ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
29 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2007 tat-22 ta’ Frar 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-negozjati dwar l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, Taqsima Garanzija

5

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 735/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1784/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2007 tas-27 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment tal-proċedura għat-tiġdid ta’ l-inklużjoni ta’ l-ewwel grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi ( 1 )

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jadatta l-obbligi tal-kunsinna għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat taħt il-Protokoll ta’ l-AKP u l-Ftehim ma’ l-Indja għall-perjodu ta’ kunsinna 2006/2007

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 dwar miżuri tranżitorji bħala parti mir-riforma ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1994/2006 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-ngħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-ngħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

24

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 741/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 742/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 743/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

31

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 744/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

33

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 958/2006

35

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

36

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

39

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

41

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

42

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 750/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi li m’għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

46

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 751/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

47

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/40/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva 2001/32/KE li tirrikonoxxi ż-żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

49

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li temenda lil ċertu Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

51

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/444/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT

53

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

55

 

 

2007/445/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2007 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE

58

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/446/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2007 dwar il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils

63

 

 

2007/447/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2007 li għat-tieni darba temenda d-Deċiżjoni 2005/263/KE li tawtorizza l-Istati Membri sabiex jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2587)  ( 1 )

64

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/448/PESK tat-28 ta’ Ġunju 2007 li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/380/PESK u 2006/1011/PESK

69

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/449/PESK tat-28 ta’ Ġunju 2007 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri ta' appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

75

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 733/2007

tat-22 ta’ Frar 2007

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-negozjati dwar l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala “In-Nomenklatura Magħquda”, u ffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2007/444/KE tat-22 ta’ Frar 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada rigward il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim bl-iskop li jingħalqu n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għaldaqstant jiġi emendat u ssupplimentat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness 7 tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta (kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Komunità) għandu jiġi emendat bil-kwoti tariffarji u jiġi supplimentat bil-volumi li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MÜNTEFERING


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 129/2007 (ĠU L 56, 23.2.2007, p. 1).

(2)  Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet huma ddeterminati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM hekk kif ikunu fil-waqt ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn jiġu indikati ex-kodiċijiet tan-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu ddeterminati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

PARTI TLIETA

Annessi Tariffarji

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ dazju

0203 12 11

0203 12 19

0203 19 11

0203 19 13

0203 19 15

ex 0203 19 55

0203 19 59

0203 22 11

0203 22 19

0203 29 11

0203 29 13

0203 29 15

ex 0203 29 55

0203 29 59

Qatgħat ta' majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadma jew mingħajrha, għajr għall-flett taċ-ċanga tarija ppreżentata għaliha

Allokazzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja għall-pajjiż (Kanada) ta' 4 624 tunnellata f'rata ta' kwota ta' EUR 233-434/ tunnellata

0203 12 11

0203 12 19

0203 19 11

0203 19 13

0203 19 15

ex 0203 19 55

0203 19 59

0203 22 11

0203 22 19

0203 29 11

0203 29 13

0203 29 15

ex 0203 29 55

0203 29 59

Qatgħat ta' majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat, bl-għadma jew mingħajrha, għajr għall-flett taċ-ċanga tarija ppreżentata għaliha

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

ex 0203 19 55

ex 0203 29 55

Flett taċ-ċanga bla għadam u prieżet tal-majjal domestiku, friski, imkessħa jew iffriżati

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

0207 11 10

0207 11 30

0207 11 90

0207 12 10

0207 12 90

Karkassa tat-tiġieġ, friska, imkessħa jew iffriżata

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

0207 13 10

0207 13 20

0207 13 30

0207 13 40

0207 13 50

0207 13 60

0207 13 70

0207 14 20

0207 14 30

0207 14 40

0207 14 60

Qatgħat tat-tiġieġ, friski, imkessħa jew iffriżati

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

0207 14 10

Qatgħat ta' tajr mingħajr għadam ta' l-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

0207 24 10

0207 24 90

0207 25 10

0207 25 90

0207 26 10

0207 26 20

0207 26 30

0207 26 40

0207 26 50

0207 26 60

0207 26 70

0207 26 80

0207 27 30

0207 27 40

0207 27 50

0207 27 60

0207 27 70

Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew iffriżat

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

 

Qatgħat tad-dundjan, iffriżati

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

0207 27 10

Mingħajr għadam

0207 27 20

Nofsijiet jew kwarti

0207 27 80

Oħrajn

0402 10 19

Trab tal-ħalib xkumat

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

2204 29 65

2204 29 75

Inbid mill-għeneb frisk (għajr għall-inbid spumanti u inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi) ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-13 % vol, f'reċipjenti li jesgħu aktar minn 2 litri

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

2204 21 79

2204 21 80

Inbid mill-għeneb frisk (għajr għall-inbid spumanti u inbid ta' kwalità prodott f'reġjuni speċifiċi) ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx it-13 % vol, f'reċipjenti li jesgħu 2 litri jew anqas

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

2205 90 10

Vermut u nbid ieħor mill-għeneb frisk li fihom togħma ta' pjanti jew sustanzi aromatiċi, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta' 18 % vol jew anqas, f'reċipjenti li fihom aktar minn 2 litri

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1)

2008 20 11

2008 20 19

2008 20 31

2008 20 39

2008 20 71

2008 30 11

2008 30 19

2008 30 31

2008 30 39

2008 30 79

2008 40 11

2008 40 19

2008 40 21

2008 40 29

2008 40 31

2008 40 39

2008 50 11

2008 50 19

2008 50 31

2008 50 39

2008 50 51

2008 50 59

2008 50 71

2008 60 11

2008 60 19

2008 60 31

2008 60 39

2008 60 60

2008 70 11

2008 70 19

2008 70 31

2008 70 39

2008 70 51

2008 70 59

2008 80 11

2008 80 19

2008 80 31

2008 80 39

2008 80 70

Pineapples, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

1003 00

Xgħir

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

1001 90 99

Qamħ artab

Espansjoni ta' 853 tunnellata ta' l-allokazzjoni attwali tal-Kanada fil-kwota tar-rata tariffarja tal-KE, fir-rata tal-kwota ta' EUR 12/ tunnellata.

1005 90 00

1005 10 90

Qamħirrum

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

2309 10 13

2309 10 15

2309 10 19

2309 10 33

2309 10 39

2309 10 51

2309 10 53

2309 10 59

2309 10 70

Ikel tal-klieb u l-qtates

Implimentata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p. 1)

2309 90 31

2309 90 41

2309 90 51

2309 90 95

2309 90 99

Preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf ta' l-annimali

Ftuħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 2 700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE, fir-rata tal-kwota ta' 7 %

Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffi tal-KE-15 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti kollha ta’ hawn fuq.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 734/2007

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1883/78 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, Taqsima Garanzija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Għal operazzjonijiet ta’ intervent li għalihom ma ġiex stabbilit ammont ta’ unità mir-regoli ta’ organizzazzjoni tas-suq, ġew stabbiliti regoli ta’ finanzjament Komunitarji bażiċi mir-Regolament (KEE) Nru 1883/78 (2), b'mod partikolari dwar il-metodu ta’ stabbiliment ta’ l-ammonti li għandhom ikunu ffinanzjati, il-finanzjament tan-nefqa li tirriżulta mir-rabta tal-fondi meħtieġa għal xiri b'intervent, il-valutazzjoni ta’ ħażniet li għandhom jiġu trasferiti minn sena għal oħra u l-finanzjament tan-nefqa li tirriżulta mill-operazzjonijiet fiżiċi tal-ħażna.

(2)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 jipprevedi li t-taxxi imposti fuq l-imgħax li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fil-mobilizzazzjoni tal-fondi użati għax-xiri ta’ prodotti ta’ intervent pubbliku għandhom ikunu ffinanzjati mill-Komunità b'rata ta’ imgħax uniformi.

(3)

Jista' jidher li f'ċerti Stati Membri x-xiri ta’ prodotti agrikoli b'intervent pubbliku jista' jkun iffinanzjat biss b'rati ta’ imgħax li huma sostanzjalment ogħla mir-rata ta’ imgħax uniformi.

(4)

Meta, f'tali każijiet, il-medja tar-rati ta’ imgħax, matul it-tielet xahar wara l-perijodu ta’ referenza użat għall-istabbiliment tar-rata ta’ imgħax uniformi mill-Kummissjoni, hija aktar mid-doppju tar-rata ta’ imgħax uniformi għal Stat Membru partikolari, għandu jsir provvediment biex jiġi applikat mekkaniżmu ta’ korrezzjoni. Din il-medja tar-rata ta’ imgħax għandha madankollu titħallas mill-Istat Membru kkonċernat sabiex ikun imħeġġeġ li jsib il-metodu ta’ finanzjament l-anqas għali.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1883/78 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(6)

Din l-emenda għar-regoli għandha titwettaq għas-snin finanzjarji 2007 u 2008 u għandha tapplika mill-bidu tas-sena ta’ kontabilità preżenti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, jekk il-medja tar-rata ta’ imgħax imħallsa minn Stat Membru matul it-tielet xahar wara l-perijodu ta’ referenza użata għall-istabbiliment tar-rata ta’ imgħax uniformi mill-Kummissjoni tkun aktar mid-doppju tar-rata ta’ imgħax uniformi, il-Kummissjoni tista', għas-snin finanzjarji 2007 u 2008, fil-finanzjament ta’ l-ispejjez ta’ l-imgħax imħallsa minn dak l-Istat Membru, tkopri l-ammont li jikkorrispondi mar-rata ta’ imgħax imħallsa minn dan l-Istat Membru nieqes ir-rata ta’ imgħax uniformi.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika għal infiq mill-1 ta’ Ottubru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 695/2005 (ĠU L 114, 4.5.2005, p. 1).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 735/2007

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1784/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-miżuri li jikkonċernaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali, kif adottati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 (2), jinkludu fil-każ tas-suq intern sistema ta’ intervent, li l-għan prinċipali tagħha huwa li tistabbilizza s-swieq u tiżgura livell ġust ta’ l-għajxien għall-komunità agrikola f’dan is-settur.

(2)

L-applikazzjoni ta’ din is-sistema matul dawn l-aħħar sentejn tas-suq, 2004/2005 u 2005/2006, kellha l-effett li nħolqu ħażniet ta’ intervent sostanzjali ferm ta’ qamħ ir-rum li qed jirriżultaw partikolarment diffiċli sabiex jitneħħew fuq is-suq Komunitarju u dak internazzjonali, prinċipalment minħabba l-post fejn jinsabu. Barra minn hekk, il-qamħ ir-rum huwa ċereal li mhux faċli tippreservah u li aktar kemm idum maħżun, aktar isir diffiċli l-bejgħ tiegħu, minħabba l-bidla progressiva fil-kwalità tiegħu.

(3)

Matul l-2006 instab li, kif applikata s’issa, is-sistema ta’ intervent ma rnexxilhiex tikseb l-objettivi mixtieqa, prinċipalment fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-qamħ ir-rum f’ċerti reġjuni tal-Komunità. Fil-fatt, f’dawk ir-reġjuni din is-sistema saret alternattiva għat-tneħħija diretta ta’ prodotti fuq is-suq, minkejja l-fatt li l-prezz fil-fatt riċevut minn dawn il-produtturi għall-qamħ ir-rum maħsud ta’ spiss kien aktar baxx mill-prezz ta’ intervent.

(4)

Taħt dawn il-kundizzjonijiet irriżulta invalidu r-rwol prekawzjonarju ta’ mezz ta’ rikors li għalih ġiet stabbilita s-sistema ta’ intervent fir-rigward tal-qamħ ir-rum, u konsegwentement ġiet ostakolata l-orjentazzjoni tal-produzzjoni lejn il-ħtiġijiet tas-suq.

(5)

Iż-żamma tas-sistema ta’ intervent f’dan l-istat tinvolvi saħansitra r-riskju li jiżdiedu aktar il-ħażniet ta’ intervent tal-qamħ ir-rum mingħajr ma jkun hemm l-ebda benefiċċju għall-produtturi kkonċernati.

