ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
31 ta' Mejju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 585/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar regoli għall-applikazzjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 587/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħażniet privati ta’ xi ġobnijiet fiż-żmien tal-ħażniet 2007/2008

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 regoli ddettaljati għall-konċessjoni ta’ ħażna privata għall-ġobnijiet Grana Padano, Parmiggiano-Reggiano u Provolone

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam)

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 591/2007 tat-30 ta’ Mejju 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

20

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/29/KE tat-30 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Direttiva 96/8/KE fir-rigward tat-tikkettjar, ir-reklamar jew il-preżentazzjoni ta’ l-ikel li huwa maħsub għall-użu fid-dieti ta’ restrizzjoni ta’ l-enerġija għat-tnaqqis fil-piż ( 1 )

22

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/365/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2007 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni ta’ l-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2161)

24

 

 

2007/366/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2007 dwar l-esklużjoni ta’ thiodicarb mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2165)  ( 1 )

28

 

 

2007/367/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2007 li tikkonċerna l-kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Italja għall-implimentazzjoni ta’ sistema għall-ġbir u l-analiżi ta’ tagħrif epidemjoloġiku dwar il-bluetongue (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2166)

30

 

 

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

 

 

2007/368/KE, Euratom

 

*

Deċizjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-istati membri tat-23 ta’ Mejju 2007 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

32

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/PESK tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN)

33

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 584/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

38,7

TR

107,0

ZZ

72,9

0707 00 05

JO

151,2

TR

113,7

ZZ

132,5

0709 90 70

TR

109,1

ZZ

109,1

0805 10 20

EG

43,9

IL

42,8

MA

46,4

ZA

79,3

ZZ

53,1

0805 50 10

AR

39,5

ZA

66,7

ZZ

53,1

0808 10 80

AR

84,5

BR

75,8

CL

76,9

CN

71,2

NZ

109,2

US

124,6

UY

46,9

ZA

95,0

ZZ

85,5

0809 20 95

TR

497,4

US

269,7

ZZ

383,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 585/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2007 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 179, 1.7.2006, p. 36.

(4)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 5.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mill-31 ta’ Mejju 2007 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

20,44

6,08

1701 11 90  (1)

20,44

11,64

1701 12 10  (1)

20,44

5,89

1701 12 90  (1)

20,44

11,12

1701 91 00  (2)

25,33

12,68

1701 99 10  (2)

25,33

8,05

1701 99 90  (2)

25,33

8,05

1702 90 99  (3)

0,25

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 586/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1445/95 dwar regoli għall-applikazzjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni [komuni] tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 29(2) u 33(12) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (2) stabbilixxa l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga.

(2)

L-esportazzjonijiet fis-settur taċ-ċanga u l-vitella ilhom jonqsu sa mill-bidu ta' l-2000. L-applikazzjonijiet għal liċenzji għal esportazzjonijiet b'rifużjoni jew mingħajrha ntużaw, fost l-oħrajn, għall-monitoraġġ ta' l-esportazzjonijiet Komunitarji. F'dawn iċ-ċirkostanzi, għal skopijiet ta' amministrazzjoni tajba, jibqa' ta' l-akbar importanza li jiġi segwit l-andament ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-esportazzjoni b'rifużjoni. Min-naħa l-oħra, m'għadux meħtieġ li jsir l-istess segwiment għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni. Għaldaqstant, għall-finijiet ta' semplifikazzjoni, jeħtieġ li l-obbligu tal-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni jkun limitat għall-esportazzjonijiet li tintalab rifużjoni għalihom.

(3)

Wara l-aħħar emenda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2973/79 tal-21 ta' Diċembru 1979 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-għoti ta' assistenza għall-esportazzjoni tal-prodotti taċ-ċanga u l-vitella li jistgħu jibbenefikaw minn trattament ta' importazzjoni speċjali f'pajjiż terz (3), il-kwota annwali ta' 5 000 tunnellata ta' ċanga friska, imkessħa jew iffriżata għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika m'għadhiex imqassma f'perjodi ta' tliet xhur. Għaldaqstant, jeħtieġ li r-regoli dettaljati għat-talba u għall-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni jiġu adattati għal din is-sitwazzjoni ġdida.

(4)

Għall-finijiet ta' koerenza, jeħtieġ li jiġu adattati wkoll ir-regoli dettaljati għat-talba u għall-ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni ta' prodott taċ-ċanġa li jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali għall-importazzjoni fil-Kanada.

(5)

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, kull nhar ta' Tnejn qabel is-13:00, bl-applikazzjonijiet għal-liċenzji li jkunu tressqu mill-operaturi matul il-ġimgħa ta' qabel. Għall-koerenza mar-regoli fis-seħħ f'setturi oħrajn tal-laħam, jeħtieġ ukoll, għal-laħam taċ-ċanga, li l-Istati Membri jkollhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet għal liċenzji li jkunu tressqu mill-operaturi mit-Tnejn sal-Ġimgħa f'ġimgħa partikolari, il-Ġimgħa wara nofsinhar ta' l-istess ġimgħa.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1445/95 għandu għalhekk jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1445/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 7

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, kull esportazzjoni ta' prodotti fis-settur taċ-ċanga li għaliha tkun intalbet rifużjoni għall-esportazzjoni hija soġġetta għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni b'definizzjoni bil-quddiem tar-rifużjoni, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament.”

(2)

L-Artikolu 7a jitħassar.

(3)

L-Artikolu 8(2) jitħassar.

(4)

L-Artikolu 9(2) jitħassar.

(5)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 6 jitħassar;

b)

il-paragrafu 7 jinbidel bit-test li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

kull ġurnata ta' xogħol, sa mhux aktar tard mis-18:00 (ħin ta' Brussell), il-kwantità totali tal-prodotti li għalihom tressqu applikazzjonijiet għalliċenzji;

sa mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar li fih tressqu l-applikazzjonijiet, il-lista ta' l-applikanti.”

c)

il-paragrafu 9 jinbidel bit-test li ġej:

“9.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fl-10 ġurnata ta' xogħol wara d-data tat-tressiq ta' l-applikazzjoni. L-ebda liċenzja ma tista' tinħareġ għall-applikazzjonijiet li ma jkunux ġew notifikati lill-Kummissjoni.”

(6)

L-Artikolu 12a huwa emendat kif ġej:

a)

il-paragrafu 7 jinbidel bit-test li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

kull ġurnata ta' xogħol, sa mhux aktar tard mis-18:00 (ħin ta' Brussell), il-kwantità totali tal-prodotti li għalihom tressqu applikazzjonijiet għalliċenzji;

sa mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar li fih tressqu l-applikazzjonijiet, il-lista ta' l-applikanti.”

b)

il-paragrafu 9 jinbidel bit-test li ġej:

“9.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fl-10 ġurnata ta' xogħol wara d-data tat-tressiq ta' l-applikazzjoni. L-ebda liċenzja ma tista' tinħareġ għall-applikazzjonijiet li ma jkunux ġew notifikati lill-Kummissjoni.”

(7)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu bit-test li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

a)

kull nhar ta' Ġimgħa mis-13:00 'l quddiem:

i)

l-applikazzjonijiet għal liċenzji b'definizzjoni bil-quddiem tar-rifużjoni msemmija fl-Artikolu 8(1), jew in-nuqqas tagħhom, imressqa mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta' l-istess ġimgħa;

ii)

l-applikazzjonijiet għal liċenzji msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, jew in-nuqqas tagħhom, imressqa mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta' l-istess ġimgħa;

iii)

il-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenżji fil-kuntest ta' l-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament, jew in-nuqqas tagħhom, mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta' l-istess ġimgħa;

iv)

il-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, b'indikazzjoni tad-data tat-tressiq ta' l-applikazzjoni u l-pajjiż tad-destinazzjoni, mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta' l-istess ġimgħa;

v)

il-kwantitajiet li għalihom ġew miċħuda applikazzjonijiet għalliċenżji ta' l-esportazzjoni fil-każ imsemmi fl-Artikolu 10(4) ta' dan ir-Regolament, matul l-istess ġimgħa.

b)

sal-15 ta' kull xahar għax-xahar preċedenti:

i)

l-applikazzjonijiet għal liċenzji msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000;

ii)

il-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji fil-kuntest ta' l-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament u li ma ntużawx.

2.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw:

a)

il-kwantità, fil-piż tal-prodott, għal kull kategorija msemmija fl-Artikolu 8(4);

b)

il-kwantità għal kull kategorija, imqassma skond id-destinazzjoni.

Barra minn hekk, in-notifika msemmija fil-paragrafu 1(b)(ii) għandha tispeċifika l-ammont tar-rifużjoni għal kull kategorija.”

8)

L-Anness IV jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni li jirrigwardaw l-esportazzjonijiet li għalihom ma ntalbet l-ebda rifużjoni, li nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li jiskadu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jintraddu lura lill-awtorità kompetenti nazzjonali. B'deroga mill-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fejn ikun ġie esportat inqas minn 95 % tal-kwantità indikata fuq il-liċenzja, il-garanzija korrispondenti tal-liċenzji kkonċernati ma tintilifx.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 27).

(3)  ĠU L 336, 29.12.1979, p. 44. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2006 (ĠU L 225, 17.8.2006, p. 21).


