ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
15 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 655/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 656/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 586/2001 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika fit-terminu l-qasir rigward id-definizzjoni ta’ Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGs)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 657/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta’ skemi ta’ kampjuni Ewropej

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 658/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ingħataw skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 661/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

30

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 662/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

31

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 663/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 958/2006

33

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 664/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 38/2007

34

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-rati ta' rifużjoni applikabbli għal ċertu prodotti tal-ħalib esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

35

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

37

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 667/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

39

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2007 ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

43

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 195/2007 li jiftaħ ix-xiri tal-butir f’ċerti Stati Membri bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awissu 2007

45

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 670/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

46

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/34/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li temenda, għall-għanijiet ta’ l-aġġustament tagħha għal progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE fir-rigward tal-livell permissibbli ta’ ħoss u tas-sistema ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur ( 1 )

49

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/409/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/585/KE li tistabbilixxi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd

68

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/410/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar miżuri kontra d-dħul u t-tixrid fi ħdan il-Komunità tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2451)

71

 

 

2007/411/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti dderivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti kontrolli u miżuri ta’ qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2473)

74

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/412/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI dwar is-sigurtà b’konnessjoni ma’ logħbiet tal-futbol b’dimensjoni internazzjonali

76

 

 

2007/413/ĠAI

 

*

Deċiżjoni mill-Partijiet Kontraenti, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 2007 li tadotta regoli li jimplimentaw l-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol)

78

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 655/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

46,7

TR

88,0

ZZ

67,4

0707 00 05

JO

151,2

TR

95,2

ZZ

123,2

0709 90 70

TR

87,6

ZZ

87,6

0805 50 10

AR

55,1

ZA

64,2

ZZ

59,7

0808 10 80

AR

94,6

BR

81,4

CL

92,0

CN

96,9

NZ

108,3

US

121,7

ZA

97,1

ZZ

98,9

0809 10 00

IL

156,1

TR

202,2

ZZ

179,2

0809 20 95

TR

289,9

US

330,4

ZZ

310,2

0809 30 10 , 0809 30 90

CL

101,6

ZZ

101,6

0809 40 05

CL

134,4

IL

204,2

ZZ

169,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 656/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 586/2001 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika fit-terminu l-qasir rigward id-definizzjoni ta’ Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGs)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar statistika fit-terminu l-qasir (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikolu 17(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-definizzjoni ta’ Main Industrial Groupings (MIGS) stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 (2) hija msejsa fuq il-klassifika statistikali ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE) (3).

(2)

Ġiet introdotta verżjoni ġdida ta’ NACE (NACE Rev 2) bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, li tispeċifika wkoll li l-istatistika fit-terminu l-qasir irregolata bir-Regolament (KE) Nru 1165/98 għandha tiġi prodotta skond l-NACE Rev. 2 mill-1 ta’ Jannar 2009 ’l quddiem.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 586/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikoli 1 u 2 ir-referenzi kollha lil “NACE Rev. 1” huma ssostitwiti b’ “NACE Rev. 2”.

(2)

Fl-Artikolu 3 il-kliem “mhux aktar tard minn tliet xhur wara li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ” huma sostitwiti bil-kliem “mill-1 ta’ Jannar 2009”;

(3)

L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 86, 27.3.2001, p. 11.

(3)  ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

L-ALLOKAZZJONI TA’ L-INTESTATURI TA’ NACE REV 2 LIL KATEGORIJI TA’ KLASSIFIKA AGGREGATA

Rev. 2 tan-NACE

deskrizzjoni ta’ l-NACE Rev 2

Klassifika aggregata

07

Qtugħ ta’ metall mill-minjieri

Prodotti Intermedji

08

Minjieri u barrieri oħra

Prodotti Intermedji

09

Attivitajiet ta’ sostenn għall-minjieri

Prodotti Intermedji

10.6

Manifattura ta’ prodotti ta’ l-imtieħen tal-qmuħ, lamti u prodotti oħra tal-lamtu

Prodotti Intermedji

10.9

Manifattura ta’ għalf lest għall-annimali

Prodotti Intermedji

13.1

Tħejjija u għażil ta’ fibri tat-tessuti

Prodotti Intermedji

13.2

L-insiġ tat-tessuti

Prodotti Intermedji

13.3

Irfinar ta’ tessuti

Prodotti Intermedji

16

Manifattura ta’ injam u ta’ prodotti ta’ l-injam u tas-sufra, għajr għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjali għall-immaljar

Prodotti Intermedji

17

Manifattura ta’ karta u ta’ prodotti tal-karta

Prodotti Intermedji

20.1

Manifattura ta’ kimiċi bażiċi, fertilizzanti u komposti tan-nitroġenu, plastik u lasktu sintetiku f’għamliet primarji

Prodotti Intermedji

20.2

Manifattura ta’ pestiċidi u prodotti oħra agrokimiċi

Prodotti Intermedji

20.3

Manifattura ta’ żebgħa, verniċ u kisi simili, inka ta’ l-istampar u mastiċi

Prodotti Intermedji

20.5

Manifattura ta’ prodotti kimiċi oħra

Prodotti Intermedji

20.6

Manifattura ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Prodotti Intermedji

22

Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik

Prodotti Intermedji

23

Fabbrikazzjoni ta’ prodotti minerali oħra mhux metalliċi

Prodotti Intermedji

24

Manifattura ta’ metalli bażiċi

Prodotti Intermedji

25.5

Funderija, pressa, ttimbrar u rrumblar ta’ metall; metallurġija tat-trab

Prodotti Intermedji

25.6

Trattament u kisi ta’ metalli; ħidma bil-magni

Prodotti Intermedji

25.7

Manifattura ta’ pożati, għodod u oġġetti ta’ ferramenta

Prodotti Intermedji

25.9

Manifattura ta’ prodotti oħra tal-metall iffabrikat

Prodotti Intermedji

26.1

Manifattura ta’ komponenti elettroniċi u bordijiet

Prodotti Intermedji

26.8

Manifattura ta’ mezzi manjetiċi u ottiċi

Prodotti Intermedji

27.1

Manifattura ta’ muturi ta’ l-elettriku, ġeneraturi, trasformaturi u apparat għat-tqassim u l-kontroll ta’ l-elettriku

Prodotti Intermedji

27.2

Manifattura ta’ batteriji u kumulaturi

Prodotti Intermedji

27.3

Manifattura ta’ wajers u għodod għall-wajers

Prodotti Intermedji

27.4

Manifattura ta’ tagħmir tad-dawl elettriku

Prodotti Intermedji

27.9

Manifattura ta’ tagħmir elettriku ieħor

Prodotti Intermedji

05

Tħaffir għall-faħam u l-lignite

Enerġija

06

Estrazzjoni ta’ żejt mhux irraffinat u gass naturali

Enerġija

19

Manifattura ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

Enerġija

35

Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata

Enerġija

36

Ġbir, trattament u provvista ta’ l-ilma

Enerġija

25.1

Manifattura ta’ prodotti strutturali tal-metall

Oġġetti kapitali

25.2

Manifattura ta’ tankijiet, ġwiebi u kontenituri tal-metal

Oġġetti kapitali

25.3

Manifattura ta’ ġeneraturi tal-fwar, għajr bojlers tal-misħun tat-tisħin ċentrali

Oġġetti kapitali

25.4

Manifattura ta’ armi u munizzjon

Oġġetti kapitali

26.2

Manifattura ta’ kompjuters u tagħmir periferali

Oġġetti kapitali

26.3

Manifattura ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni

Oġġetti kapitali

26.5

Manifattura ta’ strumenti u għodod għall-kejl, ittestjar u navigazzjoni; arloġġi ta’ l-idejn u arloġġi oħra

Oġġetti kapitali

26.6

Manifattura ta’ tagħmir ta’ irradjazzjoni, elettromediku u elettroterapewtiku

Oġġetti kapitali

28

Manifattura ta’ magni u tagħmir n.e.c.

Oġġetti kapitali

29

Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers

Oġġetti kapitali

30.1

Bini ta’ vapuri u dgħajjes

Oġġetti kapitali

30.2

Manifattura ta’ lokomottivi tal-ferrovija u materjal ċirkulanti

Oġġetti kapitali

30.3

Manifattura ta’ inġenji ta’ l-ajru u ta’ l-ispazju u makkinarju relatat

Oġġetti kapitali

30.4

Manifattura ta’ vetturi tal-ġlied militari

Oġġetti kapitali

32.5

Manifattura ta’ strumenti u provvisti mediċi u tad-dentistrija

Oġġetti kapitali

33

Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir

Oġġetti kapitali

26.4

Manifattura ta’ elettronika ta’ konsum

Prodotti Dewwiema

26.7

Manifattura ta’ strumenti ottiċi u tagħmir fotografiku

Prodotti Dewwiema

27.5

Manifattura ta’ apparat domestiku

Prodotti Dewwiema

30.9

Manifattura ta’ tagħmir għat-trasport n.e.c.

Prodotti Dewwiema

31

Manifattura ta’ mobbli

Prodotti Dewwiema

32.1

Manifattura ta’ ġojjellerija, biġotterija u oġġetti relatati

Prodotti Dewwiema

32.2

Manifattura ta’ strumenti mużikali

Prodotti Dewwiema

10.1

Ipproċessar u ppreservar ta’ laħam u ta’ prodotti tal-laħam

Prodotti Mhux Dewwiema

10.2

Ipproċessar u ppreservar ta’ ħut, krustaċji u molluski

Prodotti Mhux Dewwiema

10.3

Ipproċessar u ppreservar ta’ frott u ħxejjex

Prodotti Mhux Dewwiema

10.4

Manifattura ta’ żjut u xaħmijiet veġetali u mill-annimali

Prodotti Mhux Dewwiema

10.5

Manifattura ta’ prodotti tal-ħalib

Prodotti Mhux Dewwiema

10.7

Manifattura ta’ prodotti tal-furnara u magħmula bid-dqiq

Prodotti Mhux Dewwiema

10.8

Manifattura ta’ prodotti oħra ta’ l-ikel

Prodotti Mhux Dewwiema

11

Manifattura ta’ xarbiet

Prodotti Mhux Dewwiema

12

Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk

Prodotti Mhux Dewwiema

13.9

Manifattura ta’ tessuti oħra

Prodotti Mhux Dewwiema

14

Manifattura ta’ ħwejjeġ li jintlibsu

Prodotti Mhux Dewwiema

15

Manifattura ta’ prodotti tal-ġilda u prodotti relatati

Prodotti Mhux Dewwiema

18

Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata

Prodotti Mhux Dewwiema

20.4

Manifattura ta’ sapun u deterġenti, sustanzi għat-tindif u l-illustrar, fwejjaħ u preparazzjonijiet tat-twaletta

Prodotti Mhux Dewwiema

21

Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi

Prodotti Mhux Dewwiema

32.3

Manifattura ta’ oġġetti ta’ l-isport

Prodotti Mhux Dewwiema

32.4

Manifattura ta’ logħob u ġugarelli

Prodotti Mhux Dewwiema

32.9

Industriji oħra ta’ manifattura mhux klassifikati band’ oħra

Prodotti Mhux Dewwiema”


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 657/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tat-twaqqif ta’ skemi ta’ kampjuni Ewropej

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(j) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja għal żmien qasir dwar iċ-ċiklu tal-kummerċ.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (2) impona obbligazzjoni fuq l-Istati Membri biex jagħtu indikatur ġdid (prezzijiet ta’ importazzjoni fis-settur ta’ l-industrija) u biex jibagħtu data dwar indikaturi mhux domestiċi skond id-distinzjoni fiż-żona ta’ l-euro u fiż-żona mhux ta’ l-euro. Minħabba f’hekk, setgħu nħolqu spejjeż sostanzjali għas-sistemi ta’ statistika nazzjonali.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 introduċa l-possibilità li jiġu stabbiliti skemi ta’ kampjuni Ewropej sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tas-sistemi ta’ statistika nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ data Ewropej ikunu sodisfatti u sabiex il-Kummissjoni (l-Eurostat) tkun tista’ tipproduċi stimi Ewropej kredibbli għall-indikaturi kkonċernati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skemi ta’ kampjuni Ewropej jistgħu jiġu applikati meta tkun qed tinġabar l-istatistika li tiddistingwi bejn iż-żona ta’ l-euro u ż-żona mhux ta’ l-euro għat-tliet fatturi varjabbli li ġejjin speċifikati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1165/98:

Fatturi varjabbli

Isem

132

Ordnijiet ġodda mhux domestiċi

312

Il-prezzijiet tal-produzzjoni (output) tas-suq mhux domestiku

340

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni

Artikolu 2

Stati Membri li jipparteċipaw fl-iskemi ta’ kampjuni Ewropej imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jibagħtu data lill-Kummissjoni (l-Eurostat) mill-anqas għall-attivitajiet NACE Rev. 1.1, għall-fatturi varjabbli Nri 132 u 312, u prodotti CPA, u għall-fattur varjabbli Nru 340, speċifikati fl-Anness.

Artikolu 3

Stati Membri li jipparteċipaw fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea għall-fattur varjabbli Nru 340 jistgħu jillimitaw l-ambitu tad-data mibgħuta għal dak il-fattur varjabbli għall-importazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi fiż-żona mhux ta’ l-euro.

Artikolu 4

It-termini ta’ l-iskemi ta’ kampjuni Ewropej stipulati fl-Anness jistgħu jiġu adattati skond tibdiliet fis-sena ta’ bażi jew fis-sistema ta’ klassifikazzjoni jew tibdiliet strutturali importanti fiż-żona ta’ l-euro.

Artikolu 5

Kull membru ġdid taż-żona ta’ l-euro jista’ jidħol kwalunkwe skema ta’ kampjuni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1, u dan meta jingħaqad maż-żona ta’ l-euro. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, għandha tispeċifika l-attivitajiet NACE u l-prodotti CPA li għandu jintbagħat data dwarhom, sabiex l-Istat Membru jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1168/98 fil-qafas ta’ l-iskemi ta’ kampjuni Ewropej.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 1.


ANNESS

132   ORDNIJIET ĠODDA MHUX DOMESTIĊI

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (NACE Rev. 1.1)

Il-Belġju

17, 18, 21, 24, 27, 28, 31, 32, 34

L-Irlanda

18, 24, 30, 31, 32, 33

L-Olanda

21, 24, 28, 29, 30, 32, 33

Il-Finlandja

21, 24, 27, 29, 30, 31, 32


312   IL-PREZZIJIET TAL-PRODUZZJONI (OUTPUT) TAS-SUQ MHUX DOMESTIKU

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (NACE Rev. 1.1)

Il-Belġju

14, 15, 16, 17, 18, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 34, 36, 40

L-Irlanda

10, 13, 14, 15, 22, 24, 30, 32, 33

L-Olanda

11, 14, 15, 16, 21, 22, 23, 24, 28, 30, 32, 33

Il-Finlandja

10, 13, 14, 20, 21, 23, 27, 29, 32

Is-Slovenja

18, 20, 25, 28, 36


340   IL-PREZZIJIET TA’ IMPORTAZZJONI

Stat Membru

L-ambitu tad-data fl-iskema ta’ kampjuni Ewropea (CPA)

Il-Belġju

14.22, 14.30, 14.50, 15.32, 15.51, 16.00, 17.10, 19.20, 21.25, 24.13, 24.14, 24.16, 24.41, 24.42, 24.66, 25.13, 26.12, 26.14, 26.15, 26.70, 28.62, 29.52, 34.10, 34.30, 36.11, 36.22

Franza

10.10, 11.10, 13.10, 15.11, 15.12, 15.20, 15.33, 15.41, 15.51, 15.84, 15.86, 15.89, 15.91, 16.00, 17.20, 17.40, 17.54, 17.72, 18.22, 18.23, 18.24, 19.20, 19.30, 20.10, 20.20, 20.30, 20.51, 21.21, 21.22, 21.25, 23.20, 24.13, 24.14, 24.41, 24.42, 24.52, 24.66, 25.11, 25.13, 25.21, 25.24, 26.12, 26.13, 26.14, 26.15, 26.21, 26.26, 26.51, 26.81, 26.82, 27.10, 27.42, 27.44, 28.62, 28.63, 28.74, 28.75, 29.11, 29.12, 29.13, 29.14, 29.22, 29.23, 29.24, 29.42, 29.52, 29.56, 29.71, 30.01, 30.02, 31.10, 31.20, 31.30, 31.61, 31.62, 32.10, 32.20, 32.30, 33.10, 33.20, 33.40, 33.50, 34.10, 34.30, 36.11, 36.14, 36.22, 36.30, 36.40, 36.50, 36.61, 36.63

L-Irlanda

15.13, 15.84, 21.21, 21.22, 21.25, 24.52, 28.11, 30.02, 32.10, 32.20, 33.10

Il-Lussemburgu

27.10

L-Awstrija

15.12, 20.30, 26.13, 28.11, 28.74, 31.61, 32.20, 36.40, 36.61, 40.11

Il-Portugall

11.10, 15.83

Il-Finlandja

13.20, 14.22, 20.20, 25.21, 26.26, 29.22, 32.30, 36.14, 36.40, 40.11

Is-Slovenja

27.10


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 658/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jikkonċerna l-penalitajiet finanzjarji għall-ksur ta’ ċerti obbligi fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ingħataw skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 84(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiżgura l-infurzar ta’ ċerti obbligi marbuta ma’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, l-Artikolu 84 ta’ dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni, fuq talba ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”, li timponi penalitajiet finanzjarji lid-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

(2)

Il-ksur ta’ l-obbligi stabbiliti fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistgħu jwasslu għall-applikazzjoni ta’ piena finanzjarja għandhom jikkonċernaw il-kontenut ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rekwiżiti ta’ wara it-tqegħid fis-suq marbuta ma’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, inkluż ir-rekwiżiti tal-liġi Komunitarja relatati mal-farmakoviġilanza u s-sorveljanza tas-suq.