(6)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu adottati miżuri adatti sabiex ikun garantit il-funzjonament tajjeb tas-suq Komunitarju taċ-ċereali. Għal dan il-għan jidher li l-aktar miżura adatta hija li jiġu ffissati limiti tal-kwantitajiet eliġibbli għall-intervent għall-qamħ ir-rum għal kwantità globali massima għall-Komunità, iffissata rispettivament għal 1 500 000 tunnellata metrika u 700 000 tunnellata metrika għas-snin tas-suq 2007/2008 u 2008/2009 u li jsir tnaqqis ta’ din il-kwantità għal 0 mis-sena tas-suq 2009/2010, b’kont meħud tal-fatti kunsidrati hawn fuq u ta’ l-opportunitajiet ta’ bejgħ disponibbli għall-produtturi fis-suq intern u fis-suq internazzjonali.

(7)

Huwa meħtieġ konsegwentement li r-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ma’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-kwantitajiet ta’ qamħ ir-rum mixtrija mill-aġenziji ta’ intervent għandhom ikunu limitati għall-kwantitajiet massimi li ġejjin:

1 500 000 tunnellata metrika għas-sena tas-suq 2007/2008,

700 000 tunnellata metrika għas-sena tas-suq 2008/2009,

0 tunnellata metrika mis-sena tas-suq 2009/2010.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mis-sena tas-suq 2007/2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ Mejju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament tal-Kummissjoni kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 736/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

33,8

MK

39,3

TR

91,9

ZZ

55,0

0707 00 05

JO

159,1

TR

111,2

ZZ

135,2

0709 90 70

IL

42,1

TR

88,0

ZZ

65,1

0805 50 10

AR

57,4

ZA

62,3

ZZ

59,9

0808 10 80

AR

97,8

BR

84,6

CL

79,4

CN

89,8

CO

90,0

NZ

99,0

US

130,0

UY

51,0

ZA

96,9

ZZ

90,9

0809 10 00

TR

177,4

ZZ

177,4

0809 20 95

TR

286,0

US

525,9

ZZ

406,0

0809 40 05

IL

171,6

ZZ

171,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 737/2007

tas-27 ta’ Ġunju 2007

dwar l-istabbiliment tal-proċedura għat-tiġdid ta’ l-inklużjoni ta’ l-ewwel grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u (5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi li fuq talba, l-inklużjoni ta’ sustanza tista’ tiġġedded darba, jew aktar, għal perjodu li ma jaqbiżx l-10 snin.

(2)

Il-Kummissjoni irċiviet talba minn ċerti produtturi li talbu għat-tiġdid tas-7 sustanzi attivi li tniżżlu l-ewwel fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Għandha tiġi prevista proċedura li biha l-produtturi interessati kollha jkollhom id-dritt li jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-interess tagħhom li jiżguraw l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

Il-produtturi li jixtiequ jiżguraw it-tiġdid ta’ inklużjoni għal sustanza attiva koperta minn dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa li jinnotifikaw l-Istat Membru rapporteur rilevanti.

(5)

L-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi li n-notifika tagħhom instabet li hija aċċettabbli għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati għall-preżentazzjoni ta’ dossiers konġunti.

(6)

Ir-relazzjoni bejn il-produtturi, l-Istati Membri, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, minn hawn ‘il quddiem l-“Awtorità”, u l-Kummissjoni u l-obbligazzjoni ta’ kull wieħed mill-partijiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura għandhom jiġu stipulati.

(7)

Tagħrif tekniku jew xjentifiku dwar sustanza attiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-effetti potenzjalment perikolużi tagħha jew ir-residwi tagħha, sottomess fi ħdan il-limiti ta’ żmien rilevanti minn xi partijiet oħrajn interessati għandu jitqies fil-valutazzjonijiet.

(8)

It-tagħrif sottomess għandu jinkludi data ġdida rilevanti għas-sustanza attiva u valutazzjoni tar-riskju ġdida sabiex tirrifletti kwalunkwe tibdiliet fir-rekwiżiti tad-data taħt l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE, u kwalunkwe tibdiliet fl-għarfien xjentifiku jew tekniku sa minn meta s-sustanza attiva ġiet inkluża għall-ewwel darba fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, kif rifless fid-dokumenti ta’ gwida mis-servizzi tal-Kummissjoni u opinjonijiet rilevanti mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP – Scientific Committee on Plants) jew l-Awtorità. Il-firxa ta’ użi sottomessa għandha tirrifletti l-metodu ta’ użu rappreżentattiv. Il-produttur għandu juri, fuq il-bażi tad-data sottomessa, li r-rekwiżiti għad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 5 tagħha jistgħu jintlaħqu għal preparazzjoni waħda jew aktar.

(9)

Għandu jiġi stabbilit li l-Istati Membri rapporteur għandhom jibagħtu rapporti tal-valutazzjonijiet tagħhom lill-Awtorità u lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun.

(10)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni mħejjija mill-Istati Membri rapporteur jistgħu, fejn meħtieġ, ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni minn esperti ta’ Stati Membri oħrajn fi ħdan programm ikkoordinat mill-Awtorità qabel ma dawn jintbagħtu lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(11)

Ir-regoli dwar il-ħarsien tad-data skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/414/KEE huma maħsuba sabiex jipprovdu inċentiv għan-notifikanti sabiex jiġbru l-istudji ddettaljati meħtieġa skond l-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, il-ħarsien tad-data ma għandhiex tiġi estiża b’mod artifiċjali bil-produzzjoni ta’ studji ġodda li mhumiex meħtieġa għal deċiżjoni dwar it-tiġdid ta’ sustanza attiva. Għal dan il-għan, in-notifikanti għandhom jintalbu jidentifikaw b’mod espliċitu liema studji huma ġodda meta mqabbla mad-dossier oriġinali użat għall-ewwel inklużjoni tas-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistipula l-proċedura għat-tiġdid ta’ l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament,

(a)

‘produttur’ tfisser il-persuna li waħidha timmanifattura s-sustanza attiva jew il-persuna li tgħaddi l-kuntratt għall-manifattura lil parti oħra jew lil persuna magħżula mill-manifattur bħala r-rappreżentant waħdieni tiegħu għall-għanijiet ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

(b)

‘Kumitat’ tfisser il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, imsemmi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 91/414/KEE.

(ċ)

‘Notifikant’ għandha t-tifsira mogħtija mill-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

(d)

Dossier oriġinali’, fir-rigward ta’ sustanza attiva, tfisser id-dossier li fuq il-bażi tiegħu ġiet miżjuda s-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 3

Awtorità ta’ l-Istat Membru magħżula

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità jew awtoritajiet sabiex iwettqu l-obbligi ta’ l-Istati Membri kif definiti f’dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali elenkati fl-Anness II għandhom jikkoordinaw u jiżguraw il-kuntatti meħtieġa man-notifikanti, Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u l-Awtorità, skond dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu jikkomunika modifiki dwar l-awtorità ta’ koordinazzjoni nazzjonali magħżula lill-Kummissjoni, lill-Awtorità u lill-awtorità ta’ koordinazzjoni magħżula ta’ l-Istati Membri oħrajn.

Artikolu 4

Notifika

1.   Produttur li jixtieq iġedded l-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanza attiva msemmija fil-kolonna A ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jew kwalunkwe varjanti tagħha bħal melħ, esteri jew ammini, għandu jibgħat notifika, separatament għal kull sustanza attiva, lill-Istat Membru rapporteur elenkat fil-kolonna B ta’ dak l-Anness u lill-Istat Membru ko-rapporteur elenkat fil-kolonna C ta’ dak l-Anness mhux aktar tard mis-6 ta’ Ottubru 2007, skond il-mudell fl-Anness III. Tali produttur huwa minn hawn ‘il quddiem irreferut bħala ‘in-notifikant’.

Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

2.   Notifika konġunta tista’ tintbagħat minn assoċċjazzjoni ta’ produtturi magħżula mill-produtturi għall-għan ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.   Produttur li ma bagħatx notifika għas-sustanza attiva ikkonċernata sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Ottubru jew li n-notifika tiegħu ġiet irrifjutata bħala inaċċettabli, ma għandux jipparteċipa fil-kumplament tal-proċedura, minbarra flimkien ma’ produttur ieħor li bagħat notifika aċċettabbli.

Artikolu 5

L-aċċettabbilità tan-notifiki u ta’ data ta’ pubblikazzjoni fir-rigward tan-notifikanti

1.   Għal kull sustanza attiva l-Istat Membru rapporteur għandu jeżamina n-notifiki msemmija fl-Artikolu 4(1) u, minn ta’ l-anqas xahar wara d-data msemmija f’dak il-paragrafu, jevalwa l-aċċettabbilità tan-notifiki riċevuti, filwaqt li jqis il-kriterji msemmija fl-Anness IV. Għandu jikkomunika l-valutazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li għandha tiddeċiedi liema notifiki huma aċċettabbli, filwaqt li tqis il-valutazzjoni ta’ l-Istat Membru rapporteur.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika, għal kull sustanza attiva, l-ismijiet u l-indirizzi tan-notifikanti kkonċernati.

Artikolu 6

Sottomissjoni tad-data

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2008, in-notifikanti kkonċernati għandhom jibagħtu dan li ġej lill-Istat Membru rapporteur u lill-Istat Membru ko-rapporteur:

(a)

kopja tan-notifika u, fil-każ ta’ notifika konġunta skond l-Artikolu 4(2), l-isem tal-persuna magħżula mill-produtturi kkonċernati bħala r-responsabbli għad-dossier konġunt u għall-ipproċessar tad-dossier skond dan ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe data ġdida mqabbla mad-dossier oriġinali tas-sustanza attiva u kwalunkwe valutazzjonijiet tar-riskju ġodda sabiex jirriflettu tibdiliet fir-rekwiżiti tad-data skond l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE, jew kwalunkwe tibdiliet fl-għarfien xjentifiku u tekniku sa minn meta s-sustanza attiva kkonċernata ġiet inkluża għall-ewwel darba fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE;

(ċ)

lista ta’ kontroll li turi li d-dossier huwa komplut, li tindika li d-data hija ġdida.

2.   Fejn id-dossier ikun fih studji li huma aktar riċenti minn dawk misjuba fid-dossier oriġinali, in-notifikant irid jispjega għal kull studju ġdid għaliex huwa rilevanti.

3.   Il-firxa ta’ użi sottomessa għandha tirrifletti l-metodu ta’ użu rappreżentattiv. Id-data sottomessa min-notifikant għandha turi li, għal preparazzjoni waħda jew aktar, is-sustanza attiva tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414/KEE.

4.   Fejn ikun hemm bosta notifiki għal sustanza attiva elenkata fl-Anness I, in-notifikanti kkonċernati għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jibagħtu d-data kollettivament. Fejn id-data ma tkunx sottomessa b’mod konġunt min-notifikanti kollha kkonċernati, in-notifikanti għandhom isemmu l-isforzi magħmula u r-raġunijiet għaliex ċerti notifikanti ma ħadux sehem. Għal sustanzi attivi nnotifikati minn aktar minn notifikant wieħed, dawn in-notifikanti għandhom għal kull studju li jinvolvi annimali vertebrati, jagħtu spjegazzjoni ddettaljata dwar l-attentati li saru sabiex jiġi evitat ittestjar doppju u jagħtu, jekk applikabbli, ir-raġunijiet u ġustifikazzjoni għat-twettiq ta’ studju doppju.

5.   Jekk mitlub mill-Awtorità jew minn Stat Membru, in-notifikant għandu jagħmel disponibbli d-dossier oriġinali u aġġornamenti sussegwenti mibgħuta għall-ewwel inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 7

Sottomissjoni sussegwenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istat Membru rapporteur ma għandux jaċċetta s-sottomissjoni ta’ tagħrif addizzjonali wara l-31 ta’ Awwissu 2008.

