ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
22 ta' Frar 2007


Werrej

 

Paġna

 

*

Avviż lill-qarrejja

1

 

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

 

*

Addendum għar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1922/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ( ĠU L 403, 30 ta' Diċembru 2006 )

3

 

 

Corrigenda

 

*

Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

4

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/870/Euratom tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

21

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

30

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Ideat li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 – 2013)( ĠU L 400, 30.12.2006 )

81

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/973/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Nies li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

91

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Kapaċitajiet li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

101

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/975/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

126

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007 – 2011) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

139

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjjoni tal-Kunsill 2006/977/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari (2007 – 2011) ( ĠU L 400, 30.12.2006 )

149

 

*

Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal-ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid ( ĠU L 15, 20.1.2007 )

157

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 54.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


AVVIŻ LILL-QARREJJA

BG:

Настоящият брой на Официален вестник е публикуван на испански, чешки, датски, немски, естонски, гръцки, английски, френски, италиански, латвийски, литовски, унгарски, малтийски, нидерландски, полски, португалски, словашки, словенски, фински и шведски език.

Поправката, включена в него, се отнася до актове, публикувани преди разширяването на Европейския съюз от 1 януари 2007 г.

CS:

Tento Úřední věstník se vydává ve španělštině, češtině, dánštině, němčině, estonštině, řečtině, angličtině, francouzštině, italštině, lotyštině, litevštině, maďarštině, maltštině, nizozemštině, polštině, portugalštině, slovenštině, slovinštině, finštině a švédštině.

Oprava zde uvedená se vztahuje na akty uveřejněné před rozšířením Evropské unie dne 1. ledna 2007.

DA:

Denne EU-Tidende offentliggøres på dansk, engelsk, estisk, finsk, fransk, græsk, italiensk, lettisk, litauisk, maltesisk, nederlandsk, polsk, portugisisk, slovakisk, slovensk, spansk, svensk, tjekkisk, tysk og ungarsk.

Berigtigelserne heri henviser til retsakter, som blev offentliggjort før udvidelsen af Den Europæiske Union den 1. januar 2007.

DE:

Dieses Amtsblatt wird in Spanisch, Tschechisch, Dänisch, Deutsch, Estnisch, Griechisch, Englisch, Französisch, Italienisch, Lettisch, Litauisch, Ungarisch, Maltesisch, Niederländisch, Polnisch, Portugiesisch, Slowakisch, Slowenisch, Finnisch und Schwedisch veröffentlicht.

Die darin enthaltenen Berichtigungen beziehen sich auf Rechtsakte, die vor der Erweiterung der Europäischen Union am 1. Januar 2007 veröffentlicht wurden.

EL:

Η παρούσα Επίσημη Εφημερίδα δημοσιεύεται στην ισπανική, τσεχική, δανική, γερμανική, εσθονική, ελληνική, αγγλική, γαλλική, ιταλική, λεττονική, λιθουανική, ουγγρική, μαλτέζικη, ολλανδική, πολωνική, πορτογαλική, σλοβακική, σλοβενική, φινλανδική και σουηδική γλώσσα.

Τα διορθωτικά που περιλαμβάνει αναφέρονται σε πράξεις που δημοσιεύθηκαν πριν από τη διεύρυνση της Ευρωπαϊκής Ένωσης την 1η Ιανουαρίου 2007.

EN:

This Official Journal is published in Spanish, Czech, Danish, German, Estonian, Greek, English, French, Italian, Latvian, Lithuanian, Hungarian, Maltese, Dutch, Polish, Portuguese, Slovak, Slovenian, Finnish and Swedish.

The corrigenda contained herein refer to acts published prior to enlargement of the European Union on 1 January 2007.

ES:

El presente Diario Oficial se publica en español, checo, danés, alemán, estonio, griego, inglés, francés, italiano, letón, lituano, húngaro, maltés, neerlandés, polaco, portugués, eslovaco, esloveno, finés y sueco.

Las correcciones de errores que contiene se refieren a los actos publicados con anterioridad a la ampliación de la Unión Europea del 1 de enero de 2007.

ET:

Käesolev Euroopa Liidu Teataja ilmub hispaania, tšehhi, taani, saksa, eesti, kreeka, inglise, prantsuse, itaalia, läti, leedu, ungari, malta, hollandi, poola, portugali, slovaki, sloveeni, soome ja rootsi keeles.

Selle parandustega viidatakse aktidele, mis on avaldatud enne Euroopa Liidu laienemist 1. jaanuaril 2007.

FI:

Tämä virallinen lehti on julkaistu espanjan, tšekin, tanskan, saksan, viron, kreikan, englannin, ranskan, italian, latvian, liettuan, unkarin, maltan, hollannin, puolan, portugalin, slovakin, sloveenin, suomen ja ruotsin kielellä.

Lehden sisältämät oikaisut liittyvät ennen Euroopan unionin laajentumista 1. tammikuuta 2007 julkaistuihin säädöksiin.

FR:

Le présent Journal officiel est publié dans les langues espagnole, tchèque, danoise, allemande, estonienne, grecque, anglaise, française, italienne, lettone, lituanienne, hongroise, maltaise, néerlandaise, polonaise, portugaise, slovaque, slovène, finnoise et suédoise.

Les rectificatifs qu'il contient se rapportent à des actes publiés antérieurement à l'élargissement de l'Union européenne du 1er janvier 2007.

HU:

Ez a Hivatalos Lap spanyol, cseh, dán, német, észt, görög, angol, francia, olasz, lett, litván, magyar, máltai, holland, lengyel, portugál, szlovák, szlovén, finn és svéd nyelven jelenik meg.

Az itt megjelent helyesbítések elsősorban a 2007. január 1-jei európai uniós bővítéssel kapcsolatos jogszabályokra vonatkoznak.

IT:

La presente Gazzetta ufficiale è pubblicata nelle lingue spagnola, ceca, danese, tedesca, estone, greca, inglese, francese, italiana, lettone, lituana, ungherese, maltese, olandese, polacca, portoghese, slovacca, slovena, finlandese e svedese.

Le rettifiche che essa contiene si riferiscono ad atti pubblicati anteriormente all'allargamento dell'Unione europea del 1o gennaio 2007.

LT:

Šis Oficialusis leidinys išleistas ispanų, čekų, danų, vokiečių, estų, graikų, anglų, prancūzų, italų, latvių, lietuvių, vengrų, maltiečių, olandų, lenkų, portugalų, slovakų, slovėnų, suomių ir švedų kalbomis.

Čia išspausdintas teisės aktų, paskelbtų iki Europos Sąjungos plėtros 2007 m. sausio 1 d., klaidų ištaisymas.

LV:

Šis Oficiālais Vēstnesis publicēts spāņu, čehu, dāņu, vācu, igauņu, grieķu, angļu, franču, itāļu, latviešu, lietuviešu, ungāru, maltiešu, holandiešu, poļu, portugāļu, slovāku, slovēņu, somu un zviedru valodā.

Šeit minētie labojumi attiecas uz tiesību aktiem, kas publicēti pirms Eiropas Savienības paplašināšanās 2007. gada 1. janvārī.

MT:

Dan il-Ġurnal Uffiċjali hu ppubblikat fil-ligwa Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża.

Il-corrigenda li tinstab hawnhekk tirreferi għal atti ppubblikati qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007.

NL:

Dit Publicatieblad wordt uitgegeven in de Spaanse, de Tsjechische, de Deense, de Duitse, de Estse, de Griekse, de Engelse, de Franse, de Italiaanse, de Letse, de Litouwse, de Hongaarse, de Maltese, de Nederlandse, de Poolse, de Portugese, de Slowaakse, de Sloveense, de Finse en de Zweedse taal.

De rectificaties in dit Publicatieblad hebben betrekking op besluiten die vóór de uitbreiding van de Europese Unie op 1 januari 2007 zijn gepubliceerd.

PL:

Niniejszy Dziennik Urzędowy jest wydawany w językach: hiszpańskim, czeskim, duńskim, niemieckim, estońskim, greckim, angielskim, francuskim, włoskim, łotewskim, litewskim, węgierskim, maltańskim, niderlandzkim, polskim, portugalskim, słowackim, słoweńskim, fińskim i szwedzkim.

Sprostowania zawierają odniesienia do aktów opublikowanych przed rozszerzeniem Unii Europejskiej dnia 1 stycznia 2007 r.

PT:

O presente Jornal Oficial é publicado nas línguas espanhola, checa, dinamarquesa, alemã, estónia, grega, inglesa, francesa, italiana, letã, lituana, húngara, maltesa, neerlandesa, polaca, portuguesa, eslovaca, eslovena, finlandesa e sueca.

As rectificações publicadas neste Jornal Oficial referem-se a actos publicados antes do alargamento da União Europeia de 1 de Janeiro de 2007.

RO:

Prezentul Jurnal Oficial este publicat în limbile spaniolă, cehă, daneză, germană, estonă, greacă, engleză, franceză, italiană, letonă, lituaniană, maghiară, malteză, olandeză, polonă, portugheză, slovacă, slovenă, finlandeză şi suedeză.

Rectificările conţinute în acest Jurnal Oficial se referă la acte publicate anterior extinderii Uniunii Europene din 1 ianuarie 2007.

SK:

Tento úradný vestník vychádza v španielskom, českom, dánskom, nemeckom, estónskom, gréckom, anglickom, francúzskom, talianskom, lotyšskom, litovskom, maďarskom, maltskom, holandskom, poľskom, portugalskom, slovenskom, slovinskom, fínskom a švédskom jazyku.

Korigendá, ktoré obsahuje, odkazujú na akty uverejnené pred rozšírením Európskej únie 1. januára 2007.

SL:

Ta Uradni list je objavljen v španskem, češkem, danskem, nemškem, estonskem, grškem, angleškem, francoskem, italijanskem, latvijskem, litovskem, madžarskem, malteškem, nizozemskem, poljskem, portugalskem, slovaškem, slovenskem, finskem in švedskem jeziku.

Vsebovani popravki se nanašajo na akte, objavljene pred širitvijo Evropske unije 1. januarja 2007.

SV:

Denna utgåva av Europeiska unionens officiella tidning publiceras på spanska, tjeckiska, danska, tyska, estniska, grekiska, engelska, franska, italienska, lettiska, litauiska, ungerska, maltesiska, nederländska, polska, portugisiska, slovakiska, slovenska, finska och svenska.

Rättelserna som den innehåller avser rättsakter som publicerades före utvidgningen av Europeiska unionen den 1 januari 2007.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


ADDENDUM

għar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1922/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

(ĠU L 403, 30 ta' Diċembru 2006)

Id-dikjarazzjoni li ġejja hija miżjuda mar-Regolament:

“DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL, TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUMMISSJONI

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jimmiraw biex iżidu l-għarfien, il-ġbir kollettiv ta' riżorsi u l-iskambju ta' esperjenza fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, b'mod partikolari permezz ta' l-istabbiliment ta' Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Fir-rigward ta' l-organizzazzjoni ta' l-Istitut, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jiddikjaraw li l-istruttura ta' ġestjoni, u b'mod partikolari n-numru ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri fuq il-Bord ta' Tmexxija, hija determinata b'referenza għan-natura speċifika ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u għalhekk ma tikkostitwix preċedent għal aġenziji oħra li jistgħu jiġu stabbiliti fil-futur.

Sabiex tiġi żgurata r-rotazzjoni ordnata tal-membri maħtura mill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jinqasmu fi tliet gruppi ta' disa' fl-ordni tal-Presidenzi li ġejjin. Għall-ewwel mandat, ir-rappreżentanti tal-Kunsill għandhom ikunu membri mill-ewwel żewġ gruppi ta' Stati Membri; għat-tieni mandat, ir-rappreżentanti tal-Kunsill għandhom ikunu mit-tielet u l-ewwel gruppi u għat-tielet mandat mit-tieni u t-tielet gruppi, u dan ikompli sejjer għal mandati sussegwenti (1). Fil-każ ta' kwalunkwe tkabbir futur is-sistema ta' rotazzjoni tiġi adattata kif meħtieġ.”


(1)  L-ewwel mandat (2007 – 2009)

i)

DE, PT, SI, FR, CZ, SE, ES, BE, HU; (ii) PL, DK, CY, IE, LT, EL, IT, LV, LU,

It-tieni mandat (2010 – 2012):

iii)

NL, SK, MT, UK, EE, BG, AT, RO, FI; (i) DE, PT, SI, FR, CZ, SE, ES, BE, HU,

It-tielet mandat (2013 – 2015):

ii)

PL, DK, CY, IE, LT, EL, IT, LV, LU; (iii) NL, SK, MT, UK, EE, BG, AT, RO, FI.


Corrigenda

22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

4


Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, L 400, 30 ta’ Diċembru 2006 )

Ir-Regolament (Euratom) Nru 1908/2006 għandu jaqra hekk:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EURATOM) Nru 1908/2006

tad-19 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikoli 7 u 10,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri (3),

Billi:

(1)

Is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika ġie adottat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/970/Euratom tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007 -2011) (4). Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-implimentazzjoni tal-programm kwadru u tal-programmi speċifiċi tiegħu, inklużi l-aspetti finanzjarji relatati.

(2)

Is-Seba' Programm Kwadru jiġi implimentat konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”, u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (6) li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, minn hawn 'il quddiem “ir-Regoli ta' Implimentazzjoni”.

(3)

Is-Seba' Programm Kwadru jiġi implimentat ukoll skond ir-regoli dwar l-għajnuna Statali, b'mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna Statali għar-riċerka u l-iżvilupp, preżentement il-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna Statali għar-Riċerka u l-Iżvilupp (7).

(4)

It-trattament ta' data konfidenzjali huwa rregolat mil-leġislazzjoni Komunitarja relevanti kollha, inklużi r-regoli interni ta' l-Istitituzzjonijiet bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/884/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli ta' proċedura interni tagħha stess (8) rigward dispożizzjonijiet ta' sigurtà.

(5)

Ir-regoli tal-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti sabiex tiġi żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa għal aċċess faċli għall-parteċipanti kollha permezz ta' proċeduri ssimpifikati, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(6)

Ir-regoli għandhom jiffaċilitaw ukoll l-isfruttament tal-proprjetà intellettwali żviluppata minn parteċipant, b'kont meħud ukoll tal-mod li bih il-parteċipant jista' jkun organizzat internazzjonalment, filwaqt li jkunu protetti l-interessi leġittimi tal-parteċipanti l-oħra u tal-Komunità.

(7)

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jippromwovi parteċipazzjoni mill-aktar reġjuni imbiegħda tal-Komunità, kif ukoll minn firxa wiesgħa ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet inklużi l-SMEs.

(8)

Id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) mogħtija fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (9) għandha tapplika, għall-finijiet tal-koerenza u trasparenza.

(9)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet minimi għall-parteċipazzjoni, kemm bħala regola ġenerali u kemm fir-rigward ta' l-ispeċifiċitajiet ta' l-azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programm Kwadru. B'mod partikolari, għandhom jiġu stipulati regoli dwar in-numru ta' parteċipanti u l-post fejn ikunu stabbiliti.

(10)

Huwa xieraq li kull entità ġuridika tkun libera li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kondizzjonijiet minimi. Il-parteċipazzjoni aktar mill-minimu għandha tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti ta' l-azzjoni indiretta konċernata.

(11)

L-organizzazzjonijiet internazzjonali ddedikati għall-iżvilupp tal-koperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fl-Ewropa u komposti l-aktar minn Stati Membri jew pajjiżi assoċjati għandhom jitħeġġu jieħdu sehem fis-Seba' Programm Kwadru.