(3)

Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dak li jipprovdi l-Artikolu 84(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, li taħtu l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penalitajiet li għandhom jiġu applikati għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament jew tar-Regolamenti adottati skond l-imsemmi Regolament u li jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tagħhom, l-azzjoni fuq livell Komunitarju għandha tittieħed biss f’każi fejn ikunu involuti l-interessi tal-Komunità. B’dak il-mod, l-infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jkun żgurat permezz ta’ ġestjoni xierqa tar-riżorsi disponibbli fuq livell Komunitarju u nazzjonali.

(4)

B’riżultat tas-sistema ta’ awtorità parallela f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza u l-infurzar min-naħa tal-Komunità u l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu infurzati b’mod effettiv biss fil-qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib, skond l-Artikolu 10 tat-Trattat, bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija u l-Kummissjoni. Għal dak il-għan huwa neċessarju li jiġu stabbiliti arranġamenti għall-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom.

(5)

Huwa xieraq li, għall-fini li jingħataw bidu u jitmexxew il-proċeduri ta’ ksur u l-kwantifikazzjoni tal-penalitajiet finanzjarji, l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw kwalunkwe’ proċedura ta’ Stat Membru kontra l-istess detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u li tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet legali u l-istess fatti.

(6)

Sabiex ikun żgurat it-twettiq effettiv ta’ l-istadju ta’ l-inkjesta ta’ l-allegat ksur, l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għand l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, stabbiliti bħala l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-prodotti mediċinali awtorizzati permezz tal-proċedura ċentralizzata tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, biex iwettqu l-miżuri meħtieġa għall-inkjesta u biex jiksbu informazzjoni dwar ksur li jidħol fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza jwettqu attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza li għalihom huma kompetenti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2) u tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (3) u tad-dispożizzjonijiet li jimplimentawhom.

(7)

L-obbligi marbuta ma’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jidħlu fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu infurzati permezz ta’ żewġ tipi ta’ penalitajiet finanzjarji: multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali. L-ammont massimu għaż-żewġ kategoriji għandu jiġi stabbilit.

(8)

Id-deċiżjoni li tniedi proċedura fil-każ ta’ ksur taħt dan ir-Regolament għandha tittieħed mill-Aġenzija, li għandha l-ewwel tinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Matul l-inkjesta, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li titlob li tiġi pprovduta informazzjoni tali sabiex tkun tista’ tiskopri kwalunkwe’ ksur u għandu jkollha l-kooperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Kwalunkwe’ setgħa ta’ sorveljanza konċessa lill-Aġenzija permezz tal-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tista’ tintuża mill-Aġenzija matul l-inkjesta dwar ksur.

(9)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fl-impożizzjoni ta’ penalitajiet għandhom ikunu bbażati fuq l-inkjesta ta’ l-Aġenzija, fuq l-osservazzjonijiet tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jkun suġġett għall-proċedura ta’ ksur u, fejn xieraq, fuq informazzjoni oħra mressqa lilha. Kwalunkwe’ setgħa ta’ sorveljanza konċessa lill-Kummissjoni permezz tal-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tista’ tintuża mill-Kummissjoni fl-istadju tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ proċedura ta’ ksur.

(10)

Huwa xieraq li d-deċiżjonijiet li jimponu penalitajiet jkunu bbażati esklussivament fuq objezzjonijiet li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikun seta’ jikkummenta dwarhom.

(11)

Il-penalitajiet imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, waqt li jqisu ċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku.

(12)

Jidher li huwa xieraq li tkun provduta proċedura xierqa f’każi fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li timponi multa għan-nuqqas, min-naħa tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq suġġett għall-proċedura ta’ ksur, li jikkonforma mat-talba għall-informazzjoni li tkun saret mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni.

(13)

Meta tkun qed twettaq proċedura f’każ ta’ ksur, l-Aġenzija jew il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkunu rispettati d-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju tal-kunfidenzjalità skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi, u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. B’mod partikolari, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jkun suġġett għall-proċedura ta’ ksur għandu jkollu d-dritt li jiġi mismugħ mill-Aġenzija matul l-istadju ta’ l-inkjesta u mill-Kummissjoni ladarba din tkun notifikata b’dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, kif ukoll li jkollu aċċess għall-fajl kompilat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni. Filwaqt li l-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tordna lid-detenturi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u d-dokumenti relatati ma’ l-allegat ksur, għandu jkun rispettat ukoll id-dritt għas-silenzju f’sitwazzjonijiet fejn id-detentur ikun ordnat li jipprovdi tweġibiet li jistgħu jinvolvu ammissjoni min-naħa tiegħu ta’ l-eżistenza ta’ ksur, kif żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(14)

Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali fit-twettiq tal-proċedura ta’ ksur, huwa neċessarju li jkunu stabbiliti regoli dettaljati għall-komputazzjoni ta’ limiti ta’ żmien u perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-penalitajiet.

(15)

Id-deċiżjonijiet li jimponu l-penalitajiet għandhom ikunu infurzati skond l-Artikolu 256 tat-Trattat u huma suġġetti għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(16)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem u l-Kumitat Permanenti għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett ewlieni u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ penalitajiet finanzjarji lid-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, fir-rigward ta’ ksur ta’ l-obbligi li ġejjin, f’każi fejn il-ksur konċernat jista’ jkollu implikazzjonijiet sinifikanti fuq is-saħħa pubblika fil-Komunità, jew fejn ikollu dimensjoni Komunitarja għaliex iseħħ jew ikollu l-effetti tiegħu f’iktar minn Stat Membru wieħed, jew fejn ikunu involuti interessi oħra tal-Komunità:

(1)

il-kompletezza u l-preċiżjoni tad-dettalji u d-dokumenti kontenuti f’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jew ta’ kwalunkwe’ dokument jew data oħra mressqa lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini stabbilita b’dak ir-Regolament, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”, skond l-obbligi stabbiliti f’dak ir-Regolament;

(2)

il-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet inklużi fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u li jikkonċernaw il-forniment jew l-użu ta’ prodotti mediċinali, kif imsemmi fl-Artikolu 9(4)(b), it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 34(4)(ċ) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(3)

il-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet inklużi fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ l-użu mingħajr periklu u effettiv tal-prodott mediċinali, kif imsemmi fl-Artikolu 9(4)(ċ), l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 34(4)(d) u l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(4)

l-introduzzjoni ta’ kull varjazzjoni neċessarja għat-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku u xjentifiku u jippermetti li l-prodotti mediċinali jkunu manifatturati u iċċekjati permezz ta’ metodi xjentifiċi ġeneralment aċċettati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(1) u l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(5)

li tipprovdi kull informazzjoni ġdida li tista’ tinvolvi varjazzjoni fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, in-notifika ta’ kwalunkwe’ projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe pajjiż fejn jinbiegħ il-prodott mediċinali, jew il-provvista ta’ kwalunkwe’ informazzjoni li tista’ tinfluwenza l-evalwazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(6)

li tipprovdi, fuq talba ta’ l-Aġenzija, ta’ kwalunkwe’ data li turi li l-bilanċ tar-riskji u benefiċċju ikun għadu favorevoli, kif imsemmi fl-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(7)

l-osservanza ta’ residwi fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji, kif imsemmi fl-Artikolu 41(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(8)

it-tqegħid fis-suq skond il-kontenut fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u tat-tikkettjar u fil-fuljett ta’ tagħrif tal-prodott mediċinali skond kif imsemmi fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(9)

l-obbligi speċifiċi li jissemmew fl-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew fi kwalunkwe’ dispożizzjoni oħra adottata skond l-istess Regolament;

(10)

il-proċeduri speċifiċi li jissemmew fl-Artikolu 14(8) u l-Artikolu 39(7) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(11)

in-notifika lill-Aġenzija bid-dati tat-tqegħid fis-suq attwali tal-prodott u d-data meta l-prodott għandu jieqaf milli jitqiegħed fis-suq, u li tipprovdi lill-Aġenzija bid-data dwar il-volum tal-bejgħ u l-volum ta’ preskrizzjonijiet tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(12)

il-persuna kkwalifikata kif xieraq biex tkun responsabbli għall-farmakoviġilanza, kif imsemmi fl-Artikolu 23 u l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(13)

ir-reġistrar u r-rapportar ta’ reazzjonijiet negattivi u serji suspettati u, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji, ta’ reazzjonijiet negattivi għall-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(14)

ir-rapportar ta’ reazzjonijiet avversi gravi u mhux mistennija, it-trasferiment suspettat ta’ aġenti infettivi perikolużi u, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji, ir-reazzjonijiet li jistgħu jkunu perikolużi għall-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(15)

reġistrazzjonijiet tar-reazzjonijiet ħżiena kollha suspettati u għandhom jintbagħtu f’forma ta’ rapport perjodiku ta’ aġġornament dwar is-sigurtà, kif imsemmi fl-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(16)

il-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ informazzjoni relatata mal-kwestjonijiet dwar il-farmakoviġilanza, kif jissemma fl-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 49(5) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(17)

il-ġbir u l-evalwazzjoni ta’ data speċifika dwar il-farmakoviġilanza, kif imsemmi fir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 26 u r-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.

Artikolu 2

Il-komplementarjetà tal-proċeduri

Għall-fini tal-bidu u t-twettiq tal-proċedura ta’ ksur provduta fil-Kapitolu II, l-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw kwalunkwe’ proċedura ta’ ksur ta’ Stat Membru kontra l-istess detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u li tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet legali u l-istess fatti.

Artikolu 3

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni sabiex jippermettulhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bħala rispons għal talba min-naħa ta’ l-Aġenzija jew il-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għall-għanijiet li ġejjin biss:

(a)

bħala evidenza għall-fini ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

għat-twettiq ta’ xogħol fdati lilhom għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.

Artikolu 4

L-oneru tal-prova

Fi kwalunkwe’ proċedura ta’ ksur skond dan ir-Regolament, l-oneru tal-prova ta’ ksur għandu jkun f’idejn il-Kummissjoni.

KAPITOLU II

IL-PROĊEDURA TA’ KSUR

SEZZJONI 1

L-inkjesta

Sotto-sezzjoni 1

Il-bidu ta’ proċedura

Artikolu 5

Il-bidu ta’ proċedura ta’ f’każ ta’ ksur

1.   L-Aġenzija tista’ tibda l-proċedura f’każ ta’ ksur fuq inizjattiva tagħha stess jew wara talba minn xi Stat Membru.

L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni li hija għandha l-intenzjoni li tibda l-proċedura f’każ ta’ ksur.

2.   L-Aġenzija għandha tibda l-proċedura f’każ ta’ ksur biss wara li tkun infurmat lill-Istati Membri.

Artikolu 6

It-talba għall-informazzjoni

Qabel il-bidu ta’ proċedura f’każ ta’ ksur, l-Aġenzija tista’ titlob kull informazzjoni relatata ma’ l-allegat ksur mingħand id-detentur konċernat ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

L-Aġenzija għandha tiddikjara l-għan tat-talba u l-fatt li qed issir skond dan ir-Regolament, u tindika l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tat-tweġiba min-naħa tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, li għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat.

Fejn it-talba hija risposta għal talba minn Stat Membru skond l-Artikolu 5(1), dak l-Istat Membru għandu jkun infurmat mill-Aġenzija.

Artikolu 7

In-notifika

L-Aġenzija għandha tibgħat notifika bil-miktub dwar il-bidu ta’ proċedura f’każ ta’ ksur lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq konċernat, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

In-notifika għandha tistabbilixxi l-allegazzjonijiet kontra d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, filwaqt li tispeċifika d-dispożizzjoni li tkun allegatament ġiet miksura, u l-evidenza li fuqha jkunu bbażati dawk l-allegazzjonijiet.

Għandha tavża lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li jistgħu jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet.

Sotto-sezzjoni 2

Il-miżuri ta’ l-inkjesta

Artikolu 8

It-talbiet mill-Aġenzija

1.   L-Aġenzija tista’ titlob lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex jipprovdi spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub, jew li jipprovdi dettalji jew dokumenti.

It-talbiet għandhom ikunu indirizzati bil-miktub lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. L-Aġenzija għandha tiddikjara l-bażi legali u l-iskop tat-talba, għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni, li għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, u għandha tinforma lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq dwar il-multi provduti fl-Artikolu 19(1)(a) u (b) fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità mat-talbiet jew fir-rigward ta’ forniment ta’ informazzjoni żbaljata jew li tista’ tiżgwida.

2.   L-Aġenzija tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jikkooperaw fl-inkjesta bil-modi li ġejjin:

(a)

billi jwettqu kwalunkwe mill-kompiti fdati lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza mill-Artikoli 19(1) u 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

(b)

billi jwettqu spezzjonijiet jew miżuri oħra ta’ sorveljanza skond l-Artikoli 111 sa 115 tad-Direttiva 2001/83/KE u l-Artikoli 80, 81 u 82 tad-Direttiva 2001/82/KE.

It-talbiet għandhom ikunu indirizzati bil-miktub u għandhom jiddikjaraw il-bażi legali u l-iskop tat-talba. Il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tat-tweġiba jew għat-twettiq tal-miżura ta’ inkjesta għandu jkun determinat bi ftehim bejn l-Aġenzija u l-awtorità kompetenti nazzjonali li lilha tkun indirizzata t-talba, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.

3.   L-Aġenzija tista’ titlob lil kwalunkwe’ persuna naturali jew legali biex tipprovdi informazzjoni relatata ma’ l-allegat ksur.

It-talbiet għandhom ikunu indirizzati bil-miktub u għandhom jiddikjaraw il-bażi legali u l-iskop tat-talba, u għandhom jistabbilixxu limitu ta’ żmien li fih għandha tkun provduta l-informazzjoni, li għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat.

Artikolu 9

Id-dritt għas-smigħ

Qabel ma jiġi adottat ir-rapport provdut fl-Artikolu 10, l-Aġenzija għandha tistieden lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex iressaq l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub.

Dan għandha tagħmlu bil-miktub, u għandha tindika l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ dawn l-osservazzjonijiet, li għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat.

Sotto-sezzjoni 3

Ir-rapport

Artikolu 10

Il-kontenut u l-limitu ta’ żmien

1.   L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq b’rapport li jiġbor is-sejbiet kollha fid-dawl ta’ l-inkjesta mwettqa skond din is-Sezzjoni.

2.   Fejn l-Aġenzija tiskopri li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikun wettaq ksur kif imsemmi fl-Artikolu 1, ir-rapport għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ speċifiku skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(2) u talba lill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-penalitajiet finanzjarji.

