ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
9 ta' Mejju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 502/2007 tat-8 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2007 tat-8 ta’ Mejju 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pohořelický kapr (DPO) – Žatecký chmel (DPO) – Pomme du Limousin DPO) – Tome des Bauges (DPO))

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2007 tat-8 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għal dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (Verżjoni kodifikata)

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2007 tat-8 ta’ Mejju 2007 li jiffissa proviżorjament obbligi ta’ konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma’ l-Indja għall-perjodu ta’ konsenja 2007/2008

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 506/2007 tat-8 ta’ Mejju 2007 li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti ( 1 )

24

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2007 tat-8 ta’ Mejju 2007 li jemenda għas-76 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

27

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/316/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2007 li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992

29

 

 

2007/317/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2007 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f’isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ ta’ l-1995

30

 

 

2007/318/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

31

Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri Tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

32

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/319/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2006 dwar l-għajnuna mill-Istat C 45/04 (ex NN 62/04) favur il-produttur ta’ l-azzar Ċek Třinecké železárny a.s. (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5245)  ( 1 )

37

 

 

2007/320/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2007 li twaqqaf Grupp ta’ Esperti ta’ l-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali

45

 

 

2007/321/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2007 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex skond id-Direttiva 2002/55/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1836)

48

 

 

2007/322/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2007 li tistipula miżuri ta’ ħarsien dwar l-użi ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tolylfluanid li jwassal għall-kontaminazzjoni ta’ l-ilma għax-xorb (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1865)  ( 1 )

49

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 501/2007

tas-7 ta’ Mejju 2007

li jemenda l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bit-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea żdied b'mod sinifikanti n-numru ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME, small and medium-sized enterprises) li jużaw l-aluminju mhux maħdum u mhux legat għall-produzzjoni ta’ prodotti industrijali nofshom lesti u lesti. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tas-suq fl-Unjoni Ewropea nbidlet b'mod sinifikanti minħabba f'takeovers ta’ industriji Komunitarji minn holdings industrijali globali u ż-żieda fil-konċentrazzjoni ta’ manifatturi ta’ l-aluminju fis-suq dinji. Fl-istess waqt l-ispejjeż ta’ l-elettriku, fattur ta’ spiża importanti fil-produzzjoni ta’ l-aluminju mhux legat, żdiedu b'mod drammatiku u l-iżvilupp ta’ l-ekonomija dinjija wassal għal nuqqas fil-provvista ta’ l-aluminju grezz.

(2)

Dawn il-fatturi wasslu għal żieda sinifikanti fil-prezzijiet ta’ aluminju grezz u eskludew fil-biċċa l-kbira utenti indipendenti żgħar u ta’ daqs medju ta’ aluminju mhux legat mix-xiri ta’ dan il-prodott mingħajr dazju. Il-pagament ta’ dazji doganali ta’ 6 % għall-materja prima bażika għandu għaldaqstant l-effett li l-kompetittività ta’ tali kumpanniji tinsab f'riskju u joħloq il-periklu li numru akbar minn dawn il-kumpanniji ma jkunux jistgħu ikampaw.

(3)

L-eliminazzjoni ta’ dawn il-kumpanniji mis-suq Komunitarju ċertament twassal għat-tnaqqis tal-kompetizzjoni f'dan is-suq għal prodotti ta’ l-aluminju nofshom lesti. Barra minn hekk tali eliminazzjoni jkollha effetti negattivi fuq l-impjiegi fil-Komunità speċjalment f'xi żoni rurali ta’ l-Istati Membri l-ġodda tal-Komunità. Is-sospensjoni parzjali tad-dazju doganali għall-aluminju mhux legat għaldaqstant itejjeb sa ċertu punt il-kompetittività tas-SME u għalhekk itejjeb il-kompetizzjoni għall-prodotti ta’ l-aluminju nofshom lesti u lesti fis-suq Komunitarju.

(4)

Din is-sitwazzjoni għandha titqies ma’ l-impatt ta’ sospensjoni ta’ dazju doganali fuq l-impjanti ta’ manifattura ta’ aluminju mhux legat li għadhom jeżistu fil-Komunità u fil-pajjiżi b'arranġament tariffarju preferenzjali ma’ l-Unjoni Ewropea. Dawn l-impjanti kważi kollha jappartjenu direttament jew indirettament lil holdings industrijali maġġuri li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea. L-aluminju prodott f'dawn l-impjanti u fornut bla dazju huwa użat prinċipalment sabiex jiġi trasformat ulterjorment fi ħdan kumpanniji relatati ma’ dawn il-holdings. Huwa biss sehem relattivament żgħir ta’ aluminju mhux legat, mhux suġġett għad-dazju, li huwa disponibbli għas-SME indipendenti. Madankollu meta jittieħed kont tal-livell għoli relattiv tar-rata konvenzjonali tad-dazju doganali ta’ 6 %, is-sospensjoni parzjali awtonoma ta’ dan id-dazju ser ikollha impatt fuq ir-reddittività tal-produzzjoni u fuq l-operazzjonijiet sussegwenti ta’ trasformazzjoni ta’ dawn il-kumpanniji minħabba żieda fil-pressjoni tal-prezz fuq il-prodotti li jirriżultaw minn transformazzjoni kif ukoll fuq l-aluminju grezz mibjugħ fis-suq miftuħ lil kumpanniji indipendenti.

(5)

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni jidher għaldaqstant kunsiljabbli li tiġi sospiża parzjalment ir-rata awtonoma ta’ dazju doganali. Dan jippermetti lis-SME indipendenti sabiex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom u sabiex jibbenefikaw minn żieda sinifikanti fil-kompetittività.

(6)

Din is-sospensjoni parzjali tad-dazju doganali awtonomu għal aluminju mhux maħdum u mhux legat hija kunsiljabbli sabiex jiġi bbilanċjat l-interess ekonomiku ta’ l-operaturi kkonċernati.

(7)

B’kont meħud tal-bidliet futuri eventwalment possibbli fis-sitwazzjoni tas-suq ta’ l-aluminju mhux maħdum u mhux legat, huwa kunsiljabbli li tiġi prevista reviżjoni wara tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(8)

Ladarba s-sospensjoni parzjali għandha tkopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7601 10 00 u minħabba l-karattru permanenti tal-miżura, huwa meħtieġ li l-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, it-test fil-kolonna 3 għall-kodiċi NM 7601 10 00 fit-Taqsima XV tal-Kapitolu 76 tat-Tieni Parti (Skeda ta’ Dazji Doganali) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6 (*)

Artikolu 2

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista jaġġusta d-dazju doganali awtonomu ta’ 3 % għall-aluminju mhux maħdum u mhux legat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 7601 10 00.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 7 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 301/2007 (ĠU L 81, 22.3.2007, p. 11).


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 502/2007

tat-8 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,4

TN

110,8

TR

84,2

ZZ

78,8

0707 00 05

JO

196,3

MK

53,2

TR

118,8

ZZ

122,8

0709 90 70

TR

107,6

ZZ

107,6

0805 10 20

CU

43,2

EG

47,6

IL

36,4

MA

50,5

ZZ

44,4

0805 50 10

AR

37,5

ZZ

37,5

0808 10 80

AR

77,6

BR

73,9

CL

87,6

CN

91,5

NZ

115,0

US

127,2

UY

70,5

ZA

87,4

ZZ

91,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 503/2007

tat-8 ta’ Mejju 2007

li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pohořelický kapr (DPO) – Žatecký chmel (DPO) – Pomme du Limousin DPO) – Tome des Bauges (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikaturi ġeografiċi u ta’ denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u għal prodotti ta’ l-ikel (1) u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) u skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra ż-żewġ ismijiet “Pohořelický kapr” u “Žatecký chmel”, u l-applikazzjoni ta’ Franza biex tirreġistra ż-żewġ ismijiet “Pomme du Limousin” u “Tome des Bauges” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ta’ dan ir-Regolament qed jiġu b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tnax-il jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 202, 25.8.2006, p. 2 (Pohořelický kapr); ĠU C 204, 26.8.2006, p. 30 (Žatecký chmel); ĠU C 204, 26.8.2006, p. 26 (Pomme du Limousin); ĠU C 211, 2.9.2006, p. 8 (Tome des Bauges).


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem, elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.3. —   Ġobon

FRANZA

Tome des Bauges (DPO)

Klassi 1.6. —   Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

FRANZA

Pomme du Limousin (DPO)

Klassi 1.7. —   Ħut frisk u prodotti li ġejjin minnu

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Pohořelický kapr (DPO)

Klassi 1.8. —   Prodotti oħra ta' l-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Žatecký chmel (DPO)


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 504/2007

tat-8 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għal dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1598/95 tat-30 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti għal dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 jissuġġetta l-importazzjoni ta’ prodott jew aktar kopert mill-imsemmi Regolament għall-ħlas ta’ dazju addizzjonali meta jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet li jirriżultaw mill-Ftehim dwar il-Biedja (4) konklużi fil-qafas ta’ l-Uruguay Round ta’ negozjati kummerċjali multilaterali, ħlief jekk ma jkunx probabbli li l-prodotti importati jtellfu lis-suq tal-Komunità, jew meta jkun sa jkun hemm effetti sproporzjonati fuq l-oġġettiv maħsub. Dawk id-dazji addizzjonali jistgħu b’mod partikolari jiġu mposti jekk il-prezzijiet ta’ importazzjoni jkunu anqas mill-prezzijiet indikattivi.

(3)

Għalhekk għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sistema għas-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għandhom ikunu pubblikati l-prezzijjiet indikattivi.

(4)

Il-prezzijiet ta’ importazzjoni li għandhom ikunu kunsidrati biex jintalab il-ħlas ta’ dazju addizzjonali ta’ importazzjoni għandhom ikunu kkontrollati abbażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott partikolari fuq is-suq dinji jew fuq is-suq ta’ importazzjoni tal-Komunità għall-prodott. Għandu jkun previst li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-prezzijiet fid-diversi stadji ta’ tqegħid fis-suq f’intervalli regolari sabiex jippermettu lill-Kummissjoni li tistabilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali li jikkorispondu magħhom.

(5)

L-importatur għandu l-possibiltà li jagħżel li d-dazju addizzjonali jkun kalkulat fuq bażi oħra minflok fuq il-prezz rappreżentattiv. Minkejja dan, f’dak il-każ huwa xieraq li jkun previst it-twaqqif ta’ garanzija ekwivalenti għad-dazji addizzjonali li kien ikollu jħallas kieku l-kalkolu kien sa jkun imsejjes fuq il-prezzijiet rappreżentattivi. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata jekk tinġieb prova fi żmien speċifikat li ntlaħqu l-kondizzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-kunsinna partikolari. Fil-qafas tal-kontrolli li jsiru wara, għandu jkun speċifikat li d-dazji pagabbli huma suġġetti li jkunu rkuprati skond l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5). Hu wkoll xieraq li jkun stabbilit li d-dazji marbuta ma’ kull verifika huma suġġetti għall-interessi. Minn monitoraġġ regolari tad-data li fuqha huma msejsa l-kontrolli tal-prezzijiet ta’ importazzjoni għall-ħalib u prodotti tal-ħalib jirriżulta li ċerti prodotti għandhom ikunu soġġetti għal dazji addizzjonali b'konsiderazzjoni tal-varjetajiet fil-prezzijiet skond l-oriġini tagħhom. Il-prezzijiet għandhom għalhekk ikunu pubblikati.

(6)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala “dazji addizzjonali”, għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan id-dokument.

2.   Il-prezzijiet indikattivi msemmija fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandhom ikunu dawk murija fl-Anness I ta’ dan id-dokument.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “prezz rappreżentattiv” ifisser il-prezz stabbilit b’konformità ma’ l-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   Il-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 1255.1999 għandhom ikunu stabbiliti waqt li wieħed jikkunsidra b’mod partikolari:

(a)

il-prezzijiet mitluba fuq swieq ta’ pajjiżi terzi;

(b)

il-prezzijiet ta’ l-offerta free-at-Community-frontier;

(ċ)

il-prezzijiet mitluba għal prodotti importati fid-diversi stadji ta’ tqegħid fis-suq fil-Komunità.

2.   Il-prezzijiet rappreżentattivi għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawn għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm ikunu emendati.

3.   Id-drittijiet addizzjonali applikabbli skond l-Artikolu 4(3) għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni fl-istess żmien li jkunu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi.

Artikolu 3

Meta d-differenza bejn il-prezz indikattiv u l-prezz ta’ importazzjoni li għandu jkun kunsidrat biex ikun stabbilit id-dazju addizzjonali skond l-Artikolu 4(1) jew (3) minn hawn ’il quddiem magħruf bħala l-“prezz ta’ importazzjoni”

(a)

ma teċċedix l-10 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun ta’ żero;

(b)

tkun aktar minn 10 % iżda mhux aktar minn 40 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun ta’ 30 % tal-ammont li jeċċedi l-10 %;

(ċ)

tkun aktar minn 40 % iżda mhux aktar minn 60 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun ta’ 50 % ta’ l-ammont li jaqbeż l-40 %, flimkien mad-dazju addizzjonali msemmi f’(b);

(d)

tkun aktar minn 60 % iżda mhux aktar minn 75 % tal-prezz indikattiv, id-dazju addizzjonali għandu jkun 70 % ta’ l-ammont li jeċċedi s-60 %, flimkien mad-dazji addizzjonali msemmija f’(b) u (ċ);

(e)

tkun aktar minn 75 % tal-prezz indikattiv, id-dritt addizzjonali għandu jkun 90 % ta’ l-ammont li jeċċedi l-75 %, flimkien mad-dazji addizzjonali msemmija f’(b), (ċ), u (d).