(12)

Għandhom ukoll ikunu previsti l-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi u l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 101 tat-Trattat. Madanakollu, huwa kunsiljabbli li jkun meħtieġ li tali parteċipazzjoni tkun ġustifikata f'termini tal-kontribut imtejjeb permezz tagħha għall-għanijiet segwiti taħt is-Seba' Programm Kwadru.

(13)

Skond l-Artikolu 198 tat-Trattat, l-entitajiet ġuridiċi tat-territorji mhux Ewropej ta' l-Istati Membri taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, huma eliġibbli għas-Seba' Programm Kwadru.

(14)

Konformement ma' l-għanijiet imsemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi Komunitarji lill-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti.

(15)

Għandu jkun hemm transizzjoni effettiva u bla xkiel mis-sistema tal-kalkolu ta' l-ispiża użata fis-Sitt programm Kwadru. Għall-benefiċċju tal-parteċipanti, il-proċess ta' monitoraġġ tas-Seba' Programm Kwadru għandu, għalhekk, jindirizza l-impatt baġitarju ta' din il-bidla partikolarment fir-rigward ta' l-effett tagħha fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.

(16)

Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu u f'dan ir-Regolament, sabiex jirregolaw il-preżentazzjoni, evalwazzjoni u selezzjoni ta' proposti u l-aġġudikazzjoni ta' għotjiet, kif ukoll proċeduri ta' rimedju għall-parteċipanti. B'mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta' esperti indipendenti.

(17)

Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, addizzjonalment għal dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, sabiex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà ġuridika u finanzjarja tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programm Kwadru. Tali regoli għandhom isibu l-bilanċ korrett bejn il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u s-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali fis-Seba' Programm Kwadru.

(18)

F'dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità (10), jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet, il-proċeduri għall-irkupru ta' ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta' l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta' l-Awdituri, kif previst fl-Artikolu 160c tat-Trattat.

(19)

Jeħtieġ li l-kontribut finanzjarju Komunitarju jasal għand il-parteċipanti mingħajr dewmien żejjed.

(20)

Il-ftehim konklużi għal kull azzjoni għandhom jipprovdu għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew kull rappreżentant awtorizzat mill-Kummissjoni, kif ukoll għal awditjar mill-Qorti ta' l-Awdituri u kontrolli esegwiti fuq il-post mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) konformement mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn (11).

(21)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru u kemm is-Seba' Programm KwadruKwadru u l-Programmi Speċifiċi tiegħu. Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni effiċjenti u koerenti ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet indiretti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema adegwata ta' informazzjoni.

(22)

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jirrifletti u jippromwovi l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l- Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (12), filwaqt li jirrispetta l-karattru volontarju tagħhom.

(23)

Ir-regoli li jiddeterminaw id-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-parteċipanti jipproteġu l-proprjetà intellettwali ġenerata fl-azzjonijiet, u jużaw u jiddisseminaw dawk ir-riżultati.

(24)

Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b'mod li jiżguraw li l-parteċipanti u, fejn xieraq, l-entitajiet affiljati magħhom stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat ikollhom aċċess għall-informazzjoni li jġibu lejn il-proġett u għall-konoxxenza ġġenerata mix-xogħol ta' riċerka esegwita fil-proġett safejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' xogħol ta' riċerka jew għall-użu tal-konoxxenza li tirriżulta.

(25)

Se jitneħħa l-obbligu stabbilit fis-sitt Programm Kwadru li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta' l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju. F'dan il-kuntest, għandu jiġi stabbilit “Fond ta' garanzija għall-parteċipanti”, ġestit mill-Kummissjoni, sabiex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba inadempjenti. Tali approċċ ser jippromwovi s-simplifikazzjoni u jiffaċilita l-parteċipazzjoni, filwaqt li jissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Komunità b'mod ADATT għas-Seba' Programm Kwadru.

(26)

Il-kontributi Komunitarji mogħtija lil xi impriża konġunta stabbilita skond l-Artikoli 45 sa 51 tat-Trattat ma jaqgħux fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(27)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(28)

Il-Komunità tista' tipprovdi appoġġ finanzjarju, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, permezz,

inter alia

, ta':

(a)

akkwisti pubbliċi, f'forma ta' prezz għal oġġetti u servizzi stabbilit b'kuntratt u magħżul abbażi ta' sejħiet għall-offerti;

(b)

għotjiet;

(ċ)

ħlasijiet ta' affiljazzjoni lil xi organizzazzjoni, f'forma ta' miżata tas-sħubija;

(d)

ħlasijiet ta' onorarja lil esperti indipendenti identifikati fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament,

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTIVI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet u entitajiet ġuridiċi oħra f'azzjonijiet imwettqa minn parteċipant wieħed jew aktar permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament identifikati fil-parti (a) ta' l-Anness II mad-Deċiżjoni Nru 2006/970/Euratom li tistabbilixxi s-Seba' Programm Kwadru, minn hawn 'il quddiem imsejħa “azzjonijiet indiretti”.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli, konformement ma' dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, fir-Regoli ta' Implimentazzjoni, li jikkonċernaw il-kontribut finanzjarju Komunitarju lil parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programm Kwadru.

Fir-rigward tar-riżultati tar-riċerka mwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-iżvelar ta' tagħrif miksub b'kull mezz xieraq barra dak li jirriżulta mill-formalitajiet għall-protezzjoni tiegħu, u inkluża l-pubblikazzjoni tat-tagħrif miksub f'kull mezz, minn hawn 'il quddiem imsejħa “disseminazzjoni”.

Addizzjonalment, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-użu dirett jew indirett ta' tagħrif miksub f'attivitajiet ta' riċerka ulterjuri barra dawk koperti mill-azzjoni indiretta konċernata, jew għall-iżvilupp, ħolqien u kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew għall-ħolqien jew forniment ta' servizz, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “użu”.

Fir-rigward kemm tat-tagħrif miksub u kemm tat-tagħrif eżistenti, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-liċenzji u d-drittijiet ta' l-utenti għalihom, minn hawn 'il quddiem imsejħa “drittijiet ta' aċċess”.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b'żieda ma' dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta' Implimentazzjoni:

1)

“entità ġuridika” tfisser kull persuna fiżika, jew kull persuna ġuridika maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post ta' l-istabbiliment tagħha, jew skond il-liġi Komunitarja jew id-dritt internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u li tista', waqt li taġixxi f'isimha, teżerċita drittijiet u tkun suġġetta għal obbligi. Fil-każ ta' persuni fiżiċi, ir-referenzi għal stabbiliment huma meqjusa li jirriferu għal residenza abitwali.

2)

“entità affiljata” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' parteċipant, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-parteċipant, fejn il-kontroll jieħu kwalunkwe forma bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 7(2).

3)

“kondizzjonijiet ekwi u ġusti” tfisser kondizzjonijiet xierqa inklużi termini finanzjarji possibbli b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba għall-aċċess, per eżempju l-valur veru jew potenzjali tat-tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti li għalih jintalab l-aċċess u/jew l-iskop, it-tul ta' żmien jew karatteristiċi oħra ta' l-użu maħsub;

4)

“tagħrif miksub” tfisser ir-riżultati, inkluża informazzjoni, kemm jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, ġenerati mill-azzjonijiet indiretti konċernati. Riżultati bħal dawn jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur, drittijiet ta' disinji; drittijiet ta' privattivi, drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti, jew forom simili ta' protezzjoni;

5)

“tagħrif eżistenti” tfisser informazzjoni li jkollhom il-parteċipanti qabel l-adeżjoni tagħhom mal-ftehim ta' għotja, kif ukoll drittijiet ta' l-awtur jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali oħrajn li jirrelataw ma' din l-informazzjoni, li l-applikazzjoni għaliha tkun ġiet preżentata qabel l-adeżjoni tagħhom mal-ftehim ta' għotja, u li tkun meħtieġa għat-twettiq ta' l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta' l-azzjoni indiretta;

6)

“parteċipant” tfisser entità ġuridika li tikkontribwixxi għal azzjoni indiretta u li jkollha drittijiet u obbligi fir-rigward tal-Komunità taħt it-termini ta' dan ir-Regolament;

7)

“organizzazzjoni tar-riċerka” tfisser entità ġuridika stabbilita bħala organizzazzjoni, li ma toperax bi skop ta' qligħ, li twettaq riċerka jew żvilupp teknoloġiku bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tagħha;

8)

“pajjiż terz” tfisser stat li mhuwiex Stat Membru;

9)

“pajjiż assoċjat” tfisser pajjiż terz li jkun Parti għal ftehim internazzjonali mal-Komunità, li taħt it-termini tiegħu jew abbażi tiegħu dan jikkontribwixxi finanzjarjament għas-Seba' Programm Kwadru kollu jew għal xi parti minnu;

10)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, diversa mill-Komunità, li jkollha personalità ġuridika taħt id-dritt pubbliku internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata stabbilita minn tali organizzazzjoni internazzjonali;

11)

“organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha jkunu Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha jkun li tippromwovi l-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;

12)

“korp pubbliku” tfisser kull entità pubblika stabbilita bħala tali mil-liġi nazzjonali, u organizzazzjonijiet internazzjonali;

13)

“SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta' Mejju 2003;

14)

“programm ta' ħidma” tfisser pjan adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' programm speċifiku kif identifikat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 2006/970Euratom;

15)

“skemi ta' finanzjament” tfisser il-mekkaniżmi għall-finanzjament ta' azzjonijiet indiretti mill-Komunità kif stabbilit fil-parti (a) ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 2006/970/Euratom.

Artikolu 3

Konfidenzjalità

Suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja, ittra ta' ħatra jew kuntratt, il-Kummissjoni u l-parteċipanti għandhom iżommu konfidenzjali kull data, konoxxenza u dokumenti mgħoddija lilhom bħala konfidenzjali.

KAPITOLU II

PARTEĊIPAZZJONI

Artikolu 4

Regoli speċifiċi għar-riċerka fl-enerġija mill-fużjoni

Ir-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu japplikaw mingħajr preġudizzju għal regoli speċifiċi għal attivitajiet fil-qasam tematiku “Riċerka fl-enerġija mill-fużjoni” stabbiliti fil-Kapitolu IV.

TAQSIMA 1

Kondizzjonijit minimi

Artikolu 5

Prinċipji ġenerali

1.   Kull impriża, università jew ċentru ta' riċerka jew entità ġuridika oħra, kemm jekk stabbiliti fi Stat Membru kif ukoll jekk f'pajjiż assoċjat, u kif ukoll jekk f'pajjiż terz, jistgħu jieħdu sehem f'azzjoni indiretta sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, inklużi l-kondizzjonijiet speċifikati skond l-Artikolu 11.

Madanakollu, fil-każ ta' azzjoni indiretta kif imsemmi fl-Artikoli 6 jew 8, li taħthom ikun possibbli li l-kondizzjonijiet minimi jkunu sodisfati mingħajr il-parteċipazzjoni ta' entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru, għandha tittejjeb, permezz tagħha, il-kisba ta' l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 1 u 2 tat-Trattat.

2.   Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni, minn hawn 'il quddiem “il-JRC”, jista' jieħu sehem f'azzjonijiet indiretti bl-istess mod u bl-istess drittijiet u obbligi bħala entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet minimi

1.   Il-kondizzjonijiet minimi għal azzjonijiet indiretti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

a)

iridu jieħdu sehem mill-inqas tlitt entitajiet ġuridiċi, li kull waħda minnhom trid tkun stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat, u li tnejn minnhom ma jkunux stabbiliti fl-istess Stat Membru jew pajjiż assoċjat;

b)

it-tlitt entitajiet ġuridiċi kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin fis-sens ta' l-Artikolu 7.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, fejn wieħed mill-parteċipanti jkun il-JRC, jew ikun organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej jew entità istitwita taħt il-liġi Komunitarja, dan għandu jitqies bħala stabbilit fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat barra xi Stat Membru jew pajjiż assoċjat li fih ikun stabbilit parteċipant ieħor fl-istess azzjoni indiretta.

Artikolu 7

Indipendenza

1.   Żewġ entitajiet ġuridiċi għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn xulxin fejn ebda waħda minnhom ma tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' l-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-oħra.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kontroll jista' b'mod partikolari jieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

it-titolu dirett jew indirett ta' aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital ta' l-ishma maħruġa fl-entità ġuridika konċernata, jew tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew l-assoċjati ta' dik l-entità;

(b)

il-pussess dirett jew indirett, bil-fatti jew bil-liġi, ta' setgħat deċiżjonali fl-entità ġuridika konċernata.

3.   Madanakollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn żewġ entitajiet ġuridiċi m'għandhomx fihom infushom jitqiesu li jikkostitwixxu relazzjonijiet ta' kontroll:

(a)

l-istess korporazzjoni ta' investiment pubbliku, investitur istituzzjonali jew kumpannija li tipprovdi kapital ta' riskju ikollhom titolu dirett jew indirett ta' aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital ta' l-ishma maħruġa jew tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew ta' l-assoċjati;

(b)

l-istess korp pubbliku jkun il-proprjetarju jew jagħmel is-superviżjoni ta' l-entitajiet ġuridiċi konċernati.

Artikolu 8

Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, u t-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi

Għal azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet favur it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kondizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta' entità ġuridika waħda.

L-ewwel paragrafu m'għandux japplika fil-każ ta' azzjonijiet li l-għan tagħhom ikun li jikkoordinaw attivitajiet ta' riċerka.

Artikolu 9

Parteċipanti uniċi

Fejn il-kondizzjonijiet minimi għal azzjoni indiretta jiġu sodisfatti minn numru ta' entitajiet ġuridiċi, li flimkien jiffurmaw entità ġuridika waħda, din ta' l-aħħar tista' tkun il-parteċipant waħdieni f'azzjoni indiretta, sakemm hija tkun stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat.

Artikolu 10

Organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi terzi

Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiżi terzi sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, kif ukoll kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi relevanti ta' ħidma.

Artikolu 11

Kondizzjonijiet addizzjonali

Addizzjonalment għall-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, il-programmi speċifiċi jew il-programmi ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet rigward in-numru minimu ta' parteċipanti.

Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll, skond in-natura u l-għanijiet ta' l-azzjoni indiretta, kondizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tat-tip ta' parteċipant u, fejn ikun xieraq, tal-post ta' l-istabbiliment.

TAQSIMA 2

Proċeduri

Subtaqsima 1

Sejħiet għal proposti

Artikolu 12

Sejħiet għall-proposti

1.   Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet għal proposti għal azzjonijiet indiretti skond ir-rekwiżiti stabbiliti fil-programmi speċifiċi u programmi ta' ħidma relevanti.

Addizzjonalment għall-pubbliċità speċifikata fir-Regoli ta' Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħiet għal proposti fil-paġni ta' l-Internet tas-Seba' Programm Kwadru, permezz ta' kanali ta' informazzjoni speċifiċi, u fil-punti ta' kuntatt nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri u mill-pajjiżi assoċjati.

2.   Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fis-sejħa għal proposti li l-parteċipanti ma għandhomx għaliex jistabbilixxu ftehim ta' konsorzju.

3.   Is-sejħiet għal proposti għandhom ikollhom objettivi ċari sabiex jiżguraw li l-applikanti ma jweġbux inutilment.

Artikolu 13

Eċċezzjonijiet

Il-Kummissjoni m'għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin:

(a)

azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ li jridu jitwettqu mill-entitajiet ġuridiċi identifikati fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi ta' ħidma meta l-programm speċifiku jippermetti li l-programmi ta' ħidma jidentifikaw il-benefiċjarji, konformement mar-Regoli ta' Implimentazzjoni;

(b)

azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu fl-akkwist ta' oġġetti jew servizzi suġġett għar-regoli dwar l-akkwist pubbliku stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

(ċ)

azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ relatati mal-ħatra ta' esperti indipendenti;

(d)

azzjonijiet oħra, fejn hekk ikun stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew fir-Regoli ta' Implimentazzjoni.

