ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
30 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 753/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra

1

Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra

4

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ Sajd u l-Kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra

9

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta’ l-opportunitajiet u l-kondizzjonijiet assoċjati tas-sajd għal ċerti ħażniet ta’ ħut

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

39

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 756/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex

41

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem ( 1 )

43

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 758/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

47

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 759/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni taz-zalzetti li joriġinaw mill-Iżlanda

48

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 760/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jemenda għat-80 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

50

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 761/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta' Lulju 2007

52

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 762/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali, dqiq, xgħir u barli tal-qamħ jew tas-segala

55

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 763/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistipula l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għaċ-ċereali

57

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 764/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt

59

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt

61

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 766/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

63

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 767/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar il-34 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu II

65

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għat-34 sejħa individwali għall-offerti miftuħa fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005

66

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 769/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-66 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

68

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 770/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 529/2007 għaċ-ċanga ffriżata

69

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2007 tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 545/2007 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

70

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (Verżjoni kodifikata) ( 1 )

71

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/452/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tikkorreġi d-Direttiva 2006/132/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-procymidone bħala sustanza attiva (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3066)  ( 1 )

83

 

 

2007/453/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3114)  ( 1 )

84

 

 

2007/454/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3183)  ( 1 )

87

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/455/CFSP tal-25 ta’ Ġunju 2007 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

89

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 753/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Komunità, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra, nnegozjaw Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd li lis-sajjieda Komunitarji jipprovdilhom opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra fiż-żona ekonomika esklussiva ta’ Greenland.

(2)

B'riżultat ta’ dawk in-negozjati, Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd ġdid ġie inizjalat fit-2 ta’ Ġunju 2006.

(3)

Il-metodu għall-allokazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit.

(4)

Sabiex jiġi ottimizzat l-użu ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd taħt dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tkun permessa tagħmel riallokazzjonijiet ta’ opportunitajiet ta’ sajd li ma jiġux utilizzati minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor matul il-kampanja annwali tas-sajd taħt ċerti kondizzjonijiet u kriterji u f'koperazzjoni stretta ma’ l-Istati Membri konċernati. Kwalunke riallokazzjoni bħal dawn m'għandhiex tippreġudika l-metodi ta’ allokazzjoni għat-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri skond l-istabbiltà relattiva u għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi attribwiti lill-Istati Membri mill-Artikolu 20(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2).

(5)

Huwa fl-interess tal-Komunità li dak il-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra, b'dan huwa approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri amministrattivi maqbula skond l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 10(2), punt (h), tal-Ftehim li jissemmew fl-Artikolu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 3

1.   L-allokazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd, inklużi l-liċenzji miksuba taħt il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1, għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, jekk l-applikazzjonijiet għal liċenzja minn Stati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta’ sajd kollha allokati lill-Istati Membri skond il-paragrafu 1 inklużi dawk skambjati skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 sad-dati stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-applikazzjonijiet għal liċenzji minn kwalunkwe Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni stretta ma’ l-Istati Membri konċernati, tista' mbagħad, wara d-dati stabbiliti fl-Anness, tagħmel it-trasferiment ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd li ma ġewx utilizzati mill-Istat Membru detentur tagħhom għal Stat Membru ieħor.

Din ir-riallokazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ sajd m'għandhiex tippreġudika l-kriterji ta’ allokazzjoni għat-tqassim ta’ opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri skond l-istabbiltà relattiva.

3.   Għal kull speċi fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-livell ta’ utilizzazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd abbażi ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji riċevuti mhux aktar tard minn:

(a)

xahar qabel id-data stabbilita fl-Anness, u

(b)

sad-data stabbilita fl-Anness.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, sal-31 ta’ Diċembru 2007, ir-regoli u l-kriterji dettaljati li taħthom għandu jiġi eżerċitat il-mekkaniżmu tar-ridistribuzzjoni msemmi hawn fuq. Sakemm jiġu adottati regoli bħal dawn, il-Kummissjoni m'għandhiex tkun impedita milli teżerċita l-mekkaniżmu kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Artikolu 4

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu taħt dan il-Ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbud fiż-żona tas-sajd ta’ Greenland f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 fuq il-monitoraġġ tal-qabdiet maqbuda mill-bastimenti tas-sajd Komunitarji fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi u fuq il-baħar miftuħ (3).

Artikolu 5

Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007

Għall-Kunsill,

Il-President

S. GABRIEL


(1)  Opinjoni mogħtija fit-22 Mejju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.


ANNESS

Id-data minn meta għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 3 fir-rigward tar-riallokazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mill-Kummissjoni.

Speċi ta’ sajd tal-Protokoll

Tabella ta’ żmien

Gambli Lvant

1 ta’ Awissu (1)

Ħalibatt ta’ Greenland Lvant

15 ta’ Settembru

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku

1 ta’ Settembru

Ħalibatt ta’ Greenland Punent

15 ta’ Ottubru

Gambli Punent

1 ta’ Ottubru

Redfish

1 ta’ Settembru

Snowcrab

1 ta’ Ottubru

Merluzz

31 ta’ Ottubru


(1)  Jekk il-livell ta’ utilizzazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd ibbażat fuq l-applikazzjonijiet għal liċenzji jkun, fl-1 ta’ Awissu, aktar minn 65 %, din id-data għandha tiġi posposta għall-1 ta’ Settembru.


FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SAJD

bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem “il-Komunità”, u

IL-GVERN TAD-DANIMARKA U L-GVERN AWTONOMU ta’ GREENLAND, minn hawn 'il quddiem “Greenland”,

Minn hawn 'il quddiem “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll dwar l-arranġament speċjali applikabbli għal Greenland

JIRRIKONOXXU li l-Komunità Ewropea u Greenland jixtiequ jsaħħu r-rabtiet ta’ bejniethom u jistabbilixxu sħubija u koperazzjoni li tappoġġa, tikkomplementa u testendi r-relazzjonijiet u l-koperazzjoni stabbiliti bejniethom fl-imgħoddi,

JIFTAKRU d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea,

JIKKUNSIDRAW ir-rikonoxximent min-naħa tal-Kunsill, fi Frar 2003, tal-ħtieġa li jitwessgħu u jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u Greenland, fil-qies ta’ l-importanza tas-sajd u l-ħtieġa għal riformi strutturali u orjentati lejn is-settur fi Greenland, abbażi ta’ sħubija komprensiva għall-iżvilupp sostenibbli,

JIKKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-27 ta’ Ġunju 2006 mill-Komunità Ewropea minn naħa waħda u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland u l-Gvern tad-Danimarka min-naħa l-oħra dwar sħubija bejn il-Komunità Ewropea u Greenland

JIFTAKRU d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2006 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka, min-naħa l-oħra

JIFTAKRU li l-istatus ta’ Greenland, li hija fl-istess waqt awtonoma u parti integrali minn wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità;

JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni globali bejn il-Komunità u Greenland, u x-xewqa reċiproka tagħhom li jissuktaw dik ir-relazzjoni,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkiijiet transżonali tal-ħut u ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna,

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti permezz tal-Kodiċi ta’ mġiba għas-sajd responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995,

DETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, sabiex jilħqu l-issuktar tas-sajd responsabbli sabiex jiżguraw il-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar,

KONVINTI li din il-koperazzjoni għandha tieħu s-sura ta’ inizjattivi u miżuri li, sew jekk jittieħdu flimkien u sew jekk jittieħdu separatament, ikunu kumplementari, konsistenti mal-politika u jiżguraw sinerġija fl-isforzi,

BIL-ĦSIEB, għal dawn il-finijiet, li jibdew djalogu bil-għan li jtejbu l-politika settorali tas-sajd fi Greenland u jidentifikaw il-mezzi adegwati sabiex jiżguraw li din il-politika tiġi implimenata effikaċement, u li l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jkunu involuti fil-proċess,

XEWQANA li jistabbilixxu t-termini u l-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Komunitarji fl-ibħra taż-żona ekonomika esklussiva ta’ Greenland u l-appoġġ tal-Komunità sabiex jiġi assigurat li jibqa' jsir sajd responsabbli f'dawk l-ilmijiet,

DETERMINATI li jfittxu koperazzjoni ekonomika eqreb fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati, permezz tat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ impriżi konġunti li jinvolvu kumpaniji miż-żewġ Partijiet, u l-promozzjoni ta’ impriżi konġunti temporanji,

B'DAN QED JAQBLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ambitu u l-għanijiet

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jiggvernaw:

il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-għan li jiġi żgurat li l-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd jipprovdi kondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali sostenibbli, inkluż l-iżvilupp tas-settur tas-sajd ta’ Greenland;

il-kondizzjonijiet li jiggvernaw l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għaż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Greenland (minn hawn 'il quddiem “iż-ŻEE ta’ Greenland”);

l-arranġamenti għar-regolazzjoni tas-sajd minn bastimenti Komunitarji fiż-ŻEE ta’ Greenland bil-għan li jiġi żgurat li jitħarsu r-regoli u l-kondizzjonijiet applikabbli għalihom, li l-miżuri għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ l-istokkijiet tal-ħut ikunu effikaċi, u li ma jitħalliex isir sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat;

is-sħubijiet bejn kumpaniji bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Protokoll u l-Anness:

(a)

“awtoritajiet ta’ Greenland” tfisser il-Gvern Awtonomu ta’ Greenland;

(b)

“awtoritajiet tal-Komunità” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(ċ)

“bastiment Komunitarju” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità u jkun irreġistrat fil-Komunità;

(d)

“impriża konġunta” tfisser kwalunkwe kumpanija rregolata mil-liġi ta’ Greenland u li jkun fiha wieħed jew iktar minn wieħed minn fost is-sidien tal-bastimenti Komunitarji u sieħeb jew sħab minn Greenland, li jkollha l-għan li tistad fiż-ŻEE ta’ Greenland, u possibbilment tisfrutta l-kwoti tas-sajd ta’ Greenland, minn fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Greenland, bil-ħsieb tal-forniment prijoritarju tas-suq Komunitarju;

(e)

“impriżi konġunti temporanji” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni bbażata fuq ftehim kuntrattwali għal tul ta’ żmien limitat bejn sidien tal-bastimenti Komunitarji u persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Greenland, bil-għan li b'mod konġunt jistadu u jisfruttaw il-kwoti tas-sajd ta’ Greenland minn fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea, u li jaqsmu l-profitti, l-ispejjeż jew it-telf ta’ l-attività ekonomika mwettqa, bil-ħsieb tal-forniment prijoritarju tas-suq Komunitarju;

(f)

“Kumitat Konġunt” tfisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta’ Greenland, li l-funzjonijiet tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Il-prinċipji sottostanti ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1.   Il-Partijiet b'dan jimpenjaw irwieħhom li jiżguraw l-issuktar tas-sajd responsabbli fiż-ŻEE ta’ Greenland abbażi tal-prinċipju tal-ħelsien mid-diskriminazzjoni bejn il-flotot tas-sajd differenti f'dawk l-ilmijiet, bla ħsara għall-protokoll.

2.   Greenland sejra tissokta l-ippjanar ta’ politika settorali tas-sajd u tmexxi l-implimentazzjoni tagħha permezz ta’ programmi annwali u pluriennali, fid-dawl ta’ miri miftiehma bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Għal dak il-għan, il-Partijiet għandhom ikomplu d-djalogu ta’ politika dwar ir-riformi meħtieġa. L-awtoritajiet ta’ Greenland b'dan jimpenjaw irwieħhom li jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Komunità meta jiġu adottati miżuri sinifikanti f'dan il-qasam.

3.   Fuq talba ta’ Parti minnhom, il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll fit-twettiq, sew konġuntement kif ukoll unilateralment, ta’ evalwazzjonijiet ta’ miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati abbażi ta’ dan il-Ftehim.

4.   Il-Partijiet b'dan jimpenjaw irwieħhom li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skond il-prinċipji ta’ treġija ekonomika u soċjali tajba.

Artikolu 4

Il-koperazzjoni xjentifika

1.   Matul il-perjodu kopert minn dan il-Ftehim, il-Komunità u Greenland għandhom jimmoniterjaw l-evoluzzjoni tar-riżorsi fiż-ŻEE ta’ Greenland; kumitat xjentifiku konġunt għandu jagħmel rapport, fuq talba tal-Kumitat Konġunt, abbażi ta’ kwalunkwe termini ta’ referenza stabbiliti minn dak il-Kumitat.

2.   Fuq il-bażi ta’ l-aqwa pariri xjentifiċi, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt, u sussegwentement Greenland għandha tadotta l-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni li jidhrilha li jkunu meħtieġa sabiex tilħaq il-miri tal-Politika tas-Sajd ta’ Greenland.

3.   Il-Partijiet b'dan jimpenjaw irwieħhom li jikkonsultaw wieħed lill-ieħor, jew direttament jew inkella fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, sabiex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fiż-ŻEE ta’ Greenland, u li jikkoperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 5

L-aċċess għaż-żoni tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland

1.   Greenland b'dan qed tintrabat li tawtorizza bastimenti Komunitarji sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tagħha skond dan il-Ftehim, inkluż il-Protokoll u l-Anness tiegħu. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom joħorġu liċenzji, maħruġa skond il-Protokoll, lil bastimenti ddeżinjati min-naħa tal-Komunità, skond l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija skond il-Protokoll.

2.   L-opportunitajiet ta’ sajd li Greenland tagħtihom lill-Komunità taħt dan il-Ftehim jistgħu jittieħdu minn bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faroe u li jkunu rreġistrati hemmhekk, safejn dan ikun ta’ ħtieġa għall-funzjonament tajjeb tal-ftehimiet tas-sajd konklużi ma’ dawk il-Partijiet mill-Komunità. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta’ Greenland qed jintrabtu li jawtorizzaw bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faroe u li jkunu rreġistrati hemmhekk, sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tagħha.

3.   L-attivitajiet tas-sajd koperti b'dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fi Greenland. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom ifittxu li jiksbu l-kummenti ta’ l-awtoritajiet tal-Komunità dwar kwalunkwe emenda għal dik il-leġiżlazzjoni qabel ma tidħol fis-seħħ, ħlief jekk l-għan tal-leġiżlazzjoni jkun tali li jiġġustifika b'mod dovut id-dħul fis-seħħ tagħha b'urġenza, bla kwalunkwe dewmien li jista' jiġi kkawżat minn konsultazzjoni ta’ dan it-tip ma’ l-awtoritajiet tal-Komunità. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Komunità, bil-quddiem u fiż-żmien dovut, bi kwalunkwe emenda lil dik il-leġiżlazzjoni.

4.   Greenland għandha tassumi responsabbiltà għall-applikazzjoni effikaċi tal-provedimenti tal-Protokoll dwar il-moniteraġġ tas-sajd. Il-bastimenti Komunitarji għandhom jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet ta’ Greenland li għandhom ir-responsabbiltà li jwettqu dak il-moniteraġġ.

5.   Il-Komunità b'dan qed tintrabat li tieħu l-passi kollha xierqa li jkunu meħtieġa sabiex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland.

Artikolu 6

Il-liċenzji

1.   Il-bastimenti Komunitarji jistgħu jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland biss jekk ikollhom liċenzja valida tas-sajd maħruġa taħt dan il-Ftehim.

2.   Il-proċedura għall-ksib ta’ liċenzja tas-sajd, it-taxxi applikabbli u l-metodu ta’ ħlas li jrid jintuża mis-sidien tal-vapuri għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness mal-Protokoll.

3.   Il-Partijiet kontraenti għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tajba ta’ dawn il-proċeduri u l-kondizzjonijiet permezz ta’ koperazzjoni amministrattiva adegwata bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

Artikolu 7

Il-kontribut finanzjarju

1.   Il-Komunità għandha tagħti lil Greenland kontribut finanzjarju skond it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u l-Anness. Dan il-kontribut waħdieni għandu jkun magħmul minn żewġ elementi relatati, jiġifieri:

(a)

kontribut finanzjarju għall-aċċess ta’ bastimenti Komunitarji għaż-żoni tas-sajd ta’ Greenland, u

(b)

l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità sabiex jintlaħaq l-issuktar tas-sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland.

2.   Il-ġestjoni tal-komponent tal-kontribut finanzjarju msemmi fil-punt (b) ta’ paragrafu 1 għandha tkun f'idejn l-awtoritajiet ta’ Greenland, fid-dawl ta’ l-għanijiet identifikati bi qbil komuni bejn il-Partijiet skond il-Protokoll, li jrid jintlaħaq fil-kuntest tal-Politika tas-Sajd ta’ Greenland u programm annwali u pluriennali għall-implimentazzjoni tagħha.

3.   Il-kontribut finanzjarju mogħti mill-Komunità għandu jitħallas f'ammonti annwali f'konformità mal-Protokoll. Suġġett għal dan il-Ftehim u l-Protokoll, il-kontribut finanzjarju jista' jitbiddel bħala konsegwenza ta':

(a)

ċirkustanzi eċċezzjonali, għajr il-fenomeni naturali, li jżommu milli jitwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(b)

tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lil bastimenti Komunitarji, wara qbil reċiproku bejn il-Partijiet, għall-finijiet tal-ġestjoni ta’ l-istokkijiet ikkonċernati, fejn dan jitqies li jkun meħtieġ għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi abbażi ta’ l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(ċ)

prijorità speċjali lill-Komunità dwar l-aċċess għal opportunitajiet addizzjonali tal-qbid lil hinn minn dawk stabbiliti fil-Protokoll għal dan il-Ftehim, ipprovdut bi qbil komuni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li l-istat tar-riżorsi jkun jippermetti dan;

(d)

evalwazzjoni mill-ġdid tal-kondizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju mill-Komunità għall-implimentazzjoni ta’ Politika tas-Sajd ta’ Greenland, fejn din tkun iġġustifikata mir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati miż-żewġ Partijiet;

(e)

is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 13.

Artikolu 8

Il-promozzjoni tal-koperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ekonomika, kummerċjali, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u setturi relatati. Għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jikkoordinaw il-miżuri differenti li jkunu jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.

2.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-iskambju ta’ informazzjoni dwar metodi u tagħmir tas-sajd u tal-priservazzjoni, u dwar l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

3.   B'mod partikolari, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu t-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti, fl-interess reċiproku tagħhom u skond il-leġiżlazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 9

Is-sajd sperimentali

Il-Partjiet għandhom iġibu 'l quddiem it-twettiq ta’ sajd sperimentali fiż-ŻEE ta’ Greenland. Il-Partijiet għandhom jimplimentaw is-sajd sperimentali flimkien, skond id-dettalji stabbiliti fl-Anness mal-Protokoll.

Artikolu 10

Il-Kumitat Konġunt

1.   Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt sabiex jaqdi bħala forum għall-Partijiet għall-moniteraġġ ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għall-iżgurar ta’ l-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-moniteraġġ tat-twettiq, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim, u partikolarment id-definizzjoni ta’ l-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 7(2), flimkien ma’ l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoi tagħha.

(b)

il-provvista tal-kuntatt meħtieġ għal kwistjonjiet ta’ interess komuni marbuta mas-sajd;

(ċ)

jaġixxi bħala forum għar-rikonċiljazzjoni u s-soluzzjoni amikevoli ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim;

(d)

jirrivedi u jinnegozja, fejn dan ikun ta’ ħtieġa, il-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd eżistenti u ġodda għall-istokkijiet rilevanti fiż-ŻEE ta’ Greenland, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, l-approċċ prekawzjonarju u l-ħtiġijiet ta’ l-industrija tas-sajd ta’ Greenland, u konsegwentement l-opportunitajiet ta’ sajd aċessibbli għall-Komunità u, fejn dan ikun f'loku, il-kontribut finanzjarju msemmi fil-Protokoll;

(e)

jevalwa l-ħtieġa għal-istabbiliment ta’ pjanijiet għall-irkupru u l-ġestjoni fit-tul ta’ l-istokkijiet taħt dan il-Ftehim, sabiex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli ta’ l-istokkijiet u jinżamm f'livelli sostenibbli l-impatt ta’ l-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar.

(f)

jissorvelja l-applikazzjonijiet għat-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi temporanji skond it-termini ta’ dan il-Ftehim, u partikolarment jevalwa l-proġetti mressqa mill-Partijiet għat-twaqqif ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti skond il-kriterji stipulati fl-Anness mal-Protokoll ta’ dan il-Ftehim, u jirrivedi l-attivitajiet ta’ bastimenti ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti li jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(g)

jiddetermina, każ b'każ, l-ispeċijiet, il-kondizzjonijiet u l-parametri rilevanti li jirrigwardaw is-sajd sperimentali;

(h)

jiftiehem dwar miżuri amministrattivi rigward l-aċċess ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għaż-ŻEE u r-riżorsi ta’ Greenland, inklużi l-liċenzji, il-moviment ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji u r-rappurtar tal-qabdiet.

(i)

jiftiehem dwar il-modalitajiet għall-implimentazzjoni ta’ l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità sabiex jintlaħaq l-issuktar tas-sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland;

(j)

jevalwa t-termini ta’ l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-implimentazzjoni ta’ Politika tas-Sajd ta’ Greenland, fejn din tkun iġġustifikata mir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati miż-żewġ Partijiet;

(k)

jaqdi kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu dwarha bi qbil komuni.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' talanqas darba fis-sena, b'alternanza fil-Komunità u fi Greenland, u għandu jkun ippresedut mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Għandu jagħmel laqgħa speċjali fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.

Artikolu 11

Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta’ Greenland u ż-ŻEE ta’ Greenland.

Artikolu 12

It-tul u t-terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu addizzjonali ta’ sitt snin, sakemm ma tingħatax notifika ta’ terminazzjoni f'konformità mal-paragrafi 2 u 3.

2.   Dan il-Ftehim jista' jiġi tterminat minn kwalunkwe Parti, partikolarment fl-eventwalità ta’ ċirkustanzi gravi bħalma huma deterjorament fil-qagħda ta’ l-istokkijiet ikkonċernati, jew inkella n-nuqqas ta’ l-osservanza ta’ l-obbligi min-naħa ta’ xi waħda mill-Partijiet rigward il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.

3.   Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tirtira mill-Ftehim, talanqas sitt xhur qabel id-data li fiha jiskadi l-perjodu inizjali jew kwalunkwe perjodu addizzjonali. Fil-każ li l-Ftehim jiġi tterminat għal kwalunkwe raġuni oħra, il-perjodu ta’ preavviż għandu jkun ta' disa' xhur.

Artikolu 13

Is-sospensjoni

1.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża bl-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet, jekk, fil-fehma ta’ din il-Parti, l-obbligi ta’ dan il-Ftehim ikunu nkisru gravement mill-Parti l-oħra. Sospensjoni ta’ dan it-tip għandha tobbliga lill-Parti kkonċernata li tavża bil-miktub l-intenzjoni tagħha talanqas tliet xhur qabel id-data li fiha jkun għandha sseħħ is-sospensjoni. Mal-wasla ta’ dan il-preavviż, il-Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet bil-għan li jsolvu d-differenzi ta’ bejniethom b'mod amikevoli.

2.   Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 u l-opportunitajiet ta’ sajd imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom jitnaqqsu proporzjonatament, skond kemm iddum is-sospensjoni.