Il-kalkoli msemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ l-ewwel paragrafu huma magħmula b’konformità mat-tabella li tinsab fl-Anness I ta’ dan id-dokument.

Artikolu 4

1.   L-importatur jista’, fuq talba, għat-twaqqif tad-dritt addizzjonali, jkollu l-prezz cif ta’ importazzjoni tal-kunsinna partikolari applikat, meta dan ikun aktar mill-prezz rappreżentattiv applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2).

L-applikazzjoni tal-prezz cif ta’ importazzjoni tal-kunsinna partikolari biex tiġi stabbilita l-imposta addizzjonali għandha tkun tiddependi minn jekk il-parti interessata tippreżentax lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jimporta ta’ l-inqas ix-xhieda dokumentata li ġejja:

(a)

il-kuntratt tax-xiri jew xhieda ekwivalenti oħra;

(b)

il-kuntratt tal-assigurazzjoni;

(ċ)

il-fattura;

(d)

il-kuntratt ta’ trasport (meta jkun applikabbli);

(e)

iċ-ċertifikat ta’ oriġini;

(f)

u, fil-każ ta’ trasport bil-vapur, il-polza tat-tagħbija.

2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-importatur għandu jipprovdi garanzija ugwali għall-ammonti tad-dazji addizzjonali li kien ikollu jħallas jekk dawn ikunu ġew kalkulati abbażi tal-prezz rappreżentattiv applikabbli għall-prodott in kwistjoni.

L-importatur għandu xahar mill-bejgħ tal-prodotti partikolari, f’perjodu li ma jaqbiżx l-erba’ xhur mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni ħielsa, biex jipprova li l-kunsinna tkun ipproċediet b’mod konformi ma’ dawk il-kondizzjonijiet li jikkonfermaw ir-realtà tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Jekk ma jiġix osservat xi wieħed jew aktar mil-limiti tal-ħin imsemmija tintilef il-garanzija li tkun ingħatat. Madankollu, il-perjodu ta’ erba’ xhur jista’ jkun estiż mill-awtorità kompetenti sa tlett xhur oħra fuq talba ta’ l-importatur, jekk tingħata ġustifikazzjoni xierqa.

Il-garanzija għandha tkun rilaxxata dejjem jekk jinġiebu provi lill-awtoritajiet doganali li l-kondizzjonijiet ta’ disposal ikunu ġew aderiti.

Jekk dan ma jseħħx, il-garanzija għandha tinżamm bħala pagament tad-dazji addizzjonali. Jekk, wara verifika, l-awtoritajiet kompetenti jintebħu li l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma kinux aderiti, dawn għandhom jirkupraw id-dazji pagabbli skond l-Artikolu 220 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Biex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jkun irkuprat jew li jkun għad fadal jiġi irkuprat, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-interess kurrenti mid-data tad-dħul ta’ l-oġġetti f’ċirkolazzjoni ħielsa sad-data tal-irkuprar. Ir-rata ta’ interess applikata għandha tkun dik li tkun fis-seħħ għal operazzjonijiet ta’ rkupru taħt liġijiet nazzjonali.

3.   Fin-nuqqas tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-prezz cif ta’ l-importazzjoni tal-kunsinna partikolari li għandu jkun kunsidrat biex ikun mitlub ħlas ta’ mposta addizzjonali għandu jkun il-prezz rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 2(2). F’dak il-każ id-dazju addizzjonali għandu jkun kalkulat skond it-tabella li tinsab fl-Anness I t’hawnhekk.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 1598/95 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin fil-jum segwenti mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 151 1.7.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2325/96 (ĠU L 316, 5.12.1996, p. 11).

(3)  Ara l-Anness II.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


L-ANNESS I

Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tiegħu

(f' EUR /100 kg)

Kodiċi NM

Prezz indikattiv

jekk il-prezz ta’ l-importazzjoni hu:

id-dazju addizzjonali hu:

jekk il-prezz ta’ l-importazzjoni hu:

id-dazju addizzjonali hu:

jekk il-prezz ta’ l-importazzjoni hu:

id-dazju addizzjonali hu:

jekk il-prezz ta’ l-importazzjoni hu inqas minn (4):

id-dazju addizzjonali hu:

inqas minn (1):

daqs jew aktar minn:

inqas minn (2):

daqs jew aktar minn:

inqas minn (3):

daqs jew aktar minn:

0401 10 10

37,50

33,75

22,50

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

22,50

15,00

3,38 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

15,00

9,38

7,13 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

9,38

11,06 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 10 90

25,80

23,22

15,48

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

15,48

10,32

2,32 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

10,32

6,45

4,90 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

6,45

7,61 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 20 11

41,10

36,99

24,66

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

24,66

16,44

3,70 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

16,44

10,28

7,81 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

10,28

12,12 + 90 % ta'[– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 20 19

18,80

16,92

11,28

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

11,28

7,52

1,69 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

7,52

4,70

3,57 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

4,70

5,55 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 20 91

48,80

43,92

29,28

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

29,28

19,52

4,39 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

19,52

12,20

9,27 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

12,20

14,40 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 20 99

19,90

17,91

11,94

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

11,94

7,96

1,79 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

7,96

4,98

3,78 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

4,98

5,87 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 30 11

300,00

270,00

180,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

180,00

120,00

27,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

120,00

75,00

57,00 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

75,00

88,50 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 30 19

250,00

225,00

150,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

150,00

100,00

22,50 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

100,00

62,50

47,50 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

62,50

73,75 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 30 31

233,30

209,97

139,98

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

139,98

93,32

21,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

93,32

58,33

44,33 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

58,33

68,82 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 30 39

231,70

208,53

139,02

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

139,02

92,68

20,85 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

92,68

57,93

44,02 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

57,93

68,35 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0401 30 99

100,00

90,00

60,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

60,00

40,00

9,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

40,00

25,00

19,00 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

25,00

29,50 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 10 11

132,00

118,80

79,20

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

79,20

52,80

11,88 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

52,80

33,00

25,08 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

33,00

38,94 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 10 19

70,60

63,54

42,36

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

42,36

28,24

6,35 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

28,24

17,65

13,41 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

17,65

20,83 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 10 91

85,50

76,95

51,30

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

51,30

34,20

7,70 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

34,20

21,38

16,25 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

21,38

25,22 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 10 99

166,70

150,03

100,02

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

100,02

66,68

15,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,68

41,68

31,67 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

41,68

49,18 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 21 11

146,80

132,12

88,08

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

88,08

58,72

13,21 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

58,72

36,70

27,89 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

36,70

43,31 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 21 17

145,90

131,31

87,54

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

87,54

58,36

13,13 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

58,36

36,48

27,72 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

36,48

43,04 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 21 19

145,90

131,31

87,54

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

87,54

58,36

13,13 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

58,36

36,48

27,72 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

36,48

43,04 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 21 91

185,60

167,04

111,36

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

111,36

74,24

16,70 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

74,24

46,40

35,26 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

46,40

54,75 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 21 99

148,40

133,56

89,04

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

89,04

59,36

13,36 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

59,36

37,10

28,20 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

37,10

43,78 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 29 11

400,40

360,36

240,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

240,24

160,16

36,04 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

160,16

100,10

76,08 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

100,10

118,12 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 29 15

85,00

76,50

51,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

51,00

34,00

7,65 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

34,00

21,25

16,15 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

21,25

25,08 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 91 11

83,40

75,06

50,04

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

50,04

33,36

7,51 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

33,36

20,85

15,85 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

20,85

24,60 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 91 19

83,40

75,06

50,04

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

50,04

33,36

7,51 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

33,36

20,85

15,85 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

20,85

24,60 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 91 31

76,60

68,94

45,96

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

45,96

30,64

6,89 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

30,64

19,15

14,55 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

19,15

22,60 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 91 39

76,60

68,94

45,96

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

45,96

30,64

6,89 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

30,64

19,15

14,55 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

19,15

22,60 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 91 59

141,20

127,08

84,72

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

84,72

56,48

12,71 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

56,48

35,30

26,83 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

35,30

41,65 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 91 91

100,00

90,00

60,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

60,00

40,00

9,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

40,00

25,00

19,00 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

25,00

29,50 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 91 99

75,00

67,50

45,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

45,00

30,00

6,75 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

30,00

18,75

14,25 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

18,75

22,13 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 99 11

83,20

74,88

49,92

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

49,92

33,28

7,49 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

33,28

20,80

15,81 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

20,80

24,54 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0402 99 31

400,00

360,00

240,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

240,00

160,00

36,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

160,00

100,00

76,00 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

100,00

118,00 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 10 11

116,90

105,21

70,14

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

70,14

46,76

10,52 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

46,76

29,23

22,21 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

29,23

34,49 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0403 10 13

170,00

153,00

102,00

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

102,00

68,00

15,30 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

68,00

42,50

32,30 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

42,50

50,15 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0403 10 19

174,50

157,05

104,70

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

104,70

69,80

15,71 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

69,80

43,63

33,16 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

43,63

51,48 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0403 10 31

93,30

83,97

55,98

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

55,98

37,32

8,40 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

37,32

23,33

17,73 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

23,33

27,52 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0403 10 33

90,90

81,81

54,54

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

54,54

36,36

8,18 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

36,36

22,73

17,27 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

22,73

26,82 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0403 10 39

90,90

81,81

54,54

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

54,54

36,36

8,18 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

36,36

22,73

17,27 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

22,73

26,82 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0403 90 11

62,50

56,25

37,50

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

37,50

25,00

5,63 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

25,00

15,63

11,88 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

15,63

18,44 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0403 90 13

184,50

166,05

110,70

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

110,70

73,80

16,61 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

73,80

46,13

35,06 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

46,13

54,43 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 19

172,40

155,16

103,44

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

103,44

68,96

15,52 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

68,96

43,10

32,76 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

43,10

50,86 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 33

175,00

157,50

105,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

105,00

70,00

15,75 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

70,00

43,75

33,25 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

43,75

51,63 + 90 % ta' [ – prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 51

166,70

150,03

100,02

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

100,02

66,68

15,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,68

41,68

31,67 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

41,68

49,18 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 53

160,00

144,00

96,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

96,00

64,00

14,40 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

64,00

40,00

30,40 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

40,00

47,20 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 59

50,00

45,00

30,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

30,00

20,00

4,50 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

20,00

12,50

9,50 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

12,50

14,75 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 61

100,00

90,00

60,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

60,00

40,00

9,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

40,00

25,00

19,00 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

25,00

29,50 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 63

100,00

90,00

60,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

60,00

40,00

9,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

40,00

25,00

19,00 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

25,00

29,50 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0403 90 69

100,00

90,00

60,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

60,00

40,00

9,00 + 50 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

40,00

25,00

19,00 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

25,00

29,50 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni] 90 %-a

0404 90 21

114,70

103,23

68,82

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

68,82

45,88

10,32 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

45,88

28,68

21,79 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

28,68

33,84 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0404 90 29

184,40

165,96

110,64

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

110,64

73,76

16,60 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

73,76

46,10

35,04 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

46,10

54,40 + 90 % tal-[(4) – prezz ta' l-importazzjoni]

0404 90 81

86,20

77,58

51,72

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

51,72

34,48

7,76 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

34,48

21,55

16,38 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

21,55

25,43 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0404 90 83

100,00

90,00

60,00

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

60,00

40,00

9,00 + 50 % tal-[(2) – prezz ta' l-importazzjoni]

40,00

25,00

19,00 + 70 % tal-[(3) – prezz ta' l-importazzjoni]

25,00

29,50 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0405 10 11

248,30

223,47

148,98

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

148,98

99,32

22,35 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

99,32

62,08

47,18 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

62,08

73,25 + 90 % tal-[(4) – prezz ta' l-importazzjoni]

0405 10 19

248,30

223,47

148,98

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

148,98

99,32

22,35 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

99,32

62,08

47,18 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

62,08

73,25 + 90 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

0405 10 90

185,70

167,13

111,42

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

111,42

74,28

16,71 + 50 % tal-[(2) – prezz ta' l-importazzjoni]

74,28

46,43

35,28 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

46,43

54,78 + 90 % tal-[(4) – prezz ta' l-importazzjoni]

0405 90 10

185,70

167,13

111,42

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

111,42

74,28

16,71 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

74,28

46,43

35,28 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

46,43

54,78 + 90 % tal-[(4) – prezz ta' l-importazzjoni]

0405 90 90

185,70

167,13

111,42

30 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

111,42

74,28

16,71 + 50 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

74,28

46,43

35,28 + 70 % tal-[- prezz ta' l-importazzjoni]

46,43

54,78 + 90 % tal-[(4) – prezz ta' l-importazzjoni]