Subtaqsima 2

Evalwazzjoni u selezzjoni tal-proposti u l-aġġudikazzjoni ta' għotjiet

Artikolu 14

Evalwazzjoni, selezzjoni u aġġudikazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha ppreżentati bi tweġiba għal sejħa għal proposti abbażi tal-prinċipji għall-evalwazzjoni, u tal-kriterji ta' selezzjoni u ta' għoti.

Il-kriterji għandhom ikunu dawk ta' eċċellenza, impatt u implimentazzjoni. Fi ħdan dan il-kwadru, il-programm ta' ħidma ser jispeċifika l-kriterji ta' l-evalwazzjoni u s-selezzjoni u jista' jżid rekwiżiti addizzjonali, ponderazzjonijiet u limiti oħra, jew jistabbilixxi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.

2.   Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta' l-etika jew li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet previsti fil-programm speċifiku, fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa għal proposti, m'għandhiex tintgħażel. Proposta bħal din tista' tiġi eskluża mill-proċeduri ta' evalwazzjoni, selezzjoni u aġġudikazzjoni fi kwalunkwe waqt.

3.   Il-proposti għandhom ikunu gradati skond ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament għandom isiru abbażi ta' din il-gradazzjoni.

Artikolu 15

Il-proċeduri għall-preżentazzjoni, evalwazzjoni, selezzjoni u aġġudikazzjoni

1.   Fejn is-sejħa għal proposti tispeċifika proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu ssuperaw l-ewwel stadju, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni meta mqabbla ma' sett limitat ta' kriterji, li għandhom jimxu 'l quddiem għal evalwazzjoni ulterjuri.

2.   Fejn is-sejħa għal proposti tispeċifika proċedura ta' preżentazzjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk l-applikanti li l-proposti tagħhom jissuperaw l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jippreżentaw proposta kompleta fit-tieni stadju.

L-applikanti kollha għandhom jiġu informati malajr bir-riżultati ta' l-ewwel stadju ta' l-evalwazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika regoli li jiddeterminaw il-proċedura għall-preżentazzjoni tal-proposti, kif ukoll il-proċeduri relatati ta' evalwazzjoni, selezzjoni u aġġudikazzjoni u tippubblika gwidi għall-applikanti li jinkludu linji gwida għall-evalwaturi. B'mod partikolari, hija għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-proċedura f'żewġ stadji għall-preżentazzjoni (anke fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u n-natura tal-proposta fl-ewwel stadju kif ukoll ta' dawk tal-proposta kompleta fit-tieni stadju), u regoli għall-proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ partijiet.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni u tistabbilixxi l-proċeduri għal rimedju għall-applikanti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b'konsistenza l-eżistenza ta' l-istatus ġuridiku tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti kif ukoll il-kapaċità finanzjarja tagħhom.

Il-Kummissjoni m'għandhiex iġġedded tali verifika sakemm is-sitwazzjoni tal-parteċipant konċernat ma tkunx inbidlet.

Artikolu 16

Ħatra ta' esperti indipendenti

1.   Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jassistu fl-evalwazzjonijiet tal-proposti.

Għall-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun xieraq.

2.   L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-ħiliet u l-konoxxenza xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom. Fil-każijiet fejn esperti indipendenti jkollhom jittrattaw informazzjoni klassifikata, għandu jinkiseb il-permess ta' sigurtà xieraq qabel il-ħatra.

L-esperti indipendenti għandhom jiġu identifikati u magħżulin fuq il-bażi ta' sejħiet għal applikazzjonijiet minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet relevanti bħal aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-ħsieb li jiġu stabbiliti listi ta' kandidati adatti.

Il-Kummissjoni tista', jekk tqis li jkun xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu, bil-ħiliet adatti, li ma jkunx f'dawk fil-listi.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat bilanċ raġonevoli bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta' esperti indipendenti.

3.   Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li l-espert ma jiġix f'konflitt ta' interessi fir-rigward tal-materja li dwarha jkun meħtieġ li jagħti opinjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta mudell ta' ittra ta' ħatra, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-ittra ta' ħatra”, li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti ma jkollu l-ebda konflitt ta' interessi fiż-żmien tal-ħatra u li huwa jintrabat li jinforma lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi konflitt ta' interessi waqt l-għoti ta' l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta' dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ittra ta' ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena bi kwalunkwe mezz xieraq il-lista ta' l-esperti indipendenti li jkunu assistewha għall-Programm Kwadru u f'kull wieħed mill-programmi speċifiċi.

Subtaqsima 3

Implimentazzjoni u ftehim ta' għotja

Artikolu 17

Ġenerali

1.   Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjoni indiretta u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u raġonevoli kollha għal dik il-fini. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom jimplimentaw konġuntement u separatament il-ħidma lejn il-Komunità.

2.   Il-Kummissjoni għandha tfassal, abbażi tal-mudell previst fl-Artikolu 18(8) u b'kont meħud tal-karatteristiċi ta' l-iskema konċernata ta' finanzjament, ftehim ta' għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti.

3.   Il-parteċipanti m'għandhom jagħmlu ebda impenji li jkunu inkompatibbli mal-ftehim ta' għotja.

4.   Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma' l-obbligi rigward l-implimentazzjoni teknika ta' l-azzjoni indiretta, il-parteċipanti l-oħrajn għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta' għotja mingħajr ebda kontribut Komunitarju komplementari sakemm il-Kummissjoni ma teżonerahomx espressament minn dak l-obbligu.

5.   Jekk l-implimentazzjoni ta' azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta' l-azzjoni.

6.   Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b'kull okkorrenza li tista' tolqot l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.

7.   Fejn previst fil-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti jistgħu jissubkuntrattaw ċerti elementi, tax-xogħol li jrid jitwettaq, lil partijiet terzi.

8.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri ta' rimedju għall-parteċipanti.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom jiddaħħlu fil-ftehim ta' għotja

1.   Il-ftehim ta' għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti fil-konfront tal-Komunità, konformement mad-Deċiżjoni Nru 2006/970/Euratom, ma' dan ir-Regolament, mar-Regolament Finanzjarju, u mar-Regoli ta' Implimentazzjoni, u konformement mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

Il-ftehim għandu jistabbilixxi wkoll, konformement ma' l-istess kondizzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi ta' entitajiet ġuridiċi li jsiru parteċipanti meta l-azzjoni indiretta tkun għaddejja.

2.   Fejn ikun xieraq, il-ftehim ta' għotja għandu jistipula liema parti mill-kontribut finanzjarju Komunitarju għandha tkun ibbażata fuq ir-rimborż ta' l-ispejjeż eliġibbli, u liema parti għandha tkun ibbażata fuq rati fissi (inkluża skala ta' spejjeż ta' kull unità) jew fuq somma mogħtija f'daqqa.

3.   Il-ftehim ta' għotja għandu jistipula liema tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju jkunu jeħtieġu l-pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa kompetittiva.

4.   Il-ftehim ta' għotja għandu jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta' rapporti perjodiċi dwar il-progress fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta konċernata.

5.   Fejn ikun xieraq, il-ftehim ta' għotja jista' jistipula li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bil-quddiem b'kull intenzjoni ta' trasferiment tad-dritt ta' proprjetà tat-tagħrif miksub lil parti terza.

6.   Fejn il-ftehim ta' għotja jeżiġi li l-parteċipanti jwettqu attivitajiet li jibbenefikaw partijiet terzi, il-parteċipanti għandhom jirriklamaw dan b'mod wiesa' u jidentifikaw, jevalwaw u jagħżlu l-partijiet terzi b'mod trasparenti, ġust u imparzjali. F'każ li hekk ikun stipulat fil-programm ta' ħidma, il-ftehim ta' għotja għandu jistabbilixxi l-kriterji għas-selezzjoni tat-tali partijiet terzi. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li toġġezzjona għas-selezzjoni tal-partijiet terzi.

7.   Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tistabbilixxi mudell ta' ftehim ta' għotja konformement ma' dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm ħtieġa ta' modifika sinifikattiva tal-mudell ta' ftehim ta' għotja, il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tirrivedih kif xieraq.

8.   Il-mudell ta' ftehim ta' għotja għandu jirrifletti l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u fil-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi. Dan għandu jindirizza, kif jixraq, is-sinerġiji ma' l-edukazzjoni fil-livelli kollha; id-disponibbiltà u l-kapaċità li jitrawwem djalogu u dibattitu dwar kwistjonijiet xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka fost pubbliku wiesa' lil hinn mill-komunità riċerkatriċi; l-attivitajiet li jżidu l-parteċipazzjoni u l-irwol tan-nisa fir-riċerka; u l-attivitajiet li jindirizzaw l-aspetti soċjo-ekonomiċi tar-riċerka.

9.   Il-mudell ta' ftehim ta' għotja għandu jipprevedi monitoraġġ u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha, u mill-Qorti ta' l-Awdituri.

10.   Il-ftehim ta' għotja jista' jistabbilixxi limiti ta' żmien għal parteċipanti sabiex jagħtu n-notifiki varji msemmijin f'dan ir-Regolament

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' aċċess, użu u disseminazzjoni

1.   Il-ftehim ta' għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess, ta' l-użu u tad-disseminazzjoni, safejn dawk id-drittijiet u l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Għal dawk il-finijiet, dan għandu jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta' pjan għall-użu u għad-disseminazzjoni tat-tagħrif miksub.

2.   Il-ftehim ta' għotja jista' jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom il-parteċipanti jistgħu joġġezzjonaw għal xi awditjar teknoloġiku u għad-disseminazzjoni tat-tagħrif miksub li jkun qed isir minn ċerti rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni dwar l-użu.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni

Il-ftehim ta' għotja għandu jispeċifika r-raġunijiet għat-terminazzjoni tiegħu, kompletament jew parzjalment, b'mod partikolari minħabba nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, inadempjenza jew ksur kuntrattwali, kif ukoll il-konsegwenzi għall-parteċipanti ta' xi inadempjenza min-naħa ta' parteċipant ieħor.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   Fil-każ ta' azzjonijiet indiretti għall-appoġġ ta' infrastrutturi eżistenti ta' riċerka u, fejn applikabbli, ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka, il-ftehim ta' għotja jista' jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-konfidenzjalità, il-pubbliċità u d-drittijiet ta' aċċess u l-impenji li jistgħu jolqtu l-utenti ta' l-infrastruttura.

2.   Fil-każ ta' azzjonijiet indiretti għall-appoġġ tat-taħriġ u ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-ftehim ta' għotja jista' jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-konfidenzjalità, id-drittijiet ta' aċċess u l-impenji relatati mar-riċerkaturi li jibbenefikaw mill-azzjoni.

3.   Sabiex jiġu salvagwardati l-interessi ta' difiża ta' l-Istati Membri fis-sens ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat, il-ftehim ta' għotja jista' jistabbilixxi, fejn ikun il-każ, dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-konfidenzjalità, il-klassifikazzjoni ta' l-informazzjoni, id-drittijiet ta' aċċess, it-trasferiment tad-dritt ta' proprjetà tat-tagħrif miksub u l-użu tiegħu.

Artikolu 22

Firma u adeżjoni

Il-ftehim ta' għotja għandu jidħol fis-seħħ ma' l-iffirmar mill-koordinatur u mill-Kummissjoni.

Għandu japplika għal kull parteċipant li jkun formalment aderixxa miegħu.

Subsezzjoni 4

Konsorzji

Artikolu 23

Ftehim ta' konsorzji

1.   Ħlief fejn previst mod ieħor fis-sejħa għal proposti, il-parteċipanti kollha f'azzjoni indiretta għandhom jikkonkludu ftehim, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-ftehim ta' konsorzju”, sabiex jirregola, inter alia, dawn li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;

(b)

id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju Komunitarju;

(ċ)

regoli dwar id-disseminazzjoni, l-użu u d-drittijiet ta' aċċess, addizzjonali għal dawk li jinsabu fil-Kapitolu III u għad-dispożizzjonijiet fil-ftehim ta' għotja;

(d)

ir-riżoluzzjoni ta' disputi interni inklużi każijiet ta' abbuż tal-poter;

(e)

arranġamenti ta' responsabbiltà, indennizz u konfidenzjalità bejn il-parteċipanti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika linji gwida dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jistgħu jiġu indirizzati minn parteċipanti fil-ftehim ta' konsorzju tagħhom.

Artikolu 24

Il-koordinatur

1.   L-entitajiet ġuridiċi kollha li jixtiequ jipparteċipaw f'azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom sabiex jaġixxi bħala koordinatur sabiex iwettaq il-kompiti li ġejjin konformement ma' dan ir-Regolament, mar-Regolament Finanzjarju, mar-Regoli ta' Implimentazzjoni, u mal-ftehim ta' għotja:

(a)

jimmonitorja l-konformità mill-parteċipanti fl-azzjoni indiretta ma' l-obbligi tagħhom;

(b)

jivverifika jekk l-entitajiet ġuridiċi identifikati fil-ftehim ta' l-għotja lestewx il-formalitajiet meħtieġa għal-adeżjoni mal-ftehim ta' l-għotja;

(ċ)

jirċievi l-kontribut finanzjarju Komunitarju u jqassmu skond il-ftehim tal-konsorzju u l-ftehim ta' għotja;

(d)

iżomm ir-reġistri u l-kontijiet finanzjarji relevanti għall-kontribut finanzjarju Komunitarju u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tiegħu konformement mal-punt (b) ta' l-Artikolu 23(1) u ma' l-Artikolu 35;

(e)

ikun intermedjarju għal komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u jirrapporta regolarment lill-parteċipanti u lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġett.

2.   Il-koordinatur għandu jkun identifikat fil-ftehim ta' għotja.

Il-ħatra ta' koordinatur ġdid għandha teħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

Artikolu 25

Tibdiliet fil-konsorzju

1.   Il-parteċipanti f'azzjoni indiretta jistgħu jaqblu li jżidu parteċipant ġdid jew li jneħħu parteċipant eżistenti skond id-dispożizzjonijiet rispettivi fil-ftehim ta' konsorzju.

2.   Kwalunkwe entità ġuridika li tissieħeb f'azzjoni lit kun għaddejja għandha tidħol formalment fil-ftehim ta' għotja.

3.   F'każijiet speċifiċi, fejn ikun previst fil-ftehim ta' għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b'mod wiesa' bl-użu ta' appoġġ speċifiku ta' informazzjoni, partikolarment fis-siti ta' l-Internet dwar is-Seba' Programm Kwadru, fl-istampa u fuljetti speċjalizzati, u fil-punti nazzjonali ta' kuntatt stabbiliti għall-informazzjoni u appoġġ mill-Istati Membri u mill-pajjiżi assoċjati.

Il-konsorzju għandu jivvaluta l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-assistenza ta' esperti indipendenti maħturin mill-konsorzju, konformement mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 14, u fl-Artikolu 16, rispettivament.

4.   Il-konsorzju għandu jinnotifika b'kull bidla proposta li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista' toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.

It-tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbutin ma' proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta' għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

Subtaqsima 5

Monitoraġġ u evalwazzjoni ta' programmi u azzjonijiet indiretti u komunikazzjoni ta' informazzjoni

Artikolu 26

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet indiretti abbażi ta' rapporti perjodiċi ta' progress preżentati skond l-Artikolu 18(4).

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif miksub, preżentat skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 19(1).

Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema informattiva li tippermetti li dan il-monitoraġġ isir b'mod effiċjenti u koerenti tul is-Seba' Programm Kwadru kollu.

Suġġett għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika bi kwalunkwe mezz adegwat informazzjoni dwar il-proġetti ffinanzjati.

3.   Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmijin fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 2006/970/Euratom għandhom jinkludu aspetti relatati ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jindirizzaw l-impatt baġitarju tal-bidliet fir-reġim tal-kalkolu ta' l-ispejjeż meta mqabbel mas-Sitt Programm Kwadru u l-effetti tiegħu fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.

4.   Il-Kummissjoni għandha taħtar, skond l-Artikolu 16, esperti indipendenti sabiex jassistuha fl-evalwazzjonijiet meħtieġa taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-programm speċifiku tiegħu, u, skond kif jitqies meħtieġ, għall-evalwazzjoni ta' Programmi Kwadru preċedenti.

5.   Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi gruppi ta' esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16, sabiex jagħtu parir dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja dwar ir-riċerka.

Artikolu 27

L-informazzjoni li għandha ssir disponibbli

1.   B'kont debitament meħud ta' l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, wara talba, tagħmel disponibbli lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar tagħrif miksub ġenerat minn ħidma mwettqa fil-kuntest ta' azzjoni indiretta, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni konċernata tkun relevanti għall-politika pubblika;

(b)

il-parteċipanti ma jkunux taw raġunijiet sodi u suffiċjenti sabiex ma tingħatax l-informazzjoni konċernata.

2.   Taħt l-ebda ċirkostanzi m'għandu l-għoti ta' l-informazzjoni skond il-paragrafu 1 jitqies li jkun qed jittrasferixxi lir-reċipjent xi drittijiet jew obbligi tal-Kummissjoni jew tal-parteċipanti.

Madanakollu, ir-reċipjent għandu jittratta kull informazzjoni bħal din bħala konfidenzjali sakemm ma ssirx pubblika jew ma ssirx disponibbli pubblikament mill-parteċipanti, jew sakemm ma tkunx ġiet komunikata lill-Kummissjoni mingħajr restrizzjonijiet ta' konfidenzjalità.

SEZZJONI 3

Il-kontribut finanzjarju komunitarju

Subsezzjoni 1

Eliġibbiltà għall-finanzjament u forom ta' għotjiet

Artikolu 28

Eliġibbiltà għall-finanzjament

1.   L-entitajiet ġuridiċi, li ġejjin, li jipparteċipaw f'azzjoni indiretta, jistgħu jirċievu kontribut finanzjarju Komunitarju:

(a)

kwalunkwe entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat, jew istitwita taħt il-liġi Komunitarja,

(b)

kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej.

2.   Fil-każ ta' organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti, diversa minn organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej, jew entità ġuridika stabbilita f'pajjiż terz diversa minn pajjiż assoċjat, jista' jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju sakemm tiġi sodisfatta mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun hemm provvediment għal dak il-għan fil-programmi speċifiċi jew fil-programm ta' ħidma relevanti,

(b)

tkun essenzjali għat-twettiq ta' l-azzjoni indiretta,

(ċ)

ikun hemm provvediment għal tali finanzjament fi ftehim bilaterali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija jew kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-Komunità u l-pajjiż li fih l-entità ġuridika tkun stabbilita.

Artikolu 29

Forom ta' għotjiet

Il-kontribut finanzjarju Komunitarju għal għotjiet identifikati fil-parti a) ta' l-Anness II mad-Deċiżjoni Nru 2006/970/Euratom għandu jkun ibbażat fuq ir-rimborż, sħiħ jew parzjali, ta' l-ispejjeż eliġibbli.

Madanakollu, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista' jieħu l-forma ta' finanzjament b'rata fissa, inkluż finanzjament permezz ta' skala ta' spejjeż unitarji, jew somma f'daqqa, jew jista' jikkombina flimkien ir-rimborż ta' l-ispejjeż eliġibbli ma' rati fissi u somom f'daqqa. Il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista' jieħu wkoll il-forma ta' boroż ta' studju jew premjijiet.

Il-programmi ta' ħidma u s-sejħiet għal proposti għandhom jispeċifikaw il-forom ta' għotjiet li għandhom jintużaw fl-azzjonijiet konċernati.

Artikolu 30

Rimborż ta' l-ispejjeż eliġibbli

1.   L-azzjonijiet indiretti ffinanzjati b'għotjiet għandhom ikunu ko-finanzjati mill-parteċipanti.

Sabiex isir rimborż ta' l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità m'għandux iwassal għal profitt.

2.   Ir-riċevuti għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas ta' l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

3.   Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta' azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu attwali;

(b)

għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta' l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta' għotja;

(ċ)

għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali ta' kontabbiltà u amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta' l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b'mod konsistenti mal-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja;

(d)

għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta' xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;

(e)

għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b'mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta' telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż dikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta' proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż relatati ma' dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d).

Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta' amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b'mod sinifikattiv mill-ispejjeż attwali.

4.   Filwaqt li l-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ispiża ta' l-azzjoni indiretta globali, ir-rimborż għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż rapportati ta' kull parteċipant.

Artikolu 31

Spejjeż eliġibbli diretti u spejjeż eliġibbli indiretti

1.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejħa “spejjeż eliġibbli diretti” u, fejn japplikaw, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, iżda li jkunu saru b'rabta diretta ma' l-ispejjeż eliġibbli diretti attribwiti lill-azzjoni, minn hawn 'il quddiem imsejħa “spejjeż eliġibbli indiretti”.

2.   Ir-rimborż ta' spejjeż tal-parteċipanti għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż diretti u indiretti eliġibbli tagħhom.

Konformement mal-punt (ċ) ta' l-Artikolu 30(3), parteċipant jista' juża metodu ssimplifikat ta' kalkolu ta' l-ispejjeż eliġibbli indiretti tiegħu fil-livell ta' l-entità ġuridika tiegħu jekk dan ikun skond il-prinċipju u l-prassi abitwali fiż-żamma tal-kontijiet tiegħu. Il-prinċipji li għandhom jiġu segwiti f'dan ir-rigward għandhom jiġu stabbiliti fil-mudell tal-ftehim ta' għotja.

3.   Il-ftehim ta' għotja jista' jipprevedi li r-rimborż ta' spejjeż eliġibbli indiretti għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta' l-ispejjeż eliġibbli diretti, esklużi l-ispejjeż eliġibbli diretti għas-sottokuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta' l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn xieraq, l-azzjonijiet ta' taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

4.   B'deroga mill-paragrafu 2, sabiex jiġu koperti l-ispejjeż eliġibbli diretti, parteċipant jista' jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta' l-ispejjeż eliġibbli diretti tiegħu, esklużi l-ispejjeż eliġibbli diretti tiegħu għas-subkuntrattar jew għar-rimborż ta' l-ispejjeż ta' partijiet terzi.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rati fissi adegwati bbażati fuq approssimazzjoni stretta ta' l-ispejjeż diretti reali konċernati, skond ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu.

5.   Korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, stabbilimenti ta' l-edukazzjoni sekondarja u ta' edukazzjoni superjuri, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali tagħhom għall-azzjoni konċernata, meta jipparteċipaw fi skemi ta' finanzjament li jinkludu riċerka u żvilupp telnoloġiku u attivitajiet dimostrattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 32, jistgħu jagħżlu rata fissa ta' 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli indiretti totali għal għotjiet aġġudikati taħt sejħiet għal proposti li jagħlqu qabel l-1 ta' Jannar 2010.

Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata tranżizzjoni għall-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ġenerali stabbilit fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal għotjiet aġġudikati taħt is-sejħiet li jagħlqu wara l-31 ta' Diċembru 2009, livell xieraq ta' rata fissa li għandu jkun approssimazzjoni ta' l-ispejjeż indiretti reali konċernati iżda mhux ta' inqas minn 40 %. Dan ikun ibbażat fuq evalwazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, istituzzjonijiet ta' edukazzjoni sekondarja u ta' edukazzjoni superjuri, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali tagħhom għall-azzjoni konċernata.

6.   Ir-rati fissi kollha għandhom jiġu stabbiliti fil-mudell ta' ftehim ta' għotja.

Artikolu 32

L-ogħla limiti ta' finanzjament

1.   Għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista' jilħaq massimu ta' 50 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli.

Madanakollu, fil-każ ta' korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, istituzzjonijiet ta' edukazzjoni sekondarja u ta' edukazzjoni superjuri, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs, dan jista' jilħaq massimu ta' 75 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli.

2.   Għal attivitajiet dimostrattivi, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista' jilħaq massimu ta' 50 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli.

3.   Għal attivitajiet appoġġati minn azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet ta' taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista' jilħaq massimu ta' 100 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli.

4.   Għal attivitajiet ta' ġestjoni inklużi ċertifikati dwar ir-rendikonti finanzjarji, u attivitajiet oħrajn mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista' jilħaq massimu ta' 100 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli.

L-attivitajiet l-oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, taħriġ f'azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta' finanzjament għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, għall-koordinazzjoni, għan-netwerking, u għad-disseminazzjoni.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandu jittieħed kont ta' l-ispejjeż eliġibbli u tar-riċevuti sabiex jiġi determinat il-kontribut finanzjarju Komunitarju.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, skond kif ikun xieraq, fil-każ ta' azzjonijiet indiretti fejn jintuża finanzjament b'rata fissa jew finanzjament permezz ta' somma f'daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.

Artikolu 33

Rappurtaġġ u awditjar ta' spejjeż eliġibbli

1.   Għandhom jiġu preżentati rapporti perjodiċi lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, dwar l-interessi finanzjarji ġenerati minn pre-finanzjament, u dwar ir-riċevuti relatati ma' l-azzjoni indiretta konċernata u, fejn ikun xieraq, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji, konformement mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regoli ta' Implimentazzjoni.

L-eżistenza ta' kofinanzjament fir-rigward ta' l-azzjoni konċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn ikun xieraq, ċertifikata fi tmiem l-azzjoni.

2.   Minkejja r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji għandu jkun obbligatorju biss kull meta l-ammont kumulattiv ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet ta' bilanċ li jsiru lil parteċipant ikun ugwali għal EUR 375 000 jew iżjed għal azzjoni indiretta.

Madankollu, għal azzjonijiet indiretti li jdumu sentejn jew anqas, għandu jintalab mill-parteċipant mhux aktar minn ċertifikat wieħed dwar ir-rendikonti finanzjarji, fl-aħħar tal-proġett.

Iċ-ċertifikati dwar ir-rendikonti finanzjarji ma għandhomx ikunu meħtieġa għal azzjonijiet indiretti interament rimborżati permezz ta' somom f'daqqa jew ta' rati fissi.

3.   Fil-każ ta' korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni sekondarja u ta' edukazzjoni superjuri, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista' jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.

Artikolu 34

Netwerks ta' Eċċellenza

1.   Il-programm ta' ħidma għandu jipprovdi għall-forom ta' għotjiet li għandhom jintużaw għan-Netwerks ta' Eċċellenza.

2.   Fejn il-kontribut finanzjarju Komunitarju għal Netwerks ta' Eċċellenza jieħu l-forma ta' somma f'daqqa, għandu jiġi kkalkulat skond in-numru ta' riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta' Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni. Il-valur ta' l-unità għal somom f'daqqa imħallsin għandu jkun ta' EUR 23 500 kull sena u għal kull riċerkatur.

Dan l-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni konformement mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni.

3.   Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta' parteċipanti u, fejn ikun xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista' jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f'daqqa massima. Madanakollu, parteċipanti aktar u 'l fuq mill-maxima sabiex jiġi stabbilit il-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem skond kif ikun xieraq.

4.   Il-ħlas għandu jsir permezz ta' ħlasijiet perjodiċi.

Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond il-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta' l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta' l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni, negozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta' għotja.

Subtaqsima 2

Ħlas, distribuzzjoni, irkupru u garanziji

Artikolu 35

Ħlas u distribuzzjoni

1.   Il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur mingħajr dewmien żejjed.

2.   Il-koordinatur għandu jżomm rekords li jippermettu li jkun determinat f'kull ħin x'porzjon tal-fondi tal-Komunità jkun tqassam lil kull parteċipant.

Il-koordinatur għandu jgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni meta jintalab jagħmel dan.

Artikolu 36

Irkupru

Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' rkupru konformement mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 37

Mekkaniżmu sabiex jiġi evitat ir-riskju

1.   Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull parteċipant għandha tiġi limitata għad-dejn tiegħu stess, suġġett għall-paragrafi 2 sa 5.

2.   Sabiex jiġi ġestit ir-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera “Fond ta' garanzija għall-parteċipanti” (minn hawn 'l quddiem “il-Fond”) skond l-Anness.

L-interessi finanzjarji ġġenerati mill-Fond għandhom jiżdiedu mal-Fond u għandhom iservu esklussivament għall-finijiet stipulati fil-punt 3 ta' l-Anness, mingħajr preġudizzju għall-punt 4 tiegħu.

3.   Il-kontribut lill-Fond minn parteċipant ta' azzjoni indiretta li jieħu l-forma ta' għotja m'għandux jaqbeż il-5 % tal-kontribut finanzjarju Komunitarju dovut lill-parteċipant. Fl-aħħar ta' l-azzjoni l-ammont kontribwit lill-Fond għandu jingħata lura lill-parteċipant, permezz tal-koordinatur, suġġett għall-paragrafu 4.

4.   Jekk l-interessi ġenerati mill-Fond ikunu insuffiċjenti sabiex ikopru s-somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista' tnaqqas mill-ammont li għandu jingħata lura lil parteċipant ammont massimu ta' wieħed fil-mija tal-kontribut finanzjarju Komunitarju lilu.

5.   It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 4 m'għandux japplika għal korpi pubbliċi, entitajiet ġuridiċi li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija ggarantita minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat, u istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni sekondarja u ta' edukazzjoni superjuri.

6.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika biss ex-ante l-kapaċità finanzjarja tal-koordinaturi, u tal-parteċipanti diversi minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 li japplikaw għal kontribut finanzjarju Komunitarju f'azzjoni indiretta 'l fuq minn EUR 500 000, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali meta, fuq il-bażi ta' informazzjoni diġà disponibbli, ikun hemm raġunijiet ġustifikati sabiex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja ta' dawn il-parteċipanti.

7.   Il-Fond għandu jiġi kkunsidrat bħala garanzija suffiċjenti taħt ir-Regolament Finanzjarju. L-ebda garanzija jew sigurtà addizzjonali ma għandha tintalab mill-parteċipanti jew tiġi imposta fuqhom.

KAPITOLU III

DISSEMINAZZJONI U UŻU, U DRITTIJIET GĦAL AĊĊESS

TAQSIMA 1

Tagħrif miksub

Artikolu 38

Regoli speċifiċi għar-riċerka fl-enerġija mill-fużjoni

Ir-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu japplikaw mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi għall-attivitajiet taħt il-qasam tematiku “Riċerka fl-enerġija mill-fużjoni” stabbiliti fil-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament.

Subtaqsima 1

Id-dritt ta' proprjetà

Artikolu 39

Id-dritt ta' proprjetà ta' tagħrif miksub

1.   It-tagħrif miksub ġenerat mill-ħidma mwettqa taħt azzjonijiet indiretti diversi minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 3 għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipant li jwettaq il-ħidma li tiġġenera dak it-tagħrif miksub.

