avveniment tista’ tinkiseb biss permezz ta’ spezzjoni fil-post fis-sit determinat. Hija responsabbiltà ewlenija tal-Kummissjoni biex tikseb l-għola livell ta’ prontezza operazzjonali tar-reġim ta’ spezzjoni fil-post qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat.

(b)

Il-Korpi għat-Tfassil ta’ Politika tal-Kummissjoni Preparatorja, b’mod partikolari l-Grupp ta’ Ħidma B (GĦB), issottolinjaw kemm-il darba l-fatt li l-iktar mod effiċjenti biex jinkiseb il-livell ta’ prontezza meħtieġ huwa permezz tat-twettiq ta’ eżerċizzji fil-post ta’ l-OSI. L-ewwel tali eżerċizzju ta’ dan id-daqs, l-Eżerċizzju Integrat fil-Post 2008 (IFE08), ser iseħħ f’Settembru 2008 fil-Każakstan. Dan ser ikun l-ewwel prova għal simulazzjoni ta’ spezzjoni fil-post reali bl-integrazzjoni tat-tlett pilastri ewlenin tar-reġim-OSI, jiġifieri:

(i)

spetturi mħarrġa (madwar 50),

(ii)

tagħmir-OSI u

(iii)

l-ittestjar ta’ manwal operazzjonali ta’ l-OSI.

(ċ)

It-tħejjija komprensiva u twettiq pożittiv ta’ l-IFE08 huma prerekwiżiti għall-ikkompletar tar-reġim ta’ l-OSI fil-futur qarib. L-evalwazzjoni tar-riżultati u l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-IFE08 ser jipprovdu lill-PTS b’tagħrif essenzjali għal liema passi għandhom jittieħdu biex tinkiseb il-prontezza operazzjonali tar-reġim ta’ l-OSI. Id-disponibbiltà ta’ riżorsi xierqa għall-IFE08, dawk finanzjarji u umani, kif ukoll kontribuzzjonijiet in natura mill-Istati Firmatarji, ta’ tagħmir, taħriġ u appoġġ ta’ loġistika hija essenzjali għas-suċċess ta’ l-IFE08.

(d)

Fl-istadju attwali tat-tħejjija għall-IFE08, il-PTS identifika l-oqsma li ġejjin fejn l-appoġġ mill-Istati Firmatarji huwa ta’ importanza partikolari:

(i)

Trasportazzjoni:

L-IFE08 jeħtieġ it-trasportazzjoni ta’ 20-30 tunnellata ta’ tagħmir minn Vjenna sal-post ta’ dħul fil-Każakstan. Barra minn hekk, 80 persuna (40 spetturi u 40 persuni oħrajn, inkluż id-direzzjoni ta’ l-eżerċizzju, it-tim ta’ kontroll, osservaturi u valutaturi) għandhom jivvjaġġaw sal-post. Il-baġit probabbli għall-IFE08 li għandu jiġi approvat mill-Istati Firmatarji jipprevedi tfaddil mit-trasportazzjoni fuq l-art tat-tagħmir. Għaldaqstant, fil-valutazzjoni tal-PTS dan għandu żvantaġġi serji, b’mod partikolari fir-rigward tat-tul ta’ żmien u l-affidabbiltà tat-trasportazzjoni u s-sigurtà u s-sikurezza tat-tagħmir ta’ l-OSI. Din il-valutazzjoni ġiet endorsjata mill-Grupp Konsultattiv ta’ Esperti ta’ l-OSI, li jassisti lill-PTS fit-tħejjija ta’ l-IFE08, fil-laqgħa tiegħu fil-5-6 ta’ Diċembru 2006. Il-PTS, għalhekk, qed ifittex appoġġ għat-trasportazzjoni bl-ajru tat-tagħmir u l-persunal lill- u mill-Każakstan. Fid-dawl tal-ħtiġiet ta’ loġistika u dawk operazzjonali ta’ l-IFE08 kif ukoll l-arranġamenti legali mal-pajjiż ospitanti, it-trasportazzjoni bl-ajru jista’ jkollha tiġi organizzata permezz ta’ kumpanniji bbażati f’pajjiżi li m’humiex fl-UE.