0406 10 20

277,60

249,84

166,56

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

166,56

111,04

24,98 + [– prezz ta' l-importazzjoni] 50 %-a

111,04

69,40

52,74 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

69,40

81,89 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 10 80

380,00

342,00

228,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

228,00

152,00

34,20 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

152,00

95,00

72,20 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

95,00

112,10 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 20 90

381,30

343,17

228,78

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

228,78

152,52

34,32 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

152,52

95,33

72,45 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

95,33

112,48 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 30 10

329,50

296,55

197,70

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

197,70

131,80

29,66 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

131,80

82,38

62,61 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

82,38

97,20 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 30 31

315,30

283,77

189,18

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

189,18

126,12

28,38 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

126,12

78,83

59,91 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

78,83

93,01 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 30 39

336,90

303,21

202,14

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

202,14

134,76

30,32 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

134,76

84,23

64,01 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

84,23

99,39 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 30 90

327,30

294,57

196,38

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

196,38

130,92

29,46 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

130,92

81,83

62,19 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

81,83

96,55 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 40 10

257,50

231,75

154,50

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]30 %-a

154,50

103,00

23,18 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

103,00

64,38

48,93 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

64,38

75,96 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 40 50

257,50

231,75

154,50

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

154,50

103,00

23,18 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

103,00

64,38

48,93 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

64,38

75,96 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 40 90

257,50

231,75

154,50

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

154,50

103,00

23,18 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

103,00

64,38

48,93 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

64,38

75,96 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 01

288,90

260,01

173,34

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

173,34

115,56

26,00 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

115,56

72,23

54,89 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

72,23

85,23 + 90 % de [(4) — prix à l'importation]

0406 90 13

495,40

445,86

297,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

297,24

198,16

44,59 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

198,16

123,85

94,13 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

123,85

146,14 + 90 % [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 15

495,40

445,86

297,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

297,24

198,16

44,59 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

198,16

123,85

94,13 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

123,85

146,14 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 17

495,40

445,86

297,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

297,24

198,16

44,59 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

198,16

123,85

94,13 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

123,85

146,14 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 18

526,80

474,12

316,08

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

316,08

210,72

47,41 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

210,72

131,70

100,09 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

131,70

155,41 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 21

271,00

243,90

162,60

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

162,60

108,40

24,39 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

108,40

67,75

51,49 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

67,75

79,95 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 23

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 25

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 +[– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 27

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 29

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 32

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 35

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 37

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 39

264,10

237,69

158,46

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

158,46

105,64

23,77 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

105,64

66,03

50,18 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

66,03

77,91 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 50

306,40

275,76

183,84

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

183,24

122,56

27,58 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

122,56

76,60

58,22 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

76,60

90,39 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 61

313,80

282,42

188,28

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

188,28

125,52

28,24 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

125,52

78,45

59,62 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

78,45

92,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 63

313,80

282,42

188,28

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

188,28

125,52

28,24 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

125,52

78,45

59,62 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

78,45

92,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 69

313,80

282,42

188,28

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

188,28

125,52

28,24 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

125,52

78,45

59,62 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

78,45

92,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 73

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 75

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 76

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 78

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 79

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 81

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 82

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 84

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 85

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 86

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 87

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 88

310,40

279,36

186,24

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

186,24

124,16

27,94 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

124,16

77,60

58,98 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

77,60

91,57 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0404 90 93

320,00

288,00

192,00

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

192,00

128,00

28,80 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

128,00

80,00

60,80 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

80,00

94,40 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

0406 90 99

413,50

372,15

248,10

30 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

248,10

165,40

37,22 + [– prezz ta' l-importazzjoni]50 %-a

165,40

103,38

78,57 + 70 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]

103,38

121,98 + 90 % ta' [– prezz ta' l-importazzjoni]


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1598/95 (ĠU L 151, 1.7.1995, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2931/95 (ĠU L 307, 20.12.1995, p. 10)

L-Artikolu 8 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/96 (ĠU L 230, 11.9.1996, p. 6)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2325/96 (ĠU L 316, 5.12.1996, p. 11)

L-ewwel Artikolu biss


ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1598/95

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1) l-ewwel inċiż

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1) it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(1) it-tielet inċiż

Artikolu 2(1)(ċ)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 3, frażi introduttorja u punti (a) sa (e)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu

Artikolu 3, frażi ta' konklużjoni

Artikolu 3, it-tieni paragrafu

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 505/2007

tat-8 ta’ Mejju 2007

li jiffissa proviżorjament obbligi ta’ konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma’ l-Indja għall-perjodu ta’ konsenja 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni matul is-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008, 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinament tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2), jipprevedi regoli dettaljati li jiffissaw obbligi ta’ konsenja mingħajr dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1701, espressi f'ammont ekwivalenti ta’ zokkor abjad, għall-importazzjonijiet fil-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u l-Ftehim ma’ l-Indja.

(2)

L-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 7 tal-Protokoll ACP, l-Artikoli 3 u 7 tal-Ftehim ma’ l-Indja u l-Artikolu 12(3) u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wassal biex il-Kummissjoni tikkalkula l-obbligi ta’ konsenja għal kull pajjiż esportatur għall-perjodu ta’ konsenja 2007/2008, fuq bażi ta’ l-informazzjoni li hija disponibbli attwalment.

(3)

Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati proviżorjament l-obbligi ta’ konsenja għall-perjodu 2007/2008 skond il-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-obbligi ta’ konsenja għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u tal-Ftehim ma’ l-Indja rigward il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1701, espressi f'ammont ekwivalenti ta’ zokkor abjad, fil-perjodu ta’ konsenja 2007/2008 għal kull pajjiż esportatur ikkonċernat, huma determinati proviżorjament kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).


ANNESS

Obbligi ta' konsenja għall-importazzjonijiet ta' zokkor preferenzjali, espressi f'ammonti ekwivalenti ta' zokkor abjad li joriġinaw minn pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u tal-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2007/2008:

Protokoll ACP/Ftehim ma' l-Indja

pajjiż firmatarju

Obbligi ta' konsenja 2007/2008

Il-Barbados

32 097,40

Il-Beliże

40 348,80

Il-Kongo

10 186,10

Il-Fiġi

165 348,30

Il-Gujana

159 410,10

L-Indja

10 000,00

Il-Kosta ta' l-Avorju

10 186,10

Il-Ġamajka

118 696,00

Il-Kenja

5 000,00

Il-Madagaskar

10 760,00

Il-Malawi

20 824,40

Il-Mawrizju

491 030,50

Il-Możambik

6 000,00

St Kitts u Nevis

0,00

Is-Surinam

0,00

Is-Sważiland

117 844,50

It-Tanzanija

10 186,10

It-Trinidad u Tobago

47 717,60

L-Uganda

0,00

Iż-Żambja

7 215,00

Iż-Żimbabwe

30 224,80

Total

1 293 075,70


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 506/2007

tat-8 ta’ Mejju 2007

li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta’ ċerti sustanzi ta’ prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji tas-sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rapporteurs maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 ivvalutaw l-informazzjoni li taw il-manifatturi u l-importaturi dwar ċerti sustanzi ta' prijorità. Wara konsultazzjoni ma’ dawk il-manifatturi u l-importaturi, ir-rapporteurs iddeterminaw li, minħabba raġunijiet ta’ evalwazzjoni tar-riskju, jobbligaw lil dawk il-manifatturi u l-importaturi jagħtu iktar informazzjoni u jagħmlu aktar testijiet.

(2)

L-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sustanzi kkonċernati mhijiex disponibbli mingħand il-manifatturi jew l-importaturi ta’ qabel. Il-manifatturi u l-importaturi ivverifikaw li t-testijiet fuq l-annimali ma jistgħux jiġu sostitwiti jew illimitati bl-użu ta’ metodi oħra.

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li l-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi ta' prijorità jintalbu jagħtu iktar informazzjoni u jittestjaw dawn is-sustanzi iktar fil-fond. Il-protokolli ppreżentati mir-rapporteurs lill-Kummissjoni għandhom jintużaw fit-twettiq ta' dawk it-testijiet.

(4)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-manifatturi u l-importaturi tas-sustanzi elenkati fl-Anness, li ppreżentaw informazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3, 4, 7 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jipprovdu l-informazzjoni u jwettqu t-testijiet indikati fl-Anness u jagħtu r-riżultati lir-rapporteurs relevanti.

It-testijiet għandhom isiru skond il-protokolli speċifikati mir-rapporteurs.

Ir-riżultati jridu jiġu mogħtija fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p.1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Nru

Nru ta’ l-Einecs

Nru tal-CAS

Isem is-sustanza

Ir-Rapporteur

Ir-Rekwiżiti għall-Ittestjar/ l-Informazzjoni

Il-limitu ta’ żmien mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

1.

237-158-7

13674-84-5

Tris(2-chloro-1-methylethyl) (TCPP)

IE/UK

studju fuq 2 generazzjonijiet – effetti fuq il-fertilità (OECD 416-B35)

24 xahar

Test Comet fuq il-fwied tal-firien ħajjin

12-il xahar

Assorbiment perkutanju mill-ġilda tal-bniedem, in vitro, tat-TCPP radjottikkettat, (OECD 428)

12-il xahar

2.

237-159-2

13674-87-8

Tris[2-chloro-1-(chloromethyl)ethyl] (TDCP)

IE/UK

Studju dwar is-sorzjoni/desorzjoni (test modifikat ta’ l-OECD 106 )

6 xhur

3.

253-760-2

38051-10-4

2,2-Bis(chloromethyl) trimethylene bis(bis(2-chloroethyl)phosphate (V6)

IE/UK

studju fuq 2 generazzjonijiet – effetti fuq il-fertilità (OECD 416-B35)

24 xahar

Assorbiment perkutanju mill-ġilda tal-bniedem, in vitro, tal-V6 (OECD 428)

12-il xahar

4.

202-679-0

98-54-4

4-Tert-butylphenol

NO

Studju dwar l-effetti fuq l-endokrina tal-ħut (abbozz ta' test )

18-il xahar

5.

202-411-2

95-33-0

N-ciclohexilbenzotiazol-2-sulfenamidă

DE

Data mkejla mill-ħamrija ta’ mat-tarf tat-triq u -ilmijiet tal-wiċċ li jilqgħu t-tnixxija mit-toroq. Il-prodotti ta’ degradazzjoni li jridu jitkejlu huma it-2-mercaptobenzothiazole, benzothiazole, it-2-benzothiazolone, it-2-methylthiobenzothiazole u it-2-methylbenzothiazole

4 snin

Data mkejla fuq skular mil-landfills. Il-prodotti ta’ degradazzjoni li jridu jitkejlu huma it-2-mercaptobenzothiazole, benzothiazole, it-2-benzothiazolone, it-2-methylthiobenzothiazole u it-2-methylbenzothiazole

4 snin

Informazzjoni ta’ l-użu u l-espożizzjoni fuq ir-riċiklaġġ tat-tyres, speċjalment fuq artijiet li jintużaw għall-isport li jużaw il-materjal tat-tyres irriċiklat u użi miftuħa simili oħrajn tat-tyres irriċiklati

4 snin

6.

233-118-8

10039-54-0

Bis(hidroxilamoniu) sulfat

DE

Test tar-riproduzzjoni Daphnia magna (OECD 211)

3 xhur

Informazzjoni ta’ esponiment mill-produzzjoni u l-ipproċessar

3 xhur

Data tal-letteratura dwar/jew test ta' l-inibizzjoni tar-respirazzjoni bil-ħama attivat (OECD 209)

3 xhur

7.

201-245-8

80-05-7

4,4’-izopropilidenedifenol

UK

Test tat-tkabbir tal-pjanti terrestri (OECD 208)

6 xhur

Test tar-riproduzzjoni ta’ l-enchytraeid (OECD 220)

6 xhur

Test tar-riproduzzjoni bi speċi addattata/i ta’ springtail

6 xhur

8.

266-028-2

65996-93-2

Żift, qatran, temperatura għolja

NL

Test ta’ l-inibizzjoni bil-ħama STP (OECD 209 – C11)

3 xhur


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 507/2007

tat-8 ta’ Mejju 2007

li jemenda għas-76 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-24 ta' April 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Id-Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 492/2007 (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 5).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

“Dott. Abdul Latif Saleh (alias (a) Abdul Latif A.A. Saleh, (b) Abdyl Latif Saleh, (c) Dott. Abd al-Latif Saleh, (d) Abdul Latif A.A. Saleh Abu Hussein, (e) Abd al-Latif Salih, (f) Abu Amir). Indirizz: L-aħħar residenza magħrufa: Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 5.3.1957. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Nazzjonalità: (a) Ġordaniża, (b) Albaniża. Passaport Ġordaniż Nru D366 871.” taħt it-titolu “Persuni Naturali” għandu jiġi sostitwit minn:

Abdul Latif Saleh (alias (a) Abdul Latif A.A. Saleh, (b) Abdyl Latif Saleh, (c) Abd al-Latif Saleh, (d) Abdul Latif A.A. Saleh Abu Hussein, (e) Abd al-Latif Salih, (f) Abu Amir). Titolu: Indirizz: L-aħħar residenza magħrufa: Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 5.3.1957. Post tat-twelid: Bagdad, Iraq. Nazzjonalità: (a) Ġordaniża, (b) Albaniża (sa mill-1992). Nru tal-passaport: (a) D366 871 (passaport Ġordaniż), (b) 314772 (passaport Albaniż maħruġ fit-8.3.1993, (c) 0334695 (passaport Albaniż maħruġ fl-1.12.1995). Informazzjoni oħra: Imkeċċi mill-Albanija fl-1999.