2.   B’deroga minn paragrafu 1, l-Istat Membru rapporteur jista’ jirrikjedi tagħrif addizzjonali filwaqt li jistabbilixxi perjodu ta’ żmien għas-sottomissjoni tiegħu li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2009. L-Istat Membru rapporteur għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità bi kwalunkwe tali talba li jagħmel.

Tagħrif li ma ġiex mitlub, jew li ma ntbagħatx qabel il-31 ta’ Marzu 2009, ma għandux jitqies.

3.   L-Istat Membru rapporteur għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità b’każijiet fejn jirċievi tagħrif min-notifikant, li huwa jqis mhux meħtieġa skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 8

Tmiem tal-parteċipazzjoni

1.   Meta notifikant jiddeċiedi li jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċedura ta’ tiġdid għal sustanza attiva, dan għandu jinforma lill-Istat Membru rapporteur, lill-Istat Membru ko-rapporteur, lill-Kummissjoni u lin-notifikanti oħrajn għas-sustanza kkonċernata, filwaqt li jsemmi r-raġunijiet.

Fejn notifikant itemm il-parteċipazzjoni tiegħu jew jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu previsti f’dan ir-Regolament, il-proċeduri previsti fl-Artikoli 10 sa 14 ma għandhomx jitkomplew għad-dossier tiegħu. B’mod partikolari, fejn notifikant ma jibgħatx, fejn meħtieġ, id-dossier imsemmi fl-Artikolu 6(5), il-parteċipazzjoni tiegħu titqies li tkun intemmet.

2.   Fejn notifikant jaqbel ma’ produttur ieħor li n-notifikant għandu jinbidel għall-għanijiet ta’ parteċipazzjoni ulterjuri fil-proċedura ta’ tiġdid, in-notifikant u l-produtturi oħrajn għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru rapporteur, lill-Istat Membru ko-rapporteur u lill-Kummissjoni permezz ta’ dikjarazzjoni komuni, fejn jaqblu li l-produttur l-ieħor għandu jieħu post in-notifikant fit-twettieq tad-doveri taħt dan ir-Regolament. Huma għandhom jinfurmaw lil kwalunkwe notifikanti oħrajn għas-sustanza kkonċernata fl-istess waqt. F’tali każ, il-produttur l-ieħor jista’ jkun responsabbli għal kwalunkwe miżati li jkunu għadhom ma tħallsux taħt ir-reġim stabbilit mill-Istat Membru rapporteur skond l-Artikolu 15.

Artikolu 9

Sottomissjoni ta’ tagħrif minn partijiet terzi

Kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jixtieq jibgħat lill-Istat Membru rapporteur tagħrif li jista’ jkun ta’ kontribut għall-valutazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-effetti potenzjalment perikolużi tas-sustanza attiva jew tar-residwi tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u fuq l-ambjent għandu jagħmel dan sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008.

L-Istat Membru rapporteur għandu jibgħat mingħajr dewmien kwalunkwe tagħrif riċevut mill-Awtorità u min-notifikant.

In-notifikant jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu dwar it-tagħrif mibgħut lill-Istat Membru rapporteur sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2008.

Artikolu 10

Valutazzjoni mill-Istat Membru rapporteur

1.   L-Istat Membru rapporteur għandu jevalwa d-data ġdida u l-valutazzjoni tar-riskju mibgħuta skond l-Artikolu 6(1), u jekk meħtieġ, tagħrif mid-dossier oriġinali filwaqt li jqis it-tagħrif disponibbli dwar l-effetti potenzjalment perikolużi mibgħuta minn kwalunkwe parti terza u kwalunkwe kummenti riċevuti min-notifikant skond l-Artikolu 9.

L-Istat Membru rapporteur għandu jħejji rapport ta’ valutazzjoni b’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru ko-rapporteur, fejn jistabbilixxi, fejn rilevanti, il-punti li l-Istat Membru ko-rapporteur ma qabilx dwarhom.

Ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjoni dwar id-deċiżjoni li għandha tittieħed fir-rigward tat-tiġdid. Ir-rapport għandu jevalwa ukoll jekk l-istudji l-ġodda identifikati skond l-Artikolu 6(2) humiex rilevanti għall-valutazzjoni.

L-Istat Membru rapporteur għandu jibgħat ir-rapport ta’ valutazzjoni lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2009. Ir-rapport għandu jintbagħat fil-format identifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

2.   L-Istat Membru rapporteur jista’ jikkonsulta lill-Awtorità u jitlob għal tagħrif tekniku u xjentifiku addizzjonali minn Stati Membri oħrajn.

Artikolu 11

Aċċess għar-rapport ta’ valutazzjoni

1.   Wara li tirċievi r-rapport ta’ valutazzjoni l-Awtorità għandha tgħaddih lill-Istati Membri u n-notifikant(i) l-oħrajn għall-kummenti. Tali kummenti għandhom jintbagħtu lill-Awtorità, li għandha tiġborhom u tgħaddihom lill-Kummissjoni.

2.   L-Awtorità għandha tagħmel ir-rapport ta’ valutazzjoni disponnibbli fuq talba jew għall-konsultazzjoni minn kwalunkwe persona, għajr l-elementi tiegħu li ġew aċċettati bħala kunfidenzjali skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 12

Valutazzjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rapport ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjoni mill-Istat Membru rapporteur u l-kummenti riċevuti.

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Awtorità. Tali konsultazzjoni tista’, jekk xieraq, tinkludi rikjesta sabiex tħejji reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam tar-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-Istat Membru rapporteur, sabiex tieħu l-forma ta’ konklużjoni dwar dak ir-rapport.

2.   F’każijiet fejn il-Kummissjoni tikkonsulta l-Awtorità, l-Awtorità għandha tibgħat it-tweġiba tagħha mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tirċievi dak ir-rapport.

3.   Il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jaqblu dwar skeda għall-għoti tal-konklużjonijiet sabiex jiffaċilitaw it-tħejjija tax-xogħol. Il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom jaqblu dwar il-format li fih jintbagħtu l-konklużjonijiet ta’ l-Awtorità.

Artikolu 13

Preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ direttiva jew abbozz ta’ deċiżjoni

1.   Mingħajr preġudizzju lejn kwalunkwe proposta li tista’ tibgħat bil-għan li temenda l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE (2), il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tirċievi r-rapport ta’ valutazzjoni jew il-konklużjoni ta’ l-Awtorità, tibgħat abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni lill-Kumitat sabiex ikun iffinalizzat fil-laqgħa tagħha.

Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn wieħed milli ġejjin:

(a)

abbozz ta’ direttiva sabiex tiġġedded l-inklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, li tistipula, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet, inkluż il-perjodu, għal tali inklużjoni; jew

(b)

abbozz ta’ deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri sabiex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva kkonċernata, li permezz tiegħu l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ma tiġġeddidx, filwaqt li jistabbilixxi r-raġunijiet għall-ebda inklużjoni.

2.   Id-direttiva jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 14

Aċċess għar-rapport ta’ reviżjoni

Ir-rapport ta’ reviżjoni ffinalizzat, għajr għal kwalunkwe partijiet li jirreferu għal tagħrif kunfidenzjali li jinstab fid-dossiers u stabbiliti bħala tali b’konformità ma’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom ikunu disponibbli għall-konsultazzjoni mill-pubbliku.

Artikolu 15

Miżati

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġim li jobbliga lin-notifikanti li jħallsu miżata għat-trattament amministrattiv u l-valutazzjoni tan-notifiki kif ukoll id-dossiers li għandhom x’jaqsmu magħhom, li jkunu ntbagħtulhom skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 6 f’kull każ fejn l-Istat Membru jkun ġie magħżul bħala l-Istat Membru rapporteur jew l-Istat Membru ko-rapporteur.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżata speċifika għall-valutazzjoni tan-notifika.

3.   Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Istati Membri ko-rapporteur għandhom:

(a)

jeħtieġu l-ħlas ta’ miżata li tikkorrispondi kemm jista’ jkun possibbli ma’ l-ispejjeż tagħhom fit-twettiq tal-proċeduri differenti kollha assoċjati mal-valutazzjoni għal kull sottomissjoni ta’ dossier, kemm jekk introdott minn notifikant wieħed jew kollettivament minn bosta notifikanti interessati.

(b)

jiżguraw li l-ammont tal-miżata huwa stabbilit b’manjiera trasparenti sabiex jikkorrispondi ma’ l-ispiża reali ta’ l-eżaminazzjoni u t-trattament amministrattiv ta’ notifika u ta’ dossier; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu skala ta’ ħlasijiet fissi msejsa fuq l-ispejjeż medja għall-kalkolu tal-miżata totali.

(ċ)

jiżguraw li l-miżata hija riċevuta skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtorità f’kull Stat Membru elenkat fl-Anness II u li d-dħul mill-miżata huwa użat għall-iffinanzjar esklussiv ta’ l-ispejjeż mġarrba mill-Istat Membru rapporteur u mill-Istat Membru ko-rapporteur għall-valutazzjoni u t-trattament amministrattiv tan-notifiki u d-dossiers li għalihom dak l-Istat Membru huwa rapporteur jew ko-rapporteur jew sabiex jiffinanzja l-azzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tiegħu bħala Stat Membru rapporteur jew Stat Membru ko-rapporteur.

Artikolu 16

Ħlasijiet, taxxi jew miżati oħrajn

L-Artikolu 15 huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ l-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu, skond it-Trattat, ħlasijiet, taxxi jew miżati fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-kontroll ta’ sustanzi attivi u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għajr għall-miżata prevista fl-Artikolu 15.

Artikolu 17

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).

(2)  ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36.


ANNESS I

Lista ta’ sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1 u l-Istati Membri rapporteur u dawk ko-rapporteur tagħhom.

A.

Sustanza attiva

B.

Stat Membru Rapporteur

C.

Stat Membru Ko-rapporteur

azoxystrobin

Ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

imazalil

L-Olanda

Spanja

kresoxim-methyl

Il-Belġju

Il-Litwanja

spiroxamin

Il-Ġermanja

L-Ungerija

azimsulfuron

L-Iżvezja

Is-Slovenja

prohexadion-calcium

Franza

Is-Slovakkja

fluroxypyr

L-Irlanda

Il-Polonja


ANNESS II

L-Awtorità ta’ koordinazzjoni fl-Istati Membri

Il-BELĠJU

Service Public Fédéral Santé publique, Sécurité de la chaîne alimentaire et Environnement, Eurostation

Bloc II, 7e étage

Place Victor Horta 40 boîte 10

1060 Bruxelles

Belgium

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

State Phytosanitary Administration

Section PPP

Zemědělská 1a

613 00 BRNO

Czech Republic

IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL) — Abteilung Pflanzenschutzmittel

Messeweg 11—12

38104 Braunschweig

Germany

L-IRLANDA

Pesticide Control Service

Department of Agriculture and Food

Backweston Campus

Youngs Cross

Celbridge

Co. Kildare

Ireland

SPANJA

Ministerio de Agricultura, PESCA y Alimentación

Dirección General de Agricultura

Subdirección General de Medios de Producción Agrícolas

c/Alfonso XII, 62

ES-28071 Madrid

Spain

FRANZA

Ministère de l’agriculture et de la pêche

Bureau de la réglementation des produits antiparasitaires

251, rue de Vaugirard

F-75732 Paris Cedex 15

France

IL-LITWANJA

State Plant Protection Service

Kalvarijų str. 62

09304 Vilnius

Lithuania

L-UNGERIJA

Central Agricultural Office

Directorate of Plant Protection, Soil Conservation and Agri-environment

Budaörsi ùt 141–145

H-1118 Budapest

Hungary

L-OLANDA

College voor de Toelating van Bestrijdingsmiddelen

Postbus 217

6700 AE Wageningen

The Nederlands

IL-POLONJA

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi

Departament Hodowli i Ochrony Roślin

ul. Wspólna 30

00-930 Warszawa

Poland

IS-SLOVENJA

Ministry Of Agriculture Forestry and Food

PHYTOSANITARY ADMINISTRATION REPUBLIC OF SLOVENIA

Einspielerjeva 6

SI-1000 Ljubljana

Slovenia

IS-SLOVAKKJA

Central Controlling and Testing Institute in Agriculture

Department of Registration of Pesticides

Matuskova 21

833 16 Bratislava

Slovakia

L-IŻVEZJA

Kemikalieinspektionen

P. O. Box 2

172 13 Sundbyberg

Sweden

IR-RENJU UNIT

Pesticides Safety Directorate

Mallard House

Kings Pool

3 Peasholme Green,

York YO1 7PX

United Kingdom


ANNESS III

Notifika għal sustanza attiva skond l-Artikolu 4

Din in-notifika għandha ssir fuq karta u mibgħuta bil-posta reġistrata lill-European Commission, DG Health and Consumer Protection, unit E3, B-1049 Brussels, Belgium.

