ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
16 ta' Mejju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 534/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Mejju 2007

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' l-intervent ta' l-Istati Membri

26

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE tal-15 ta’ Mejju 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għal etoxazole, indoxacarb, mesosulfuron, 1-methylcyclopropene, MCPA u MCPB, tolylfluanid and triticonazole ( 1 )

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/335/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2007 Dwar l-iskema ta’ għajnuna C 18/2006 (ex N 524/2005) li l-Italja kienet qed tippjana li timplimenta għal intrapriżi ta’ daqs żgħir jew medju (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1175)  ( 1 )

43

 

 

2007/336/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2007 dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2007 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1930)

45

 

 

2007/337/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2007 li tapprova s-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2036)

49

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/338/PESK ta' l-14 ta’ Mejju 2007 li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 534/2007

tal-15 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,9

TN

81,0

TR

102,4

ZZ

75,1

0707 00 05

JO

171,8

MK

35,1

TR

124,8

ZZ

110,6

0709 90 70

TR

110,7

ZZ

110,7

0805 10 20

EG

43,3

IL

65,0

MA

44,8

ZZ

51,0

0805 50 10

AR

51,4

ZZ

51,4

0808 10 80

AR

108,9

BR

75,1

CL

85,1

CN

94,5

NZ

119,2

US

126,5

UY

64,3

ZA

86,7

ZZ

95,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 535/2007

tal-15 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Mejju 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Mejju 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Mejju 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2007

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

9,15

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

9,15

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.5.-14.5.2007

1.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minneapolis

Chicago

Kwotazzjoni

156,40

108,73

Prezz FOB USA

177,62

167,62

147,62

132,40

Tariffa fuq il-Golf

8,07

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

12,35

2.

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

36,07  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

35,88  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 536/2007

tal-15 ta’ Mejju 2007

li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim konkluż f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta' l-1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3) jipprevedi l-integrazzjoni ta' kwota tariffarja speċifika allokata għall-Istati Uniti għall-importazzjoni ta' 16 665 tunnellata tjur.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (5) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2006 tas-16 ta' Awissu 2006 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja ta' importazzjoni għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (6) għandu jiġi emendat sostanzjalment. Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 għandu għalhekk jitħassar u jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid.

(4)

Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, jeħtieġ li jinqasam il-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva f'bosta subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu amministrati skond liċenzji ta' l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti l-arranġamenti għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u d-dettalji għandhom jintwerew fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja u fuq il-liċenzji stess.

(6)

Fid-dawl tar-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta' l-operaturi għall-arranġamenti tal-kwota tariffarja.

(7)

Bil-għan li tiġi garantita amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni jiġi stabbilit għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(8)

Fl-interess ta' l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni, li se jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota suċċessiv skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(9)

L-aċċess għall-kwota tariffarja għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (7).

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwota tariffarja fl-Anness I hija miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM fl-Anness I.

Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva.

2.   Il-kwantitajiet tal-prodotti koperti mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli kif ukoll in-numru ta' l-ordni, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali tinqasam f'erba' subperjodi kif ġej:

(a)

25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

(b)

25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru,

(c)

25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

(d)

25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.

Artikolu 4

1.   Għal finijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta' l-importazzjoni, waqt li jressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzja jistgħu jsiru għal bosta prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM differenti u li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 16 u 15, rispettivament, ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji stess.

L-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom isiru għal minimu ta' 10 tunnellati u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli matul is-subperjodu kkonċernat.

3.   Il-liċenzji jobbligaw importazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

L-applikazzjoni għal liċenzji u l-liċenzji stess għandu jkun fihom:

(a)

fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini;

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti A.

Fil-kaxxa 24, il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.

Artikolu 5

1.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.

2.   Garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma għandha tkun depożitata flimkien ma' l-applikazzjoni għal liċenzja.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' tmiem il-perjodu tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba, espressi f'kilogrammi.

4.   Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum ta' xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta' xogħol wara dak ta' tmiem il-perjodu ta' notifika previst mill-paragrafu 3.

5.   Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.

Artikolu 6

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel tmiem l-ewwel xahar tas-subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, espressi f'kilogrammi.

3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb'oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' l-importazzjoni huma validi għal mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment ta' drittijiet li ġejjin mil-liċenzji huwa limitat għat-trasferiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

L-aċċess għall-kwota tariffarja huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-oriġini tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji fis-seħħ.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 huwa rrevokat.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(6)  ĠU L 225, 17.8.2006, p. 5.

(7)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS I

Numru ta' l-ordni

Kodiċijiet NM

Rata applikabbli tad-dazju

Kwantità totali tal-piż tal-prodott (f'tunnellati) mill-1 ta' Lulju 2006

09.4169

0207 11 10

131 EUR/t

16 665

0207 11 30

149 EUR/t

0207 11 90

162 EUR/t

0207 12 10

149 EUR/t

0207 12 90

162 EUR/t

0207 13 10

512 EUR/t

0207 13 20

179 EUR/t

0207 13 30

134 EUR/t

0207 13 40

93 EUR/t

0207 13 50

301 EUR/t

0207 13 60

231 EUR/t

0207 13 70

504 EUR/t

0207 14 10

795 EUR/t

0207 14 20

179 EUR/t

0207 14 30

134 EUR/t

0207 14 40

93 EUR/t

0207 14 50

0 %

0207 14 60

231 EUR/t

0207 14 70

0 %

0207 24 10

170 EUR/t

0207 24 90

186 EUR/t

0207 25 10

170 EUR/t

0207 25 90

186 EUR/t

0207 26 10

425 EUR/t

0207 26 20

205 EUR/t

0207 26 30

134 EUR/t

0207 26 40

93 EUR/t

0207 26 50

339 EUR/t

0207 26 60

127 EUR/t

0207 26 70

230 EUR/t

0207 26 80

415 EUR/t

0207 27 10

0 %

0207 27 20

0 %

0207 27 30

134 EUR/t

0207 27 40

93 EUR/t

0207 27 50

339 EUR/t

0207 27 60

127 EUR/t

0207 27 70

230 EUR/t

0207 27 80

0 %


ANNESS II

A.

Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 536/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 536/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 536/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 536/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 536/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 536/2007.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 536/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 536/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 536/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 536/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 536/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 536/2007.

bl-Ungeriż

:

536/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 536/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 536/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 536/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 536/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 536/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 536/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 536/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 536/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 536/2007.

B.

Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu:

bil-Bulgaru

:

намаляване на Oбщата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 536/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 536/2007.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 536/2007.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 536/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 536/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 536/2007.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 536/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of the common customs tariff pursuant to Regulation (EC) No 536/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 536/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 536/2007.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 536/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 536/2007.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 536/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 536/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 536/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 536/2007.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 536/2007.

bir-Rumen

:

reducerea Tarifului Vamal Comun astfel cum este prevăzut în Regulamentul (CE) nr. 536/2007.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 536/2007.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 536/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 536/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 536/2007.