ANNESS

“ANNESS IV

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ – DĠ AGRI/D/2 – Settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

Notifiki rigward il-liċenzji ta' l-esportazzjoni – laħam taċ-ċanga u tal-vitella

 

Mingħand:

 

Data:

 

Stat Membru:

 

Kuntatt:

 

Telefown:

 

Faks:

 

Destinatarju

:

DG AGRI/D/2;

FAKS: (32 2) 292 17 22

Indirizz tal-posta elettronika: AGRI-EXP-BOVINE@ec.europa.eu

Taqsima A –   Notifiki ta' kull nhar ta' Ġimgħa

Perjodu minn … sa …

1)

L-Artikolu 13(1)(a)(i)

Kategorija

Kwantitajiet mitluba

Destinazzjoni (1)

 

 

 

2)

L-Artikolu 13(1)(a)(ii)

Kategorija

Kwantitajiet mitluba

Destinazzjoni (2)

 

 

 

3)

L-Artikolu 13(1)(a)(iii)

Kategorija

Kwantitajiet maħruġa

Data tat-tressiq ta' l-applikazzjoni

Destinazzjoni (3)

 

 

 

 

4)

L-Artikolu 13(1)(a)(iv)

Kategorija

Kwantitajiet maħruġa

Data tat-tressiq ta' l-applikazzjoni

Destinazzjoni (4)

 

 

 

 

5)

L-Artikolu 13(1)(a)(v)

Kategorija

Kwantitajiet mitluba

Destinazzjoni (5)

 

 

 

Taqsima B –   Notifiki ta' kull xahar

1)

L-Artikolu 13(1)(b)(i)

Kategorija

Kwantitajiet mitluba

Destinazzjoni (6)

 

 

 

2)

L-Artikolu 13(1)(b)(ii)

Kategorija

Kwantitajiet mhux użati

Destinazzjoni (7)

Ammont tar-rifużjoni

 

 

 

 


(1)  Ikteb il-kodiċi tad-destinazzjoni li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3478/93 (ĠU L 317, 18.12.1993, p. 32). Fejn m'hemmx kodiċi għad-destinazzjoni, ikteb l-isem sħiħ.

(2)  Ikteb il-kodiċi tad-destinazzjoni li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3478/93 (ĠU L 317, 18.12.1993, p. 32). Fejn m'hemmx kodiċi għad-destinazzjoni, ikteb l-isem sħiħ.

(3)  Ikteb il-kodiċi tad-destinazzjoni li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3478/93 (ĠU L 317, 18.12.1993, p. 32). Fejn m'hemmx kodiċi għad-destinazzjoni, ikteb l-isem sħiħ.

(4)  Ikteb il-kodiċi tad-destinazzjoni li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3478/93 (ĠU L 317, 18.12.1993, p. 32). Fejn m'hemmx kodiċi għad-destinazzjoni, ikteb l-isem sħiħ.

(5)  Ikteb il-kodiċi tad-destinazzjoni li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3478/93 (ĠU L 317, 18.12.1993, p. 32). Fejn m'hemmx kodiċi għad-destinazzjoni, ikteb l-isem sħiħ.

(6)  Ikteb il-kodiċi tad-destinazzjoni li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3478/93 (ĠU L 317, 18.12.1993, p. 32). Fejn m'hemmx kodiċi għad-destinazzjoni, ikteb l-isem sħiħ.

(7)  Ikteb il-kodiċi tad-destinazzjoni li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3478/93 (ĠU L 317, 18.12.1993, p. 32). Fejn m'hemmx kodiċi għad-destinazzjoni, ikteb l-isem sħiħ.”


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 587/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħażniet privati ta’ xi ġobnijiet fiż-żmien tal-ħażniet 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE)Nru 1255/1999 għajnuna privata għall-ħażniet tista' tingħata għal ġobnijiet li jinħażnu fit-tul u għal ġobnijiet magħmula minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż li jeħtieġu mill-anqas sitt xhur biex jeqdiemu, jekk l-andament tal-prezzijiet u s-sitwazzjoni ta’ l-istokk jindikawlhom nuqqas ta’ ekwilibriju tas-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas mill-ħażniet staġonali.

(2)

Id-diffikultajiet li toħloq il-produzzjoni staġjonali ta’ ċerti ġobnijiet li jinħażnu fit-tul u tal-Pecorino Romano, Kefalotyri u Kesseri huma aggravati minn staġonalità tal-konsum li hija bil-maqlub ta’ dik tal-produzzjoni. Is-sistema fframmentata tal-produzzjoni ta’ dawn il-ġobnijiet tkompli taggrava il-konsegwenzi ta’ dik l-istaġjonalità. Għalhekk għandhom isiru provvedimenti għall-ħażniet staġjonali ta’ kwantita' korrispondenti għad-differenza bejn il-produzzjoni sajfija u dik xitwija.

(3)

It-tipi ta’ ġobon eliġibbli għall-għajnuna u l-kwantitajiet massimi li fuqhom din tista' tingħata għandhom ikunu stabbiliti, kif ukoll it-tul tal-kuntratti, li għandhom jirriflettu l-bżonnijiet reali tas-suq u kemm iżommu fit-tul il-ġobnijiet ikkonċernati.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-ħażniet u l-miżuri essenzjali li jippermettu lill-ġobon kopert minn kuntratt biex ikun identifikat u suġġett għal xi kontrolli. L-għajnuna għandha tkun stipulata b'referenza għall-ispejjeż tal-ħażniet u l-bilanċ li għandu jinżamm bejn ġobon li għalih tingħata l-għajnuna u ġobnijiet oħra fis-suq. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi u tar-riżorsi disponibbli, l-ammont totali ta’ l-għajnuna ma għandux jinbidel.

(5)

Għandhom jinħolqu wkoll regoli dettaljati dwar id-dokumentazzjoni, il-kontijiet, l-frekwenza u n-natura tal-kontrolli. F'dan il-Kuntest għandu jitniżżel li l-Istat Membru jista' jipprovdi biex l-ispejjeż tal-kontrolli jitħallsu mill-kuntrattur, għal kollox jew parzjalment.

(6)

Għandu jiġi ċċarat li ġobnijiet intieri biss huma eliġibbli għall-għajnuna li tingħata għall-ħażniet privati.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jipprovdi regoli dettaljati għall-għoti ta’ l-għajnuna tal-Komunità għall-ħażniet privati ta’ xi ġobnijiet (minn hawn 'il quddiem “għajnuna”) skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 matul il-perjodu ta’ ħażniet 2006/2007.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“lott tal-ħażna” tfisser kwantita' ta’ ġobon li jiżen mill-anqas żewġ tunnellati, ta’ l-istess tip u maħżun f'maħżen wieħed f'ġurnata waħda;

(b)

“ġurnata ta’ bidu tal-ħażniet kuntrattwali” tfisser l-għada tal-bidu tal-ħażniet;

(ċ)

“l-aħħar ġurnata tal-ħażniet kuntrattwali” tfisser il-ġurnata qabel dik tat-tneħħija mill-ħażna;

(d)

“perjodu tal-ħażniet”, tfisser perjodu li matulu l-ġobon jista' jiġi kopert mill-iskema tal-ħażniet privati, kif speċifikat għal kull tip ta’ ġobon fl-Anness.

Artikolu 3

Ġobnijiet eliġibbli għall-għajnuna

1.   L-għajnuna għandha tingħata lil ċerti ġobnijiet li jżommu fit-tul, Pecorino Romano, Kefalotyri u Kasseri skond il-proviżjonijiet li jidhru fl-Anness. Ġobniet intieri biss huma eliġibbli.

2.   Il-ġobon għandu jkun ġie prodott fil-Komunità u jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:.

(a)

ikun immarkat b'linka li ma titħassarx b'indikazzjoni ta’ l-intrapriża fejn ġie manifatturat u l-jum u x-xahar tal-produzzjoni; dawn ikunu indikati taħt forma ta’ kodiċi;

(b)

jkun għadda minn testijiet tal-kwalità li juru li joffri garanzija xierqa ta’ klassifikazzjoni, wara l-maturazzjoni, fil-kategoriji definiti fl-Anness.

Artikolu 4

Kuntratt tal-ħażniet

1.   Il-kuntratti relatati mal-ħażniet privati tal-ġobon għandhom ikunu konklużi bejn aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu jinħażen il-ġobon u l-persuni naturali jew legali, minn issa 'l quddiem “il-kuntratturi”.

2.   Il-kuntratti tal-ħażniet għandhom jitħejjew bil-miktub fuq bażi ta’ applikazzjoni biex jitħejja kuntratt.

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand l-aġenzija ta’ intervent mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta’ meta beda jinħażen il-prodott u jistgħu jinvolvu biss lottijiet ta’ ġobon li diġa' bdew jinħażnu sħaħ. L-aġenziji ta’ intervent għandhom jirreġistraw id-data ta’ meta jkunu rċevew kull applikazzjoni.

Jekk l-applikazzjoni tasal fl-aġenzija ta’ intervent fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara li jagħlaq iż-żmien, il-kuntratt tal-ħażniet jista' jiġi xorta waħda konkluż iżda l-għajnuna għandha titnaqqas bi 30 %.

3.   Il-kuntratti tal-ħażniet għandhom jiġu konklużi bil-miktub għal lott wieħed jew aktar tal-ħażniet u għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dispozizzjonijiet dwar:

(a)

il-kwantità ta’ ġobon li għaliha japplika l-kuntratt;

(b)

id-dati relatati ma’ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(ċ)

l-ammont ta’ l-għajnuna,

(d)

l-identifikazzjoni tal-postijiet tal-ħażniet.

4.   Il-kuntratti tal-ħażniet għandhom ikunu konklużi mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data ta’ reġistrazzjoni ta’ l-applikazzjoni biex jinħoloq kuntratt.

5.   Il-miżuri ta’ kontroll, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 7, għandhom ikunu soġġetti għal speċifikazzjonijiet imħejjija mill-aġenzija ta’ intervent. Il-kuntratt tal-ħażniet għandu jirreferi għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

Artikolu 5

Id-dħul fil-ħażna u t-tneħħija minnha

1.   Il-perjodi għall-bidu u t-tmiem tal-ħażniet għandhom ikunu dawk mogħtija fl-Anness.

2.   It-tneħħija mill-ħażniet ssir f'lottijiet sħaħ tal-ħażna.

3.   Jekk fi tmiem l-ewwel 60 jum tal-ħażniet kuntrattwali id-deterjorament fil-kwalità tal-ġobon hi akbar minn dik li hi normali fil-maħżen, il-kuntrattur jista' jkun awtorizzat, darba għal kull lott ta’ ħażna, li jibdel il-kwantità difettuża, bi spejjeż tiegħu.