3.   L-Aġenzija għandha tadotta r-rapport tagħha sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara n-notifika tal-bidu tal-proċedura skond l-Artikolu 7 jew sa sena wara n-notifika min-naħa tal-Kummissjoni tar-ritorn tal-fajl skond l-Artikolu 15.

SEZZJONI 2

L-istadju tat-teħid tad-deċiżjoni

Sotto-sezzjoni 1

Il-proċedura

Artikolu 11

Id-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet

1.   Fejn, wara talba mill-Aġenzija skond l-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tiddeċiedi li tkompli bil-proċedura f’każ ta’ ksur, din għandha tinnotifika dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet bil-miktub lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li tkun tinkludi dan li ġej:

(a)

l-allegazzjonijiet kontra d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, inkluż indikazzjoni preċiża ta’ liema dispożizzjoni ġiet allegatament miksura, u l-evidenza li fuqha jkunu bbażati dawk l-allegazzjonijiet;

(b)

avviż li jistgħu jiġu imposti multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet.

2.   Fejn, fi żmien 18-il xahar minn meta tkun irċeviet it-talba mill-Aġenzija, il-Kummissjoni ma tkunx innotifikat dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet, din għandha tipprovdi lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq b’dikjarazzjoni spjegattiva.

Artikolu 12

Id-dritt għat-tweġiba

1.   Meta tinnotifika d-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fi ħdanu d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikun jista’ jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub lill-Kummissjoni fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet.

Dak il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat.

Il-Kummissjoni m’għandhiex tkun obbligata li tikkunsidra l-osservazzjonijiet bil-miktub li jkunu waslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

2.   Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jista’ jehmeż ma’ l-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, dikjarazzjonijiet minn persuni oħra li jistgħu jikkorroboraw xi aspett ta’ dawk l-osservazzjonijiet bil-miktub.

Artikolu 13

Is-Seduta orali

1.   Fejn id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jitlob hekk fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Kummissjoni għandha tagħtih l-opportunità li jiżviluppa l-argumenti tiegħu f’seduta orali.

Id-data tas-seduta orali għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni.

2.   Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew lil kwalunkwe’ persuna oħra biex tieħu sehem fis-seduta orali.

3.   Is-seduta orali m’għandhiex tkun pubblika. Kull persuna tista’ tinstema’ separatament jew fil-preżenza ta’ persuni oħra li jkunu mistiedna li jattendu, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-interess leġittimu tad-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u ta’ persuni oħra għall-ħarsien tas-sigriet tan-negozju tagħhom u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra.

Artikolu 14

Ir-rikjesti għall-informazzjoni

1.   Wara li tirċievi talba mill-Aġenzija skond l-Artikolu 10(2) u qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tissemma fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe’ ħin titlob lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq biex jipprovdi spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub, jew li jipprovdi dettalji jew dokumenti relatati mal-ksur allegat.

It-talbiet għandhom ikunu indirizzati bil-miktub lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi legali u l-iskop tat-talba, għandha tiddetermina limitu ta’ żmien stipulat sabiex tiġi provduta l-informazzjoni, li għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, u għandha tinforma lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq dwar il-multi provduti fl-Artikolu 19(1)(ċ) u (d) fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mat-talbiet jew fir-rigward tal-forniment ta’ informazzjoni żbaljata jew li tista’ tiżgwida.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew lil xi persuna fiżika jew ġuridika oħra biex tipprovdi informazzjoni relatata mal-ksur allegat.

It-talbiet għandhom jiġu indirizzati bil-miktub u għandhom jiddikjaraw il-bażi legali u l-iskop tat-talba. Fejn it-talba tkun indirizzata lill-Aġenzija jew lil xi awtorità kompetenti nazzjonali, il-limitu ta’ żmien stipulat għall-proviżjoni ta’ l-informazzjoni għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ l-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti nazzjonali li lilha tkun indirizzata t-talba, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. Fejn it-talba tkun indirizzata lil xi persuni fiżika jew ġuridika oħra, hija għandha tistablixxi limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi provduta l-informazzjoni, li għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat.

Artikolu 15

Perjodu ġdid ta’ inkjesta

1   Fejn, wara li tikkunsidra r-rapport ta’ l-Aġenzija, l-osservazzjonijiet tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u, skond il-każ, xi informazzjoni oħra mressqa quddiemha, il-Kummissjoni tqis li tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex titkompla l-proċedura, din tista’ tirritorna l-fajl tal-każ lill-Aġenzija għal perjodu ġdid ta’ inkjesta.

Il-Kummissjoni għandha tindika b’mod ċar lill-Aġenzija l-punti ewlenin li din għandha teżamina ulterjorment u, jekk xieraq, tissuġġerixxi miżuri possibbli ta’ inkjesta għal dak il-għan.

2.   Is-sotto-sezzjonijiet 2 u 3 tas-Sezzjoni 1 għandhom japplikaw għat-twettiq tal-perijodu ġdid ta’ inkjesta.

Sotto-sezzjoni 2

Id-deċiżjoni u l-penalitajiet finali

Artikolu 16

Forom ta’ penalitajiet finanzjarji u ammonti massimi

1.   Fejn, wara l-proċedura prevista fis-Sotto-sezzjoni 1, il-Kummissjoni ssib li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq wettaq, intenzjonalment jew b’mod negliġenti, ksur kif stipolat fl-Artikolu 1, din tista’ tadotta deċiżjoni li timponi multa li ma taqbiżx il-5 % tal-qligħ tad-detentur fil-Komunità fis-sena finanzjarja preċedenti.

2.   Fejn id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma jkunx temm il-ksur, il-Kummissjoni tista’, fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet għal kull ġurnata li ma jkunux jaqbżu t-2,5 % tal-qligħ medju ta’ kuljum tad-detentur fil-Komunità fis-sena finanzjarja preċedenti.

Il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet jistgħu jiġu imposti għal perjodu li jiddekorri mid-data tan-notifika ta’ dik id-deċiżjoni sat-tmiem tal-ksur.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, is-sena finanzjarja preċedenti tirreferi għas-sena finanzjarja li tippreċedi d-data tad-deċiżjoni li tissemma fil-paragrafu 1.

Artikolu 17

Id-deċiżjoni

1.   Id-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 16 għandha tkun ibbażata esklussivament fuq raġunijiet li dwarhom id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikun seta’ jikkummenta.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq dwar ir-rimedji ġudizzjarji disponibbli.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-adozzjoni tad-deċiżjoni lill-Aġenzija u lill-Istati Membri.

4.   Meta tippubblika d-dettalji tad-deċiżjoni tagħha skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 84(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-interess leġittimu tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u ta’ persuni oħra fil-ħarsien tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

Artikolu 18

Il-prinċipji li jirregolaw l-applikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-penalitajiet finanzjarji

1.   Meta tiġi biex tiddetermina jekk timponiex piena finanzjarja u biex tiddetermina l-piena finanzjarja xierqa, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji ta’ effettività, proporzjonalità u dissważività.

2.   F’kull każ, il-Kummissjoni għandha tqis, fejn rilevanti, iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

is-serjetà u l-effetti tal-ksur, u, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(i)

il-mod li bih il-ksur jaffettwa ħażin id-drittijiet, is-sigurtà u l-benesseri tal-pazjenti;

(ii)

l-effetti tiegħu fuq is-saħħa u l-welfare ta’ l-annimali u l-impatt fuq is-sidien ta’ l-annimali;

(iii)

jekk il-ksur jippreżentax jew jistax jippreżenta riskju għas-saħħa pubblika, għas-saħħa ta’ l-annimali jew għall-ambjent;

(iv)

il-gravità tal-ksur f’relazzjoni mas-saħħa pubblika, is-saħħa ta’ l-annimali u l-ambjent;

(b)

fuq naħa waħda, il-buona fede tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-interpretazzjoni u t-twettiq ta’ l-obbligi marbuta ma’ l-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew, fuq in-naħa l-oħra, kwalunkwe prova ta’ għemil qarrieqi intenzjonat min-naħa tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(ċ)

fuq naħa waħda, il-grad ta’ diliġenza u kooperazzjoni muri mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-iskoperta tal-ksur u l-applikazzjoni ta’ azzjoni korrettiva, jew matul il-proċedura ta’ ksur jew, fuq in-naħa l-oħra, kwalunkwe tfixkil mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-iskoperta tal-ksur u t-twettiq tal-proċedura ta’ ksur, jew kwalunkwe nuqqas ta’ konformità min-naħa tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward tat-talbiet magħmula mill-Aġenzija, il-Kummissjoni jew awtorità kompetenti nazzjonali fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(d)

il-qligħ tal-prodott mediċinali konċernat;

(e)

il-ħtieġa li jkunu adottati miżuri proviżorji mill-Kummissjoni jew azzjoni urġenti minn xi Stat Membru skond l-Artikoli 20 jew 45 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 bħala konsegwenza tal-ksur;

(f)

ir-repetizzjoni, il-frekwenza jew it-tul tal-ksur min-naħa ta’ dak id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(ġ)

sanzjonijiet preċedenti, inklużi penalitajiet, imposti fuq l-istess detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

3.   Meta tiġi biex tiddetermina l-ammont tal-piena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe’ piena diġà imposta fuq id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fuq livell nazzjonali fuq il-bażi ta’ l-istess raġunijiet legali u l-istess fatti.

SEZZJONI 3

In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

Artikolu 19

Il-penalitajiet finanzjarji

1.   Permezz ta’ deċiżjoni, il-Kummissjoni tista’ timponi fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq multi li ma jaqbżux iż-0.5 % tal-qligħ tagħhom fil-Komunità fis-sena finanzjarja preċedenti fejn, b’mod intenzjonali jew negliġenti:

(a)

ma jkunux ikkonformaw ma’ miżura ta’ inkjesta adottata skond l-Artikolu 8(1);

(b)

ikunu pprovdew informazzjoni mhux korretta jew li tiżgwida bħala tweġiba għal miżura ta’ inkjesta adottata skond l-Artikolu 8(1);

(ċ)

ma jkunux ikkonformaw ma’ talba għal informazzjoni skond l-Artikolu 14;

(d)

ikunu pprovdew informazzjoni mhux korretta jew li tiżgwida bħala tweġiba għal talba għall-informazzjoni skond l-Artikolu 14.

2.   Fejn in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jibqa’ sejjer, il-Kummissjoni tista’, fid-deċiżjoni li tissemma fil-paragrafu 1, timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet għal kull ġurnata li ma jaqbżux iż-0,5 % tal-qligħ medju ta’ kuljum tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità fis-sena finanzjarja preċedenti.

Il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penalitajiet jistgħu jiġu imposti għal perjodu li jiddekorri mid-data tan-notifikazzoni ta’ dik id-deċiżjoni sat-tmiem tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni.

3.   Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, is-sena finanzjarja preċedenti tirreferi għas-sena finanzjarja li tippreċedi d-data tad-deċiżjoni li tissemma fil-paragrafu 1.

Artikolu 20

Il-proċedura

Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 19(1), hija għandha l-ewwel tinnotifika bil-miktub lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta’ żmien stipulat sabiex id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ikun jista’ jressaq quddiem il-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub. Dak il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat.

Il-Kummissjoni m’għandhiex tkun obbligata li tikkunsidra l-osservazzjoni bil-miktub li tirċievi wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

KAPITOLU III

L-AĊĊESS GĦALL-FAJL, IR-RAPPREŻENTAZZJONI, IL-KUNFIDENZJALITÀ U D-DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORALI

Artikolu 21

L-Aċċess għall-fajl

Wara n-notifika skond l-Artikolu 7, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jkollu d-dritt, fuq talba tiegħu, li jkollu aċċess għad-dokumenti u għall-materjal l-ieħor miġbur mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni li jservu bħala prova ta’ l-allegat ksur.

Dokumenti miksuba permezz ta’ aċċess għall-fajl għandhom jintużaw biss għall-fini ta’ proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Ir-rappreżentazzjoni legali

Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jkollu d-dritt għal rappreżentazzjoni legali matul il-proċedura ta’ ksur.

Artikolu 23

Il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-iskambju u l-użu ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 3, proċedura f’każ ta’ ksur għandha titwettaq bla ħsara għall-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ segretezza professjonali. L-Aġenzija u l-Kummissjoni, l-uffiċjali, l-impjegati u persuni oħra li jaħdmu taħt is-sorveljanza tagħhom m’għandhomx jiżvelaw informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom skond dan ir-Regolament u informazzjoni tat-tip kopert mill-obbligu ta’ segretezza professjonali u l-kunfidenzjalità.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-aċċess għall-fajl tal-każ, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq m’għandux ikollu aċċess għal sigrieti tan-negozju, informazzjoni kunfidenzjali jew dokumenti interni miżmuma mill-Aġenzija, il-Kummissjoni jew xi Stat Membru.

3.   Kwalunkwe’ persuna li tressaq informazzjoni jew osservazzjonijiet skond l-Artikoli 8, 9, 12 jew 14 għandha b’mod ċar tidentifika kwalunkwe materjal meqjus bħala kunfidenzjali, billi tagħti raġunijiet, u tipprovdi verżjoni separata mhux kunfidenzjali tad-data stabbilita mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-Aġenzija u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu lil persuni li jressqu informazzjoni jew osservazzjonijiet skond dan ir-Regolament biex jidentifikaw id-dokumenti jew partijiet mid-dokumenti li huma jikkunsidraw li fihom sigrieti tan-negozju jew informazzjoni kunfidenzjali oħra li tappartjeni lilhom.

L-Aġenzija u l-Kummissjoni jistgħu wkoll jitolbu lid-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u lil persuni oħra biex jidentifikaw kwalunkwe parti minn rapport ta’ l-Aġenzija, minn dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet jew minn deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni li fil-fehma tagħhom tkun tinkludi sigrieti tan-negozju.

L-Aġenzija u l-Kummissjoni jistgħu jistabbilixxu limitu ta’ żmien stipulat li fih id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u persuni oħra għandhom:

(a)

jissostanzjaw it-talba tagħhom għall-kunfidenzjalità fir-rigward ta’ kull dokument individwali jew parti minn dokument, dikjarazzjoni jew parti minn dikjarazzjoni;

(b)

jipprovdu lill-Kummissjoni b’verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti jew tad-dikjarazzjonijiet, li fihom is-siltiet kunfidenzjali jkunu mħassra;

(ċ)

jipprovdu deskrizzjoni konċiża ta’ kull parti mill-informazzjoni mħassra.

Il-limitu ta’ żmien imsemmi fit-tielet subparagrafu għandu jkun ta’ mill-inqas ġimagħtejn.

5.   Jekk id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew persuni oħra jonqsu milli jkunu konformi mal-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista’ tassumi li l-informazzjoni jew l-osservazzjonijiet konċernati ma jinkludux informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 24

L-applikazzjoni tal-limiti ta’ żmien

1.   Il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara li tkun riċevuta komunikazzjoni jew li din titwassal bl-idejn.

Fil-każ ta’ komunikazzjoni mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, għall-finijiet tal-limiti ta’ żmien stipulati ikun biżżejjed li l-komunikazzjoni tintbagħat bil-posta reġistrata qabel ma jkun skada l-limitu ta’ żmien rilevanti.

2.   Fejn il-limitu ta’ żmien ikun jiskadi s-Sibt, il-Ħadd jew f’festa pubblika, dan għandu jkun estiż sa tmiem il-ġurnata ta’ xogħol suċċessiva.

3.   Fl-iffissar tal-limiti ta’ żmien provduti fl-Artikoli 6, 8(1), 12(1) u 14(1), l-Aġenzija u l-Kummissjoni, skond x’ikun il-każ, għandhom iqisu kemm iż-żmien meħtieġ għall-preparazzjoni tas-sottomissjoni kif ukoll l-urġenza tal-każ.

4.   Fejn xieraq u fuq talba rraġunata magħmula qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien oriġinali, il-limiti ta’ żmien jistgħu jkunu estiżi.

Artikolu 25

Perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ penalitajiet finanzjarji

1.   Id-dritt tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li timponi piena finanzjarja skond l-Artikolu 16 għandu jiskadi wara ħames snin.