In-notifika għandha tintbagħat skond il-mudell li ġej.

MUDELL

1.   Data ta’ identifikazzjoni dwar in-notifikant

1.1.

L-isem u l-indirizz tal-produttur, inkluż l-isem tal-persuna naturali responsabbli min-notifika u impenji oħrajn li jirriżultaw minn dan ir-Regolament:

1.1.1.

(a)

Nru tat-Telefown:

(b)

Nru tal-Faks:

(c)

Indirizz elettroniku (e-mail):

1.1.2.

(a)

Kuntatt:

(b)

Alternattiva:

2.   Tagħrif sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni

2.1.

Isem komuni (propost jew aċċettat mill-ISO) li jispeċifika, fejn rilevanti, kwalunkwe varjanti tiegħu bħal melħ, esteri jew ammini prodotti mill-manifattur:

2.2.

Isem kimiku (nomenklatura IUPAC u CAS):

2.3.

Numri CAS, CIPAC u KEE (jekk disponibbli):

2.4.

Formola empirika u strutturali, massa molekolari:

2.5.

Speċifikazzjoni tal-purità tas-sustanza attiva fi g/kg jew g/l kif xieraq:

2.6.

Klassifikazzjoni u ttikkettjar tas-sustanza attiva skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (1) (effetti fuq is-saħħa u l-ambjent).

In-notifikant jikkonferma li t-tagħrif mogħti hawn fuq, sottomess fil-. … (data) huwa onest u korrett.

Firma (tal-persuna kompetenti sabiex taġixxi għall-kumpanija msemmija taħt 1.1).


(1)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850, kif ikkoreġut bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 281).


ANNESS IV

Kriterji għall-aċċettabbilità tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 4

Notifika għandha titqies bħala aċċettabbli biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

hija ppreżentata fil-limiti ta’ żmien msemmija fl-Artikolu 4(1);

2.

hija introdotta minn notifikant li huwa produttur ta’ sustanza attiva elenkata fl-Anness I;

3.

hija ppreżentata fil-format kif previst fl-Anness III;

4.

tħallset miżata kif msemmi fl-Artikolu 15.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 738/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jadatta l-obbligi tal-kunsinna għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat taħt il-Protokoll ta’ l-AKP u l-Ftehim ma’ l-Indja għall-perjodu ta’ kunsinna 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u l-irfinar tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2) jipprovdi għal regoli ddettaljati għall-iffissar ta’ l-obbligi tal-kunsinna bħala mingħajr dazju għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad, għall-importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi li huma firmatarji għall-Protokoll ta’ l-AKP u l-Ftehim ma’ l-Indja.

(2)

Dawn il-kwantitajiet ġew stabbiliti, għall-perjodu ta’ kunsinna 2006/2007, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 81/2007 tad-29 ta’ Jannar 2007 li jistabbilixxi l-obbligi tal-kunsinna għaz-zokkor tal-kannamieli li għandu jiġi importat taħt il-Protokoll ta’ l-AKP u l-Ftehim ma’ l-Indja għall-perjodu ta’ kunsinna 2006/2007 (3).

(3)

L-Artikolu 7(1) u (2) tal-Protokoll ta’ l-AKP jistabbilixxi r-regoli għal dawk il-każijiet fejn l-Istat ta’ l-AKP jonqos milli jikkunsinna l-kwantità miftiehma.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Kongo, tal-Côte d’Ivoire, tal-Kenja, tal-Madagaskar u tat-Trinidad u t-Tobago infurmaw lill-Kummissjoni li ma setgħux jikkonsenjaw il-kwantitajiet miftiehma tagħhom bis-sħiħ u li ma jixtiqux ikollhom perjodu żejjed għall-kunsinna.

(5)

Għaldaqstant, wara konsultazzjoni ma’ l-Istati AKP ikkonċernati, għandha ssir allokazzjoni mill-ġdid ta’ dak li kien jonqos jiġi kkunsinnat waqt il-perjodu tal-kunsinna 2006/2007.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 81/2007 għandu għalhekk jiġi rrevokat, u l-obbligi tal-kunsinna għall-perjodu ta’ kunsinna 2006/2007 għandu jiġi addattat skond l-Artikolu 12(1) u (2)(c) tar-Regolament (KE) No 950/2006.

(7)

Il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jistipula li l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax għal kwantità allokata skond l-Artikolu 7(1) jew (2) tal-Protokoll ta’ l-AKP. Il-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi importata qabel it-30 ta’ Ġunju 2007. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar din l-allokazzjoni ttieħdet tard, u meta jitqies iż-żmien li jrid jitħalla għall-applikazzjoni tal-liċenzji ta’ importazzjoni, sejjer ikun impossibbli li din l-iskadenza tiġi rrispettata. Għalhekk l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu japplika wkoll għall-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-obbligi għall-kunsinni għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta’ l-AKP u għall-Ftehim ma’ l-Indja fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1701, espressi f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ zokkor abjad, fil-perjodu 2006/2007 għal kull pajjiż ta’ esportazzjoni kkonċernat, huma aġġustati b’dan kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006, l-Artikolu 14(1) ta’ dak ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-kwantità allokata mill-ġdid skond dan ir-Regolament u importata wara t-30 ta’ Ġunju 2007.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 81/2007 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 21, 30.1.2007, p. 3.


ANNESS

L-obbligi għall-kunsinni ta’ l-importazzjonijiet ta’ zokkor preferenzjali li joriġinaw fil-pajjiżi firmatarji għall-Protokoll ta’ l-AKP u għall-Ftehim ma’ l-Indja espressi f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ zokkor abjad, fil-perjodu 2006/2007

Pajjiż firmatarju għall-Protokoll ta’ l-AKP jew għall-Ftehim ma’ l-Indja

Obbligi ta’ kunsinna

2006/2007

Il-Barbados

33 234,21

Il-Beliże

42 689,30

Il-Kongo

0,00

Côte-d’Ivoire

520,00

Il-Fiġi

174 596,53

Il-Gujana

167 302,91

L-Indja

10 208,11

Il-Ġamajka

121 412,96

Il-Kenja

41,00

Il-Madagaskar

6 049,50

Il-Malawi

27 983,19

Il-Mawrizju

488 343,91

Il-Możambik

10 488,04

L-Uganda

0,00

Saint Kitts u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

126 304,79

It-Tanzanija

10 270,00

It-Trinidad u t-Tobago

23 500,00

Iż-Żambja

12 085,21

Iż-Żimbabwe

36 231,46

Total

1 291 261,13


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 739/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 dwar miżuri tranżitorji bħala parti mir-riforma ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, is-sena tas-suq għall-prodotti fis-settur taz-zokkor hija għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru. Madanakollu, is-sena tas-suq 2006/2007 tibda fl-1 ta' Lulju 2006 u tispiċċa fit-30 ta' Settembru 2007. B'hekk tinfirex fuq 15-il xahar, u mhux fuq 12-il xahar bħal sena normali.

(2)

Fid-dawl tal-perjodu tas-sena tas-suq 2006/2007, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006 (2) jistabbilixxi kwota tranżitorja għall-isoglukożju, biex tiġi assigurata allokazzjoni li tikkorrispondi ma' dik tas-sena tas-suq preċedenti.

(3)

Ċerti Stati Membri jallokaw xi kwoti taz-zokkor lill-impriżi li huma speċjalizzati fil-produzzjoni taz-zokkor permezz ta' l-estrazzjoni mill-karamelli. Il-produzzjoni hija regolari matul il-perjodu kollu tas-sena tas-suq, bħal fil-każ ta' l-isoglukożju. Madanakollu, il-kwantità allokata għas-sena tas-suq 2006/2007 hija, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolment (KE) Nru 318/2006, ugwali għall-kwantità allokata għas-sena tas-suq 2005/2006. Għall-finijiet ta' ekwità fost il-produtturi ta' l-isoglukożju, jeħtieġ li tiġi attribwita kwota tranżitorja lil dawn l-impriżi, b'qies għall-perjodu tas-sena tas-suq 2006/2007.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 493/2006 jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

għandu jiddaħħal il-paragrafu 3a, li ġej:

“3a.   Għas-sena tas-suq 2006/2007, l-Istati Membri għandhom jallokaw lil kull impriża intitolata għal kwota ta' zokkor skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u li użaw din il-kwota esklussivament għall-produzzjoni taz-zokkor permezz ta' l-estrazzjoni mill-karamelli, kwota tranżitorja ugwali għal 25 % ta' l-imsemmija kwota. Din il-kwota tranżitorja ma tistax tintuża ħlief għall-produzzjoni taz-zokkor permezz ta' l-estrazzjoni mill-karamelli.”

(2)

fil-paragrafu 4, it-termini introduttivi għandhom jiġu sostitwiti bit-test li ġej:

“Il-kwoti tranżitorji stipulati fil-paragrafi 1, 2, 3, u 3a:”

(3)

il-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit bil-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a)

Qabel il-15 ta' Lulju 2006, kull impriża għandha tagħmel stima tal-kwoti tranżitorji allokati skond il-paragrafi 1, 2 u 3;

(b)

qabel it-30 ta' Ġunju 2007, kull impriża għandha tagħmel stima tal-kwoti tranżitorji allokati skond il-paragrafu 3a.

7.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll u jieħdu dawk il-miżuri kollha meħtieġa għall-verifika tal-produzzjoni tal-prodotti stipulati fil-paragrafi 1, 2, 3 u 3a, b'mod partikolari għandhom jassiguraw li l-produzzjoni taz-zokkor tikkorrispondi maz-zokkor tal-pitravi miżrugħa qabel l-1 ta' Jannar 2006.

Għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta' Diċembru 2007, il-miżuri ta' kontroll adottati u r-riżultati tagħhom.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 119/2007 (ĠU L 37, 9.2.2007, p. 3).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 740/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1994/2006 li jistabbilixxi kwoti tariffarji Komunitarji għas-sena 2007, għan-ngħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-ngħaġ u għal-laħam tal-mogħoż

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1994/2006 (2) jipprovdi għall-ftuħ ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għan-ngħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-ngħaġ u għal-laħam tal-mogħoż, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi ta’ l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3), kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (4), jipprovdi għall-għoti ta’ kwota tariffarja annwali addizzjonali ta’ 500 tunnellata (f’piż tal-karkassa) ta’ laħam tan-ngħaġ frisk, imkessaħ, iffrizat jew affumikat għall-Iżlanda. Madankollu, peress li l-Ftehim japplika mill-1 ta’ Marzu 2007, jeħtieġ li l-kwantità annwali għall-2007 tiġi emendata kif meħtieġ.

(3)

Il-Ftehim jippreċiża li l-kwota tariffarja għandha tiftaħ mill-1 ta’ Lulju, abbażi ta’ 9 xhur għall-2007. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1994/2006 għandu jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1994/2006 jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 413, 30.12.2006, p. 3; il-verżjoni kkoreġuta: ĠU L 50, 19.2.2007, p. 5.

(3)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 29.

(4)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 28.