Artikolu 14

Il-Protokoll u l-Anness u l-appendiċijiet tagħhom għandhom jiffurmaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Tħassir

Il-Ftehim dwar is-Sajd ta’ l-1 ta’ Frar 1985 bejn il-Komunità Ewropea u Greenland rigward is-sajd fl-ibħra ta’ Greenland b'dan huwa mħassar u sostitwit minn dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Il-lingwa u d-dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim, imfassal duplikatament biċ-Ċek, bil-Bulgaru, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bl-Olandiż, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri tagħhom ta’ adozzjoni.

PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ Sajd u l-Kontribut finanzjarju previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Il-perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet ta’ sajd

1.   Għal perjodu ta’ sitt snin, mill-1 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet ta’ Greenland jawtorizzaw bastimenti tas-sajd Komunitarji li jwettqu attivitajiet tas-sajd sal-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness, u dawk stabbiliti skond il-paragrafu 2.

Il-livelli ta’ l-oppportunitajiet tas-sajd stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt.

2.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru ta’ l-2007 u ta’ kull sena sussegwenti, il-Kumitat Konġunt għandu jiftiehem dwar l-opportunitajiet ta’ sajd għall-ispeċijiet elenkati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness għas-sena ta’ wara, b'kont meħud ta’ l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, l-approċċ prekawzjonarju u l-ħtiġijiet ta’ l-industrija tas-sajd, u b'mod partikolari l-kwantitajiet stipulati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

Fil-każ li l-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd f'livell aktar baxx minn dak stipulat fil-Kapitolu I ta’ l-Anness, Greenland għandha tikkumpensa lill-Komunità fis-snin ta’ wara permezz ta’ opportunitajiet ta’ sajd korrispondenti, jew inkella permezz ta’ opportunitajiet ta’ sajd oħra fl-istess sena.

Jekk il-Partijiet ma jaqblu dwar l-ebda kumpens, jiġu aġġustati proporzjonalment l-arranġamenti finanzjarji, inklużi l-parametri għall-kalkolu tal-valur, imsemmija fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll.

3.   Il-kwota għall-gambli fi Greenland tal-Lvant tista' tinqabad f'żoni tal-Punent ta’ Greenland, bil-kondizzjoni li l-arranġamenti għall-kwoti ta’ trasferiment bejn is-sidien tal-bastimenti minn Greenland u mill-Komunità Ewropea jkunu ġew stabbiliti bejn kumpannija u oħra. L-awtoritajiet ta’ Greenland jintrabtu li jiffaċilitaw arranġamenti ta'dan it-tip. It-trasferiment ta’ kwoti jista' jsir biss fi ħdan massimu ta’ 2 000 tunnellata kull sena fiż-żoni tal-Punent ta’ Greenland. Is-sajd li jsir mill-bastimenti Komunitarji għandu jsir taħt l-istess kondizzjonijiet soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ Kapitolu III ta’ l-Anness kif stipulati fil-liċenzja maħruġa lil sid il-bastiment ta’ Greenland.

4.   L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom isiru disponibbli għal perjodu bi prova ta’ massimu ta’ sitt xhur kull darba, f'konformità ma’ l-Anness.

5.   Meta l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji sperimentali jkunu kisbu riżultati pożittivi, l-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jallokaw 50 % ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta Komunitarja, sa tmiem dan il-Protokoll, flimkien ma’ żieda korrispondenti f'dik il-parti tal-kumpens finanzjarju li tissemma fl-Artikolu 2.

6.   Greenland għandha toffri lill-Komunità opportunitajiet addizzjonali tal-qbid. Jekk il-Komunità taċċetta t-tali offerta, kompletament jew parzjalment, il-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jiżdied proporzjonalment. Il-proċedura li għandha tiġi segwita rigward l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet addizzjonali tal-qbid hija stipulata fl-Anness ma’ dan il-Protokoll.

7.   Il-kwantitajiet minimi għaż-żamma ta’ attivitajiet tas-sajd fi Greenland b'dan qed jiġu stabbiliti fil-livelli li ġejjin għal kull sena:

Speċi (tunnellati)

Stokk tal-Punent (NAFO 0/1)

Eastern stock (ICES XIV/V)

Snowcrab

4 000

 

Merluzz

30 000  (1)

 

Redfish

2 500

5 000

Ħalibatt ta’ Greenland

4 700

4 000

Gambli

25 000

1 500

8.   Greenland m’għandhiex toħroġ liċenzji lil bastimenti Komunitarji għajr taħt dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Il-kontribut finanzjarju – il-metodi tal-ħlas

1.   Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim għandu jkun EUR 85 843 464 (2). Ma’ dan għandha tiżdied riserva finanzjarja ta’ EUR 9 240 000, li minnha jsir pagament skond il-metodu mfisser fil-paragrafu 3 aktar 'l isfel, għall-kwantitajiet tal-merluzz u capelin li effettivament ikunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Greenland b'żieda ma’ dawk stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness ma’ dan il-Protokoll.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1(2), (5) u (6) ta’ dan il-Protokoll. L-ammont totali tal-kontribut finanzjarju mħallas mill-Komunità Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju ta’ l-ammont indikat fl-Artikolu 2(1).

3.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1(2), (5) u (6) ta’ dan il-Protokoll, il-Komunità għandha tħallas il-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq fil-forma ta’ somma annwali bir-rata ta’ EUR 14 307 244 matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. F'dak li jirrigwarda l-merluzz u l-capelin, kull sena Greenland għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-Komunità dwar kwalunkwe kwantità ta’ merluzz u capelin li jkunu saru disponibbli għall-qbid lil hinn mill-kwantitajiet stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ l-Anness ma’ dan il-Protokoll. Għal dawk il-kwantitajiet addizzjonali, il-Komunità għandha tħallas 17.5 % tal-valur ta’ l-ewwel ħatt l-art bir-rata ta’ EUR 1 800 għal kull tunnellata ta’ merluzz u EUR 100 għal kull tunnellata ta’ capelin, bit-tnaqqis tal-ħlasijiet magħmula minn sidien il-bastimenti, sa massimu ta’ EUR 1 540 000 fis-sena, li jkopri ż-żewġ speċijiet. Kwalunkwe parti ta’ din ir-riserva finanzjarja li ma tintużax f'sena partikolari tista' tingħadda sabiex tħallas lil Greenland għal kwantitajiet addizzjonali ta’ merluzz u capelin li jsiru disponibbli għall-qbid fis-sentejn ta’ wara.

4.   Il-Komunità għandha tħallas is-somma annwali tal-kontribut finanzjarju sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007 fl-ewwel sena, u mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu tas-snin ta’ wara, u s-somma annwali tar-riserva finanzjarja għall-merluzz u l-capelin sa l-istess dati, jew mill-aktar fis possibbli warajhom, wara li tkun saret in-notifika tad-disponibbiltà tal-kwantitajiet ikkonċernati.

5.   Suġġetti għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet ta’ Greenland għandu jkollhom diskrezzjoni kompleta dwar l-użu li jsir mill-kontribut finanzjarju u mir-riserva finanzjarja, ħlief għall-ammonti annwali ta’ EUR 500 000 u EUR 100 000, li rispettivament għandhom jiġu allokati għall-operat ta’ l-Istitut dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Greenland u għat-taħriġ ta’ l-uffiċjali tas-sajd, u fl-2007 ammont ta’ EUR 186 022 li għandu jintuża għal studji dwar pjan għall-ġestjoni tal-merluzz.

6.   Il-kontribut finanzjarju għandu jitħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku li jinfetaħ għand istituzzjoni finanzjarja li jispeċifikawha l-awtoritajiet ta’ Greenland.

Artikolu 3

Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-kontribut finanzjarju għal raġunijiet ta’ force majeure

1.   Meta ċirkustanzi serji, għajr il-fenomeni naturali, ma jħallux li jsiru l-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland, il-Komunità Ewropea tista' tissospendi l-pagament tal-kontribut finanzjarju li dwaru jipprovdi l-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Protokoll, wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet, fejn dan ikun possibbli, u bil-kondizzjoni li l-Komunità tkun ħallset għal kollox kwalunkwe somom dovuti fil-waqt tas-sospensjoni.

2.   Il-pagament tal-kontribut finanzjarju għandu jerġà jissokta malli l-partijiet, bi qbil komuni wara konsultazzjonijiet, jikkonkludu li ma jkunux għadhom hemm iċ-ċirkustanzi li kienu żammew milli jsiru l-attivitajiet tas-sajd.

3.   Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti Komunitarji taħt l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandha tiġi estiża b'perjodu li jkun daqs dak li matulu kienu sospiżi l-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 4

Appoġġ sabiex jiġi assigurat li jibqa' jsir sajd responsabbli fiż-ŻEE ta’ Greenland

1.   Kull sena, is-somma ta’ EUR 3 261 449 (fl-2007, b'eċezzjoni, EUR 3 224 244) mill-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Protokoll għandu jiġi allokat għat-titjib u l-implimentazzjoni ta’ politika settorali ta’ Greenland dwar is-sajd, bil-għan lijiġi assigurat li jibqa' jsir sajd responsabbli fiż-ŻEE ta’ Greenland. Dan il-kontribut għandu jiġi ġestit fid-dawl tal-miri li jkunu ġew identifikati bi qbil komuni bejn iż-żewġ partijiet, u tal-programmazzjoni annwali u pluriennali sabiex dawn jintlaħqu.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, hekk kif jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt għandu jiftiehem dwar programm settorali pluriennali u dwar regoli dettaljati ta’ l-implimentazzjoni li jkopru, b'mod partikolari:

(a)

linji ta’ gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-parti tal-kontribut finanzjarju li tissemma fil-paragrafu 1;

(b)

il-miri, sew annwali kif ukoll pluriennali, li għandhom jintlaħqu bil-għan li jiġi assigurat li jibqa' jsir, matul iż-żmien, sajd responsabbli u sostenibbli, b'kont meħud tal-prijoritajiet espressi min-naħa ta’ Greenland fil-politika nazzjonali tagħha dwar is-sajd u f'politiki relatati ma’ l-issuktar tas-sajd responsabbli u sostenibbli jew li jkollhom impatt fuqu.

(ċ)

il-kriterji u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riżultati milħuqa kull sena.

3.   Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorali pluriennali jeħtiġilha l-qbil taż-żewġ partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4.   Kull sena, Greenland għandha talloka l-parti tal-kontribut finanzjarju li tissemma fil-paragrafu 1 bil-għan ta’ l-implimentazzjoni tal-programm pluriennali. Għall-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll, dik l-allokazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Komunità fl-istess ħin li ssir in-notifika għas-sena ta’ wara. Għal kull sena sussegwenti, Greenland għandha tinnotifika lill-Komunità bl-allokazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.

5.   Meta l-evalwazzjoni annwali tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorali pluriennali tiġġustifika li dan isir, il-Komunità Ewropea, bl-approvazzjoni tal-Kumitat Konġunt, tista' titlob li tinbidel l-applikazzjoni tal-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 5

Nuqqasijiet ta’ qbil – Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll

1.   Kwalunkwe nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew l-applikazzjoni tiegħu għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, f'laqgħa speċjali jekk meħtieġ.

2.   Mingħar ħsara għall-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ parti waħda, jekk din il-parti tkun tal-fehma li l-parti l-oħra tkun wettqet ksur gravi ta’ l-obbligi ta’ dan il-protokoll, u jekk il-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skond il-paragrafu 1 ma jkunux irriżultaw f' soluzzjoni amikevoli.

3.   Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tobbliga lill-parti kkonċernata li tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub talanqas tliet xhur qabel id-data li fiha kollha sseħħ is-sospensjoni.

4.   Fl-eventwalità ta’ sospenjoni, il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw ma’ xulxin bil-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom. Fejn soluzzjoni bħal din tinstab, għandha tissokta l-applikazzjoni tal-Protokoll u s-somma tal-kontribut finanzjarju u l-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jitnaqqsu proporzjonalment u pro rata temporis skond il-perjodu li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll.

Artikolu 6

Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba li ma jkunx sar il-pagament

Jekk il-Komunità tonqos milli tagħmel il-pagamenti li dwarhom jipprovdi l-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża b'dawn il-kondizzjonijiet:

(a)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland għandhom jinnotifikaw lil dawk tal-Komunità dwar in-nuqqas ta’ pagament. Dawn ta’ l-aħħar għandhom jagħmlu l-verifiki meħtieġa, u jekk dan ikun neċessarju, jibagħtu l-pagament sa mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol mid-data tal-wasla tan-notifika.

(b)

Jekk ma jsir l-ebda pagament, u jekk dan in-nuqqas ta’ pagament ma jiġix ġustifikat adegwatament fi żmien il-perjodu msemi fil-punt (a) hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland għandhom ikunu intitolati li jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Komunità b'dan.

(ċ)

L-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tissokta malli jsir il-pagament ikkonċernat.

Artikolu 7

Ir-reviżjoni ta’ nofs il-perjodu

Jekk waħda mill-Partijiet matul l-2009 titlob hekk, l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 1, 2 u 4 ta’ dan il-protokoll għandha tiġi riveduta qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. F'dik l-okkażjoni, il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li jemendaw dan il-Protokoll, partikolarment rigward il-kwoti indikattivi stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness ma’ dan il-Protokoll, kif ukoll l-arranġamenti finanzjarji u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll, flimkien ma’ l-Anness tiegħu, għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.


(1)  Jista' jiġi mistad fil-Lvant jew fil-Punent.

(2)  Flimkien ma’ dan l-ammont jiżdiedu r-riżorsi li ġejjin:

L-ammont tal-ħlasijiet dovuti min-naħa tas-sidien tal-bastimenti skond il-punt 3 ta’ Kapitolu II ta’ l-Anness, imħallsa direttament lil Greenland, stmat li hu madwar EUR 2 000 000 fis-sena.

ANNESS

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI KOMUNITARJI FIŻ-ŻEE TA’ GREENLAND

KAPITOLU I

OPPORTUNITAJIET INDIKATTIVI TAS-SAJD GĦALL-2007-2012 U L-QBID INĊIDENTALI

1.   Il-livell ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd awtorizzati minn Greenland

Speċijiet Speċi

2007

2008

2009

2010

2011

2012

Merluzz (NAFO 0/1) (1)

1 000

3 500

3 500

3 500

3 500

3 500

Pelagic redfish (ICES XIV/V) (2)

10 838

8 000

8 000

8 000

8 000

8 000

Ħalibatt ta’ Greenland (NAFO 0/1) – fin-Nofsinhar ta’ 68°

2 500

2 500

2 500

2 500

2 500

2 500

Ħalibatt ta’ Greenland (ICES XIV/V) (3)

7 500

7 500

7 500

7 500

7 500

7 500

Gambli (NAFO 0/1)

4 000

4 000

4 000

4 000

4 000

4 000

Gambli (ICES XIV/V)

7 000

7 000

7 000

7 000

7 000

7 000

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku (NAFO 0/1)

200

200

200

200

200

200

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku (ICES XIV/V) (4)

1 200

1 200

1 200

1 200

1 200

1 200

Capelin (ICES XIV/V)

55 000  (5)

55 000  (5)

55 000  (5)

55 000  (5)

55 000  (5)

55 000  (5)

Snowcrab (NAFO 0/1)

500

500

500

500

500

500

Qabdiet inċidentali (NAFO 0/1) (6)

2 600

2 300

2 300

2 300

2 300

2 300

2.   Il-limiti tal-qbid inċidentali

Il-bastimenti Komunitarji li jkunu qed jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland għandhom josservaw ir-regoli applikabbli dwar il-qbid inċidentali, sew għall-ispeċijiet irregolati kif ukoll għal dawk li mhumiex. Barra minn hekk, fiż-ŻEE ta’ Greenland mhuwiex permess li jintremew l-ispeċijiet irregolati.

Il-qbid inċidentali huwa definit bħala kwalunkwe qabda ta’ speċijiet li mhumiex koperti mill-ispeċi(jiet) ta’ mira tal-bastiment murija fil-liċenzja.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jinqabdu bħala qabdiet inċidentali jiġu awtorizzati mal-ħruġ tal-liċenzja għall-ispeċi(jiet) tal-mira. Il-kwantità massima ta’ kull speċi rregolata li tista' tinqabad bħala qabda inċidentali tiġi indikata fil-liċenzja li tinħareġ.

Il-qabdiet inċidentali ta’ l-ispeċijiet irregolati jingħaddu b'referenza għar-riserva tal-qbid inċidentali allokata bħala parti mill-opportunitajiet ta’ sajd ta’ l-ispeċijiet rilevanti allokati lill-Komunità. Il-qabdiet inċidentali ta’ l-ispeċijiet mhux irregolati jingħaddu b'referenza għar-riserva allokata lill-Komunità tal-qbid inċidentali ta’ l-ispeċijiet mhux irregolati.

Ma jsir l-ebda ħlas għal liċenzja għall-qbid inċidentali. Madankollu, fil-każ li bastiment tas-sajd Komunitarju jaqbeż il-kwantità massima awtorizzata tal-qbid inċidentali ta’ speċijiet irregolati, tiġi imposta penali li tammonta għal tliet darbiet il-ħlas normali tal-liċenzja għal dik l-ispeċi fuq il-kwantità lil hinn mill-qbid inċidentali massimu permess.

KAPITOLU II

L-APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJI U L-ĦRUĠ TAGĦHOM

1.

Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw liċenzja sabiex jistadu fl-ibħra taż-ŻEE ta’ Greenland.

2.

Biex bastiment ikun eliġibbli, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jridu jkunu pprojbiti milli jistadu fiż-ŻEE ta’ Greenland. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari ma’ l-awtoritajiet ta’ Greenland, f'li jkunu qdew l-obbligi kollha preċedenti tagħhom li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fi Greenland jew fiż-ŻEE ta’ Greenland skond il-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-Komunità.

3.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd u l-formalitajiet tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 1(3) tal-Ftehim huma stipulati fl-arranġamenti amministrattivi fl-Appendiċi 1.

KAPITOLU III

IŻ-ŻONI TAS-SAJD

Is-sajd għandu jsir fi ħdan iż-żoni tas-sajd kif definiti bħala ż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Greenland, kif jipprovdi r-Regolament Nru 1020 tal-15 ta’ Ottubru 2004 f'konformità mad-Digriet Irjali Nru 1005 tal-15 ta’ Ottubru 2004 dwar id-Dħul fis-Seħħ ta’ Att dwar Żoni Ekonomiċi Esklussivi għal Greenland li jdaħħal fis-seħħ l-Att Nru 411 tat-22 ta’ Mejju 1996 dwar iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi.

Is-sajd għandu jsir talanqas 12-il mil nawtiku lil hinn mil-linja ta’ bażi skond § 7 Sezzjoni 2 ta’ l-Att Nru 18 tal-31 ta’ Ottubru 1996 dwar is-Sajd maħruġa mil-Landsting ta’ Greenland kif emendata l-aħħar mill-Att tal-Landsting Nru 28 tat-18 ta’ Diċembru 2003, sakemm mhux espressament ipprovdut mod ieħor.

Il-linji ta’ bażi huma ddefiniti skond id-Digriet Irjali Nru 1004 tal-15 ta’ Ottubru 2004 dwar Emenda tad-Digriet Irjali dwar id-Delimitazzjoni ta’ l-Ilmijiet Territorjali ta’ Greenland.

KAPITOLU IV

OPPORTUNITAJIET ADDIZZJONALI TAS-SAJD

L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom joffru lill-awtoritajiet tal-Komunità kwalunkwe opportunitajiet addizzjonali tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, skond l-Artikolu 1(6) tal-Protokoll.

L-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta’ Greenland bir-reazzjoni tagħhom għall-offerta sa mhux aktar tard minn 6 ġimgħat wara l-wasla ta’ l-offerta. Jekk l-awtoritajiet tal-Komunità jew ma jilqgħux l-offerta jew inkella ma jirreaġixxux fi żmien 6 ġimgħat, l-awtoritajiet ta’ Greenland ikunu liberi li joffru opportunitajiet addizzjonali tas-sajd lil partijiet oħra.

KAPITOLU V

L-ARRANĠAMENTI GĦAR-RAPPURTAR TAL-QBID, IL-MIŻURI TEKNIĊI GĦALL-KONSERVAZZJONI U L-ISKEMA TA’ L-OSSERVATURI

1.

Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jiġu pprovduti b'ġabra tal-partijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni ta’ Greenland, bl-Ingliż, dwar il-kondizzjonijiet għar-rappurtar tal-qbid, il-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni u l-iskema ta’ l-osservaturi.

2.

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom iżommu abbord reġistru li fih iniżżlu l-attivitajiet tagħhom skond ir-regoli tal-leġiżlazzjoni ta’ Greenland.

3.

L-attivitajiet tas-sajd għandhom isiru f'konformità mal-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni kif stipulati fil-liġi ta’ Greenland.

4.

Kwalunkwe attività tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Greenland hija suġġetta għall-iskema ta’ l-osservaturi skond il-liġi ta’ Greenland. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet ta’ Greenland għall-finijiet ta’ l-imbark ta’ osservaturi fil-portijiet magħżula mill-awtoritajiet ta’ Greenland.

KAPITOLU VI

VMS

Il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-VMS huma stipulati fl-Appendiċi 2.

KAPITOLU VII

IMPRIŻI KONĠUNTI TEMPORANJI

Il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw l-aċċess għar-riżorsi min-naħa ta’ l-impriżi konġunti temporanji huma stipulati fl-Appendiċi 3.

KAPITOLU VIII

SAJD SPERIMENTALI

Il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw is-Sajd Sperimentali huma stipulati fl-Appendiċi 4.

KAPITOLU IX

MONITERAĠĠ

Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkostataw li l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju jkun kiser il-liġi ta’ Greenland, mill-iktar fis għandha tintbagħat notifika ta’ dan lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istat Membru tal-bandiera. In-notifika għandu jkun fiha tagħrif dwar isem il-bastiment, in-numru tar-reġistru, l-identifikatur tar-radju (call sign), flimkien ma’ ismijiet is-sidien u l-kaptan tal-bastiment. Barra minn hekk, in-notifika għandu jkun fiha deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li jkunu wasslu għall-ksur, u tispeċifika kwalunkwe sanzjoni li tkun ġiet applikata.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtoritajiet ta’ Greenland lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll aġġornamenti regolari ta’ din il-lista.


(1)  Jekk l-istokk jirkupra, il-Komunità tista' tistad sa pm tunnellata, b'żieda korrispondenti fil-parti tal-kontribut finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll. Il-kwota għall-2007 tista' tinqabad biss mill-1 ta’ Ġunju. Il-qbid jista' jsir fil-Lvant jew fil-Punent.

(2)  Il-qbid jista' jsir fil-Lvant jew fil-Punent. Is-sajd għandu jsir bit-tkarkir pelaġiku.

(3)  Din iċ-ċifra tista' tiġi riveduta fid-dawl tal-ftehim bejn il-pajjiżi kostali dwar l-allokazzjoni ta’ l-opportunitajiet tas-sajd. Is-sajd għandu jiġi ġestit permezz ta’ limitazzjoni ta’ l-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu fl-istess waqt.