ANNESS III

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1232/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1)(c)

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(1)(d)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1)(e)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1)(f)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(7)

Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(9)

Artikolu 5(10)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu

Artikolu 9

Artikolu 10

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II, parti A

Anness III

Anness II, parti B

Anness IV

Anness V

Anness VI


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 537/2007

tal-15 ta’ Mejju 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni għall-prodott tal-fermentazzjoni mill-Aspergillus oryzae NRRL 458 (Amaferm), bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittiv żootekniku”.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2006 li l-prodott tal-fermentazzjoni mill-Aspergillus oryzae NRRL 458(Amaferm) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (2). Ikkonkludiet ukoll li l-prodott mill-fermentazzjoni ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. L-Amaferm wera li jipproduċi effetti pożittivi fuq il-produzzjoni ta’ ħalib fil-baqar tal-ħalib. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adatti għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf, imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. L-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  Opinion of the Scientific Panel on Additives and Products or Substances used in Animal Feed on the safety and efficacy of the product “Amaferm” authorised as a feed additive for dairy cows and cattle for fattening in accordance with Regulation (EC) No 1831/2003. Adopted on 18 March 2006. The EFSA Journal (2006) 337, p. 1-17.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’

4a2

Nutrizzjoni Trouw BV

Prodott tal-fermentazzjoni ta’ Aspergillus oryzae

NRRL 458

(Amaferm)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Prodott tal-fermentazzjoni ta’ Aspergillus oryzae NRRL 458: 4-5 %

Nuħħala tal-qamħ: 94-95 %

Dqiq tal-ħafur mitħun oħxon mingħajr tbajja’ li fih 5 % cobalt carbonate 1 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva :

Prodott tal-fermentazzjoni ta’ Aspergillus oryzae (NRRL 458) li fih:

Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4: 3 IU (1)/g;

Alpha-amylase EC 3.2.1.1: 40 IU (2)/g.

 

Metodu analitiku:

Alpha amylase AOAC 17th Ed. 2002.01

Endo-1,4-beta-glucanase (ibbażat fuq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-proteina li jifdal miċ-ċentrifugazzjoni u s-cellulase tal-fungus anaerobiku (Neocallimastix frontalis EB 188) (Barichievich, EB, Calza RE (1990)).

Baqar għall-ħalib

85

300

1.

Doża rakkomandata: il-kwantità ta’ l-addittiv fir-razzjon ta’ kuljum għandha tkun ta’ 3-5 g/baqra/kuljum

2.

Għas-sigurtà ta’ l-utent: għandha tintuża l-protezzjoni respiratorja matul l-użu u nuċċali protettiv għandu jintlibes

5 ta’ Ġunju 2017


(1)  1 IU jirreferi għas-cellulase li jillibera 1 micromole ta’ glukożju fil-minuta mill-carboxymethylcellulose f’pH 6,5 u temperatura ta’ 39 °C.

(2)  1 IU jirreferi għall-amylase li jillibera 1 micromole ta’ glukożju fil-minuta mil-lamtu tal-patata f’pH 6,5 u temperatura ta’ 39 °C.


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 538/2007

tal-15 ta’ Mejju 2007

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri sabiex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni hija dwar awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital), bħala addittiv ta’ l-għalf għal ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna, sabiex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) ġiet awtorizzata għal ħnienes u ħnieżer għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003 (2) li proviżorjament jawtorizza l-użu ta’ ċertu mikro organiżmi fl-għalf tal-bhejjem, għal ħnieżer bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2003 (3) li proviżorjament jawtorizza ċerti mikro organiżmi fl-għalf (Enterococcus faecium u Lactobacillus acidophilus), għal tiġieġ għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 (4) li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf.

(5)

Intbagħat tagħrif ġdid bħala appoġġ għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Jannar 2007 li l-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) m'għandhiex effett avvers fuq is-saħħa ta’ l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (5). Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni hija effikaċi fit-titjib ta’ parametri tar-rendiment skond id-dożi rrakommandati mill-Awtorità fi ħnienes u ħnieżer għas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ addittivi ta’ l-għalf fl-għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 11.

(4)  ĠU L 84, 2.4.2005, p. 3.

(5)  Opinion of the Scientific Panel on Additives and Products or Substances used in Animal Feed on the safety and efficacy of the product “Bonvital”, a preparation of Enterococcus faecium as a feed additive for piglets and pigs for fattening. Adottata fit-23 ta’ Jannar 2007. Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007)440, p. 1-9.


ANNESS

Numru ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-addittiv

L-isem tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija ta' l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU /kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

4b1841

Lactosan Starterkulturen GmbH & Co KG

Enterococcus faecium DSM 7134

(Bonvital)

 

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134

li fiha minimu ta':

 

Trab: 1 × 1010 CFU/g ta' l-addittiv

 

Bċejjeċ żgħar (mikroenkapsulata): 1×1010 CFU/g ta' l-addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Enterococcus faecium DSM 7134

 

Metodu analitiku (1)

Metodu ta’ enumerazzjoni bi pjanċi għad-diffużjoni bl-użu ta’ bili esculin azide agar u pulsed field gel electrophoresis (PFGE)

Ħnienes

(miftuma)

0,5 × 109

4 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu fil-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting.

2.

Dożi rakkomandati għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tagħhom: 1 × 109 CFU

ħnieżer għas-simna: 0.5 × 109 CFU

5 ta’ Ġunju 2017

ħnieżer għas-simna

0,2 × 109

1 × 109


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 539/2007

tal-15 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara l-kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [fl-albumina tal-bajd] u l-lactalbumin [l-albumina tal-ħalib] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità ntrabtet sabiex fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tistabbilixxi kwoti tariffarji għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-kwoti.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli amministrati minn sistema ta' ċertifikati għall-importazzjoni (4), għandhom japplikaw, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi fis-settur tal-bajd u għall-abjad tal-bajd [għall-albumina] (5), jeħtieġ li jiġi emendat sostanzjalment. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 593/2004 jiġi mħassar u sostitwit b'Regolament ġdid.

(4)

Sabiex tkun assigurata r-regolarità fl-importazzjoni, jeħtieġ li l-perjodu tariffarju mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena segwenti, jinqasam f'għadd ta' subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(5)

Jeħtieġ li tiġi assigurata l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji permezz taċ-ċertifikati għall-importazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati għat-tressiq tat-talbiet u l-elementi li jridu jidhru fuq it-talbiet u fuq il-liċenzji.