(2)

“Salafist Group for Call and Combat (GSPC) (magħruf ukoll bħala Le Groupe Salafiste pour la Prédiction et le Combat)” taħt it-titolu “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandha tiġi sostitwita minn:

The Organization of Al-Qaida in the Islamic Maghreb (magħrufa wkoll bħala (a) Al Qaïda au Maghreb islamique (AQMI), (b) Le Groupe Salafiste pour la Prédication et le Combat (GSPC), (c) Salafist Group For Call and Combat.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2007

li tistabilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992

(2007/316/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

Il-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992 ġie konkluż mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 92/580/KEE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993 għal perjodu ta’ 3 snin sal-31 ta’ Diċembru 1995. Minn dak iż-żmien, dan ġie estiż b’mod regolari, għal perjodi oħra ta’ sentejn. L-aħħar darba li l-Ftehim ġie estiż kien f’Mejju 2005, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, u jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2007. Estensjoni oħra tal-Ftehim hi fl-interess tal-Komunità. Il-Kummissjoni, li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor, għandha għalhekk tiġi awtoriżżata li tivvota favur din l-estensjoni,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor għandha tkun li tivvota favur estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali taz-Zokkor ta’ l-1992, għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ April 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 379, 23.12.1992, p. 15.


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2007

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f’isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ ta’ l-1995

(2007/317/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

Il-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ ta’ l-1995 ġiet konkluża mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 96/88/KE (1) u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Il-Konvenzjoni kienet estiża l-aħħar permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ f’Ġunju 2005 u għandha tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2007. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ għandha għalhekk tiġi awtorizzata biex tivvota favur estensjoni bħal din,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-Pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni tan-Negozju taż-Żrieragħ 1995 għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Magħmul fil-Lussemburgu, 16 ta’ April 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

(2007/318/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, sabiex tinnegozja mal-Federazzjoni Russa Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (1), sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data ta' l-iffirmar tiegħu, sa meta jitlestew il-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu fi stadju ulterjuri.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data ta' l-iffirmar tiegħu.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ April 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri Tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Komunitajiet” rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,

minn naħa waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il-quddiem imsejħa “l-Partijiet” għall-finijiet ta' dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fl-1 ta' Jannar 2007,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni ma' l-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-koperazzjoni bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JIEĦDU KONT tax-xewqa tal-Partijiet li jassiguraw il-ksib u l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Korfù fl-24 ta' Ġunju 1994 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ’il-Ftehim’), u għandhom jadottaw u jqisu, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, it-testi tal-Ftehim, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2000, u l-Protokoll għall-Ftehim tas-27 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri u mill-Federazzjoni Russa skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' approvazzjoni.

2.   Sa meta tasal id-data li fiha jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament b'effett mid-data ta' l-iffirmar tiegħu.

Artikolu 5

1.   It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 u tas-27 ta' April 2004 huma mfassla bil-Bulgaru u bir-Rumen.

2.   Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi bħat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li bihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 u tas-27 ta' April 2004.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Russa, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Люксембург на двадесет и трети април две хиляди и седма година

Hecho en Luxemburgo, el veintitrés de abril de dos mil siete.

V Lucemburku dne dvacátého třetího dubna dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Luxembourg den treogtyvende april to tusind og syv.

Geschehen zu Luxemburg am dreiundzwanzigsten April zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta aprillikuu kahekümne kolmandal päeval Luxembourgis.

Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι τρεις Απριλίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Luxembourg on the twenty-third day of April in the year two thousand and seven.

Fait à Luxembourg, le vingt-trois avril deux mille sept.

Fatto a Lussemburgo, addì ventitré aprile duemilasette.

Luksemburgā, divi tūkstoši septītā gada divdesmit trešajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų balandžio dvidešimt trečią dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer hetedik év április havának huszonharmadik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-tlieta u għoxrin jum ta' April tas-sena elfejn u sebgħa

Gedaan te Luxemburg, de drieëntwintigste april tweeduizend zeven.

Sporządzono w Luksemburgu dnia dwudziestego trzeciego kwietnia roku dwa tysiące siódmego.

Feito no Luxemburgo, em vinte e três de Abril de dois mil e sete.

Încheiat la Luxemburg la douăzeci și trei aprilie, anul două mii șapte.

V Luxemburgu dňa dvadsiateho tretieho apríla dvetisíssedem.

V Luxembourgu, triindvajsetega aprila leta dva tisoč sedem.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Luxemburg den tjugotredje april tjugohundrasju.

Совершено в Люксембурге двадцать третьего апреля две тысячи седьмого года.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

За государства-члены

Image

За Европейската общност

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspólnot Europejskich

Pelas Communidades Europeias

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvá

Za Evropske skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På europeiska gemenskapernas vägnar

За Европейские сообщества

Image

Image

За Руската Федерация

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de russie

Per la Federazione russa

Krievijas Federācijas vārdā

Rusijos Federacijos vardu

Az Orosz Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Pentru Federația Rusă

Za Ruskú federáciu

Za Rusko federacijo

Venäjän federaation puolesta

För Ryska Federationen

За Российскую Федерацию

Image


Kummissjoni

9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Settembru 2006

dwar l-għajnuna mill-Istat C 45/04 (ex NN 62/04) favur il-produttur ta’ l-azzar Ċek Třinecké železárny a.s.

(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5245)

(Il-verżjoni Ċeka biss hi awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/319/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 2 dwar ir-ristrutturar ta’ l-indusrija ta’ l-azzar Ċeka tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ikkwotati aktar 'il fuq (1),

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fit-12 ta’ Novembru 2003 il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni li l-Gvern Ċek kien adotta r-“Riżoluzzjoni li tikkonċerna l-fażi finali tar-ristrutturar tas-settur ta’ l-azzar u li tipproponi soluzzjoni għal Třinecké železárny a.s.” (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “TŽ”). Ir-Riżoluzzjoni indikat li l-Gvern ippjana li jagħti għajnuna statali li tammonta għal madwar CZK 1,9 biljun (madwar EUR 67 miljun) (2) lil TŽ.

(2)

Fir-Riżoluzzjoni l-Gvern Ċek ta l-kunsens tiegħu għal dawn it-tranżazzjonijiet li ġejjin:

Il-Gvern Ċek jakkwista minn TŽ, permezz ta’ l-Aġenzija tal-Konsolidazzjoni Ċeka (“CCA”), l-10,54 % sehem li kellhom TŽ fil-kumpanija ta’ l-azzar ISPAT Nová Huť (“INH”). Il-prezz għal dawn l-ishma jiġi stabbilit mill-Ministeru tal-Finanzi bi ftehim mal-Ministeru ta’ l-Industrija u l-Kummerċ.

Is-CCA tittrasferixxi 10 000 sehem b’valur nominali ta’ CZK biljun (EUR 35 miljun), maħruġa mit-trasferimenti tas-CCA 10,000 sehem b’valur nominali ta’ CZK biljun (EUR 35 miljun), maħruġa minn TŽ u li bħalissa qegħdin għand CCA, jingħataw lura lil TŽ, għall-prezz totali ta’ CZK 100 miljun (EUR 3.5 miljun), jiġifieri 10 % biss tal-valur nominali tagħhom li bħalissa qegħdin għand CCA, lura lil TŽ, għall-prezz totali ta’ CZK 100 miljun (EUR 3,5 miljun), jiġifieri 10 % biss tal-valur nominali tagħhom.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tistipula wkoll li ż-żewġ tranżazzjonijiet jistgħu jidħlu fis-seħħ biss wara li jkollhom deċiżjoni pożittiva mingħand l-uffiċju Ċek għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni (OPC) li tinħareġ wara konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ Novembru 2003, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni marbuta mat-tranżazzjonijiet imsemmija aktar ‘l fuq.

(5)

Saru laqgħat fl-10 ta’ Diċembru 2003 u s-7 ta’ Jannar 2004 bejn il-Prim Ministru Ċek u l-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija u l-Kummissarju għall-Kompetizzjoni. Sar qbil li tkun rispettata l-aħħar stqarrija tar-Riżoluzzjoni (ara punt 3).

(6)

Fl-20 ta’ Frar 2004 il-Kummissjoni rċeviet deskrizzjoni tal-proġetti kollha li għalihom il-Gvern Ċek kellu fi ħsiebu li jagħti għajnuna statali lil TŽ. Fis-17 ta’ Marzu 2004 saret konsultazzjoni teknika fi Brussell bejn id-dipartimenti tal-Kummisjoni, ir-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet Ċeki u l-kumpanija.

(7)

Fid-29 ta’ Marzu u fid-29 ta’ April 2004 il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tagħha lill-awtoritajiet Ċeki fejn indikat li fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li kellha ma setgħetx teskludi li l-pjan tal-Gvern Ċek li jakkwista l-ishma ta’ l-INH li kellha TŽ kien ser ikun aktar mill-prezz tas-suq, b’hekk jinvolvi għajnuna statali favur dan ta’ l-aħħar, u li l-għajnuna statali li tiffinanzja l-proġetti differenti ta’ TŽ ma kinitx tidher li hi kompatibbli mar-regoli preżenti tal-Komunità għall-għajnuna statali.

(8)

Fit-22 u t-30 ta’ April 2004 l-Uffiċju Ċek għall-Protezzjoni mill-Kompetizzjoni awtorizza l-għajnuna statali lil TŽ.

(9)

Permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Diċembru 2004 il-Kummissjoni informat lir-Repubblika Ċeka li ddeċidiet li tibda l-proċeduri fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE u talbet għal ċerta informazzjoni.

(10)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment.

(11)

Permezz ta’ ittri tal-31 ta’ Jannar 2005, li kienu reġistrati bħala ittri riċevuti fl-1 ta’ Frar 2005, ir-Repubblika Ċeka rrispondiet għal xi wħud mill-mistoqsijiet imqanqla fid-Deċiżjoni biex tibda l-proċedura ta’ l-investigazzjoni formali.

(12)

Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ April 2005, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni li ngħatat permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Mejju 2005, li kienet reġistrata bħala ittra riċevuta fit-18 ta’ Mejju 2005.

(13)

Permezz ta’ ittra ta’ l-4 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni talbet kopja ta’ ċerti dokumenti kkwotati mill-awtoritajiet Ċeki, li kienu sottomessi permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Lulju 2005, reġistrata bħala ittra riċevuta fil-25 ta’ Lulju 2005.

(14)

Permezz tal-posta elettronika fl-10 ta’ Awwissu 2005, l-awtoritajiet Ċeki nformaw lill-Kummissjoni dwar l-elementi l-ġodda.

(15)

Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Settembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni, li ngħatat waqt laqgħa ma’ l-awtoritajiet Ċeki fid-29 ta’ Settembru 2005 u permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2005, reġistrata bħala ittra riċevuta fid-19 ta’ Ottubru 2005.

(16)

Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni li ngħatat permezz ta’ ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2006, li kienet reġistrata bħala ittra riċevuta fil-21 ta’ Marzu 2006. F’din l-ittra, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li ma kinux ser iħallsu l-għajnuna ta’ l-għeluq għax TŽ għamlet xi tibdil fl-israteġija kummerċjali tagħha.

(17)

Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni, li ntbagħtet permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Awwissu 2006.

(a)   Miżuri adottati f’April 2004

(18)

Fl-14 ta’ April 2004 il-Gvern tar-Repubblika Ċeka għadda riżoluzzjoni li tispeċifika li għandu jitħallas prezz ta’ CZK 1 250 għal kull sehem lil TŽ għal 1 306 920 sehem ta’ l-INH li għandha bħalissa, li jirrappreżenta 10,54 % tal-kapital ta’ din il-kumpanija. Fit-22 ta’ April 2004 l-OPC ikkonsidrat li din it-tranżazzjoni ma kinitx tinvolvi għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. It-tranżazzjoni saret fl-aħħar ta’ dak ix-xahar.

(19)

Fit-30 ta’ April 2004 l-OPC awtoriżżat għajnuna statali lil TŽ fil-forma ta’ trasferimenti ta’ bonds b’valur totali nominali ta’ madwar CZK 576,7 miljuni (EUR 20 miljun) għal taħriġ ambjentali, ta’ riċerka u żvilupp u proġetti ta’ l-għeluq għas-snin 2004-2006. Parti minn dan kien għajnuna ta’ CZK 44 088 300 (EUR 1,5 miljun) għall-proġetti ta’ taħriġ u CZK 4 152 500 (EUR 0,14 miljun) għal proġett ta’ għeluq.

(b)   Informazzjoni dwar il-kumpanija

(20)

TŽ kienet ipprivatizzata f’nofs is-snin 90 u kienet totalment ristrutturata mingħajr appoġġ mill-istat.