Jekk minn verifiki matul il-perjodu tal-ħażniet jew mat-tneħħija minnu, jirriżultaw kwantitajiet difettużi, ebda għajnuna m'għandha titħallas għal dawk il-kwantitajiet. Barra minn hekk, il-parti tal-lott li tkun għadha eliġibbli għall-għajnuna m'għandhiex tkun anqas minn żewġ tunnellati.

It-tieni subparagrafu għandu japplika fejn parti mill-lott titneħħa qabel il-bidu tal-perjodu ta’ tneħħija mill-ħażniet, indikat fil-paragrafu 1, jew qabel l-iskadenza tal-perjodu minimu ta’ ħżin indikat fl-Artikolu 8(2).

4.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ l-għajnuna fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-ewwel jum tal-kuntratt tal-ħażniet għandu jkun il-jum tal-bidu tal-ħażniet kuntrattwali.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet tal-ħażniet

1.   L-Istat Membru għandu jiżgura illi jitwettqu l-kundizzjonijiet li jikkonċedu l-intitolament għall-ħlas ta’ l-għajnuna.

2.   Il-kuntrattur jew, fuq talba ta’ l-Istat Membru jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għandu jagħmel disponibbli lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-ispezzjoni kull dokumentazzjoni li tkun tippermetti l-verifika tal-partikolaritajiet li ġejjin tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata:

(a)

il-proprjetà fil-waqt tat-tpoġġija fil-ħażna;

(b)

l-oriġini u d-data tal-produzzjoni tal-ġobnijiet;

(ċ)

id-data tad-dħul fil-ħażna;

(d)

il-preżenza fil-maħżen u l-indirizz tal-maħżen;

(e)

id-data tat-tneħħija mill-ħażna;

3.   Il-kuntrattur jew, fejn applikabbli, il-persuna responsabbli għall-maħżen, għal kull kuntratt għandu/ha jżommiżżomm disponibbli fil-maħżen reġsitri tal-ħażna, li jkopru:

(a)

l-identifikazzjoni, bin-numru tal-lott tal-ħażna tal-prodotti mqiegħda f'ħażna privata;

(b)

id-data tad-dħul fil-u tneħħija mill-ħażna;

(ċ)

in-numru tal-ġobnijiet u l-piż tagħhom, indikat għal kull lott maħżun;

(d)

il-post tal-prodotti fil-maħżen.

4.   Il-prodotti maħżuna għandhom ikunu faċilment identifikabbli, faċilment aċċessibbli u identifikati individwalment skond il-kuntratt. Għandha titwaħħal marka speċifika mal-ġobnijiet maħżuna.

Artikolu 7

Verifiki

1.   Mal-bidu tal-perjodu tal-ħażniet, l-aġenzija kompetenti għandha tagħmel kontrolli sabiex, b'mod partikolari, tiżgura li l-prodotti maħżuna huma eliġibbli għall-għajnuna u sabiex tipprevjeni kull possibilita' ta’ sostituzzjoni tal-prodotti matul il-ħżin kuntrattwali.

2.   L-aġenzija kompetenti għandha tagħmel verifika mhux avżata, billi tieħu kampjun, biex tiżgura li l-prodotti huma preżenti fil-maħżen. Il-kampjun ikkonċernat għandu jkun rappreżentattiv u jrid jikkorrespondi għall-inqas ma’ 10 % tal-kwantità ġenerali koperta bil-kuntratt, għall-miżura ta’ l-għajnuna għall-ħażniet privati.

Kontrolli tali għandhom jinkludu, minbarra eżami tad-dokumenti dwar il-lott imsemmija fl-Artikolu 6(3), kontroll tal-piż, natura u identifikazzjoni tal-prodotti. Dawn il-kontrolli fiżiċi għandhom isiru fuq talanqas 5 % tal-kwantità suġġetta għall-kontroll għal għarrieda.

3.   Fi tmiem il-perjodu tal-ħażniet b'kuntratt, l-aġenzija kompetenti għandha tikkontrolla biex tara li l-prodotti jinsabu hemm. Madankollu, meta l-prodotti jkunu għadhom maħżuna wara li jiskadi l-perjodu massimu tal-kuntratt tal-ħażniet, dan il-kontroll jista' jsir meta l-prodott jitneħħa mill-ħażna.

Għall-finijiet tal-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kuntrattur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti, billi jindika l-lottijiet maħżuna kkonċernati, mill-anqas ħames ġranet tax-xogħol qabel ma l-perjodu tal-ħażniet kuntrattwali jiskadi jew, jekk it-tneħħija ssir matul jew wara l-perjodu tal-ħażniet kuntrattwali, qabel ma jibda.

L-Istat Membru jista' jaċċetta limitu ta’ żmien iqsar mill-ħames ġranet tax-xogħol imsemmija fit-tieni subparagrafu.

4.   Għandu jitħejja rapport dwar il-verifiki mwettqa skond il-paragrafi 1, 2 u 3, jispeċifika:

(a)

id-data tal-kontroll;

(b)

it-tul tagħha;

(ċ)

l-operazzjonijiet imwettqa.

Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli bil-kontrofirma tal-kuntrattur jew, skond il-każ, il-persuna responsabbli għall-maħżen, u għandu jkun inkluż fil-fajl tal-ħlas.

5.   Fil-każ ta’ irregolaritajiet li jaffettwaw talanqas 5 % tal-kwantitajiet ikkontrollati, il-kontroll irid jiġi estiż fuq kampjun akbar stabbilit mill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-każijiet lill-Kummissjoni fi żmien erba' ġimgħat.

6.   L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-ispejjeż tal-kontrolli jew parti minnhom jitħallsu mill-kuntrattur.

Artikolu 8

Għajnuna għall-ħażniet

1.   L-għajnuna għandha tkun kif ġej:

(i)

EUR 0,38 għal kull tunnellata għal kull jum ta’ ħażna fuq kuntratt għall-ġobnijiet li jinħażnu fit-tul:

(ii)

EUR 0.45 għal kull tunnellata għal kull jum ta’ ħażna fuq kuntratt għal Pecorino Romano;

(iii)

EUR 0.59 għal kull tunnellata għal kull jum ta’ ħażna fuq kuntratt għal Kefalotyri u l-Kasseri.

2.   Ebda għajnuna ma għandha tingħata għall-ħażniet kuntrattwali ta’ anqas minn 60 jum. L-għajnuna massima li tista' titħallas ma għandhiex taqbeż l-ammont li jikkorrispondi għal 180 jum tal-ħażniet kuntrattwali.

Meta l-kuntrattur jonqos li jħares il-limitu ta’ żmien li għalih jirreferi l-Artikolu 7(3), jew it-tieni jew it-tielet subparagrafu, skond il-każ, l-għajnuna għandha titnaqqas bi 15 % u għandha titħallas biss għall-perjodu li għalih il-kuntrattur jipprovdi xhieda sodisfaċenti lill-aġenzija kompetenti li l-ġobnijiet ikunu baqgħu fi ħażniet kuntrattwali.

3.   L-għajnuna għandha titħallas fuq applikazzjoni mill-kuntrattur, fl-aħħar tal-perjodu tal-ħażniet kuntrattwali, fi żmien 120 ġurnata wara l-wasla ta’ l-applikazzjoni, sakemm il-kontrolli msemmijin fl-Artikolu 7(3) ikunu saru u l-kundizzjonijiet għad-dritt għall-għajnuna jkunu ntlaħqu.

Madankollu, jekk tkun għaddejja inkjesta amministrattiva dwar id-dritt għall-għajnuna, il-pagament ma jsirx qabel ma jkun rikonoxxut dan id-dritt.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


ANNESS

Kategoriji ta’ ġobon

Kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna

Staġjonatura minima għall-ġobnijiet

Data tad-dħul fil-ħażna

Data tat-tneħħija mill-ħażna

Ġobnijiet Franċiżi li jinħażnu fit-tul;

denominazzjoni ta’ l-oriġini protetta ta’ ġobnijiet Beaufort u Comté

“Tikketta Hamra” Emmental grand cru

Ġobnijiet Emmental u Gruyère ta’ klassi A jew B

16 000 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Ġermaniżi li jinħażnu fit-tul;

“Markenkäse” jew “Klasse fein” Emmentaler/Bergkäse

1 000 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Irlandiżi li jinħażnu fit-tul;

Ġobnijiet Irlandiżi li jinħażnu

fit-tul Emmental, grad speċjali

900 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Awstrijaċi li jinħażnu fit-tul;

1. Güteklasse Emmentaler/Bergkäse/Alpkäse

1 700 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Finlandiżi li jinħażnu fit-tul;

“I luokka”

1 700 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Żvediżi li jinħażnu fit-tul;

“Västerbotten/Prästost/Svecia/Grevé”

1 700 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Pollakki li jinħażnu fit-tul;

“Podlaski/Piwny/Ementalski/Ser Corregio/Bursztyn/Wielkopolski”

3 000 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Sloveni li jinħażnu fit-tul;

“Ementalec/Zbrinc”

200 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Litwani li jinħażnu fit-tul;

“Goja/Džiugas”

700 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Latvjani li jinħażnu fit-tul;

“Rigamond, Ementāles tipa un Ekstra klases siers”

500 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Ġobnijiet Ungeriżi li jinħażnu fit-tul;

“Hajdú”

300 t

10 ijiem

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2007

Mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008

Pecorino Romano

19 000 t

90 ġurnata u prodotti wara l-1 ta’ Ottubru 2006

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2007

Qabel il-31 ta’ Marzu 2008

Kefalotyri u Kasseri magħmula minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew taħlita tat-tnejn

2 500 t

90 ġurnata u prodotti wara t-30 ta’ Novembru 2006

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Novembru 2007

Qabel il-31 ta’ Marzu 2008


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 588/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 regoli ddettaljati għall-konċessjoni ta’ ħażna privata għall-ġobnijiet Grana Padano, Parmiggiano-Reggiano u Provolone

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(b) tieghu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/94 (2) jistabbilixxi l-ammonti għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat tal-ġobnijiet Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone. Fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji disponibbli, l-iżvilupp fl-ispejjeż għall-ħżin u l-previżjonijiet tal-prezz tas-suq, jeħtieġ li jkunu riflessi fl-ammont totali ta’ l-għajnuna. Fl-istess waqt ma jidhirx li hu xieraq li jiġi differenzjat il-komponent ta’ l-għajnuna.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2659/94 għandu jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2659/94 għandu jinbidel b’ dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ għajnuna għall-ħżin privat għall-ġobon għandu jkun kif ġej:

EUR 0.48 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ ħżin għall-Grana Padano;

EUR 0.56 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ ħżin għall-Parmigiano-Reggiano;

EUR 0.40 għal kull tunnellata kull ġurnata ta’ ħżin għall-Provolone.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet gurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999 p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 284, 1.11.1994, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2006 (ĠU L 129, 17.5.2006, p. 9).