Fil-każ tal-penalitajiet finanzjarji provduti fl-Artikolu 19, id-dritt tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni li timponi tali piena għandu jiskadi wara tliet snin.

Iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jitwettaq il-ksur. Madankollu, fil-każ ta’ ksur kontinwu u ripetut, iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jintemm l-ksur.

2.   Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni għall-fini ta’ l-inkjesta jew ta’ proċediment ta’ ksur għandha tinterrompi l-perjodi ta’ limitazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jiġi interrott b’effett mid-data li fiha tkun notifikata l-azzjoni lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

3.   Kull interruzzjoni għandha twassal biex iż-żmien jerġa’ jibda mill-bidu. Madankollu, il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jiskadi mhux aktar tard mill-jum li fih ikun għadda perjodu ekwivalenti għal darbtejn dak tal-perjodu ta’ limitazzjoni mingħajr ma l-Kummissjoni tkun imponiet piena finanzjarja. Il-perjodu għandu jkun estiż biż-żmien li matulu l-limitazzjoni tkun sospiża skond il-paragrafu 4.

4.   Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-irkupru ta’ penalitajiet finanzjarji għandu jkun sospiż għat-tul ta’ żmien li fih id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 26

Il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-ġbir tal-penalitajiet finanzjarji

1.   Id-dritt li tinbeda proċedura ta’ rkupru għandu jiskadi sena wara li d-deċiżjoni skond l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 19 tkun saret finali.

2.   Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-irkupru tal-penalitajiet finanzjarji għandu jkun interrot minn kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ xi Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, maħsuba biex tinforza l-ħlas tal-piena.

3.   Kull interruzzjoni għandha terġa’ tibda d-dekorrenza taż-żmien mill-bidu.

4.   Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-infurzar tal-penalitajiet finanzjarji għandu jkun sospiż sakemm:

(a)

ikun permess żmien għall-ħlas;

(b)

ikun sospiż l-infurzar tal-ħlas skond deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Dispożizzjoni tranżitorja

Fil-każ ta’ ksur li beda qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-parti tal-ksur li ssir wara dik id-data.

Artikolu 28

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/28/EC (OJ L 136, 30.4.2004, p. 58).

(3)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 659/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi,

(1)

Fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-Komunità impenjat ruħha li tiftaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

(3)

Skond l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-importazzjonijiet fil-Komunità għandhom ikunu soġġetti għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li dawn il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni jkunu amministrati billi d-drittijiet ta’ l-importazzjoni jkunu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni bħala t-tieni pass, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli mmexxija minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2). B’dan il-mod, l-operaturi li kisbu d-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu matul il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-waqt meta jixtiequ japplikaw għal liċenzji ta’ importazzjoni, fid-dawl tal-flussi reali tagħhom tal-kummerċ. F’kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

(4)

Għandhom jiġu stipulati regoli dwar is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tingħata fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzji, fejn meħtieġ biż-żieda ta’ deroga jew permezz tagħha, minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet tad-drittijiet ta’ l-importazzjoni, l-istatus ta’ l-applikanti, u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw, mill-1 ta’ Lulju 2007, għal dawk il-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, il-kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għandhom isiru aċċessibbli għall-operaturi sabiex dawn ikunu jistgħu juru li huma ġenwinament jimpurtaw kwantitajiet ta’ skala sinifikanti minn pajjiżi terzi. Għalhekk, sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti, il-kummerċjanti kkonċernati għandhom ikunu meħtieġa li jkunu impurtaw minimu ta’ 25 annimal matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, sakemm konsenja ta’ 25 annimal tista’ titqies bħala konsenja vijabbli kummerċjalment. Minbarra dan, għal raġunijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaċċettaw kopji ċċertifikati tad-dokumenti li jippruvaw l-eżistenza tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

(7)

Barra dan, għandha tiġi ffissata garanzija għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli u l-liċenzji għandhom jinħarġu lill-kumerċjanti għal dawk il-kwantitajiet li għalihom kienu allokati drittijiet ta’ importazzjoni.

(8)

Sabiex l-operaturi jiġu obbligati japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni kollha allokati, għandu jiġi stabbilit li l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja għall-kwantitajiet allokati tikkostitwixxi, fir-rigward tal-garanzija fuq id-drittijiet ta’ l-importazzjoni, rekwiżit primarju fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (5).

(9)

L-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (6) jipprovdi għal sorveljanza tad-dwana fuq merkanzija rilaxxata għal moviment ħieles b’rata ta’ dazju ridotta skond l-użu aħħari tagħha. L-annimali impurtati skond il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament għandhom ikunu monitorjati għal ċertu perjodu sabiex jiġi żgurat li ma jinqatlux matul dak il-perjodu.

(10)

Għal dan il-għan, għandha tkun iddepożitata garanzija, li l-ammont tagħha għandu jkopri d-differenza bejn id-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (CCT) u d-dazju mnaqqas li jkun japplika fid-data tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-annimali kkonċernati.

(11)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/1999 tas-26 ta’ Mejju 1999 jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għal importazzjonijiet ta’ barrin, baqar u erieħ ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1012/98 u jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1143/98 (7) minbarra dawk għall-qtil, gћandu gћalhekk jiġi abrogat u ssostitwit b’Regolament ġdid mill-1 ta’ Lulju 2007.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti ta’ tariffi għal importazzjonijiet ta’ barrin, baqar u erieħ ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji minbarra dawk għall-qtil imsemmija fl-Anness I b’dan huma miftuħa kull sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (‘il-perjodi ta’ kwoti ta’ tariffi għal importazzjonijiet’)

Il-kwoti tariffarji għandhom ikollhom in-numru ta’ l-ordni 09.4196 u 09.4197.

Artikolu 2

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-annimali kif hemm imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom minbarra dawk għall-qtil, meta ma jinqatlux fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħruġ għal ċirkolazzjoni ħielsa.

Jistgħu jingħataw derogi f’każijiet li għalihom tkun ingħatat prova xierqa ta’ force majeure.

2.   Sabiex jikkwalifikaw għall-kwota ta’ tariffa għal importazzjoni koperta bin-numru ta’ l-ordni 09.4197, għandhom jiġu ppreżentati dawn id-dokumenti li ġejjin:

(a)

għal barrin: ċertifikat ta’ razza pura,

(b)

għall-baqar u l-erieħ: ċertifkat ta’ razza pura jew ċertifkat ta’ reġistrazzjoni f’reġistru tar-razza li jiċċertifika l-purità tar-razza.

Artikolu 3

1.   Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni msemmija fl-Anness I għandhom ikunu amministrati billi d-drittjiet ta’ l-importazzjoni jkunu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni bħala t-tieni pass.

2.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1445/95, (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, għajr meta pprovdut xorta oħra f’dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti għandhom juru li impurtaw ta’ l-anqas 25 annimal koperti mill-kodiċi NM 0102 90 matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija f’dak l-Artikolu.

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala evidenza tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi kopji tad-dokumenti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, iċċertifikat kif xieraq mill-awtorità kompetenti għall-ħruġ.

2.   Kumpanija ffurmata mill-għaqda ta’ kumpaniji kull waħda b’importazzjoni ta’ referenza konformi mal-kwantità minima msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ tuża dawk l-importazzjonijiet ta’ referenza bħala evidenza ta’ kummerċ.

Artikolu 5

1.   L-applikazzjonijiet għal drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu ippreżentati mhux iktar tard mis-13:00, ħin ta’ Brussell, fl-20 ta’ Ġunju ta’ qabel il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

2.   Garanzija ta’ EUR 3 għal kull ras relatata mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti flimkien ma’ l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

3.   Sa mhux aktar tard mill-16:00, ħin ta’ Brussell, fil-ħames jum ta’ ħidma wara tmiem il-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet imsemmija f’paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali li saret applikazzjoni għalihom għal kull numru ta’ ordni.

Artikolu 6

1.   Id-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jingħataw mis-seba’ u mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata ta’ ħidma wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 5(3).

2.   Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f’inqas drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-allokazzjoni milli tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ppreżentata skond l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun irrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

Artikolu 7

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skond il-kwoti msemmija fl-Anness I huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali allokata. Dan l-obbligu għandu jikkostitwixxi rekwiżit primarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 8

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati biss ma’ l-Istat Membru fejn l-applikant applika u kiseb drittijiet ta’ l-importazzjoni li jaqgħu taħt il-kwoti msemmija fl-Anness I.

Kull ħruġ tal-liċenzja ta’ importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis li jikkorrispondi mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni li nkisbu u l-garanzija ppreżentata skond l-Artikolu 5(2) għandha tkun rilaxxata b’mod proporzjonali mingħajr dewmien.

2.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu f’isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-liċenzji ta’ importazzjoni għandu jkun fihom:

(a)

f’kaxxa 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b)

fil-kaxxa 16, wieħed jew diversi kodiċijiet NM mogħtija fl-Anness I;

(c)

f’kaxxa 20, in-numru ta’ l-ordni tal-kwota u waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness II.

Artikolu 9

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet derivati mil-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 10

1.   L-annimali importati għandhom ikunu mmonitorjati skond l-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 sabiex jiġi żgurat li ma jkunux maqtula fi żmien erba’ xhur mill-ħruġ tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   Sabiex ikun żgurat li l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 li ma jinqatlux annimali importati jkun osservat u li dazji mhux imħallsa jkunu miġbura meta ma jkunx hemm konformità ma’ l-obbligu, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija ma’ l-awtoritajiet tad-dwana kompetenti. Il-garanzija għandha tkun daqs id-differenza bejn id-dazji tad-dwana preskritti fit-Tariffa Doganali Komuni u d-dazji msemmija fl-Anness I applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-annimali in kwistjoni.

3.   Il-garanziji stipulati fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rrilaxxati minnufih fejn tiġi ppreżentata prova lill-awtoritajiet tad-dwana konċernati li l-annimali:

(a)

ma nqatlux fi żmien l-erba’ xhur ta’ wara d-data tal-ħruġ tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, jew

(b)

inqatlu f’dak il-perjodu għal raġunijiet ta’ force majeure jew għal raġunijiet ta’ saħħa jew li mietu minħabba mard jew minħabba inċident.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KE) Nru 1081/1999 huwa rrevokat.

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 11 għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 586/2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 5).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 131, 27.5.1999, p. 15. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26, ikkoreġut bil-ĠU L 47, 16.2.2007, p. 21).


ANNESS I

Kwoti tariffarji għall-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1

Nru ta’ l-Ordni

Il-kodiċi NM

Il-kodiċijiet Taric

Id-deskrizzjoni

Il-volum tal-kwota

(ras tal-baqar)

Id-dazju doganal

09.4196

ex 0102 90 05

01029005*20

*40

Il-baqar u l-erieħ, minbarra dawk għall-qtil, tar-razez tal-muntanji li ġejjin: Ir-razez Simmental griżi, kannella, sofor u dawk b’irqajja’ ta’ lwien differenti u r-razza Pinzgau

710

6  %

ex 0102 90 29

01029029*20

*40

ex 0102 90 49

01029049*20

*40

ex 0102 90 59

01029059*11

*19

*31

*39

ex 0102 90 69

01029069*10

*30

09.4197

ex 0102 90 05

01029005*30

*40

*50

Il-barrin, il-baqar u l-erieħ minbarra dawk għall-qtil tar-razez li ġejjin: ir–razza Simmental li għandha rqajja’ ta’ lwien differenti u r-razez Schwyz u Fribourg

711

4  %

ex 0102 90 29

01029029*30

*40

*50

ex 0102 90 49

01029049*30

*40

*50

ex 0102 90 59

01029059*21

*29

*31

*39

ex 0102 90 69

01029069*20

*30

ex 0102 90 79

01029079*21

*29


ANNESS II

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(3)(ċ)

:

Bil-Bulgaru

:

Алпийски и планински породи (Регламент (ЕО) № 659/2007) Година на внос: …

:

Bl-Ispanjol

:

Razas alpinas y de montaña [Reglamento (CE) no 659/2007], año de importación: …

:

Biċ-Ċek

:

alpská a horská plemena (nařízení (ES) č. 659/2007), rok dovozu: …

:

Bid-Daniż

:

Alpine racer og bjergracer (forordning (EF) nr. 659/2007), importår: …

:

Bil-Ġermaniż

:

Höhenrassen (Verordnung (EG) Nr. 659/2007), Einfuhrjahr: …

:

Bl-Estonjan

:

Alpi tõugu ja mägitõugu (määrus (EÜ) nr 659/2007), impordi aasta: …

:

Bil-Grieg

:

Αλπικές και ορεσίβιες φυλές [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 659/2007], έτος εισαγωγής: …

:

Bl-Ingliż

:

Alpine and mountain breeds (Regulation (EC) No 659/2007), Year of import: …

:

Bil-Franċiż

:

Races alpines et de montagne [règlement (CE) no 659/2007], année d'importation: …

:

Bit-Taljan

:

Razze alpine e di montagna [regolamento (CE) n. 659/2007], anno d'importazione: …

:

Bil-Latvjan

:

Alpīno un kalnu šķirņu dzīvnieki (Regula (EK) Nr. 659/2007), importa gads: …

:

Bil-Litwan

:

Aukštikalnių ir kalnų veislės (Reglamentas (EB) Nr. 659/2007), importo metai: …

:

Bl-Ungeriż

:

alpesi és hegyi fajtájú (659/2007/EK rendelet), behozatal éve: …

:

Bil-Malti

:

Razez Alpini u tal-muntanja (Ir-Regolament (KE) Nru 659/2007), is-Sena ta' l-importazzjoni: …

:

Bl-Olandiż

:

Bergrassen (Verordening (EG) nr. 659/2007), invoerjaar: …

:

Bil-Pollakk

:

Rasy alpejskie i górskie (rozporządzenie (WE) nr 659/2007), rok przywozu: …

:

Bil-Portugiż

:

Raças alpinas e de montanha [Regulamento (CE) n.o 659/2007], ano de importação: …

:

Bir-Rumen

:

Rase alpine și montane [Regulamentul (CE) nr. 659/2007], anul de import: …

:

Bis-Slovakk

:

Alpské a horské plemená [nariadenie (ES) č. 659/2007], Rok vývozu: …

:

Bis-Sloven

:

Alpske in gorske pasme (Uredba (ES) št. 659/2007), leto uvoza: …

:

Bil-Finlandiż

:

Alppi- ja vuoristorotuja (Asetus (EY) N:o 659/2007), tuontivuosi: …

:

Bl-Iżvediż

:

Alp- och bergraser (förordning (EG) nr 659/2007), importår: …


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 660/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprevedi li d-differenza bejn il-prezzijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament fis-suq dinji u dak tal-Komunità jistgħu jiġu koperti minn rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, ma għandhomx ikunu stabbiliti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib għadu ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni previsti mill-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 mhux se jingħataw għall-prodotti u bl-ammonti indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib mill-15 ta’ Ġunju 2007

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

0401 30 31 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 31 9400

L20

EUR/100 kg

0401 30 31 9700

L20

EUR/100 kg

0401 30 39 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 39 9400

L20

EUR/100 kg

0401 30 39 9700

L20

EUR/100 kg

0401 30 91 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 99 9100

L20

EUR/100 kg

0401 30 99 9500

L20

EUR/100 kg

0402 10 11 9000

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 10 19 9000

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 10 99 9000

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9200

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9300

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9500

L20

EUR/100 kg

0402 21 11 9900

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 17 9000

L20

EUR/100 kg

0402 21 19 9300

L20

EUR/100 kg

0402 21 19 9500

L20

EUR/100 kg

0402 21 19 9900

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 91 9100

L20

EUR/100 kg

0402 21 91 9200

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 91 9350

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9100

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9200

L20  (1)