(21)

L-iskop kummerċjali ewlieni ta’ TŽ hu l-produzzjoni metallurġika (ta’ l-azzar) b’ċiklu metallurġiku magħluq. Apparti mill-produzzjoni tal-kokk, tal-metall mhux maħdum u ta’ l-azzar, il-prodotti prinċipali tal-kumpanija huma l-prodotti magħmula minn impjanti bir-rombli, jiġifieri mases tal-ħadid għall-forma, ċangaturi, ingotti, wajer imgerbeb, azzar rinfurzat, u sezzjoni għal azzar ħafif, medju u tqil. TŽ hu l-uniku produttur tal-linji tal-ferrovija fir-Repubblika Ċeka.

2.   RAĠUNIJIET BIEX JIBDEW IL-PROĊEDURI

(22)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jibdew il-proċeduri formali għall-investigazzjoni kienu jikkonċernaw tlieta mill-miżuri li ttieħdu mill-Istat favur TŽ, jiġifieri x-xiri ta’ l-ishma, l-għajnuna għat-taħriġ, u l-għajnuna għall-għeluq. Il-miżuri l-oħra għall-għajnuna (R&D u l-protezzjoni ambjentali) kienu konformi mar-regoli rilevanti u mhumiex is-suġġett tal-proċedura preżenti (4). Fid-deċiżjoni tagħha biex jibdew il-proċeduri, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha li dawn it-tliet miżuri implimentati mir-Repubblika Ċeka qabel l-adeżjoni kienu jinvolvu għajnuna bil-moħbi għar-ristrutturar lil TŽ, li jmur kontra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 (minn hawn ‘il quddiem “Protokoll Nru 2”).

(23)

Rigward l-għajnuna għat-taħriġ u l-għajnuna għall-għeluq, il-Kummissjoni kellha d-dubji li fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna kienet tikkonforma mal-ħtiġijiet korrispondenti tar-regoli eżistenti ta’ l-għajnuna statali tal-Komunità (5). Id-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni fi Frar u f’Marzu 2004 ma kinux ċari rigward l-għanijiet u l-kundizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ miżuri ta’ għajnuna. L-informazzjoni vaga pprovduta fid-deċiżjoni ta’ l-OPC ma ppermettitx li jsir l-iċċekkjar jekk din l-għajnuna kinitx fil-fatt mogħtija skond ir-regoli rilevanti.

(24)

Rigward ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ, il-Kummissjoni kellha dubju jekk il-prezz ta’ CZK 1 250 għal kull sehem li ħallas l-Istat kienx ikun aċċettabbli għall-investitur fl-ekonomija tas-suq u kienx ħieles minn kull għajnuna favur il-bejjiegħ. Fil-fatt, f’Marzu 2004 il-Kummissjoni għas-Sigurtà Ċeka (“CSC”) awtoriżżat lill-INH biex terġa’ tixtri lura l-ishma tagħha mis-suq ta’ l-ishma bil-prezz ta’ CZK 550. Fis-sottomissjoni tagħha lis-CSC, l-INH saħħet l-appoġġ għall-prezz propost mir-rapport tal-valutazzjoni ta’ espert. Il-Kummissjoni osservat li l-Istat ma tax każ tal-prezz ħafna orħos approvat mis-CSC xi ġimgħat qabel u aċċetta li jħallas il-prezz ikkalkulat mill-espert tiegħu stess (KPMG).

(25)

It-titlu tar-Riżoluzzjoni Nru 1126 tal-Gvern tar-Repubblika Ċeka adottata fit-12 ta’ Novembru 2003, li kien jgħid li din ir-riżoluzzjoni “tikkonċerna l-iffinaliżżar tar-ristrutturar tas-settur ta’ l-azzar u tipproponi soluzzjoni għal Třinecké železárny, a.s” kompla saħħaħ id-dubji tal-Kummissjoni.

(26)

Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga jekk dawn it-tliet miżuri kinux jikkostitwixxu għajnuna moħbija għar-ristrutturar lill-produttur ta’ l-azzar TŽ u għalhekk kienu jmorru kontra l-Protokoll Nru 2.

3.   KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA ĊEKA

Għajnuna għat-taħriġ

(27)

L-awtoritajiet Ċeki ssottomettew lill-Kummissjoni kopji tal-proġetti kollha għat-taħriġ ta’ l-impjegati ta’ TŽ għall-perjodu 2004-2006, li kienu eżaminati mill-OPC u li abbażi tagħhom ingħatat l-għajnuna statali. Barra dan, huma spjegaw fid-dettal l-attivitajiet kollha koperti mit-taħriġ ġenerali u speċifiku u indikaw kif l-għajnuna għat-taħriġ kienet ser ittejjeb u taġġorna l-livelli ta’ ħiliet ta’ l-impjegati tal-kumpanija u l-kapaċità għall-impjieg fid-dawl ta’ l-isfidi l-ġodda tas-suq.

(28)

Il-proġetti ta’ taħriġ, li għandhom isiru mill-2004 sa l-2006, jikkonsistu fi programm ta’ taħriġ komprensiv ta’ diversi korsijiet differenti (żvilupp personali, komunikazzjoni, marketing, taħriġ fil-maniġment, awditjar, teknoloġiji ġodda, inġinerija, kwalità, eċċ). L-ispiża totali eliġibbli għal dawn il-proġetti tammonta għal CZK […] (*) L-ammonti ta’ għajnuna totali jammontaw għal CZK 44 088 300 (EUR 1,5 miljuni).

Għajnuna għall-għeluq

(29)

Fl-ittra tagħhom ta’ l-20 ta’ Marzu 2006, l-awtoritajiet Ċeki indikaw li ma kinux ser iħallsu l-għajnuna għall-għeluq, li tammonta għal CZK 4 152 500 (EUR 14-il miljun), li tkopri parti mill-ħlas għar-redundancy lill-impjegati tal-forn li ngħalaq minħabba li TŽ biddlet l-istrateġija tan-negozju.

Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ

(30)

L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li huma aġixxew bħal investitur f’ekonomija tas-suq meta ma qisux il-prezz ta’ CZK 550 approvat mis-CSC u konsekuttivament innegozjaw il-prezz mal-bejjiegħ – TŽ – abbażi tar-rapport ta’ l-espert (ir-rapport ta’ KPMG). Biex isaħħu din l-asserżjoni, l-awtoritajiet Ċeki ressqu diversi elementi, li jinkludu dan li ġej.

(31)

L-ewwel, huma jsostnu li investitur f’ekonomija tas-suq jaf li l-interess ta’ kumpanija (f’dan il-każ l-INH), jkun jrid iħallsu l-orħos prezz possibli meta tiġi biex terġa’ tixtri lura l-ishma tagħha stess. Għalhekk, waqt in-negozjati tal-prezz ta’ l-ishma mal-bejjiegħ, l-investitur razzjonali ma jikkonsidrax il-prezz propost fil-qafas ta’ l-offerta għax-xiri lura bħala li jikkostitwixxi l-valur tas-suq.

(32)

It-tieni, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li ma tistax tiġbed konklużjoni mill-fatt li l-prezz propost minn INH kien imsaħħaħ minn rapport ta’ espert u kien approvat mis-CSC li kien jirrappreżenta l-valur tas-suq ta’ l-ishma:

(a)

Fil-fatt, fir-rigward tar-rapport ta’ l-espert, l-investitur fl-ekonomija tas-suq jaf li l-espert jintgħażel u jitħallas mill-INH, li kienet interessata b’mod partikolari li tiffissa prezz irħis għax-xiri. Għalhekk wieħed jista’ jiddubita mill-imparzjalità tar-rapport ta’ l-espert u hemm suspett li kien hemm tendenza li jiġi ffissat prezz orħos;

(b)

Rigward il-fatt li l-prezz kien approvat mis-CSC, l-awtoritajiet Ċeki jisħqu li, kuntrarju għall-ipotesi tal-Kummissjoni kif espressa fid-deċiżjoni tal-bidu, is-CSC tivvaluta t-talba abbażi tal-liġi applikabbli u tal-metodoloġija interna tagħha dwar “Rapporti ta’ esperti li jiffissaw il-prezz għas-sigurtajiet parteċipattivi fi ħdan talba mandatorja ta’ akkwiżizzjoni u fi ħdan offerta pubblika ta’ xiri ta’ ishma” u hi m’għandhie il-kompetenza li tiffissa l-prezz ta’ l-ishma nfushom jew li tibdel ir-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-espert ma’ l-analiżi tagħha stess. Is-CSC ddeċidiet biss jekk kinux sodisfatti l-ħtiġijiet legali kollha għall-offerta tat-tender biex tixtri lura l-ishma tal-kumpanija u għar-rapport ta’ valutazzjoni mill-espert.

(33)

It-tielet, b’żjieda ma’ l-aħħar konsiderazzjoni, l-awtoritajiet Ċeki jindikaw li, qabel ma eventwalment tat l-approvazzjoni tagħha f’Marzu 2004, is-CSC kienet diġa’ irrifjutat sottomissjoni mill-INH u waħda minn LNM (l-azzjonist maġġoritarju ta’ l-INH). Tassew, li fiż-zewġ każi r-rapport ta’ l-espert li kien jifforma l-bażi għall-prezz propost kien fih nuqqasijiet serji fejn jidħlu l-ħtiġijiet regulatorji għal rapport ta’ espert. L-INH imbagħad għamlet sottomissjoni ġdida abbażi ta’ rapport ta’ valutazzjoni li kien jirrispetta l-ħtiġijiet regulatorji. Is-CSC ma kellhiex fuqhiex tirrifjuta din l-aħħar sottomissjoni u konsegwentement approvatha. Skond l-awtoritajiet Ċeki, investitur fl-ekonomija tas-suq kien jinterpreta dan ir-rifjut doppju aktar bikri mis-CSC bħala konferma ta’ l-aspetattivi tagħha li l-INH u l-LNH permezz ta’ dawn in-nuqqasijiet identifikati mis-CSC fir-rapporti ta’ l-espert, biex jissottovalutaw il-kumpanija sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-anqas prezz possibli għall-ishma li ppjanaw li jixtru lura.

(34)

Ir-raba’, l-awtoritajiet Ċeki jindikaw li investitur f’ekonomija tas-suq jikkonsidra li l-prezz ta’ CZK 550 huwa sottovalutat jekk wieħed iqis il-fatt li jikkorrispondi għal relazzjoni bejn il-prezz (tas-suq) u l-qliegħ (P/E) esaġeratament baxxa. Tasal għal dan il-proporzjon billi tiddividi l-prezz ta’ sehem bil-profitt nett minn kull sehem. Abbażi tal-profitt nett ta’ l-INH għall-2003, li seta’ jiġi stmat fil-bidu ta’ l-2004 meta saret it-tranżazzjoni, prezz ta’ CZK 550 għal kull sehem jagħti P/E ta’ madwar 1,25. Prezz ta’ CZK 1 250 għal kull sehem jagħti P/E ta’ 2,8, li kien fil-qiegħ nett tal-kejl tal-P/E għall-produtturi ta’ l-azzar ikkwotati fil-borża. Fi kliem ieħor, il-prezz ikkalkulat mill-espert ta’ l-INH jikkorrispondi ghal valutazzjoni ferm baxxa tal-kumpanija, li ma kinitx rikonċiljabbli mal-valutazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-kumpaniji li dak iż-żmien kienu joperaw fis-settur ta’ l-azzar.

(35)

Finalment, l-awtoritajiet Ċeki jindikaw li l-offerta pubblika ta’ l-INH biex jixtru lura l-ishma tagħhom bil-prezz ta’ CZK 550 kellha rispons fqir. Il-maġġoranza l-kbira ta’ l-investituri eleġibbli ddeċidew li ma jbigħux l-ishma tagħhom b’dan il-prezz. Bosta minnhom ilmentaw u allegaw ksur tad-drittijiet tagħhom.

4.   IL-VALUTAZZJONI TA’ L-GĦAJNUNA

4.1.   Il-liġi applikabbli

(36)

Il-protokoll Nru 2 jippermetti li tingħata għajnuna ristrutturata mill-istat lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka in konnessjoni mar-ristrutturar tagħha fil-perjodu ta’ bejn l-1997 u l-2003 sa massimu ta’ CZK 14 147 miljun (EUR 453 miljun). Il-Protokoll jikkombina l-għotja ta’ għajnuna statali ma’ diversi kundizzjonijiet, inter alia, biex jerġghu jistabbilixxu l-vijabblilità u l-impenn li jnaqqsu l-kapaċità.

(37)

Punt 1 ta’ Protokoll Nru 2 jistipula li “Minkejja l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE, l-għajnuna statali mogħtija mir-Repubblika Ċeka għal skopijiet ta’ ristrutturar lill-partijiet speċifiċi ta’ l-industrija ta’ l-azzar Ċeka għandha tfisser li tkun kompattibli mas-suq komuni” jekk, inter alia, jinkisbu l-kundizzjonijiet li saru fil-Protokoll.