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 589/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta' Lulju 1996 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta' importazzjoni fuq frott u ħxejjex (2) jipprevedi sorveljanza ta' l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round, u abbażi ta' l-aħħar dejta disponibbli għall-2003, 2004 u 2005, jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 għandu jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa sostitwit bit-test ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 480/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 48).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa biss bħala indikattiva. L-ambitu ta' l-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali hija stabbilita fil-qafas ta' dan l-Anness, abbażi tal-kodiċijiet NM fis-seħħ fil-mument ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta' applikazzjoni

Limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali

(f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

325 524

78.0020

mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

25 110

78.0065

0707 00 05

Ħjar

mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

3 462

78.0075

mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

7 332

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

5 770

78.0100

0709 90 70

Zukkini (qara' bagħli żgħir)

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

37 250

78.0110

0805 10 20

Larinġ

mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

271 744

78.0120

0805 20 10

Klementina

mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar

116 637

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

mill-1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar

91 359

78.0155

0805 50 10

Lumi

mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

326 811

78.0160

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

61 504

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

mill-21 ta' Lulju sa l-20 ta' Novembru

70 731

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

1 026 501

78.0180

mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

51 941

78.0220

0808 20 50

Lanġas

mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

239 427

78.0235

mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

35 716

78.0250

0809 10 00

Berquq

mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

14 163

78.0265

0809 20 95

Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa

mill-21 ta' Mejju sa l-10 ta' Awwissu

114 530

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

11 980

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

5 806 ”


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 590/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifondi ta' l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2007 (3) stabbilixxa l-kwantitajiet indikattivi li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B.

(2)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum, għat-tadam, il-kwantitajiet indikattivi previsti għall-perjodu ta' esportazzjoni li għaddej bħalissa jistgħu jinqabżu dalwaqt. Dan il-qbiż ikun ta' ħsara għar-rendiment tajjeb tas-sistema tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-frott u tal-ħaxix.

(3)

Biex tittaffa din is-sitwazzjoni, huwa f'loku li jkunu miċħuda l-applikazzjonijiet għal liċenzji tas-sistema B għat-tadam esportat wara t-30 ta’ Mejju 2007, sa tmiem il-perjodu kurrenti ta' esportazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tadam, l-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B, imressqa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 134/2007, li għalihom ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tal-prodotti, wara t-30 ta' Mejju u qabel is-1 ta' Lulju 2007, huma miċħuda.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 42, 14.2.2007, p. 16, korreġut fil-ĠU L 52, 21.2.2007, p. 12).


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 591/2007

tat-30 ta’ Mejju 2007

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

(3)

Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006.

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

(4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 422/2007 (ĠU L 102, 19.4.2007, p. 12).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2007 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodici NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

104,2

4

01

103,9

4

02

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

225,0

23

01

238,9

18

02

311,9

0

03

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani 80 %, iffriżati

129,1

9

01

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

258,9

11

01

269,4

8

03

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

242,0

13

01


(1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

01

Il-Brażil

02

L-Arġentina

03

Iċ-Ċilì.”


DIRETTIVI

31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/22


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/29/KE

tat-30 ta’ Mejju 2007

li temenda d-Direttiva 96/8/KE fir-rigward tat-tikkettjar, ir-reklamar jew il-preżentazzjoni ta’ l-ikel li huwa maħsub għall-użu fid-dieti ta’ restrizzjoni ta’ l-enerġija għat-tnaqqis fil-piż

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (2) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007. Dan għandu japplika għall-ikel li huwa maħsub għad-dieti ta’ restrizzjoni fl-enerġija għat-tnaqqis fil-piż mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta’ Frar 1996 dwar ikel li huwa maħsub għall-użu f’dieti li huma ristretti fil-kontenut enerġetiku għat-telf tal-piż (3).

(2)

Id-Direttiva 96/8/KE tipprevedi li t-tikkettjar, ir-reklamar u l-preżentazzjoni tal-prodotti koperti ma jagħmlux referenza għar-rata jew l-ammont ta’ telf tal-piż li jista' jirriżulta mill-użu tagħhom jew għat-tnaqqis fis-sens tal-ġuħ jew f'żieda fis-sens ta’ xabgħa.

(3)

L-Artikolu 13(1) (c) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jippermetti l-użu ta’ l-ikel fuq kriterji sanitarji li jiddeskrivu jew li jirreferu b’mod partikolari għal tnaqqis fis-sens tal-ġuħ jew żieda fis-sens ta’ xabgħa skond kondizzjonijiet speċifikati.

(4)

Li jingħata permess li jsiru stqarrijiet li jirreferu għat-tnaqqis fis-sens ta’ ġuħ jew żieda fis-sens ta’ xabgħa skond kondizzjonijiet li tali stqarrijiet huma bbażati fuq evidenza xjentifika ġeneralment approvata u huma miftiehma b’mod ġenerali mill-konsumatur medju jirrifletti l-evoluzzjoni fil-medda u fil-proprjetajiet tal-prodotti.

(5)

Dan ir-raġunament huwa iktar ta’ rilevanza għall-prodotti li jintużaw fid-dieti ta’ restrizzjoni ta’ l-enerġija għat-tnaqqis fil-piż. Għalhekk, l-użu ta’ tali stqarrijiet m’għadux iktar ipprojbit sakemm jiġu rispettati l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 13, paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/8/KE, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   It-tikkettjar, ir-riklamar u l-preżentazzjoni tal-prodotti kkonċernati ma jistgħu jagħmlu ebda referenza għar-rata jew l-ammont ta’ telf fil-piż li jista’ jirriżulta mill-użu tagħhom.”

Artikolu 2

It-traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-iskeda ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) No 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9. Ir-Regolament kif inhu kkoreġut mill-ĠU L 12, 8.1.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 55, 6.3.1996, p. 22.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Mejju 2007

dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni ta’ l-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2161)

(2007/365/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra l-firxa tagħhom fi ħdan il-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2000/29/KE, meta Stat Membru jqis li hemm periklu ta’ introduzzjoni jew ta’ tixrid fit-territorju tiegħu ta’ organiżmu perikoluż li mhux elenkat fl-Anness I jew Anness II ta’ dik id-Direttiva, jista’ temporanjament jieħu miżuri addizzjonali meħtieġa biex jipproteġi lilu nnifsu minn dak il-periklu.

(2)

B’riżultat tal-preżenza tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (“l-organiżmu speċifiku”) fin-Nofsinhar tal-Peniżola Iberika, fis-27 ta’ Ġunju 2006 Spanja għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li, fis-6 ta’ Ġunju 2006, hija kienet adottat miżuri uffiċjali addizzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni u t-tixrid aktar fit-territorju tagħha ta’ dak l-organiżmu speċifiku.

(3)

Ir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) mhuwiex elenkat fl-Annessi I jew II tad-Direttiva 2000/29/KE. Madankollu, rapport ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju sanitarju bbażat fuq informazzjoni xjentifika limitata disponibbli wera li dan l-organiżmu speċifiku jikkawża ħsara serja lis-siġar, inkluża mortalità sinifikanti fuq speċijiet speċifiċi ta’ pjanti, li jappartjenu lill-familja tal-Palmae, u ristretta għal pjanti li d-dijametru fil-parti ta’ isfel taz-zokk tagħhom ikun ta’ aktar minn 5 ċm (“pjanti suxxettibbli”). Il-pjanti suxxettibbli jinsabu f’bosta partijiet ta’ l-Ewropa, l-aktar fin-naħa ta’ isfel fejn huma mħawla f’għadd kbir għal finijiet ta’ ornament u fejn huma ta’ importanza kbira għall-ambjent.

(4)

B’hekk jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità ta’ dan l-organiżmu speċifiku.

(5)

Dawk il-miżuri ta’ emerġenza għandhom japplikaw għall-introduzzjoni u t-tixrid ta’ l-organiżmu speċifiku, għad-demarkazzjoni ta’ żoni fil-Komunità fejn hemm l-organiżmu speċifiku, għall-importazzjoni, il-produzzjoni, iċ-ċaqliq u l-kontroll ta’ pjanti suxxettibbli fil-Komunità. Għandu jsir stħarriġ biex tiġi vverifikata l-preżenza jew l-assenza kontinwa ta’ l-organiżmu speċifiku fuq il-pjanti kollha tal-Palmae fl-Istati Membri biex tinġabar aktar informazzjoni xjentifika dwar is-suxxettibbiltà tal-pjanti.

(6)

Jixraq li r-riżultati tal-miżuri jkunu riveduti sal-31 ta’ Marzu 2008 billi jitqiesu l-esperjenzi mill-ewwel staġun tat-tkabbir taħt il-miżuri ta’ emerġenza.

(7)

L-Istati Membri għandhom jadottaw, jekk meħtieġ, il-leġiżlazzjoni tagħhom biex jiġu f’konformità mad-Deċiżjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“organiżmu speċifiku” tfisser ir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier);

(b)

“pjanti suxxettibbli” tfisser pjanti, barra frott u żrieragħ, li għandhom dijametru fil-bażi taz-zokk tagħhom ta’ aktar minn 5 ċm u li jappartjenu lill-Areca catechu, Arenga pinnata, Borassus flabellifer, Calamus merillii, Caryota maxima, Caryota cumingii, Cocos nucifera, Corypha gebanga, Corypha elata, Elaeis guineensis, Livistona decipiens, Metroxylon sagu, Oreodoxa regia, Phoenix canariensis, Phoenix dactylifera, Phoenix theophrasti, Phoenix sylvestris, Sabal umbraculifera, Trachy-carpus fortunei u Washingtonia spp.;

(ċ)

“post tal-produzzjoni” tfisser il-post tal-produzzjoni kif imfisser fl-Istandard Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji Nru 5 approvat mill-FAO (2).