(4)  1 000 tunnellata għandhom jinqabdu minn mhux aktar minn 6 bastimenti tal-Komunità li jistadu bil-konzijiet demersali għall-qbid tal-ħalibutt ta’ l-Atlantiku u l-ispeċijiet assoċjati. Il-kondizzjonjiet għas-sajd bil-konzijiet demersali għandhom jiġu miftiehma fil-qafas tal-Kumitat Konġunt.

(5)  Meta l-qbid jista' jsir, il-Komunità tista' tistad sa mhux aktar minn 7.7 % tal-QTP (Qabda Totali Permissibbli) tal-capelin għall-istaġun li jdum mill-20 ta’ Ġunju sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, b'żieda korrispondenti f'dik il-parti tal-kumpens finanzjarju li tissemma fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll.

(6)  Il-qbid inċidentali huwa definit bħala kwalunkwe qabda ta’ speċijiet li mhumiex koperti mill-ispeċi(jiet) ta’ mira tal-bastiment murija fil-liċenzja. Il-kompożizzjoni tal-qabdiet inċidentali għandha tiġi riveduta kull sena fil-qafas tal-Kumitat Konġunt. Il-qbid jista' jsir fil-Lvant jew fil-Punent.

Appendiċijiet

(1)

Arranġament Amministrattiv dwar il-liċenzji. Il-Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ attivitajiet tas-sajd min-naħa ta’ bastimenti Komunitarji fiż-ŻEE ta’ Greenland.

(2)

Kondizzjonijiet dwar kwistjonjiet li jirrigwardaw is-Sorveljanza tal-Bastimenti tas-Sajd permezz tas-Satelliti.

(3)

Kondizzjonijiet dwar l-Impriżi Konġunti Temporanji.

(4)

Dettalji ta’ l-implimentazzjoni għas-sajd sperimentali.

Appendiċi 1

Arranġament amministrattiv dwar liċenzji bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland

Kondizzjonijiet għat-twetti ta’ attivitajiet tas-sajd min-naħa ta’ bastimenti Komunitarji fiż-ŻEE ta’ Greenland

A.   L-applikazzjoni għal-liċenzja u l-formalitajiet tal-ħruġ tagħha

1.

Is-sidien tal-bastimenti Komunitarji li jkunu interessati jużaw l-opportunitajiet ta’ sajd skond dan il-ftehim, jew inkella l-aġenti tagħhom, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel dik tas-sajd, bi trażmissjoni elettronika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ l-awtoritajiet nazzjonali b'lista tal-bastimenti kkonċernati, li jkun fiha t-tagħrif li jidher fil-formola ta’ applikazzjoni annessa. L-awtoritajiet tal-Komunità għandhom minnufih jibagħtu dawn il-listi lill-awtoritajiet ta’ Greenland. Kwalunkwe tibdila għandha tiġi nnotifikata bil-quddiem, skond din il-proċedura.

Is-sidien tal-bastimenti Komunitarji jew l-aġenti tagħhom għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet tal-Komunità, permezz ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu jew tletin jum qabel il-bidu tal-vjaġġ tas-sajd, applikazzjoni għal kull bastiment li jkollu x-xewqa jistad skond dan il-Ftehim. L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq il-formoli pprovduti għal dak il-għan min-naħa ta’ Greenland, li eżempji tagħhom huma annessi. Kull applikazzjoni għal liċenzja għandu jkollha magħha prova tal-ħlas għall-perjodu tal-validita tal-liċenzja. Il-ħlas għandu jinkludi l-ħlasijiet nazzjonali u lokali kollha marbuta ma’ l-aċċess għall-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll dawk imposti mill-banek għat-trasferimenti tal-flus. Jekk bastiment ma jkunx ħallas il-ħlas għat-trasferiment bankarju, ikun jeħtieġlu jħallas dan l-ammont ma’ l-applikazzjoni li jkun imiss għal liċenzja ta’ dan il-bastiment, u dan ikun prerekwiżit għall-ħruġ ta’ liċenzja ġdida. L-awtoritajiet ta’ Greenland sejrin jimponu ħlas amministrattiv ta’ wieħed fil-mija tal-ħlas għal-liċenzja.

Il-bastimenti Komunitarji li jkunu ta’ l-istess sid jew aġent jistgħu jissottomettu applikazzjoni kollettiva għal-liċenzji, sakemm dawn il-bastimenti kollha jkunu jtajru l-bandiera ta’ l-istess Stat Membru wieħed. Kull liċenzja li tinħareġ taħt applikazzjoni kollettiva għandha tindika l-kwantità totali ta’ l-ispeċi li għaliha jkun sar il-ħlas tal-liċenzja, u għandu jkun fiha n-notament “il-kwantità massima li għandha tinqasam bejn il-bastimenti… (l-ismijiet tal-bastimenti kollha elenkati fl-applikazzjoni kollettiva)”.

Applikazzjoni kollettiva jeħtiġilha jkollha magħha pjan tas-sajda, li jagħti l-kwantità ta’ mira għal kull bastiment. Kwalunkwe tibdila fil-pjan tas-sajda, talanqas 3 ijiem qabel ma ssir, għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet ta’ Greenland, flimkien ma’ kopja lill-Kummisjsoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali.

L-awtoritajiet tal-Komunità għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet ta’ Greenland l-applikazzjoni (kollettiva) għal liċenzja/i ta’ kull bastiment li jkun jixtieq jistad skond dan il-Ftehim.

L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom id-dritt li jissospendu liċenzja eżistenti jew li ma joħorġux liċenzja ġdida, jekk bastiment Komunitarju ma jkunx osserva r-rekwiżiti dwar it-trażmissjoni lill-awtoritajiet ta’ Greenland tal-paġni rilevanti tar-reġistru ta’ abbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, skond l-arranġamenti dwar ir-rappurtar tal-qbid.

2.

Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-Arranġament Amministrattiv, l-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha dwar il-kontijiet tal-bank li jridu jintużaw sabiex isiru l-ħlasijiet.

3.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu għal bastimenti speċifiċi u ma jkunux trasferibbli, suġġett għad-dispożizzjonjiet tal-paragrafu 4. Il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità massima li hija awtorizzata għall-qbid u ż-żamma abbord. Emenda għal kwalunkwe kwantità massima indikata fil-liċenzja/i għandha tkun suġġetta għal applikazzjoni ġdida. Meta bastiment inċidentalment jisboq kwalunkwe kwantità massima indikata fil-liċenzja tiegħu, għandu jħallas għall-kwantità li biha jkun eċċeda l-kwantità massima indikata fil-liċenzja tiegħu. Ma tinħareġ l-ebda liċenzja ġdida għal dak il-bastiment sakemm ma jkunux saru l-ħlasijiet kollha li jikkorrispondu għall-kwantitajiet eċċessivi. Il-ħlas jiġi kkalkulat skond Parti B 2, u wara jiġi ttriplikat.

4.

Madankollu, f'każ ta’ force majeure u fuq talba tal-Kummissjoni tal-Komuitajiet Ewropej, il-liċenzja ta’ bastiment tista' tiġi ssostitwita minn liċenzja ġdida għal bastiment ieħor b'karatteristiċi li jixbhu lil dawk ta’ l-ewwel bastiment. Il-liċenzja l-ġdida għandha tindika:

id-data tal-ħruġ,

il-fatt li tkun qed tikkanċella u tissostitwixxi l-liċenzja tal-bastiment preċedenti.

5.

L-Awtorità tas-Sajd ta’ Greenland għandha tittrażmetti l-liċenzja lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ l-applikazzjoni.

6.

Il-liċenzja oriġinali jew kopja tagħha jeħtiġilhom jinżammu abbord f'kull waqt, u jiġu ppreżentati fi kwalunkwe waqt tat- talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Greenland.

B.   Il-Validità tal-Liċenzji u l-Ħlas

1.

Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ sa tmiem is-sena kalendarja li fiha tkun inħarġet il-liċenzja. Għandhom jinħarġu fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-wasla ta’ l-applikazzjoni, wara li jkun sar il-ħlas rekwiżit għal-liċenzja għal kull sena u kull bastiment.

F'dak li jirrigwarda s-sajd għal-capelin, il-liċenzji jinħarġu mill-20 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru u mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April.

Jekk leġiżlazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi l-possibbiltajiet tas-sajd għal sena partikolari għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji f'ilmijiet fejn ikunu rekwiżiti l-limitazzjonijiet tal-qbid, ma tkunx għadha ġiet adottata sal-bidu tas-sena tas-sajd, il-bastimenti tas-sajd tal-Komuità li kienu awtorizzati jistadu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tas-sajd ta’ qabel ikunu jistgħu jissuktaw l-attivitajiet tagħhom bl-istess liċenzja għas-sena li għaliha ma tkunx ġiet adottata l-leġiżlazzjoni, sakemm jippermetti l-parir xjentifiku. Użu proviżorju ta’ 1/12 tal-kwota fix-xahar ser ikun permess, sakemm isir il-ħlas tal-liċenzja applikabbli għall-kwota. Il-kwota proviżorja tista' tiġi aġġustata f'relazzjoni mal-parir xjentifiku u l-kundizzjonjiet speċifiċi tas-sajd.

2.

Il-ħlas tal-liċenzja għandu jkun 5 % tal-prezz konvertit, li jiġi kif ġej:

Speċijiet

Prezz għal kull tunnellata tal-piż ħaj

Merluzz

1 800

Redfish

1 053

Ħalibatt ta’ Greenland

2 571

Gambli

1 600

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku (1)

4 348

Capelin

100

Snowcrab

2 410

3.

Il-ħlasijiet tal-liċenzji huma kif ġej:

Speċijiet

EUR it-tunnellata

Merluzz

90

Redfish

53

Ħalibatt ta’ Greenland

129

Gambli

80

Ħalibatt ta’ l-Atlantiku (2)

217

Capelin

5

Snowcrab

120

Il-pagament totali għal-liċenzja (il-kwantità massima awtorizzata għas-sajd immultiplikata bil-prezz għal kull tunnellata) sejjer jinkludi ħlas għall-amministrazzjoni ta’ Greenland ta’ wieħed fil-mija tal-ħlas tal-liċenzja.

Jekk ma tinqabadx il-kwantità massima awtorizzata, il-ħlas korrispondenti għal din il-kwantità massima awtorizzata ma jitħallasx lura lil sid il-bastiment.

Formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd fiż-Żee ta’ Greenland

1

Nazzjonalità

 

2

Isem il-bastiment

 

3

Numru tar-Reġistru tal-Flotta Komunitarja

 

4

Ittri u numru esterni ta’ l-identifikazzjoni

 

5

Il-port ta’ reġistrazzjoni

 

6

L-identifikatur tar-radju (call sign)

 

7

Numru ta’ l-Inmarsat (telefown, telex, email) (3)

 

8

Sena tal-kostruzzjoni

 

9

Tip ta’ bastiment

 

10

Tip ta’ tagħmir tas-sajd

 

11

Speċi ta’ mira + Kwantità

 

12

Żona tas-sajd (ICES/NAFO)

 

13

Perjodu għal liċenzja

 

14

Sidien, Indirizz, Telefown, Telex, email

 

15

Operatur tal-bastiment

 

16

Isem il-Kaptan

 

17

L-għadd ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ

 

18

Il-qawwa tal-Magna (kW)

 

19

It-tul (L.O.A.)

 

20

Tunnaġġ gross

 

21

Rappreżentant fi Greenland: L-isem u l-indirizz

 

22

L-indirizz li fih għandha tintbagħat il-liċenzja, Feks

Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat-Ġenerali għas-Sajd, Rue de la Loi 200, B-1049 Brussell, Feks +32 2 2962338


(1)  Ħalibatt ta’ l-Atlantiku u l-ispeċijiet assoċjati: EUR 3 000

(2)  Il-ħlas tal-liċenzja għall-Ħalibatt ta’ l-Atlantiku u l-ispeċijiet assoċjati: EUR 150 it-tunnellata.

(3)  Din l-informazzjoni tista' titressaq ġaladarba l-applikazzjoni tkun ġiet approvata.

Appendiċi 2

Kondizzjonijiet dwar kwistjonjiet li jirrigwardaw is-sorveljanza tal-bastimenti tas-Sajd permezz tas-satelliti

1.

It-traċċar permezz tas-satelliti għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd ta’ kull Parti meta jkunu qed joperaw fl-ilmijiet tal-Parti l-oħra.

Il-bastimenti tas-sajd sejrin ikunu ssorveljati miċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) ta’ l-Istat tal-bandiera tagħhom meta jkunu qed joperaw fl-ilmijiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra.

2.

Għall-finijiet tat-traċċar permezz tas-satelliti, il-Partijiet għandhom jiskambjaw koordinati konsistenti tal-latitudni u l-lonġitudni ta’ l-ilmijiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dawn il-koordinati għandhom ikunu bla preġudizzju għar-rivendikazzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-Partijiet. It-tagħrif għandu jiġi kkomunikat f'forma kkompjuterizzata, bħalma huma l-gradi deċimali fid-datum WGS-84.

3.

It-tagħmir u s-softwer tas-Sistema għall-Moniteraġġ tal-Bastimenti (VMS) għandhom ikunu mħarsa kontra t-tbagħbis, jiġifieri ma jippermettux it-tidħil jew il-produzzjoni ta’ pożizzjonijiet foloz, u ma jkunux jistgħu jiġu kkontrollati manwalment. Is-sistema għandha tkun għal kollox awtomatika, u operattiva f'kull waqt, ikunu xi jkunu l-kondizzjonijiet ambjentali. Għandu jkun ipprojbit li teqred it-tagħmir tat-traċċar permezz tas-satelliti, li tagħmillu l-ħsara, li ġġibu f'qagħda li ma jistax jaħdem jew tbagħbas fih mod ieħor.

B'mod partikolari, il-kaptani għandhom jiżguraw li:

id-data ma jinbidlu bl-ebda mod;

l-antenna/i konnessa/i mat-tagħmir tat-traċċar permezz tas-satelliti ma jkollhom l-ebda tip ta’ ingombru;

il-provvista ta’ l-enerġija tat-tagħmir tat-traċċar permezz tas-satelliti ma jiġi interrot bl-ebda mod; kif ukoll

it-tagħmir tat-traċċar permezz tas-satelliti ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment.

Għandu jkun ipprojbit li bastiment tas-sajd Komunitarju jidħol fiż-ŻEE ta’ Greenland mingħajr tagħmir operattiv tat-traċċar permezz tas-satelliti. L-awtoritajiet ta’ Greenland huma intitolati jissospendu, b'effett immedjat, il-liċenzja ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li jidħol fiż-ŻEE ta’ Greenland mingħajr tagħmir operattiv tat-traċċar permezz tas-satelliti. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom minnufih javżaw il-bastiment ikkonċernat. L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istat Membru tal-bandiera bis-sospensjoni tal-liċenzja.

4.

It-tagħmir għat-traċċar permezz tas-satelliti għandu jkollu marġni ta’ żball fil-pożizzjoni ta’ anqas minn 500 metru, b'intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.

5.

Meta bastiment li jkun suġġett għat-traċċar permezz tas-satelliti jidħol f'ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, jew inkella joħroġ minn dawk l-ibħra, l-Istat tal-bandiera għandu jittrasmetti lill-FMC rilevanti tal-Parti l-oħra messaġġ ta’ Ħruġ jew Dħul kif deskritti fl-Anness. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu trasmessi minnufih, u jkunu abbażi tas-sorveljanza preċedenti ta’ kull siegħa. Il-frekwenza tas-sorveljanza ta’ bastiment li jkun fl-ilmijiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra min-naħa ta’ l-FMC ta’ l-Istat tal-bandiera għandha tkun ta’ darba fis-siegħa, jew aktar ta’ spiss jekk il-Partijiet ikunu jridu hekk.

6.

Meta bastiment ikun daħal fl-ilmijiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra, l-FMC ta’ l-Istat tal-bandiera għandu minnufih u talanqas kull sagħtejn jikkomunika lill-FMC rilevanti tal-Parti l-oħra l-aħħar messaġġ ta’ pożizzjonament mill-bastiment. Dawn il-messaġġi sejrin jiġu identifikati bħala messaġġi ta’ Pożizzjonament kif deskritt fl-Anness.

7.

Għandu jkun ipprojbit li bastiment jitfi t-tagħmir tiegħu tat-traċċar permezz tas-satelliti waqt li jopera fl-ilmijiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra.

Meta t-tagħmir tat-traċċar permezz tas-satelliti jkun ittrasmetta messaġġi ta’ kull siegħa bl-istess pożizzjoni ġeografika għal aktar minn 4 sigħat, jista' jintbagħat messaġġ ta’ pożizzjonament li jkun fih il-kodiċi ta’ l-attività “ANC”, kif deskritt fl-Anness. Messaġġi ta’ pożizzjonament ta’ dan it-tip jistgħu jintbagħtu bi frekwenza ta’ darba kull 12-il siegħa. Fi żmien anqas minn siegħa minn meta tinbidel il-pożizzjoni, tissokta l-frekwenza tar-rappurtar ta’ darba fis-siegħa.

8.

Il-messaġġi skond il-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom ikunu f'forma kkompjuterizzata, jużaw l-X 25 jew protokolli siguri oħra, suġġett għall-ftehim minn qabel bejn l-FMCs rilevanti.

Malli n-NEAFC jiddeċiedi dwar sostitut, l-HTTPS jew protokolli siguri oħra jieħdu l-post ta’ l-X 25.

9.

Jekk ikun hemm ħsara teknika fit-tagħmir tat-traċċar permezz tas-satelliti li jkun hemm abbord il-bastiment, jew jekk dan ma jibqax jaħdem, il-kaptan tal-bastiment għandu, mingħajr dewmien, jikkomunika l-informazzjoni skond il-paragrafu 7 lill-FMC ta’ l-Istat tal-bandiera tiegħu. Talanqas rapport tal-pożizzjonament kull erba' sigħat għandu jkun biżżejjed f'ċirkostanzi bħal dawn, sakemm il-bastiment jibqa' fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra. L-FMC ta’ l-Istat tal-bandiera jew il-bastimenti għandhom minnufih jgħaddu t-tali messaġġi lill-FMC tal-Parti l-oħra.

Dan it-tagħmir difettuż għandu jitranġa jew jinbidel qabel ma l-bastiment jibda vjaġġ ġdid tas-sajd.

Jistgħu jsiru eżenzjonijiet fejn ikun evidenti li t-tagħmir ma jkunx jista' jitranġa jew jinbidel, għal raġunijiet li fuqhom il-kaptan jew is-sid tal-bastiment ma jkollhom l-ebda kontroll.

10.

L-FMC ta’ l-Istat tal-Bandiera għandu jissorvelja l-pożizzjonament tal-bastimenti tiegħu meta jkunu fl-ilmjiet li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra. L-informazzjoni għandha tingħadda mingħajr dewmien lill-FMC tal-Parti l-oħra, fl-eventwalità li jinstab li l-pożizzjonament tal-bastimenti ma jkunx qed jaħdem kif kien miftiehem.

11.

Jekk FMC jiskopri li l-Parti l-oħra ma tkunx qed tikkomunika l-informazzjoni skond il-paragrafi 5, 6 u 7, il-Parti l-oħra għandha tiġi nnotifikata minnufih.

Il-messaġġi maħżuna għandhom jiġu trasmessi hekk kif il-komunikazzjoni elettronika tkun reġgħet ġiet stabbilita bejn l-FMCs rilevanti.

Disturbi tal-komunikazzjoni bejn l-FMCs ma għandhomx jaffettwaw l-operat tal-bastimenti.

12.

Id-data tal-pożizzjonament li jkunu ġew ikkomunikati lill-Parti l-oħra skond dan il-Ftehim ma għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jiġu mikxufa lill-awtoritajiet, għajr lil dawk tal-kontroll u l-moniteraġġ, b'tali mod li minnhom tkun tista' tinstilet l-identifikazzjoni ta’ bastiment individwali.

13.

L-FMCs tal-Komunità Ewropea għandhom ikunu l-FMC ta’ l-Istat tal-bandiera f'dak li jirrigwarda t-trasżmissjoni tal-messaġġi u r-rapporti skond il-paragrafi 5, 6 u 7 min-naħa tal-Komunità Ewropea lil Greenland. Għall-finijiet tal-komunikazzjoni ta’ tali rapporti u messaġġi min-naħa ta’ Greenland lill-Komunità Ewropea, l-FMC tal-Komunità Ewropea għandu jkun l-FMC ta’ l-Istat Membru tal-bandiera li l-bastiment ikun qed jopera jew ikun opera f'ilmijietu. L-FMC ta’ Greenland huwa stabbilit fl-unità ta’ kontroll tad-Direttorat tas-Sajd (l-awtoritajiet tal-Kontroll tal-Liċenzji tas-Sajd ta’ Greenland) f'Nuuk.

14.

Il-Partijiet għandhom jiskambjaw it-tagħrif rigward l-indirizzi u l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni elettronika bejn l-FMCs tagħhom, skond il-paragrafi 5, 6 u 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sakemm ikunu disponibbli, ismijiet, numri tat-telefown u indirizzi tal-posta elettronika li jistgħu jkunu ta’ siwi għall-komunikazzjoni ġenerali bejn l-FMCs.

15.

Jekk bastiment, kif identifikat fil-paragrafu 1, li jtajjar il-bandiera ta’ waħda mill-Partijiet, jiġi osservat li qiegħed fil-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra filwaqt li qiegħed jistad jew bl-intenzjoni li jistad, mingħajr tagħmir operattiv tat-traċċar permezz tas-satelliti abbord u mingħajr komunikazzjoni ta’ messaġġi mal-Parti l-oħra, dan il-bastiment jista' jiġi ordnat jitlaq mill-ilmijiet ta’ dik il-Parti. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri rigward l-iskambju ta’ l-informazzjoni sabiex jistabbilixxu l-qagħda fattwali li tkun qed tikkawża t-tali nuqqas ta’ messaġġi. Dan l-iskambju jeħtieġ li jfittex li jippreveni l-esklużjoni inġusta tal-bastiment.

16.

In-nuqqas ripetut tar-rispett tal-miżuri pprovduti hawnhekk jista' jitqies bħala ksur gravi.

17.

Il-Partijiet għandhom jirrivedu dawn il-Kondizzjonijiet skond ma jkun f'loku.