(6)

Ir-riskju ta' spekulazzjoni inerenti għas-sistema kkonċernata fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd, iwassal għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess ta' l-operaturi għas-sistema tal-kwota tariffarja.

(7)

Biex tiġi assigurata l-amministrazzjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li s-somma tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni tiġi stabbilita għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

(8)

Huwa fl-interess ta' l-operaturi li jiġi adottat provvediment li jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-kwantitajiet mhux mitluba li jkunu ser jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, skond l-Artikolu 7(4), it-tieni inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

(9)

Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness I huma miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u ta' l-albumini li jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċijiet NM misjuba fl-Anness I.

Il-kwoti tariffarji jinfetħu kull sena għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

2.   Il-kwantità tal-prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, id-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra.

Artikolu 3

1.   Għan-numru tal-grupp E1, il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali, hija diviża f'erba' subperjodi, kif ġej:

a)

20 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru;

b)

30 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru;

c)

30 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu;

d)

20 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.

2.   Għall-gruppi E2 u E3, il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali, hija maqsuma f'erba' subperjodi, kif ġej:

(a)

25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru;

(b)

25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru;

(c)

25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu;

(d)

25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-konverżjoni tal-piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra għandha ssir skond ir-rati tariffarji tad-dħul stabbiliti fl-Anness 69 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 (6).

Artikolu 4

1.   Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant tal-liċenzja għall-importazzjoni, għandu jressaq, flimkien ma' l-ewwel talba tiegħu għall-perjodu tal-kwota partikolari, prova li importa jew esporta, matul kull wieħed mill-perjodi stabbiliti bl-imsemmi Artikolu 5, mill-inqas 50 tunnellata tal-prodotti (ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra) li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jew tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 jew li skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 (7), huma meqjusa għall-finijiet tat-trattament tal-prodotti tal-bajd.

2.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha ssemmi biss numru wieħed tas-serje minn dawk definiti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Tista' tkopri għadd ta' prodotti li jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex numru 16 u 15 rispettivament tat-talba għal-liċenzja u tal-liċenzja. Fil-każ tal-gruppi E2 u E3, il-kwantità totali tiġi konvertita fl-ekwivalenti ta' bajd fil-qoxra.

It-talba għal-liċenzja għandha tkopri minimu ta' tunnellata u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu partikolari.

3.   It-talba għal-liċenzja u l-liċenzji għandu jkun fihom it-tagħrif segwenti:

(a)

fil-kaxxa 8, l-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini.

(b)

fil-kaxxa 20, waħda mir-referenzi msemmija fl-Anness II, Parti A.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzja, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

1.   It-talba għal-liċenzja tista' tiġi introdotta biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jippreċedi kull subperjodu stipulat fl-Artikolu 3.

2.   Mat-tressiq ta' l-applikazzjoni għal liċenzja għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma.

3.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista' jressaq għadd ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tas-serje, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. It-talbiet separati għal kull pajjiż ta' l-oriġini għandhom isiru fl-istess waqt lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. Għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda f'dak li jirrigwarda l-massimu stipulat fl-Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu ta' dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' l-għeluq tal-perjodu għat-tressiq tat-talbiet, dwar il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, f'kilogrammi (piż ekwivalenti f'bajd fil-qoxra).

5.   Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum tax-xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum tax-xogħol wara l-għeluq tal-perjodu għan-notifika stabbilit fil-paragrafu 4.

6.   Il-Kummissjoni tiddetermina, jekk ikun meħtieġ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru l-applikazzjonijiet, li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu sussegwenti tal-kwota.

Artikolu 6

1.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom, qabel jintemm l-ewwel xahar ta' kull subperjodu tal-kwota, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi (f'piż ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra) li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) ta' l-imsemmi Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tar-raba' xahar wara kull perjodu tal-kwota annwali, dwar il-kwantitajiet effettivament kkumerċjalizzati skond dan ir-Regolament, matul il-perjodu kkonċernat għal kull numru tas-serje, skond il-kodiċi NM u skond l-oriġini, espressi f'kilogrammi (piż ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra).

3.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni il-kwantitajiet, espressi f'kilogrammi (piż ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra), koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment għall-ewwel darba fl-istess waqt ta' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darba oħra qabel l-iskadenza tar-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta' l-importazzjoni hija ta' 50 jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mnissla mil-liċenzji huwa limitat għaċ-ċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-eliġibiltà definiti bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2004 huwa abrogat.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49).

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(5)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1722/2006 (ĠU L 322, 22.11.2006, p. 3).

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(7)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, verżjoni emendata ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.


ANNESS I

(f'tunnellati)

In-numru tal-grupp

In-numru tas-serje

Kodiċi NM

Id-dritt tat-tariffa doganali applikabbli f'euro għal kull tunnellata ta' piż tal-prodott

Kwoti tariffarji annwali

E1

09.4015

0407 00 30

152

135 000

E2

09.4401

0408 11 80

711

7 000  (1)

0408 19 81

310

0408 19 89

331

0408 91 80

687

0408 99 80

176

E3

09.4402

3502 11 90

617

15 500  (1)

3502 19 90

83


(1)  L-ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra. Il-konverżjoni skond ir-rati fissi tad-dħul, stipulati fl-Anness 69 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS II

A.

Ir-referenzi misjuba fl-Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż, punt b):

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 539/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 539/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 539/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 539/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 539/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 539/2007.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 539/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 539/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 539/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 539/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 539/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 539/2007.

bl-Ungeriż

:

539/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 539/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 539/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 539/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 539/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 539/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 539/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 539/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 539/2007.

B.

Referenzi misjuba fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż:

bil-Bulgaru

:

намаляване на Общата митническа тарифа съгласно предвиденото в Регламент (ЕО) № 539/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del arancel aduanero común prevista en el Reglamento (CE) no 539/2007.

biċ-Ċek

:

snížení společné celní sazby tak, jak je stanoveno v nařízení (ES) č. 539/2007.

bid-Daniż

:

toldnedsættelse som fastsat i forordning (EF) nr. 539/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 539/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära alandamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 539/2007.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 539/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of the Common Customs Tariff pursuant to Regulation (EC) No 539/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) no 539/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio della tariffa doganale comune a norma del regolamento (CE) n. 539/2007.