Artikolu 2

Miżuri ta’ emerġenza kontra l-organiżmu speċifiku

L-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità ta’ l-organiżmu speċifiku għandhom ikunu projbiti.

Artikolu 3

Importazzjoni ta’ pjanti suxxettibbli

Il-pjanti suxxettibbli jistgħu jiġu introdotti biss fil-Komunità jekk:

(a)

ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-importazzjoni kif imniżżla f’punt 1 ta’ l-Anness I;

(b)

jiġu spezzjonati, kif jidħlu fil-Komunità, mill-korp uffiċjali responsabbli għall-preżenza ta’ l-organiżmu speċifiku, skond l-Artikolu 13a(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, u jinstabu ħielsa minnu.

Artikolu 4

Movimenti ta’ pjanti suxxettibbli fi ħdan il-Komunità

Pjanti suxxettibbli li joriġinaw fil-Komunità jew kienu impurtati fil-Komunità skond l-Artikolu 3 jistgħu jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 2 ta’ l-Anness I.

Artikolu 5

Stħarriġ u notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu għadd ta’ stħarriġiet uffiċjali kull sena għall-preżenza ta’ l-organiżmu speċifiku jew għall-evidenza ta’ l-infestazzjonijiet mill-organiżmu speċifiku fuq pjanti tal-Palmae fit-territorju tagħhom.

Bla ħsara għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-riżultati ta’ dawk l-istħarriġiet flimkien mal-lista ta’ żoni demarkati provvduti fil-paragrafu 6, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena.

2.   Kull okkorrenza suspettuża jew preżenza kkonfermata ta’ l-organiżmu speċifiku għandha tiġi nnotifikata mill-ewwel lill-korpi uffiċjali responsabbli.

Artikolu 6

Twaqqif ta’ żoni demarkati

Meta r-riżultati ta’ l-istħarriġ li jissemmew fl-Artikolu 5(1) jew in-notifiki li jissemmew fl-Artikolu 5(2) jikkonfermaw il-preżenza ta’ l-organiżmu speċifiku f’xi żona, jew b’mezzi oħra jkun hemm evidenza tal-preżenza ta’ l-organiżmu speċifiku, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu żoni demarkati u għandhom jieħdu miżuri uffiċjali kif stipulat fil-punti 1 u 2 rispettivament ta’ l-Anness II.

Artikolu 7

Osservanza

L-Istati Membri għandhom, jekk huwa meħtieġ, jemendaw il-miżuri li kienu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ l-organiżmu speċifiku b’tali mod li dawk il-miżuri jiġu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dawk il-miżuri.

Artikolu 8

Reviżjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2008.

Artikolu 9

Lil min hi indirizzata

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).

(2)  Glossarju ta’ Termini Fitosanitarji – Standard ta’ Riferenza ISPM Nru. 5 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.


ANNESS I

Miżuri ta’ emerġenza li jissemmew fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni

1.   Rekwiżiti speċifiċi għall-importazzjoni

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness III, Parti A(17) u fl-Anness IV, Parti A(I)(37) mad-Direttiva 2000/29/KE, pjanti suxxettibbli li joriġinaw f’pajjiżi terzi għandom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat kif hemm imniżżel fl-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva li tiddikjara taħt ir-rubrika “Dikjarazzjoni Addizzjonali” li l-pjanti suxxettibbli, fosthom dawk miġbura mill-ħabitat naturali:

(a)

li tul ħajjithom ikunu tkabbru f’pajjiż fejn l-organiżmu speċifiku mhux magħruf li kien jeżisti; jew

(b)

li tul ħajjithom ikunu tkabbru f’żona mhix infestata, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż ta’ l-oriġini skond l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji relevanti; taħt ir-rubrika “post ta’ l-oriġini” għandu jissemma l-isem taż-żona mhux infestata; jew

(ċ)

li, matul il-perjodu ta’ mill-inqas sena qabel l-esportazzjoni, ikunu tkabbru f’post ta’ produzzjoni:

(i)

li jkun reġistrat u sorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż ta’ l-oriġini, u

(ii)

fejn il-pjanti jkunu tpoġġew f’sit li jkun kollu kemm hu mħares kontra l-introduzzjoni ta’ l-organiżmu speċifiku jew bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa, u

(iii)

fejn, matul l-ispezzjonijiet uffiċjali li jsiru talanqas kull tliet xhur u immedjatament qabel l-esportazzjoni, ma jkun ġie innutat l-ebda sinjal ta’ l-organiżmu speċifiku.

2.   Kundizzjonijiet għaċ-ċaqliq

Pjanti suxxettibbli, jew dawk li joriġinaw fil-Komunità jew inkella importati fil-Komunità skond l-Artikolu 3, jistgħu jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità biss jekk huma jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti ppreparat u maħruġ skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (1), u jkunu tkabbru:

(a)

matul ħajjithom fi Stat Membru jew pajjiż terz fejn mhux magħruf li l-organiżmu speċifiku kien preżenti; jew

(b)

matul ħajjithom f’post tal-produzzjoni f’żona mhux infestata, stabbilita mill-korp uffiċjali responsabbli fi Stat Membru jew minn organizzazzjoni nazzjonali għall-ħarsien tal-pjanti f’pajjiż terz, skond l-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji; jew

(ċ)

f’post ta’ produzzjoni fi Stat Membru matul perjodu ta’ sentejn qabel iċ-ċaqliq li matulu:

(i)

l-pjanti jkunu tpoġġew f’sit li jkun kollu kemm hu mħares kontra l-introduzzjoni ta’ l-organiżmu speċifiku jew bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa, u

(ii)

ma kien osservat l-ebda sinjal ta’ l-organiżmu speċifiku fl-ispezzjonijiet uffiċjali li jkunu saru talanqas kull tliet xhur;

jew

(d)

jekk kienu impurtati skond punt 1 (c) ta’ dan l-Anness, mindu ddaħħlu fil-Komunità, ikunu tkabbru f’post ta’ produzzjoni fi Stat Membru matul perjodu ta’ talanqas sena qabel iċ-ċaqliq tagħhom, li matulu:

(i)

il-pjanti jkunu tpoġġew f’sit li jkun kollu kemm hu mħares kontra l-introduzzjoni ta’ l-organiżmu speċifiku jew bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa, u

(ii)

ma kien osservat l-ebda sinjal ta’ l-organiżmu speċifiku fi spezzjonijiet uffiċjali li jkunu saru talanqas kull tliet xhur.


(1)  ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/17/KE (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 23).


ANNESS II

Miżuri ta’ emerġenza li jissemmew fl-Artikolu 6 ta’ din id-Deċiżjoni

1.   Twaqqif ta’ żoni demarkati

(a)

Iż-żoni demarkati li jissemmew fl-Artikolu 6 għandhom jikkonsistu fil-partijiet li ġejjin:

(i)

żona infestata fejn il-preżenza ta’ l-organiżmu speċifiku ġiet ikkonfermata u li tinkludi l-pjanti suxxettibbli kollha li juru sintomi kkawżati mill-organiżmu speċifiku, u, fejn huwa xieraq, il-pjanti suxxettibbli kollha li jagħmlu parti mill-istess lott fiż-żmien tat-tħawwil,

(ii)

żona marġinali ta’ lqugħ li l-konfini tagħħa tkun talanqas 10 km ‘l bogħod minn dik taż-żona infestata.

Fil-każijiet fejn bosta żoni marġinali ta’ lqugħ jidħlu f’xulxin jew li jkunu ġografikament qrib xulxin, żona demarkata iktar wiesgħa għandha tiġi definita li tinkludi ż-żoni demarkati rilevanti u ż-żoni ta’ bejniethom.

(b)

Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni msemmija fil-punt (a) għandha tkun ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi sodi, il-bijoloġija ta’ l-organiżmu speċifiku, il-livell ta’ infestazzjoni, il-perjodu tas-sena u d-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti suxxettibbli fl-Istat Membru kkonċernat.

(ċ)

Jekk tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ l-organiżmu speċifiku ‘l barra miż-żona infestata, id-delimitazzjoni taż-żoni demarkati għandha tinbidel kif jixraq.

(d)

Jekk, skond l-istħarriġiet annwali msemmija fl-Artikolu 5 (1), l-organiżmu speċifiku ma jkunx instab f’żona demarkata għal perjodu ta’ tliet snin, din iż-żona ma għandhiex tibqa’ teżisti u l-miżuri msemmija f’punt 2 ta’ dan l-Anness ma għandhomx jibqgħu meħtieġa.

2.   Miżuri f’żoni demarkati

Il-miżuri uffiċjali li jissemmew fl-Artikolu 6 li għandhom jittieħdu fiż-żoni demarkati għandhom jinkludi talanqas dan li ġej:

(a)

miżuri xierqa li jkollhom l-għan li jeradikaw l-organiżmu speċifiku;

(b)

monitoraġġ intensiv għall-preżenza ta’ l-organiżmu speċifiku minn spezzjonijiet xierqa.


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Mejju 2007

dwar l-esklużjoni ta’ thiodicarb mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2165)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/366/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi t-thiodicarb.

(3)

Għat-thiodicarb, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stipolati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri rapporteur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (European Food Safety Authority - EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għallt-thiodicarb, l-Istat Membru rapporteur kien ir-Renju Unit u kull informazzjoni rilevanti tressqet fid-19 ta’ Jannar 2004.