Il-komunikazzjoni ta’ messaġġi tal-VMS lill-FMC tal-Parti l-oħra

1)

Messaġġ ta’ “DĦUL”

Element tad-data

Każella Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Osservazzjonijiet

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

M

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz

AD

M

Dettall tal-messaġġ; il-Parti destinatarja, kodiċi tal-pajjiż Alfa-3 ISO

Mingħand

FR

M

Dettall tal-messaġġ; il-Parti trasmittenti, kodiċi tal-pajjiż Alfa-3 ISO

Numru tar-reġistrazzjoni

RN

O

Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-reġistrazzjoni

RD

O

Dettall tal-messaġġ; data tat-trasmissjoni

Ħin tar-reġistrazzjoni

RT

O

Dettall tal-messaġġ; ħin it-trasmissjoni

Tip ta’ messaġġ

TM

M

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “ENT”

L-identifikatur tar-radju (call sign)

RC

M

Dettall tal-bastiment; l-identifikatur internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Referenza interna Numru

IR

M

Dettall tal-bastiment; numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru

Numru estern tar-reġistru

XR

O

Dettall tal-bastiment; in-numru fuq ġenb il-bastiment

Latitudni

LT

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Lonġitudni

LG

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84)

Veloċità

SP

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f'għaxriet ta’ mili nawtiċi fis-siegħa

Kors

CO

M

Dettall tal-pożizzjoni; Iil-kors tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Data

DA

M

Dettall tal-pożizzjoni; id-data f'UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin f'UTC tal-pożizzjoni (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

M

Dettall tas-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

2)

Messaġġ/rapport ta’ “POŻIZZJONI”

Element tad-data

Każella Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Osservazzjonijiet

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

M

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz

AD

M

Dettall tal-messaġġ; il-Parti destinatarja, kodiċi tal-pajjiż Alfa-3 ISO

Mingħand

FR

M

Dettall tal-messaġġ; il-Parti trasmittenti, kodiċi tal-pajjiż Alfa-3 ISO

Numru tar-reġistrazzjoni

RN

O

Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-reġistrazzjoni

RD

O

Dettall tal-messaġġ; data tat-trasmissjoni

Ħin tar-reġistrazzjoni

RT

O

Dettall tal-messaġġ; ħin it-trasmissjoni

Tip ta’ messaġġ

TM

M

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “POS” (1)

L-identifikatur tar-radju (call sign)

RC

M

Dettall tal-bastiment; l-identifikatur internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Referenza interna Numru

IR

M

Dettall tal-bastiment; numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru

Numru estern tar-reġistru

XR

O

Dettall tal-bastiment; in-numru fuq ġenb il-bastiment

Latitudni

LT

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Lonġitudni

LG

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84)

Attività

AC

O (2)

Dettall tal-pożizzjoni; “ANC” jindika qagħda ta’ rappurtar imnaqqas

Veloċità

SP

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f'għaxriet ta’ mili nawtiċi fis-siegħa

Kors

CO

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-kors tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Data

DA

M

Dettall tal-pożizzjoni; id-data f'UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin f'UTC tal-pożizzjoni (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

M

Dettall tas-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

3)

Messaġġ ta’ “ĦRUĠ”

Element tad-data

Każella Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Osservazzjonijiet

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

M

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Indirizz

AD

M

Dettall tal-messaġġ; il-Parti destinatarja, kodiċi tal-pajjiż Alfa-3 ISO

Mingħand

FR

M

Dettall tal-messaġġ; il-Parti trasmittenti, kodiċi tal-pajjiż Alfa-3 ISO

Numru tar-reġistrazzjoni

RN

O

Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-reġistrazzjoni

RD

O

Dettall tal-messaġġ; data tat-trasmissjoni

Ħin tar-reġistrazzjoni

RT

O

Dettall tal-messaġġ; ħin it-trasmissjoni

Tip ta’ messaġġ

TM

M

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “EXI”

L-identifikatur tar-radju (call sign)

RC

M

Dettall tal-bastiment; l-identifikatur internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Referenza interna Numru

IR

M

Dettall tal-bastiment; numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru

Numru estern tar-reġistru

XR

O

Dettall tal-bastiment; in-numru fuq ġenb il-bastiment

Data

DA

M

Dettall tal-pożizzjoni; id-data f'UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

M

Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin f'UTC tal-pożizzjoni (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

M

Dettall tas-sistema; jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

4)

Dettalji tal-format

Kull messaġġ fi trasmissjoni tad-data għandu jkollu l-istruttura li ġejja:

żewġ linji mxengla (//) u l-karattri “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ,

żewġ linji mxengla (//) u kodiċi ta’ każella (field code) tad-data jindikaw il-bidu ta’ element tad-data,

linja mxengla (/) tifred każella mid-data,

pari ta’ data huma mifrudin minn spazju,

il-karattri “ER” u żewġ linji mxengla (//) jindikaw tmiem ir-reġistrazzjoni.

Il-każelli kollha f'dan l-Anness huma fil-Format ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana, kif deskritt fi “The NEAFC Scheme of Control and Enforcement”.


(1)  It-tip ta’ messaġġ għandu jkun “MAN” għal rapporti kkomunikati minn bastimenti b'tagħmir difettuż tat-traċċar permezz tas-satelliti.

(2)  Applikabbli biss jekk il-bastiment ikun qed jittrasmetti messaġġi POS bi frekwenza mnaqqsa.

Appendiċi 3

Metodi u kriterji għall-evalwazzjoni ta’ proġetti għall-impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti

1.

Il-Partijiet għandhom jaqsmu bejniethom it-tagħrif dwar il-proġetti li jiġu ppreżentati għall-ħolqien ta’ impriżi konġunti temporanji u impriżi konġunti skond l-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim.

2.

Il-proġetti għandhom jiġu ppreżentati lill-Komunità permezz ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i).

3.

Il-Komunità għandha tissottometti lill-Kumitat Konġunt lista ta’ proġetti li jirrigwardaw l-impriżi konġunti temporanji u l-impriżi konġunti. Il-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-proġetti, inter alia skond il-kriterji li ġejjin:

(a)

teknoloġija adegwata għall-attivitajiet tas-sajd proposti;

(b)

l-ispeċi(jiet) tal-mira u ż-żoni tas-sajd;

(ċ)

l-età tal-bastiment;

(d)

fil-każ ta’ impriżi konġunti temporanji, it-tul totali ta’ żmien u dak ta’ l-attivitajiet tas-sajd;

(e)

l-esperjenza preċedenti tas-sid tal-bastiment Komunitarju u ta’ kwalunkwe sieħeb minn Greenland fis-settur tas-sajd.

4.

Il-Kumitat Konġunt għandu joħroġ opinjoni fuq il-proġetti, wara l-evalwazzjoni fil-punt 3.

5.

Fil-każ ta’ l-impriżi konġunti temporanji, ġaladarba l-proġetti jkunu rċevew opinjoni favorevoli mingħand il-Kumitat Konġunt, l-Awtorità ta’ Greenland għandha toħroġ l-awtorizzazzjonijiet u l-liċenzji tas-sajd meħtieġa.

Kondizzjonijiet rigward l-aċċess għar-riżorsi min-naħa ta’ l-impriżi konġunti temporanji fi Greenland

1.   Il-Liċenzji

Il-liċenzji tas-sajd li għandhom jinħarġu minn Greenland għandu jkollhom l-istess tul ta’ validità daqs it-tul ta’ l-impriżi konġunti temporanji. Is-sajd għandu jsir skond kwoti allokati mill-Awtorità ta’ Greenland.

2.   Is-sostituzzjoni tal-bastimenti

Bastiment Komunitarju li jkun qiegħed jistad taħt impriża konġunta temporanja jista', biss għal raġunijiet dovutement iġġustifikati u bil-qbil tal-Partijiet, jiġi sostitwit minn bastiment Komunitarju ieħor ta’ kapaċità u bi speċifikazzjonijiet tekniċi ekwivalenti.

3.   It-tagħmir

Il-bastimenti li jkunu taħt impriżi konġunti temporanji għandhom josservaw ir-regoli u r-regolamenti applikabbli fi Greenland rigward it-tagħmir, liema regoli u regolamenti għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni bejn il-bastimenti ta’ Greenland u dawk Komunitarji.

Appendiċi 4

Dettalji ta’ implimentazzjoni għas-sajd sperimentali

Rigward is-sajd sperimentali, il-Gvern Awtonomu ta’ Greenland u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-operaturi tal-Komunità Ewropea, l-aħjar żmien, kif ukoll l-arranġamenti għall-implimentazzjoni. Sabiex jiffaċilita l-ħidma ta’ esplorazzjoni min-naħa tal-bastimenti, il-Gvern Awtonomu ta’ Greenland (permezz ta’ l-Istitut dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Greenland) għandu jipprovdi l-informazzjoni eżistenti xjentifika u t-tagħrif bażiku ta’ xorta oħra.

L-industrija tas-sajd ta’ Greenland għandha tkun assoċjata mill-qrib (il-koordinamen u d-djalogu dwar l-arranġamenti għas-sajd sperimentali).

It-tul tal-kampanji: massimu ta’ sitt xhur u minimu ta’ tliet xhur, sakemm ma jinbidlux minn partijiet fil-ftehim.

L-għażla tal-kandidati għall-implimentazzjoni tal-kampanji sperimentali:

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika t-talbiet għal-liċenzji għas-sajd sperimentali lill-awtoritajiet ta’ Greenland. Fajl tekniku li jispeċifika:

il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment;

il-livell ta’ l-esperjenza fiż-żona tas-sajd tal-fizzjali tal-bastiment;

il-proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (it-tul, it-tagħmir, ir-reġjuni ta’ esplorazzjoni, eċċ.)

Jekk iqis li dan ikun ta’ ħtieġa, il-Gvern Awtonomu ta’ Greenland għandu jorganizza djalogu tekniku bejn l-amministrazzjonijiet ta’ Greenland u l-awtoritajiet tal-Komunità u s-sidien tal-bastimenti kkonċernati.

Qabel il-bidu tal-kampanja, is-sidien tal-bastimenti għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet ta’ Greenland u lill-Kummissjoni Ewropea:

dikjarazzjoni tal-qabdiet li diġà jkunu abbord;

il-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir tas-sajd li għandu jintuża fil-kampanja;

assigurazzjoni tal-konformità tagħhom mar-Regolamenti tas-sajd ta’ Greenland;

Matul il-kampanja ta’ tbaħħir, sidien il-bastimenti kkonċernati għandhom:

jipprovdu lill-Istitut dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Greenland, l-awtoritajiet ta’ Greenland u l-Kummissjoni Ewropea rapport ta’ kull ġimgħa dwar il-qabdiet ta’ kuljum u dwar kull sajda, inkluża d-deskrizzjoni tal-parametri tekniċi tal-kampanja (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qabdiet u osservazzjonijiet jew kummenti oħra);

jikkomunikaw il-pożizzjoni, il-veloċità u d-direzzjoni tal-bastiment permezz tal-VMS;

jiżguraw il-preżenza abbord ta’ osservatur xjentifiku ta’ Greenland jew ta’ osservatur magħżul mill-awtoritajiet ta’ Greenland. Ir-rwol ta’ l-osservatur sejjer ikun li jiġbor l-informazzjoni xjentifika mill-qabdiet li jsiru, kif ukoll li jieħu l-kampjuni mill-qabdiet. L-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala fizzjal tal-bastiment, u sid il-bastiment għandu jkopri l-ispejjeż ta’ l-osservatur kemm idum abbord il-bastiment. Id-deċiżjoni dwar iż-żmien li jdum abbord l-osservatur, it-tul tal-mawra tiegħu u l-port ta’ l-imbark u l-iżbark tiegħu tittieħed bi qbil ma’ l-awtoritajiet ta’ Greenland. Sakemm il-partijiet ma jaqblux bil-maqlub, il-bastiment qatt ma jiġi obbligat jidħol il-port aktar minn darba kull xahrejn.

jissottomettu l-bastimenti għall-ispezzjoni mal-ħruġ miż-ŻEE ta’ Greenland, jekk l-awtoritajiet ta’ Greenland jitolbu hekk;

jiżguraw li jikkonformaw mar-Regolamenti tas-sajd ta’ Greenland.

Il-qabdiet li jkunu konsistenti mal-kampanja sperimentali u li jkunu nkisbu matulha jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment.

Il-qabdiet li jkunu konsistenti mal-kampanja sperimentali għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ Greenland qabel il-bidu ta’ kull kampanja, u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kaptan(i) tal-bastiment(i) (i)kkonċernat(i).

L-awtoritajiet ta’ Greenland għandhom jinnominaw persuna ta’ kuntatt li tkun responsabbli għat-trattament ta’ kwalunkwe problema mhux prevista li tkun tista' ttellef l-iżvilupp tas-sajd sperimentali.

L-awtoritajiet ta’ Greenland, qabel il-bidu ta’ kull kampanja, għandhom jippreżentaw id-dettalji u l-kondizzjonijiet tal-kampanji tas-sajd sperimentali, skond l-Artikoli 9 u 10 tal-Ftehim, u skond il-liġi ta’ Greenland.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/26


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 754/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 fir-rigward ta’ l-opportunitajiet u l-kondizzjonijiet assoċjati tas-sajd għal ċerti ħażniet ta’ ħut

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni għas-Sajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tal-ħażniet ta’ merluzz (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 (3) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet u gruppi ta’ ħut applikabbli għall-Baħar Baltiku għall-2007.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1941/2006 jipprevedi li l-ġranet ta’ projbizzjoni addizzjonali li għandhom ikunu allokati mill-Istati Membri f'ċerti subdiviżjonijiet tal-Baħar Baltiku għandhom jinqasmu f'perijodi ta’ mhux anqas minn 5 ijiem. Dik il-previżjoni, madankollu, ma’ għandhiex tapplika fejn il-ġranet ta’ projbizzjoni addizzjonali huma marbutin ma’ wieħed mill-perijodi magħluqin previsti f'dak ir-Regolament, sakemm il-perijodu totali ta’ ġranet magħluqin huwa ugwali jew aktar minn ħamest ijiem. L-allokazzjoni tal-ġranet ta’ projbizzjoni addizzjonali għandha tkun iċċarata retroattivament.

(3)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-portijiet magħżulin għandhom ikunu ċċarati.

(4)

Il-linji tal-mitlaq għandhom ikunu esklużi mit-tipi ta’ rkaptu soġġetti għal-limiti ta’ l-isforz tas-sajd meta dan it-tip ta’ rkaptu ma jintużax biex jinqabad il-merluzz.

(5)

Billi mhuwiex ikkunsidrat meħtieġ li tinżamm ir-referenza għas-Subdiviżjoni 27 rigward il-limiti ta’ l-isforz tas-sajd fil-baħar Baltiku minħabba qabdiet minimi ta’ merluzz f'din is-Subdiviżjoni, ir-referenza għal din is-Subdiviżjoni għandha titħassar.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 (4) jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Komunitarji rigward ċerti ħażniet ta’ ħut tal-baħar fond.

(7)

Id-deskrizzjonijiet ta’ ċerti żoni tas-sajd f'dak ir-Regolament għandhom ikunu ċċarati sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni korretta taż-żona li fiha tista' tinqabad kwota bis-sajd.

(8)

Ċerti kwoti u noti ta’ qiegħ il-paġna kienu indikati b'mod inkorrett f'dak ir-Regolament għal ċerti speċijiet u għandhom jiġu korretti.

(9)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 (5) jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċertu ħażniet u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid.

(10)

Għandhom ikunu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet speċjali rigward il-ħatt l-art jew it-trasbord ta’ ħut iffriżat maqbud minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjiż terz fiż-żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC.

(11)

It-titolu ta’ l-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 u ċerti deskrizzjonijiet ta’ żoni tas-sajd għandhom ikunu ċċarati sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni korretta taż-żona li fiha tista' tinqabad kwota bis-sajd.

(12)

Il-limiti tal-qbid finali għas-sajd taċ-ċiċċirell fiż-żoni ICES IIIa u IV u fl-ilmijiet KE taż-żona ICES IIa għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta’ avviż mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u skond il-punt 8 ta’ l-Anness IID tar-Regolament (KE) Nru 41/2007. Iċ-ċiċċirell huwa ħażna tal-baħar tat-Tramuntana li huwa kondiviż man-Norveġja iżda li preżentement mhuwiex ġestit konġuntament. Il-limiti tal-qbid finali huma skond ir-Rekord Miftiehem ta’ konklużjonijiet ta’ konsultazzjonijiet tas-sajd fin-Norveġja fit-22 ta’ Mejju 2007.

(13)

Il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-kwota tal-qabdiet inċidentali dwar rebekkini u rajja għandhom ikunu limitati għal kwantitajiet ta’ aktar minn 200 kg ta’ dawn l-ispeċijiet.

(14)

Il-perijodu ta’ referenza li għandu x'jaqsam mal-kwantifikazzjoni ta’ l-isforzi tas-sajd użati minn flotot li jibbenefikaw mill-allokazzjoni ta’ jiem addizzjonali għall-waqfa permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd huwa indikat b'mod żbaljat u għandu jkun ikkoreġut.

(15)

Il-koordinati li jindikaw iż-żona marbuta ma’ miżuri tekniċi fil-Baħar Irlandiż fl-Anness III mhumiex korrettament indikati u għandhom ikunu kkoreġuti.

(16)

Il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Paċifiku tal-Punent u Ċentrali fit-tielet Laqgħa Annwali tiegħu bejn il-11 u l-15 ta’ Diċembru 2006 adottat miżuri biex tipproteġi lir-riżorsi tat-tonn u miżuri regolatorji għall-pixxispad f'ċerti żoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-liġi Komunitarja.

(17)

Skond konsultazzjoni bejn il-Komunità, il-Gżejjer Faroe, l-Islanda, in-Norveġja u l-Federazzjoni Russa fit-18 ta’ Jannar 2007, intlaħaq qbil dwar l-opportunitajiet ta’ sajd għall-ħażna ta’ l-aringi Atlantiko-Skandinavi (bajd tal-ħut tar-rebbiegħa ta’ l-aringi tan-Norveġja) fil-grigal ta’ l-Atlantiku. Skond dak il-qbil, l-għadd tal-liċenzji Komunitarji għandu jiżdied minn 77 sa 93. Il-qbil għandu jkun implimentat f'liġi Komunitarja.

(18)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1941/2006, (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 41/2007 għandhom, għalhekk, jiġu emendati kif adatt,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1941/2006

L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 1941/2006 għandhom jiġu emendati f'konformità ma’ l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006

Il-Parti 2 ta’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006 għandha tiġi emendata skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 41/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 51(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   B'deroga mill-Artikolu 28e(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 il-kaptani tal-bastimenti kollha tas-sajd jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jġorru ħut imsemmi fl-Artikolu 49, li għandhom l-intenzjoni li jidħlu f'port jew li jħottu fl-art jew jittrasbordaw għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-port li huma jixtiequ jużaw ta’ l-inqas 3 ijiem tax-xogħol qabel il-ħin stmat tal-wasla.”;

(2)

L-Artikolu 52 (1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“1.   Ħatt fl-art jew trasbordi jistgħu jiġu awtorizzati biss mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-port biss jekk l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun biħsiebu jħott fl-art jew jittrasborda, jew fejn il-bastiment kien involut f'operazzjonijiet ta’ trasbord barra mill-port, l-Istat tal-bandiera jew l-Istati tal-bastimenti donaturi jkunu kkonfermaw billi jibagħtu lura kopja tal-formola trasmessa skond l-Artikolu 51(3) bil-Parti B mimlija kif suppost, li:”;

(b)

il-paragrafu (3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-port għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien id-deċiżjoni tagħhom jekk jawtorizzawx il-ħatt fl-art jew it-trasbord billi jittrasmettu kopja tal-formola prevista fil-parti I ta’ l-Anness IV bil-Parti Ċ mimlija kif adatt lill-Kummissjoni u lis-Segretarju tan-NEAFC meta l-ħut maħtut l-art jew ittrasbordat ikun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC.”;

(3)

L-Artikolu 53(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet ta’ l-inqas ta’ 15 % tal-ħatt fl-art jew tat-trasbordi minn bastimenti tas-sajd ta’ pajjizi terzi, kif imsemmi fl-Artikolu 49, fil-portijiet tagħhom kull sena.”;

(4)

L-Annessi IA, IIA, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandhom jiġu emendati skond l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 1, fir-rigward ta’ l-emendi mniżżlin fl-Anness I, il-punti 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 441/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 28).

(3)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 33).

(4)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 609/2007.

(5)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 643/2007 (ĠU L 151, 13.6.2007, p. 1).


ANNESS I

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1941/2006 huma hawnhekk emendati kif ġej:

1)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

in-nota 1 f'qiegħ-il paġna taħt l-inċiżi li jikkonċernaw l-ispeċi ta' Merluzz fis-suddiviżjonijiet 25-32 (ilmijiet tal-KE) u l-ispeċi ta' Merluzz fis-suddiviżjonijiet 22-24 (ilmijiet tal-KE) għandhom jitħassru; u

(b)

l-Appendiċi I għall-Anness I għandu jitħassar.

2)

L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 1.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.

Is-sajd bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni jew irkaptu simili li għandu malji ta' daqs ekwivalenti jew akbar minn 90 mm jew bi xbieki tat-tisqif tal-qiegħ, xbieki tal-mitlaq u pariti li għandhom malji ta' daqs ekwivalenti jew akbar minn 90 mm jew bil-konzijiet tal-qiegħ jew konzijiet, ħlief għal linji tal-mitlaq għandu jkun ipprojbit:

(a)

mill-1 sas-7 ta' Jannar, mill-31 ta' Marzu sa l-1 ta' Mejju u mill-31 ta' Diċembru fis-Subdiviżjonijiet 22 sa 24; u

(b)

mill-1 sas-7 ta' Jannar, mill-5 sa l-10 ta' April, mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Awissu u l-31 ta' Diċembru fis-Subdiviżjonijiet 25 sa 26.”;

b)

il-punt 1.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.2.

Għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni jew irkaptu simili li għandu malji b’daqs ekwivalenti jew iktar minn 90 mm jew bi xbieki tat-tisqif tal-qiegħ, xbieki tal-mitlaq u pariti li għandhom malji b’daqs ekwivalenti għal 90 mm jew iktar jew bil-konzijiet tal-qiegħ jew konzijiet, ħlief għal linji tal-mitlaq, għandhom wkoll ikunu pprojbiti għal:

(a)

77 jum kalendarju f'sottodiviżjonijiet 22 sa 24 barra mill-perijodu msemmi fil-punt 1.1(a); u

(b)

67 jum kalendarju f'sottodiviżjonijiet 25 sa 26 barra mill-perijodu msemmi fil-punt 1.1(b).

L-Istati Membri għandhom jiddividu l-jiem imsemmijin f'punti (a) u (b) f'perijodi ta' mhux anqas minn 5 ijiem, sakemm il-jiem imsemmijin f'punti (a) u (b) jiżdiedu mal-perijodi mniżżlin fil-punti 1.1(a) u 1.1(b) rispettivament, minbarra l-31 ta' Diċembru.”;

(ċ)

Għandu jiżdied il-punt li ġej:

“1.3.

Meta jsir sajd bil-linji tal-mitlaq fil-perijodi u fil-jiem imniżżlin fil-punti 1.1 u 1.2, m'għandu jinżamm l-ebda merluzz abbord.”.

3)

Il-punt 2.7.1 ta' l-Anness III għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.7.1.

Jekk Stat Membru jkun għażel portijiet għall-ħatt tal-merluzz, il-bastimenti tas-sajd li jżommu aktar minn 750 kg ta' piż ta' merluzz ħaj, jistgħu esklussivament iħottu fl-art il-merluzz f'dawn il-portijiet magħżulin.”.


ANNESS II

Il-Parti 2 ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006, il-Parti 2 hija hawnhekk emendata kif ġej:

1)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Alfonsinos fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni ta' l-ICES I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Alfonsinos

Beryx spp.