ANNESS

“ANNESS

LAĦAM TAN-NGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ (f’tunnellati (t) ta’ ekwivalenti tal-piż tal-karkassa)

Kwoti tariffarji komunitarji għall-2007

Nru tal-Grupp ta’ pajjiżi

Kodiċijiet tan-NM

Dazju “ad valorem”

%

Dazju speċifiku

EUR/100 Kg

Numru ta’ l-ordni (bi preċedenza skond id-data tat-tressiq)

Oriġini

Volum annwali

f’tunnellati ta’ ekwivalenti tal-piż tal-karkassa

Annimali ħajjin

(Koeffiċjent = 0,47)

Ħaruf mingħajr għadam (1)

(Koeffiċjent = 1,67)

Muntun/ħaruf mingħajr għadam (2)

(Koeffiċjent = 1,81)

Laħam bl-għadam u bil-karkassa

(Koeffiċjent = 1,00)

1

0204

Żero

Żero

09.2101

09.2102

09.2011

L-Arġentina

23 000

09.2105

09.2106

09.2012

L-Awstralja

18 786

09.2109

09.2110

09.2013

In-New Zealand

227 854

09.2111

09.2112

09.2014

L-Urugwaj

5 800

09.2115

09.2116

09.1922

Iċ-Ċilì

5 800

09.2121

09.2122

09.0781

In-Norveġja

300

09.2125

09.2126

09.0693

Greenland

100

09.2129

09.2130

09.0690

Il-Gżejjer Faeroe

20

09.2131

09.2132

09.0227

It-Turkija

200

09.2171

09.2175

09.2015

Oħrajn (3)

200

2

0204

0210 99 21

0210 99 29

0210 99 60

Żero

Żero

09.2119

09.2120

09.0790

L-Iżlanda

1 725

3

0104 10 30 , 0104 10 80 u 0104 20 90

Għall-ispeċi ‘ngħaġ mhux domestiċi’ biss:

ex 0204 , ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29 .

Żero

Żero

09.2141

09.2145

09.2149

09.1622

L-Istati AKP

100

Għall-ispeċi ‘ngħaġ domestiċi’ biss:

ex 0204 , ex 0210 99 21 u ex 0210 99 29 .

Żero

Tnaqqis tad-dazji speċifiċi ta’ 65 %

09.2161

09.2165

09.1626

L-Istati AKP

500

4

0104 10 30

0104 10 80

0104 20 90

10  %

Żero

09.2181

09.2019

Erga omnes  (4)

92


(1)  U l-laħam tal-gidi.

(2)  U l-laħam tal-mogħoż għajr tal-gidi.

(3)  “Oħrajn” tirreferi għall-oriġini kollha, inklużi l-Istati AKP u minbarra il-pajjiżi l-oħra msemmija f’din it-tabella.

(4)  “Erga omnes” tirreferi għall-oriġini kollha, inklużi l-pajjiżi msemmija f’din it-tabella.”


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 741/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(3)

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

(5)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2007 (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 6).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mid-29 ta’ Ġunju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-TRATTAT (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(c)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 742/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fis-26 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib għadu ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fis-26 ta’ Ġunju 2007, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 743/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mid-29 ta’ Ġunju 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

30,45  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

30,45  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

30,45  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

30,45  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3311

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

33,11

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

33,11

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

33,11

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3311

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kososvo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (il-belt tal-Vatikan), Liechtenstein il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendimant taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 744/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mid-29 ta’ Ġunju 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,11

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,11

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3311

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,11

1702 90 60 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3311

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3311

1702 90 99 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3311  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,11

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3311

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, Montenegro, is-Serbja, il-Kososvo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (il-belt tal-Vatikan), Liechtenstein, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 745/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 958/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2006/2007 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 958/2006, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-28 ta’ Ġunju 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-28 ta’ Ġunju 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 958/2006 huwa ffissat għal 38,107 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 3).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 746/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

8,96

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

7,68

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

7,68

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

11,52

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

8,96

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

7,68

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

7,68

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

10,24

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

8,32

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

9,60

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

7,36

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

1,60

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

10,24

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

10,24

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

10,24

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

10,24

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

10,03

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

7,68

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

10,03

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

7,68

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

7,68

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

10,03

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

7,68

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

10,51

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

7,30

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

7,68


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 747/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità tista' tkun koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003 dwar l-arranġamenti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' għalf kompost, abbażi ta' ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jistabilixxi regoli speċifiċi u ddettaljati dwar is-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni, ta' ċereali u ross (2), fl-Artikolu 2 tiegħu iddefinixxa l-kriterji speċifiċi li jridu jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni fuq dawn il-prodotti.

(3)

Dan il-kalkolu jeħtieġlu jqis ukoll il-kontenut ta' prodotti ċereali. Bil-mira ta' simplifika, ir-rifużjoni jeħtiġilha titħallas għal żewġ kategoriji ta' “prodotti ċereali”, jiġifieri il-qamħirrum, iċ-ċereali li l-aktar li jintuża ta' spiss għall-produzzjoni ta' l-għalf kompost esportat u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum, minn naħa waħda, kif ukoll “iċ-ċereali l-oħra”, min-naħa l-oħra, fejn dawn ta' l-aħħar ikunu l-prodotti taċ-ċereali eliġibbli, għajr il-qamħirrum u l-prodotti dderivati mill-qamħirrum. Għandha tingħata rifużjoni għall-kwantità ta' prodotti ċereali li jkun fih l-għalf kompost ta' l-annimali.

(4)

Barra minn hekk, fl-ammont tar-rifużjoni għandu jitqies ukoll il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet tal-bejgħ ta' dawn il-prodotti fis-suq dinji, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat it-taqlib tas-suq Komunitarju u l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni.

(5)

Il-qagħda attwali tas-suq taċ-ċereali, u partikolarment il-prospettivi ta' forniment, twassal biex jitneħħew ir-rifużjonjiet ta' l-esportazzjoni.

(6)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf kompost ta' l-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u skond ir-Regolament (KE) Nru 1517/95 huma stabbiliti f'konformità ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 51.


ANNESS

tar-Regolament tal-kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-għalf ta' l-annimali kompost abbażi taċ-ċereali.

Il-Kodiċi tal-prodott li jgawdu mir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni:

 

2309 10 11 9000 ,

 

2309 10 13 9000 ,

 

2309 10 31 9000 ,

 

2309 10 33 9000 ,

 

2309 10 51 9000 ,

 

2309 10 53 9000 ,

 

2309 90 31 9000 ,

 

2309 90 33 9000 ,

 

2309 90 41 9000 ,

 

2309 90 43 9000 ,

 

2309 90 51 9000 ,

 

2309 90 53 9000 .


Prodotti ċereali

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

Qamħirrum u prodotti dderivati mill-qamħirrum

Kodiċijiet NM 0709 90 60 , 0712 90 19 , 1005 , 1102 20 , 1103 13 , 1103 29 40 , 1104 19 50 , 1104 23 , 1904 10 10

C10

EUR/t

0,00

Prodotti ċereali, għajr il-qamħirrum u l-prodtti dderivati mill-qamħirrum

C10

EUR/t

0,00

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/41


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 748/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet tal-produzzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 1418/76 li jikkonċernaw ir-rifużjoni tal-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross rispettivament (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni. Il-bażi tal-kalkolu hija ddeterminata mill-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Ir-rifużjoni kkalkolata b'dan il-mod, differenzjata, jekk ikun meħtieġ, għal-lamtu tal-patata, għandha tkun stabbilita darba fix-xahar u, f'każ ta' varjazzjoni sinifikattiva tal-prezz tal-qamħirrum u/jew tal-qamħ, tista' tkun emendata.

(2)

Ir-rifużjonijiet tal-produzzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu aġġustati bil-koeffiċjenti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 biex ikun stabbilit l-ammont eżatt li għandu jitħallas.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjoni tal-produzzjoni għal kull tunnellata ta' lamtu, imniżżla fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1722/93 hija stabbilita għal:

(a)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-qamħirrum, il-qamħ, ix-xgħir u l-ħafur;

(b)

EUR 0,00 għal kull tunnellata għal-lamtu tal-patata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11)

(2)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/42


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 749/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mid-29 ta’ Ġunju 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,640

0,640

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

0,640

0,640

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,480

0,480

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

0,480

0,480

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

0,640

0,640

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,640

0,640

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

0,640

0,640

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 750/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi li m’għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta’ prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wriet li għad hemm kwantitajiet ta’ zokkor disponibbli għall-obbligi tal-kunsinna ta’ zokkor preferenzjali stabbiliti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4335, 09.4336, 09.4338, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351.

(2)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tindika li l-limiti kkonċernati m’għadhomx jintlaħqu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-limiti ta’ l-obbligi tal-kunsinna ta’ zokkor preferenzjali bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4335, 09.4336, 09.4338, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351 għall-perjodu ta’ kunsinna 2006-2007 m’għadhomx jintlaħqu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 751/2007

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (c), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1585/2006 (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 19).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mid-29 ta’ Ġunju 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

33,11

33,11


(1)  Ir-rati mniżżla fl-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.


DIRETTIVI

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/49


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/40/KE

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Direttiva 2001/32/KE li tirrikonoxxi ż-żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

Wara li kkunsidrat il-rekwiżiti magħmula mir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza u l-Italja,

Wara li kkonsultat ma’ l-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/32/KE (2), ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri kienu rrikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta’ċerti organiżmi ta’ ħsara.

(2)

Id-Danimarka ġiet irrikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Wara r-riżultati ta' l-istudji rilevanti li saru fid-Danimarka, id-Danimarka ppreżentat tagħrif li juri li protezzjoni fitosanitarja adegwata kontra l-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma teħtieġx iż-żamma ta' l-istat tad-Danimarka bħala żona protetta kontra dak l-organiżmu u talbet li jiġi rtirat l-istat tagħha bħala żona protetta kontra s-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Għalhekk, id-Danimarka m’għandhiex tibqa’ tiġi rrikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(3)

Minn tagħrif ipprovdut mir-Repubblika Ċeka, Franza u l-Italja, ir-Repubblika Ċeka, ir-reġjuni ta’ Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace fi Franza u r-reġjun tal-Basilicata fl-Italja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO peress li dan il-patoġenu ma jinsabx hawnhekk.

(4)

Id-Direttiva 2001/32/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2001/32/KE hu emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt (ċ)(01) “Id-Danimarka” titħassar.

(2)

Jiżdied il-punt (d)(4) li ġej:

“4.

Grapevine flavescence dorée MLO.

Ir-Repubblika Ċeka (sal-31 ta’ Marzu 2009), ir-reġjuni ta’ Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace fi Franza (sal-31 ta’ Marzu 2009), ir-reġjun tal-Basilicata fl-Italja (sal-31 ta’ Marzu 2009)”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).

(2)  ĠU L 127, 9.5.2001, p. 38. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/36/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 13).


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/51


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/41/KE

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li temenda lil ċertu Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punti (ċ) u (d) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkonsultat ma’ l-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE telenka organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u tipprovdi għal ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni tagħhom ġewwa l-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi. Tipprovdi wkoll għar-rikonoxximent ta’ żoni protetti fil-Komunità.

(2)

Id-Danimarka ġiet rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Wara r-riżultati minn ċertu stħarriġ li sar ġewwa d-Danimarka, d-Danimarka ressqet informazzjoni li wriet li protezzjoni fitosanitarja adegwata kontra s-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr ma teħtieġ li l-istat tad-Danimarka jibqa' bħala żona protetta kontra l-organiżmu u talbet li jiġi rtirat l-istat tagħha bħala żona protetta kontra s-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr Għalhekk, id-Danimarka m’għandhiex tibqa’ tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(3)

Mill-informazzjoni mogħtija mir-Repubblika Ċeka, Franza u l-Italja rispettivament, ir-Repubblika Ċeka, ir-reġjuni ta’ Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace fi Franza u r-reġjun tal-Basilicata fl-Italja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO, għaliex dan il-patoġenu mhuwiex preżenti hemmhekk. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali fir-rigward ta’ l-introduzzjoni u l-moviment ġewwa ż-żoni protetti rilevanti tal-materjal propagatur tad-dwieli.

(4)

L-Annessi II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annesi II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom għalhekk jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).


ANNESS

1.

Fl-Anness II, Parti B(ċ), punt 0.1, fil-kolonna tal-lemin id-“DK” titħassar.