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 539/2007 paredzētais vienotā muitas tarifa samazinājums.

bil-Litwan

:

bendrojo muito tarifo muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 539/2007.

bl-Ungeriż

:

a közös vámtarifában szereplő vámtétel csökkentése a 539/2007/EK rendelet szerint.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-tariffa doganali komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 539/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het gemeenschappelijke douanetarief overeenkomstig Verordening (EG) nr. 539/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 539/2007.

bil-Portugiż

:

redução da Pauta Aduaneira Comum como previsto no Regulamento (CE) n.o 539/2007.

bir-Rumen

:

reducerea Tarifului Vamal Comun astfel cum este prevăzut în Regulamentul (CE) nr. 539/2007.

bis-Slovakk

:

Zníženie spoločnej colnej sadzby, ako sa ustanovuje v nariadení (ES) č. 539/2007.

bis-Sloven

:

znižanje skupne carinske tarife v skladu z Uredbo (ES) št. 539/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 539/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

nedsättning av den gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr. 539/2007.


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1) (a)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(1) (c)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1)(d)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(1)(e))

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)

l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(7)

Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 6, it-tieni subparagrafu

Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 7, it-tieni subparagrafu

Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu

Artikolu 2

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI

Anness III


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 540/2007

tal-15 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' l-intervent ta' l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2006 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-qamħirrum fil-Komunità u ta' l-iżvilupp tat-talba għaċ-ċereali osservata fir-reġjuni differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, tirriżulta l-ħtieġa li, f'ċerti Stati Membri, isiru disponibbli kwantitajiet ġodda ta' ċereali miżmuma għall-intervent. Għaldaqstant jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri jiġu awtorizzati jżidu l-kwantitajiet involuti fis-sejħiet għall-offerti kompetittivi; fil-każ tal-qamħirrum, b'500 000 tunnellata fl-Ungerija.

(3)

Huwa f'loku li r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1483/2006 għandu jinbidel bit-test anness hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 276, 7.10.2006, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 385/2007 (ĠU L 96, 11.4.2007, p. 9).


ANNESS

“ANNESS I

LISTA TAS-SEJĦIET

Stat Membru

Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern (tunnellati)

Organizzazzjoni ta' intervent

Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Segala

Belgique/België

51 859

6 340

Bureau d'intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Bruxelles

Telefown: (32-2) 287 24 78

Feks: (32-2) 287 25 24

Posta elettronika: webmaster@birb.be

Websajt: www.birb.be

БЪЛГАРИЯ

State Fund Agriculture

136, Tzar Boris III Blvd.

1618, Sofia, Bulgaria

Tel.: (+359 2) 81 87 202

Feks: (+359 2) 81 87 267

Posta elettronika: dfz@dfz.bg

Websajt: www.mzgar.government.bg

Česká republika

0

0

0

Statní zemědělsky intervenční fond

Odbor rostlinných komodit

Ve Smečkách 33

CZ-110 00, Praha 1

Telefown: (420) 222 871 667 – 222 871 403

Feks: (420) 296 806 404

Posta elettronika: dagmar.hejrovska@szif.cz

Websajt: www.szif.cz

Danmark

174 021

28 830

Direktoratet for FødevareErhverv

Nyropsgade 30

DK-1780 København

Telefown: (45) 33 95 88 07

Feks: (45) 33 95 80 34

Posta elettronika: mij@dffe.dk and pah@dffe.dk

Websajt: www.dffe.dk

Deutschland

1 948 269

767 343

432 715

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Telefown: (49-228) 6845-3704

Feks 1: (49-228) 6845-3985

Feks 2: (49-228) 6845-3276

Posta elettronika: pflanzlErzeugnisse@ble.de

Websajt: www.ble.de

Eesti

0

0

Pŏllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva mnt. 3, 51009 Tartu

Telefown: (372) 7371 200

Feks: (372) 7371 201

Posta elettronika: pria@pria.ee

Websajt: www.pria.ee

Eire/Ireland

0

Intervention Operations, OFI, Subsidies & Storage Division,

Department of Agriculture & Food

Johnstown Castle Estate, County Wexford

Telefown: 353 53 91 63400

Feks: 353 53 91 42843

Websajt: www.agriculture.gov.ie

Elláda

Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community Aids (O.P.E.K.E.P.E)

241, Archarnon str., GR-104 46 Athens

Telefown: (30-210) 212.4787 & 4754

Feks: (30-210) 212.4791

Posta elettronika: ax17u073@minagric.gr

Websajt: www.opekepe.gr

España

S. Gral. Intervención de Mercados (FEGA)

C/Almagro 33 — 28010 Madrid — España

Telefown: (34-91) 3474765

Feks: (34-91) 3474838

Posta elettronika: sgintervencion@fega.mapa.es

Websajt: www.fega.es

France

28 724

318 778

Office national interprofessionnel des grandes cultures (ONIGC)

21, avenue Bosquet

F-75326 Paris Cedex 07

Telefown: (33-1) 44 18 22 29 et 23 37

Feks: (33-1) 44 18 20 08 — (33 1) 44 18 20 80

Posta elettronika: f.abeasis@onigc.fr

Websajt: www.onigc.fr

Italia

Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura — AGEA

Via Torino, 45, 00184 Roma

Telefown: (39) 0649499755

Feks: (39) 0649499761

Posta elettronika: d.spampinato@agea.gov.it

Websajt: www.enterisi.it

Kypros/Kibris

 

Latvija

27 020

0

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2,

Rīga, LV – 1981

Telefown: (371) 702 7893

Feks: (371) 702 7892

Posta elettronika: lad@lad.gov.lv

Websajt: www.lad.gov.lv

Lietuva

0

35 492

The Lithuanian Agricultural and Food Products Market regulation Agency

L. Stuokos-Guceviciaus Str. 9–12,

Vilnius, Lithuania

Telefown: (370-5) 268 5049

Feks: (370-5) 268 5061

Posta elettronika: info@litfood.lt

Websajt: www.litfood.lt

Luxembourg

Office des licences

21, rue Philippe II,

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Telefown: (352) 478 23 70

Feks: (352) 46 61 38

télex: 2 537 AGRIM LU

Magyarország

450 000

19 011

2 400 000

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Soroksári út. 22–24

H-1095 Budapest

Telefown: (36) 1 219 45 76

Feks: (36) 1 219 89 05

Posta elettronika: ertekesites@mvh.gov.hu

Websajt: www.mvh.gov.hu

Malta

 

Nederland

Dienst Regelingen Roermond

Postbus 965, NL-6040 AZ Roermond

Telefown: (31) 475 355 486

Feks: (31) 475 318 939

Posta elettronika: p.a.c.m.van.de.lindeloof@minlnv.nl

Websajt: www9.minlnv.nl

Österreich

0

22 461

0

AMA (Agrarmarkt Austria)

Dresdnerstraße 70

A-1200 Wien

Telefown:

(43-1) 33151 258

(43-1) 33151 328

Feks:

(43-1) 33151 4624

(43-1) 33151 4469

Posta elettronika: referat10@ama.gv.at

Websajt: www.ama.at/intervention

Polska

44 440

41 927

0

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Produktów Roślinnych

Nowy Świat 6/12

PL-00-400 Warszawa

Telefown: (48) 22 661 78 10

Feks: (48) 22 661 78 26

Posta elettronika: cereals-intervention@arr.gov.pl

Websajt: www.arr.gov.pl

Portugal

Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola (INGA)