(ii)

It-twaqqif ta’ kampi-bażi operazzjonali:

Matul l-IFE08, il-PTS ser ikollu jinsedja żewġ bażi ta’ operazzjonijiet fiż-żona sostituta għall-ispezzjoni fit-territorju tal-post ta’ prova nukleari ta’ l-ex-Sovjetika f’Semipalatinsk. Waqt li l-ewwel bażi ser ikun għat-tim ta’ spezzjoni, it-tieni bażi huwa meħtieġ għall-valutaturi u osservaturi ta’ l-IFE08. Dawn il-bażijiet, attrezzati bl-infrastruttura meħtieġa bħal uffiċċji, faċilitajiet ta’ komunikazzjoni eċċ., iservu bħala l-kwartieri ġenerali ta’ l-IFE08 u jservu funzjoni essenzjali għat-twettiq u l-kontroll ta’ l-operazzjoni fil-post ta’ spezzjoni. Il-PTS jista’ jidentifika r-riżorsi għall-ksib ta’ l-ewwel kamp bażi għat-tim ta’ spezzjoni. Madankollu l-baġit regolari ma jipprovdix għall-ksib tat-tieni sett. Għalhekk, il-ksib u t-twaqqif tat-tieni bażi jeħtieġ riżorsi li ma jistgħux jiġu koperti mill-baġit ta’ l-IFE08. L-użu ta’ infrastruttura ‘l bogħod tirriżulta f’ħela ta’ ħin fi trasportazzjoni, bi spejjeż addizzjonali relatati u limitazzjonijiet tan-numru ta’ sigħat li jistgħu jintużaw aħjar fl-għan ta’ l-eżerċizzju.

(iii)

Sessjoni ta’ ħidma ta’ evalwazzjoni ta’ l-IFE08

Għan: It-tisħiħ ta’ l-evalwazzjoni u l-eżitu ta’ l-IFE08 f’Diċembru 2008. Dan jipprovdi opportunità lill-esperti biex jirrevedu u jiddiskutu r-riżultati immedjati ta’ l-eżerċizzju bil-ħsieb li jassistu lill-PTS fl-abbozzar ta’ rapport preliminarju għall-ewwel laqgħa tal-GĦB fl-2009 u li jidentifikaw il-prijoritajiet għal-aktar sforzi mill-PTS. Barra minn hekk, huwa mistenni li l-esperti jisiltu tagħlim ta’ valur meħud mill-materja prima waqt is-sessjoni ta’ ħidma, u huwa mistenni li tiġi identifikata gwida preliminari għaċ-ċiklu li ġej ta’ eżerċizzji fuq l-art. Is-sessjoni ta’ ħidma tindirizza l-punti li ġejjin:

il-loġistika inkluż it-twaqqif u l-operat ta’ bażi ta’ operazzjoni;

it-tmexxija tat-tim;

kwistjonijiet rigward relazzjonijiet ma’ l-Istat Parti Spezzjonat (ISP) inkluż b’mod partikolari konfidenzjalità u aċċess kontrollat;

osservazzjoni viżwali inkluż waqt it-titjiriet;

kwistjonijiet sismiċi;

tekniki ġeofiżiċi;

saħħa u sikurezza;

komunikazzjoni;

navigazzjoni.

Barra minn hekk, f’kooperazzjoni ma l-OES/EV, l-evalwazzjoni ta’ l-eżerċizzju fih innifsu għandu jkun diskuss.