EUR/100 kg

0402 21 99 9300

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9400

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9500

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9600

L20

EUR/100 kg

0402 21 99 9700

L20

EUR/100 kg

0402 29 15 9200

L20

EUR/100 kg

0402 29 15 9300

L20

EUR/100 kg

0402 29 15 9500

L20

EUR/100 kg

0402 29 19 9300

L20

EUR/100 kg

0402 29 19 9500

L20

EUR/100 kg

0402 29 19 9900

L20

EUR/100 kg

0402 29 99 9100

L20

EUR/100 kg

0402 29 99 9500

L20

EUR/100 kg

0402 91 11 9370

L20

EUR/100 kg

0402 91 19 9370

L20

EUR/100 kg

0402 91 31 9300

L20

EUR/100 kg

0402 91 39 9300

L20

EUR/100 kg

0402 91 99 9000

L20

EUR/100 kg

0402 99 11 9350

L20

EUR/100 kg

0402 99 19 9350

L20

EUR/100 kg

0402 99 31 9300

L20

EUR/100 kg

0403 90 11 9000

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9200

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9300

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9500

L20

EUR/100 kg

0403 90 13 9900

L20

EUR/100 kg

0403 90 33 9400

L20

EUR/100 kg

0403 90 59 9310

L20

EUR/100 kg

0403 90 59 9340

L20

EUR/100 kg

0403 90 59 9370

L20

EUR/100 kg

0404 90 21 9120

L20

EUR/100 kg

0404 90 21 9160

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9120

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9130

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9140

L20

EUR/100 kg

0404 90 23 9150

L20

EUR/100 kg

0404 90 81 9100

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9110

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9130

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9150

L20

EUR/100 kg

0404 90 83 9170

L20

EUR/100 kg

0405 10 11 9500

L20

EUR/100 kg

0405 10 11 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 19 9500

L20

EUR/100 kg

0405 10 19 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 30 9100

L20

EUR/100 kg

0405 10 30 9300

L20

EUR/100 kg

0405 10 30 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 50 9500

L20

EUR/100 kg

0405 10 50 9700

L20

EUR/100 kg

0405 10 90 9000

L20

EUR/100 kg

0405 20 90 9500

L20

EUR/100 kg

0405 20 90 9700

L20

EUR/100 kg

0405 90 10 9000

L20

EUR/100 kg

0405 90 90 9000

L20

EUR/100 kg

0406 10 20 9640

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 10 20 9650

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 10 20 9830

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 10 20 9850

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9913

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9915

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9917

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 20 90 9919

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 31 9730

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 31 9930

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 31 9950

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9500

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9700

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9930

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 30 39 9950

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 40 50 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 40 90 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 13 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 15 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 17 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 21 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 23 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 25 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 27 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 32 9119

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 35 9190

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 35 9990

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 37 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 61 9000

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 63 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 63 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 69 9910

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 73 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 75 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 76 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 76 9400

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 76 9500

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 78 9100

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 78 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 79 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 81 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 85 9930

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 85 9970

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 86 9200

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 86 9400

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 86 9900

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9400

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9951

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9971

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9973

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9974

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9975

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 87 9979

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 88 9300

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg

0406 90 88 9500

L04

EUR/100 kg

L40

EUR/100 kg


(1)  Għall-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Dominikana skond il-kwota 2006/2007 stabbilita fid-Deċiżjoni 98/486/KE skond il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 20a tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, għandhom japplikaw dawn ir-rati:

(a)

prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0402 10 11 9000 u 0402 10 19 9000

0,00 EUR/100 kg

(b)

prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0402 21 11 9900 , 0402 21 19 9900 , 0402 21 91 9200 u 0402 21 99 9200

0,00 EUR/100 kg

Id-destinazzjonjiet huma definiti kif ġej:

L20

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr: Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Bulgarija, ir-Rumanija u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru li fihom il-gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

L04

:

L-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kosovo, is-Serbja, il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

L40

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr: L04, Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Kroazja, it-Turkija, l-Awstralja, il-Kanada, New Zealand u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru li fihom il-gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 661/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fit-12 ta’ Ġunju 2007.

(3)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għadu ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fit-12 ta’ Ġunju 2007, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 662/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

31,07  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

31,07  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

31,07  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

31,07  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3378

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

33,78

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

33,78

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

33,78

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3378

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kososvo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (il-belt tal-Vatikan), Liechtenstein il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendimant taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 663/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 958/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2006/2007 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 958/2006, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fl-14 ta’ Ġunju 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fl-14 ta’ Ġunju 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 958/2006 huwa ffissat għal 38,778 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 3).


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 664/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 38/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2007 tas-17 ta' Jannar 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 38/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-13 ta’ Ġunju 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fit-13 ta’ Ġunju 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 38/2007 huwa ffissat għal 435,00 EUR/tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2006, p. 3).


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 665/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-rati ta' rifużjoni applikabbli għal ċertu prodotti tal-ħalib esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u s-settur tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rati tar-rifużjonijiet applikabbli mill-25 ta' Mejju 2007 għall-prodotti elenkati fl-Anness, esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat, kienu stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 570/2007 (2).

(2)

Mill-applikazzjoni tar-regoli u l-kriterji li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 570/2007 għall-informazzjoni bħalissa disponibbli lill-Kummissjoni jsegwi li r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni applikabbli bħalissa għandhom jiġu mmodifikati kif muri fl-Anness t’hawnhekk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjoni stipulati mir-Regolament (KE) Nru 570/2007 huma permezz ta’ dan immodifikati kif muri fl-Anness t’hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 133, 25.5.2007, p. 18.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-TRATTAT (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(c)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 666/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rati tar-rifużjonijiet applikabbli mill-25 ta' Mejju 2007 għall-prodotti li qegħdin imniżżla fl-Anness, esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat, kienu stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2007 (2).

(2)

Mill-applikazzjoni tar-regoli u l-kriterji li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 571/2007 għall-informazzjoni li hemm attwalment disponibbli għand il-Kummissjoni, isegwi li r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni attwalment applikabbli għandhom jiġu modifikati kif muri f’dan l-Anness,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 571/2007 huma għalhekk modifikati kif muri f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 133, 25.5.2007, p. 21.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2007 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

33,78

33,78


(1)  Ir-rati mniżżla fl-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 667/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-15 ta’ Ġunju 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 668/2007

ta' l-14 ta’ Ġunju 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mill-15 ta’ Ġunju 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,78

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,78

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3378

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,78

1702 90 60 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3378

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3378

1702 90 99 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3378  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

33,78

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3378

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, Montenegro, is-Serbja, il-Kososvo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (il-belt tal-Vatikan), Liechtenstein, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/45


REGOLAMENTTAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 195/2007 li jiftaħ ix-xiri tal-butir f’ċerti Stati Membri bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awissu 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jikkonċerna l-miżuri ta’ intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 195/2007 (3) stabbilixxa l-lista ta’ l-Istati Membri li fihom ix-xiri tal-butir infetaħ, b’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(2)

Skond l-aħħar informazzjoni mibgħuta mill-Portugall, il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezzijiet tas-suq għall-butir kienu ugwali jew aktar mit-92 % tal-prezz ta’ l-intervent għal ġimgħatejn konsekuttivi. Għalhekk huwa meħtieġ li x-xiri ta’ l-intervent jiġi sospiż f’dak l-Istat Membru. Għaldaqstant il-Portugall, għandu jitneħħa mil-lista misjuba fir-Regolament (KE) Nru 195/2007.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 195/2007 jiġi emendat kif ġej,

ADDOTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 195/2007 huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“Artikolu 1

Ix-xiri tal-butir kif regolat bl-Artikolu 6 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 huwa sospiż fl-Istati Membri li ġejjin:

il-Portugall.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi-Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  GU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (GU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  GU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (GU L 337, 22.12.2005, p. 20).

(3)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 62. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 354/2007 (GU L 90, 30.3.2007, p. 47).


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 670/2007

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Ġunju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

0,00

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

0,00

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

0,00

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

0,00

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

0,00

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

0,00

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

0,00

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

0,00

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

0,00

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

0,00


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


DIRETTIVI

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/49


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/34/KE

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li temenda, għall-għanijiet ta’ l-aġġustament tagħha għal progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE fir-rigward tal-livell permissibbli ta’ ħoss u tas-sistema ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (1), u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE relatata ma’ l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 70/157/KEE hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità stipulata fid-Direttiva 70/156/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE marbuta ma’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 70/157/KEE.

(2)

Minn mindu daħlet fis-seħħ id-Direttiva 70/157/KEE tas-6 ta’ Frar 1970, il-limiti tal-ħoss għal vetturi bil-mutur tnaqqsu bosta drabi, l-aktar darba riċenti fl-1995. Dan l-aħħar tnaqqis ma kellux l-effetti mistennija u l-istudji sussegwenti wrew li l-metodu tal-kejl m’għadux jirrifletti l-imġiba reali tad-dinja tas-sewqan. Għalhekk meħtieġ li jiddaħħal ċiklu ġdid ta’ testijiet u li jitqarrbu l-kondizzjonijiet tas-sewqan għat-twettiq tat-test ta’ l-istorbju lejn l-operat reali tad-dinja tas-sewqan. Iċ-ċiklu ġdid ta’ testijiet jinsab fir-Regolament UN/ECE Nru 51, is-serje 02 ta’ emendi (3).

(3)

Matul perjodu tranżizzjonali, it-test attwali kif ukoll it-test ġdid għandhom jitwettqu għall-approvazzjoni tat-tip u r-riżultati taż-żewġ testijiet għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni. Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tikseb id-data meħtieġa għat-twaqqif tal-valuri xierqa tal-limiti għall-metodu ġdid ta’ kejl li għandu jieħu post il-protokoll eżistenti tat-test. Il-metodu attwali għandu jissokta jkun mitlub sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip u l-metodu l-ġdid għandu jintuża għal għanijiet ta’ monitoraġġ. Wara l-perjodu tranżizzjonali, il-protokoll tat-test kif adattat għat-test il-ġdid għandu jsir l-uniku kejl mitlub sabiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

(4)

Sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-emendi l-aktar riċenti għar-Regolamenti UN/ECE Nri 51 u 59, li l-Komunità diġà saret parti tagħhom, huwa xieraq li tiġi adattata d-Direttiva 70/157/KEE għall-progress tekniku billi tiġi allinjata mar-rekwiżiti tekniċi ta’ dawn ir-regolamenti. Dan huwa importanti, b’mod partikolari, sabiex tinkiseb il-proċedura mandatorja ta’ monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ l-istorbju tal-vetturi bil-mutur stipulata fir-Regolament UN/ECE Nru 51 għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Jekk ma jseħħx dan, id-Direttiva taqa’ lura meta mqabbla mar-Regolament f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-avvanz tekniku.

(5)

Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/157/KEE, il-miżuri previsti f’din id-Direttiva ma jbiddlux ir-rekwiżiti stipulati fil-punti 5.2.2.1 u 5.2.2.5 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/157/KEE. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istruttura l-ġdida ta’ l-Annessi, jeħtieġ li jiġu adattati n-numerazzjoni u r-referenzi speċifikati f’dawn il-punti. Sabiex tiġi żgurata r-rabta mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa xieraq ukoll li tiġi prevista korrelazzjoni bejn in-numerazzjoni attwali u dik ġdida.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar Aġġustament għall-Progress Tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Id-Direttiva 70/157/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal din id-Direttiva;

(b)

L-Anness II jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal din id-Direttiva;

(c)

L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III għal din id-Direttiva;

(d)

L-Anness IV huwa mħassar.

2.   Ir-referenzi għall-punti 5.2.2.1. u 5.2.2.5. ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/157/KEE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-punti 2.1 u 2.2 ta’ l-Anness I, kif mibdula b’din id-Direttiva.

Artikolu 2

B’effett mis-6 ta’ Lulju 2008 u sas-6 ta’ Lulju 2010 l-vettura li għandha tingħata approvazzjoni tat-tip għandha tkun soġġetta għat-test stipulat fl-Anness 10 tar-Regolament UN/ECE Nru 51 għal għanijiet ta’ monitoraġġ biss. Ir-riżultati ta’ dan it-test għandhom jiżdiedu mad-dokumenti stipulati fl-Appendiċi 1 u 2 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata minn din id-Direttiva, b’konformità ma’ l-Anness 9 tar-Regolament UN/ECE Nru 51. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat tali dokumenti ta’ tagħrif lill-Kummissjoni. Dawn l-obbligi ma jaffettwawx każijiet ta’ estensjoni ta’ approvazzjonijiet eżistenti skond din id-Direttiva. Għall-għan ta’ din il-proċedura ta’ monitoraġġ vettura mhijiex meqjusa li hija tip ġdid jekk il-vettura hija differenti biss fir-rigward tal-paragrafi 2.2.1. u 2.2.2. tar-Regolament UN/ECE Nru 51.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-5 ta’ Lulju 2008 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta’ Lulju 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir referenza tali.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

(2)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.

(3)  ĠU L 137, 30.5.2007, p. 68.


ANNESS I

ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR

1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

1.1.   L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ ħoss għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.

1.2.   Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.

1.3.   Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet mill-manifattur tal-vettura.

1.4.   Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom ikunu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema ta’ l-egżost u magna ta’ mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima valorizzata bħal dik installata fil-vettura li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip.

2.   LIVELL TA’ ĦOSS TA’ VETTURI MIEXJA

2.1.   Valuri tal-limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III m’għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Kategoriji tal-vettura

Valuri espressi f’dB (A)

(decibels(A))

2.1.1.

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u jinkludu mhux aktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tas-sewwieq.

74

2.1.2.   

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; u li għandhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati u:

2.1.2.1.

b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 150 kW

78

2.1.2.2.

b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW

80

2.1.3.   

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija:

2.1.3.1.

b’toqol massimu permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati

76

2.1.3.2.

b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi iżda mhux aktar minn 3.5 tunnellati metriċi

77

2.1.4.   

Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati metriċi

2.1.4.1.

b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 75 kW

77

2.1.4.2.

b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 75 kW iżda anqas minn 150 kW

78

2.1.4.3.

b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW

80

Madankollu

għal vetturi tal-kategoriji 2.1.1 u 2.1.3, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk ikunu mgħammrin b’magna diżil b’injezzjoni diretta,

għal vetturi b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn żewġ tunnellati maħsuba għall-użu off-road, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna tagħhom hija anqas minn 150 kW u 2 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna hija 150kW jew akbar,

għal vetturi fil-kategorija 2.1.1., mgħammrin b’gear box operata manwalment li għandha aktar minn erba’ gerijiet il quddiem u b’magna li tiżviluppa qawwa massima li taqbeż il-140 kW/t, u li r-relattività tal-qawwa massima/il-massa massima taqbeż il-75 kW/t, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-veloċità li fiha l-wara tal-vettura jgħaddi mill-linja BB’ fit-tielet gear tkun akbar minn 61 km/siegħa.

2.2.   Interpretazzjoni tar-riżultati

2.2.1.   Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jkun iddeterminat billi jitnaqqas 1 dB (A) mill-qari ta’ l-arloġġ.

2.2.2.   Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma jkunux jeċċedu 2 dB(A).

2.2.3.   L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat jeċċedi l-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tal-vettura eżaminata b’1 dB(A), għandhom isiru żewġ kejliet oħra fil-pożizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. Tlieta mill-erba’ kejliet miksuba b’dan il-mod fil-pożizzjoni tal-mikrofonu għandhom ikunu fi ħdan il-limiti preskritti.

3.   IMMARKAR

3.1.   Il-komponenti tas-sistema ta’ l-egżost u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

3.1.1.   it-trademark jew l-isem tal-fabbrikant tas-sistemi u tal-komponenti tagħhom;

3.1.2.   id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.

3.2.   Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, anke meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

4.   GĦOTJA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA

4.1.   Jekk ir-rekwiżiti relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156 KEE, għandha tingħata.

4.2.   L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

4.3.   Numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ vettura approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

5.   MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1.   Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1.   Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2.   Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1.   It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk stipulati fl-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2.   Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE hija normalment darba kull sentejn.