(4)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni esperta mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha għall-Evalwazzjoni u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2005 fil-format tal-konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni esperta tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva thiodicarb  (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fl-14 ta’ Lulju 2006 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għat-thiodicarb.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. Il-valutazzjoni tar-riskju għall-użu fl-insettiċidi indika riskju djetetiku kbir għat-tfal żgħar li jirriżulta mill-konsum ta’ għeneb għall-ikel ittrattati u għall-adulti mill-konsum ta’ l-inbid. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tar-riskju għall-użu tat-thiodicarb bħala molluskiċida wera lakuni sinifikanti ta’ data, partikolarment fir-rigward ta’ l-esponiment ta’ l-operatur u l-possibbiltà tal-kontaminazzjoni ta’ l-ilma fil-blat, u għalhekk, ma kinitx possibbli li tiġi konkluża fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli li t-thiodicarb jissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jappoġġja aktar is-sustanza. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa’ mhux solvut, u valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat ta’ esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-thiodicarb jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk, it-thiodicarb ma għandhiex tkun inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom it-thiodicarb jiġu rtirati fi żmien perjodu preskritt u ma jiġux imġedda u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn.

(9)

Kull perjodu ta’ klemenza permess mill-Istati Membri għar-rimi, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-thiodicarb, għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir.

(10)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudika ebda azzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu fi stadju aktar tard għal din is-sustanza attiva fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (5).

(11)

Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għat-thiodicarb skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-thiodicarb ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-thiodicarb jiġu irtirati sal-25 ta’ Novembru 2007;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-thiodicarb m’hi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ klemenza mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.

(4)  Rapport Xjentifiku EFSA (2005) 55, 1-76, Konlużjoni dwar il-peer review ta’ l-aissessjar tar-riskju tal-pesticide tat-Thiodicarb.

(5)  ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7) verżjoni kkoreġuta (ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5).


31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Mejju 2007

li tikkonċerna l-kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Italja għall-implimentazzjoni ta’ sistema għall-ġbir u l-analiżi ta’ tagħrif epidemjoloġiku dwar il-bluetongue

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2166)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2007/367/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar spejjeż fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Il-bluetongue hi marda li tittieħed minn organiżmi insetti “Culicoïdes spp”. Din hi marda li tmur lil hinn mill-fruntieri u sforzi nazzjonali individwali mhumiex biżżejjed għal sorveljanza u kontroll effettiv. Jinħtieġ trattament integrat fuq livell Komunitarju biex ikunu analizzati kemm id-distribuzzjoni reġjonali kif ukoll dik globali ta’ l-infezzjoni tal-bluetongue kif ukoll ta’ l-organiżmi kompetenti tal-Culicoides. Għalhekk, il-ġabra u l-iskambju ta’ tagħrif epidemjoloġiku dwar il-bluetongue fl-Istati Membri huma ta’ importanza fondamentali biex jistabbilixxu l-miżuri xierqa għall-kontroll tal-marda f’din il-popolazzjoni u għall-verifika ta’ l-effiċjenza tagħhom.

(2)

L-implimentazzjoni tan-netwerk Komunitarju ta’ sorveljanza tippermetti analiżi tar-riskju effettiva fuq livell Komunitarju u tnaqqis ta’ ċerti spejjeż li jista’ jkollhom sistemi nazzjonali skarsi.

(3)

F’dan il-kuntest, l-użu ta’ Sistemi ta’ Tagħrif Ġeografiku (GIS) jtejbu l-kapaċitajiet ta’ l-analiżi tad-data u jissimplifikaw il-fehim tad-dinamiżmu u t-tixrid tal-marda.

(4)

L-Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell’Abruzzo e del Molise “G. Caporale”, Teramo fl-Italja, li hu Ċentru ta’ Kollaborazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE) għal Taħriġ Veterinarju, Epidemjoloġiku, għas-Sikurezza ta’ l-Ikel u l-Benesseri ta’ l-Annimali jinsab fil-proċess li jistabbilixxi GIS imsejsin fuq l-Internet biex jiġbru, jaħżnu u janalizzaw id-data ta’ sorveljanza tal-bluetongue (BlueTongue NETwork application). Din is-sistema tista’ tintuża mill-Istati Membri u l-pajjiżi terzi l-oħra sabiex jivverifikaw il-validità tagħha bħala għodda ta’ kontroll tal-marda u sabiex jinftehmu aħjar id-dinamiżmu u t-tixrid tal-marda.

(5)

Għandu jingħata kontribut finanzjarju għal dan il-proġett, peress li jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-bluetongue u eventwalment biex jikkontrolla aħjar il-marda.

(6)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (2), għandhom jiġu ffinanzjati miżuri veterinarji skond il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament.

(7)

Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati tabilħaqq twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu t-tagħrif meħtieġ kollu.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità se toffri għajnuna finanzjarja lill-Italja għall-proġett tagħha għat-twaqqif ta’ sistema msejsa fuq l-Internet biex tiġbor, taħżen, u tanalizza d-data ta’ sorveljanza tal-bluetongue (BlueTongue NETwork application) fl-Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell’Abruzzo e del Molise “G. Caporale”, Teramo l-Italja, kif ippreżentat mill-Italja.

2.   Iridu jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Is-sistema għandha titwaqqaf u tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha meta jitolbu dan sal-31 ta’ Mejju 2007 l-aktar tard;

(b)

L-Italja għandha tressaq rapport tekniku u finanzjarju lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2007 l-aktar tard, ir-rapport finanzjarju flimkien ma’ dokumenti anċillari li jiġġustifikaw l-evidenza rigward l-ispejjeż imġarrba u r-riżultati miksuba.

Artikolu 2

1.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija lill-Italja għall-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun b’rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż imġarrba għall-impjegati u x-xiri ta’ tagħmir, li jinkludi l-hardware u s-software u oġġetti tal-konsum mill-Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell’Abruzzo e del Molise “G. Caporale”, Teramo l-Italja għax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 1(1) li ma jaqbiżx il-EUR 100 000.

2.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha titħallas kif ġej:

(a)

70 % permezz ta’ self bil-quddiem fuq talba ta’ l-Italja;

(b)

Il-bilanċ wara l-preżentazzjoni tar-rapporti u d-dokumenti anċillari msemmija fl-Artikolu 1(2)(b).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).


Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/32


DEĊIZJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

tat-23 ta’ Mejju 2007

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/368/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,

Billi, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, jsir tiġdid parzjali tal-membri tat-Tribunal tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kull tliet snin għal mandat ta’ sitt snin. Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Settembru 2007 sal-31 ta’ Awwissu 2013, il-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għad iridu jaħtru imħallef sabiex jikkompletaw il-ħatra tat-tnax-il imħallef li saret fil-25 ta’ April 2007,

IDDEĊIDEW:

Artikolu 1

Is-Sur Santiago SOLDEVILA FRAGOSO hu maħtur imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2007 sal-31 ta’ Awwissu 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Il-President

W. SCHÖNFELDER


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

31.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/33


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/369/PESK

tat-30 ta’ Mejju 2007

dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

(EUPOL AFGANISTAN)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 14 u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Novembru 2005, il-Kunsill qabel dwar id-Dikjarazzjoni Konġunta “Nimpenjaw ruħna għal Sħubija ġdida UE-Afgana” li ddikjarat l-impenn ta' l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Gvern tar-Repubblika Islamika ta' l-Afganistan (il-Gvern ta' l-Afganistan) “għal Afganistan sigur, stabbli, ħieles, prosperu u demokratiku kif stabbilit fil-Kostituzzjoni Afgana adottata fl-4 ta' Jannar 2004 (14 Dalwa 1383). Iż-żewġ partijiet jixtiequ jaraw lill-Afganistan ikollu rwol sħiħ u attiv fil-komunità internazzjonali u jimpenjaw ruħhom sabiex jibnu futur prosperu liberu mit-theddid tat-terroriżmu, l-estremiżmu u l-kriminalità organizzata”.

(2)

Fil-31 ta' Jannar 2006, tnieda l-Patt dwar l-Afganistan (London). Dan il-ftehim afferma l-impenn tal-Gvern ta' l-Afganistan u tal-komunità internazzjonali u stabbilixxa mekkaniżmu effikaċi għall-koordinazzjoni ta' l-isforzi Afgani u dawk internazzjonali matul il-ħames snin li ġejjin fil-ħidma lejn kondizzjonijiet fejn il-poplu Afgan jista' jgħix fil-paċi u s-sigurtà taħt l-istat tad-dritt, b'governanza tajba u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd, u jista' jgawdi żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli.

(3)

Il-Patt dwar l-Afganistan jappoġġa l-Istrateġija interim għall-Iżvilupp Nazzjonali (i-ANDS) tal-Gvern Afgan li tistabbilixxi l-viżjoni u l-prijoritajiet ta' l-investiment tagħhom. L-i-ANDS tirrifletti proċess ta' konsultazzjoni nazzjonali, filwaqt li ssaħħaħ il-livelli ta' referenza fil-Patt dwar l-Afganistan u l-miri stabbiliti fil-Miri ta' Żvilupp tal-Millenju ta' l-Afganistan.

(4)

Fit-13 ta' Ottubru 2006 ġie preżentat ir-rapport tal-Missjoni ta' Valutazzjoni Konġunta ta' l-UE lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), li kien fih analiżi tas-sitwazzjoni ta' l-istat tad-dritt fl-Afganistan kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-triq li trid tittieħed sabiex jissaħħaħ il-kontribut ta' l-UE għas-settur fl-Afganistan u sabiex jagħmel impatt strateġiku. Ir-Rapport tal-Missjoni ta' Valutazzjoni Konġunta rrakkomanda, fost oħrajn, li l-UE tista' tikkunsidra kontribut akbar bħala appoġġ għas-settur tal-pulizija permezz ta' missjoni tal-pulizija, u li tista' tintbagħat lejn l-Afganistan missjoni esplorattiva sabiex tesplora aktar il-fattibbiltà ta' tali missjoni.