(e)

L-ispejjeż stimati għaż-żewġ komponenti bħala appoġġ ta’ l-IFE08 huma:

EUR 250 000

(trasportazzjoni bl-ajru fuq bażi kummerċjali. Appoġġ in natura per eżempju possibiltà ta’ ajruplan tal-merkanzija charter)

EUR 269 249

(ix-xiri, it-twaqqif u l-attivazzjoni tat-tieni kamp bażi operazzjonali)

EUR 152 965

Sessjoni ta’ Ħidma ta’ Evalwazzjoni ta’ l-IFE08

EUR 672 214

(totali)

III.   It-tul ta’ żmien

It-tul ta’ żmien totali għall-implimentazzjoni tal-proġetti hu stmat li jkun ta’ 15-il xahar.

IV.   Il-Benefiċjarji

Il-benefiċjarji tal-proġetti f’din l-Azzjoni Konġunta, bil-mira li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifikazzjoni tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO- huma kollha Firmatarji tas-CTBT.

V.   Entità ta’ implementazzjoni

Il-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO sejra tiġi fdata bl-implementazzjoni tal-proġetti. Il-proġetti ser jiġu implementati direttament minn persunal tas-Segretarjat Tekniku Provviżorju tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO, minn esperti jew minn kuntratturi ta’ l-Istati Firmatarji tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO. Fil-każ ta’ kuntratturi, l-akkwist ta’ kwalunkwe oġġett, xogħol jew servizz mill-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO fil-kuntest ta’ din l-Azzjoni Konġunta ser jitwettaq b’mod kif dettaljat fil-ftehim finanzjarju li għandu jiġi konkluż mill-Kummissjoni Ewropea mal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.

L-entità implimentattiva ser tħejji:

(a)

Rapport ta’ nofs it-term wara l-ewwel sitt xhur ta’ l-implimentazzjoni tal-proġetti

(b)

Rapport finali mhux iktar tard minn xahar qabel it-tmiem ta’ l-implimentazzjoni tal-proġetti

Ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Presidenza, bl-assistenza tas-SĠ/RGħ għall-PESK.

VI.   Parteċipanti terzi

Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati interament minn din l-Azzjoni Konġunta. L-esperti mill–Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO u mill-Firmatarji tas-CTBT jistgħu jitqiesu bħala parteċipanti terzi. Huma sejrin jaħdmu skond ir-regoli ta’ ħidma standard għall-esperti tal-Kummissjoni Preparatorja tas-CTBTO.

VII.   Stima tal-mezzi finanzjarji totali meħtieġa

Il-kontribut ta’ l-UE ser ikopri l-implementazzjoni sħiħa tal-proġett deskritt f’dan l-Anness. L-ispejjeż stimati huma kif ġej:

Komponent ta’ Proġett Gass Nobli;

EUR 960 507

Komponent tal-Proġett dwar Spezzjoni fil-Post:

EUR 672 214

Total:

EUR 1 632 721

Barra minn dan, hemm inkluża riżerva ta’ kontinġenza ta’ madwar 3 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli (għal ammont totali ta’ EUR 37 279) għal spejjeż mhux mistennija.

VIII.   Ammont ta’ referenza finanzjarju sabiex ikopri l-ispiża tal-proġetti

L-ispiża totali tal-proġett hi ta’ EUR 1 670 000.


6.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/39


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/469/PESK

tat-28 ta’ Ġunju 2007

dwar il-Konferenza ta’ Reviżjoni 2008 tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda Tagħhom (CWC)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ April 1997, daħlet fis-seħħ il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda Tagħhom (CWC). Il-Konvenzjoni timmira li telimina kategorija sħiħa ta’ armi tal-qerda tal-massa billi tipprojbixxi l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-akkwist, il-ħażna, iż-żamma, it-trasferiment jew l-użu ta’ armi kimiċi mill-Istati Partijiet. L-Istati Partijiet, min-naħa tagħhom, għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jinfurzaw dik il-projbizzjoni fir-rigward ta’ persuni (fiżiċi jew ġuridiċi) fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

(2)

L-Unjoni Ewropea tikkunsidra is-CWC bħala komponent prinċipali tal-qafas internazzjonali ta’ non-proliferazzjoni u diżarm u strument uniku ta’ diżarm u non-proliferazzjoni li l-integrità u l-applikazzjoni stretta tiegħu għandhom jiġu ggarantiti bis-sħiħ. L-Istati Membri kollha huma Stati Partijiet għas-CWC.