R. Castilho, n.o 45-51,

1269-163 Lisboa

Telefown:

(351) 21 751 85 00

(351) 21 384 60 00

Feks: (351) 21 384 61 70

Posta elettronika:

inga@inga.min-agricultura.pt

edalberto.santana@inga.min-agricultura.pt

Websajt: www.inga.min-agricultura.pt

România

Agenția de Plați și Intervenție pentru Agricultura

B-dul Carol I, nr. 17, sector 2

București 030161

România

tel. +40 21 3054802 + 40 21 3054842

Fax +40 21 3054803

Websajt: www.apia.org.ro

Slovenija

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160, 1000 Ljubjana

Telefown: (386) 1 580 76 52

Feks: (386) 1 478 92 00

Posta elettronika: aktrp@gov.si

Websajt: www.arsktrp.gov.si

Slovensko

0

0

227 699

Pôdohospodárska platobná agentúra

Oddelenie obilnín a škrobu

Dobrovičova 12

SK-815 26 Bratislava

Telefown: (421-2) 58 243 271

Feks: (421-2) 53 412 665

Posta elettronika: jvargova@apa.sk

Websajt: www.apa.sk

Suomi/Finland

30 000

95 332

Maa- ja metsätalousministeriö (MMM)

Interventioyksikkö – Intervention Unit

Malminkatu 16, Helsinki

PL 30

FIN-00023 Valtioneuvosto

Telefown: (358-9) 16001

Feks:

(358-9) 1605 2772

(358-9) 1605 2778

Posta elettronika: intervention.unit@mmm.fi

Websajt: www.mmm.fi

Sverige

172 272

58 004

Statens Jordbruksverk

SE-55182 Jönköping

Telefown: (46) 36 15 50 00

Feks: (46) 36 19 05 46

Posta elettronika: jordbruksverket@sjv.se

Websajt: www.sjv.se

United Kingdom

24 825

Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle upon Tyne

NE4 7YH

Telefown: (44) 191 226 5882

Feks: (44) 191 226 5824

Posta elettronika: cerealsintervention@rpa.gsi.gov.uk

Websajt: www.rpa.gov.uk

Is-simbolu ‘—’ jfisser: l-ebda stokk ta' intervent għal dan iċ-ċereali f'dan l-Istat Membru.”


DIRETTIVI

16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/31


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/27/KE

tal-15 ta’ Mejju 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għal etoxazole, indoxacarb, mesosulfuron, 1-methylcyclopropene, MCPA u MCPB, tolylfluanid and triticonazole

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi f’oġġetti ta’ l-ikel u fuqhom li ġejjin mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi eżistenti li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: l-MCPA u l-MCPB bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/57/KE (5), tolylfluanid bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/6/KE (6), triticonazole bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE (7).

(2)

Is-sustanzi attivi li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: etoxazole bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (8), mesosulfuron bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE (9), indoxacarb bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/10/KE (10) u 1-methylcyclopropene bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/19/KE (11).

(3)

L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tat-tagħrif ippreżentat dwar l-użu propost. It-tagħrif dwar dan l-użu ġie ppreżentat minn ċerti Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)f ta’ din id-Direttiva. It-tagħrif disponibbli ġie rivedut u huwa biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu ffissati ċerti livelli massimi ta’ residwi (LMR).

(4)

Meta ma jkun jeżisti l-ebda LMR tal-Komunità jew LMR provviżorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu LMR provviżorju bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati.

(5)

L-LMRs u l-livelli li huma rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm għadd ta’ LMRs tal-Codex għal tolylfluanid u dawn tqiesu. L-LMRs ibbażati fuq l-LMRs tal-Codex ġew evalwati fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi. Ma ġie identifikat l-ebda riskju mhux aċċettabbli meta ntużaw l-end points tossikoloġiċi bbażati fuq l-istudji disponibbli għall-Kummissjoni.

(6)

Ir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li tħejjew għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, iffissaw id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfD) għal dawn is-sustanzi. L-espożizzjoni tal-konsumaturi għal prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanzi attivi kkonċernati ġiet ivvalutata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (12) u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (13) dwar il-metodoloġija użata. Il-konklużjoni hija li l-LMRs proposti mhumiex se jwasslu li jinqabżu l-ADIs jew l-ARfD.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun imħares b’mod xieraq mill-espożizzjoni tar-residwi li jirriżultaw minn użu mhux awtorizzat ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-LMRs provviżorji għandhom jitfasslu għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta’ prodott/pestiċida fl-iktar livell baxx tad-determinazzjoni analitika.

(8)

It-tfassil fil-livell tal-Komunità ta’ LMRs provviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli ta’ LMRs provviżorji għas-sustanzi kkonċernati skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta’ din id-Direttiva. Huwa kkunsidrat li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jippermetti iktar utilizzazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati. L-LMR provviżorju għandu mbagħad isir definittiv.

(9)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-LMRs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jista’ jkun hemm sorveljanza xierqa u kontroll tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u jitħares il-konsumatur.

(10)

Id-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif indikat fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-17 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE.

(3)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/12/KE (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 75).

(4)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).

(5)  ĠU L 246, 22.9.2005, p. 14.

(6)  ĠU L 12, 18.1.2006, p. 21.

(7)  ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30.

(8)  ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5.

(9)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 41.

(10)  ĠU L 25, 28.5.2006, p. 24.

(11)  ĠU L 44, 15.2.2006, p. 15.

(12)  Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

(13)  L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Ħxejjex dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-emendar ta’ l-Anness tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Parir espress mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Ħxejjex, ta’ l-14 ta’ Lulju ta’ l-1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).


ANNESS I

Fil-parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE jiżdiedu l-linji li ġejjin:

“Residwi ta' pestiċidi

Livelli massimi f’mg/kg

Etoxazole

0,02 (*)  (p)

ĊEREALI

Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R

0,02 (*)  (p)

ĊEREALI

MCPA, MCPB inkluż il-melħ tagħhom, esters u konjugati espressi bħala MCPA

0,05 (*)  (p)

ĊEREALI

Tolylfluanid (Somma ta' tolylfluanid u dimethylaminosulfotoluidide espressa bħala tolylfluanid)

0,05 (*)  (p)

ĊEREALI

Mesosulfuron-methyl espress bħala mesosulfuron

0,01 (*)  (p)

ĊEREALI

Triticonazole

0,01 (*)  (p)

ĊEREALI

1-methylcyclopropene

0,01 (*)  (p)

ĊEREALI


(*)  tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

(p)  tindika l-livell massimu provviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett mill-5 ta’ Ġunju 2011.”