(38)

Punt 3 ta’ Protokoll Nru 2 jistipula li “l-kumpaniji imniżżla f’Anness 1 biss għandhom ikunu eleġibbli għall-għajnuna statali fil-qafas tal-programm Ċek għar-ristrutturar ta’ l-azzar.” TŽ ma tissemmiex f’Anness 1

(39)

L-aħħar sentenza ta’ punt 6 ta’ Protokoll Nru 2 jipprojbixxi li tingħata xi għajnuna addizzjonali għall-iskop ta’ ristrutturar lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka. Għal dan il-għan, punt 20 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tieħu “passi xierqa li ġġiegħel li kull kumpanija kkonċernata tirrifondi kull għajnuna mogħtija bi ksur tal-kundizzjonijiet mniżżla f’dan il-Protokoll” jekk il-monitoraġġ tar-ristrutturar ma jkunx konformi mal-mod kif tingħata “għajnuna addizzjonali statali inkompatibbli lill-industrija ta’ l-azzar”.

(40)

Il-perjodu ta’ grazzja biex tingħata għajnuna għar-ristrutturar lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka skond il-Ftehim Ewrpoew ġie estiż mill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2006. Dan il-ftehim kien rikonnoxxut mill-Protokoll Nru 2. Sabiex jilħaq dan il-għan, il-Protokoll ikopri perjodu ta’ żmien li jestendi minn qabel sa wara l-adeżjoni. B’mod aktar preċiż, il-Protokoll awtorizza ammont żgħir ta’ għajnuna għar-ristrutturar għas-snin 1997-2003 u jipprojbixxi kull għajnuna oħra għal skopijiet ta’ ristrutturar lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka bejn l-1997 u l-2006. F’dan ir-rigward, b’mod ċar hu differenti minn dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, bħalma hu l-mekkaniżmu interim imwaqqaf f’Anness IV (il-“proċedura għall-għajnuna eżistenti”), li tikkonċerna biss l-għajnuna statali mogħtija qabel l-adeżjoni safejn “tkun għadha applikabbli wara” d-data ta’ l-adeżjoni. Il-Protokoll Nru 2 għalhekk, jista’ jitqies bħala lex specialis li, għall-materji li jkopri, jieħu post kull diżpożizzjoni oħra tat-Trattat ta’ Adeżjoni.

(41)

Konsegwentement, filwaqt li l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE normalment ma japplikawx għall-għajnuna mogħtija wara l-adeżjoni, id-diżpożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 2 jestendu l-kontroll ta’ l-għajnuna statali skond it-Trattat tal-KE għal kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni għar-ristrutturar ta’ l-industrija ta’ l-azzar Ċeka bejn l-1997 u l-2006.

(42)

Il-protokoll Nru 2 ma japplikax għall-miżuri oħra ta’ għajnuna mogħtija lill-industrija ta’ l-azzar Ċeka għal skopijiet speċifiċi li jistgħu jiġu dikjarati kompatibbli ma’ miżuri oħra, bħalma huma għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-protezzjoni ambjentali, għajnuna għat-taħriġ, u għajnuna għall-għeluq, eċċ. Dawn il-miżuri ta’ għajnuna ma jaqgħux taħt l-għan ta l-Artikoli 87 u 88 jekk jiġu mogħtija qabel l-adeżjoni u mhumiex applikabbli wara l-adeżjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Protokoll ma jillimitax il-possibiltà li jagħti xi forom oħra ta’ għajnuna lill-kumpaniji ta’ l-azzar Ċeki skond l-acquis tal-Komunità. Naturalment, ma jillimitax il-possibiltà li jaddotta miżuri li ma jikkwalifikawx bħala għajnuna, eż. injezzjonijiet ta’ kapital skond it-test ta’ l-investitur privat fl-ekonomija tas-suq. Mill-banda l-oħra, kull miżura li tikkonċerna l-kumpaniji ta’ l-azzar Ċeki li tikkostitwixxi għajnuna statali u li ma titqiesx bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt regoli oħra għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għar-ristrutturar – jew fi kwalunkwe każ, bħala għajnuna marbuta mar-ristrutturar għas-settur ta’ l-azzar Ċek u għalhekk tiġi taqa’ taħt Protokoll Nru 2.

(43)

Għaldaqstant, skond il-prassi kostanti tagħha u skond punt 20 ta’ Protokoll nru 2, il-Kummissjoni tista’ għalhekk tivvaluta l-miżuri ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fejn tissuspetta li l-awtoritajiet Ċeki taw għajnuna lill-kumpaniji ta’ l-azzar li mhumiex kompatibbli mas-suq komuni għal raġunijiet ‘il hinn mir-ristrutturar u li, għalhekk, il-Protokoll Nru 2 ma jkunx qed jiġi osservat mir-Repubblika Ċeka. Japplika wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ marzu 1999 li jfassal regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 (6).

4.2.   L-eżistenza ta’ l-għajnuna

Għajnuna għat-taħriġ

(44)

Sussidji għat-taħriġ favur TŽ jikkostitwixxu għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Huma ffinanzjati mill-Istat jew permezz tar-riżorsi ta’ l-Istat. Dawn il-mezzi finanzjarji addizzjonali jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni fil-Komunità billi jagħtu vantaġġ lil TŽ fuq kompetituri li ma jirċevux għajnuna. Fl-aħħarnet, hemm kummerċ estensiv bejn l-Istati Membri fis-settur ta’ l-azzar li fih TŽ għandha parti importanti, għalhekk l-għajnuna għandha mnejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Għajnuna għall-għeluq

(45)

L-awtoritajiet Ċeki mhumiex ser iħallsu lil TŽ għall-għajnuna għall-għeluq li tkopri parti mill-ħlas għar-redundancy lill-impjegati tal-forn li ngħalaq minħabba bidla fl-istrateġija tal-kummerċ ta’ TŽ. Għaldaqstant il-kumpanija mhux ser tirċievi l-għotja ta CZK 4 152 500 (EUR 0,146 miljun) li kienet imwiegħda lilha suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Għaldaqstant din il-miżura ta’ l-awtoritajiet Ċeki saret mhux operattiva.

Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ

(46)

Il-Kummissjoni ser tanaliżża, fl-ordni li fiha jidhru fis-sezzjoni preċedenti “il-Kummenti mir-Repubblika Ċeka”, l-elementi mressqa mill-awtoritajiet Ċeki biex isostnu l-asserzjoni tagħhom li huma aġixxew bħala investitur fl-ekonomija tas-suq (7) meta ma qisux il-prezz ta’ CZK 550 fi ħdan il-qafas tan-negozjati mal-bejjiegħ, sottomess minn INH u approvat mis-CSC.

(47)

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ewwel talba ta’ l-awtoritajiet Ċeki li investitur fl-ekonomija tas-suq, kif ukoll il-bejiiegħ jaf li hu fl-interess ta’ kumpanija (f’dan il-każ jiġifieri l-INH), li tħallsu l-orħos prezz possibli meta tiġi biex tixtri lura l-ishma tagħha stess. Għaldaqstant, waqt in-negozjati tagħhom għall-prezz ta’ l-ishma, l-investitur razzjonali u l-bejjiegħ ikollhom suspetti dwar il-prezz propost fil-qafas ta’ tali offerta għax-xiri lura. Jikkonsidrawh biss bħala li jikkostitwixxi f’riflessjoni tal-valur tas-suq jekk dan il-prezz ikun sostnut minn elementi addizzjonali. Per eżempju, jekk l-offerta għax-xiri lura tkun konkluża u tkun suċċess fost l-investituri, li jkun ifisser li perċentwali sinifikanti ta’ l-investituri jkunu lesti li jbiegħu l-ishma b’dak il-prezz, l-investitur fl-ekonomija tas-suq normalment iqis dan il-prezz. Madanakollu, fil-każ preżenti, l-offerta għax-xiri lura kienet għadha fis-seħħ meta saret it-tranżazzjoni u ma kien hemm l-ebda informazzjoni li tindika li kienet ser tkun suċċess.

(48)

Fir-rigward tat-tieni asserzjoni mill-awtoritajiet Ċeki, il-Kummissjoni trid tisħaq li jridu jiġu analiżżati d-dettalji tal-każ. L-ewwel, ma kien hemm l-ebda prezz fis-suq li seta’ jintuża bħala bażi ċara u indiskutibbli għall-valur fis-suq tal-kumpanija (8). Konsegwentement, sabiex isir valutazzjoni tal-kumpanija, kien meħtieġ li ssir previżjoni għaċ-ċirkolazzjoni tal-flus fil-futur imbagħad jikkalkulaw il-valur preżenti. It-tieni, il-kumpanija li kienet ser tiġi valutata kienet għaddejja minn riorganiżżazzjoni profonda. Il-kumpanija kienet għadha kemm inbiegħet lill-intrapriża ta’ l-azzar kbira u privata mill-Istat, li kellu l-kontroll fuqha sa dik id-data. Din ta’ l-aħħar kellha l-inkarigu li timmoderniżża l-kumpanija u li tagħmel investimenti sostanzjali. Meta wieħed jikkonsidra t-tibdil drammatiku fil-kumpanija u l-maniġment tagħha, id-data finanzjarja ta’ l-imgħoddi ma setgħetx tiġi kkonsidrata bħala gwida ta’ min jorbot fuqha għall-azzjonijiet futuri. Il-previżjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-flus jew dividendi ma setgħux jiġu bbażati fuq is-serje eżistenti osservabbli. Bħala konklużjoni, il-valutazzjoni tal-kumpanija kienet tiddependi mill-previżjoni, li għaliha ma setgħet tintuża l-ebda bażi indisputibbli. Il-Kummissjoni taqbel li, f’dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, ma tistax tiġbed konklużjoni mill-fatt li l-prezz propost mill-INH kien imsaħħaħ minn rapport ta’ espert u kien approvat mis-CSC bħala li kien jirrappreżenta l-valur tas-suq ta’ l-ishma:

(a)

Il-Kummissjoni taċċetta li, fir-rigward tar-rapport ta’ l-espert, l-investitur fl-ekonomija tas-suq kif ukoll il-bejiiegħ jafu li l-espert jintgħażel u jitħallas mill-INH. Minħabba l-fatt li l-valutazzjoni tal-kumpanija INH seta’ jsir biss permezz ta’ ipoteżi dwar l-iżviluppi tal-futur u mhux permezz ta’ indikaturi osservabbli, li minħabba l-privatiżżazzjoni riċenti kien diffiċli li jiġu verifikati, il-konsulent li tqabbad jista’ jagħmel ipoteżi konservattiva dwar l-iżviluppi tal-futur sabiex tasal għall-prezz mistenni mill-kumpanija li tagħmel l-ordni mingħajr ma tikkommetti ebda żball formali u b’hekk tqiegħed fil-periklu r-reputazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni tosserva li l-previżjoni magħmula mill-espert magħżul miil-INH kienet tassew konservattiva (ara hawn taħt).

(b)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Ċeki, il-Kummissjoni tosserva li s-CSC ma pproduċitx ir-rapport ta’ l-espert tagħha dwar il-valur ta’ l-ishma, li kien jieħu post ir-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-espert ippreżentat mill-NH. Is-CSC ddeċidiet biss jekk ġewx sodisfatti l-kriterji legali biex jinxtraw lura l-ishma tal-kumpanija u r-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-espert. Fil-każ preżenti l-Kummissjoni tosserva li l-valutazzjoni kellha ssir mill-ipoteżi dwar l-iżvilupp ta’ kumpanija li kienet għaddejja minn tibdil drammatiku, u mhux minn fatturi bħalma huma l-prezz tas-suq jew id-data finanzjarja ta’ l-imgħoddi li tista’ tiġi verifikata formalment mis-CSC. Mill-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Ċeki, il-Kummissjoni tinnota li jekk il-valutazzjoni ta’ l-espert ma kellux nuqqasijiet jew inkoerenzi, is-CSC ma tistax sempliċiment tirrifjutah għax hu bbażat fuq ipoteżi “konservattiva” u konsegwentement tasal għall-prezz orħos ta’ l-ishma valutati.

(49)

Il-Kummissjoni taċċetta t-tielet element imressaq mill-awtoritajiet Ċeki, l-aktar dak li investitur fl-ekonomija tas-suq kien jinterpreta r-rifjut doppju minn qabel mis-CSC bħala li tikkonferma l-aspettattivi tagħha li INH u LNM (l-azzjonist maġġoritarju ta’ INH, li hu l-mutur li jagħti spinta lil din l-operazzjoni peress li jixtri mingħand INH l-ishma li l-kumpanija kienet xtrat lura) kienu qed jipprovaw jissottovalutaw il-kumpanija sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-anqas prezz possibli għall-ishma li xtaqu jixtru lura.