2.

Fl-Anness II, Parti B(d), il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1:

“2.

Grapevine flavescence dorée MLO

Pjanti tal-Vitis L., esklużi frott u żrieragħ.

CZ, FR (Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace), IT (Basilicata)”

3.

Fl-Anness IV, Parti B, punt 6.3, fil-kolonna tal-lemin id-“DK” titħassar.

4.

Fl-Anness IV, Parti B, il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 31:

“32.

Pjanti ta' Vitis L., minbarra frott u żerriegħa.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(15), IVA(II)17, u IVB21.1, stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti oriġinaw u tkabbru fi stabbiliment tal-produzzjoni f'pajjiż fejn il-Grapevine flavescence dorée MLO mhix magħrufa li sseħħ; jew

(b)

il-pjanti oriġinaw u tkabbru fi stabbiliment tal-produzzjoni f'żona ħielsa mill-Grapevine flavescence dorée MLO stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti skond l-istandards internazzjonali rilevanti; jew

(ċ)

il-pjanti oriġinaw u tkabbru fir-Repubblika Ċeka, Franza (Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace), jew l-Italja (Basilicata); jew

(d)

Il-pjanti oriġinaw u tkabbru f'post tal-produzzjoni fejn:

(aa)

ebda sintomu tal-Grapevine flavescence dorée MLO ma ġie osservat fuq il-pjanti mill-istokk oriġinali mill-bidu ta' l-aħħar żewġ ċikli sħaħ ta' veġetazzjoni; u

(bb)

either

(i)

jew, ebda sintomu ta' Grapevine flavescence dorée MLO ma nstab fuq il-biċċiet tad-dwieli fil-post tal-produzzjoni; jew,

(ii)

il-pjanti jkunu ingħataw trattament bl-ilma misħun ta' mhux inqas minn 50 grad Ċentigrad għal 45 minuta sabiex jeliminaw il-preżenza tal-Grapevine flavescence dorée MLO.”

CZ, FR (Champagne-Ardenne, Lorraine u Alsace), IT (Basilicata)

5.

Fl-Anness V, parti A.II, punt 1.3, it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.3.

Pjanti li mhumiex frott u żrieragħ ta' l-Amelanchier Med., Chaenomeles Lindl., Cotoneaster Ehrh., Crataegus L., Cydonia Mill., Eriobotrya Lindl., Eucalyptus L'Herit., Malus Mill., Mespilus L., Photinia davidiana (Dcne.) Cardot, Pyracantha Roem., Pyrus L., Sorbus L. u Vitis L.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Frar 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT

(2007/444/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tal-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT ta’ l-1994, matul l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat negozjati għal Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT. Il-Ftehim għandu jkun approvat.

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ l-adeżjoni mal-Komunità Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (2) jew mill-kumitat relevanti stabbilit mill-Artikolu korrispondenti tar-Regolament dwar l-organizzazzjoni tas-suq komuni għall-prodott ikkonċernat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) mogħtija l-poter biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu sabiex jorbtu l-Komunità.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MÜNTEFERING


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

Wara li ngħata bidu għan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni tagħhom mal-KE, u wara n-notifika tal-KE fid-19 ta’ Jannar 2004 lil-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (KE)

u

L-GVERN TAL-KANADA (Kanada),

minn issa 'l quddiem imsemmija b'mod konġunt bħala il-“Partijiet”,

FTEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

1.

Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-Komunitajiet Ewropej tal-25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-Iskeda ĊLX tagħha ta’ qabel tal-Komunitajiet Ewropej tal-15.

2.

Barra minn hekk, il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-anness ta’ dan il-Ftehim.

3.

Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi tagħha u taġġusta l-kwoti tar-rati tariffarji kif indikat fl-Anness mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2007.

4.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kanada tinnotifika dwar it-tlestija tal-proċeduri domestiċi xierqa tagħha, wara l-iffirmar tal-Ftehim mill-partijiet.

B'XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL fi Brussell, f'dan il-ħamsa u għoxrin jum ta’ Ġunju 2007, f'żewġ kopji oriġinali, fl-ilsien Ingliż u fil-Franċiż, biż-żewġ verżjonijiet awtentiċi bl-istess mod.

Għall-Komunità Ewropea

Għall-Gvern Tal-Kanada

ANNESS

allokazzjoni ta’ kwota ta’ rata tariffarja għall-pajjiż (il-Kanada) ta’ 4 624 tunnellata ta’ majjal (numri tariffarji 0203 12 11, 0203 12 19, 0203 19 11, 0203 19 13, 0203 19 15, ex 0203 19 55, 0203 19 59, 0203 22 11, 0203 22 19, 0203 29 11, 0203 29 13, 0203 29 15, ex 0203 29 55 u 0203 29 59), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

żieda ta’ 35 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għal qatgħat ta’ majjal domestiku (numri tariffarji 0203 12 11, 0203 12 19, 0203 19 11, 0203 19 13, 0203 19 15, ex 0203 19 55, 0203 19 59, 0203 22 11, 0203 22 19, 0203 29 11, 0203 29 13, 0203 29 15, ex 0203 29 55 u 0203 29 59), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

żieda ta’ 1 265 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għall-priżet u l-flettijiet taċ-ċanga tal-friża (ex 0203 19 55 u ex 0203 29 55), fir-rata ta’ kwota ta’ 250 EUR/T

żieda ta’ 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“karkassa tat-tiġieġ, imkessħa jew iffriżata” (numri tariffarji 0207 11 10,0207 11 30, 0207 11 90,0207 12 10, 0207 12 90), fir-rata ta’ kwota ta’ 131-162 EUR/T

żieda ta’ 4 070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ tiġieġ, imkessħa jew iffriżati” (numri tariffarji 0207 13 10, 0207 13 20, 0207 13 30, 0207 13 40, 0207 13 50, 0207 13 60, 0207 13 70, 0207 14 20, 0207 14 30, 0207 14 40, 0207 14 60), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-512 EUR/T

żieda ta’ 1 605 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ tajr” (numru tariffarju 0207 14 10), fir-rata ta’ kwota ta’ 795 EUR/T

żieda ta’ 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat ta’ laħam tad-dundjan, imkessħa jew iffriżati” (numri tariffarji 0207 24 10, 0207 24 90, 0207 25 10, 0207 25 90, 0207 26 10, 0207 26 20, 0207 26 30, 0207 26 40, 0207 26 50, 0207 26 60, 0207 26 70, 0207 26 80, 0207 27 30, 0207 27 40, 0207 27 50, 0207 27 60, 0207 27 70), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-425 EUR/T,

żieda ta’ 2 485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-“qatgħat tad-dundjan, iffriżati” (numri tariffarji 0207 27 10, 0207 27 20, 0207 27 80), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

żieda ta’ 537 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-ħalib tat-trab xkumat (numru tariffarju 0402 10 19), fir-rata ta’ kwota ta’ 475 EUR/T

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 20 000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 29 65, 2204 29 75) fir-rata ta’ kwota ta’ 8,0 EUR/hlt,

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 40 000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2204 21 79, 2204 21 80) fir-rata ta’ kwota ta’ 10,0 EUR/hlt,

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 13 810 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 2205 90 10), fir-rata ta’ kwota ta’ 7,0 EUR/hlt,

ftugħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 2 838 tunnellata (erga omnes) għall-pineapples, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott (numri tariffarji 2008 20 11, 2008 20 19, 2008 20 31, 2008 20 39, 2008 20 71, 2008 30 11, 2008 30 19, 2008 30 31, 2008 30 39, 2008 30 79, 2008 40 11, 2008 40 19, 2008 40 21, 2008 40 29, 2008 40 31, 2008 40 39, 2008 50 11, 2008 50 19, 2008 50 31, 2008 50 39, 2008 50 51, 2008 50 59, 2008 50 71, 2008 60 11, 2008 60 19, 2008 60 31, 2008 60 39, 2008 60 60, 2008 70 11, 2008 70 19, 2008 70 31, 2008 70 39, 2008 70 51, 2008 70 59, 2008 80 11, 2008 80 19, 2008 80 31, 2008 80 39, 2008 80 70), fir-rata ta’ kwota ta’ 20 %,

żieda ta’ 6 215 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għax-xgħir (numru tariffarju 1003 00), fir-rata ta’ kwota ta’ 16 EUR/T,

espansjoni ta’ 853 tunnellata ta’ l-allokazzjoni preżenti tal-Kanada fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-qamħ artab (numru tariffarju 1001 90 99), fir-rata ta’ kwota ta’ 12 EUR/T,

ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 242 074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tariffarji 1005 90 00, 1005 10 90), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 2 058 tunnellata (erga omnes) għall-ikel tal-klieb u l-qtates (numri tariffarji 2309 10 13, 2309 10 15, 2309 10 19, 2309 10 33, 2309 10 39, 2309 10 51, 2309 10 53, 2309 10 59, 2309 10 70), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %,

żieda ta’ 2 700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-preparazzjonijiet ta’ tip użat fl-għalf ta’ l-annimali (numri tariffariji 2309 90 31, 2309 90 41, 2309 90 51, 2309 90 95, 2309 90 99), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE

(2007/445/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/379/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), u li tistabbilixxi l-lista aġġornata ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/1008/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (3) u li żżid ċerti persuni, gruppi u entitajiet oħrajn mal-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser ir-raġunijiet għaliex huma ġew elenkati fid-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u d-Deċiżjoni 2006/1008/KE.

(4)

B’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fil-25 ta’ April 2007 (4), il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fid-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE li hu bi ħsiebu jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab id-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fuq il-lista (fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom).

(5)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. F’dan ir-rigward, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet u dokumenti ppreżentati lill-Kunsill minn ċerti persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati.

(6)

Wara din ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni kienu involuti f’atti terroristiċi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu (5), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(7)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE huma b’dan revokati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Hija għandha jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.)

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 21.

(3)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 123

(4)  ĠU C 90, 25.4.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

Lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

3.

AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala SUHAIB; magħruf ukoll bħala SOHAIB), imwieled fit-22.10.1982 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NB0322935 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

4.

AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

5.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

6.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

7.

AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi MOHAMED; magħruf ukoll bħala Abed; magħruf ukoll bħala Abid; magħruf ukoll bħala Abu ISMAIL), imwieled fit-18.7.1978 f’Nador (il-Marokk), Nru tal-passaport (Spanja) ESPP278036 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

8.

ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

9.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

10.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

11.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

12.

ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

13.

BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BOURABA; magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BURADA; magħruf ukoll bħala Abu MOSAB), imwieled fis-6.12.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

14.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

15.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

16.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

17.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

18.

EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

19.

EL MORABIT, Mohamed, imwieled fl-24.1.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) Nru tal-passaport (il-Marokk) K789742 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

20.

ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef TOUMI), imwieled fl-20.10.1977 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-Karta ta’ l-Identita (l-Olanda) LNB4576246 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

21.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

22.

HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu IBRAHIM), imwieled fil-5.9.1978 f’Beni Said (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K728658 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

23.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

24.

LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

25.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

26.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

27.

MUGHNIYAH, Imad Fa'iz (magħruf ukoll bħala MUGHNIYAH, Imad Fayiz), Uffiċjal Anzjan tas-Servizzi Sigrieti tal-HEZBOLLAH, imwieled fis-7.12.1962 f’Tayr Dibba, (il-Libanu), passaport Nru 432298 (il-Libanu)

28.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

29.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

30.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

31.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

32.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

33.

SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

34.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

35.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti)

2.

Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa

3.

Al-Aqsa e.V.

4.

Al-Takfir u al-Hijra

5.

Aum Shinrikyo (magħruf ukoll bħala AUM, magħruf ukoll bħala Aum Verita Suprema, magħruf ukoll bħala Aleph)

6.

Babbar Khalsa

7.

Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), il-Filippini, marbuta ma’ Sison Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-NPA)

8.

Gama'a al-Islamiyya (Grupp Islamiku), (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya, IG)

9.

Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant (IBDA-C)

10.

Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem)

11.