ANNESS II

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE jiżdiedu l-linji li ġejjin:

 

Livelli massimi f’mg/kg

Residwi ta' pestiċidi

tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 , 0210 , 1601 u 1602

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri. 0401 , 0402 , 0405 u 0406

ta’ bajd frisk bil-qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408

“Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R

laħam u gewwieni li jittiekel: 0,01 (*)  (p); xaħam: 0,3 (p)

ħalib: 0,02 (p); krema tal-ħalib 0,3 (p)

0,01  (*)  (p)

MCPA, MCPB u MCPA thioethyl espressi bħala MCPA

0,1 (*)  (p); ġewwieni li jittiekel: 0,5 (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

Tolylfluanid (tolylfluanid analizzat bħala dimethylaminosulfotoluidide u espress bħala tolylfluanid)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)


(*)  tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

(p)  tindika l-livell massimu provviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett mill-5 ta’ Ġunju 2011.”


ANNESS III

L-Annessi tad-Direttiva 90/642/EE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, fi grupp “2 Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imnixxfin”, l-intestatura (v) “ħxejjex tal-werqa u ħxejjex aromatiċi friski,”“(a) Ħass u affarijiet simili,” il-frażi “Weraq u zkuk tal-brassika” tinbidel b'“Weraq u zkuk tal-brassika, inkluża l-brassika ħadra”

(2)

Fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal etoxazole, indoxacarb, MCPA, MCPB, tepraloxydim, mesosulfuron, tolyfluanid, triticonazole, u 1-methylcyclopropene:

 

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMRs

Etoxazole

Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R

MCPA, MCPB inkluż il-melħ tagħhom, esters u konjugati espressi bħala MCPA

Tolylfluanid (Somma ta' tolylfluanid u dimethylaminosulfotoluidide espressa bħala tolylfluanid)

Mesosulfuron-methyl espress bħala mesosulfuron

Triticonazole

1-methylcyclopropene

“1.

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż

 

 

0,05  (*)  (p)

 

0,01  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

(i)

IL-FROTT TAĊ-ĊITRU

0,1  (p)

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Grejpfrut

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

Lajm

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(ii)

ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,02  (*)  (p)

0,05  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Lewż

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-anakardju

 

 

 

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

 

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts)

 

 

 

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

0,02  (*)  (p)

 

 

3  (p)

 

 

 

Tuffieħ

 

0,5  (p)

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,3  (p)

 

 

 

 

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

 

 

 

 

 

 

 

Berquq

0,1  (p)

0,3  (p)

 

 

 

 

 

Ċirasa

 

 

 

1  (p)

 

 

 

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili)

0,1  (p)

0,3  (p)

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

0,5  (p)

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(v)

FROTT ŻGĦIR

 

 

 

 

 

 

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

0,02  (*)  (p)

2  (p)

 

5  (p)

 

 

 

Għeneb tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Frawli (għajr dak selvaġġ)

0,2  (p)

0,02  (*)  (p)

 

5  (p)

 

 

 

(c)

Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

 

5  (p)

 

 

 

Tut

 

 

 

 

 

 

 

Dewberries

 

 

 

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

 

 

 

Lampun

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Frott żgħir (għajr dawk selvaġġi)

0,02  (*)  (p)

 

 

5  (p)

 

 

 

Bilberries

 

 

 

 

 

 

 

Cranberries

 

 

 

 

 

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

1  (p)

 

 

 

 

 

Gooseberries

 

1  (p)

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

 

 

(e)

Frott u berries salvaġġi

0,02  (*)

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(vi)

DIVERSI

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Avokado

 

 

 

 

 

 

 

Banana

 

 

 

 

 

 

 

Tamal

 

 

 

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

 

 

 

Mango

 

 

 

 

 

 

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

 

 

 

 

 

 

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

 

 

 

 

 

 

 

Papaja

 

 

 

 

 

 

 

Passion fruit

 

 

 

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

2.

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

 

 

 

 

0,01  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

(i)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Pitrava zokkrija

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

Cassava

 

 

 

 

 

 

 

Krafes

 

 

 

 

 

 

 

Horseradish

 

 

 

 

 

 

 

Qaqoċċ ta' Ġerusalem

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija bajda

 

 

 

 

 

 

 

Għeruq tat-tursin

 

 

 

 

 

 

 

Ravanell

 

 

 

 

 

 

 

Sassefrika

 

 

 

 

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

 

 

Swedes

 

 

 

 

 

 

 

Pjanta tal-ġenus Brassica

 

 

 

 

 

 

 

Yam

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

Tewm

 

 

 

0,5  (p)

 

 

 

Basal

 

 

 

0,5  (p)

 

 

 

Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ Shallots

 

 

 

0,5  (p)

 

 

 

Tip ta' basal li jissejjaħ Spring onions

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

 

 

 

 

 

(a)

Solanacea

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

Tadam

0,1  (p)

0,5  (p)

 

3  (p)

 

 

 

Bżar

 

0,3  (p)

 

2  (p)

 

 

 

Brunġiel

0,1  (p)

0,5  (p)

 

3  (p)

 

 

 

Okra

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(b)

Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel

0,02  (*)  (p)

0,2  (p)

0,05  (*)  (p)

2  (p)

 

 

 

Ħjar

 

 

 

 

 

 

 

Gherkins

 

 

 

 

 

 

 

Qarabagħli

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(c)

Qoxra tax-xatrambatra li ma tittikilx

0,05  (p)

0,1  (p)

0,05  (*)  (p)

0,3  (p)

 

 

 

Bettieħ

 

 

 

 

 

 

 

Squashes

 

 

 

 

 

 

 

Dulliegħ

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Qamħirrum

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

 

0,3  (p)

 

 

 

 

 

Brokkli (inkluża il-Calabrese)

 

 

 

1  (p)

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(b)

Brassica tar-ras

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Brussels sprouts

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

3  (p)

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,2  (*)  (p)

 

 

 

 

 

(c)

Brassica mwerqa

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Kaboċċa taċ-Ċina

 

0,2  (p)

 

 

 

 

 

Kale

 

0,2  (p)

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

 

 

(d)

Qarabagħli

 

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(v)

ĦXEJJEX IMWERQA & ĦAXIX AROMATIKU FRISK

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

(a)

Ħass u simili

 

 

 

20  (p)

 

 

 

Krexxuni

 

 

 

 

 

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

 

 

 

 

 

Ħass

 

2  (p)

 

 

 

 

 

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa)

 

2  (p)

 

 

 

 

 

Insalata

 

 

 

 

 

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika, inkluża l-brassika ħadra

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

 

 

 

 

(b)

Spinaċi u simili

 

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Spinaċi

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi (chard)

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

 

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(d)

Witloof

 

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(e)

Ħxejjex aromatiċi

 

2  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

Maxxita

 

 

 

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

 

 

 

 

 

Fażola (bl-imżiewed)

 

 

 

3  (p)

 

 

 

Fażola (mingħajr imżiewed)

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Piżelli (bl-imżiewed)

 

 

0,1  (p)

3  (p)

 

 

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

Asparagu

 

 

 

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

 

 

 

Karfus

 

 

 

 

 

 

 

Bużbież

 

 

 

 

 

 

 

Qaqoċċ

 

0,1  (p)

 

 

 

 

 

Kurrat

 

 

 

3  (p)

 

 

 

Rabarbru

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

 

 

 

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

3.

ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

 

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)

0,01  (*)  (p)

0,01  (p)

Fażola

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Għazz

 

 

 

 

 

 

 

Piżelli

 

 

0,1  (p)

 

 

 

 

Lupini

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

4.

ŻJUT TA’ ŻRIERAGĦ

0,05  (*)  (p)

 

0,1  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

 

 

 

 

Karawett

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

 

 

 

 

 

Ġulġlien

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tas-sojja

 

0,5  (p)

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,05  (*)  (p)

 

 

 

 

 

5.

PATATA

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

Patata bikrija

 

 

 

 

 

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

 

 

 

 

 

6.

TE (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

7.

ĦOPS (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat

0,05  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

0,1  (*)  (p)

50  (p)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)


(*)  tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika

(p)  tindika l-livell massimu provviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett mill-5 ta’ Ġunju 2011.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Marzu 2007

Dwar l-iskema ta’ għajnuna C 18/2006 (ex N 524/2005) li l-Italja kienet qed tippjana li timplimenta għal intrapriżi ta’ daqs żgħir jew medju

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1175)

(Il-verżjoni bit-Taljan biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/335/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn id-dispożizzjonijiet (1),

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2005, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar din l-iskema ta’ għajnuna. Huma pprovdew lill-Kummissjoni b’aktar tagħrif permezz ta’ ittri ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005, it-13 ta’ Marzu 2006 u s-27 ta’ Marzu 2006. Il-Kummissjoni talbet tagħrif addizzjonali permezz ta’ ittri ta’ l-10 ta’ Novembru 2005 u t-8 ta’ Frar 2006.

(2)

Permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Mejju 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom.

(4)

L-Italja ressqet il-kummenti tagħha permezz ta’ ittra fit-23 ta’ Ġunju 2006, li fiha infurmat dwar l-intenzjoni tagħha li tressaq aktar osservazzjonijiet dwar aspett speċifiku.

(5)

L-ebda parti interessta ma ressqet kummenti matul il-proċedura.

(6)

Il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni supplementari permezz ta’ ittri tal-21 ta’ Settembru 2006 u l-10 ta’ Jannar 2007.

(7)

Permezz ta’ ittra irreġistrata tat-30 ta’ Jannar 2007, li waslet għand il-Kummissjoni fit-2 ta’ Frar 2007, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni li l-miżura nnotifikata kienet ġiet irtirata.

II.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

(8)

L-għan tal-miżura kien li jiġi inkoraġġit it-tkabbir ta’ l-intrapriżi ta’ daqs żgħir jew żgħir ħafna, li jkun irriżulta minn proċess ta’ aggregazzjoni (amalgamazzjoni ma’ intrapriżi oħrajn ta’ daqs żgħir jew medju jew l-akkwist tagħhom), permezz ta’ kreditu tat-taxxa. L-infiq previst għal din il-miżura nnotifikata kien ta’ EUR 120 miljun għall-2006, EUR 242 miljun għall-2007 u EUR 122 miljun għall-2008.

(9)

Il-bażi legali tal-miżura hija l-Artikolu 2 tad-Digriet-Liġi Nru 106 tas-17 ta’ Ġunju 2005, ikkonvertita f’Liġi Nru 156 tal-31 ta’ Lulju 2005. Din tinkludi standstill clause. L-iskema ta’ għajnuna ma ddaħħlitx fis-seħħ.

(10)

L-Italja diġà wettqet miżura simili fl-2005 (3), taħt ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali għall-għajnuna għall-SME (4). Dik il-verżjoni tillimita l-krediti tat-taxxa għal 50 % ta’ l-ispejjeż ta’ konsulenza għal proċess ta’ amalgamazzjoni u akkwist. L-awtoritajiet Taljani indikaw li, minħabba dan il-limitu, l-utilizzazzjoni ta’ din il-miżura kienet limitata, b’132 applikazzjoni għal ammont totali ta’ krediti tat-taxxa ta’ EUR 3 442 261. 46 applikazzjoni biss ġew aċċettati għal ammont totali ta’ krediti tat-taxxa ta’ EUR 415 306.

III.   KUMMENTI MILL-ITALJA

(11)

Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-finanzi għal din il-miżura kienu intużaw għal skopijiet oħra u li l-miżura nnotifikata ma kenitx ġiet implimentata għaliex kienet ġiet irtirata.

IV.   EVALWAZZJONI

(12)

Wara l-irtirar tan-notifika, il-proċedura m’għadx għandha aktar relevanza.

V.   KONKLUŻJONI

(13)

Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE għaliex din m’għad għandha l-ebda relevanza wara l-irtirar tal-miżura mill-Italja,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Wara l-irtirar tan-notifika mill-Italja, il-proċedura preżenti m’għadx għandha aktar relevanza. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura mibdija taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Italja.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 146, 22.6.2006, p. 18.

(2)  Ara n-nota 1.

(3)  Skond l-Artikolu 9 tal-Liġi-Digriet Nru 35/2005, konvertita f’liġi Nru 80.2005, reġistrata għand il-Kummissjoni fil-21 ta’ April 2005, bin-numru ta’ referenza XS 89.05.

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33).


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Mejju 2007

dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2007 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1930)

(Il-verżjonijiet bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bid-Daniż, bil-Franċiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2007/336/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna Komunitarja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa ta’ l-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati huma mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta’ żmien.

(3)

B’konformità ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multi-annwali.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2007.

(5)

Skond dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula sabiex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-Atti li ġejjin:

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (4),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda ta’ Newcastle (5),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tajr (6),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-mard li jtella’ l-infafet fil-ħnieżer (7),

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (8),

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (9),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (10),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (11),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istitut responsabbli speċifiku sabiex jistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzar ta’ testijiet seroloġiċi biex isegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (12),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (13),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li taħtar il-korp ta’ referenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi ta’ l-ittestjar u l-valutazzjoni tar-riżultati għal annimali tar-razza pura li jitgħammru ta’ l-ispeċi tal-bovini (14);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (15),

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-bruċellosi.