Appendiċi 1

Dokument ta’ tagħrif Nru … skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (*) li tikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mal-livell permessibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-egżost (Id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenuti. Kull illustrazzjoni għandha tingħata fi skala xierqa u f’dettall biżżejjed fuq daqs ta’ A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandu jingħata t-tagħrif li jikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0.   Ġenerali

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.   Il-mezz għall-identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (b):

0.3.1.   Il-post fejn jinsab dan l-immarkar:

0.4.   Il-kategorija ta’ vettura (ċ):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.8.   L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-immuntar:

1.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

1.1.   Ir-ritratti u/jew l-illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva:

1.3.3.   Il-fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni):

1.6.   Il-pożizzjoni u l-arranġament tal-magna:

2.   Il-massa u d-dimensjonijiet (e) (f’kg u mm) (Irreferri għall-illustrazzjoni fejn applikabli)

2.4.   Il-firxa tad-dimensjonijiet tal-vettura (b’mod globali)

2.4.1.   Għax-chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.1.   It-tul (j):

2.4.1.2.   Il-wisa’ (k):

2.4.2.   Għax-chassis bil-karozzerija

2.4.2.1.   It-tul (j):

2.4.2.2.   Il-wisa’ (k):

2.6.   Il-massa tal-vettura bil-karozzerija f’qagħda ta’ tħaddim, jew il-massa tax-chassis bil-kabina jekk il-fabbrikant ma jinstallax il-karozzerija (b’tagħmir standard, inkluż il-coolant, iż-żjut, il-karburant, l-għodda, ir-rota awżiljari u s-sewwieq) (o) (massimu u minimu):

3.   Il-mutur ta’ propulsjoni (q)

3.1.   Il-manifattur:

3.1.1.   Il-kodiċi tal-magna tal-manifattur: (Kif immarkat fuq il-magna, jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni)

3.2.   Il-magna b’kombustjoni interna

3.2.1.1.   Il-prinċipju ta’ tħaddim: positive ignition/compression ignition, four stroke/two stroke  (1)

3.2.1.2.   In-numru u t-tqassim taċ-ċilindri:

3.2.1.2.3.   Il-firing order:

3.2.1.3.   Il-kapaċità tal-magna (s): ċm3

3.2.1.8.   Il-qawwa massima netta (t): kW min–1 (valur iddikjarat tal-manifattur)

3.2.4.   Alimentazzjoni tal-karburant:

3.2.4.1.   Bil-karburatur(i): iva/le (1)

3.2.4.1.2.   It-tip(i):

3.2.4.1.3.   In-numru installat:

3.2.4.2.   B’injezzjoni tal-karburanti (compression ignition biss): iva/le (1)

3.2.4.2.2.   Il-prinċipju ta’ l-operat: Injezzjoni diretta/pre-chamber/swirl chamber  (1)

3.2.4.2.4.   Il-governor

3.2.4.2.4.1.   It-tip:

3.2.4.2.4.2.1.   Il-limitu massimu għal kemm tiflaħ magna fl-aqwa tagħha: min–1

3.2.4.3.   Permezz ta’ injezzjoni tal-karburant(positive ignition biss): iva/le (1)

3.2.4.3.1.   Il-prinċipju ta’ l-operat: Il-manifold ta’ l-intake (single-/multi-point  (1))/direct injection/oħrajn (speċifika) (1)

3.2.8.   Sistema ta’ l-intake

3.2.8.4.2.   Il-filtru ta’ l-arja, illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.2.1.   L-għamla(għamliet):

3.2.8.4.2.2.   It-tip(i):

3.2.8.4.3.   Is-sajlenser ta’ l-intake, l-illustrazzjonijiet; jew

3.2.8.4.3.1.   Għamla(għamliet):

3.2.8.4.3.2.   It-tip(i):

3.2.9.   Is-sistema ta’ l-egżost:

3.2.9.2.   Id-deskrizzjoni u/jew l-illustrazzjoni tas-sistema ta’ l-egżost:

3.2.9.4.   Is-sajlenser(s) ta’ l-egżost:

Għas-sajlenser ta’ quddiem, tan-nofs, ta’ wara: binja, tip, immarkar, fejn relevanti għal storbju estern: miżuri ta’ tnaqqis fil-kumpartament tal-magna u fuq il-magna:

3.2.9.5.   Fejn tinsab il-bokka ta’ l-egżost:

3.2.9.6.   Is-sajlenser ta’ l-egżost li jkun fih materjali fibrużi:

3.2.12.2.1.   Catalytic converter: iva/le (2)

3.2.12.2.1.1.   In-numru ta’ catalytic convertors u elementi:.

3.3.   Il-mutur ta’ l-elettriku

3.3.1.   It-tip (winding, excitation):

3.3.1.1.   Ammont massimu prodott fis-siegħa: kW

3.3.1.2.   Il-vultaġġ li jopera bih: V

3.4.   Magni oħra jew muturi jew taħlita tagħhom (dettalji li għandhom x’jaqsmu mal-parts ta’ magni jew muturi tali):

4.   It-trasmissjoni (v)

4.2.   It-tip (mekkanika, idrawlika, elettrika, eċċ.)

4.6.   Ir-ratios (proporzjonijiet) ta’ dawrien tal-ger

Ger

Ratios interni tal-gerboks

(ratios tal-magna mar-revoluzzjonijiet tax-xaft tal-produzzjoni tal-gerboks)

Drive ratio aħħari

(ratio bejn ix-xaft mill-gerboks u d-dawrien tar-roti motorizzati)

Total tar-ratios ta’ dawrien tal-ger

Massimu għat-TKV (**)

1

2

3

Minimu għat-TKV (**)

Rivers

 

 

 

4.7.   Veloċità massima tal-vettura (u l-ger li fih tinkiseb) (f’km/siegħa) (w):

6.   Sospensjoni

6.6.   It-tajers u r-roti

6.6.2.   Limiti superjuri u inferjuri tar-raġġi ta’ l-irroljar

6.6.2.1.   Fus 1:

6.6.2.2.   Fus 2:

6.6.2.3.   Fus 3:

6.6.2.4.   Fus 4:

eċċ.

9.   Karozzerija (mhux applikabbli għal vetturi tal-kategorija M1)

9.1.   It-tip ta’ karozzerija:

9.2.   Materjali użati u metodi tal-binja

12.   Mixxellanji

12.5.   Dettalji ta’ kwalunkwe tagħmir mhux tal-magna mfassal sabiex inaqqas l-istorbju (jekk mhux kopert minn entrati oħra):

Tagħrif addizzjonali fil-każ ta’ vetturi off-road

1.3.   In-numru tal-fusijiet u tar-roti:

2.4.1.   Għax-chassis mingħajr karozzerija

2.4.1.4.1.   Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.1.5.1.   Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.1.6.   Għoli mill-art (kif definit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 70/156/KEE)

2.4.1.6.1.   Bejn il-fusijiet:

2.4.1.6.2.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ quddiem:

2.4.1.6.3.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ wara:

2.4.1.7.   Angolu tar-rampa (nċ): … gradi

2.4.2.   Għax-chassis bil-karozzerija

2.4.2.4.1.   Angolu ta’ avviċinament (na): … gradi

2.4.2.5.1.   Angolu ta’ tluq (nb): … gradi

2.4.2.6.   Għoli mill-art (kif definit fil-punt 4.5 tat-Taqsima A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 70/156/KEE)

2.4.2.6.1.   Bejn il-fusijiet:

2.4.2.6.2.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ quddiem:

2.4.2.6.3.   Taħt il-fus(ijiet) ta’ wara:

2.4.2.7.   Angolu tar-rampa (nċ): … gradi

2.15.   Kapaċità ta’ aċċelerazzjoni minn wieqaf f’telgħa (vettura waħedha): … fil-mija

4.9.   Lokk tad-differential: iva/le/possibbli (3)

Data, Inkartament

Appendiċi 2

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna

l-approvazzjoni ta’ tip (4)

l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (4)

iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (4)

l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (4)

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (4) fir-rigward tad-Direttiva …/…/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE.

In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.   Il-mezzi ta’ l-identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (4)  (5)

0.3.1.   Il-post fejn jinsab dan l-immarkar:

0.4.   Kategorija ta’ vettura (6):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, post u metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE:

0.8.   L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ l-immuntar

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (meta applikabbli): Ara l-Addendum

2.   Is-servizzi tekniċi responsabbli li jwettqu t-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6.   Il-Post:

7.   Id-Data:

8.   Il-Firma:

9.   L-indiċi għall-pakkett ta’ tagħrif ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE

1.   Informazzjoni addizzjonali:

1.1.   Jekk meħtieġa, lista ta’ vetturi koperti mill-entrata 3.1.2.3.2.3. ta’ l-Anness III tar-Regolament UN/ECE Nru 51:

1.2.   Il-Magna:

1.2.1.   Il-Manifattur:

1.2.2.   It-tip:

1.2.3.   Il-Mudell:

1.2.4.   Qawwa massima valorizzata … kW fi … min–1

1.3.   It-Trażmissjoni: gerboks mhux awtomatika/awtomatika (7)

1.3.1   In-numru ta’ gerijiet:

1.4.   Tagħmir

1.4.1   Sajlenser ta’ l-egżost

1.4.1.1.   Il-Manifattur:

1.4.1.2.   Il-Mudell:

1.4.1.3.   It-tip: … skond l-illustrazzjoni Nru:

1.4.2   Sajlenser ta’ l-intake

1.4.2.1.   Il-Manifattur:

1.4.2.2.   Il-Mudell:

1.4.2.3.   It-tip: … skond l-illustrazzjoni Nru:

1.5.   Id-daqs tat-tajer:

1.5.1.   Id-deskrizzjoni tat-tip tat-tajer użat għall-ittestjar ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

1.6.   Kejl

1.6.1.   Il-livell tal-ħoss tal-vettura miexja

Riżultati tal-kejl

 

In-naħa tax-xellug

dB (A) (8)

In-naħa tal-lemin

dB (A) (8)

Pożizzjoni tal-gerlijver

l-ewwel kejl

 

 

 

it-tieni kejl

 

 

 

it-tielet kejl

 

 

 

ir-raba’ kejl

 

 

 

Riżultati tat-test: … dB (A)/E (9)

1.6.2.   Il-livell tal-ħoss tal-vettura wieqfa:

Riżultati tal-kejl

 

dB (A)

Il-Magna:

l-ewwel kejl

 

 

it-tieni kejl

 

 

it-tielet kejl

 

 

Riżultati tat-test: … dB (A)/E (10)

1.6.3.   Il-livell tal-ħoss ta’ l-istorbju ta’ l-arja kkumpressata:

Riżultati tal-kejl

 

In-naħa tax-xellug

dB (A) (11)

In-naħa tal-lemin

dB (A) (11)

l-ewwel kejl

 

 

it-tieni kejl

 

 

it-tielet kejl

 

 

ir-raba’ kejl

 

 

Riżultati tat-test: … dB (A)

5.   Rimarki:


(*)  In-numri ta' l-entrati u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-dokument ta’ tagħrif jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. L-entrati mhux relevanti għall-għan ta' din id-Direttiva tħallew barra.

(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Ħassar kif xieraq.

(**)  Trasmissjoni Kontinwament Varjabbli

(3)  Ħassar kif xieraq.

(4)  Ħassar kif xieraq.

(5)  Jekk il-mezz ta' l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: ‘?’ (eż. ABC??123??).

(6)  Kif definita fl-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE.

(7)  Ħassar kif xieraq.

(8)  Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB (A) skond id-dispożizzjonijiet ta' l-entrata 2.2.1 ta' l-Anness I.

(9)  ‘E’ tindika li l-kejl ikkonċernat ittieħed skond din id-Direttiva.

(10)  ‘E’ tindika li l-kejl ikkonċernat ittieħed skond din id-Direttiva.

(11)  Il-valuri tal-kejl qed jingħataw bi tnaqqis ta' 1 dB (A) skond id-dispożizzjoni ta' l-entrata 2.2.1 ta' l-Anness I.


ANNESS II

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST)

1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

1.1.   L-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew ta’ komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur ta’ l-unità teknika separata kkonċernata.

1.2.   Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.

1.3.   Fuq talba tas-servizz tekniku ikkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta:

1.3.1.   żewġ eżempji tas-sistema li għaliha saret l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE,

1.3.2.   sistema ta’ l-egżost tat-tip oriġinali installata fil-vettura meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KEE,

1.3.3.   vettura rappreżentattiva ta’ dan it-tip li fuqha se tiġi installata s-sistema, li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-entrata 4.1 ta’ l-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE Nru 51 kif imsemmija fl-Annex III ta’ din id-Direttiva.

1.3.4.   magna separata li tikkorrispondi għat-tip tal-vettura deskritta hawn fuq.

2.   IMMARKAR

2.4.1.   Is-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew tal-komponenti tagħha, minbarra l-l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:

2.4.1.1.   it-trade mark jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema ta’ sostituzzjoni u tal-komponenti tagħha,

2.4.1.2.   id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur,

2.4.2.   Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar, ukoll meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.

3.   L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

3.1.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, fejn japplika, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE.

3.2.   L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.3.   Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha approvat bħala unità teknika separata; it-taqsima 3 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru tad-Direttiva li qiegħda temenda li kienet applikabbli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew għal komponent tagħha.

4.   IMMARKAR TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

4.1.   Kull sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, li tikkonforma ma’ tip approvat taħt din id-Direttiva għandu jkollha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4.2.   Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra żgħira ‘e’ u warajha l-ittra/i jew in-numru li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

 

‘1’ għall-Ġermanja

 

‘2’ għal Franza

 

‘3’ għall-Italja

 

‘4’ għall-Olanda

 

‘5’ għall-Iżvezja

 

‘6’ għall-Belġju

 

‘7’ għall-Ungerija;

 

‘8’ għar-Repubblika Ċeka;

 

‘9’ għal Spanja

 

‘11’ għar-Renju Unit

 

‘12’ għall-Awstrija

 

‘13’ għal-Lussemburgu

 

‘17’ għall-Finlandja

 

‘18’ għad-Danimarka

 

‘19’ għar-Rumanija;

 

‘20’ għall-Polonja

 

‘21’ għall-Portugall

 

‘23’ għall-Greċja

 

‘24’ għall-Irlanda

 

‘26’ għas-Slovenja;

 

‘27’ għas-Slovakkja;

 

‘29’ għall-Estonja;

 

‘32’ għal-Latvja;

 

‘34’ għall-Bulgarija;

 

‘36’ għal-Litwanja;

 

‘49’ għal Ċipru;

 

‘50’ għal Malta.

Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu ‘in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni’ li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar riċenti tad-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li kienet applikkabli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għad-Direttiva 70/157/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 00; għad-Direttiva 77/212/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 01; għad-Direttiva 84/424/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 02; għad-Direttiva 92/97/KEE u din id-Direttiva, in-numru tas-sekwenza huwa 03. In-numru ta’ sekwenza 03 jirrifletti wkoll ir-rekwiżiti tekniċi tas-serje 00 ta’ emendi tar-Regolament UN/ECE Nru 59.

4.3.   Il-marka għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx ukoll meta s-sistema ta’ l-egżost jew tal-komponent tagħha tkun installata fil-vettura.

4.4.   Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tidher fl-Appendiċi 3.

5.   MODIFIKA TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1.   Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1.   Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2.   Dispożizzjonijiet speċjali:

6.2.1.   It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fl-Anness 5 tar-Regolament 59 ta’ l-UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.

6.2.2.   Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE normalment hija darba kull sentejn.

Appendiċi 1

Dokument tat-Tagħrif Nru … relatat ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bħala unità separata ta’ sistemi ta’ l-egżost għal vetturi bil-mutur (id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi lista tal-kontenuti. Kull illustrazzjoni għandha tingħata fi skala xierqa u f’dettall biżżejjed fuq daqs ta’ A4 jew f’folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistema, il-komponenti jew it-taqsimiet tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandu jingħata t-tagħrif li jikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.

0.   Ġenerali

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-immuntar:

1.   Deskrizzjoni tal-vettura li għaliha maħsub it-tagħmir (jekk it-tagħmir maħsub li jiġi installat fuq aktar minn tip wieħed ta’ vettura, it-tagħrif mitlub taħt dan il-punt għandu jingħata għal kull tip ikkonċernat)

1.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

1.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

1.3.   Il-mezzi għall-identifikazzjoni tat-tip, jekk ikunu mmarkati fuq it-trattur:

1.4.   Kategorija tal-vettura:

1.5.   Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tal-livell tal-ħoss:

1.6.   It-tagħrif kollu msemmi fl-entrati 1.1. sa 1.5. taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip li jikkonċerna l-vettura (l-Anness I, l-Appendiċi 2 għal din id-Direttiva):

2.   Deskrizzjoni tat-tagħmir

2.1.   Deskrizzjoni tas-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost li tindika l-pożizzjoni relattiva ta’ kull komponent tas-sistema, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet ta’ l-immuntar:

2.2.   Illustrazzjonijiet dettaljati ta’ kull komponent, b’mod li jkunu jistgħu jinstabu u jiġu identifikati b’mod faċli, u referenza għall-materjali użati. Dawn l-illustrazzjonijiet għandhom jindikaw il-post li jkun hemm ipprovdut għat-twaħħil obbligatorju ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

Data, Inkartament

Appendiċi 2

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE

(Format Massimu: A4 (210 x 297 mm))

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li tikkonċerna

l-approvazzjoni ta’ tip (1)

l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

iċ-ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

ta’ tip ta’ vettura/komponent/unità teknika separata (1) fir-rigward tad-Direttiva …/…/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE.