(5)

Kienet intbagħtet lejn l-Afganistan missjoni esplorattiva bejn is-27 ta' Novembru u l-14 ta' Diċembru 2006. Abbażi tal-konklużjonijiet tagħha tal-11 ta' Diċembru 2006, fit-12 ta' Frar 2007, il-Kunsill approva l-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżijiet (CMC) għal missjoni tal-pulizija ta' l-UE fl-Afganistan fil-qasam ta' l-ordni pubbliku b'rabtiet mal-qasam usa' ta' l-istat tad-dritt u qabel li l-missjoni tkun tipprovdi valur miżjud. Il-missjoni ser taħdem sabiex tiġi żviluppata forza tal-pulizija Afgana b'appartenenza lokali, li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u topera fil-qafas ta' l-istat tad-dritt. Il-missjoni għandha tibni fuq l-isforzi attwali, u ssegwi approċċ komprensiv u strateġiku, b'mod konformi mas-CMC. B'hekk, il-missjoni għandha tindirizza kwistjonijiet dwar ir-riforma tal-pulizija fil-livelli ċentrali, reġjonali u provinċjali.

(6)

Fit-23 ta' Marzu 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1746 (2007) dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan (UNAMA), li inter alia tilqa' d-deċiżjoni mill-UE li tistabbilixxi missjoni tal-pulizija fil-qasam ta' l-ordni pubbliku b'rabtiet mal-qasam usa' ta' l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra n-narkotiċi, sabiex tassisti u ssaħħaħ l-isforzi attwali fil-qasam tar-riforma tal-pulizija fil-livelli ċentrali u provinċjali, u jistenna bil-ħerqa t-tnedija bikrija tal-missjoni.

(7)

Fit-23 ta' April 2007, il-Kunsill approva l-Kunċett ta' Operazzjonijiet (CONOPS) għal missjoni tal-pulizija ta' l-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN) b'rabtiet mal-qasam usa' ta' l-istat tad-dritt.

(8)

F'ittra ta' stedina tas-16 ta' Mejju 2007 il-Gvern ta' l-Afganistan stieden lill-UE sabiex tniedi missjoni tal-pulizija ta' l-UE lejn l-Afganistan.

(9)

Il-missjoni tal-pulizija ta' l-UE ser tiġi stabbilita fil-kuntest aktar wiesa' ta' l-isforz tal-komunità internazzjonali sabiex tappoġġa l-Gvern ta' l-Afganistan jassumi r-responsabbiltà għat-tisħiħ ta' l-istat tad-dritt, u partikolarment, it-titjib tal-kapaċità tagħha tal-pulizija ċivili u l-infurzar tal-liġi. Ser tiġi żgurata koordinazzjoni mill-qrib bejn il-missjoni tal-pulizija ta' l-UE u atturi internazzjonali oħrajn involuti fl-assistenza dwar is-sigurtà, inkluża l-Forza ta' Assistenza għas-Sigurtà Internazzjonali (ISAF), kif ukoll dawk li jagħtu appoġġ fir-rigward tar-riforma fil-pulizija u fl-istat tad-dritt fl-Afganistan.

(10)

Kif iddikjarat fil-CONOPS, u minħabba l-ħtieġa ta' impenn tanġibbli mill-UE għal riforma tal-pulizija, u r-rabta ma' l-għanijiet tal-Patt dwar l-Afganistan, it-tul ta' żmien minimu previst tal-missjoni għandu jkun ta' 3 snin. Minħabba l-imprevedibbiltà tas-sitwazzjoni u l-ħtieġa li jkun żgurat approċċ flessibbli, u skond il-kriterju ta' valutazzjoni stabbilit fil-CONOPS u fl-OPLAN, id-daqs u l-ambitu tal-Missjoni għandhom ikunu suġġetti għal eżami mill-ġdid ta' kull sitt xhur.

(11)

Il-mandat tal-Missjoni ser jiġi implimentat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Missjoni

1.   L-Unjoni Ewropea b'dan tistabbilixxi Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan (“EUPOL AFGANISTAN” jew il-“Missjoni”) għal perijodu ta' tliet snin, li tinkludi fażi ta' ppjanar li tibda fit-30 ta’ Mejju 2007, u fażi operattiva li tibda mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju 2007.

2.   L-EUPOL AFGANISTAN għandha topera skond l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 4.

Artikolu 2

Fażi ta' Ppjanar

1.   Waqt il-fażi ta' ppjanar tal-Missjoni, il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn grupp ta' ppjanar li jikkonsisti mill-persunal meħtieġ sabiex jirrispondi għall-ħtiġijiet preparattivi tal-Missjoni.

2.   Il-Kap tal-Missjoni, assistit mill-grupp ta' ppjanar għandu jfassal il-Pjan Operattiv (OPLAN) u jiżviluppa l-istrumenti tekniċi kollha meħtieġa sabiex tiġi esegwita l-EUPOL AFGANISTAN.

3.   Għandha ssir stima komprensiva tar-riskju bħala prijorità fil-proċess ta' l-ippjanar u għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ, b'attenzjoni speċifika fuq ir-riskji ta' sigurtà assoċjati ma' l-attivitajiet tal-Missjoni. L-OPLAN għandu jieħu kont ta' stimi tar-riskju aġġornati u għandu jinkludi pjan ta' sigurtà.

4.   Waqt il-fażi ta' ppjanar, il-Kap tal-Missjoni għandu jaħdem mill-qrib mar-Rappreżentant Speċjali ta' l-UE (RSUE) għall-Afganistan, mal-Kummissjoni u l-Istati Membri attwalment involuti fir-riforma tal-pulizija fl-Afganistan.

5.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jaħdem mill-qrib u jikkoordina mal-Gvern ta' l-Afganistan u ma' l-atturi internazzjonali rilevanti, skond il-każ, inklużi n-NATO/ISAF, il-Pajjiżi Mexxejja tal-Grupp ta' Rikostruzzjoni Provinċjali (PRT), in-NU (il-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan (UNAMA)), u l-Istati Terzi attwalment involuti fir-riforma tal-pulizija fl-Afganistan.

6.   Il-Kunsill għandu japprova l-OPLAN.

Artikolu 3

Għanijiet

L-EUPOL AFGANISTAN għandha tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-istabbiliment, taħt appartenenza Afgana, ta' arranġamenti fil-qasam ta' l-ordni pubbliku ċivili li jkunu sostenibbli u effikaċi, li sejrin jiżguraw interazzjoni adegwata mas-sistema aktar wiesgħa tal-ġustizzja kriminali, skond il-pariri politiċi u l-ħidma fl-iżvilupp ta' istituzzjonijiet mill-Komunità, mill-Istati Membri u minn atturi internazzjonali oħrajn. Barra minn hekk il-Missjoni ser tappoġġa l-proċess ta' riforma għal servizz ta' pulizija ta' fiduċja u effiċjenti, li jaħdem b'mod konformi ma' standards internazzjonali, fl-ambitu ta' l-istat tad-dritt u li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem.

Artikolu 4

Kompiti

1.   Sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, l-EUPOL AFGANISTAN għandha:

(a)

taħdem fuq l-iżvilupp strateġiku, filwaqt li tagħmel enfasi fuq il-ħidma lejn strateġija ġenerali konġunta tal-komunità internazzjonali għar-riforma tal-pulizija, b'kont meħud tal-Patt dwar l-Afganistan u l-i-ANDS;

(b)

tappoġġa lill-Gvern ta' l-Afganistan sabiex jimplimenta b'mod koerenti l-istrateġija tagħhom;

(c)

ittejjeb il-koeżjoni u l-koordinazzjoni fost l-atturi internazzjonali; u

(d)

tappoġġa r-rabtiet bejn il-pulizija u l-qasam usa' ta' l-istat tad-dritt.

Dawn il-kompiti ser jiġu żviluppati ulterjorment fl-OPLAN.

2.   L-EUPOL AFGANISTAN għandha tkun Missjoni mhux eżekuttiva. Hija għandha twettaq il-kompiti tagħha permezz ta', fost oħrajn, monitoraġġ, konsulenza, għoti ta' pariri u taħriġ.

3.   L-EUPOL AFGANISTAN għandha, skond il-każ, tikkoordina, tiffaċilita u tagħti pariri dwar proġetti li jkunu implimentati mill-Istati Membri u minn Stati Terzi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, f'oqsma relatati mal-Missjoni u b'appoġġ għall-għanijiet tagħha.

Artikolu 5

Struttura tal-Missjoni

1.   Il-Missjoni ser ikollha l-Kwartieri Ġenerali (KĠ) tagħha f'Kabul u ser tikkonsisti minn:

(i)

il-Kap tal-Missjoni,

(ii)

Konsulenti tal-Persunal Ċentrali, inkluż Uffiċjal Anzjan għas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO),

(iii)

Sezzjoni għat-Taħriġ,

(iv)

Sezzjonijiet ta' Għoti ta' Pariri u Konsulenza,

(v)

Dipartiment ta' l-Amministrazzjoni.

Il-Missjoni ser tinkludi, skond il-każ, element ta' appoġġ fi Brussell.

2.   Il-persunal tal-Missjoni għandu jiġi skjerat fil-livelli ċentrali, reġjonali u provinċjali fid-dawl tal-valutazzjoni tas-sigurtà. Sejrin isiru arranġamenti tekniċi ma' l-ISAF u mal-Pajjiżi Mexxejja tal-Kmand Reġjonali/PRT għall-iskambju ta' informazzjoni, għall-appoġġ mediku, ta' sigurtà u loġistiku inkluża l-akkomodazzjoni mill-Kmandi Reġjonali u l-PRTs.

3.   Barra minn hekk, għadd ta' membri tal-persunal tal-Missjoni sejrin ikunu skjerati sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni strateġika tar-riforma tal-pulizija fl-Afganistan, skond il-każ, u partikolarment mas-Segretarjat tal-Bord Internazzjonali għall-Koordinazzjoni tal-Pulizija f'Kabul.

Artikolu 6

Kap tal-Missjoni

1.   Il-Brigadier Ġeneral Friedrich Eichele huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni ta' l-EUOPOL AFGANISTAN.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kontroll operattiv fuq l-EUPOL AFGANISTAN u għandu jassumi l-amministrazzjoni tagħha ta' kuljum.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-kontroll operattiv lill-Kap tal-Missjoni ta' l-EUPOL AFGANISTAN.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali jew ta' l-UE konċernata.