(50)

Fir-rigward tar-raba’ asserzjoni mill-awtoritajiet Ċeki, il-Kummisjoni kienet tosserva li, fiż-żmien tal-preparazzjoni tar-rapporti ta’ valutazzjoni li kienu ordnati mill-INH u mill-Istat rispettivament fl-ewwel kwart ta’ l-2004, il-qliegħ ta’ l-INH għas-sena sħiħa 2003 ma kienx għadu magħruf iżda seta’ jiġi stmat miċ-ċifri ta’ l-ewwel kwart li kienu diġà magħrufa. Għalhekk, il-profitti netti li kienu nklużi fiż-żewġ rapporti ta’ valutazzjoni previżti għas-sena sħiħa 2003 huma ta’ l-istess kobor. Abbażi tal-qliegħ nett għall-2003, huma jipprevedu li prezz għal kull sehem ta’ CZK 550 jagħti P/E ekwivalenti ta’ madwar 1,5. (L-awtoritajiet Ċeki kkalkulaw il-proporzjon tal-P/E ta’ 1,25 abbażi tal-qliegħ effettiv li ma kienx magħruf dak iż-żmien u li spiċċa biex kien aħjar mill-previżjoni taż-żewġ esperti, għalhekk proporzjon aktar baxx tal-P/E.) Din l-aħħar ċifra hija baxxa ħafna. Investitur fl-ekonomija tas-suq jivvaluta biss kumpanija bi prezz daqshekk baxx jekk fil-futur b’mod eċċezzjonali jkollu aspetattivi negattivi fit-tkabbir tad-dħul nett. Il-Kummissjoni tosserva li l-espert imqabbad mill-INH jikkonsidra tassew li l-qliegħ nett miksub fl-2003 hu ferm eċċezzjonali u jantiċipa li l-profitti ser jonqsu b’żewġ terzi fis-snin li ġejjin. Fi kliem ieħor, dan l-espert jantiċipa li għas-snin ta’ wara l-2003 jerġa’ jkun hemm kważi l-livell ta’ profitti ta’ l-2002 (CZK 0,9 biljun), perjodu li fih l-INH kienet għadha qed issofri minn maniġment fqir u nuqqas ta’ investiment wara li kienet saret ta’ l-istat. L-espert jipprevedi tnaqqis ta’ bejgħ u tnaqqis limitat fl-ispejjeż. Il-Kummissjoni tosserva li r-rapport ta’ valutazzjoni ma jispjegax b’mod ċar għaliex LNM, li ħadet il-kontroll ta’ l-INH fil-bidu ta’ l-2003, tkun ineffiċjenti fir-ristrutturar tal-kumpanija, fit-tnaqqis ta’ l-ispejjeż operattivi u tad-dħul, u f’li tiżviluppa aktar prodotti li jagħmlu qliegħ u f’relazzjonijiet kummerċjali. F’kuntrast ma’ dan, il-prezz ta’ CZK 1 250 ikkalkulat mill-espert imqabbad mill-Istat, KPMG, jagħti P/E ta’ bejn 3 u 3,5. Dan hu fil-qiegħ tal-firxa tal-P/E tas-swieq finanzjarji għall-produtturi ta’ l-azzar osservata f’dak iż-żmien. Il-proporzjon baxx jirrifletti previżjoni prudenti għat-tkabbir fil-profitti. Tassew, li KPMG tbassar tnaqqis (limitat) fil-profitti wara l-2003. Għaldaqstant KPMG tirrikonoxxi, bħal ma jagħmel l-espert imqabbad mill-INH, is-sitwazzjoni favorevoli tas-suq ta’ l-azzar fl-2003 u n-natura ċiklika tiegħu. Madanakollu, KPMG tantiċipa wkoll li, taħt il-kontroll ta’ l-LNM, ikompli l-istrutturar operattiv tal-kumpanija li qabel kienet ta’ l-Istat, jinstabu sorsi orħos ta’ dħul grazzi għall-integrazzjoni ma’ kumpanija kbira ta’ l-azzar, u l-produzzjoni tkun orjentata mill-ġdid lejn prodotti li jkollhom aktar valur miżjud. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni taqbel li investitur fl-ekonomija tas-suq ikun ikkonsidra l-prezz ta’ CZK 550 bħala wieħed baxx minħabba l-fatt li jikkorrispondi ma’ P/E eċċezzjonalment baxx li hu diffiċli li jkun ġustifikat abbażi tal-progress mistenni fl-andament finanzjarju tal-kumpanija li seta’ jkun pjuttost mistenni wara l-privatiżżazzjoni u l-investiment u l-programm ta’ ristrutturar imniedi mill-azzjonist privat ġdid tagħha.

(51)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kombinazzjoni ta’ l-erba’ elementi ta’ qabel jgħinu biex jiġi spjegat għaliex, fiż-żmien li l-Gvern kien ser jixtri, il-prezz ta’ CZK 550 propost mill-INH fi ħdan il-qafas ta’ l-operat għax-xiri mill-ġdid u approvat mis-CSC ma kienx jitqies bis-serjetà minn investitur fl-ekonomija tas-suq u ma kienx jikkostitwixxi għodda għal negozjar serju biex iġġiegħel lill-bejjiiegħ iraħħas il-prezz. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ prezz ieħor ta’ riferenza, investitur fl-ekonomija tas-suq ikun innegozja mal-bejjiegħ abbażi tal-prezz ikkalkulat mill-espert (9). Hekk kif il-prezz li ħallas il-Gvern Ċek hu fil-limitu tal-prezz ikkalkulat minn KPMG, dawn ir-riżorsi ta’ l-Istat kienu nvestiti b’mod li jkunu aċċettabbli għal investitur fl-ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonsidra li x-xiri ta’ l-ishma ma jikkostitwixxix f’għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1). Il-Kummissjoni tixtieq tisħaq li din il-konklużjoni hi totalment dipendenti miċ-ċikostanzi partikolari tal-każ preżenti.

(52)

Finalment, rigward il-ħames element imressaq mill-awtoritajiet Ċeki, l-aktar għall-fatt li l-offerta pubblika mill-INH biex jixtru lura l-ishma tagħhom bil-prezz ta’ CZK 550 kellu rispons fqir, il-Kummissjoni tagħraf li din ma kinitx magħrufa fi żmien l-analiżi tat-tranżazzjoni u għaldaqstant tikkonludi li dan il-fatt ma jistax jiġġustifika għaliex il-prezz propost ma ġiex meqjus mill-Istat.

4.3.   Il-kompatibilità ta’ l-għajnuna

(53)

Kif spjegat fi premessi 41 u 42, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-kompatibilità potenzjali mar-regolamenti applikabbli tal-miżura li tinstab li tkun mgħejjuna mill-istat, sabiex tassigura li ma tkunx tikkostitwixxi għajnuna ta’ ristrutturar, li mhux permessa skond il-Protokoll Nru 2.

(54)

L-għajnuna għat-taħriġ abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna għat-taħriġ (10).

(55)

Id-distinzjoni bejn azzjonijiet għal taħriġ speċifiku u taħriġ ġenerali hi mfassla skond l-Artikolu 2 tar-Regolament. Taħriġ speċifiku hu definit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolamenti bħala taħriġ li jinvolvi tagħlim dirett u prinċipalment applikabbli għall-pożizzjoni preżenti jew futura ta’ l-impjegat fl-intrapriża mgħejjuna u li jipprovdi l-kwalifiki li mhumiex jew li huma biss sa ċertu punt trasferibbli lill-intrapriżi oħra jew oqsma ta’ xogħol ieħor.

(56)

Taħriġ ġenerali hu definit fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 bħala taħriġ li jinvolvi tagħlim li ma japplikax biss jew prinċipalment għall-pożizzjoni preżenti jew futura ta’ l-impjegat fl-intrapriża mgħejjuna, iżda li jipprovdi l-kwalifiki li huma trasferibbli b’mod liberu lill-intrapriżi oħra jew oqsma ta’ xogħol ieħor u għalhekk itejjeb b’mod sostanzjali l-opportunità ta’ xogħol għall-impjegat.

(57)

Ir-Repubblika Ċeka pprovdiet informazzjoni dettaljata għall-korsijiet ta’ taħriġ proposti. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tivverifika li d-distinzjoni bejn taħriġ ġenerali u speċifiku applikat mir-Repubblika Ċeka kien f’konformità ma l-Artikolu 2 tar-Regolamenti (KE) Nru 68/2001. Għalhekk, il-korsijiet deskritti bħala taħriġ ġenerali huma konnessi ma’ kwalifiki, bħal maniġment, l-iżvilupp personali, il-komunikazzjoni, ħiliet fil-marketing u l-awditjar, li huma liberament trasferibbli lill-impriżi jew oqsma oħra ta’ xogħol. Bl-istess argument, korsijiet konnessi b’mod partikolari ma’ prodotti, teknoloġiji ġodda, inġinerija, proġetti tekniċi, maniġment ambjentali, titjib fil-kwalità, u oħrajn kellhom applikabilità limitata għall-funzjonijiet oħra, kienu deskritti bħala taħriġ speċifiku skond l-Artikolu 2 (d) tar-Regolament. Skond l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, l-għajnuna għat-taħriġ kienet meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet maħsuba.

(58)

L-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 jiddefinixxi l-ispejjeż eliġibbli għal-proġett ta’ taħriġ u jitlob li l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ikunu trasparenti u elenkati. Ir-Repubblika Ċeka għaddiet lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż marbuta mal-proġett, li kienu elenkati b’tali mod li kien possibli li jkunu identifikati dawn l-ispejjeż ma’ dawk imfassla fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament. Din l-informazzjoni kienet konformi ma’ dik mitluba mill-Artikolu 4(7) tar-Regolament.

(59)

Aktar minn hekk, l-intensitajiet ta’ l-għajnuna applikati mir-Repubblika Ċeka kienu konformi ma’ l-intensitajiet massimi ta’ l-għajnuna permessa skond l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. Għalhekk, l-intensitajiet ta’ l-għajnuna proposta jikkorrispondu ma’ dawk permessi mir-Regolament għat-taħriġ speċifiku u ġenerali, rispettivament, fir-rigward ta’ intrapriżi li qegħdin f’żoni li jikkwalifikaw għall-għajnuna reġjonali skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-trattat tal-KE.

(60)

Bħala konklużjoni, l-għajnuna hi konformi mal-ħtiġijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 68/2001.

5.   KONKLUŻJONI

(61)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-taħriġ għall-għajnuna ta’ CZK 44 088 300 (EUR 1,55 miljun) favur TŽ hi konformi mar-Regolament (KE) No 68/2001.

(62)

L-għajnuna ta’ għeluq ta’ CZK 4 152 500 (EUR 0,14 miljun) mhux ser titħallas lil TŽ għax TŽ bidlet il-pjanijiet kummerċjali tagħha.

(63)

Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ l-INH li kellhom TŽ ma jikkostitwixxux għajnuna statali.

(64)

Għaldaqstant, dawn it-tliet miżuri ma jikkostitwixxux għajnuna moħbija għar-ristrutturar lil TŽ, li kien imur kontra l-Protokoll Nru 2,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna ta’ CZK 44 088 300 għat-taħriġ favur Třinecké železárny, a.s. hi konformi mal-kriterji imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 68/2001 u ma tikkostitwixxix għajnuna għar-ristrutturar skond it-tifsira tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

Ix-xiri ta’ l-ishma ta’ ISPAT Nová Huť li kellha Třinecké železárny, a.s. ma jikkostitwixxix għajnuna statali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 22, 27.1.2005, p. 2

(2)  Il-konverżjoni tal-munita użata f’din id-deċiżjoni hi EUR 1 = CZK 28.43 (skond l-20 ta’ Settembru 2006) u li qiegħda biss għall-informazzjoni.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.

(4)  L-awtoritajiet Ċeki nformaw lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 li setgħu jikkonsidraw tibdil f’dawn il-proġetti. Il-Kummissjoni tifhem li dan it-tibdil ikun notifikat skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(5)  Il-miżuri l-oħra ta’ għajnuna huma konformi mal-linji gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna Statali għall-Potezzjoni Ambjentali (ĠU C 37, 3.2.2001 p, 3), u l-Qafas għall-Għajnuna Statali għar-Riċerka u l-Iżvilupp tal-Komunità (ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5)

(*)  Sigriet kummerċjali.

(6)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20,12,2006, p. 1).

(7)  Il-prinċipju ta’ l-investitur fl-ekonomija tas-suq ilu li ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ara, per eżempju il-Każ C-305/89 Alfa Romeo, ECR [1991] I-603, (paragrafi 19 et seq.).

(8)  Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tagħraf li, filwaqt li l-prezz tas-suq normalment huwa l-aħjar indikatur għall-valur ta’ l-ishma, il-prezz osservat fil-Borża ta’ Praga għall-ishma ta’ l-INH ma jikkostitwixxux f’indikatur li tista’ torbot fuqu tal-valur ta’ 10 % ta’ l-ishma tal-kapital ta’ l-INH. Tassew, li statistiċi ta’ kull xahar u annwali juru li l-valur tal-kummerċ hu ferm limitat. Għaldaqstant, il-prezz tas-suq, mhux riżultat ta’ l-interazzjoni ta’ numru sostanzjali ta’ investituri siniifikanti.

(9)  Ir-rapport ta’ valutazzjoni ta’ l-espert ma fihx nuqqasijiet. Madanakollu, fid-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni m’esprimitx dubbji dwar il-validità tal-fehmiet espressi f’dan ir-rapport. Lanqas ma l-analiżi t’hawn fuq tindika li l-konklużjonijiet tagħha mhumiex raġjonevoli.

(10)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 3. Regolament kif emendat fl-aħħar minn Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Marzu 2007

li twaqqaf Grupp ta’ Esperti ta’ l-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali

(2007/320/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 157 tat-Trattat jinkariga lill-Komunità u l-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività ta’ l-industrija tal-Komunità. L-Artikolu 151 jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi biex il-kulturi ta’ l-Istati Membri jiffjorixxu, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt twassal biex il-wirt kulturali komuni jinġieb ’il quddiem.