In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Ir-raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.   L-għamla (isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.   Tip u deskrizzjoni(ijiet) kummerċjali ġenerali:

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (1)  (2):

0.3.1.   Fejn tinsab il-marka:

0.4.   Kategorija tal-vettura (3):

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:

0.7.   Fil-kaz ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-immuntar:

TAQSIMA II

1.   Tagħrif addizzjonali (meta applikabbli): Ara l-Addendum

2.   Is-servizzi tekniċi responsabbli li jwettqu t-testijiet:

3.   Id-data tar-rapport tat-test:

4.   In-numru tar-rapport tat-test:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum

6.   Il-Post:

7.   Id-Data:

8.   Il-Firma:

9.   L-indiċi għall-pakkett ta’ tagħrif ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

Addendum għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-unità teknika separata tas-sistemi ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)

1.   Tagħrif addizzjonali

1.1.   Kompożizzjoni ta’ l-unità teknika separata:

1.2.   Trademark jew isem kummerċjali tat-tip(i) ta’ vettura bil-mutur li magħha għandu jiġi installat is-sajlenser (4)

1.3.   Tip(i) ta’ vettura u n-numru/numri ta’ l-approvazzjoni tat-tip tagħha/tagħhom:

1.4.   Il-Magna:

1.4.1.   It-Tip (positive ignition, dijżil):

1.4.2.   Iċ-ċikli: two-stroke, four-stroke:

1.4.3.   Kapaċità ċilindrika totali:

1.4.4.   Qawwa massima valorizzata tal-magna … kW fi … min–1

1.5.   Numru ta’ ratios ta’ dawrien tal-ger:

1.6.   Ratios użati ta’ dawrien tal-ger:

1.7.   Ratio(s) tal-fusijiet motorizzat(i):

1.8.   Valuri tal-livell tal-ħoss:

 

vettura miexja: …dB (A), veloċità stabbilizzata qabel aċċelerazzjoni bil-… km/siegħa;

 

vettura wieqfa dB (A), bil-… min–1

1.9.   Valur tal-pressjoni ta’ wara:

1.10.   Kwalunkwe restrizzjoni fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ użu u ta’ mmuntar:

2.   Rimarki:

Appendiċi 3

Mudell tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-ke

Image

Is-sistema ta’ l-egżost jew komponent tagħha li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE kif tidher hawn fuq huwa tagħmir li ġie approvat fi Spanja (e 9) skond id-Direttiva 92/97/KEE (03) taħt in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni 0148.

Iċ-ċifri użati huma biss indikattivi.


(1)  Ħassar kif xieraq.

(2)  Jekk il-mezz ta' l-identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi ta' vettura, ta' komponent jew ta' unità teknika separata koperti biċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip, karattri bħal dawn għandhom ikunu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu: ‘?’ (eż. ABC??123??).

(3)  Kif definita fl-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE.

(4)  Jekk ikunu indikati bosta tipi, l-entrati 1.3. sa 1.10 inklużi jridu jimtlew fir-rigward ta' kull tip


ANNESS III

“ANNESS III

1.

Ir-rekwiżiti tekniċi huma dawk stipulati fil-:

(a)

punti 2, 6.1, 6.2.1 u 6.3 tar-Regolament Nru 51 (*) ta’ l-UN/ECE u l-Annessi 3 sa 10 għalihom;

(b)

punti 2 u 6 tar-Regolament Nru 59 (**) ta’ l-UN/ECE u l-Annessi 3 sa 5 għalihom.

2.

Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1, għandu japplika dan li ġej:

(a)

‘Vettura bla tagħbija’ tfisser vettura li l-massa tagħha hija deskritta fil-punt 2.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 għal din id-Direttiva, mingħajr sewwieq;

(b)

‘Formola tal-komunikazzjoni’ għandha tinftiehem bħala ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Appendiċi 2 ta’ l-Annessi I u II;

(c)

‘Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi’ għandha tinftiehem bħala Stati Membri;

(d)

Referenzi għar-Regolament Nru 51 u r-Regolament Nru 59 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għad-Direttiva 70/157/KEE;

(e)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) fil-punt 2.2.6. għandha tinftiehem kif ġej: ‘Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE’.


(*)  ĠU L 137, 30.5.2007, p. 68.

(**)  ĠU L 326, 24.11.2006, p. 43.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/68


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2004/585/KE li tistabbilixxi l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni dwar is-Sajd

(2007/409/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u partikolarment l-Artikoli 31 u 32 tiegħu, jipprovdu għal forom ġodda ta’ parteċipazzjoni mill-partijiet interessati tal-Politika Komuni dwar is-Sajd permezz tat-twaqqif ta’ Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)

Id-Deċiżjoni 2004/585/KE (2) tiddefinixxi qafas komuni li għandu jimxi miegħu kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali.

(3)

L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2004/585/KE jipprovdi biex tingħata għajnuna finanzjarja mill-Komunità lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali sabiex ikun żgurat it-tħaddim effettiv tagħhom, kif ukoll biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-traduzzjoni u ta’ l-interpretazzjoni.

(4)

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali joffru pariri dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u jiżguraw involviment effettiv tal-partijiet interessati, li huwa wieħed mill-pilastri essenzjali tal-Politika Komuni dwar is-Sajd riformata u prerekwiżit tal-governanza tajba.

(5)

Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom għalhekk jitqiesu bħala korpi li għandhom għan ta’ interess Ewropew ġenerali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 162(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3).

(6)

Jeħtieġ li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jingħataw stabilità finanzjarja billi jiġu pprovduti b’finanzjament suffiċjenti u permanenti sabiex ikomplu jwettqu effettivament ir-rwol konsultattiv tagħhom fi ħdan il-Politika Komuni dwar is-Sajd.

(7)

Sabiex tiġi simplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament Komunitarju li jirċievu l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, jeħtieġ li jkun hemm strument finanzjarju wieħed sabiex jiġu koperti l-ispejjeż kollha.

(8)

Fid-dawl ta’ l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità allokata lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, huwa importanti li l-Kummissjoni, minbarra l-kontrolli ta’ verifika (awditjar), għandha tkun tista’ tiċċekkja f’kull ħin li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jkunu qed joperaw f’konformità mal-ħidmiet assenjati lilhom.

(9)

Id-Deċiżjoni 2004/585/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/585/KE hija b’ dan emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-Finanzjament

1.   Kunsill Konsultattiv Reġjonali li jkun kiseb personalità ġuridika jista’ japplika għall-għajnuna finanzjarja Komunitarja bħala korp li għandu għan ta’ interess Ewropew ġenerali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 162(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*).

2.   Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta’ għotja ma’ kull Kumitat Konsultattiv Reġjonali sabiex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi, inkluż l-ispejjeż ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni skond l-Anness II.

(*)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).”"

2)

għandu jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

“Artikolu 9a

Verifiki tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista’ twettaq il-verifiki kollha li tqis meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mal-ħidmiet assenjati mir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u d-Deċiżjoni lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.”;

3)

l-Anness III għandu jinbidel bl-Anness hawn mehmuz.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fil Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17.

(3)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).


ANNESS

“ANNESS II

Kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż imġarrba mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal parti mill-ispejjeż operattivi tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali bħala korpi b’għan ta’ interess Ewropew ġenerali. L-għotja allokata mill-Komunità lil kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-ispejjeż operattivi tiegħu m’għandhiex taqbeż 90 % tal-baġit operattiv tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali. Fis-snin li ġejjin, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun permanenti u tiddependi mill-baġit disponibbli. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ‘ftehim dwar għotja operattiva’ ma’ kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali li jiffissa t-termini u l-kundizzjonijiet preċiżi u l-proċedura għall-allokazzjoni ta’ l-għotja.

L-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fl-ispejjeż meħtieġa biex ikun żgurat l-operat normali tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u biex ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet tagħhom. L-ispejjeż attwali biss se jkunu soġġetti għall-kontribuzzjoni Komunitarja, li se tingħata b’kundizzjoni li s-sorsi l-oħra tal-finanzjament ikunu ġew allokati.

L-ispejjeż diretti li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

spejjeż għall-persunal (l-ispiża għall-persunal għal kull jum ta’ xogħol fuq il-proġett);

faċilitajiet għall-kmamar tal-laqgħat;

tagħmir ġdid jew użat;

materjali u provvisti;

tixrid ta’ informazzjoni lill-membri;

spejjeż ta’ vvjaġġar u akkomodazzjoni ta’ l-esperti li jattendu l-laqgħat tal-Kumitat (skond skali jew regoli ffissati mid-dipartimenti tal-Kummissjoni)

verifiki;

spejjeż ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni;

riżerva ta’ kontinġenza ta’ mhux aktar minn 5 % ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli;”


Kummissjoni

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Ġunju 2007

dwar miżuri kontra d-dħul u t-tixrid fi ħdan il-Komunità tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2451)

(2007/410/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fi ħdan il-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3),

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2000/29/KE, fejn Stat Membru jqis li hemm periklu ta’ dħul jew ta’ tixrid fit-territorju tiegħu ta’ organiżmu perikoluż elenkat fl-Anness I jew l-Anness II ta’ din id-Direttiva, għandu jieħu kull miżura meħtieġa sabiex iħares lilu nnifsu minn dan il-periklu.

(2)

Minħabba l-preżenza tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata, l-Olanda għarrfet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Frar 2007 li adottat fl-14 ta’ Frar 2007 miżuri uffiċjali kontra aktar dħul u tixrid fi ħdan it-territorju tagħha ta’ dan l-organiżmu ta’ ħsara.

(3)

Il-vajroid tat-tuberi mrekkla tal-patata huwa mniżżel fit-Taqsima I tal-Parti A ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE, u bħala organiżmu li d-dħul u t-tixrid tiegħu ġewwa l-Komunità għandu jiġi pprojbit.

(4)

Il-vajroid tat-tuberi mrekkla tal-patata nstab fuq il-pjanti tas-Solanum jasminoides Paxton u tal-Brugmansia Pers. spp.. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan l-organiżmu ta’ ħsara, m’hemmx fil-preżent rekwiżiti speċjali għal dawn il-pjanti li joriġinaw fil-Komunità.

(5)

Jeħtieġ li jittieħdu miżuri kontra d-dħul u t-tixrid fi ħdan il-Komunità ta’ l-organiżmu ta’ ħsara, peress li t-tagħrif xjentifiku disponibbli wera li l-preżenza ta’ dan l-organiżmu fuq dawn il-pjanti tista’ twassal għal aktar tixrid tiegħu.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għad-dħul jew it-tixrid ta’ l-organiżmu ta’ ħsara, l-importazzjoni, il-produzzjoni u ċ-ċaqliq tal-pjanti tal-ġeneru Brugmansia Pers. spp., u l-ispeċji Solanum jasminoides Paxton, intiżi għat-tħawwil, inklużi żrieragħ, fi ħdan il-Komunità. Barra minn hekk, għandu jitħejja stħarriġ dwar il-preżenza jew l-assenza ssoktata ta’ l-organiżmu ta’ ħsara fl-Istati Membri.

(7)

Huwa xieraq li r-riżultati tal-miżuri jiġu vvalutati, b’mod partikolari fuq il-bażi tat-tagħrif li jrid jiġi pprovdut mill-Istati Membri, li fuqu jissejsu miżuri oħra possibbli fil-ġejjieni.

(8)

L-Istati Membri għandhom jadottaw, jekk meħtieġ, il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex ikunu f’konformità mad-Deċiżjoni.

(9)

Ir-riżultati tal-miżuri meħuda għandhom jiġu riveduti sad-29 ta’ Frar 2008.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Importazzjoni tal-pjanti speċifikati

Il-pjanti tal-ġeneru Brugmansia Pers. spp., u l-ispeċji Solanum jasminoides Paxton, intiżi għat-tħawwil, inklużi ż-żrieragħ (minn issa “il-pjanti speċifikati”), jistgħu jidħlu fil-Komunità biss jekk:

(a)

ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 1 ta’ l-Anness, u

(b)

jiġu spezzjonati, kif jidħlu fil-Komunità, u ttestjati mill-korp uffiċjali responsabbli għall-preżenza tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata, skond l-Artikolu 13a(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, u jinstabu ħielsa minnu.

Artikolu 2

Ċaqliq tal-pjanti speċifikati fi ħdan il-Komunità

Il-pjanti speċifikati li joriġinaw fil-Komunità jew impurtati ġewwa l-Komunità skond l-Artikolu 1 jistgħu jiġu mċaqalqa fi ħdan il-Komunità biss jekk iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ l-Anness.

Artikolu 3

Stħarriġ u notifikazzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ uffiċjali, u fejn xieraq, testijiet, għall-preżenza tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata fuq il-pjanti jew evidenza ta’ infezzjoni minn dan l-organiżmu ta’ ħsara fit-territorju tagħhom.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sa l-10 ta’ Jannar 2008.

2.   Kull okkorrenza ssuspettata jew preżenza kkonfermata tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-korpijiet uffiċjali responsabbli.

Artikolu 4

Konformità

L-Istati Membri għandhom jemendaw, jekk meħtieġ, il-miżuri li adottaw biex iħarsu lilhom infushom kontra d-dħul u t-tixrid tal-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata b’tali mod li dawn il-miżuri jkunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dawn il-miżuri.

Artikolu 5

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta mhux aktar tard mid-29 ta’ Frar 2008.

Artikolu 6

L-Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).


ANNESS

Miżuri addizzjonali msemmija fl-Artikoli 1 u 2 ta’ din id-Deċiżjoni

1.   Rekwiżiti ta’ importazzjoni speċifiċi

Mingħajr ħsara għall-punt 13 tal-Parti A ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2000/29/KE, il-pjanti speċifikati li joriġinaw f’pajjiżi terzi għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) ta’ din id-Direttiva li jistipula taħt it-titlu “dikjarazzjoni addizzjonali” li l-pjanti speċifikati joriġinaw u ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f’post ta’ produzzjoni kif iddefinit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 5 (1) tal-FAO (minn issa 'l quddiem “il-post ta’ produzzjoni”) li huwa reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż ta’ l-oriġini,

(a)

f'pajjiżi fejn il-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata huwa magħruf li ma jinsabx; jew

(b)

f’żona ħielsa mill-insetti qerrieda, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż ta’ oriġini skond l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji. L-isem taż-żona ħielsa mill-insetti qerrieda għandu jissemma taħt it-titlu “post ta’ oriġini”; jew

(ċ)

fejn il-lottijiet kollha tal-pjanti speċifikati ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata, qabel iċ-ċaqliq tagħhom; jew

(d)

fejn il-pjanti tat-tnissil kollha assoċjati tal-pjanti speċifikati ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata, qabel l-ispustament tal-pjanti speċifikati. Wara l-ittestjar, il-kundizzjonijiet tat-tkabbir ikunu tali li l-pjanti tat-tnissil assoċjati u l-pjanti speċifikati jibqgħu ħielsa mill-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata qabel l-ispustament.