(6)

L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(7)

Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (16), il-qerda tal-mard ta’ l-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għad-deni klassiku tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 232 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 18 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi tad-deni klassiku tal-majjali.

Artikolu 2

Għall-marda ta’ Newcastle, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 77 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 3

Għall-influwenza tat-tajr, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq l-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/40/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq eliġibbli imġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 406 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 4

Għall-marda li ttella’ nfafet żgħar fil-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 126 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 5

Għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 274 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 6

Għall-mard tal-ħut, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lid-Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness Ċ tad-Direttiva 93/53/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 7

Għall-marda tal-molluski bivalvi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 90 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 8

Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 92/35/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 98 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 38 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-marda Afrikana taż-żwiemel.

Artikolu 9

Għall-bluetongue, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2000/75/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 373 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 45 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bluetongue.

Artikolu 10

Għas-seroloġija ta’ l-idrofobija, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju ta’ l-AFSSA. Nancy, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/258/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 11

Għall-bruċellosi, l-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA - Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 250 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 35 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bruċellosi.

Artikolu 12

Għall-marda Afrikana tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrba minn dan iċ-ċentru ta’ riċerka għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 120 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 13

Għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-metodi ta’ ttestjar ta’ annimali għat-tgħammir ta’ razza pura ta’ l-ispeċi bovina, u l-armonizzazzjoni tal-metodi varji ta’ ttestjar, il-Komunità tagħti assistenza finanzjarja lill-INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja, sabiex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq imġarrab minn dan iċ-ċentru għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 80 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja;

Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit;

Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit;

Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka;

IFREMER, La Tremblade, Franza;

Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja;

Laboratory of the AFSSA, Nancy, Franza;

AFSSA — Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza;

Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja.

INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(5)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(6)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(7)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).

(8)  ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(9)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(10)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(11)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(12)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/60/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).

(13)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(14)  ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.

(15)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(16)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).


16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Mejju 2007

li tapprova s-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2036)

(It-testi bid-Daniż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)

(2007/337/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċcembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), partikolarment punt 8.1.(h) ta’ l-Anness IIA tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 41/2007, l-iżvilupp mill-Istati Membri ta’ sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet joħloq kundizzjoni fejn jiżdied in-numru massimu ta’ ġranet li bastiment tas-sajd jista’ jkun preżenti fiż-żona ġeografika definita fl-Anness IIA ta’ dak ir-Regolament matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008.

(2)

Id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet fir-rigward ta’ bastimenti li jġorru abbord l-irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 4.1.(a)(v) ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, jiġifieri xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi) u rkaptu simili, minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travu, b’malji ta’ 120 mm jew akbar.

(3)

Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, is-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd sottomessi minn dawk l-Istati Membri għandhom jiġu approvati fir-rigward ta’ dawn il-bastimenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit, huma approvati għall-għanijiet ta’ punt 8.1.(h) ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għall-bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travu, b’malji ta’ 120 mm jew akbar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali Ġermaniża u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

16.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 128/50


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/338/PESK

ta' l-14 ta’ Mejju 2007

li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1) bħala rispons għall-użu ta' forza eċċessiv, sproporzjonat u indiskriminat mill-forzi tas-sigurtà Uzbeki matul l-avvenimenti f'Andijan f'Mejju 2005. Ċerti miżuri restrittivi kienu mġedda bil-Pożizzjoni Komuni 2006/787/PESK tat-13 ta’ Novembru 2006 (2).

(2)

Fid-dawl ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Uzbekistan, il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi fuq l-ammissjoni fir-rigward ta' persuni speċifiċi għal perijodu ta' sitt xhur. Matul dan il-perijodu, il-Kunsill ser jirrivedi l-miżuri fid-dawl ta' kwalunkwe bidla sinifikattiva għas-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari rigward l-elementi deskritti fil-premessa (7) tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-miżuri mniżżlin fl-Artikoli 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK huma b'dan estiżi għal perijodu ta' sitt xhur. Huma japplikaw għall-individwi elenkati fl-Anness għal din il-pożizzjoni komuni, li huma direttament responsabbli għall-użu ta' forza indiskriminat u sproporzjonat f'Andijan u t-tfixkil ta' inkjesta indipendenti.

Artikolu 2

Din il-pożizzjoni komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hi għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ġewx sodisfatti.

Artikolu 3

Din il-pożizzjoni komuni għandha tidħol b'effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-pożizzjoni komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72.

(2)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 43.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

1.

Kunjom, Isem: Almatov, Zakirjan

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: ex-Ministru ta' l-Intern

Indirizz: Tashkent, Uzbekistan

Data ta’ twelid:

10 ta’ Ottubru 1949

Post ta' twelid: Tashkent, Uzbekistan

Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: Passaport nru DA 0002600 (Ppt diplomatiku)

Nazzjonalità: Uzbeka

2.

Kunjom, Isem: Mullajonov, Tokhir Okhunovich

Psewdonimu: Il-kunjom jista' jinkiteb ukoll: Mullajanov

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: ex-Deputat Prim Ministru ta' l-Intern

Indirizz: Tashkent, Uzbekistan

Data ta’ twelid:

10 ta’ Ottubru 1950

Post ta' twelid: Ferghana, Uzbekistan

Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: Passaport nru DA 0003586 (Ppt diplomatiku) jiskadi fil-5 ta’ Novembru 2009

Nazzjonalità: Uzbeka

3.

Kunjom, Isem: Mirzaev, Ruslan

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: Ministru tad-Difiża, ex-Konsulent ta’ l-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali

4.

Kunjom, Isem: Pavel Islamovich Ergashev

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Brigata Militari “Ċentrali”

5.

Kunjom, Isem: Mamo, Vladimir Adolfovich

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: Ġeneral Maġġur, Deputat Kmandant, Brigata tal-Forzi Speċjali tal-Ministeru tad-Difiża

6.

Kunjom, Isem: Pak, Gregori

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-brigata ta' reazzjoni rapida tal-Ministeru ta' l-Intern (unità 7332)

7.

Kunjom, Isem: Tadzhiev, Valeri

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Forzi Speċjali ta' Stakkament Awtonomu tal-Ministeru ta' l-Intern (unità 7351)

8.

Kunjom, Isem: Inoyatov, Rustam Raulovich

Sess: Raġel

Titolu, Funzjoni: Kap ta' l-SNB (Servizz ta' Sigurtà Nazzjonali)

Indirizz: Tashkent, Uzbekistan

Data ta’ twelid:

22 ta’ Ġunju 1944

Post ta' twelid: Sherabad, Uzbekistan

Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: Passaport Nru DA 0003171 (Ppt diplomatiku); ukoll passaport diplomatiku Nru 0001892 (skadut fil-15 ta’ Settembru 2004)

Nazzjonalità: Uzbeka