Zona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, VI, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV

Sena

2007

2008

 

Spanja

74

74

 

Franza

20

20

 

L-Irlanda

10

10

 

Il-Portugall

214

214

 

Ir-Renju Unit

10

10

 

KE

328

328 ”

 

2)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi Roundnose grenadier fiż-żona ICES IIIa u fl-ilmijiet Komunitarji ta' żoni ICES IIIbċd għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

IIIa u l-ilmijiet Komunitarji ta' IIIbċd

Sena

2007

2008

 

Id-Danimarka

1 002

946

 

Il-Ġermanja

6

5

 

L-Iżvezja

52

49

 

KE

1 060

1 000 ”

 

3)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Roundnose grenadier fl-ilmijiet Komunitarji u fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' żoni ta' l-ICES VIII, IX, X, XII u XIV u V (ibħra ta' Groenlandja) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VIII, IX, X, XII and XIV

Sena

2007

2008

 

Il-Ġermanja

40

40

 

Spanja

4 391

4 391

 

Franza

202

202

 

L-Irlanda

9

9

 

Ir-Renju Unit

18

18

 

Il-Latva

71

71

 

Il-Litwanja

9

9

 

Il-Polonja

1 374

1 374

 

KE

6 114

6 114 ”

 

4)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Orange roughy fl-ilmijiet Komunitarji u fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni ta' l-ICES I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XI, XII u XIV għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV

Sena

2007

2008

 

Spanja

4

3

 

Franza

23

15

 

L-Irlanda

6

4

 

Il-Portugall

7

5

 

Ir-Renju Unit

4

3

 

KE

44

30 ”

 

5)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi Molva kaħla fl-ilmijiet Komunitarji u fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi taż-żoni ta' l-ICES VI u VII għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Speċijiet

:

Blue ling

Molva dypterygia

Żona

:

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI u VII (2)

Sena

2007

2008

 

Il-Ġermanja

26

21

 

L-Estonja

4

3

 

Spanja

83

67

 

Franza

1 898

1 518

 

L-Irlanda

7

6

 

Il-Litwanja

2

1

 

Il-Polonja

1

1

 

Ir-Renju Unit

482

386

 

Oħrajn (1)

7

6

 

KE

2 510

2 009

 

6)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi tal-Paġella Ħamra fl-ilmijiet Komunitarji u fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

‘Speċijiet

:

Paġella Ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona

:

X (Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi)

Sena

2007

2008

 

Spanja (3)

10

10

 

Il-Portugall (3)

1 116

1 116

 

Ir-Renju Unit (3)

10

10

 

KE (3)

1 136

1 136

 


(1)  Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota.

(2)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd għall-Molva kaħla huwa ssorveljat xjentifikament, partikolarment l-attivitajiet ta' dawk il-bastimenti tas-sajd li ħattew fl-art aktar minn 30 tunnellata ta' Molva kaħla fl-2005. Il-bastimenti kollha għandhom jagħtu notifika minn qabel tal-ħatt fl-art ta' aktar minn 5 tunnellati ta' Molva kaħla u m'għandhomx iħottu fl-art aktar minn 25 tunnellata ta' Molva kaħla fl-aħħar ta' kwalunkwe vjaġġ għas-sajd.’

(3)  Sa 10 % tal-kwoti ta' l-2008 jistgħu jinqabdu f'Diċembru 2007’


ANNESS III

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huma hawnhekk emendati kif ġej:

1)

L-Anness IA għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

 

“SKAGERRAK, KATTEGAT, iż-żoni ta' l-ICES I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII and XIV, l-ilmijiet tal-KE tas-CKEAF, l-ilmijiet tal-Gujana Franċiża”;

(b)

L-annotazzjoni rigward l-ispeċi Sallura fiż-żona ICES IIIa; fl-ilmijiet Komunitarji taż- żoni ta' l-ICES IIa u IV għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Sallura

Ammodytidae

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV (1)

SAN/2A3A4.

Id-Danimarka

144 324  (2)

TAC analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ir-Renju Unit

3 155  (3)

L-Istati Membri kollha

5 521  (4)  (5)

KE

153 000  (6)

In-Norveġja

20 000  (7)

TAC

Mhux rilevanti (8)

(c)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi Aringa fiż-żona ta' l-ICES IV fit-tramuntana ta' 53 °30 'N għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Aringa (9)

Clupea harengus

Żona

:

Ilmijiet ta' KE u Norveġiżi ta' IV fit-Tramuntana ta' 53° 30' N

HER/04A., HER/04B.

Danimarka

50 349

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Ġermanja

34 118

Franza

19 232

L-Olanda

47 190

Svezja

3 470

Renju Unit

50 279

KE

204 638

In-Norveġja

50 000  (10)

TAC

341 063

(d)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Aringa fiż-żona ta' l-ICES Vb u Vib u l-ilmijiet tal-KE fiż-żona ta' l-ICES VIaN għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

Ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali ta' Vb, VIb u VIaN (11)

HER/5B6ANB.

Il-Ġermanja

3 727

TAC Prekawzjonali
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Franza

705

L-Irlanda

5 036

L-Olanda

3 727

Ir-Renju Unit

20 145

KE

33 340

Il-Gżejjer Faroe

660  (12)

TAC

34 000

(e)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi tal-Bakkaljaw fiż-żoni ta' l-ICES VIb, XII u XIV għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Speċijiet

:

Bakkaljaw

Melanogrammus aegledfinus

Żona

:

L-ilmijiet tal-KE u ilmijiet internazzjonali ta’ VIb, XII u XIV

HAD/6B1214

Il-Belġju

10

TAC Analitiku
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Il-Ġermanja

12

Franza

509

L-Irlanda

363

Ir-Renju Unit

3 721

KE

4 615

TAC

4 615 ”

(f)

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Rebekkini u Rajja fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV għandha tiġi sostitwita b'li ġej:

“Speċijiet

:

Rebekkini u Rajja

Rajidae

Żona

:

L-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

SRX/2AC4-C

Il-Belġju

369  (13)

TAC Prekawzjonali
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

Id-Danimarka

14  (13)

Il-Ġermanja

18  (13)

Franza

58  (13)

L-Olanda

314  (13)

Ir-Renju Unit

1 417  (13)

KE

2 190  (13)

TAC

2 190

(2)

L-Anness IIA għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 10.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“10.1.

Numru addizzjonali ta’ jiem li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żona meta jkollu abbord kwalunkwe rkaptu msemmi fil-punt 4.1 jista' jkun allokat lil Stati Membri mill-Kummissjoni abbażi tal-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li seħħew sa mill-1 ta’ Jannar 2002. L-isforz magħmul fl-2001 imkejjel f'jiem kilowatt tal-bastimenti rtirati li jużaw l-irkaptu in kwistjoni fiż-żona rilevanti għandu jkun diviż bl-isforz magħmul mill-bastimenti kollha li użaw dak l-irkaptu waqt l-2001. In-numru ta' jiem addizzjonali mbagħad jiġi kkalkolat permezz billi jkun multiplikat il-proporzjon riżultanti bin-numru ta' jiem oriġinarjament allokati. Kwalunkwe parti ta’ jum li tirriżulta minn dan il-kalkolu għandha tiġi aġġustata għall-eqreb jum sħiħ. Dan il-punt m'għandux japplika fejn bastiment ikun ġie sostitwit skond il-punt 5.2 jew fejn l-irtirar diġà ntuża fi snin preċedenti biex ikunu akkwistati jiem addizzjonali fuq il-baħar.”;

(b)

Il-punt 11.4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“11.4.

Sitt ijiem addizzjonali li fihom bastiment jista' jkun preżenti fi ħdan iż-żona msemmija f'punt 2.1(ċ) waqt li abbord ikollu rkaptu msemmi fil-punt 4.1(a)(iv) u 4.1(a)(v) jistgħu jkunu allokati bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008 lill-Istati Membri mill-Kummissjoni abbażi ta' Proġett Pilota għat-Tisħiħ tad-Data.”;

(c)

Il-punt 11.5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“11.5.

Tnax-il jum addizzjonali li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żona msemmija f'punt 2.1(ċ) waqt li abbord ikollu rkaptu msemmi fil-punt 4.1 ħlief għall-irkaptu msemmi fil-paragrafi 4.1(a)(iv) u 4.1(a)(v) jistgħu jkunu allokati bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008 lill-Istati Membri mill-Kummissjoni abbażi ta' Proġett Pilota għat-Tisħiħ tad-Data.”;

(3)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt 8.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.1.

Fil-perijodu mill-14 ta’ Frar 2007 sat-30 ta’ April 2007 għandu jkun ipprojbit kwalunkwe użu tax-xbieki tat-tkarkir tal-par, bit-tartarun jew xbiek simili li jinġibed, kwalunkwe għażel, parit, xbiek tat-tħabbil jew xbiek statiku simili jew kwalunkwe rkaptu tas-sajd bis-snanar f'dik il-parti ta' l-ICES tad-diviżjoni VIIa magħluqa kif ġej:

il-kosta tal-lvant ta' l-Irlanda u l-kosta tal-lvant ta' l-Irlanda ta' Fuq; u

linji dritti li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

punt mill-kosta tal-lvant tal-peniżola Ards fl-Irlanda ta' Fuq fil-54o 30' N;

54° 30′ N, 4° 50′ W;

53° 15′ N, 4° 50′ W;

punt mill-kosta tal-lvant ta' l-Irlanda fil-53o 15' N.”;

(b)

Il-punt 9.4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“9.4.

Permezz ta' deroga mill-punt 9.3 għandu jkun permess l-użu ta' l-irkaptu li ġej:

(a)

Għeżula b'qies il-malji daqs jew akbar minn 120 mm u anqas minn 150 mm, dment li jintużaw f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, ikunu ta' mhux aktar minn 100 malja fond, għandhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0,5 u huma armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 2,5 km fit-tul, u t-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-25 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu fl-ilma għandu jkun ta' 24 siegħa; jew

(b)

Xbiek tat-tħabbil b'qies il-malji daqs jew akbar minn 250 mm, dment li jintużaw f'ilmijiet ta' anqas minn 600 metru fond muri fuq il-mappa, ikunu ta' mhux aktar minn 15-il malji fond, għandhom proporzjon tad-dendil ta' mhux anqas minn 0,33 u mhumiex armati b'sufruni jew oġġetti oħra li jżommuhom fil-wiċċ. Kull rimja għandha tkun ta' massimu 10 km fit-tul. It-tul totali tar-rimjiet kollha użati f'waqt wieħed m'għandux jaqbeż il-100 km għal kull bastiment. Il-ħin massimu fl-ilma għandu jkun ta' 72 siegħa.

Madankollu, din id-deroga m'għandhiex tapplika fiż-żona Regolatorja tan-NEAFC.”;

(c)

Il-punt 21 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“21.   Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent

21.1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isforz totali tas-sajd għat-tonn għajnu kbira, tat-tonn tal-pinen sofor, tal-palamit u ta' l-alonga tan-nofsinhar tal-Paċifiku fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Ħażniet ta' Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (“iż-Żona tal-Konvenzjoni”) ikun limitat għall-isforz tas-sajd previst fil-ftehimiet ta' sħubija tas-sajd bejn il-Komunità u l-Istati kostali fir-reġjun.

21.2.

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom huma awtorizzati li jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandhom jiżviluppaw pjanijiet ta' ġestjoni għall-użu ta' rkaptu fiss jew mitluq għal riħu biex jinġema' l-ħut (FADs). Dawk il-pjanijiet ta' ġestjoni għandhom jinkludu strateġiji biex jillimitaw l-interazzjoni mat-tonn ta' għajnu kbira u tat-tonn tal-pinen sofor li jkunu għadhom żgħar.

21.3.

Il-pjanijiet ta' ġestjoni msemmijin fil-punt 21.2 għandhom ikunu ppreżentati lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2007. Il-Kummissjoni għandha tiġbor dawk il-pjanijiet ta' ġestjoni u tippreżenta pjan ta' ġestjoni Komunitarju lis-Segretarjat tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent u ċ-Ċentru tal-Paċifiku (WCPFC) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007.

21.4.

In-numru ta' bastimenti Komunitarji li jistadu għall-pixxispad fiż-żoni fin-nofsinhar ta' 20° S taż-Żona tal-Konvenzjoni m'għandux jaqbeż l-14-il bastiment. Il-parteċipazzjoni Komunitarja għandha tkun limitata għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja.”;

(4)

L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-parti I għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI I

Limitazzjonijiet kwantitattivi tal-liċenzji u permessi tas-sajd għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi

Żona ta' sajd

Sajd għal

Numru ta' liċenzji

Allokazzjoni ta' liċenzji bejn l-Istati Membri

Numru massimu ta' bastimenti preżenti f'kull ħin

Ilmijiet tan-Norveġja u ż-żona tas-sajd madwar Jan-Mayen

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00' N

93

DK: 32, DE: 6, FR: 1, IRL: 9, NL: 11, SW: 12, UK: 21, PL: 1

69

Speċijiet li jgħixu fil-qiegħ tal-baħar, fit-Tramuntana ta' 62° 00' N

80

FR: 18, PT: 9, DE: 16, ES: 20, UK: 14, IRL: 1

50

Kavalli, fin-Nofsinhar ta' 62° 00' N, sajd bit-tartaruni

11

DE: 1 (14), DK: 26 (14), FR: 2 (14), NL: 1 (14)

mhux rilevanti

Kavalli, fin-Nofsinhar ta' 62° 00' N, sajd bix-xbieki tat-tkarkir

19

mhux rilevanti

Kavalli, fit-Tramuntana ta' 62° 00' N, sajd bit-tartaruni

11  (15)

DK: 11

mhux rilevanti

Speċijiet industrijali, fin-Nofsinhar ta' 62° 00' N

480

DK: 450, UK: 30

150

Ilmijiet tal-Gżejjer Faroe

Is-sajd kollu bit-tkarkir b’bastimenti ta’ mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linja ta' bażi tal-Gżejjer Faroe

26

BE: 0, DE: 4, FR: 4, UK: 18

13

Sajd maħsub għall-merluzz u l-bakkaljaw b'malji ta' minimu 135 mm, ristrett għaż-żona fin-Nofsinhar ta' 62° 28' N u Lvant ta' 6° 30' W

8  (16)

 

4

 

Tkarkir ‘il barra minn distanza ta’ 21 mil mil-linji bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perjodi bejn l-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju u l-1 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61° 20' N u 62° 00' N u bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi.

70

BE: 0, DE: 10, FR: 40, UK: 20

26

 

Sajd bit-tkarkir għal-linarda b'malji b'qies minimu ta' 100 mm fiż-żona fin-Nofsinhar ta' 61° 30' N u l-Punent ta' 9° 00' W u fiż-żona bejn 7° 00' W u 9° 00' W fin-Nofsinhar ta' 60° 30' N u fiż-żona fil-Lbiċ ta' linja bejn 60° 30' N, 7° 00' W u 60° 00' N, 6° 00' W.

70

DE: 8 (17), FR: 12 (17), UK: 0 (17)

20  (18)

 

Sajd bit-tkarkir maħsub għall-pollakkju (saithe) b'malji ta' qies minimu ta' 120 mm u bil-possibilità li jintużaw ċineg fit-tond madwar ix-xkora tax-xibka.

70

 

22  (18)

Sajd għas-stokkafixx. In-numru totali ta' liċenzji jista' jiżdied b'erba bastimenti sabiex jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe jintroduċi regoli speċjali dwar l-aċċess għal żona li tissejjaħ “iż-żona ewlenija tas-sajd għall-istokkafixx”

36

DE: 3, DK: 19, FR: 2, UK: 5, NL: 5

20

Sajd bix-xlief

10

UK: 10

6

Sajd għall-kavalli

12

UK: 10

12

Sajd għall-aringi fit-tramuntana ta' 62° N

21

DE: 1, DK: 7, FR: 0, UK: 5, IRL: 2, NL: 3, SW: 3

21

(b)

Il-parti II għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI II

Limitazzjonijiet kwantitattivi tal-liċenzji u permessi tas-sajd għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet Komunitarji

L-Istat tal-bandiera

Sajd għal

Numru ta' liċenzji

Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fl-istess waqt

In-Norveġja

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00' N

20

20

Il-Gżejjer Faroe

Għall-kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta’ 56° 30' N), VIIe,f,h, is-sawrell, IV, VIa (Tramuntana ta’ 56° 30' N), VIIe,f,h; l-aringi, VIa (Tramuntana ta’ 56° 30' N)

14

14

Għall-aringi fit-tramuntana ta’ 62° 00' N

21

21

Għall-aringi, IIIa

4

4

Sajd industrijali għan-Norway Pout u laċċa kaħla, IV, VIa (fit-tramuntana ta’ 56° 30' N): ċiċċirell, IV (inkluż qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati ta’ stokkafixx)

15

15

Għall-lipp u t-tusk

20

10

Għall-istokkafixx, II, VIa (fit-tramuntana ta’ 56° 30' N), VIb, VII (fil-punent ta’ 12° 00' W)

20

20

Molva kaħla

16

16

Il-Venezwela

Snappers (19) (Ilmijiet tal-Gujana Franċiża)

41

pm

Għal kelb il-baħar (Ilmijiet tal-Gujana Franċiża)

4

pm


(1)  Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Li minnhom mhux aktar minn 125 459 tunnellata jistgħu jinqabdu bis-sajd fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV. It-18 865 tunnellata rimanenti jistgħu jinqabdu bis-sajd fiż-żona ta' l-ICES IIIa biss.

(3)  Li minnhom mhux aktar minn 2 742 tunnellata jistgħu jinqabdu bis-sajd fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV. L-413-il tunnellata rimanenti jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona ICES IIIa biss.

(4)  Li minnhom mhux aktar minn 4 799 tunnellata jistgħu jinqabdu bis-sajd fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ta' l-ICES IIa u IV. Is-722 tunnellata rimanenti jistgħu jinqabdu bis-sajd fiż-żona ta' l-ICES IIIa biss; l-Istati Membri barra mill-Iżvezja jistgħu jistadu biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona ta' l-ICES IIIa.

(5)  Għajr id-Danimarka u r-Renju Unit.

(6)  Li minnhom mhux aktar minn 133 000 tunnellata jistgħu jinqabdu bis-sajd fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ta' l-ICES IIa u IV. L-20 000 tunnellata rimanenti jistgħu jinqabdu bis-sajd fiż-żona ta' l-ICES IIIa biss.

(7)  Li għandhom jittieħdu fiż-żona ta' l-ICES IV.

(8)  Mhux aktar minn 170 000 tunnellata jistgħu jinqabdu bis-sajd fiż-żoni ta' l-ICES IIa u IV skond ir-Rekord Miftiehem man-Norveġja fit-22 ta’ Mejju 2007.”

(9)  Ħatt fl-art ta’ aringi meħudin f’sajd bl-użu ta’ xbieki b’malji ta' 32 mm jew akbar. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħatt fl-art tagħhom ta’ aringi separatament u jiddistingwu bejn iż-żoni IVa u IVb ta’ l-ICES.

(10)  Jistgħu jinqabdu fl-ilmijiet tal-KE. Qabdiet meħudin fi ħdan din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja.

Kondizzjonijiet speċjali

Fil-limiti tal-kwoti msemmijin hawn fuq, ma jistgħux jittieħdu aktar mill-kwantitajiet imniżżlin hawn isfel miż-żoni speċifikati

 

L-ilmijiet tan-Norveġja fin-nofsinhar ta' 62 °N (HER/*04N-)

KE

50 000 ”

(11)  Ir-referenza hija għall-ħażna ta’ aringi fiż-żona ta' l-ICES VIa, fit-Tramuntana ta’ 56° 00' N u f’dik il-parti ta’ VIa li tinsab fil-Lvant ta’ 07° 00' W u t-Tramuntana ta’ 55° 00' N, minbarra l-Clyde.

(12)  Din il-kwota tista’ tittieħed biss fiż-żona ta' l-ICES VIa fit-Tramuntana ta’ 56° 30' N.”

(13)  Kwota għall-qabdiet inċidentali. Fejn aktar minn 200 kg ta' dawn l-ispeċi jinqabdu fi kwalunkwe perijodu kontinwu ta' 24 siegħa huma m'għandhomx jinkludu aktar minn 25 % b'piż ħaj tal-qabda miżmuma abbord.”

(14)  Din l-allokazzjoni hija valida għas-sajd bil-purse seines u bix-xibka tat-tkarkir.

(15)  Għandu jintgħażel mill-11-il liċenzji għas-sajd bil-purse seines għall-kavalli fin-Nofsinnhar ta’ 62° 00' N.

(16)  Wara r-Rekord Miftiehem ta' l-1999, iċ-ċifri għas-sajd dirett għall-merluzz u l-bakkaljaw huma inklużi fiċ-ċifri għal ‘Is-sajd kollu bit-tkarkir minn bastimenti ta' mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faroe’.

(17)  Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe ħin.

(18)  Dawn iċ-ċifri huma inklużi fiċ-ċifri għal ‘Tkarkir ‘il barra minn distanza ta’ 21 mil mil-linji bażi tal-Gżejjer Faroe’.”

(19)  Għandhom jinqabdu bis-sajd biss b'konzijiet jew nases (snappers) jew konzijiet jew xbieki li għandhom malji minimi ta' 100mm, f'fond ta' aktar minn 30m (klieb il-baħar). Biex jinħarġu dawn il-liċenzji, trid tinġieb prova li jeżisti kuntratt validu bejn is-sid tal-bastiment li japplika għal-liċenzja u intrapriża ta’ l-ipproċessar mid-Diviżjoni Franċiża tal-Gujana, u li jkun jinkludi obbligu li jħott l-art għall-inqas 75 % tal-qbid kollu ta’ snapper, jew 50 % tal-qbid ta’ klieb il-baħar mill-bastiment ikkonċernat f’dak it-territorju, biex ikun jista’ jkun ipproċessat fl-impjant ta’ dik l-intrapriża.

Il-kuntratt imsemmi hawn fuq għandu jkun approvat mill-awtoritajiet Franċiżi, biex b'hekk ikun żgurat li huwa konsistenti kemm mal-kapaċità attwali tal-kumpanija ta' proċessar kontraenti kif ukoll ma' l-għanijiet għall-iżvilupp ta' l-ekonomija tal-Gujana. Kopja tal-kuntratt approvat kif xieraq għandha tinhemeż ma’ l-applikazzjoni għal-liċenzja.

Fejn l-approvazzjoni imsemmija tiġi rifjutata, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jinnotifikaw dan ir-rifjut u jagħtu r-raġunijiet għalih lill-parti terza kkonċernata u lill-Kummissjoni.”


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 755/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

33,7

MK

39,3

TR

97,2

ZZ

56,7

0707 00 05

JO

159,1

TR

101,8

ZZ

130,5

0709 90 70

IL

42,1

TR

91,3

ZZ

66,7

0805 50 10

AR

60,4

ZA

62,1

ZZ

61,3

0808 10 80

AR

100,5

BR

83,9

CA

99,5

CL

84,6

CN

74,3

CO

90,0

NZ

99,9

US

123,7

UY

100,6

ZA

103,2

ZZ

96,0

0809 10 00

EG

88,7

TR

192,3

ZZ

140,5

0809 20 95

TR

305,5

US

508,6

ZZ

407,1

0809 40 05

IL

171,7

ZZ

171,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 756/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u fil-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 32(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (2) jorbot ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 173 sa 176 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Dawk id-dispożizzjonijiet madankollu tneħħew permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 215/2006 tat-8 ta’ Frar 2006 li jemenda r-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (4).