2.   Kundizzjonijiet għall-ispustament

Il-pjanti kollha speċifikati li joriġinaw fil-Komunità jew li ġew impurtati ġewwa l-Komunità skond l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ pjanti għall-użu mis-sid jew ta’ min jirċievihom għal skopijiet mhux kummerċjali sakemm m’hemmx riskju ta’ tixrid ta’ l-organiżmu ta’ ħsara, jistgħu jiġu spustati fi ħdan il-Komunità basta jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni (2) 92/105/KEE u jkunu tkabbru tul ħajjithom kollha jew minn meta ġew introdotti fil-Komunità f’post ta’ produzzjoni:

(a)

fi Stat Membru fejn il-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata huwa magħruf li ma jinsabx; jew

(b)

f'żona ħielsa mill-insetti qerrieda, stabbilita mill-korp uffiċjali responsabbli fi Stat Membru, skond l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

(ċ)

fejn il-lottijiet kollha tal-pjanti speċifikati ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata, qabel iċ-ċaqliq tagħhom; jew

(d)

fejn il-pjanti tat-tnissil kollha assoċjati tal-pjanti speċifikati ġew ittestjati u nstabu ħielsa mill-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata, qabel l-ispustament tal-pjanti speċifikati. Wara l-ittestjar, il-kundizzjonijiet tat-tkabbir ikunu tali li l-pjanti tat-tnissil assoċjati u l-pjanti speċifikati jibqgħu ħielsa mill-Vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata qabel iċ-ċaqliq.


(1)  Glossarju tat-Termini Fitosanitarji - Standard ta’ Referenza ISPM Nru 5 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Pjanti, Ruma.

(2)  ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/17/KE (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 23).


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti dderivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti kontrolli u miżuri ta’ qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2473)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2007/411/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u partikolarment l-Artikoli 13(13) u 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE tat-2 ta’ Awwissu li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti dderivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti kontrolli u miżuri ta’ qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tpoġġi projbizzjoni tas-suq fuq il-prodotti kollha magħmula minn jew li jinkorporaw materjali ġejjin minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996. (2) Madankollu, b’deroga, il-ħalib u l-ġlud imħejjija għall-użu fil-produzzjoni tal-ġilda jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

(2)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula l-miżuri li għandhom jiġu applikati meta l-preżenza ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment. Waħda minn dawn il-miżuri tikkonsisti fil-qerda immedjata u sħiħa tal-partijiet kollha tal-ġisem, inkluż il-ġilda, ta’ l-annimali bovini li jkunu mill-istess koorti ta’ l-annimal li fih tkun ġiet ikkonfermata l-BSE.

(3)

Qabel Awwissu 1996, is-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bhejjem ta’ l-ifrat fir-Renju Unit ma kinitx biżżejjed biex tippermetti t-traċċar affidabbli ta’ l-annimali u l-identifikazzjoni preċiża ta’ koorti ta’ każijiet pożittivi fir-rigward tal-BSE. Konsegwentement, il-bhejjem kollha ta’ l-ifrat li twieldu qabel Awwissu 1996 għandhom jitqiesu bħala annimali koorti.

(4)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li, b’deroga mill-qerda tal-partijiet kollha tal-ġisem ta’ annimali koorti, l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri oħra li joffru livell ekwivalenti ta’ ħarsien, jekk dawn il-miżuri jkunu ġew approvati skond proċedura tal-kumitat.

(5)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA) adottat opinjoni dwar ir-riskju tal-BSE mill-ġlud bovini li jiġu minn annimali koorti (3). L-EFSA għarfet li l-produzzjoni tal-ġilda magħmula mill-ġlud ta’ annimali koorti tippreżenta riskju negliġibbli sakemm dawn l-annimali ma jkunux maqtula f’postijiet apposta jew isseparati fil-ħin minn qtil normali, sakemm il-ġlud tagħhom ma jkunux immarkati b’mod ċar u immedjatament qabel ma jiġu ttrasportati direttatment lejn il-faċilitajiet ta’ pproċessar u, sakemm ukoll, il-prodotti sekondarji kollha kkonzati u mhux ikkonzati ma jiġux meqruda.

(6)

Fit-12 ta’ Marzu 2007, ir-Renju Unit ippreżenta protokoll uffiċjali biex jidderieġi l-ġlud kollha li ġejjin minn annimali bovini mwielda jew imrobbija qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 fir-Renju Unit (4) (il-protokoll uffiċjali). Dan il-protokoll huwa kollu kemm hu taħt superviżjoni uffiċjali u jissodisfa l-kundizzjonijiet irrakkomandati għall-ġlud tal-koorti fl-opinjoni ta’ l-EFSA adottata fit-18 ta’ Mejju 2006.

(7)

Ir-Renju Unit għandu għalhekk ikun permess juża l-ġlud tal-koorti tal-bhejjem ta’ l-ifrat li ġejjin minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għall-produzzjoni tal-ġilda.

(8)

Għal raġunijiet legali, id-Deċiżjoni 2005/598/KE għandha tiġi revokata u ssostitwita b’waħda ġdida li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu identiċi, ħlief għal dawk marbuta mal-ġlud.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ebda prodott li jikkonsisti minn jew li jinkorpora materjali, għajr il-ħalib, derivati minn annimali bovini mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 ma għandu jitqiegħed fis-suq.

2.   Meta jmut kwalunkwe annimal bovin imwieled jew imrobbi fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, il-partijiet kollha ta’ ġismu għandhom jintremew skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

3.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 u mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-ġlud ta’ annimali bovini mwielda jew imrobbija ġewwa r-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, inkluż ġlud li jiġu minn annimali bovini msemmija fit-tielet inċiż tal-punt 1(a) ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-ġilda. Il-ġbir, it-trasport u l-ipproċessar ta’ dawn il-ġlud għandhom isiru f’faċilitajiet approvati apposta u taħt superviżjoni uffiċjali stretta skond il-protokoll uffiċjali approvat mill-awtoritajiet kompetenti. Il-prodotti sekondarji kollha, għajr il-ġilda, idderivati minn dawn il-ġlud u mmanifatturati fil-faċilitajiet apposta għandhom jintremew bħal materjali tal-Kategorija 1 skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

Artikolu 2

1.   Meta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) tkun issuspettata jew tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment f’annimal bovin imwieled jew imrobbi fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, ir-Renju Unit għandu jiġi eżentat mill-implimentazzjoni tar-rekwiżiti:

(a)

fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li l-annimali bovini li jibqgħu minn dak l-istabbiliment għajr dawk imwielda fit-12-il xahar qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 jitqiegħdu taħt restrizzjoni uffiċjali tal-moviment sakemm ir-riżultati ta’ eżami kliniku u epidemjoloġiku jkunu magħrufa;

(b)

fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament li jikkonċerna każijiet ikonfermati, li jiġu identifikati u meqruda l-annimali għajr il-każ ikkonfermat.

2.   Madankollu, l-annimali li ġejjin għandhom jiġu identifikati, maqtula u meqruda skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001:

(a)

meta l-marda tkun ġiet ikkonfermata f’annimal femminili, il-wild kollu li jitwieled fi żmien sentejn qabel jew wara l-bidu kliniku tal-marda,

(b)

meta l-marda tkun ġiet ikkonfermata f’annimal imwieled fit-12-il xahar qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, l-annimali koorti wara l-31 ta’ Lulju 1996.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2005/598/KE hija revokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 204, 5.8.2005, p. 22.

(3)  Disponibbli f’http://www.efsa.europa.eu/en/science/biohaz/biohaz_opinions/1575.html

(4)  Disponibbli f’http://www.rpa.gov.uk/rpa/index.nsf/UIMenu/DF2A12FDD9D660C1802570D2003ED00C?Opendocument

(5)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2007/412/ĠAI

tat-12 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI dwar is-sigurtà b’konnessjoni ma’ logħbiet tal-futbol b’dimensjoni internazzjonali

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta’ l-Awstrija (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-objettiv ta’ l-Unjoni Ewropea huwa, inter alia, li tipprovdi liċ-ċittadini b’livell għoli ta’ sigurtà fi ħdan spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja billi tiġi żviluppata azzjoni komuni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-koperazzjoni bejn il-pulizija.

(2)

Fil-25 ta’ April 2002, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI (3) li stabbilixxiet punt nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-futbol f’kull Stat Membru inkarigat bl-iskambju ta’ informazzjoni tal-pulizija fir-rigward ta’ logħbiet tal-futbol b’dimensjoni internazzjonali. Dik id-Deċizjoni stabbilixxiet il-kompiti u l-proċeduri li għandhom jiġu adotti minn kull punt nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-futbol.

(3)

Id-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI għandha tiġi riveduta u aġġornata sabiex jittieħed kont ta’ l-esperjenza fis-snin reċenti, bħall-Kampjonati Ewropej fl-2004 u l-valutazzjoni mill-esperti tal-koperazjoni internazzjonali bejn il-pulizija fil-qafas ta’ dak il-kampjonat u l-koperazzjoni estensiva bejn il-pulizija fir-rigward ta’ logħbiet internazzjonali kif ukoll ta’ logħob bejn il-klabbijiet fl-Ewropa b’mod ġenerali. Fis-snin reċenti, in-numru ta’ partitarji li jivvjaġġaw għal logħbiet barra mill-pajjiż kompla jikber. Għalhekk, hemm il-ħtieġa li l-korpi kompetenti jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom u jipprofessjonalizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni sabiex jiġu evitati d-disturbi ta’ l-ordni pubbliku u sabiex jippermettu lil kull Stat Membru jagħmel stima effiċjenti tar-riskji. L-emendi proposti huma r-riżultat ta’ esperjenzi miġbura minn diversi punti nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-futbol fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum u għandhom jgħinuhom sabiex jaħdmu b’mod aktar strutturat u professjonali, u b’hekk jiżguraw l-iskambju ta’ kwalità għolja ta’ informazzjoni.

(4)

L-emendi huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti, b’mod partikolari għad-diviżjonijiet u għar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet u s-servizzi differenti fl-Istati Membri kkonċernati, u għall-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat tagħha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-punti nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-futbol għandhom, skond ir-regoli nazzjonali u internazzjonali applikabbli, ikollhom aċċess għall-informazzjoni li tinvolvi data personali dwar sostenituri ta’ riskju”.

b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Il-punti nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-futbol għandhom regolarment jipproduċu u jiċċirkolaw valutazzjonijiet ġeneriċi u /jew tematiċi ta’ diżordni marbut mal-futbol fil-livelli nazzjonali għall-benefiċċju ta’ punti nazzjonali oħra ta’ informazzjoni dwar il-futbol”.

(2)

l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“3.   Id-data personali għandha tiġi skambjata skond ir-regoli nazzjonali u internazzjonali applikabbli, b’kont meħud tal-prinċipji tal-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ proċessar awtomatiku ta’ data personali u, skond il-każ, tar-Rakkomandazzjoni Nru R (87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tas-17 ta’ Settembru 1987 li tirregola l-użu ta’ data personali fis-settur tal-pulizija.”

b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-informazzjoni għandha tiġi skambjata permezz tal-formoli adatti li jinsabu fl-appendiċi tal-manwal b’rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni, fil-livell internazzjonali, ta’ koperazzjoni bejn il-pulizija u għal miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-vjolenza u ta’ disturbi b’konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b’dimensjoni internazzjonali li jikkonċernaw mill-anqas Stat Membru wieħed. Il-punti nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-futbol għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jibgħatu tkun kompleta u konformi ma’ dawn il-formoli”.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jivvaluta l-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mit-12 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 12 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

W. SCHÄUBLE


(1)  ĠU C 164, 15.7.2006, p. 30.

(2)  Opinjoni mogħtija fit-22 ta’ Marzu 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1.


15.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 155/78


DEĊIŻJONI MILL-PARTIJIET KONTRAENTI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,

tat-12 ta’ Ġunju 2007

li tadotta regoli li jimplimentaw l-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol)

(2007/413/ĠAI)

IL-PARTIJIET KONTRAENTI għall-Konvenzjoni EUROPOL, l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (1), kif emendata mill-Protokoll li jemenda dik il-Konvenzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6a, it-tieni inċiż tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-abbozz imħejji mill-Bord Amministrattiv u wara li kkonsultaw il-Korp Superviżorju Konġunt,

Billi:

(1)

Għandhom ikunu l-Partijiet Kontraenti, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, li jadottaw regoli għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni Europol.

(2)

Il-Partijiet Kontraenti, permezz ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, qegħdin jirrispettaw l-obbligu tagħhom taħt il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward ta’ l-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali, adottata mill-Kunsill ta’ l-Ewropa fit-28 ta’ Jannar 1981.

(3)

Il-Partijiet Kontraenti ugwalment jieħdu kont tar-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tas-17 ta’ Settembru 1987 li tirregola l-użu ta’ data personali fis-settur tal-pulizija,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)

data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli: persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’riferenza għal numru ta’ identifikazzjoni jew fattur wieħed jew aktar li huwa jew huma speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha;

(b)

“ipproċessar ta’ data personali” (“ipproċessar”) tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħal ġbir, rekordjar, organizzazzjoni, ħżin, adattazzjoni jew alterazzjoni, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar permezz ta’ trasmissjoni, disseminazzjoni jew b’mod ieħor tagħmel disponibbli, allinjament jew kombinazzjoni, imblukkar, tħassir jew qerda;

(ċ)

“sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni miġbura” tfisser is-sistema msemmija fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Europol;

(d)

“sistema ta’ informazzjoni” tfisser sistema msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni Europol;

(e)

“fajl ta’ ħidma analitika” tfisser fajl miftuħ għall-fini ta’ analiżi kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni Europol;

(f)

“Stat Membru” tfisser Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Europol;

(g)

“parti terza” tfisser Stat jew korp terz kif imsemmi fl-Artikolu 10(4) tal-Konvenzjoni Europol;

(h)

“uffiċjal Europol debitament awtorizzat” tfisser impjegat tal-Europol magħżul mid-Direttorat ta’ l-Europol biex jipproċessa data personali maħżuna abbażi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal data personali kkomunikata lill-Europol għall-fini li jiġi determinat jekk tali data hix rilevanti għall-kompiti tagħha, u tistax tiġi inkluża fis-sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni miġbura, bl-eċċezzjoni ta':

(a)

data personali mdaħħla fis-sistema ta’ informazzjoni skond l-Artikolu 9(1) tal-Konvenzjoni Europol;

(b)

data personali offruta minn Stat Membru jew minn parti terza għal inklużjoni f'fajl ta’ ħidma analitika speċifika kif ukoll data personali mdaħħla f'fajl ta’ ħidma analitika skond l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Europol.

Artikolu 3

Aċċess u użu

1.   L-aċċess għal data personali pproċessata mill-Europol taħt din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għall-uffiċjali tal-Europol debitament awtorizzati.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Europol, id-data personali pproċessata mill-Europol taħt din id-Deċiżjoni għandha tintuża biss għall-finijiet li jiġi determinat jekk tali data hix rilevanti għall-kompiti ta’ l-Europol u jekk tistax tiġi inkluża fis-sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni miġbura.

Artikolu 4

Regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali u dwar is-sigurtà tad-data

1.   Il-Europol għandha, waqt li tkun qed tipproċessa data personali taħt din id-Deċiżjoni, tikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali u dwar is-sigurtà tad-data stabbiliti fil-Konvenzjoni Europol, b'mod partikolari l-Artikoli 14(3), 16 u 25 u r-regoli adottati fl-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Fil-każ li l-Europol jiddeċiedi li jinkludi tali data fis-sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni miġbura jew li jħassarha jew jeqridha, hu għandu jinforma b'dan lill-Istat Membru jew lill-parti terza li jkunu qed jipprovdu.

Artikolu 5

Limitu ta’ żmien għall-ħażna ta’ data

1.   Deċiżjoni dwar l-użu ta’ data personali skond l-Artikolu 3(2) għandha tittieħed malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ mhux iżjed tard minn 6 xhur wara li tali data tkun ġiet irċevuta mill-Europol.

2.   Fl-assenza ta’ tali deċiżjoni ma’ l-iskadenza tal-perijodu ta’ 6 xhur, id-data personali in kwistjoni għandha titħassar jew tiġi meqruda u l-Istati Membri jew il-parti terza li jkunu pprovduha għandhom jiġu infurmati b'dan.

Artikolu 6

Responsabbiltà

1.   Il-Europol għandu jkun responsabbli biex jiżgura konformità ma’ l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-Europol għandu jinforma lill-Bord Amministrattiv u lill-Korp Superviżorju Konġunt dwar kif għandu l-ħsieb li jimplimenta din ir-responsabbiltà qabel jipproċessa d-data taħt din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Effett

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

W. SCHÄUBLE


(1)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

(2)  ĠU C 2, 6.1.2004, p. 1.