2.   Jekk impjegati jew persunal ieħor li jaħdem għal parteċipant ikunu intitolati għal drittijiet fuq tagħrif miksub, il-parteċipant għandu jiżgura li jkun possibbli li dawk id-drittijiet jiġu eżerċitati b'mod kompatibbli ma' l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt il-ftehim ta' għotja.

3.   It-tagħrif miksub għandu jkun il-proprjetà tal-Komunità fil-każijiet li ġejjin:

(a)

azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu fl-akkwist ta' oġġetti jew servizzi suġġetti għar-regoli dwar l-akkwist pubbliku stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

(b)

azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ relatati ma' esperti indipendenti.

Artikolu 40

Drittijiet konġunti ta' proprjetà ta' tagħrif miksub

1.   Fejn numru ta' parteċipanti jkunu wettqu ħidma konġunta li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom tal-ħidma ma jkunx jista' jiġi aċċertat, huma għandhom ikunu ko-proprjetarji tat-tali tagħrif miksub.

Huma għandhom jistabbilixxu ftehim dwar l-allokazzjoni u t-termini ta' eżerċizzju ta' dak id-dritt ta' ko-proprjetà skond it-termini tal-ftehim ta' għotja.

2.   Fejn ma jkunx għad ġie konkluż ftehim ta' ko-proprjetà, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta' subliċenzjar, suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;

(b)

għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

3.   Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tagħti gwida dwar aspetti possibbli li jkollhom jiġu inklużi fil-ftehim ta' ko-proprjetà.

Artikolu 41

Trasferiment ta' tagħrif miksub

1.   Il-proprjetarju tat-tagħrif miksub jista' jittrasferixxih lil kwalunkwe entità ġuridika, suġġett għall-paragrafi 2 sa 5 u l-Artikolu 42.

2.   Fejn parteċipant jittrasferixxi d-dritt ta' proprjetà tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu dwar dak it-tagħrif miksub liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li jgħaddihom lil kwalunkwe ċessjonarju sussegwenti, konformement mal-ftehim ta' għotja.

3.   Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-konfidenzjalità, fejn il-parteċipant ikun meħtieġ li jgħaddi d-drittijiet ta' aċċess, huwa għandu jinnotifika bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħrajn fl-istess azzjoni, kif ukoll jagħti informazzjoni suffiċjenti dwar il-proprjetarju l-ġdid tat-tagħrif miksub sabiex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta' aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta' għotja.

Madanakollu, il-parteċipanti l-oħrajn jistgħu, permezz ta' ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta' pre-notifika individwali fil-każ ta' trasferimenti tad-dritt ta' proprjetà minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.

4.   Konsegwentement għan-notifika skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe parteċipant ieħor jista' joġġezzjona għal kwalunkwe trasferiment tad-dritt ta' proprjetà għar-raġuni li tkun tolqot ħażin id-drittijiet ta' aċċess tiegħu.

Fejn kwalunkwe wieħed mill-parteċipanti l-oħrajn juri li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu milquta ħażin, it-trasferiment maħsub ma għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti konċernati.

5.   Fejn ikun xieraq, il-ftehim ta' għotja jista' jipprevedi li l-Kummissjoni tiġi notifikata bil-quddiem bi kwalunkwe trasferiment maħsub tad-dritt ta' proprjetà jew bi kwalunkwe għotja maħsuba ta' liċenzja esklussiva lil parti terza li tkun stabbilita f'pajjiż terz mhux assoċjat mas-Seba' Programm Kwadru.

Artikolu 42

Il-preżervazzjoni tal-kompetittività Ewropea u l-prinċipji ta' l-etika

Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għat-trasferiment tad-dritt ta' proprjetà tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta' liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil partijiet terzi stabbiliti f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba' Programm Kwadru, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma' l-interessi ta' l-iżvilupp tal-kompetittività ta' l-ekonomija Ewropea, jew ma' l-interessi ta' difiża ta' l-Istati Membri fis-sens ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat jew li ma jkunx konsistenti ma' prinċipji etiċi.

F'dawn il-każijiet, it-trasferiment tad-dritt ta' proprjetà jew l-għoti ta' liċenzja m'għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li sejrin jiġu stabbiliti s-salvagwardji xierqa.

Subsezzjoni 2

Protezzjoni, pubblikazzjoni, disseminazzjoni u użu

Artikolu 43

Protezzjoni tat-tagħrif miksub

Fejn it-tagħrif miksub jista' jiġi applikat industrijalment jew kummerċjalment, il-proprjetarju tiegħu għandu jipprovdi għall-protezzjoni adegwata u effettiva tiegħu, b'kont dovut meħud ta' l-interessi leġittimi tiegħu u l-interessi leġittimi, b'mod partikolari l-interessi kummerċjali, tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta konċernata.

Fejn parteċipant li ma jkunx il-proprjetarju tat-tagħrif miksub jinvoka interess leġittimu tiegħu, huwa għandu, fi kwalunkwe ħin, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.

Fejn it-tagħrif miksub jista' jiġi applikat industrijalment jew kummerċjalment u l-proprjetarju tiegħu ma jipproteġihx, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor, lil entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat jew kwalunkwe parti terza stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat flimkien ma' l-obbligi assoċjati skond l-Artikolu 41, ebda attivitajiet ta' disseminazzjoni ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.

F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista', bil-kunsens tal-parteċipant konċernat, tassumi d-dritt ta' proprjetà tat-tagħrif miksub u tadotta miżuri għall-protezzjoni adegwata u effettiva tiegħu. Il-parteċipant konċernat jista' jirrifjuta l-kunsens biss jekk ikun jista' juri li l-interessi leġittimi tiegħu jkunu se jsofru dannu kbir sproporzjonat.

Artikolu 44

Dikjarazzjoni rigward appoġġ finanzjarju Komunitarju

Il-pubblikazzjonijiet kollha, l-applikazzjonijiet kollha għal privattivi magħmulin minn jew f'isem parteċipant, jew kull disseminazzjoni oħra relatata ma' tagħrif miksub, għandhom jinkludu dikjarazzjoni, li tista' tinkludi mezzi viżivi, li t-tagħrif miksub konċernat ġie prodott bl-għajnuna ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju.

It-termini ta' dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta' għotja.

Artikolu 45

Użu u disseminazzjoni

1.   Il-parteċipanti għandhom jużaw it-tagħrif miksub li tiegħu ikunu proprjetarji, jew jiżguraw li dan jintuża.

2.   Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu ikun proprjetarju jkun disseminat rapidament kemm jista' jkun. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista' tiddissemina dak it-tagħrif miksub skond l-Artikolu 12 tat-Trattat.

Il-ftehim ta' għotja jista' jistipula limiti ta' żmien f'dan ir-rigward.

3.   L-attivitajiet ta' disseminazzjoni għandhom ikunu kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi ta' konfidenzjalità, u l-interessi leġittimi tal-proprjetarju tat-tagħrif miksub u ma' l-interessi ta' difiża ta' l-Istati Membri fis-sens ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat.

4.   Għandu jingħata avviż bil-quddiem dwar kull attività ta' disseminazzjoni lill-parteċipanti l-oħrajn konċernati.

Wara n-notifika, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista' joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub jew tat-tagħrif eżistenti tiegħu jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. F'każijiet tali, l-attività ta' disseminazzjoni ma tistax issir sakemm ma jittiħdux passi xierqa għas-salvagwardja ta' dawk l-interessi leġittimi.

SEZZJONI 2

Drittijiet ta' aċċess għal tagħrif eżistenti u għal tagħrif miksub

Artikolu 46

It-tagħrif eżistenti kopert

Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet ta' azzjoni indiretta fi ftehim bil-miktub u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku.

Artikolu 47

Prinċipji

1.   It-talbiet kollha għad-drittijiet ta' l-aċċess għandhom isiru bil-miktub.

2.   Sakemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor mal-proprjetarju tat-tagħrif miksub jew it-tagħrif eżistenti, id-drittijiet ta' l-aċċess ma' jagħtu ebda dritt li jingħataw subliċenzji.

3.   Jistgħu jingħataw liċenzji esklussivi għal tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti, suġġetti għall-konferma bil-miktub mill-parteċipanti l-oħra kollha li huma jirrinunzjaw għad-drittijiet ta' aċċess fuqu.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull ftehim li jipprevedi drittijiet ta' aċċess għal tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti għal parteċipanti jew partijiet terzi għandu jkun tali li jiżgura li jinżammu d-drittijiet ta' aċċess potenzjali għall-parteċipanti l-oħra

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 48 u 49 u għall-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista' jkun b'kull limitazzjoni għall-għoti ta' drittijiet ta' aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b'kull restrizzjoni oħra li tista' tolqot b'mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta' aċċess.

6.   It-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tiegħu f'azzjoni indiretta m'għandha bl-ebda mod tinċidi fuq l-obbligu ta' dak il-parteċipant li jagħti drittijiet ta' l-aċċess lill-bqija tal-parteċipanti fl-istess azzjoni taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja.

Artikolu 48

Drittijiet ta' l-aċċess għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet indiretti

1.   Id-drittijiet ta' l-aċċess għal tagħrif miksub għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk dawn ikunu meħtieġa sabiex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta.

Tali drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw ħielsa minn drittijiet ta' royalties.

2.   Id-drittijiet ta' l-aċċess għal tagħrif eżistenti għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk hekk ikun meħtieġ sabiex dawk il-parteċipanti ikunu jistgħu iwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta.

Tali drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw ħielsa minn drittijiet ta' royalties, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-parteċipanti kollha qabel l-adeżjoni tagħhom mal-ftehim ta' għotja.

Artikolu 49

Drittijiet ta' aċċess għall-użu

1.   Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta' aċċess għal tagħrif miksub, jekk dawn ikollhom bżonn dawk id-drittijiet għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.

Suġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ekwi u raġonevoli jew jingħataw ħielsa minn drittijiet ta' royalties.

2.   Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta' aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess sakemm il-parteċipant konċernat ikun intitolat li jagħtihom.

Suġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ekwi u raġonevoli jew jingħataw ħielsa minn drittijiet ta' royalties.

3.   Entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat għandha jkollha wkoll id-drittijiet għal aċċess, imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, għat-tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti taħt l-istess kondizzjonijiet tal-parteċipant li lilu tkun affiljata, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-ftehim ta' għotja jew fil-ftehim ta' konsorzju.

4.   Talba għad-drittijiet ta' aċċess taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 tista' ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-avvenimenti:

(a)

it-tmiem ta' l-azzjoni indiretta ;

(b)

it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni mill-proprjetarju tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub konċernat.

Madanakollu, il-parteċipanti konċernati jistgħu jiftiehmu dwar limitu ta' żmien differenti.

KAPITOLU IV

REGOLI SPEĊIFIĊI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI F'ATTIVITAJIET TAĦT IL-QASAM TEMATIKU “RIĊERKA FL-ENERĠIJA MILL-FUŻJONI”

Artikolu 50

Kamp ta' Applikazzjoni

Ir-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu japplikaw għall-attivitajiet taħt il-qasam tematiku “Riċerka fl-enerġija mill-fużjoni” kif stabbilit fil-programm speċifiku. Fil-każ ta' xi konflitt bejn ir-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu u dawk stabbiliti fil-Kapitoli II u III, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 51

Implimentazzjoni tar-Riċerka fl-Enerġija mill-Fużjoni

L-attivitajiet taħt il-qasam tematiku 'Riċerka fl-enerġija mill-fużjoni' jistgħu jiġu implimentati abbażi tal-proċeduri u r-regoli għad-disseminazzjoni u l-użu stabbiliti fl-oqfsa li ġejjin:

(a)

Il-Kuntratti ta' Assoċjazzjoni, konklużi bejn il-Komunità u l-Istati Membri jew pajjiżi terzi assoċjati jew entitajiet ġuridiċi fl-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi assoċjati;

(b)

Il-Ftehim Ewropew għall-Iżvilupp tal-Fużjoni (EFDA), konkluż bejn il-Komunità u organizzazzjonijiet fi, jew jaġixxu għal, Stati Membri u pajjiżi assoċjati;

(ċ)

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER, ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tat-Trattat;

(d)

Ftehim internazzjonali li jikkonċernaw il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi, jew kwalunkwe entità ġuridika li tista' tkun stabbilita b'tali ftehim, partikolarment il-Ftehim ta' l-ITER;

(e)

Kwalunkwe ftehim multilaterali ieħor konkluż bejn il-Komunità u organizzazzjonijiet assoċjati, partikolarment il-Ftehim dwar il-Mobbiltà tal-Persunal;

(f)

Azzjonijiet ta' qsim ta' spejjeż sabiex jippromwovu u jikkontribwixxu għar-riċerka fl-enerġija mill-fużjoni ma' korpi fl-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru fejn ma jkunx hemm Kuntratt ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 52

Kontribut finanzjarju Komunitarju

1.   Il-Kuntratti ta' Assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(a) u l-azzjonijiet ta' qsim ta' spejjeż imsemmija fl-Artikolu 51(f) għandhom jistabbilixxu r-regoli relatati mal-kontribut finanzjarju Komunitarju għall-attivitajiet li huma jkopru.

Ir-rata bażi annwali għall-kontribut finanzjarju Komunitarju m'għandhiex taqbeż l-20 % tul il-perjodu tas-Seba' Programm Kwadru.

2.   Wara konsultazzjoni mal-kumitat konsultattiv għall-programm ta' fużjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tal-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru (2007-11) tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (13), il-Kummissjoni tista' tiffinanzja:

(a)

fil-qafas tal-Kuntratti ta' Assoċjazzjoni b'rata li ma tabiżx l-40 %: l-infiq fir-rigward ta' proġetti ko-operattvi speċifiċi bejn l-Assoċjati li ġew rakkomandati għal appoġġ ta' prijorità mill-kumitat konsultattiv u approvati mill-Kummissjoni; l-appoġġ ta' prijorità jikkonċentra fuq azzjonijiet ta' rilevanza għall-ITER/DEMO, ħlief fil-każ ta' proġetti li diġà ngħataw status ta' prijorità matul programmi kwadru preċedenti;

(b)

azzjonijiet imwettqa taħt il-Ftehim Ewropew għall-Iżvilupp tal-Fużjoni inkluż l-akkwisti jew fil-qafas ta' l-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu 51(ċ),

(ċ)

azzjonijiet imwettqa taħt il-Ftehim dwar il-Mobbiltà tal-Persunal.

3.   Fil-każ ta' proġetti u azzjonijiet li jirċievu kontribut finanzjarju skond il-paragrafu (2) (a) jew (b), l-entitajiet ġuridiċi kollha msemmija fl-Artikolu 51(a) u (b) għandhom ikollhom id-dritt li jieħdu parti fl-esperimenti mwettqa fuq it-tagħmir kkonċernat.

4.   Il-kontribut finanzjarju Komunitarju għal azzjonijiet imwettqa fil-qafas ta' ftehim ta' koperazzjoni internazzjonali msemmi fl-Artikolu 51(d) għandu jiġi stabbilit skond it-termini ta' tali ftehim jew minn kwalunkwe entità ġuridika stabbilita mill-ftehim. Il-Komunità tistà tiġġestixxi l-parteċipazzjoni tagħha u l-kontribut finanzjarju tagħha għal tali ftehim permezz ta' kwalunkwe entità ġuridika adegwata.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 53

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 19 ta’ Diċembru 2006.

Ghall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS

Fond ta' Garanzija għall-Parteċipanti

1.

Il-Fond ser ikun ġestit mill-Komunità rrappreżentata mill-Kummissjoni li taġixxi bħala aġent eżekuttiv f'isem il-parteċipanti, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-mudell tal-ftehim ta' għotja.