(2)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “i2010 – Soċjetà Informatika Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi” (1) ħabbret inizjattiva prominenti dwar il-biblijoteki diġitali.

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “i2010: Il-Bibljoteki Diġitali” (2) tat bidu għal inizjattiva dwar il-biblijoteki diġitali li tikkonsisti f'azzjonijiet fl-oqsma tad-diġitizzazzjoni, l-aċċessibiltà online u l-konservazzjoni diġitali tal-materjal kulturali u l-informazzjoni xjentifika.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/585/KE ta’ l-24 ta’ Awissu 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibiltà online tal-materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali (3) (minn hawn 'il quddiem “ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni”) issejjaħ lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni biex itejbu l-politika tagħhom f'dawn l-oqsma.

(5)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (4) (minn hawn 'il quddiem “il-Konklużjonijiet tal-Kunsill”), jistieden il-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għat-titjib tal-koordinazzjoni tal-politika f'dawn l-oqsma, partikolarment bil-ħolqien tal-grupp ta’ esperti ta’ l-Istati Membri.

(6)

Bil-ħsieb li jintlaħqu dawn l-oġġettivi, il-Kummissjoni għandha bżonn iddur għall-esperjenza professjonali ta’ l-ispeċjalisti mill-Istati Membri fi grupp konsultattiv.

(7)

Il-grupp għandu jikkontribwixxi għall-progress ta’ monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill. Għandu wkoll jassisti l-koordinazzjoni fuq livell Ewropew u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-prattiċi tajbin dwar il-politika ta’ l-Istati Membri dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibiltà tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali.

(8)

Huwa għalhekk meħtieġ li jitwaqqaf Grupp ta’ Esperti ta’ l-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali u li jiġu definiti l-għan u l-istruttura tiegħu.

(9)

Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri bil-kompetenza fil-qasam konċernat. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tistieden osservaturi, partikolarment minn pajjiżi Ewropej oħrajn u organizzazzjonijiet internazzjonali, jew esperti b'kompetenzi speċifiċi fis-suġġett dwar l-aġenda tal-grupp, sabiex tintlaħaq kooperazzjoni Ewropea effettiva.

(10)

Ir-regoli dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mill-membri tal-grupp għandhom jiġu pprovduti, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom (5).

(11)

Id-data personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tiġi pproċessata b’konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi b’rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data (6).

(12)

Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk estensjoni tkunx f'lokha,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Grupp ta’ Esperti ta’ l-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali

Il-grupp ta’ esperti “Il-Grupp ta’ Esperti ta’ l-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali”, minn hawn 'il quddiem “il-grupp”, huwa mwaqqaf b'effett mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Kompitu

Il-kompitu tal-grupp għandu jkun:

(a)

li jimmonitorja l-progress u jevalwa l-impatt ta’ l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Awissu 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali u tal-konkluzjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali;

(b)

biex jipprovdi forum ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq livell Ewropew u biex isir skambju ta’ informazzjoni u prattiċi tajbin tal-politika u l-istrateġiji ta’ l-Istati Membri dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali.

Meta jiġi għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija hawn fuq, il-grupp se jqis ix-xogħol li sar minn gruppi oħrajn imwaqqfin mill-Kummissjoni fil-qasam tad-diġitizzazzjoni u l-konservazzjoni diġitali.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-grupp dwar kwalunkwe materja relatata mad-diġitizzazzjoni u l-aċċessibiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali.

Artikolu 4

Sħubija - Ħatra

1.   Normalment il-grupp għandu jkun magħmul minn sa żewġ rappreżentanti maħtura minn kull Stat Membru. F'ċirkostanzi ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaħtru t-tielet rappreżentant. Il-Membri għandhom jiġu maħtura billi jitqiesu l-kompetenzi tagħhom fl-oqsma tad-diġitizzazzjoni u l-aċċessibiltà online tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru membri alternattivi għall-membri tal-grupp fl-istess għadd u fuq l-istess kundizzjonijiet bħall-membri, sabiex ikun hemm sostituti għall-membri li jkunu assenti.

3.   Il-membri tal-grupp għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm ikunu sostitwiti jew sakemm il-mandat tagħhom jiġġedded.

4.   Il-membri li ma jibqgħux f’qagħda li jikkontribwixxu b’mod effettiv fil-ħidmiet tal-grupp, li jirriżenjaw jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 287 tat-Trattat jistgħu jiġu mibdula.

5.   L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppublikati fuq il-websajt tal-Biblijoteki Diġitali i2010 (7).

Artikolu 5

Operat

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-presidenza tal-grupp.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw mistoqsijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom, it-tali sottogruppi għandhom jiġu xolti.

3.   Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni tista' titlob lil osservaturi, partikolarment minn pajjiżi Ewropej oħrajn u organizzazzjonijiet internazzjonali, jew esperti b'kompetenzi speċifiċi fuq is-suġġett dwar l-aġenda, biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp ħalli tintlaħaq kooperazzjoni Ewropea effettiva.

4.   L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonjiet tal-grupp jew is-sottogrupp ma tistax tinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.

5.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u s-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tippubblika, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju, konklużjoni, jew parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-grupp.

Artikolu 6

L-Ispejjeż tal-laqgħat

L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn meħtieġ, ta’ l-għajxien imħallsa għall-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż ta’ spejjeż għal esperti esterni. Ir-rimborż ta’ l-infiq għall-membri huwa limitat għal espert wieħed kull Stat Membru.

Il-membri, l-esperti u l-osservaturi m'għandhomx jitħallsu għas-servizzi mogħtija.

L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rimborżati fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

Artikolu 7

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2005) 229 finali

(2)  COM(2005) 465 finali

(3)  ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28

(4)  ĠU Ċ 297, 7.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/598/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(7)  http://europa.eu.int/information_society/activities/digital_libraries/consultation/replies/index_en.htm


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Mejju 2007

li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex skond id-Direttiva 2002/55/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1836)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2007/321/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mir-Renju Unit,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2002/55/KE il-Kummissjoni tista’, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, teħles Stat Membru mill-obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(2)

Ir-Renju Unit applika biex jinħeles mill-obbligi tiegħu rigward ċerti speċijiet u sottospeċi partikolari.

(3)

Billi ż-żrieragħ ta’ dawk l-ispeċijiet u ta’ dik is-sottospeċi normalment mhumiex riprodotti fir-Renju Unit u r-riproduzzjoni normali tikkonċerna b’mod esklussiv materjal ta’ propagazzjoni u tħawwil barra ż-żrieragħ, ir-Renju Unit għandu jinħeles minn ċerti obbligi skond id-Direttiva 2002/55/KE rigward l-ispeċijiet u s-sottospeċi msemmija.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Ir-Renju Unit huwa meħlus mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 2 sa 20, 34(1) u 39, għall-ispeċijiet jew sottospeċijiet li ġejjin.

Allium cepa L.

Il-Grupp Aggregatum

Allium ascalonicum (shallot)

Allium fistulosum L.

Il-basal ta’ l-għenieqed Ġappuniż jew il-basla ta’ Wales

Allium sativum L.

It-tewm

Allium schoenoprasum L.

Il-kurrat salvaġġ

Rheum rhabarbarum L.

Ir-rabarbru

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).


9.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 119/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Mejju 2007

li tistipula miżuri ta’ ħarsien dwar l-użi ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tolylfluanid li jwassal għall-kontaminazzjoni ta’ l-ilma għax-xorb

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1865)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/322/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

Billi:

(1)

It-tolylfluanid hija sustanza attiva inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/6/KE (2).

(2)

Fit-23 ta’ Frar 2007 il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni li sar magħruf dan l-aħħar li t-tolylfluanid jista’ jkollu effett mhux mistenni fuq l-ilma għax-xorb. B’mod speċifiku, l-użu ta’ ċertu prodott ta’ ħarsien għall-pjanti “Euparen M WG” li fih it-tolylfluanid, iwassal għall-formazzjoni ta’ prodott metaboliku tat-tolylfluanid, jiġifieri dimethylsulfamide, li wisq probabbli jinsab fil-ħamrija, u fl-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ. Permezz ta’ proċess ta’ preparazzjoni għall-ilma għax-xorb (ożonizzazzjoni) dan il-metabolit jinbidel f’nitrosamin (NDMA) li huwa ta’ ħsara għas-saħħa.

(3)

Sustanzi oħra attivi bi struttura molekulari simili bħat-tolylfluanid jistgħu jgħaddu mill-istess mogħdija ta’ degradazzjoni.

(4)

In-nitrosamini huma suspettati jew pruvati bħala sustanzi ġenotossiċi u karċinoġeniċi u l-preżenza tagħhom fl-ilma għax-xorb tista’ tiġi evitata.

(5)

L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li jekk Stat Membru għandu raġuni valida biex iqis li prodott li awtorizza jew hu obbligat li jawtorizza skond l-Artikolu 10 jikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-ambjent, jista’ jirrestrinġi b’mod proviżorju jew jipprojbixxi l-użu u/jew il-bejgħ ta’ dak il-prodott fuq it-territorju tiegħu. Għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

(6)

Skond tagħrif li wasal, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Polonja, l-Iżvezja u r-Renju Unit diġà ssospendew l-użu għal barra ta’ prodotti li fihom it-tolylfluanid.

(7)

L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-kwistjoni f’livell Komunitarju. F’dan il-każ, jeħtieġu miżuri urġenti biex jiżguraw li l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tolylfluanid ma jwasslux għall-kontaminazzjoni ta’ l-ilma għax-xorb. Il-problema mhijiex ristretta għal Stat Membru wieħed biss, billi l-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art jew ta’ l-ilma għax-xorb jista’ jkollhom effetti tul il-fruntieri nazzjonali. Kif stipulat fid-disa’ premessa, id-Direttiva 91/414/KEE timmira lejn livell għoli ta’ ħarsien fir-rigward tas-saħħa, ta’ l-ilma ta’ taħt l-art u ta’ l-ambjent. Il-ħames premessa tad-Direttiva 91/414/KEE turi li din għandha l-għan ukoll li tipprevjeni ostakoli żejda għall-kummerċ. Miżuri unilaterali mill-Istati Membri jistgħu jwasslu għal livelli differenti ta’ ħarsien, u jistgħu wkoll ifixklu l-kummerċ fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. B’konsegwenza ta’ dan, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri f’livell Komunitarju.

(8)

Fil-każ preżenti, it-twissija permezz tat-tikkettjar mhijiex biżżejjed biex tħares is-saħħa tal-bniedem.

(9)

Jista’ jinġabar tagħrif addizzjonali li jippermetti lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva 91/414/KEE jekk meħtieġ fir-rigward tat-tolylfluanid. Għandu wkoll jiġi investigat jekk l-istess problemi jistgħux jitfaċċaw fir-rigward ta’ sustanzi oħrajn li attwalment qed jiġu valutati jew li diġà ġew valutati f’livell Komunitarju. B’konsegwenza ta’ dan, kull Stat Membru li nħatar bħala relatur għall-valutazzjoni ta’ sustanza attiva skond id-Direttiva 91/414/KEE għandu jinvestiga mingħajr dewmien jekk l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza jistgħux iwasslu għal tħassib simili għal dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri li fihom jintuża l-ożonu għat-trattament ta’ l-ilma għax-xorb għandhom ivarjaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom it-tolylfluanid billi jipprojbixxu kwalunkwe użu li jista’ jwassal għall-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art jew ta’ l-ilma tal-wiċċ minħabba fit-tolylfluanid jew il-prodottii metaboliċi tiegħu, li jirriżulta fil-kontaminazjoni ta’ l-ilma għax-xorb bin-nitrosamini matul il-proċess ta’ ożonizzazzjoni.

Artikolu 2

Għas-sustanzi attivi li għalihom huma relaturi, l-Istati Membri għandhom jinvestigaw mingħajr dewmien jekk l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi bħal dawn, jistgħux iwasslu għal tħassib simili. Jekk l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 għandhom xi indikazzjonijiet li n-nitrosamini huma ffurmati u qed jikkontaminaw l-ilma għax-xorb huma għandhom jieħdu miżuri simili bħal dawk stipulati fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li n-notifikaturi, li fuq it-talba tagħhom it-tolylfluanid ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE iressqu lill-Istat Membru Relatur fi żmien tliet xhur mid-data ta’ notifika ta’ din id-deċiżjoni, studji dwar

(a)

l-imġiba lissija ta’ din is-sustanza attiva, u

(b)

il-kundizzjonijiet li fihom il-formazzjoni ta’ nitrosamini jistgħu jiġu esklużi.

Artikolu 4

L-Istati Membri ikkonċernati bl-Artikoli 1 u 2 għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar il-miżuri mittieħda. Fi żmien tliet xhur mid-data ta’ notifika ta’ din id-deċiżjoni, huma għandhom ukoll iressqu quddiem il-Kummissjoni deskrizzjoni ġenerali ta’ l-azzjonijiet li ħadu minħabba f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).

(2)  ĠU L 12, 18.1.2006, p. 21.