Hizbul Mujahideen (HM)

12.

Hofstadgroep

13.

Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp

14.

Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF)

15.

Kahane Chai (Kach)

16.

Il-Forza Khalisan Zindabad (KZF)

17.

Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), (magħruf ukoll bħala KADEK; magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL)

18.

Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (LTTE)

19.

L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq (MEK jew MKO) [minbarra l-“Kunsill Nazzjonali tar-Reżistenza ta’ l-Iran” (NCRI)] (magħrufa bħala L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran (NLA, il-fergħa militanti tal-MEK), il-Mujahedin tal-Poplu ta’ l-Iran (PMOI), is-Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani)

20.

L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (Ejército de Liberación Nacional)

21.

Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLF)

22.

Il-Jihad Islamika Palestinjana (PIJ)

23.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP)

24.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali, (magħruf ukoll bħala PFLP – Kmand Ġenerali)

25.

Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC)

26.

L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

27.

It-Triq li Tiddi (SL) (Sendero Luminoso)

28.

Stichting Al Aqsa (magħruf ukoll bħala Stichting Al Aqsa Nederland, magħruf ukoll bħala Al Aqsa Nederland)

29.

TAK – Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”

30.

Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja (AUC) (Autodefensas Unidas de Colombia)


Kummissjoni

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2007

dwar il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils

(2007/446/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea stqarret għanijiet fis-settur enerġetiku biex iżżid is-sigurtà tal-provvista u tilħaq produzzjoni u użu enerġetiku sostenibbli, inkluż it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mill-użu enerġetiku tagħha u l-politika tal-bijofjuwils tal-Komunità Ewropea qiegħda timmira għal dawn iż-żewġ għanijiet.

(2)

Fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali tagħha ma' l-imsieħba internazzjonali, il-Kummissjoni qiegħda timpenja attivament ruħha fi djalogi fil-qasam enerġetiku u forom oħra ta' kooperazzjoni rigward kwistjonijiet enerġetiċi.

(3)

Il-Brażil ta bidu għall-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils biex jippromwovi s-suq internazzjonali għall-bijofjuwils sostenibbli u għall-iskambju ta' esperjenzi u jibni kollaborazzjoni aktar mill-qrib dwar l-istandards u l-kodiċijiet biex jiffaċilitaw il-kummerċ fil-bijofjuwils kif ukoll biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fil-qasam tar-riċerka. Il-Forum Intenazzjonali dwar il-Bijofjuwils se jkun magħmul, fl-ewwel fażi tiegħu, minn sitt membri (il-gvernijiet tal-Brażil, l-Istati Uniti, l-Indja, iċ-Ċina, l-Afrika ta' Isfel u l-Kummissjoni Ewropea).

(4)

F'ittra, iddatata l-10 ta' Lulju 2006, li bagħat lill-President tal-Kummissjoni Barroso, il-President tal-Brażil stieden lill-Kummissjoni biex tissieħeb fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils.

(5)

Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tkun f'qagħda aħjar biex tikkoordina l-attivitajiet rilevanti, inkluż ir-riċerka, ma' dawk ta' nazzjonijiet żviluppati jew oħrajn li qegħdin jiżviluppaw.

(6)

Il-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils ma jmexxix proġetti tiegħu stess u ma jeħtiġx kontributi finanzjarji f'baġits komuni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem “il-Kummissjoni”) għandha tipparteċipa bħala Membru fil-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils.

Artikolu 2

Il-Kummissarju għall-Enerġija, jew ir-rappreżentant deżinjat tiegħu, għandu s-setgħa li jiffirma d-Dikjarazzjoni dwar il-Forum Internazzjonali dwar il-Bijofjuwils f'isem il-Kummissjoni u jirrappreżenta l-Kummissjoni fit-tħejjija tagħha.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Ġunju 2007

li għat-tieni darba temenda d-Deċiżjoni 2005/263/KE li tawtorizza l-Istati Membri sabiex jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2587)

(Il-verżjonijiet bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/447/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(9) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni notifika bil-quddiem dwar id-derogi tagħhom, għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2002 jew sa sentejn wara l-aħħar data ta’ applikazzjoni tal-verżjonijiet emendati ta’ l-Annessi għad-Direttiva.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/263/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (2), il-Kummissjoni awtorizzat lill-Istati Membri biex jadottaw id-derogi elenkati fl-Annessi I u II ma’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE adattat għas-sitt darba l-Annessi A u B mad-Direttiva 94/55/KE. Bis-saħħa ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jridu jdaħħlu fis-seħħ il-leġiżlazzjoni nazzjonali neċessarja mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2007, minħabba li l-aħħar data ta’ applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE hija t-30 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Id-Danimarka, il-Finlandja, il-Portugall u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2006 li xtaqu jadottaw derogi ġodda u jemendaw id-derogi eżistenti tagħhom fl-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2005/263/KE. Il-Kummissjoni eżaminat dawn in-notifiki għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE u approvathom. Dawk l-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jadottaw id-derogi kkonċernati.

(5)

Jinħtieġ għalhekk li l-Annessi mad-Deċiżjoni 2005/263/KE jiġu emendati.

(6)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għat-trasport ta’ prodotti perikolużi stabbilita skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/263/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif iddikjarat fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta’ l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Portugall, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4).

(2)  ĠU L 85, 2.4.2005, p. 58 Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/903/KE (ĠU L 328, 15.12.2005, p.62).


ANNESS I

Id-derogi għall-Istati Membri dwar kwantitajiet żgħar ta’ ċerta merkanzija perikoluża

Fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2005/263/KE, id-derogi li ġejjin għandhom jinqraw kif ġej:

ID-DANIMARKA

RO-SQ 2.1 (emendat)

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża miġbura minn djar u ċerti impriżi biex jintremew.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: Il-partijiet 2, 3, 4.1, 5.2, 5.4 u 8.2.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Il-prinċipji għall-ikklassifikar, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet ta’ l-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet ta’ l-immarkar u t-tikkettjar, id-dokument tat-trasport u t-taħriġ.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, § 4 stk. 3.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ippakkjar ta’ ġewwa jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ sustanzi perikolużi li jkunu nġabru minn djar jew ċerti impriżi jistgħu jkunu ppakkjati flimkien fl-ippakkjar esterjuri. Il-kontenut ta’ kull ippakkjar ta’ ġewwa u/jew ta’ kull ippakkjar esterjuri m’għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti tal-massa jew tal-volum. Id-derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettjar, id-dokumentazzjoni u t-taħriġ.

Kummenti: M’ huwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni eżatta u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR kollha meta jinġabru skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża, minn djar u ċerti impriżi, biex jintremew. L-iskart tipikament jintrema f’pakketti li jinbiegħu mill-ħwienet bl-imnut.

L-IRLANDA

RO-SQ 7.4 (emendat)

Suġġett: L-eżenzjoni minn uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettjar ta’ kwantitajiet żgħar (taħt il-limiti fil-punt 1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 ta’ l-ADR, li juru n-numri rispettivi ta’ l-identitifikazzjoni tas-sustanza UN 0092, UN 0093, UN 0191, UN 0195, UN 0197, UN 0240, UN 0312, UN 0403, UN 0404 jew UN 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettjar ta’ materjal pirotekniku skadut, li juri n-numri UN rispettivi UN 0092, UN 0093, UN 0403 jew UN 0404, għall–ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkjar ta’ l-ADR jitħarsu u fid-dokument tat-trasport tkun inkluża informazzjoni addizzjonali. Dan japplika biss għat-trasport lokali, għall-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar minn dan il-materjal pirotekniku skadut, għal rimi sikur.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(10) tal-Carriage of Dangerous Goods by Roads Regulations 2004.

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta’ murtali skaduti għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew b’mod sikur, ħoloq diffikultajiet, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ippakkjar. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali.

IR-RENJU UNIT

RO-SQ 15.4 (emendat)

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjuattività b’livell baxx biex iġorru tagħmir ta’ kontra n-nar (E4).

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 8.1.4.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat għat-tifi tan-nar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5(4)(d).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarr ċilindru għat-tifi tan-nar meta jkunu qed jiġu trasportatu pakketti (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti.

Kummenti: It-trasport ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrelevanti għat-trasport ta’ UN 2908, 2909, 2910 u 2911, li ħafna drabi jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

RO-SQ 15.11 (emendat)

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjuattiv f’vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 5.3.2.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjuattiv.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5(4)(d).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata b’dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi għandhom jew:

(a)

ikollhom avviż skond id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 ta’ l-ADR; jew

(b)

fil-każ ta’ vetturi li jġorru mhux aktar minn għaxar pakketti li jkun fihom materjal radjuattiv li m’ huwiex fissili jew inkella li jista’ jsir fissili, u fejn is-somma ta’ l-indiċi tat-trasport ta’ dawn il-pakketti ma tkunx taqbeż il-valur ta’ 3, b’konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.


ANNESS II

Derogi għall-Istati Membri dwar it-trasport lokali limitat għat-territorju tagħhom

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2005/263/KE, id-derogi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

ID-DANIMARKA

RO-LT 2.2

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 14.6

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata

RO-LT 2.3

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 15.1

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

IL-PORTUGALL

RO-LT 12.1

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-Trasport għal UN 1965

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 5.4.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, is-16 ta’ April 2004, taħt art. 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei Nru 267-A/2003, de 27 de Outubro.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem propju tal-kumpanija tat-trasport bil-baħar għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Sezzjoni 5.4.1 ta’ l-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-buta u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, ittrasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

“UN 1965 Butane” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritt fis-Subsezzjoni 2.2.2.3 ta’ l-RPE, ittrasportati f’ċilindri;

“UN 1965 Propane” fil-każ tat-taħlita Ċ, kif deskritt fis-Subsezzjoni 2.2.2.3 ta’ l-RPE, ittrasportata f’ċilindri;

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

RO-LT 12.2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: 5.4.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, it-28 ta’ Lulju 2004, skond l-art. 5, Nru 1, ta’ Decreto-Lei Nru 267-A/2003, de 27 de Outubro.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi f’Sezzjoni 5.4.1 ta’ l-RPE jista’ jinbidel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skond l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu sa l-anqas livell minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

IL-FINLANDJA

RO-LT 13.4

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 14.10

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’leġiżlazzjoni imminenti.

IR-RENJU UNIT

RO-LT 15.3

Suġġett: L-Adozzjoni ta’ l-RO-LT 14.12

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Parti 1.

RO-LT 15.4

Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew riċiklar.

Referenza għall-Anness mad-Direttiva: Annessi A u B.

Il-kontenut ta’ l-Anness mad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 parti 1.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Iċ-ċelluli u l-batteriji tal-litju użati (UN 3090 u UN 3091) miġbura u mressqa biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja ta’ pproċessar, flimkien maċ-ċelluli jew il-batteriji li mhumiex tal-litju (UN 2800 u UN 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet oħra ta’ l-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom ikunu ppakkjati f’kartelli IH2 jew f’kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta’ prestazzjoni għas-solidi tal-grupp ta’ ppakkjar II.

Mhux aktar minn 5% ta’ kull pakkett għandu jkun litju jew batteriji tal-litju;

Il-massa grossa massima ta’ kull pakkett m’għandhiex taqbeż il-25 kg;

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport m’għandhiex taqbeż it-333 kg;

Ma jistgħu jinġarru l-ebda prodotti perikolużi oħra.

Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fi stabbilimenti fejn isir bejgħ bl-imnut u mhux prattiku li jitħarrġu numri kbar ta’ nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skond l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera taħt linji ta’ gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħata ppakkjar konformi ma’ l-ADR u l-istruzzjonijiet xierqa.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/69


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/448/PESK

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/380/PESK u 2006/1011/PESK

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fid-29 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/380/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

Fil-21 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/1011/PESK li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), biż-żjieda ta' ċerti persuni, gruppi u entitajiet oħrajn mal-lista li għaliha tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw il-Pożizzjoni Komuni 2006/380/PESK u l-Pożizzjoni Komuni 2006/1011/PESK, skond l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Wara din ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu s-suġġett tal-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Il-Kunsill iddetermina wkoll li grupp ieħor kien involut f'atti terroristiċi fit-tifsira tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u li dan il-grupp għandu għalhekk jiżdied mal-lista mniżżla hawn isfel ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni.