Il-Kummissjoni ser tafda l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond jew lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment jew, skond l-Artikolu 13(b), lil istituzzjoni finanzjarja xierqa (minn hawn 'l quddiem il-“bank depożitarju”). Il-bank depożitarju għandu jamministra l-Fond skond informazzjoni li tingħata mill-Kummissjoni.

2.

Il-Kummissjoni tista' tagħmel tajjeb, mill-ewwel finanzjament bil-quddiem li tħallas lill-konsorzju, għall-kontibuzzjoni tal-parteċipanti lill-Fond, u tħallasha lill-Fond f'isimhom.

3.

Fejn hemm ammonti dovuti lill-Komunità minn parteċipant, il-Kummissjoni tista', mingħajr preġudizzju għall-penali li jistgħu jiġu imposti fuq il-parteċipant li jonqos mir-rimborż skond ir-Regolament Finanzjarju, jew:

(a)

tordna lill-bank depożitarju sabiex jittrasferixxi direttament l-ammont dovut mill-Fond lill-koordinatur ta' l-azzjoni indiretta jekk tkun għadha għaddejja u jekk il-parteċipanti li jibqa' jaqblu li jimplimentawha bl-istess mod fir-rigward ta' l-objettivi tagħha, skond l-Artikolu 17(4). L-ammonti trasferiti mill-Fond jitqiesu bħala kontribut finanzjarju Komunitarju; jew

(b)

effettivament tirkupra s-somma msemmija mill-Fond jekk l-azzjoni indiretta tkun mitmuma jew diġà kkompletata.

Il-Kummissjoni toħroġ ordni ta' rkupru għall-benefiċċju tal-Fond kontra l-parteċipant. Il-Kummissjoni tista' tadotta għal dak il-għan deċiżjoni dwar l-irkupru konformement mar-Regolament Finanzjarju.

4.

L-ammonti rkuprati mill-Fond matul is-Seba' Programm Kwadru ser jikkostitwixxu dħul assenjat lilu fis-sens ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Ladarba l-implimentazzjoni ta' l-għotjiet kollha taħt is-Seba' Programm Kwadru tkun kompluta, kwalunkwe somma li tibqa' mill-Fond tiġi rkuprata mill-Kummissjoni u tiddaħħal fil-baġit tal-Komunità, suġġett għal deċiżjonijiet dwar it-Tmien Programm Kwadru.


(1)  Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Novembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-5 ta' Lulju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Opinjoni mogħtija fuq konsultazzjoni mhux obbligatorja.

(3)  ĠU C 203, 25.8.2006, p. 1. Opinjoni mogħtija fuq inizjattiva tagħha.

(4)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227,19.8.2006, p. 3).

(7)  ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5.

(8)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p 38).

(9)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(10)  ĠU L 312. 23.12.1995, p. 1.

(11)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(12)  ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67.

(13)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

21


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/870/Euratom tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-seba' programm kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari(2007-2011)

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Id-Deċiżjoni 2006/870/Euratom għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari(2007-2011)

(2006/870/EURATOM)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-isforzi konġunti nazzjonali u Ewropej fil-qasam tar-riċerka u t-taħriġ huma essenzjali biex jiġu promossi u żgurati t-tkabbir ekonomiku u l-benessri taċ-ċittadini fl-Ewropa.

(2)

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jikkomplimenta azzjonijiet oħra ta' l-UE fil-qasam tal-politika tar-riċerka li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Lisbona, partikolarment l-azzjonjiet fl-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, l-impjiegi u l-ambjent.

(3)

Is-Seba' Programm Kwadru jibni fuq il-kisbiet li għamel dak ta' qablu lejn il-ħolqien ta' Żona ta' Riċerka Ewropea, u jkompli jmexxihom 'il quddiem lejn l-iżvilupp ta' l-ekonomija u s-soċjetà ta' l-għarfien fl-Ewropa.

(4)

Il-Green Paper tal-Kummissjoni ’Lejn strateġija Ewropea għall-provvista ta' l-enerġija’ tenfasizza l-kontribut ta' l-enerġija nukleari għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra u għat-tnaqqis tad-dipendenza ta' l-Ewropa fuq l-enerġija importata.

(5)

Fl-24 ta' Awwissu 2005, il-Kummissjoni preżentat il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni esterna ta' l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' l-attivitajiet Komunitarji mwettqin fil-ħames snin ta' qabel dik il-valutazzjoni, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha.

(6)

B'referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2004 li temenda d-direttivi tan-negozjati dwar ir-Reattur Esperimentali Termonukleari Internazzjonali (ITER), ir-realizzazzjoni ta' l-ITER fl-Ewropa, f'approċċ usa' għall-enerġija mill-fużjoni, għandu jkun l-element ċentrali ta' l-attivitajiet ta' riċerka dwar il-fużjoni nukleari li jsiru taħt is-Seba' Programm Kwadru.

(7)

L-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tista' tagħti lok għall-istabbiliment ta' ħidmiet konġunti skond it-tifsira ta' l-Artikoli 45 sa 51 tat-Trattat.

(8)

Attivitajiet tar-riċerka appoġġati mis-Seba' Programm Kwadru għandhom jikkonformaw mal-prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. L-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji Ġodda qegħdin jitqiesu u ser ikomplu jitqiesu.

(9)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-dewmien kollu tal-programm li huwa r-referenza ewlenija skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 ta' bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja soda (3), għall-awtorita baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(10)

Huwa importanti li tiġi żgurata l-amministrazzjoni soda tal-finanzi tas-Seba' Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-użu possibbli, kif ukoll il-faċilità ta' l-aċċess għall-parteċipanti kollha.

(11)

Taħt is-Seba' Programm Kwadru, ir-rwol tan-nisa fix-xjenza u riċerka għandu jingħata l-importanza dovuta, bil-għan li r-rwol attiv tan-nisa fir-riċerka jkompli jissaħħaħ.

(12)

Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għandu jikkontribwixxi fil-forniment ta' appoġġ xjentifiku u teknoloġiku mmexxi mill-klijent li jingħata għall-formulazzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi Komunitarji. F'dan ir-rigward, huwa utli li l-JRC jkompli jiffunzjona bħala ċentru indipendenti ta' referenza għax-xjenza u t-teknoloġija fl-UE fl-oqsma tal-kompetenzi speċifiċi tiegħu.

(13)

Id-dimensjoni internazzjonali u globali fl-attivitajiet ta' riċerka Ewropej hi importanti għall-fini tal-ksib ta' benefiċċji reċiproċi. Is-Seba' Programm Kwadru għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li jkunu kkonkludew il-ftehim meħtieġa għal dan il-għan, u fil-livell tal-proġetti u fuq il-bażi tal-benefiċċju reċiproku, għandu jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kooperazzjoni xjentifika.

(14)

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea billi jwassal appoġġ xjentifiku u teknoloġiku lill-pajjiżi kandidati għall-implimentazzjoni ta' l-acquis Komunitarju u għall-integrazzjoni tagħhom fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

(15)

Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa biex ma jitħallewx isiru irregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jinġabru lura fondi mitlufa, imħallsa b'mod mhux dovut jew użati b'mod mhux korrett, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (4), (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1074/1999 tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (6).

(16)

Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku ġie kkonsultat mill-Kummissjoni u ta l-opinjoni tiegħu.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Adozzjoni tas-Seba' Programm Kwadru

B'dan qed jiġi adottat, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2011, il-programm kwadru pluriennali għall-attivitajiet tar-riċerka u t-taħriġ nukleari, minn hawn 'il quddiem is-“Seba' Programm Kwadru”.

Artikolu 2

Objettivi

1.   Is-Seba' Programm Kwadru għandu jsegwi l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) tat-Trattat, filwaqt li jikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien, bi tkomplija fuq iż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

2.   Is-Seba' Programm Kwadru għandu jinkludi riċerka Komunitarja, żvilupp teknoloġiku, kooperazzjoni internazzjonali, disseminazzjoni ta' informazzjoni teknika u attivitajiet ta' sfruttament kif ukoll taħriġ, li għandhom jiġu stabbiliti f'żewġ programmi speċifiċi:

L-ewwel programm speċifiku għandu jkopri dawn li ġejjin:

(a)

riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni, bil-għan li tiġi żviluppata t-teknoloġija għal sors ta' enerġija sigur, sostenibbli, li jirrispetta l-ambjent, u ekonomikament vijabbli;

(b)

fissjoni nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni bil-għan tat-tisħiħ b'mod partikolari tal-prestazzjoni tas-sikurezza, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kost-effettività tal-fissjoni nukleari u ta' użi oħra tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina.

It-tieni programm speċifiku għandu jkopri l-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fil-qasam ta' l-enerġija nukleari.

3.   Il-linji ġenerali tal-programmi speċifiċi huma deskritti fl-Anness I.

Artikolu 3

L-ammont massimu globali u l-ishma allokati għal kull programm

1.   L-ammont globali massimu għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru għall-perijodu mill-2007 sa l-2011 għandu jkun ta' EUR 2 751 miljun. Dan l-ammont għandu jiġi mqassam kif ġej (f'miljuni ta' EUR):

Riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (7)

1 947

Fissjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni

287

Attivitajiet nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

517

2.   Ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja fis-Seba' Programm Kwadru jidhru fl-Anness II.

Artikolu 4

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet

Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' disposizzjoni ta' liġi Komunitarja, inkluż il-ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tas-Seba' Programm Kwadru, li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-budgets amministrati minna, permezz ta' nefqa mhux ġustifikata.

Artikolu 5

Prinċipji etiċi fundamentali

L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru għandhom jitwettqu b'konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

Artikolu 6

Monitoraġġ, evalwazzjoni u reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha kontinwament u sistematikament timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u l-Programmi Speċifiċi tiegħu u regolarment tirrapporta u xxerred ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ.

2.   Mhux aktar tard mill-2010, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta' esperti esterni, evalwazzjoni interim ibbażata fuq l-evidenza tas-Seba' Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu mibnija fuq l-evalwazzjoni ex-post tas-Sitt Programm Kwadru. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità ta' l-attivitajiet ta' riċerka eżistenti, kif ukoll il-kwalità ta' l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni, u l-progress li sar lejn il-kisba ta' l-objettivi stabbiliti.

3.   Wara t-tmiem tas-Seba' Programm Kwadru, il-Kummissjoni għandha tara li titwettaq evalwazzjoni esterna minn esperti indipendenti tal-motivazzjonijiet, l-implimentazzjoni u l-kisbiet tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006.

Mill-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM

ANNESS I

OBJETTIVI, TEMI U ATTIVITAJIET XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI

INTRODUZZJONI

Is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ huwa organizzat f'żewġ partijiet li jikkorrispondu għall-azzjonijiet “indiretti” dwar ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni u l-fissjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni, u l-attivitajiet ta' riċerka “diretti” tal-JRC.

I.A.   RIĊERKA DWAR L-ENERĠIJA MILL-FUŻJONI

Objettiv

L-iżvilupp tal-bażi ta' għarfien għall-ħolqien, u t-twettiq ta' ITER bħala l-pass ewlieni lejn, il-ħolqien ta' prototipi ta' reatturi għal impjanti ta' l-enerġija siguri, sostenibbli, jirrispettaw l-ambjent u ekonomikament vijabbli.

Motivazzjoni

Hemm nuqqasijiet serji fil-provvista ta' l-enerġija ta' l-Ewropa, rigward konsiderazzjonijiet tal-perijodu qasir, medju u twil. B'mod partikolari, huma meħtieġa miżuri sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-provvista, il-bidla fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jiġi żgurat li ma jiġix mhedded it-tkabbir ekonomiku fil-ġejjieni.

Minbarra l-isforzi li l-UE qiegħda tagħmel fil-qasam tar-riċerka fl-enerġiji rinnovabbli, il-fużjoni għandha l-potenzjal li tagħti kontribut ewlieni għall-ħolqien ta' provvista ta' enerġija sostenibbli u sigura għall-UE għal xi għexieren ta' snin minn issa, wara l-penetrazzjoni ta' reatturi ta' fużjoni kummerċjali fis-suq. L-iżvilupp b'suċċess tagħha jipprovdi enerġija mingħajr periklu, sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent. Il-mira fit-tul tar-riċerka Ewropea dwar il-fużjoni, li tħaddan l-attivitajiet kollha ta' fużjoni fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi assoċjati, hi l-ħolqien konġunt, f'madwar tletin jew ħamsa u tletin sena u soġġett għall-progress teknoloġiku u xjentifiku, ta' prototipi ta' reatturi għal impjanti ta' l-enerġija li jissodisfaw dawn il-ħtiġiet, u li huma ekonomikament vijabbli.

L-istrateġija biex tintlaħaq il-mira fil-perijodu fit-tul tinvolvi, bħala l-ewwel prijorità tagħha, il-bini ta' ITER (faċilità sperimentali ewlenija li tkun tista' turi l-fattibbilità xjentifika u teknika ta' l-enerġija mill-fużjoni), u wara dan il-bini ta' DEMO, impjant ta' l-enerġija mill-fużjoni “dimostrattiv”. Ma' dan ikun hemm programm dinamiku ta' appoġġ għall-R&Ż għall-ITER u għall-iżviluppi fil-materjali, it-teknoloġiji u l-fiżika għall-fużjoni meħtieġa għad-DEMO. Dan ikun jinvolvi lill-industrija Ewropea, l-assoċjazzjonijiet tal-fużjoni u pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-Partijiet għall-Ftehim ITER.

Attivitajiet

1.   Ir-realizzazzjoni ta' l-ITER

Din tinkludi attivitajiet għar-realizzazzjoni konġunta ta' l-ITER (bħala infrastruttura internazzjonali tar-riċerka), b'mod partikolari għat-tħejjija tas-sit, l-istabbiliment ta' l-Organizzazzjoni ITER u l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER, l-amministrazzjoni u l-persunal, is-sostenn ġenerali tekniku u amministrattiv, il-bini tat-tagħmir u l-istallazzjonijiet u s-sostenn għall-proġett waqt il-bini.

2.   R&Ż bi tħejjija għat-tħaddim ta' ITER

Programm iffokat ta' fiżika u teknoloġija ser jisfrutta l-faċilitajiet rilevanti u r-riżorsi fil-programm tal-fużjoni, jiġifieri JET u apparati oħra ta' iżolament manjetiku, eżistenti, futuri jew dawk li qegħdin jinbnew (Tokamaks, Stellarators, RFPs). Huwa ser jevalwa teknoloġiji speċifiċi ewlenin ta' l-ITER, jikkonsolida l-għażliet tal-proġett ITER, u jħejji għat-tħaddim ta' l-ITER permezz ta' attivitajiet sperimentali u teoretiċi.

3.   Attivitajiet ta' teknoloġija bi tħejjija għad-DEMO

Dan jinvolvi l-iżvilupp vigoruż ta' materjali ta' fużjoni u ta' teknoloġiji ċentrali għall-fużjoni, inklużi kutri, u l-istabbiliment ta' tim ta' proġett iddedikat sabiex iħejji għall-bini tal-Faċilità Internazzjonali għall-Irradjazzjoni tal-Materjali tal-Fużjoni (IFMIF) biex jikkwalifika l-materjali għad-DEMO. Huwa ser jinkludi testijiet ta' l-irradjazzjoni u l-immudellar tal-materjali, studji tad-disinn kunċettwali tad-DEMO, u studji dwar l-aspetti ta' sigurtà, dawk ambjentali u dawk soċjo-ekonomiċi ta' l-enerġija mill-fużjoni.