(3)

Mit-28 ta’ April sad-9 ta’ Mejju 2003, l-Istati Partijiet għall-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ l-Armi Kimiċi (OPCW) iltaqgħu fl-Aja għall-Ewwel Konferenza ta’ Reviżjoni tas-CWC. Partikolarment, l-Ewwel Konferenza ta’ Reviżjoni vvalutat il-proċess tal-qerda ta’ ħażniet iddikjarati. Hija ħadet kont ta’ l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi rilevanti minn meta l-Konvenzjoni ġiet abbozzata. Huwa rreveda u rrieżamina wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-verifika ta’ l-industrija kimika. Il-Konferenza pprovdiet gwida strateġika għall-fażi li jmiss ta’ l-implimentazzjoni tas-CWC.

(4)

Fis-17 ta’ Novembru 2003 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK (1) dwar l-universalizzazzjoni u r-rinfurzar ta’ ftehim multilaterali fil-qasam tan-non-proliferazzjoni ta’ l-armi ta’ qerda tal-massa u l-mezzi ta’ kunsinna. Taħt dik il-Pożizzjoni Komuni, is-CWC hija inkluża bħala wieħed minn dawn il-ftehim multilaterali.

(5)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Distruzzjoni tal-Massa, li tirriafferma l-impenn ta’ l-UE għas-sistema ta’ trattat multilaterali, u tissottolinja, inter alia, ir-rwol kruċjali tas-CWC u ta’ l-OPCW fil-ħolqien ta’ dinja ħielsa mill-armi kimiċi.

(6)

Fit-28 ta’ April 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta unanimament ir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) li tiddeskrivi l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda tal-massa u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom bħala theddida lill-paċi u s-sigurtà internazzjonali. L-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Riżoluzzjoni tikkontribwixxi għall-implementazzjoni tas-CWC.

(7)

Fit-22 ta’ Novembru 2004 l-Kunsill adotta l-ewwel Azzjoni Konġunta 2004/797/PESK dwar appoġġ għal attivitajiet ta’ l-OPCW fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda tal-Massa (2). Din l-Azzjoni Konġunta kienet segwita minn Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK (3), adottata fit-12 ta’ Diċembru 2005, u Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK (4), adottata fid-19 ta’ Marzu 2007.

(8)

Fis-6 ta’ Diċembru 2006 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat b’konsensus riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda Tagħhom.

(9)

Bil-ħsieb tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni li ġejja tas-CWC matul il-perijodu mis-7 sat-18 ta’ April 2008 huwa xieraq li jiġi definit l-approċċ ta’ l-Unjoni Ewropea, li ser jiggwida lill-Istati Membri ta’ l-UE f’din il-konferenza.

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-objettiv ta’ l-Unjoni Ewropea ser ikun li ssaħħaħ il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta’ l-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda Tagħhom (CWC), partikolarment bil-promozzjoni tal-konformità mas-CWC, inkluża l-qerda f’waqtha ta’ l-armi kimiċi kollha, u bit-titjib tar-reġim ta’ verifika tagħha u bi tħabrik għall-universalità.

L-Unjoni Ewropea għandha għalhekk tfittex eżitu ta’ suċċess tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni fl-2008.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 1, l-Unjoni Ewropea għandha:

(a)

tikkontribwixxi għal reviżjoni sħiħa ta’ l-operazzjoni tas-CWC fit-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni, inkluża l-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ Stati Partijiet taħt it-Trattat, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ oqsma li fihom, u permezz tagħhom, jista’ jinkiseb progress ulterjuri fil-ġejjieni;

(b)

tgħin tibni kunsens għal eżitu ta’ suċċess tat-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni, abbażi tal-qafas stabbilit mill-Ewwel Konferenza ta’ Reviżjoni, u għandha tippromwovi, inter alia, il-kwistjonijiet essenzjali li ġejjin:

(i)

riaffermazzjoni tan-natura komprensiva tal-projbizzjoni ta’ l-armi kimiċi kif stabbilit fil-Kriterju ta’ Fini Ġenerali, billi

tirrikonferma li l-projbizzjonijiet tal-Konvenzjoni japplikaw għal kwalunkwe kimika tossika, ħlief fejn tali kimika hija maħsuba għal finijiet mhux projbiti mill-Konvenzjoni u dment li t-tipi u l-kwantitajiet huma konsistenti ma’ tali finijiet, u għalhekk jieħdu kont ta’ l-iżviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija mill-Ewwel Konferenza ta’ Reviżjoni,

tissottolinja l-obbligu ta’ l-Istati Partijiet li jirriflettu l-Kriterju ta’ Fini Ġenerali fil-leġislazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom u fil-prattika ta’ infurzar amministrattiv,

tenfasizza l-obbligu ta’ l-Istati Partijiet li jiddikjaraw aġenti għall-kontroll ta’ l-irvellijiet;

(ii)

riaffermazzjoni ta’ l-obbligu ta’ stati li jippossjedu armi kimiċi li jeqirdu l-armi kimiċi tagħhom fl-iskadenzi tas-CWC, billi:

jilqgħu l-progress li sar u l-isforzi li seħħew mill-istati possessuri biex jiġu rrispettati l-iskadenzi filwaqt li tħeġġiġhom jegħlbu d-dewmien fil-qerda,

jissottolinjaw l-importanza ta’ verifika sistematika permezz ta’ spezzjoni kontinwa tal-qerda ta’ l-armi kimiċi fuq il-post,

jivvalutaw il-progress fil-qerda ta’ l-armi kimiċi, b’kont meħud, fost l-oħrajn, tar-riżultati taż-żjajjar mir-rappreżentanti tal-Kunsill Eżekuttiv skond id-deċiżjoni tal-11-il Sessjoni tal-Konferenza ta’ l-Istati Partijiet,

jenfasizzaw ir-responsabbiltà ta’ l-organi li jfasslu l-politika biex jikkunsidraw il-konformità ta’ l-Istati Partijiet ma’ l-iskadenzi tal-qerda miftehmin fiż-żmien xieraq;

(iii)

aktar tisħiħ tar-reġim ta’ verifika fir-rigward ta’ l-attivitajiet mhux projbiti taħt il-Konvenzjoni, bil-ħsieb li tittejjeb il-kunfidenza fin-non-proliferazzjoni ta’ l-armi kimiċi u jkomplu jippromwovu l-kooperazzjoni ma’ l-industrija, permezz ta’:

sensibilizzazzjoni kontinwa fir-rigward tal-projbizzjonijiet tal-Konvenzjoni mal-Gvern, l-industrija, l-akkademja u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi,

enfasi tal-ħtieġa li jiżdied in-numru ta’ spezzjonijiet fil-Faċilitajiet Oħrajn ta’ Produzzjoni Kimika (OCPF) u li tittejjeb l-effettività tar-reġim fejn meħtieġ, bi prijorità mogħtija lil dawk is-siti li huma ta’ rilevanza għolja għall-Konvenzjoni, u għat-titjib tad-dikjarazzjonijiet ta’ Stati Partijiet dwar siti ta’ l-OCPF;

(iv)

implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar konsultazzjonijiet, kooperazzjoni u sejbien ta’ fatti, partikolarment il-mekkaniżmu ta’ spezzjoni-sfida, li jibqa’ strument indispensabbli u disponibbli fil-pront kif ukoll għodda vijabbli u utilizzabbli tar-reġim ta’ verifika ta’ l-OPCW, enfasi fuq id-dritt legali ta’ l-Istati Partijiet li jitolbu spezzjoni-sfida mingħajr konsultazzjoni minn qabel, u inkoraġġiment għall-użu tal-mekkaniżmu fejn opportun bħala ħaġa ta’ rutina;

(v)