(7)

Il-Kunsill stabbilixxa li ċerti gruppi oħrajn m'għadomx jissodisfaw il-kriterji mniżżla fil-Pożizzjoni Komuni 201/931/PESK u li għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni.

(8)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha għalhekk tkun aġġornata,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tinsab fl-Anness hawnhekk.

Artikolu 2

Il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/380/PESK u 2006/1011/PESK huma hawnhekk imħassrin.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 25.

(3)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 129.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (1)

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

3.

AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala SUHAIB; magħruf ukoll bħala SOHAIB), imwieled fit-22.10.1982 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NB0322935 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

4.

*ALBERDI URANGA, Itziar (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fis-7.10.1963 f'Durango (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 78.865.693

5.

*ALBISU IRIARTE, Miguel (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru tal-Gestoras Pro-amnistía) imwieled fis-7.6.1961 f’San Sebastián (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru15.954.596

6.

AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

7.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

8.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

9.

AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi MOHAMED; magħruf ukoll bħala Abed; magħruf ukoll bħala Abid; magħruf ukoll bħala Abu ISMAIL), imwieled fit-18.07.1978 f’Nador (il-Marokk), Nru tal-passaport (Spanja) ESPP278036 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

10.

*APAOLAZA SANCHO, Iván (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fl-10.11.1971 f'Beasain (Guipúzcoa); karta ta’ l-identità Nru 44.129.178

11.

ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

12.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

13.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

14.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

15.

*ARZALLUS TAPIA, Eusebio (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-8.11.1957 f’Regil (Guipúzcoa); karta ta’ l-identità Nru 15.927.207

16.

ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

17.

BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BOURABA; magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BURADA; magħruf ukoll bħala Abu MOSAB), imwieled fis-6.12.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

18.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

19.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

20.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

21.

*ECHEBERRIA SIMARRO, Leire (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fl-20.12.1977 f'Basauri (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 45.625.646

22.

*ECHEGARAY ACHIRICA, Alfonso (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fl-10.1.1958 fi Plencia (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 16.027.051

23.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

24.

EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

25.

EL MORABIT, Mohamed, imwieled fl-24.1.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) Nru tal-passaport (il-Marokk) K789742 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

26.

ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef TOUMI), imwieled fl-20.10.1977 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-Karta ta’ l-Identita (l-Olanda) LNB4576246 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

27.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

28.

*GOGEASCOECHEA ARRONATEGUI, Eneko (Attivist ta' l-E.T.A.), imwieled fid-29.4.1967 fi Guernica (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 44.556.097

29.

HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu IBRAHIM), imwieled fil-5.9.1978 f’Beni Said (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K728658 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

30.

*IPARRAGUIRRE GUENECHEA, Ma Soledad (Attivista ta' l-E.T.A.) imwielda fil-25.4.1961 f'Escoriaza (Navarra), karta ta' l-identità Nru 16.255.819

31.

*IZTUETA BARANDICA, Enrique (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-30.7.1955 f'Santurce (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 14.929.950

32.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

33.

LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

34.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

35.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

36.

*MORCILLO TORRES, Gracia (Attivista ta' l-E.T.A.; Membru ta' Kas/Ekin) imwielda fil-15.3.1967 f'San Sebastián (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru 72.439.052

37.

MUGHNIYAH, Imad Fa'iz (magħruf ukoll bħala MUGHNIYAH, Imad Fayiz), Uffiċjal Anzjan tas-Servizzi Sigrieti tal-HEZBOLLAH, imwieled fis-7.12.1962 f’Tayr Dibba, (il-Libanu), passaport Nru 432298 (il-Libanu)

38.

*NARVÁEZ GOÑI, Juan Jesús (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-23.2.1961 f'Pamplona (Navarra), karta ta' l-identità Nru 15.841.101

39.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

40.

*ORBE SEVILLANO, Zigor (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-22.9.1975 f'Basauri (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 45.622.851

41.

*PALACIOS ALDAY, Gorka (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fis-17.10.1974 f'Baracaldo (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.654.356

42.

*PEREZ ARAMBURU, Jon Iñaki (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-18.9.1964 f'San Sebastián (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru 15.976.521

43.

*QUINTANA ZORROZUA, Asier (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fis-27.2.1968 f'Bilbao (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.609.430

44.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

45.

*RUBENACH ROIG, Juan Luis (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fit-18.9.1963 f'Bilbao (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 18.197.545

46.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

47.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

48.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

49.

SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

50.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

51.

*URANGA ARTOLA, Kemen (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ Herri Batasuna/E.H/Batasuna) imwieled fil-25.5.1969 f’Ondarroa (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.627.290

52.

*VALLEJO FRANCO, Iñigo (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fil-21.5.1976 f’Bilbao (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 29.036.694

53.

*VILA MICHELENA, Fermín (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Kas/Ekin) imwieled fit-12.3.1970 f'Irún (Guipúzcoa), karta ta' l-identità Nru 15.254.214

54.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti)

2.

Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa

3.

Al-Aqsa e.V.

4.

Al-Takfir u al-Hijra

5.

*Cooperativa Artigiana Fuoco ed Affini – Occasionalmente Spettacolare (Il-Kooperattiva Artiġjana Nar u Simili – Okkażjonalment Spettakulari)

6.

*Nuclei Armati per il Comunismo (Nukleji Armati għall-Komuniżmu)

7.

Aum Shinrikyo (magħruf ukoll bħala AUM, magħruf ukoll bħala Aum Verita Suprema, magħruf ukoll bħala Aleph)

8.

Babbar Khalsa

9.

*CCCCC - Cellula Contro Capitale, Carcere i suoi Carcerieri e le sue Celle (Iċ-Ċellula Kontra l-Kapital, il-Ħabs, il-Gwardjani tal-Ħabs u ċ-Ċelel tal-Ħabs)

10.

Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), il-Filippini, marbuta ma’ Sison Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-NPA)

11.

* L-Armata Repubblikana Irlandiża tal-Kontinwità (CIRA)

12.

* “EPANASTATIKOS AGONAS” - Lotta Rivoluzzjonarja

13.

*Euskadi Ta Askatasuna/Tierra Vasca y Libertad/Patrija Baska u Libertà (E.T.A.) (L-organizzazzjonijiet li ġejjin huma parti mill-grupp terroristiku E.T.A.: K.a.s., Xaki, Ekin, Jarrai-Haika-Segi, Gestoras pro-amnistía, Askatasuna, Batasuna (magħruf ukoll bħala Herri Batasuna, magħruf ukoll bħala Euskal Herritarrok)

14.

Gama'a al-Islamiyya (Grupp Islamiku), (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya, IG)

15.

Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant (IBDA-C)

16.

*Grupos de Resistencia Antifascista Primero de Octubre/Il-Gruppi ta’ Reżistenza Antifaxxista ta’ l-Ewwel ta’ Ottubru (G.R.A.P.O.)

17.

Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem)

18.

Hizbul Mujahideen (HM)

19.

Hofstadgroep

20.

Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp

21.

Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF)

22.

*Solidarietà Internazionale (Is-Solidarjetà Internazzjonali)

23.

Kahane Chai (Kach)

24.

Il-Forza Khalisan Zindabad (KZF)

25.

Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), (magħruf ukoll bħala KADEK; magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL)

26.

Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (LTTE)

27.

* Il-Forza tal-Voluntiera Lealista (LVF)

28.

L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq (MEK jew MKO) [minbarra l-“Kunsill Nazzjonali tar-Reżistenza ta’ l-Iran” (NCRI)] (magħrufa bħala L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran (NLA, il-fergħa militanti tal-MEK), il-Mujahedin tal-Poplu ta’ l-Iran (PMOI), is-Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani)

29.

L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (Ejército de Liberación Nacional)

30.

* Il-Voluntiera Oranġjo (OV)

31.

Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLF)

32.

Il-Jihad Islamika Palestinjana (PIJ)

33.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP)

34.

Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali, (magħruf ukoll bħala PFLP – Kmand Ġenerali)

35.

* L-IRA Reali

36.

* Brigate Rosse per la Costruzione del Partito Comunista Combattente (Il-Brigati Ħomor għall-Kostruzzjoni tal-Partit Komunista Kombattenti)

37.

* Id-Difensuri ta’ l-Id Ħamra (RHD)

38.

Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC)

39.

* In-Nuklei Rivoluzzjonarji/Epanastatiki Pirines

40.

* L-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tas-17 ta' Novembru/Dekati Evdomi Noemvri

41.

L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

42.

It-Triq li Tiddi (SL) (Sendero Luminoso)

43.

Stichting Al Aqsa (magħruf ukoll bħala Stichting Al Aqsa Nederland, magħruf ukoll bħala Al Aqsa Nederland)

44.

TAK - Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-‘Kurdistan Freedom Falcons’, il-‘Kurdistan Freedom Hawks’

45.

* Brigata XX Luglio (Il-Brigata ta’ l-20 ta’ Lulju)

46.

* L-Assoċjazzjoni għad-Difiża ta’ Ulster/Il-Ġellieda għall-Ħelsien ta’ Ulster (UDA/UFF)

47.

Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja (AUC) (Autodefensas Unidas de Colombia)

48.

*F.A.I. – Federazione Anarchica Informale (Il-Federazzjoni Anarkika Mhux Uffiċjali)


(1)  Il-persuni, gruppi jew entitajiet immarkati b’asterisk għandhom ikunu s-suġġett ta’ l-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 169/75


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/449/PESK

tat-28 ta’ Ġunju 2007

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri ta' appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi,

(1)

Taħt it-termini tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK, il-Kunsill adotta miżuri sabiex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għaliha, li jinsabu taħt att ta' akkuża mill-ICTY.

(2)

Wara t-trasferiment tas-Sur Zdravko TOLIMIR u s-Sur Vlastimir DJORDJEVIC għall-kustodja ta' l-ICTY fl-1 ta' Ġunju 2007, ismu għandu jitneħħa mil-lista.

(3)

Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti raġunijiet rigward l-individwi li jibqgħu fuq il-lista.

(4)

Għalhekk jeħtieġ li l-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi addattata kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandu jiġi sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 28 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GABRIEL


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/484/PESK (ĠU L 189, 12.7.2006, p. 25) u estiża mill-Pożizzjoni Komuni 2006/671/PESK (ĠU L 275/66, 6.10.2006, p. 66).


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Individwu

Raġuni

1.

Isem: HADZIC Goran (raġel)

Data tat-twelid: 7.9.1958

Post tat-twelid: Vinkovci, Kroazja

Ċittadin tas-Serbja

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża: 4 ta' Ġunju 2004

Każ nru.: IT-04-75

2.

Isem: KARADZIC Radovan (raġel)

Data tat-twelid: 19.6.1945

Post tat-twelid: Petnjica, il-muniċipalità ta' Savnik, Montenegro

Ċittadin tal-Bożnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni akkuża: 16 ta' Novembru 1995; akkuża emendata: 31 ta' Mejju 2000

Każ nru.: IT-95-5/18

3.

Isem: MLADIC Ratko (raġel)

Data tat-twelid: 12.3.1948

Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta' Kalinovik, Bożnja u Ħerzegovina

Ċittadin tal-Bożnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni akkuża: 16 ta' Novembru 1995; akkuża emendata: 8 ta' Novembru 2002

Każ nru.: IT-95-5/18

4.

Isem: ZUPLJANIN Stojan (raġel)

Data tat-twelid: 22.9.1951

Post tat-twelid: Kotor Varos, Bożnja u Ħerzegovina

Ċittadin tal-Bożnja u Ħerzegovina

akkużat mill-ICTY u għadu liberu

Akkuża inizjali: 17 ta' Diċembru 1999; it-tieni akkuża emendata: 6 ta' Ottubru 2004

Każ nru.: IT-99-36-I