4.   Attivitajiet ta' R&Ż għall-medda ta' żmien itwal

L-attivitajiet ser jinkludu żvilupp ulterjuri ta' kunċetti mtejba għal skemi ta' iżolament manjetiku b'vantaġġi potenzjali għall-impjanti ta' l-enerġija mill-Fużjoni (b'enfasi fuq it-tkomplija tal-bini tat-tagħmir stellaratur W7-X), tat-teorija u l-immudellar immirati lejn il-fehim komprensiv ta' l-aġir tal-plażma tal-fużjoni u l-koordinazzjoni, fil-kuntest ta' attività għaż-żamma tal-kuntatti, ta' l-attivitajiet tar-riċerka ċivili mwettqa mill-Istati Membri dwar l-iżolament inerzjali.

5.   Riżorsi umani, edukazzjoni u taħriġ

Bil- ħsieb tal-ħtiġijiet immedjati u dawk tal-perijodu medju ta' ITER, u għall-iżvilupp ulterjuri tal-fużjoni, ser jitwettqu inizjattivi mmirati lejn l-iżgurar tad-disponibilità ta' riżorsi umani adegwati, f'termini ta' numri, firxa ta' ħiliet u taħriġ u esperjenza ta' livell għoli, b'mod partikolari fir-rigward tal-fużjoni fiżika u ta' l-inġenerija.

6.   Infrastrutturi

Il-bini tal-proġett internazzjonali ITER għar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni ser ikun element ta' l-infrastrutturi ta' riċerka ġodda b'dimensjoni Ewropea b'saħħitha.

7.   Proċessi ta' trasferiment tat-teknoloġija

L-ITER ser ikun jeħtieġ strutturi organizzattivi ġodda u aktar flessibbli biex jippermettu li l-proċess ta' innovazzjoni u progress teknoloġiku li hu joħloq ikun trasferit malajr lejn l-industrija, sabiex l-isfidi li jippermettu li l-industrija Ewropea ssir aktar kompetittiva jkunu jistgħu jintlaħqu.

I.B.   FISSJONI NUKLEARI U PROTEZZJONI MIR-RADJAZZJONI

Objettiv

L-istabbiliment ta' bażi teknika u xjentifika soda sabiex jiġu aċċelerati l-iżviluppi prattiċi għall-ġestjoni aktar sigura ta' skart radjuattiv b'ħajja twila, bit-tisħiħ b'mod partikolari tal-prestazzjoni tas-sikurezza, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-kost-effettività ta' l-enerġija nukleari u l-iżgurar ta' sistema robusta u soċjalment aċċettabbli ta' protezzjoni tal-bniedem u ta' l-ambjent kontra l-effetti ta' radjazzjoni ijonizzanti.

Motivazzjoni

L-enerġija nukleari attwalment tiġġenera terz ta' l-elettriċità kollha kkunsmata fl-UE u, bħala l-aktar sors sinifikattiv ta' elettriċità ta' tagħbija bażi li, matul il-funzjonament ta' impjant ta' l-enerġija nukleari, ma jemittix CO2, tikkostitwixxi element importanti fid-dibattitu dwar il-mezzi għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza ta' l-Ewropa fuq l-enerġija impurtata. Globalment, is-settur nukleari Ewropew huwa kkaratterizzat mill-aktar teknoloġija avvanzata u jipprovdi impjiegi ta' ħila kbira għal diversi mijiet ta' eluf ta' nies. Teknoloġija nukleari aktar avvanzata tista' toffri l-prospettiva ta' titjib sinifikattiv fl-effiċjenza u l-użu ta' riżorsi, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura standards ta' sikurezza saħansitra ogħla u produzzjoni anqas ta' skart minn proġettazzjonijiet attwali.

Madankollu, hemm tħassib importanti li jaffettwa l-użu kontinwu ta' dan is-sors ta' enerġija fl-UE. Għadhom meħtieġa sforzi sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tar-rekord eċċellenti tal-Komunità fir-rigward ta' sikurezza u t-titjib tal-protezzjoni mir-radjazzjoni jkompli jkun qasam ta' prijorità. Il-kwistjonijiet ewlenin huma s-sigurtà operattiva tar-reatturi u l-amministrazzjoni ta' l-iskart b'ħajja twila, li t-tnejn li huma qed jiġu indirizzati permezz ta' ħidma kontinwa fil-livell tekniku, għalkemm huma meħtieġa wkoll kontributi politiċi u tas-soċjetà. Fl-użi kollha tar-radjazzjoni, sew fl-industrija kif ukoll fil-mediċina, il-prinċipju li jirbaħ fuq kollox huwa dak tal-protezzjoni tal-bniedem u ta' l-ambjent. L-oqsma tematiċi kollha li ser jiġu indirizzati hawnhekk huma kkaratterizzati minn tħassib li jiġi fuq kollox sabiex jiġu żgurati livelli għolja ta' sigurtà. B'mod simili, hemm ħtiġijiet li jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar fix-xjenza u l-inġinerija nukleari kollha rigward id-disponibbiltà ta' infrastrutturi u kompetenzi fir-riċerka. Barra minn hekk, l-oqsma tekniċi individwali huma marbuta minn suġġetti prinċipali trasversali, bħal ma huma ċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, il-kimika attinika, l-analiżi tar-riskju u l-valutazzjoni tas-sikurezza u anke kwistjonijiet ta' governanza u oħra marbuta mas-soċjetà.

Ser tkun meħtieġa wkoll riċerka biex jiġu esplorati opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u biex ikun hemm rispons, b'mod flessibbli, għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jirriżultaw matul is-Seba' Programm Kwadru.

Attivitajiet

1.   Ġestjoni ta' l-iskart radjuattiv

Attivitajiet ta' riċerka u żvilupp orjentati lejn l-implimentazzjoni dwar l-aspetti prinċipali kollha li jkun baqa' ta' rimi ġeoloġiku fil-fond ta' fjuwil użat u ta' skart radjuattiv b'ħajja twila u, skond ma jkun il-każ, dimostrazzjoni dwar it-teknoloġiji u s-sigurtà, u sabiex tingħata importanza lill-iżvilupp ta' perspettiva Ewropea komuni dwar il-kwistjonijiet prinċipali marbuta ma' l-amministrazzjoni u r-rimi ta' l-iskart. Riċerka dwar il-partizzjoni u t-trasmutazzjoni u/jew kunċetti oħra mmirati lejn it-tnaqqis ta' l-ammont u/jew il-periklu ta' l-iskart għar-rimi.

2.   Sistemi ta' reatturi

Riċerka biex issostni t-tħaddim kontinwu bla periklu tat-tipi kollha rilevanti ta' sistemi ta' reatturi eżistenti (inklużi l-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil), b'kont meħud ta' sfidi ġodda bħal ma huma l-estensjoni fit-tul tal-ħajja u l-iżvilupp ta' metodoloġiji ġodda u avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza (kemm l-element tekniku kif ukoll dak uman) inkluż fir-rigward ta' aċċidenti gravi, u għall-valutazzjoni tal-potenzjal u ta' l-aspetti ta' sikurezza u ta' ġestjoni ta' l-iskart ta' sistemi ta' reatturi futuri, fit-terminu qasir u dak medju, u b'hekk jinżammu l-istandards ta' sikurezza għolja diġà miksuba fl-UE u li jtejbu konsiderevolment il-ġestjoni fil-perijodu fit-tul ta' skart radjuattiv.

3.   Protezzjoni mir-radjazzjoni

Ir-riċerka, b'mod partikolari dwar ir-riskji minn dożi baxxi, dwar l-użi mediċi u dwar il-ġestjoni ta' l-aċċidenti, biex tipprovdi l-bażi xjentifka għal sistema robusta, ekwitabbli u soċjalment aċċettabbli ta' protezzjoni li ma tillimitax aktar milli dovut l-użi wiesa' u ta' ġid tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Riċerka biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt tat-terroriżmu nukleari u radjoloġiku u l-bdil tad-destinazzjoni ta' materjal nukleari.

4.   Infrastrutturi

B'appoġġ għad-disponibbiltà ta', u l-kooperazzjoni bejn, infrastrutturi ta' riċerka bħal ma huma faċilitajiet ta' ttestjar ta' materjali, laboratorji ta' riċerka taħt l-art u faċilitajiet radjobijoloġiċi u banek ta' tessut, meħtieġa għaż-żamma ta' standards għoljin ta' kisba teknika, innovazzjoni u sikurezza fis-settur nukleari Ewropew.

5.   Riżorsi umani, edukazzjoni u taħriġ

B'appoġġ għaż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetenza xjentifika u l-kapaċità umana (per eżempju permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ konġunti) sabiex tiġi garantita d-disponibbiltà ta' riċerkaturi u impjegati kwalifikati kif suppost fis-settur nukleari fuq il-perijodu aktar fit-tul.

II.   ATTIVITAJIET NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TAR-RIĊERKA (JRC)

Objettiv

Il-forniment ta' appoġġ xjentifiku u tekniku orjentat lejn il-klijent għall-proċess ta' tfassil ta' politika Komunitarja fil-qasam nukleari, bl-iżgurar ta' l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi eżistenti filwaqt li jkun hemm rispons b'mod flessibbli għat-talbiet ta' politika ġodda.

Motivazzjoni

Il-JRC jappoġġa l-objettivi ta' l-istrateġija Ewropea għall-provvista ta' l-enerġija, b'mod partikolari bħala għajnuna sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Kyoto. Il-Komunità għandha abbiltà rikonoxxuta f'bosta aspetti tat-teknoloġija nukleari, u din hija mibnija fuq bażi solida ta' suċċessi miksuba fl-imgħoddi f'dan il-qasam. L-utilità tal-JRC fl-appoġġ li jagħti lil-linji politiċi Komunitarji u fil-kontribut tiegħu għax-xejriet ġodda fir-riċerka nukleari huma bbażati fuq il-kompetenzi xjentifiċi tiegħu u l-integrazzjoni tiegħu fil-komunità xjentifika internazzjonali u l-kooperazzjoni ma' ċentri ta' riċerka oħra kif ukoll id-disseminazzjoni ta' għarfien. Il-JRC għandu persunal kompetenti u faċilitajiet avvanzati biex iwettqu ħidma xjentifika/teknika rikonoxxuta, bil-ħsieb li r-riċerka Ewropea tinżamm fuq quddiem nett permezz tal-kwalità tal-ħidma xjentifika u teknika tiegħu. Il-JRC jappoġġa l-politika tal-Komunità li żżomm abbiltajiet u kompetenzi bażiċi għall-futur billi tagħti aċċess għall-infrastrutturi tagħha lil riċerkaturi oħra, permezz tat-taħriġ ta' xjentisti żgħażagħ u bl-ikkoltivar tal-mobbiltà tagħhom u b'hekk tappoġġa l-għarfien espert nukleari fl-Ewropa. Tfaċċaw ħtiġijiet ġodda b'mod partikolari fir-relazzjonijiet esterni u l-politika marbuta mas-sigurtà. F'dawn il-każijiet, huma meħtieġa informazzjoni/analiżi/sistemi interni u siguri li mhux dejjem jistgħu jinkisbu fis-suq.

L-attivitajiet nukleari tal-JRC għandhom l-għan li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' R&Ż b'appoġġ kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta' l-Istati Membri. L-objettiv ta' dan il-programm huwa li tiġi żviluppata u miġbura flimkien l-għarfien, li jiġi provdut input lid-dibattitu dwar il-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari, is-sikurezza u l-affidabilità tagħha, is-sostenibbiltà u l-kontroll tagħha, it-theddid u l-isfidi tagħha, inkluża l-valutazzjoni ta' sistemi innovattivi u futuri.

Attivitajiet

L-attivitajiet tal-JRC ser jiffokaw fuq:

1)

Il-ġestjoni ta' l-iskart nukleari u l-impatt ambjentali bil-għan li jiġu mifhuma l-proċessi tal-fjuwil nukleari mill-produzzjoni ta' l-enerġija għar-rimi ta' l-iskart u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet effettivi għall-ġestjoni ta' skart nukleari ta' livelli għoli b'segwitu għaż-żewġ possibbiltajiet prinċipali (rimi dirett jew it-tqassim u trasmutazzjoni). Ser ikunu żviluppati wkoll attivitajiet biex itejbu l-għarfien u jiżviluppaw l-ipproċessar jew il-kondizzjonar ta' skart b'ħajja twila u riċerka bażika fl-aktinidi;

2)

Is-sikurezza nukleari, fl-implimentazzjoni tar-riċerka dwar iċ-ċikli tal-fjuwil sew tal-preżent kif ukoll tal-ġejjieni u dwar l-indennità tar-reatturi tat-tip tal-Punent u dak Russu, kif ukoll dwar id-disinn ta' reatturi ġodda. Barra minn hekk il-JRC ser jikkontribwixxi u jikkoordina l-kontribut Ewropew għall-inizjattiva ta' Forum Internazzjonali tar-IV Ġenerazzjoni dwar l-R&Ż, li fih huma involuti l-aqwa organizzazzjonijiet ta' riċerka fid-dinja. Il-JRC għandu jaġixxi bħala integratur tar-riċerka f'dan il-qasam bil-għan li jiżgura l-kwalità tal-kontribut Ewropew lill-GIF. Il-JRC ser jikkontribwixxi esklussivament għal dawk l-oqsma li jistgħu jtejbu l-aspetti tas-sigurtà u tas-salvagwardja ta' ċikli tal-fjuwil innovattivi, b'mod partikolari l-karatterizzazzjoni, l-ittestjar u l-analiżi ta' fjuwils ġodda; l-iżvilupp ta' għanijiet ta' sigurtà u ta' kwalità, il-ħtiġiet ta' sigurtà u metodi ta' evalwazzjoni avvanzati għas-sistemi;

(3)

Is-sigurtà Nukleari, fl-appoġġ għat-twettiq ta' l-impenji Komunitarji, b'mod partikolari l-kontroll tal-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-fjuwil b'enfasi fuq il-fażi finali taċ-ċiklu, il-monitoraġġ tar-radjuattività fl-ambjent, jew l-implimentazzjoni tal-protokoll addizzjonali u s-salvagwardji integrati, u l-prevenzjoni ta' l-użu mhux xieraq ta' materjal nukleari u radjuattiv assoċjat mat-traffikar illeċitu ta' tali materjal.

Barra minn hekk, il-JRC ser jiffaċilita dibattitu ibbażat fuq il-fatti u tfassil ta' deċiżjonijiet infurmat dwar it-taħlita ta' enerġija biex tilħaq il-ħtiġijiet ta' enerġija Ewropej (inklużi sorsi ta' enerġija li tiġġedded u enerġija nukleari).

ANNESS II

SKEMI TA' FINANZJAMENT

Soġġett għar-regoli għall-parteċipazzjoni stabbiliti għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru, il-Komunità ser tappoġġa attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku, inklużi attivitajiet ta' dimostrazzjoni fil-programmi speċifiċi permezz ta' firxa ta' skemi ta' finanzjament. Dawn l-iskemi ser jintużaw, individwalment jew flimkien, biex jiffinanzjaw kategoriji differenti ta' azzjonijiet implimentati fis-Seba' Programm Kwadru.

1.   SKEMI TA' FFINANZJAR FL-ENERĠIJA MILL-FUŻJONI

Fil-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni, in-natura partikolari ta' l-attivitajiet f'dan il-qasam teħtieġ l-implimentazzjoni ta' arranġamenti speċifiċi. Ser jingħata appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet imwettqa fuq il-bażi ta' proċeduri li jidhru fi:

1.1.