(3)

Fl-interessi taċ-ċertezza legali huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 3223/94 jiġi emendat bit-tibdil meħtieġ sabiex ikompli jopera mingħajr xkiel.

(4)

Il-prezzijiet tal-frott u l-ħaxix jinbidlu malajr, u f'konformità ma’ l-emendi għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, prezzijiet unitarji potenzjalment skaduti m'għandhomx jibqgħu jintużaw fil-qafas tas-sistema tal-prezz tad-dħul.

(5)

Minn meta saru l-modifiki għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 applikati mid-19 ta’ Mejju 2006, fl-interessi taċ-ċertezza legali, dawk l-emendi għandhom japplikaw ukoll minn dik id-data.

(6)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 fih lista ta’ swieq rappreżentattivi. Dik il-lista għandha tkun emendata biex tinkludi s-swieq rappreżentattivi fil-Bulgarija u r-Rumanija.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 3223/94 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(2), it-tieni u t-tielet sub-paragrafi jinbidlu b’dan li ġej:

“Għandhom jitnaqqsu bl-ammonti li ġejjin:

(a)

marġini tat-tqegħid fis-suq ta’ 15 % għaċ-ċentri tal-bejgħ ta’ Londra, Milan u Rungis u ta’ 8 % għaċ-ċentri tal-bejgħ l-oħrajn, u

(b)

l-ispejjeż tat-trasport u assigurazzjoni fit-territorju doganali.

Għall-ispejjeż tat-trasport u ta’ l-assigurazzjoni li għandhom jitnaqqsu skond it-tielet subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw ammonti standard għat-tnaqqis. Dawn l-ammonti standard u l-metodi għal kalkolu tagħhom għandhom jiġu mgħarrfa immedjatament lill-Kummissjoni.”

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala swieq rappreżentattivi:

Il-Belġju u l-Lussemburgu: Brussell,

Il-Bulgarija: Sofija

Ir-Repubblika Ċeka: Praga,

Id-Danimarka: Kopenħagen,

Il-Ġermanja: Hamburg, Munich, Frankfurt, Cologne, Berlin,

L-Estonja: Tallinn,

L-Irlanda: Dublin,

Il-Greċja: Ateni, Thessaloniki,

Spanja: Madrid, Barċellona, Sevilja, Bilbao, Zaragoza, Valencia,

Franza: Pariġi-Rungis, Marsilja, Rouen, Dieppe, Perpignan, Nantes, Bordeaux, Lyon, Toulouse,

L-Italja: Milan,

Ċipru: Nikosija,

Il-Latvja: Riga,

Il-Litwanja: Vilnius,

L-Ungerija: Budapest,

Malta: Ħ'Attard,

L-Olanda: Rotterdam,

L-Awstrija: Vjenna-Inzersdorf,

Il-Polonja: Ozarów Mazowiecki-Bronisze, Poznan,

Il-Portugall: Liżbona, Porto,

Ir-Rumanija: Bukarest, Constanța

Is-Slovenja: Ljubljana,

Is-Slovakkja: Bratislava,

Il-Finlandja: Ħelsinki,

L-Iżvezja: Helsingborg, Stokkolma,

Ir-Renju Unit: Londra.”

(3)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta valur standard jiġi stabbilit għall-prodotti u għall-perjodi ta’ l-applikazzjoni li jidhru fil-Parti A ta’ l-Anness, skond dan ir-Regolament, il-prezz unitarju [ta' unità] fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 152(1)(a)a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ma għandux japplika. Dan għandu jinbidel bil-valur standard tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.”

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Minkejja l-paragrafu 1, b'effett mill-ewwel jum tal-perjodi ta’ applikazzjoni stipulati fil-Parti A ta’ l-Anness, fejn ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat valur standard ta’ l-importazzjoni, l-ebda valur ta’ l-importazzjoni standard m'għandu jkun applikabbli.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-paragrafi (1), (3) u (4) ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mid-19 ta’ Mejju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 757/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf mibgħuta skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

Id-data ġiet sottomessa bħala appoġġ għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għall-preparazzjoni tal-preservattivi sodium benzoate, propionic acid u sodium propionate għal baqar għat-tismin. Fit-18 ta’ Ottubru 2006 l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel ressqet l-opinjoni tagħha dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dik il-preparazzjoni. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

L-użu tal-preparazzjoni tal-benzoic acid kien awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2003 (3). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni għall-ħnieżer għat-tismin. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(7)

Il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rekwiżiti sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-espożizzjoni għall-addittivi elenkati fl-Annessi. Protezzjoni bħal din għandha tkun assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex iħeġġu t-titjib tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (4).

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Preservattivi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Regolaturi ta’ l-aċidità”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 126, 22.5.2003, p. 24.

(4)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età Massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg ta' ċereali

Preservattivi

E700

Sodium benzoate 140 g/kg

Propionic acid 370 g/kg

Sodium propionate 110 g/kg

 

Il-kompożizzjoni ta' l-addittiv:

Sodium benzoate: 140 g/kg

Propionic acid: 370 g/kg

Sodium propionate: 110 g/kg

Ilma: 380 g/kg

 

Ingredjenti attivi:

Sodju benzoate C7H5O2Na

Propionic acid C3H6O2

Sodium propionate C3H5O2Na

Baqar għat-tismin

3 000

22 000

Għall-preservazzjoni ta' ċereali b'kontenut ta' umidità ta' aktar minn 15 %

Mingħajr limitu ta’ żmien


ANNESS II

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età Massima

Kontenut minimu

Kontenut Massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ

Regolaturi ta' l-Aċidità

E210

Benzoic acid

C7H6O2

Ħnieżer għat-tismin

5 000

10 000

Id-direzzjonijiet għall-użu għandhom, jindikaw dan li ġej:

 

“Għalf kumplimentari li fih il-benzoic acid ma jistax propjament jiġi mitmugħ lil ħnieżer”

 

“Għas-sigurtà ta’ min jużah: għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi minimizzata l-produzzjoni ta’ trab minn dan l-addittiv li jista’ jidħol fil-pulmun. Folji ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-materjal (MSDS) huma disponibbli.”

Mingħajr limitu ta’ żmien


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 758/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta’ l-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista ta’ l-ikel minn stokkijiet ta’ l-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(2), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 (2) jipprovdi li 70 % tal-prodotti allokati lil Stat Membru għandhom jinħarġu mill-ħażniet qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena tat-twettiq tal-pjan. Fid-dawl tal-parteċipazzjoni tard tar-Rumanija, wara d-data ta’ l-adeżjoni tagħha mal-Komunità, fil-pjan annwali ta’ l-2007, jeħtieġ li dan l-Istat Membru jingħata deroga minn dan l-obbligu f’dak li jirrigwarda l-pjan imsemmi.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, it-tieni inċiż għandu jinbidel bit-test li ġej:

“70 % tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3), il-punt (1)(b), għandhom jinħarġu mill-ħażniet qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena tat-twettiq tal-pjan. Madankollu, dan l-obbligu ma japplikax għall-allokazzjonijiet li jinvolvu kwantitajiet anqas minn jew ugwali għal 500 tunnellata. Barra minn hekk, dan l-obbligu ma japplikax għall-prodotti allokati lir-Rumanija fil-qafas tal-pjan annwali ta’ l-2007. Il-kwantitajiet li ma jkunux għadhom inħarġu mill-ħażniet ta’ intervent fit-30 ta’ Settembru tas-sena tat-twettiq tal-pjan ma għandhomx jibqgħu allokati lill-Istat Membru ddeżinjat fil-qafas tal-pjan ikkonċernat.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

(2)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 725/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 4).


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/48


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 759/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni taz-zalzetti li joriġinaw mill-Iżlanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu.

Billi:

(1)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda rigward preferenzi kummerċjali addizzjonali fil-prodotti agrikoli skond l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (3), jipprovdi għall-ftuħ mill-Komunità ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 100 tunnellata zlazet li joriġinaw mill-Iżlanda.

(2)

Il-Ftehim jispeċifika li l-kwota tariffarja għandha tapplika annwalment u l-importazzjoni għalhekk għandha titmexxa abbażi tas-sena kalendarja. Madankollu, peress li l-Ftehim huwa applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2007, il-kwantità annwali għall-2007 għandha tiġi aġġustata kif jixraq.

(3)

Il-Ftehim jispeċifika li l-ftuħ tal-kwota tariffarja għandu jsir mill-1 ta’ Lulju, abbażi tad-disa' xhur għall-2007. Dan ir-Regolament għalhekk għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

(4)

Il-kwota tariffarja għandha titmexxa fuq il-bażi tal-prinċipju – min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Dan għandu jsir skond l-Artikoli 308a, 308b, u 308ċ(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4).

(5)

Peress li l-kwota taħt dan ir-Regolament ma tippreżentax riskju ta’ tfixkil tas-suq, għall-bidu għandha titqies bħala waħda mhux kritika fl-ambitu ta’ l-Artikolu 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għalhekk, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom ikunu awtorizzati joħorġu eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit għas-sigurtà fir-rigward ta’ oġġetti inizjalment importanti taħt dawk il-kwoti skond l-Artikoli 308ċ(1) u 248(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u l-Artikolu 308ċ(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.

(6)

Għandu jiġi ċċarat liema tip ta’ prova li tiċċertifika l-oriġini tal-prodotti għandha tiġi pprovduta mill-operaturi sabiex jibbenefikaw mill-kwota tariffarja skond is-sistema li min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam tal-majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

1.   B'dan tinfetaħ kwota tariffarja tal-Komunità għaz-zlazet tal-kodiċi NM 1601 li joriġinaw mill-Iżlanda (minn issa 'l quddiem “il-kwota tariffarja”), kif stipulat fil-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżlanda kif approvat bid-Deċiżjoni 2007/138/KE.

Il-kwota tariffarja għandha tinfetaħ annwalment għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

In-numru ta’ l-ordni tal-kwota tariffarja għandu jkun 09.0809.

2.   Il-kwantità annwali, f'piż nett, taz-zlazet impurtati taħt il-kwota tariffarja, kif ukoll id-dazju tad-dwana applikabbli huma stipulati fl-Anness.

Għas-sena 2007, il-kwantità disponibbli għandha tkun ta’ 75 tunnellata.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja għandha titmexxa skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308ċ(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw.

Artikolu 3

Biex wieħed jibbenefika mill-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 u mmexxija skond l-Artikolu 2, prova valida ta’ l-oriġini maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżlanda għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Komunità skond ir-regoli li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 29.

(3)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS

ZALZETT

Kwota tariffarja tal-Komunità għall-Iżlanda

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Numru ta' l-ordni

Kwantità annwali

(piż nett)

Rata tad-dazju

1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-laħam jew demm preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

09.0809

100 tunnellata

0


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/50


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 760/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jemenda għat-80 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta' Ġunju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandha tapplika l-friża ta' l-assi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat b'dan.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 732/2007 (ĠU L 166, 28.6.2007, p. 13).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(1)

Salem Nor Eldin Amohamed Al-Dabski (alias (a) Abu Al-Ward, (b) Abdullah Ragab, (ċ) Abu Naim). Indirizz: Bab Ben Ghasheer, Tripli, il-Libja. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Numru tal-passaport: 1990/345751 (passaport Libjan). Informazzjoni oħra: Ommu jisimha Kalthoum Abdul Salam Al-Shaftari.

(2)

Said Youssef Ali Abu Aziza (alias Abdul Hamid, Abu Therab). Data tat-twelid: 1958. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Numru tal-passaport: 87/437555 (passaport Libjan). Informazzjoni oħra: Miżżewweġ lil Sanaa Al-Gamei’i.

(3)

Aly Soliman Massoud Abdul Sayed (alias (a) Ibn El Qaim, (b) Mohamed Osman, (ċ) Adam). Indirizz: Ghout El Shamal, Tripli, il-Libja. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Numru tal-passaport: 96/184442 (passaport Libjan). Informazzjoni oħra: Miżżewweġ lil Safia Abdul El Rahman (ċittadina Sudaniża).


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 761/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta' Lulju 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Lulju 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

3,72

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

3,72

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.6.2007-28.6.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

177,83

110,77

Prezz FOB USA

181,36

171,36

151,36

159,72

Tariffa fuq il-Golf

12,53

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

8,69

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

35,00  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

33,00  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 762/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali, dqiq, xgħir u barli tal-qamħ jew tas-segala

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2).

(3)

Għad-dqiq, ix-xgħir u l-barli tal-qamħ jew tas-segala, ir-rifużjoni għal dawn il-prodotti għandha tkun ikkalkolata billi titqies il-kwantità ta' ċereali meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati. Dawn il-kwantitajiet ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(4)

Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(5)

Ir-rifużjoni għandha tiġi stabbilita darba fix-xahar. Din tista' tkun modifikata f'dan il-perjodu.

(6)

L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli dettaljati għall-qagħda attwali tas-swieq fiċ-ċereali, u partikolarment għall-kwotazzjonijiet jew għall-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità u fuq is-suq dinji, twassal biex ir-rifużjonijiet ikunu stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, fl-istat naturali tagħhom, tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, għajr għall-malt, huma stabbiliti fl-ammonti mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta' ċereali, dqiq, xgħir u barli tal-qamħ jew tas-segala

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1001 10 00 9200

EUR/t

1001 10 00 9400

A00

EUR/t

0

1001 90 91 9000

EUR/t

1001 90 99 9000

A00

EUR/t

1002 00 00 9000

A00

EUR/t

0

1003 00 10 9000

EUR/t

1003 00 90 9000

A00

EUR/t

1004 00 00 9200

EUR/t

1004 00 00 9400

A00

EUR/t

0

1005 10 90 9000

EUR/t

1005 90 00 9000

A00

EUR/t

0

1007 00 90 9000

EUR/t

1008 20 00 9000

EUR/t

1101 00 11 9000

EUR/t

1101 00 15 9100

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9130

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9150

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9170

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9180

C01

EUR/t

0

1101 00 15 9190

EUR/t

1101 00 90 9000

EUR/t

1102 10 00 9500

A00

EUR/t

0

1102 10 00 9700

A00

EUR/t

0

1102 10 00 9900

EUR/t

1103 11 10 9200

A00

EUR/t

0

1103 11 10 9400

A00

EUR/t

0

1103 11 10 9900

EUR/t

1103 11 90 9200

A00

EUR/t

0

1103 11 90 9800

EUR/t

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

C01

:

Il-pajjiżi terzi kollha għajr l-Albanija, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/57


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 763/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistipula l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għaċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, punti a), b) u c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv irid jiġi kkalkulat billi jitqiesu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(3)

Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li l-ammont korrettiv ikun iddiferenzjat skond id-destinazzjoni.

(4)

L-ammont korrettiv jeħtieġlu jiġi ddefinit skond l-istess proċedura bħar-rifużjoni. Jista' jinbidel fil-perjodu bejn stipular u ieħor.

(5)

Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet iddefinit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, għajr il-malt, huwa emendat f'konformità ma' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għaċ-ċereali

(EUR/t)

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Kurrenti

6

Terminu 1

7

Terminu 2

8

Terminu 3

9

Terminu 4

10

Terminu 5

11

Terminu 6

12

1001 10 00 9200

1001 10 00 9400

A00

0

0

0

0

0

1001 90 91 9000

1001 90 99 9000

C01

0

0

0

0

0

1002 00 00 9000

A00

0

0

0

0

0

1003 00 10 9000

1003 00 90 9000

C02

0

0

0

0

0

1004 00 00 9200

1004 00 00 9400

C03

0

0

0

0

0

1005 10 90 9000

1005 90 00 9000

A00

0

0

0

0

0

1007 00 90 9000

1008 20 00 9000

1101 00 11 9000

1101 00 15 9100

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9130

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9150

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9170

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9180

C01

0

0

0

0

0

1101 00 15 9190

1101 00 90 9000

1102 10 00 9500

A00

0

0

0

0

0

1102 10 00 9700

A00

0

0

0

0

0

1102 10 00 9900

1103 11 10 9200

A00

0

0

0

0

0

1103 11 10 9400

A00

0

0

0

0

0

1103 11 10 9900

1103 11 90 9200

A00

0

0

0

0

0

1103 11 90 9800

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

C01

:

Il-pajjiżi terzi kollha għajr l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.

C02

:

L-Alġerija, il-Baħrejn, l-Eġittu, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Għarabja Sawdita, il-Ġordan, l-Iran, l-Iraq, Iżrael, il-Kuwejt, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Mawritanja, Oman, il-Qatar, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Jemen.

C03

:

Il-pajjiżi kollha għajr in-Norveġja, l-Iżvizzera u Liechtenstein.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/59


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 764/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2).

(3)

Ir-rifużjonijiet għall-malt għandhom ikunu kkalkolati billi titqies il-kwantità ta' ċereali meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati. Dawn il-kwantitajiet ġew stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(4)

Il-qagħda tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(5)

Ir-rifużjoni għandha tiġi stabbilita darba fix-xahar. Din tista' tkun modifikata matul dan il-perjodu.

(6)

L-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli dettaljati għall-qagħda attwali tas-swieq fiċ-ċereali, u partikolarment għall-kwotazzjonijiet jew għall-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità u fuq is-suq dinji, twassal biex ir-rifużjonijiet ikunu stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt imsemmija fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stabbiliti skond l-ammonti mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-malt

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1107 10 19 9000

A00

EUR/t

0,00

1107 10 99 9000

A00

EUR/t

0,00

1107 20 00 9000

A00

EUR/t

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 765/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-malt imniżżel fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv għandu jkun ikkalkolat billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95.

(3)

Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet definit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-malt fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

(EUR/t)

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Kurrenti

7

Terminu 1

8

Terminu 2

9

Terminu 3

10

Terminu 4

11

Terminu 5

12

1107 10 11 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 19 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 91 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 99 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 20 00 9000

A00

0

0

0

0

0

0


(EUR/t)

Kodiċi tal-prodotti

Destinazzjoni

Terminu 6

1

Terminu 7

2

Terminu 8

3

Terminu 9

4

Terminu 10

5

Terminu 11

6

1107 10 11 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 19 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 91 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 10 99 9000

A00

0

0

0

0

0

0

1107 20 00 9000

A00

0

0

0

0

0

0


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 766/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet għall-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2681/74 tal-21 ta' Ottubru 1974 dwar il-finanzjament tal-Komunità tan-nefqa magħmula fir-rigward tal-provvista ta' prodotti agrikoli bħala għajnuna ta' l-ikel (3), jistipula l-proporzjon mill-Fondi Ewropej għall-Gwida u Garanzija Agrikola, sezzjoni “Garanzija”, il-parti tan-nefqiet li tikkorrispondi mar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, determinati skond ir-regoli Komunitarji fir-rigward.

(2)

Biex it-tlestija u l-amministrazzjoni tal-baġit għall-azzjonijiet Komunitarji relatati ma' l-għajnuniet alimentari jkunu ffaċilitati, u biex l-Istati Membri jkunu jafu l-livell tal-parteċipazzjoni Komunitarja fil-finanzjament ta' l-azzjonijiet nazzjonali għall-għajnuniet alimentari, huwa meħtieġ li jiġi determinat il-livell tar-rifużjonijiet mogħtija għal dawn l-azzjonijiet.

(3)

Ir-regoli ġenerali u dawk dettaljati dwar l-applikazzjoni, stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, japplikaw mutatis mutandis għall-azzjonijiet hawn fuq imsemmija.

(4)

Il-kriterji speċifiċi li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni tar-ross huma definiti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-azzjonijiet ta' l-għajnuna alimentari Komunitarja u nazzjonali previsti fil-qafas tal-konvenzjonijiet internazzjonali jew programmi oħra komplimentari, kif ukoll azzjonijiet oħra komunitarji tal-provvista bla ħlas, ir-rifużjonijiet applikabbli gћall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross huma stipulati fl-anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 288, 25.10.1974, p. 1.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2007 li jistipula r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti fis-settur taċ-ċereali u tar-ross provduti fil-qafas ta' l-azzjonijiet ta' l-għajnuniet alimentari Komunitarji u nazzjonali

(EUR/t)

Il-kodiċi tal-prodott

L-ammont tar-rifużjonijiet

1001 10 00 9400

0,00

1001 90 99 9000

0,00

1002 00 00 9000

0,00

1003 00 90 9000

0,00

1005 90 00 9000

0,00

1006 30 92 9100

0,00

1006 30 92 9900

0,00

1006 30 94 9100

0,00

1006 30 94 9900

0,00

1006 30 96 9100

0,00

1006 30 96 9900

0,00

1006 30 98 9100

0,00

1006 30 98 9900

0,00

1006 30 65 9900

0,00

1007 00 90 9000

0,00

1101 00 15 9100

0,00

1101 00 15 9130

0,00

1102 10 00 9500

0,00

1102 20 10 9200

8,96

1102 20 10 9400

7,68

1103 11 10 9200

0,00

1103 13 10 9100

11,52

1104 12 90 9100

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/65


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 767/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar il-34 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu II

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qed jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ ta' ċerti kwantitajiet ta' butir ta' intervent miżmuma minnhom u għall-għoti ta' l-għajnuna għall-krema, għall-butir u għall-butir konċentrat. L-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi jistipula li filwaqt li jitqiesu l-offerti li jsiru għal kull sejħa partikolari, għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-bejgħ tal-butir, kif ukoll l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat abbażi tad-distinzjoni bejniethom rigward id-destinazzjoni tagħhom, il-kontenut ta’ xaħam tal-butir u kif ukoll l-aħħar użu maħsub għalih. L-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għalhekk għandu jiġi stipulat.

(2)

Fuq il-bażi ta’ l-eżami ta’ l-offerti rċevuti, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal-34 sejħa individwali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 Kapitolu II, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 768/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għat-34 sejħa individwali għall-offerti miftuħa fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qed jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ ta' ċerti kwantitajiet ta' butir ta' intervent miżmuma minnhom u għall-għoti ta' l-għajnuna għall-krema, għall-butir u għall-butir konċentrat. L-Artikolu 25 tar-Regolament imsemmi jistipula li filwaqt li jitqiesu l-offerti li jsiru għal kull sejħa partikolari, għandu jiġi ffissat prezz minimu għall-bejgħ tal-butir, kif ukoll ammont massimu ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat abbażi tad-distinzjoni bejniethom rigward id-destinazzjoni tagħhom, il-kontenut ta’ xaħam tal-butir u kif ukoll l-aħħar użu maħsub għalih. L-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 għalhekk għandu jiġi stipulat.

(2)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-34 sejħa għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 il-prezzijiet minimi għall-bejgħ tal-butir ta' intervent kif ukoll l-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 25 u 28 tar-Regolament imsemmi huma stabbiliti kif jidher fit-tabella fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).