żvilupp ta’ strateġiji apposta dwar il-ksib ta’ l-universalità tas-CWC, partikolarment fir-rigward tal-Lvant Nofsani, inklużi workshops reġjonali fl-oqsma kkonċernati;

(vi)

titjib kontinwu ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali u tfakkir li l-konformità sħiħa ma’ l-Artikolu VII hija fattur vitali għall-effiċjenza attwali u futura tar-reġim tas-CWC, inkluż permezz ta’:

l-għoti ta’ assistenza lill-Istati Partijiet fil-bżonn, kif eżemplifikat mill-Azzjonijiet Konġunti ta’ l-Unjoni Ewropea; u

it-tisħiħ tal-kontrolli nazzjonali ta’ esportazzjoni li huma meħtieġa għall-prevenzjoni tal-kisba ta’ l-Armi Kimiċi;

(vii)

żgurar tal-kapaċità ta’ l-OPCW li tipprovdi assistenza u protezzjoni;

(viii)

trawwim tal-kooperazzjoni internazzjonali bid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, u partikolarment il-kontribuzzjoni għal attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċitajiet mill-OPCW fi Stati Partijiet li qed jiżviluppaw l-industrija u l-kummerċalizzazzjoni kimika tagħhom;

(ix)

bidu ta’ ħidma biex jiġi żgurat li, wara t-tlestija tal-qerda ta’ l-armi kimiċi kollha, l-OPCW qiegħda f’pożizzjoni li tiffoka fuq l-attivitajiet tagħha li jibqa’, partikolarment ir-rwol tagħha għan-non-proliferazzjoni;

(x)

konformità ma’ l-obbligi taħt ir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari li tappella għal kooperazzjoni prattika bejn l-OPCW u l-Kumitat 1540 tan-NU kif ukoll fora oħrajn bil-għan li jiġi eliminat ir-riskju li jinkisbu armi kimiċi jew li jintużaw għal finijiet terroristiċi, inkluż l-aċċess possibbli tat-terroristi għal materjal, tagħmir, u għarfien li jkunu jistgħu jintużaw fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ armi kimiċi;

(xi)

il-programmi ta’ Sħubija Globali tal-G8 immirati li jipprevjenu l-proliferazzjoni ta’ armi u materjal għall-qerda tal-massa permezz ta’ appoġġ għal diżarm, kontroll u sigurtà ta’ materjali, faċilitajiet, u kompetenzi sensittivi.

Artikolu 3

Azzjoni meħuda mill-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2 għandhom jinkludu:

(a)

ftehim mill-Istati Membri dwar proposti dwar kwistjonijiet sostantivi għal preżentazzjoni f’isem l-Unjoni Ewropea għal konsiderazzjoni mill-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni fil-fażi ta’ tħejjija u fit-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni;

(b)

fejn adatt, approċċi mill-Presidenza skond l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea:

(i)

bil-ħsieb li tiġi promossa adeżjoni universali mas-CWC;

(ii)

għall-promozzjoni ta’ l-implementazzjoni nazzjonali effettiva tas-CWC mill-Istati Partijiet;

(iii)

biex tħeġġeġ lill-Istati Partijiet sabiex jappoġġaw u jieħdu sehem f’reviżjoni effettiva u sħiħa tas-CWC u b’hekk itennu l-impenn tagħhom għal din in-norma internazzjonali fundamentali kontra l-armi kimiċi;

(iv)

għall-promozzjoni tal-proposti msemmija hawn fuq sottomessi mill-Unjoni Ewropea għal konsiderazzjoni ta’ l-Istati Partijiet li huma mmirati għal tisħiħ ulterjuri tal-Konvenzjoni.

(ċ)

dikjarazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea magħmula mill-Presidenza fil-perijodu ta’ tħejjija għal u matul it-Tieni Konferenza ta’ Reviżjoni.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34.

(2)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 63.

(3)  ĠU L 331, 17.12.2005, p. 34.

(4)  ĠU L 85, 27.3.2007, p. 10.