5.   Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.

6.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jaħdem mill-qrib mar-RSUE.

7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura li l-EUPOL AFGANISTAN jaħdem mill-qrib u jikkoordina mal-Gvern ta' l-Afganistan u ma' l-atturi internazzjonali rilevanti, kif adatt, inklużi n-NATO/ISAF, il-Pajjiżi Mexxejja tal-Grupp ta' Rikostruzzjoni Provinċjali (PRT), in-NU (il-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan (UNAMA)), u l-Istati Terzi attwalment involuti fir-riforma tal-pulizija fl-Afganistan.

8.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni.

Artikolu 7

Persunal

1.   In-numri u l-kompetenzi tal-persunal ta' l-EUPOL AFGANISTAN għandhom ikunu konsistenti ma' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-istruttura tal-Missjoni stabbilita fl-Artikolu 5.

2.   L-EUPOL AFGANISTAN għandha tikkonsisti primarjament minn persunal sekondat mill-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet ta' l-UE.

3.   Kull Stat Membru jew istituzzjoni ta' l-UE għandhom jassumu l-ispejjeż relatati ma' kwalunkwe membru tal-persunal sekondat minnhom, inklużi l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar lejn u mill-post ta' skjerament, is-salarji, il-kopertura medika, u l-allowances, barra l-per diems applikabbli kif ukoll l-allowances għax-xogħol iebes u għar-riskji.

4.   L-EUPOL AFGANISTAN tista' wkoll tirrekluta persunal internazzjonali u persunal lokali fuq bażi kuntrattwali skond kif ikun meħtieġ.

5.   Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità ta' l-Istat mittenti jew ta' l-istituzzjoni ta' l-UE xierqa u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta ir-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill (1).

Artikolu 8

Status tal-persunal ta' l-EUPOL AFGANISTAN

1.   L-istatus tal-persunal ta' l-EUPOL AFGANISTAN fl-Afganistan, inklużi fejn ikun il-każ il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel ta' l-EUPOL AFGANISTAN għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li għandu jiġi konkluż skond l-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli li jassisti lill-Presidenza jista' jinnegozja tali arrangamenti f'isimha.

2.   L-istat jew l-istituzzjoni ta' l-UE li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, minn jew li tikkonċerna l-membru tal-persunal. L-istat jew l-istituzzjoni ta' l-UE in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli sabiex tiġi istitwita kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.

3.   Il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ċivili internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-persunal.

Artikolu 9

Linja ta' Kmand

1.   L-EUPOL AFGANISTAN għandu jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet.

2.   Il-KPS għandu jeżerċita kontroll politiku u direzzjoni strateġika.

3.   Is-SĠ/RGħ għandu jiggwida lill-Kap tal-Missjoni permezz tar-RSUE.

4.   Il-Kap tal-Missjoni ser ijmexxi l-Missjoni u jassumi l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha.

5.   Il-Kap tal-Missjoni ser jirrapporta lis-SĠ/RGħ permezz tar-RSUE.

6.   Ir-RSUE ser jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ.

Artikolu 10

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti b'mod konformi ma' l-Artikolu 25 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħa ta' l-emendament ta' l-OPLAN u l-linja ta' kmand. Għandha tinkludi wkoll is-setgħat li sussegwentement jieħu deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Il-Kunsill, assistit mis-SĠ/RGħ, għandu jiddeċiedi dwar l-għanijiet u t-terminazzjoni tal-Missjoni.

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi rapporti mill-Kap tal-Missjoni f'intervalli regolari. Il-KPS jista' jistieden lill-Kap tal-Missjoni għal-laqgħat tiegħu, skond il-każ.

Artikolu 11

Sigurtà

1.   Il-Kap tal-Missjoni huwa responsabbli mis-sigurtà ta' l-EUPOL AFGANISTAN u għandu jeżerċita din ir-responsabbiltà b'mod konformi mal-politika ta' l-UE dwar is-sigurtà tal-persunal ta' l-UE skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat u d-dokumenti tas-sostenn tiegħu.

2.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Anzjan għas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li ser jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u li jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib ma' l-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Kunsill.

3.   Il-Kap tal-Missjoni ser jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà Distrettwali fil-postijiet provinċjali u reġjonali tal-Missjoni, li, taħt l-awtorità ta' l-SMSO, sejrin ikunu responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-aspetti kollha ta' sigurtà ta' l-elementi rispettivi tal-Missjoni.

4.   Ser jiġi provdut taħriġ adegwat ta' sigurtà, skond l-OPLAN, għall-persunal kollu tal-Missjoni. Għandu jingħatalu taħriġ regolari ta' aġġornament fuq il-post, organizzat mill-SMSO.

Artikolu 12

Parteċipazzjoni ta' Stati Terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali ta' l-Unjoni Ewropea u għall-qafas istituzzjonali uniku tagħha, l-istati kandidati u Stati Terzi oħrajn jistgħu jiġu mistiedna sabiex jikkontribwixxu għall-EUPOL AFGANISTAN fuq il-bażi li huma jsostnu l-ispejjeż sabiex jibagħtu lill-esperti tal-pulizija u/jew il-persunal ċivili sekondat minnhom, inkluż is-salarji, l-allowances, il-kopertura medika, l-assigurazzjoni għal riskju għoli u l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar lejn u mill-Afganistan, u jikkontribwixxu għall-ispejjeż tat-tmexxija ta' l-EUPOL AFGANISTAN skond il-każ.

2.   Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti.

3.   L-Istati Terzi li jagħmlu kontributi lill-EUPOL AFGANISTAN għandhom ikollhom l-istess drittijiet u obbligi f'termini ta' l-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-operazzjoni bħal Stati Membri li jieħdu sehem fl-operazzjoni.

4.   Il-KPS għandhu jieħu azzjoni xierqa fir-rigward ta' arranġamenti ta' parteċipazzjoni u għandu, jekk meħtieġ, jissottometti proposta lill-Kunsill, inkluż dwar il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni finanzjarja jew kontributi mhux finanzjarji minn Stati Terzi.

5.   L-arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta' Stati Terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim skond l-Artikolu 24 tat-Trattat u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Is-SĠ/RGħ li jassisti lill-Presidenza jista' jinnegozja tali arranġamenti f'isimha. Fejn l-UE u Stat Terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta' dan l-Istat Terz fl-operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet ta' l-UE, id-dispożizzjonijiet ta' tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta' din l-operazzjoni.

Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza intiż sabiex ikopri l-infiq marbut ma' l-EUPOL AFGANISTAN sad-29 ta' Marzu 2008 għandu jkun ta' EUR 43 600 000.

2.   L-ammont finanzjarju ta' referenza għas-snin 2008, 2009 u 2010 għall-EUPOL AFGANISTAN għandu jkun deċiż mill-Kunsill.

3.   L-infiq kollu għandu jkun amministrat skond ir-regoli u l-proċeduri Komunitarji applikabbli għall-baġit ġenerali ta' l-UE, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m'għandux jibqa' l-proprjetà tal-Komunità.

4.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b'mod sħiħ lill-Kummissjoni, u jkun sorveljat minnha, dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

5.   Iċ-ċittadini ta' stati terzi għandhom jitħallew iressqu offerti għal kuntratti. Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista' jikkonkludi arranġamenti tekniċi mal-pajjiżi mexxejja tal-Kmand Reġjonali/PRT u ma' l-atturi internazzjonali skjerati fl-Afganistan rigward il-forniment ta' tagħmir, servizzi u uffiċċji lill-Missjoni, speċjalment fejn ikun meħtieġ minħabba kondizzjonijiet ta' sigurtà.

6.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet operattivi ta' l-EUPOL AFGANISTAN inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-gruppi tagħha, u għandhom jieħdu kont ta' l-iskjerament tal-persunal fil-Kmandi Reġjonali u l-PRTs.

7.   L-infiq għandu jkun eliġibbli mid-data ta' l-adozzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 14

Koordinazzjoni ma' l-azzjonijiet Komunitarji

1.   Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, kull wieħed skond is-setgħat rispettivi tiegħu, konsistenza bejn l-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u l-attivitajiet esterni tal-Komunità skond l-Artikolu 3 tat-Trattat. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw għal dan il-għan.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti meħtieġa ta' koordinazzjoni fiż-żona tal-Missjoni, skond il-każ, kif ukoll fi Brussell.

Artikolu 15

Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata

1.   Is-SĠ/RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-NATO/ISAF informazzjoni u dokumenti ta' l-UE klassifikati ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, b'mod konformi mar-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali sabiex dan jiġi faċilitat.

2.   Is-SĠ/RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati Terzi assoċjati ma' din l-Azzjoni Konġunta, skond il-każ u skond il-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati ta' l-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE” ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, b'mod konformi mar-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill.

3.   Is-SĠ/RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti/UNAMA, skond il-każ u skond il-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati ta' l-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, b'mod konformi mar-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan il-għan.

4.   Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, is-SĠ/RGħ għandu wkoll ikun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istat ospitanti informazzjoni u dokumenti klassifikati ta' l-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, b'mod konformi mar-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-Istat ospitanti b'mod konformi mal-proċeduri adatti għal-livell ta' koperazzjoni ta' l-Istat ospitanti ma' l-UE.

5.   Is-SĠ/RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lil Stati Terzi assoċjati ma' din l-Azzjoni Konġunta, dokumenti mhux klassifikati ta' l-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-Missjoni koperta mill-obbligu ta' segretezza professjonali skond l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (2).

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u t-tul ta' żmien

1.   Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

2.   Għandha tiskadi fit-30 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 17

Reviżjoni

1.   Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta kull sitt xhur sabiex jiġu aġġustati kif meħtieġ id-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Missjoni.

2.   Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza tagħha, sabiex jiġi determinat jekk il-Missjoni għandhiex titkompla.

Artikolu 18

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

U. VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/952/KE (ĠU L 346, 29.12.2005, p. 18).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta' Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47). Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2007/4/KE, Euratom (ĠU L 1, 4.1.2007, p. 9).