ANNESS

Il-prezzijiet minimi għall-bejgħ tal-butir ta' intervent u l-ammont tal-garanzija għall-ipproċessar għat-34 sejħa individwali għall-offerti miftuħa fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005

(EUR/100 kg)

Formuli

A

B

L-aħħar użu previst

Bit-tracers

Mingħajr tracers

Bit-tracers

Mingħajr tracers

Il-prezz minimu tal-bejgħ:

Butir ≥ 82 %

Fl-istat

Konċentrat

Il-garanzija għall-ipproċessar:

Fl-istat

Konċentrat


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/68


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 769/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-66 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(c) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qiegħdu għall-bejgħ ċerti kwantitajiet li kellhom ta' butir b'sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-offerti li jidħlu b'risposta għal kull sejħa għall-offerti individwali, jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skond l-Artikolu 24(a) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999.

(3)

Fid-dawl ta' l-offerti li saru, huwa f'loku li jiġi stabbilit prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-66 sejħa individwali għall-offerti li saret skond ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999, li għaliha ż-żmien għat-tressiq ta' offerti skada fis-26 ta’ Ġunju 2007, għall-butir il-prezz minimu tal-bejgħ huwa stabbilit għal EUR 365,20/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1802/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 3).


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/69


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 770/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar l-allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 529/2007 għaċ-ċanga ffriżata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 529/2007 tal-11 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta’ l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008) (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur taċ-ċanga.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni relatati mal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4003 u mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 529/2007 għandhom jingħataw b’koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 14,840062 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 123, 12.5.2007, p. 26.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/70


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 771/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 545/2007 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2007 tas-16 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għal amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008) (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-importazzjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jingħataw id-drittijiet għall-importazzjoni, filwaqt li jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ attribuzzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 545/2007 huma allokati skond il-koeffiċjent ta’ attribuzzjoni ta’ 5,206706 % għad-drittijiet rilevanti għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4057 u 34,204866 % għad-drittijiet rilevanti għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4058.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 129, 17.5.2007, p. 14.


DIRETTIVI

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/71


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/42/KE

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Il-miżuri tal-Komunità kkunsidrati minn din id-Direttiva mhumiex biss meħtieġa imma wkoll indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq intern. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu individwalment mill-Istati Membri. Barra minn dan, it-twettiq tagħhom fil-livell tal-Komunità huwa diġà previst mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(3)

Biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fil-każ ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża, l-istrument xieraq kien direttiva speċifika fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(4)

Kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata għandu jkun is-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi.

(5)

Il-metodu biex jiddetermina n-nuqqas ta’ ċaqliq ta’ sustanzi koloranti għandu jkun stabbilit fi stadju aktar avvanzat.

(6)

Sakemm jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ purità u metodi ta’ l-analiżi, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(7)

Lista ta’ sustanzi approvati, flimkien mal-limiti ta’ kwantitajiet li għandhom jintużaw, f’dan il-każ speċifiku huwa biżżejjed biex fil-prinċipju jintlaħaq l-iskop stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

(8)

Madankollu, il-bis(2-hydroxyethyl)ether (= diethyleneglycol) u ethanediol (= monoethyleneglycol), jistgħu jiċċaqalqu estensivament lejn ċertu ikel u għalhekk biex tiġi evitata din il-possibiltà, bħala miżura preventiva, huwa aktar xieraq li tkun stabbilita definittivament il-kwantità massima awtorizzata ta’ sustanzi bħal dawn fl-ikel li kienu f’kuntatt ma’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża.

(9)

Biex tkun protetta s-saħħa tal-konsumatur, kuntatt dirett bejn l-ikel u superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun evitat.

(10)

Id-dikjarazzjoni bil-miktub li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 għandha tkun prevista fil-każ ta’ l-użu professjonali ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel, apparti minn dawk li, fin-natura tagħhom, huma intiżi għal dan l-użu.

(11)

Ir-regoli li jridu jiġu applikati għat-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża għandhom ikunu speċifiċi għan-natura tas-saff f’kuntatt ma’ l-oġġett ta’ l-ikel. Għal din ir-raġuni, il-ħtiġijiet għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, għandhom ikunu differenti minn dawk previsti għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati mhux miksija jew miksija b’kisi li joriġina miċ-ċelluloża.

(12)

Sustanzi awtorizzati biss għandhom jintużaw fil-fabbrikazzjoni tat-tipi kollha ta’ tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati, inkluż tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati miksija bil-plastik.

(13)

Fil-każ ta’ tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, is-saff f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jikkonsisti minn materjali simili għal materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel. Għalhekk huwa xieraq li r-regoli previsti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 li għandhom x’jaqsmu ma’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (4) japplikaw ukoll għal dawn it-tertuqi.

(14)

Fl-interess ta’ konsistenza ta’ leġislazzjoni Komunitarja, il-kontroll ta’ konformità ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża miksija bil-plastik mal-limiti ta’ ċaqliq stabbiliti mid-Direttiva 2002/72/KE għandha titwettaq skond ir-regoli preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1982 li tippreskrivi r-regoli bażiċi meħtieġa għat-testjar taċ-ċaqliq tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1985 li tippreskrivi l-lista ta’ simulanti li jridu jintużaw għall-ittestjar taċ-ċaqliq ta’ kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (6).

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(16)

Id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva hija direttiva speċifika fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004,

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża fit-tifsira mogħtija fl-Anness I, intiża biex tiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew li, minħabba l-iskop tagħha, tiġi f’dan it-tip ta’ kuntatt, u li jew:

(a)

tikkostitwixxi prodott lest fiha nnifsha, jew

(b)

tifforma parti minn prodott lest li fih materjali oħra.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata.

Artikolu 2

It-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jappartjenu għal wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin:

(a)

tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi;

(b)

tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li joriġina miċ-ċelluloża; jew

(ċ)

tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li jikkonsisti mill-plastik.

Artikolu 3

1.   Tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati msemmija f’punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Anness II bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, is-sustanzi apparti dawk elenkati fl-Anness II, jistgħu jkunu użati meta dawn is-sustanzi jkunu maħsuba bħala sustanzi koloranti (kuluri u pigmenti) jew bħala adesivi, sakemm ma jkun hemm l-ebda traċċa ta’ ċaqliq tas-sustanzi fi jew fuq l-ikel, li jistgħu jkunu osservati b’metodu validat.

Artikolu 4

1.   Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss, qabel il-kisi, permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-ewwel parti ta’ l-Anness II, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

2.   Il-kisi li jrid jiġi applikat lit-tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi fabbrikat biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Annessi II sa VI mad-Direttiva 2002/72/KE, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih.

3.   Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/72/KE.

Artikolu 5

Superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża m’għandhomx jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

Artikolu 6

1.   Fl-istadji tat-tqegħid fis-suq li m’humiex stadji ta’ bejgħ bl-imnut, il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża li huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub bi qbil mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża li fin-natura tagħhom huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel.

3.   Fil-każ li kondizzjonijiet speċjali ta’ l-użu huma indikati, il-materjal jew l-oġġett magħmul minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun immarkat kif xieraq.

Artikolu 7

Id-Direttiva 93/10/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/14/KE (ĠU L 27, 30.1.2004, p. 48).

(3)  Ara l-Anness III, Parti A.

(4)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/19/KE (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 17).

(5)  ĠU L 297, 23.10.1982, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/48/KE (ĠU L 222, 12.8.1997, p. 10).

(6)  ĠU L 372, 31.12.1985, p. 14. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/19/KE.


ANNESS I

DESKRIZZJONI TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA

Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża hija folja rqiqa ta’ materjal miksub minn ċelluloża raffinata li ġejja minn injam jew qoton mhux riċiklat. Biex jintlaħqu l-ħtiġiet tekniċi, sustanzi xierqa jistgħu jiżdiedu jew fil-massa jew fuq is-superfiċji. Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża tista’ tkun miksija fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat.


ANNESS II

LISTA TA’ SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA

NB:

Il-persentaġġi f’dan l-Anness, fl-ewwel u t-tieni parti, huma espressi f’piż/piż (w/w) u huma kkalkolati b’relazzjoni mal-kwantità ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża anidra mhux miksi.

Id-denominazzjonijiet tekniċi tas-soltu huma mogħtija fil-parentesi.

Is-sustanzi użati għandhom ikunu ta’ kwalità teknika tajba f’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterji ta’ purità.

L-EWWEL PARTI

Tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża mhux miksija

Denominazzjonijiet

Restrizzjonijiet

A.

Ċelluloża riġenerata

Mhux inqas minn 72 % (w/w)

B.   

Addittivi

1.

Softeners

Mhux iktar minn 27 % (w/w) bħala total

Bis(2-hydroxyethyl) ether [= diethyleneglycol])

Biss għal tertuqa intiża biex tiġi miksija u imbagħad użata għall-ikel li mhux niedi, jiġifieri li ma fihx ilma li huwa fiżikament ħieles fil-wiċċ. L-ammont totali ta’ bis(2 hydroxyethyl)ether u ethanediol preżenti fl-ikel li kien f’kuntatt mat-tertuqa ta’ dan it-tip ma jistax jeċċedi 30 mg/kg ta’ l-ikel.

Ethanediol [= monoethyleneglycol]

1,3-butanediol

 

Glycerol

 

1,2-propanediol [= 1,2 propyleneglycol]

 

Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol]

Piż molekolari medju bejn 250 u 1 200

1,2-polypropylene oxide [= 1,2 propyleneglycol]

Piż molekolari medju mhux akbar minn 400 u kontenut ħieles ta’ 1,3-propanediol mhux akbar minn 1 % (w/w) fis-sustanza

Sorbitol

 

Tetraethyleneglycol

 

Triethyleneglycol

 

Urea

 

2.

Addittivi oħra

Mhux aktar minn 1 % (w/w) bħala total

L-ewwel klassi

Il-kwantità tas-sustanza jew tal-grupp tas-sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 2 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Aċidu aċetiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidu askorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidu benżojku u sodium benzoate

 

Aċidu formiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidi tax-xaħmijiet lineari, niedja jew mhux niedja b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll aċidi behenic u ricinoleic u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K, Na, Al, Zn ta’ dawn l-aċidi

 

Aċidi ċitriċi, d u 1 lattiċi, malejċi, 1-tartariċi u l-imluħa Na u K tagħhom

 

Aċidu sorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu

 

Aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll l-amidi ta’ aċidi behemic u ricinoleic

 

Lamtu u dqiq naturali li jittiekel

 

Lamtu u dqiq li jittiekel modifikat bi trattament kimiku

 

Amylose

 

Karbonati u kloruri tal-kalċju u l-manjeżju

 

Esteri tal-glycrol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u/jew b’aċidi adipiċi, ċitriċi, 12-hydroxystearic (oxystearin), ricinoleic

 

Esteri tal-polyoxyethylene (8 sa 14 gruppi ta’ oxyethylene) b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv

 

Esteri ta’ sorbitol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv

 

Mono- u/jew di-esteri ta’ aċidu stearic b’ethanediol u/jew bis(2-hydroxyethyl) ether u/jew triethylene glycol

 

Osidi u idro-ossidi ta’ l-aluminju, tal-kalċju, tal-manjeżju u tas-silikon u tas-silikati u silikati idrati ta’ l-aluminju, l-kalċju, l-manjeżju u l-potassju.

 

Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol]

Piż molekolari medju bejn 1 200 u 4 000

Sodju propjoniku

 

It-tieni klassi

Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija u l-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 0,2 mg/dm2 (jew limitu aktar baxx meta wieħed huwa speċifikat) tat-tertuqa mhux miksija.

Sodju alkiliku (C8 sa C18) benzene sulphonate

 

Sodju isopropiliku naphthalene sulphonate

 

Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfat

 

Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfonat

 

Sodju diocytlsulphosuccinate

 

Distearate ta’ dihydroxyethyl diethylene triamine monoacetate

Mhux aktar minn 0,05 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Sulfati lawrili ta’ l-ammonju, tal-manjeżju u tal-potassium

 

N,N′-distearoyl diaminoethane, N,N′-dipalmitoyl diaminoethane u N,N′-dioleoyl diaminoethane

 

2-heptadKEyl-4,4-bis(methylene-stearate) oxazoline

 

Polyethylene-aminostearamide ethylsulphate

Mhux aktar minn 0,1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

It-tielet klassi – Aġent li jorbot

Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun immodifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:

Butanol, diethylenetriamine, ethanol, triethlyenetetramine, tetraethylenepentamine, tri-(2-hydroxyethyl) amine, 3,3′-diaminodipropylamine, 4,4′-diaminodibutylamine

Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 ta’ tertuqa mhux miksija

Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-urea-formaldehyde modifikat b’tris-(2-hydroxyethyl)amine

Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

“Cross-linked” cationic polyalkyleneamines:

(a)

reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq diaminopropylmethylamine u epichlorhydrin

(b)

reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, aċidu adipiku, caprolactam, diethylenetriamine u/jew ethylenediamine

(c)

reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq aċidu adipiku, diethylenetriamine u epichlorhydrin, jew taħlita ta’ epichlorhydrin u ammonja

(d)

reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, dimethyl, adipate u diethylenetriamine

(e)

reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażat fuq epichlorhydrin, adipamide u diaminopropylmethylamine

Bi qbil mad-direttivi tal-Komunità u fin-nuqqas tagħhom, mal-leġislazzjoni nazzjonali, pendenti fuq l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Komunità

Polyethyleneamines u polyethyleneimines

Mhux aktar minn 0,75 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ urea-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun modifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:

aċidu aminomethylsulphonic, aċidu sulphanillic, butanol, diaminobutane, diaminodiethylamine, diaminodipropylamine, diaminopropane, diethylenetriamine, ethanol, guanidine, methanol, tetraethylenepentamine, triethylenetetramine, sodium sulphite

Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Ir-raba’ klassi

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 0,01 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija

Prodotti li jirriżultaw mir-reazzjoni ta’ l-amini taż-żjut ta’ l-ikel ma’ polyethylene oxide

 

Monoethanolamine lauryl sulphate

 


TIENI PARTI

Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksija

Denominazzjonijiet

Restrizzjonijiet

A.

Ċelluloża riġenerata

Ara l-ewwel parti

B.

Addittivi

Ara l-ewwel parti

C.   

Kisi

1.

Polimeri

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 50 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Ethyl, hydroxyethyl, hydroxypropyl u methyl ethers ta’ ċelluloża

 

Nitrat taċ-ċelluloża

Mhux aktar minn 20 mg/dm2 ta’ kisi tat-tertuqa fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel; kontenut ta’ nitroġenu bejn 10,8 % (w/w) u 12,2 % (w/w) fin-nitrat taċ-ċelluloża

2.

Reżini

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 12,5 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel u biss għat-tħejjija ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża b’kisi bil-bażi ta’ nitrat taċ-ċelluloża

Kaseina

 

Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni u l-esteri tagħhom ta’ methyl, ethyl, jew C2 sa C6 polyvalent alkoħol, jew taħlitiet ta’ dawn l-alkoħol

 

Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni ikkondensati b’aċidi alryliċi, maleic, citric, fumaric u/jew phthalic u/jew 2,2 bis (4-hydroxyphenyl) propane formaldehyde u “esterified” b’methyl ethyl jew C2 sa C6 polyvalent alkoħols, jew taħlit ta’ dawn l- alkoħol

 

Esteri derivati minn bis(2-hydroxyethyl) ether bi prodotti addizzjonali ta’ betapinene u/jew dipentene u/jew diterpene u maleic anhydride

 

Ġelatina li tittiekel

 

Żejt tar-rignu u l-prodotti tiegħu ta’ deidratazzjoni jew idroġenizzazzjoni u l-prodotti tiegħu ta’ kondensazzjoni ma’ polyglycerol, aċidi adipic, citric, maleic, phthalic u sebacic

 

Gomma naturali [= damar]

 

Poly-beta-pinene [= reżini terpenic]

 

Reżini urea-formaldehyde (ara “anchoring agents”)

 

3.

Plasticizers

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Acetyl tributyl citrate

 

Acetyl tri(2-ethylhexyl) citrate

 

Di-isobutyl adipate

 

Di-n-butyl adipate

 

Di-n-hexyl azelate

 

Dicyclohexyl phthalate

Mhux aktar minn 4,0 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

2-ethylhexyl diphenyl phosphate (sinonimu: phosphoric acid diphenyl 2-ethylhexyl ester)

L-ammont ta’ 2-ethylhexyl diphenyl phosphate m’għandux jaqbeż:

(a)

2,4 mg/kg ta’ l-oġġett ta’ l-ikel f’kuntatt ma’ dan it-tip ta’ film, jew

(b)

0.4 mg/dm2 fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Glycerol monoacetate [= monoacetin]

 

Glycerol diacetate [= diacetin]

 

Glycerol triacetate [= triacetin]

 

Di-butyl-sebacate

 

Di-n-butyl tartrate

 

Di-isobutyl tartrate

 

4.

Addittivi oħra

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 fit-tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

4.1.

Addittivi mniżżla fl-ewwel parti:

L-istess restrizzjonijiet bħal fl-ewwel parti (però l-kwantitajiet f’mg/dm2 jirreferu għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel)

4.2.

Additivi speċifiċi tal-kisi:

Il-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż m’għandhiex taqbeż iż-2 mg/dm2 (jew limitu inqas meta wieħed ikun speċifikat) tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-ikel.

1-hexadecanol u 1-octadecanol

 

Esteri ta’ aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u ta’ aċidu ricinoleic ma’ ethyl, butyl, amyl, oleyl linear alkoħols

 

Xemgħa montan, li tikkomprendi aċidi montanic purifikati (C26 sa C32) u/jew l-esteri tagħhom b’ethanediol u/jew 1,3 butanediol u/jew l-imluħa tal-kalċju u potassju tagħhom

 

Xemgħa karnawba

 

Xemgħa tan-naħal

 

Xemgħa esparto

 

Xemgħa kandelilla

 

Dimethylpolysiloxane

Mhux aktar minn 1 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Żejt tal-fażola tas-soya epossidat (kontenut ta’ oxirane 6 sa 8 %)

 

Paraffina raffinata u xemgħa mikrokristallina

 

Pentaerythritol tetrastearate

 

Mono u bis(octadKEyldiethyleneoxide)-phosphates

Mhux aktar minn 0,2 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Aċidi alifatiċi (C8 sa C20) “esterifikati” b’mono- jew di-(2-hydroxyethyl)amine

 

2- u 3-tert.butyl-4-hydroxyanisole – [= [butylated hydroxyanisole – BHA]

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

2,6-di-tert.butyl-4-methylphenol [= butylated hydroxytoluene - BHT]

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Di-n-octyltin-bis(2-ethylhexyl) maleate

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

5.

Solventi

Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel

Butyl acetate

 

Ethyl acetate

 

Isobutyl acetate

 

Isopropyl acetate

 

Propyl acetate

 

Acetone

 

1-butanol

 

Ethanol

 

2-butanol

 

2-propanol

 

1-propanol

 

Cyclohexane

 

Ethyleneglycol monobutyl ether

 

Ethyleneglycol monobutyl ether acetate

 

Methyl ethyl ketone

 

Methyl isobutyl ketone

 

Tetrahydrofuran

 

Toluene

Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE

(ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27).

Direttiva tal-Kummissjoni 93/111/KE

(ĠU L 310, 14.12.1993, p. 41).

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/14/KE

(ĠU L 27, 30.1.2004, p. 48).

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

93/10/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1994.

l-1 ta’ Jannar 1994 (1)

l-1 ta’ Jannar 1994 (2)

l-1 ta’ Jannar 1995 (3)

93/111/KE

2004/14/KE

fid-29 ta’ Lulju 2005.

id-29 ta’ Lulju 2005 (4)

id-29 ta’ Jannar 2006 (5)


(1)  Skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/10/KEE: “L-Istati Membri għandhom jippermettu, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel li huma konformi ma' din id-Direttiva.”

(2)  Skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(1)tad-Direttiva 93/10/KEE: “L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, mill-1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu ta' tertuqa taċ-ċelluloża riġenerata li hija ntiża biex tiġi f'kuntatt mal-oġġetti ta' l-ikel u li la hija konformi ma' din id-Direttiva u lanqas mad-Direttiva 83/229/KEE, apparti mit-tertuqa li d-Direttiva 92/15/KEE tipprojbixxi mill-1 ta' Lulju 1994.”

(3)  Skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/10/KEE: “L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, mill-1 ta’ Jannar 1995, il-kummerċ u l-użu ta’ materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel li ma humiex konformi ma’ din id-Direttiva imma li kienu konformi mad-Direttiva 83/229/KEE.”

(4)  Skond il-punt (a) ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/14/KE: “L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod illi jippermettu l-kummerċ u l-użu ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża li huwa maħsub sabiex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, mid-29 ta’ Lulju 2005.”

(5)  Skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/14/KE: “L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod illi jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ tertuqa taċ-ċelluloża riġenerat li huwa maħsub sabiex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mid-29 ta’ Jannar 2006.”


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 93/10/KEE

Din id-Direttvia

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(3), kliem tal-bidu, punt (b)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1a

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 2a

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li tikkorreġi d-Direttiva 2006/132/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-procymidone bħala sustanza attiva

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3066)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/452/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq (1) ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/132/KE (2) fiha żball li jrid jiġi kkoreġut, jiġifieri referenza għal grammi minflok għal kilogrammi fl-anness tagħha.

(2)

Jeħtieġ li l-korrezzjoni tibda sseħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2006/132/KE. Dan l-effett retroattiv ma jfixkel id-drittijiet ta’ ebda individwu.

(3)

Il-miżura prevista f'din id-Deċiżjoni hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness għad-Direttiva 2006/132/KE, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

0,75 kg ta’ sustanza attiva kull ettaru kull applikazzjoni”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).

(2)  ĠU L 349, 12.12.2006, p. 22.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/84


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tal-BSE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3114)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/453/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ l-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Skond l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (pajjiżi jew reġjuni) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f'waħda minn tliet kategoriji skond ir-riskju tal-BSE stipulat fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-għan ta’ kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE huwa sabiex jiġu stabbiliti regoli tal-kummerċ għal kull kategorija tar-riskju tal-BSE sabiex jingħataw il-garanziji meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali u dik tal-pubbliku.

(3)

L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula r-regoli għal kummerċ intrakomunitarju u l-Anness IX għal dak ir-Regolament jistipula regoli relatati ma’ l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità. Huma bbażati fuq ir-regoli stipulati fil-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Mondjali għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE).

(4)

L-OIE għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE.

(5)

Matul is-Sessjoni Ġenerali ta’ l-OIE f'Mejju ta’ l-2007, ġiet adottata Riżoluzzjoni relatata ma’ l-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi differenti. Fl-istennija ta’ konklużjoni finali dwar l-istatus tar-riskju tal-BSE ta’ l-Istati Membri u filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-miżuri stretti armonizzati protettivi tal-BSE applikati fi ħdan il-Komunità, l-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti bħala pajjiżi b'riskju kontrollat tal-BSE.

(6)

Minbarra hekk, fl-istennija tal-konklużjoni finali ta’ l-istatus tar-riskju tal-BSE fir-rigward tan-Norveġja u l-Iżlanda u meta jitqiesu r-riżultati tal-verifiki l-aktar riċenti ta’ riskju fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi, għandhom provviżorjament jiġu rikonoxxuti bħala pajjiżi b'riskju kontrollat tal-BSE.

(7)

Skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, ittieħdu miżuri tranżizzjonali għal perjodu li jintemm fl-1 ta’ Lulju 2007. Dawn il-miżuri għandhom jieqfu japplikaw immedjatament wara d-data ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar klassifikazzjoni skond l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni sabiex il-pajjiżi jew ir-reġjuni jiġu kklassifikati skond ir-riskju tagħhom tal-BSE qabel dik id-data.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-istatus tal-BSE ta’ pajjiżi jew reġjuni skond ir-riskju tagħhom tal-BSE huwa stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE

L-Arġentina

L-Awstralja

New Zealand

Singapor

L-Urugwaj

B.   Pajjiż jew reġjun b'riskju kkontrollat tal-BSE

Stati Membri

Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit

Pajjiżi ta’ l-EFTA

L-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera

Pajjiżi terzi

Il-Brażil

Il-Kanada

Iċ-Ċilì

It-Tajwan

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

C.   Pajjiż jew reġjun b'riskju indeterminat tal-BSE

Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.


30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3183)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/454/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) u l-Artikolu (66)2 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula ċerti miżuri preventivi dwar is-sorveljanza u l-iskoperta kmieni ta’ l-influwenza tat-tjur u l-miżuri ta’ kontroll minimu li għandhom jiġu applikati fil-każ li din il-marda tfaqqa’ fit-tjur jew f’għasafar maqbudin oħrajn. Din tipprevedi li jridu jiġu stipulati regoli dettaljati, hekk kif meħtieġ mis-sitwazzjoni epidemjoloġika sabiex tissupplimenta l-miżuri ta' kontroll minimu previsti f'din id-Direttiva. Id-data għat-transpożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri hija l-1 ta’ Lulju 2007.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/475/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistipula ċerti miżuri ta' ħarsien li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi evitata l-firxa ta' din il-marda, inkluż l-istabbiliment ta' żoni A u B wara tifqigħa sospettata jew ikkonfermata tal-marda. Dawn iż-żoni huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/415/KE u jinkludu partijiet mir-Repubblika Ċeka, mill-Ungerija u r-Renju Unit. Din id-Deċiżjoni attwalment tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/416/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri tranżitorji b'rabta ma’ l-influwenza tat-tjur b'livell patoġeniku għoli ħafna fit-tjur ta' l-irziezet jew għasafar oħrajn maqbudin fil-Komunità (5) tipprevedi miżuri li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri li għandhom ma ttrasponewx bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/94/KE. Id-Deċiżjoni tapplika sat-30 ta' Ġunju 2007. Minħabba li d-Direttiva 2005/94/KE għandha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali mill-Istati Membri sa l-1 ta' Lulju 2007, il-miżuri previsti fiha se jieħdu post il-miżuri attwalment previsti fid-Deċiżjoni 2006/416/KE.

(4)

Hekk kif il-vajrus ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 jibqa' jfaqqa', il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/415/KE għandhom jibqgħu japplikaw fejn il-vajrus jinstab fit-tjur, biex b'hekk jiġu ssupplimentati l-miżuri previsti fid-Direttiva 2005/94/KE.

(5)

Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika, huwa xieraq li l-perjodu ta' l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jiżdied sat-30 ta' Ġunju 2008.

(6)

B’żieda ma' dan, ir-referenzi fid-Deċiżjoni 2006/415/KE għad-Deċiżjoni 2006/415/KE għandhom jinbidlu bir-referenzi għad-Direttiva 2005/94/KE.

(7)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati bla ħsara għall-miżuri li għandhom jiġu applikati fl-avveniment ta’ tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja meħuda skond id-Direttiva 2005/94/KE.”

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Żoni A u B

1.   Iż-żona elenkata fil-Parti A ta’ l-Anness (‘żona A’) hija kklassifikata bħala żona ta’ riskju għoli li fiha żoni ta' ħarsien u sorveljanza stabbiliti skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/94/KE.

2.   Iż-żona elenkata fil-Parti B ta’ l-Anness (‘żona B’) hija kklassifikata bħala żona ta’ riskju baxx li tista’ tinkludi partijiet miż-żona aktar ristretta, jew iż-żona kollha, stabbilita skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2005/94/KE, u li għandha tissepara ż-żona A mill-parti ħielsa mill-marda ta' l-Istat Membru affettwat, jekk tali parti hija identifikata, jew mill-pajjiżi ġirien.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Immedjatament wara tifqigħa sospettata jew ikkonfermata ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja kkawżata mill-vajrus A ta’ l-influwenza tas-sottotip H5 sospett jew ikkonfermat li huwa tat-tip ta' neuraminidase N1, l-Istat Membru affettwat għandu jistabbilixxi:

(a)

żona A, wara li jikkunsidra r-rekwiżiti legali stipulati fl-Arikolu 16 tad-Direttiva 2005/94/KE;

(b)

żona B wara li jikkunsidra l-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżootjoloġiċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur.

L-Istat Membru affettwat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri oħrajn u, kif xieraq, lill-pubbliku, dwar iż-żoni A u B.”

(b)

Fl-Artiklu 4(4)(b), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(i)

għal mill-anqas 21 jum fil-każ taż-żona ta' ħarsien u 30 jum fil-każ taż-żona ta' sorveljanza wara d-data tat-tlestija tat-tindif u diżinfezzjoni preliminarja tal-post fejn hija kkonfermata tifqigħa b'konformità ma’ l-Artikolu 11(8) tad-Direttiva 2005/94/KE; kif ukoll”

(4)

Fl-Artikolu 5, il-frażi ta’ introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

“B’żieda mar-restrizzjonijiet dwar il-moviment tat-tjur, għasafar maqbudin oħrajn, il-bajd għat-tfaqqis tagħhom u l-prodotti derivati minn tali għasafar stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għal postijiet fiż-żoni ta' ħarsien, ta’ sorveljanza u dawk aktar ristretti, l-Istat Membru affettwat għandu jiżgura li:”

(5)

Fl-Artikolu 12, id-data “30 ta' Ġunju 2007” tinbidel bi “30 ta' Ġunju 2008”.

(6)

Fl-Anness id-data “30 ta’ Ġunju 2007” tinbidel bi “22 ta’ Lulju 2007”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p 14).

(3)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(4)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/434/KE (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 70).

(5)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 61. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/119/KE (ĠU L 51, 20.2.2007, p. 22).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/89


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/455/CFSP

tal-25 ta’ Ġunju 2007

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK il-Kunsill adotta miżuri, inter alia, biex jipprevjeni d-dħul fi, jew transitu mit-territorji ta' l-Istati Membri ta' individwi li jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet li jheddu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fiż-Żimbabwe u biex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom.

(2)

B'segwitu tal-brutalità reċenti mill-Gvern taż-Żimbabwe kontra partitarji ta' l-oppożizzjoni, u r-rwol speċifiku tal-pulizija f'dawn l-avvenimenti, l-ismijiet ta' l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija nkarigat mil-Liġi u l-Ordni u l-Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija nkarigat minn Harara għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

(3)

Minbarra dan, raġunjiet iktar iddettaljati għandhom jingħataw fir-rigward ta' l-individwi elenkati f'dak l-Anness.

(4)

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandu għalhekk jiġi aġġornat u rivedut bi qbil ma' dan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandu jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/235/PESK (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 14).


ANNESS

Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK

1.

Mugabe, Robert Gabriel

President, imwieled fil-21.2.1924.

Kap ta' Gvern u b'hekk responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

2.

Bonyongwe, Happyton

Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960.

Rabtiet mal-gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

3.

Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora

Uffiċċju tal-President u ex-Ministru ta' l-Istat għall-Affarijiet Speċjali responsabbli għall-Programmi ta' l-artijiet u r-Riinsedjament (Ex-Ministru ta' l-Istat fl-uffiċċju tal-Viċi-President u ex-Ministru ta' l-Istat għar-Riforma ta' l-Artijiet fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fil-25.2.1968.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

4.

Bvudzijena, Wayne

Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Kelliem għall-Pulizija.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għad-difiża ta' vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

5.

Chapfika, David

Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura (ex-Deputat Ministru tal-Finanzi), imwieled fis-7.4.1957.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

6.

Charamba, George

Segretarju Permanenti, Dipartiment għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

7.

Charumbira, Fortune Zefanaya

Ex-Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Akkomodazzjoni Nazzjonali, imwieled fl-10.6.1962.

Ex-membru tal-Gvern u b'rabtiet attwali mal-Gvern.

8.

Chigudu, Tinaye

Gvernatur Provinċjali: Manicaland

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

9.

Chigwedere, Aeneas Soko

Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura, imwieled fil-25.11.1939.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

10.

Chihota, Phineas

Deputat Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

11.

Chihuri, Augustine

Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

12.

Chimbudzi, Alice

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF).

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

13.

Chimutengwende, Chen

Ministru ta' l-Istat għall-Affarijiet Pubbliċi u Interattivi (ex-Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni), imwieled fit-28.8.1943.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

14.

Chinamasa, Patrick Anthony

Ministru tal-Ġustizzja u ta' l-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

15.

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

Ex-Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fl-14.3.1955.

Ex-membru tal-Gvern u b'rabtiet attwali mal-Gvern

16.

Chipanga, Tongesai Shadreck

Ex-Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1946.

Ex-membru tal-Gvern u b'rabtiet attwali mal-Gvern

17.

Chitepo, Victoria

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwielda fis-27.3.1928.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

18.

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant ta' l-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

19.

Chiweshe, George

President, ZEC (Imħallef tal-Qorti Suprema u President tal-kumitat tad-delimitazzjoni kontroversjali), imwieled fl-4.6.1953.

Rabtiet mal-gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

20.

Chiwewe, Willard

Gvernatur Provinċjali: Masvingo (ex-Segretarju Anzjan responsabbli għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fid-19.3.1949.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

21.

Chombo, Ignatius Morgan Chininya

Ministeru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Iżvilupp Urban, imwieled fl-1.8.1952.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

22.

Dabengwa, Dumiso

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fl-1939

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

23.

Damasane, Abigail

Deputat Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa l-Ġeneri u l-Iżvilupp tal-Komunità

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

24.

Dokora, Lazarus

Deputat Ministru għall-Edukazzjoni Ogħla u Terzjarja, imwieled fit-3.11.1957.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

25.

Georgias, Aguy

Deputat Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku, imwieled fit-22.6.1935.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

26.

Goche, Nicholas Tasunungurwa

Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, l-Impjiegi u l-Ħarsien Soċjali (ex-Ministru ta' l-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fl-1.8.1946.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

27.

Gombe, G

President, Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni

Jaqsam ir-responsabbiltà għall-elezzjonijiet frodulenti fl-2005

28.

Gula-Ndebele, Sobuza

Ex-President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Superviżjoni

Rabtiet mal-gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat

29.

Gumbo, Rugare Eleck Ngidi

Ministru ta' l-Agrikoltura (Ex-Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku), imwieled fit-8.3.1940.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

30.

Hove, Richard

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet Ekonomiċi, imwieled fl-1935

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

31.

Hungwe, Josaya (magħruf ukoll bħala Josiah) Dunira

Ex-Gvernatur Provinċjali: Masvingo, imwieled fis-7.11.1935.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

32.

Kangai, Kumbirai

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fis-17.2.1938.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

33.

Karimanzira, David Ishemunyoro Godi

Gvernatur Provinċjali: Ħarare u Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Finanzi, imwieled fil-25.5.1947.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

34.

Kasukuwere, Saviour

Deputat Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi u Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ, imwieled fit-23.10.1970.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

35.

Kaukonde, Ray

Gvernatur Provinċjali: Lvant ta' Mashonaland, imwieled fl-4.3.1963.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

36.

Kuruneri, Christopher Tichaona

Ex-Ministru tal-Finanzi u ta' l-Iżvilupp Ekonomiku, imwieled fl-4.4.1949. NB fil-preżenti jinsab miżmum f'kustodja.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

37.

Langa, Andrew

Deputat Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu u ex-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

38.

Lesabe, Thenjiwe V.

Membru tal-Kumitat Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fl-1933.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

39.

Mabunda, Musarahana,

Assistant Kummissarju tal-Pulizija,

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

40.

Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai

Ex-Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fit-13.6.1952.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

41.

Made, Joseph Mtakwese

Ministru ta' l-Istat ta' l-Inġinerija u l-Mekkanizzazzjoni Agrikola (Ex-Ministru ta' l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, imwieled fil-21.11.1954.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

42.

Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina)

President tas-Senat taz-ZANU (PF), imwielda fil-11.7.1943.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

43.

Mahofa, Shuvai Ben

Ex-Deputat Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, imwieled fl-4.4.1941.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

44.

Mahoso, Tafataona

President, Kummissjoni għall-Informazzjoni tal-Medja

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà ta' l-espressjoni u l-medja.

45.

Makoni, Simbarashe

Deputat Segretarju Ġenerali tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet Ekonomiċi (ex-Ministru tal-Finanzi), imwieled fit-22.3.1950.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

46.

Makwavarara, Sekesai

Aġent Sindku ta' Ħarare

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

47.

Malinga, Joshua

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Persuni b'Diżabbiltà u l-Iżvantaġġati, imwieled fit-28.4.1944.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

48.

Maluleke, Titus

Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

49.

Mangwana, Paul Munyaradzi

Ministru ta' l-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni, imwieled fl-10.8.1961.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

50.

Manyika, Elliot Tapfumanei

Ministru bla Portafoll (ex-Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi), imwieled fit-30.7.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

51.

Manyonda, Kenneth Vhundukai

Ex-Deputat Ministru ta' l-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali, imwieled fl-10.8.1934.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

52.

Marumahoko, Reuben

Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin (ex-Deputat Ministru għall-Intern), imwieled fl-4.4.1948.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

53.

Masawi, Ephrahim Sango

Gvernatur Provinċjali: Mashonaland Ċentrali.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

54.

Masuku, Angeline

Gvernatur Provinċjali: Nofsinhar ta' Matabeleland (Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Persuni b'Diżabbiltà u l-Iżvantaġġati), imwielda fl-14.10.1936.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

55.

Mathema, Cain

Gvernatur Provinċjali: Bulawayo

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

56.

Mathuthu, Thokozile

Gvernatur Provinċjali: Tramuntana ta' Matabeleland u Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

57.

Matiza, Joel Biggie

Deputat Ministru għall-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

58.

Matonga, Brighton

Deputat Ministru għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

59.

Matshalaga, Obert

Deputat Ministru ta' l-Intern (Ex-Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fil-21 ta’ April 1951 f'Mhute Kraal - Zvishavane.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

60.

Matshiya, Melusi (Mike)

Segretarju Permanenti, Ministeru ta' l-Intern.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

61.

Mavhaire, Dzikamai

Membru tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF).

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

62.

Mbiriri, Partson

Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Iżvilupp Urban.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

63.

Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (ex-Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija), imwieled fl-4.7.1952.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

64.

Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

Ministru ta' l-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali (ex-Speaker tal-Parlament), imwieled fil-15.9.1946.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

65.

Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

Ministru ta' l-Intern (ex-Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

66.

Moyo, Jonathan

Ex-Ministru ta' l-Istat għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-12.1.1957.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li dgħajfu serjament il-libertajiet fundamentali.

67.

Moyo, July Gabarari

Ex-Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (ex-Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, l-Impjiegi u l-Ħarsien Soċjali), imwieled fis-7.5.1950.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

68.

Moyo, Simon Khaya

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet Legali, imwieled fl-1945. NB Ambaxxatur għall-Afrika t'Isfel.

Ex-membru tal-politburo u b'rabtiet attwali mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

69.

Mpofu, Obert Moses

Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali (ex-Gvernatur Provinċjali: Tramuntana ta' Matabeleland) (Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għas-Sigurtà Nazzjonali), imwieled fit-12.10.1951.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

70.

Msika, Joseph W.

Viċi-President, imwieled fis-6.12.1923.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

71.

Msipa, Cephas George

Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

72.

Muchena, Olivia Nyembesi (magħruf ukoll bħala Nyembezi)

Ministru ta' l-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija (magħrufa wkoll bħala Nyembezi) fl-Uffiċċju tal-President (ex-Minsitru ta' l-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi-President Msika), imwielda fit-18.8.1946.

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

73.

Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, il-Ġeneri u l-Iżvilupp tal-Komunità Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Ġeneri u l-Kultura, imwielda fl-14.12.1958.

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

74.

Mudede, Tobaiwa (Tonneth)

Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ta' l-istat

75.

Mudenge, Isack Stanilaus Gorerazvo

Ministru ta' l-Edukazzjoni Terzjarja Ogħla (ex-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

76.

Mugabe, Grace

imwielda fit-23.7.1965.

Konjuġi tal-Kap ta' Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

77.

Mugabe, Sabina

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwielda fl-14.10.1934.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

78.

Mugariri, Bothwell

Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija,

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

79.

Muguti, Edwin

Deputat Ministru għas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal, imwieled fl-1965.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

80.

Mujuru, Joyce Teurai Ropa

Viċi President (ex-Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura), imwielda fil-15.4.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involuta f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

81.

Mujuru, Solomon T.R.

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fl-1.5.1949.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

82.

Mumbengegwi, Samuel Creighton

Ministru tal-Finanzi (Ex-Ministru ta' l-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni), imwieled fit-23.10.1942.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

83.

Mumbengegwi, Simbarashe

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, imwieled fl-20.7.1945.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

84.

Murerwa, Herbert Muchemwa

Ex-Ministru tal-Finanzi, imwieled fil-31.7.1941.

Ex-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali

85.

Musariri, Munyaradzi

Assistent Kummissarju tal-Pulizija

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

86.

Mushohwe, Christopher Chindoti

Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni (ex-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni), imwieled fis-6.2.1954.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

87.

Mutasa, Didymus Noel Edwin

Ministru ta' l-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, ir-Riforma ta' l-Artijiet u r-Riinsedjament fl-Uffiċċju tal-President, Segretarju għall-Amministrazzjoni taz-ZANU (PF), imwieled fis-27.7.1935

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

88.

Mutezo, Munacho

Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

89.

Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose)

Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, Brigadier Irtirat.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

90.

Mutinhiri, Tracey

Deputat Ministru għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni (Ex-Deputat Speaker tas-Senat)

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

91.

Mutiwekuziva, Kenneth Kaparadza

Deputat Ministru għall-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, imwieled fis-27.5.1948.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

92.

Muzenda, Tsitsi V.

Membru Anzjan tal-Kumitat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fit-28.10.1922.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

93.

Muzonzini, Elisha

Brigadier (ex-Direttur-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti), imwieled fl-24.6.1957.

Ex-membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi.

94.

Mzembi, Walter

Deputat Ministru għar-Riżorsi ta' l-Ilma u l-Iżvilupp ta' l-Infrastruttura, imwieled fis-16.3.1964.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

95.

Ncube, Abedinico

Deputat Ministru tas-Servizzi Pubbliċi, l-Impjiegi u l-Ħarsien Soċjali (ex-Deputat Ministru ta' l-Affarijiet Barranin), imwieled fit-13.10.1954.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

96.

Ndlovu, Naison K.

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Produzzjoni u l-Impjiegi, imwieled fit-22.10.1930.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

97.

Ndlovu, Richard

Deputat Kummissarjat tal-Politburo taz-ZANU (PF), imwieled fis-26.6.1942.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

98.

Ndlovu, Sikhanyiso

Ministru ta' l-Informazzjoni u l-Pubbliċità (Ex-Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni Ogħla u Terzjarja), imwieled fl-20.9.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

99.

Nguni, Sylvester

Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku (Ex-Deputat Ministru ta' l-Agrikoltura), imwieled fl-4.8.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

100.

Nhema, Francis

Ministru ta' l-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-7.4.1959.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

101.

Nkomo, John Landa

Speaker tal-Parlament (ex-Ministru ta' l-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fit-22.8.1934.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

102.

Nyambuya, Michael Reuben

Ministru ta' l-Enerġija u l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (ex-Logutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali: Manicaland), imwieled fit-23.7.1955.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

103.

Nyanhongo, Magadzire Hubert

Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

104.

Nyathi, George

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

105.

Nyoni, Sithembiso Gile Glad

Ministru għall-Iżvilupp ta' l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju u l-Ħolqien ta' l-Impjiegi, imwieled fl-20.9.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

106.

Parirenyatwa, David Pagwese

Ministru tas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal (ex-Deputat Ministru), imwieled fit-2.8.1950.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

107.

Patel, Khantibhal

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Finanzi, imwieled fit-28.10.1928.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

108.

Pote, Selina M.

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Ġeneri u l-Kultura.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

109.

Sakabuya, Morris

Deputat Ministru tal-Gvern Lokali, tax-Xogħlijiet Pubbliċi u ta' l-Iżvilupp Urban.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

110.

Sakupwanya, Stanley

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għas-Saħħa u l-Benessere tat-Tfal.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

111.

Samkange, Nelson Tapera Crispen

Gvernatur Provinċjali: Punent ta' Mashonaland.

Rabtiet mal-Gvern u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem

112.

Sandi or Sachi, E. (?)

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet tan-Nisa.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

113.

Savanhu, Tendai

Deputat Segretarju taz-ZANU (PF), għat-Trasport u l-Ħarsien Soċjali, imwieled fil-21.3.1968.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern.

114.

Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere

Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

115.

Sekeremayi, Lovemore

Uffiċjal Elettorali Prinċipali

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

116.

Shamu,Webster

Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (ex-Ministru ta' l-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

117.

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fid-29.9.1928.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

118.

Shiri, Perence

Marixxall ta' l-Ajru (Forza ta' l-Ajru), imwieled fl-1.11.1955.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

119.

Shumba, Isaiah Masvayamwando

Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Isports u l-Kultura, imwieled fit-3.1.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

120.

Sibanda, Jabulani

Ex-President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled fil-31.12.1970.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

121.

Sibanda, Misheck Julius Mpande

Segretarju tal-Kabinett (suċċessur għal Nru 127 Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949.

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

122.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant ta' l-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

123.

Sikosana, Absolom

Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

124.

Stamps, Timothy

Konsulent tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fil-15.10.1936.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

125.

Tawengwa, Solomon Chirume

Deputat Segretarju tal-Politburo taz-ZANU (PF), għall-Finanzi, imwieled fil-15.6.1940.

Membru tal-politburo u b'hekk b'rabtiet sodi mal-Gvern u mal-politika tal-Gvern

126.

Udenge, Samuel

Ministru ta' l-Istat għall-Intrapriżi Statali (Ex-Deputat Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku)

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

127.

Utete, Charles

President tal-Kumitat Presidenzjali għar-Reviżjoni ta' l-Artijiet (ex-Segretarju tal-Kabinett), imwieled fit-30.10.1938.

Rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

128.

Veterai, Edmore

Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija, Uffiċjal Kmandant ta' Ħarare

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi

129.

Zimonte, Paradzai

Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled fl-4.3.1947.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika oppressiva ta' l-istat

130.

Zhuwao, Patrick

Deputat Ministru għax-Xjenza u t-Teknoloġija (NB in-neputi ta' Mugabe)

Membru tal-Gvern u b'hekk involut f'attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

131.

Zvinavashe, Vitalis

Politburo, Kumitat ta' l-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni fil-partit, imwieled fis-27.9.1943.

Membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni ta' politika ripressiva ta' l-istat u membru tal-politburo.