Il-Kuntratti ta' Assoċjazzjoni, bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jew Pajjiżi Terzi Assoċjati b'mod sħiħ jew entitajiet fl-Istati Membri jew fil-Pajjiżi Terzi Assoċjati b'mod sħiħ li jipprovdu għat-twettiq ta' parti mill-programm ta' riċerka Komunitarju dwar l-enerġija mill-fużjoni skond l-Artikolu 10 tat-Trattat;

1.2.

Il-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni (EFDA), ftehim multilaterali bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet fi, jew li jaħdmu f'isem, l-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li fost l-oħrajn jipprovdu l-qafas għall-issuktar tar-riċerka dwarit-teknoloġija tal-fużjoni f'organizzazzjonijiet assoċjati u fl-industrija, l-użu tal-faċilitajiet tal-JET u l-kontribut Ewropew għall-kooperazzjoni internazzjonali;

1.3.

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER, ibbażata fuq l-Artikoli 45 sa 51 tat-Trattat;

1.4.

Ftehim internazzjonali bejn l-Euratom u pajjiżi terzi li jkopru attivitajiet fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp dwar l-enerġija mill-fużjoni, b'mod partikolari l-Ftehim ta' l-ITER;

1.5.

Kwalunkwe ftehim multilaterali ieħor konkluż bejn il-Komunità u organizzazzjonijiet assoċjati, b'mod partikolari l-Ftehim dwar il-Mobbiltà tal-Persunal;

1.6.

Azzjonijiet għall-kondiviżjoni ta' l-ispejjeż għall-promozzjoni u l-kontribut lejn ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni ma' korpi fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru fejn ma jkun hemm l-ebda Kuntratt ta' Assoċjazzjoni.

Minbarra l-attivitajiet ta' hawn fuq, jistgħu jittieħdu azzjonijiet li jippromwovu u jiżviluppaw ir-riżorsi umani, fellowships, inizjattivi ta' infrastrutturi integrati kif ukoll azzjonjiet speċifiċi ta' appoġġ, b'mod partikolari għall-koordinazzjoni ta' riċerka fl-enerġija mill-fużjoni, biex isiru studji b'appoġġ għal dawn l-attivitajiet, u b'appoġġ ta' pubblikazzjonijiet, l-iskambju ta' informazzjoni; u t-taħriġ għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija.

2.   SKEMI TA' FINANZJAMENT F'OQSMA OĦRA

L-attivitajiet f'oqsma oħra minbarra l-enerġija mill-fużjoni mis-Seba' Programm Kwadru ta' l-Euratom ser jiġu ffinanzjati permezz ta' firxa ta' skemi ta' finanzjament. Dawn l-iskemi ser jintużaw, individwalment jew flimkien, biex jiffinanzjaw kategoriji differenti ta' azzjonijiet implimentati fis-Seba' Programm Kwadru kollu.

Id-deċiżjonijiet għal programmi speċifiċi, programmi ta' ħidma u sejħiet għal proposti ser isemmu, skond u meta jkun f'loku:

It-tip/i ta' skema/i użata/i biex jiffinanzjaw kategoriji differenti ta' azzjonijiet;

Il-kategoriji ta' parteċipanti (bħalma huma organizzazzjonijiet ta' riċerka, universitajiet, industriji, awtoritajiet pubbliċi) li jistgħu jibbenefikaw minnhom;

It-tipi ta' attivitajiet (riċerka, żvilupp, dimostrazzjoni, taħriġ, disseminazzjoni, trasferiment ta' għarfien u attiviatjiet oħra relatati) li jistgħu jiġu ffinanzjati minn kull waħda minnhom.

Fejn jistgħu jintużaw skemi ta' finanzjament differenti, il-programm ta' ħidma jista' jispeċifika l-iskema ta' finanzjament li għandha tintuża għas-suġġett dwaru liema jkunu mistiedna proposti.

L-iskemi ta' finanzjament huma dawn li ġejjin:

(a)

B'appoġġ ta' azzjonijiet li huma implimentati prinċipalment abbażi ta' sejħa għall-proposti:

1.

Proġetti kollaborattivi

Apoġġ għal proġetti ta' riċerka mwettqa minn konsorzji b'parteċipanti minn pajjiżi differenti, li jkollhom il-mira li jiżviluppaw għarfien ġdid, teknoloġija ġdida, prodotti jew riżorsi komuni għar-riċerka. Id-daqs, il-kamp ta' applikazzjoni u l-organizzazzjoni interna tal-proġetti jistgħu jvarjaw minn qasam għall-ieħor u minn suġġett għall-ieħor. Il-proġetti jistgħu jvarjaw minn azzjonijiet iffukati ta' riċerka fuq skala żgħira jew ta' daqs medju sa proġetti akbar ta' natura integrattiva li jimmobilizzaw volum sinifikanti ta' riżorsi biex jilħqu objettiv definit.

2.

Networks ta' Eċċellenza

Appoġġ għal programmi ta' riċerka konġunti implimentati minn għadd ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka li jintegraw l-attivitajiet tagħhom f'qasam partikolari, imwettqa minn timijiet ta' riċerka fil-qafas ta' kooperazzjoni fil-perijodu aktar fit-tul. L-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi konġunti ta' riċerka tkun tirrikjedi impenn formali min-naħa ta' l-istituzzjonijiet li jkunu qed jintegraw parti mir-riżorsi u l-attivitajiet tagħhom.

3.

Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ

Appoġġ għal attivitajiet li għandhom l-għan li jikkoordinaw jew jappoġġaw riċerka (netwerking, skambji, studji, konferenzi, eċċ). Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu implimentati wkoll permezz ta' modi oħra, minbarra s-sejħiet għall-proposti.

4.

Azzjonijiet għall-promozzjoni u l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-mobbiltà

Appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

(b)

b'appoġġ ta' azzjonijiet implimentati abbażi ta' deċiżjonijiet mill-Kunsill, ibbażati fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Komunità ser tipprovdi appoġġ finanzjarju għal inizjattivi fuq skala kbira ffinanzjati minn għadd ta' sorsi permezz ta' dawn:

Kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' Impriżi Konġunti mwettqa abbażi tal-proċeduri u d-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 45 sa 51 tat-Trattat ta' l-Euratom.

Kontribuzzjoni finanzjarja għall-iżvilupp ta' infrastrutturi ġodda ta' interess Ewropew.

Il-Komunità ser timplimenta l-iskemi ta' finanzjament b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li għandu jiġi adottat għar-regoli dwar il-parteċipazzjoni f'impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet, l-istrumenti rilevanti ta' għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll ir-regoli internazzjonali f'dan il-qasam. F'konformità ma' dan il-qafas internazzjonali, ser ikun meħtieġ li jkun possibbli li l-iskala u l-forma tal-parteċipazzjoni finanzjarja jiġu aġġustati fuq bażi ta' każ b'każ, b'mod partikolari jekk ikun disponibbli l-finanzjament minn sorsi oħra tas-settur pubbliku, inklużi sorsi oħra Komunitarji ta' finanzjament bħall-Bank Ewropew għall-Investimenti (BEI).

Fil-każ ta' parteċipanti f'azzjoni indiretta stabbilita f'reġjun li jkun baqa' lura fl-iżvilupp (ir-reġjuni ta' konverġenza (8) u dawk l-iktar remoti), finanzjament addizzjonali mill-Fondi Strutturali ser ikun mmobilizzat kulfejn dan ikun possibbli u xieraq

3.   AZZJONIJIET DIRETTI – IĊ-ĊENTRU KONĠUNT TAR-RIĊERKA

Il-Komunità ser tniedi attivitajiet li jiġu implimentati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, li jissejħu azzjonijiet diretti.


(1)  Opinjoni mgħotija nhar il-15 ta' Ġunju 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 65, 17.3.2006, p. 9.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(5)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(6)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

(7)  Fl-ammont previst għar-riċerka ta' l-enerġija mill-fużjoni, mill-anqas EUR 900 miljun ser ikunu riservati għal attivitajiet minbarra l-kostruzzjoni ta' ITER, imniżżel fl-Anness I.

(8)  Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk definiti fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25). Dan jinkludi r-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fondi Strutturali taħt l-objettiv ta' konverġenza u reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fond ta' Koeżjoni.


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

30


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropa L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Deċiżjoni 2006/971/KE għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/971/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat, id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ’il-Programm Kwadru’) għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissaw it-tul ta' żmien tagħhom u jipprovdu għall-mezzi meqjusa meħtieġa.

(2)

Il-Programm Kwadru huwa strutturat f'erba' tipi ta' attivitajiet: kooperazzjoni transnazzjonali fuq temi definiti bħala politika (”Kooperazzjoni”), riċerka mmexxija minn investigaturi msejsa fuq inizjattivi tal-komunità tar-riċerka (”Ideat”), appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi (”Nies”), u appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka (”Kapaċitajiet”). Attivitajiet taħt “Kooperazzjoni” fir-rigward ta' azzjonijiet indiretti, għandhom jiġu implimentati minn dan il-Programm Speċifiku.

(3)

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka, għall-Programm Kwadru (minn hawn 'il quddiem imsejħa ’r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid’) għandhom japplikaw għal dan il-Programm Speċifiku.

(4)

Il-Programm Kwadru għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqin fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi ta' Liżbona, b'mod partikolari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

(5)

L-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni u l-SMEs appoġġati taħt dan il-Programm Kwadru għandhom ikunu komplimentari għal dawk imwettqin taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni li ser jikkontribwixxu biex jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, u jippromwovu l-forom kollha ta' l-innovazzjoni.

(6)

L-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru tista' twassal għall-programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċertu Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri, jew il-ħolqien ta' impenji konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

(7)

Dan il-Programm Speċifiku għandu jipprovdi kontribut lill-Bank Ewropew għall-Investiment sabiex tiġi kkostitwita “Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju” sabiex jitjieb l-aċċess għas-self mill-BEI.

(8)

L-involviment xieraq ta' l-SMEs permezz ta' miżuri konkreti u azzjonijiet speċifiċi għall-benefiċċju tagħhom għandu jiġi appoġġat taħt dan il-Programm Speċifiku, b'mod kumplimentari ma' programmi Komunitarji oħrajn.

(9)

Kif previst taħt l-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-Programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika.

(10)

L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(11)

L-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.

(12)

Għandha tiġi żgurata tmexxija finanzjarja soda tal-Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u aċċessibbli possibbli, filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (5) li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda futura.

(13)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – b'mod proporzjonali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej – sabiex jiġu monitorati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati rregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6), Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u rregolaritajiet oħra (7) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (8).

(14)

Peress li l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma essenzjalment miżuri ta' ġestjoni, dawn għandhom għalhekk jiġu adottati mill-proċedura ta' ġestjoni prevista fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9). Min-naħa l-oħra, ir-riċerka li tinvolvi l-użu ta' embrijuni umani u ċelluli staminali embrijoniċi umani tagħti lok għal kwistjonijiet etiċi speċifiċi, kif deskritt fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, l-azzjonijiet ta' riċerka, taħriġ u żvilupp (RTŻ) li jinvolvu riċerka taħt it-tema “Sigurtà” jirrappreżentaw qasam ġdid u sensittiv ferm, partikolarment fir-rigward ta' inċidenti ta' theddid u sigurtà. Għalhekk, miżuri għall-finanzjament ta' proġetti bħal dawn għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(15)

Kull qasam tematiku għandu jkollu sezzjoni tal-baġit għalih fil-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(16)

Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-integrazzjoni tas-sessi, kif ukoll, fost oħrajn, għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza tal-proċess tar-reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi ingaġġati fuq proġetti u programmi ffinanzjati taħt l-azzjonijiet ta' dan il-programm, li għalihom ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi (10) toffri qafas ta' referenza, b'rispett għan-natura volontarja tagħha,

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” għall-attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, inklużi l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, minn hawn 'il quddiem “Il-Programm Speċifiku” huwa b'dan adotatt għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġ l-attivitajiet ta' “Kooperazzjoni” li jappoġġaw il-firxa kollha ta' azzjonijiet ta' riċerka mwettqa b'kooperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

(a)

Is-Saħħa;

(b)

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, il-Bijoteknoloġija;

(ċ)

It-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni;

(d)

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni;

(e)

L-Enerġija;

(f)

L-Ambjent (inkluż il-Bidla fil-Klima);

(g)

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika);

(h)

Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika;

(i)

L-Ispazju;

(j)

Is-Sigurtà.

L-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku tista' jwassal għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri, jew il-ħolqien ta' inizjattivi konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

L-għanijiet u d-deskrizzjoni ġenerali ta' dawn l-attivitajiet jingħataw fl-Anness I.

Artikolu 3

Skond l-Anness II tal-Programm Kwadru, l-ammont meqjus neċessarju għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun ta' EUR 32 413 miljun, li minnhom anqas minn 6 % għandhom ikunu għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni. Tqassim indikattiv ta' dan l-ammont jidher fl-Anness II.

Artikolu 4

1.   L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu b'konformità ma' prinċipji etiċi fundamentali.

2.   L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m' għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:

attività ta' riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni umana għal skopijiet riproduttivi,

attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali bidliet jintirtu (11),

attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex joħolqu embrijuni umani għall-għan waħdieni tar-riċerka jew għall-produzzjoni ta' ċelloli staminali, inkluż permezz tat-trasferiment tan-nukleu ta' ċelloli somatiċi.

3.   Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata skond il-kontenut tal-proposta xjentifika u l-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni(jiet) etiċi li jkunu ser jiġu provduti.

Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelloli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu soġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat(i) Membri involuti.

4.   L-oqsma tar-riċerka mniżżlin hawn fuq għandhom ikunu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (2010-2013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.

Artikolu 5

1.   Il-Programm Speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament stabbiliti fl-Anness III għall-Programm Kwadru.

2.   L-Anness III għal dan il-Programm Speċifiku jistabbilixxi l-arranġamenti għal għotja lill-BEI għall-istabbiliment ta' Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju.

3.   L-Anness IV jistabbilixxi lista indikattiva ta' Inizjattivi ta' Teknoloġija Konġunti possibbli li jistgħu jkunu s-suġġett ta' deċiżjonijiet separati u lista indikattiva ta' inizjattivi għall-implimentazzjoni konġunta possibbli ta' programmi ta' riċerka nazzjonali li jistgħu jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni separata abbażi ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat.

4.   Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid għandhom japplikaw għal dan il-Programm Speċifiku.

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, li jistabbilixxi f'aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi stabbiliti fl-Anness I, l-iskema ta' finanzjament li għandha tintuża għas-suġġett li dwaru hemm stedina għal proposti u l-iskadenzi għall-implimentazzjoni.

2.   Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka rilevanti li jitwettqu mill-Istati Membri, mill-pajjiżi assoċjati u mill-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, u l-kisba tal-valur miżjud Ewropew kif ukoll l-impatt fuq il-kompetittività industrijali u r-rilevanza għal-linji politiċi Komunitarji oħrajn. Huwa għandu jkun aġġornat fejn xieraq.

3.   Il-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament għandhom jiġu evalwati u l-proġetti għandhom jiġu magħżulin billi jiġu kkunsidrati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(1a) tar-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid.

4.   Il-programm ta' ħidma jista' jidentifika:

(a)

organizzazzjonijiet li jirċievu sottoskrizzjonijiet fil-forma ta' ħlas għal sħubija;

(b)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-attivitajiet ta' entitajiet legali speċifiċi.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku.

2.   Il-proċedura ta' ġestjoni stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:

(a)

il-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6 jinkludi skemi ta' finanzjament li għandhom jintużaw, il-kontenut tas-sejħiet għal proposti kif ukoll l-evalwazzjoni u l-kriterji ta' l-għażla li għandhom jiġu applikati;

(b)

kwalunkwe aġġustament fit-tqassim indikattiv ta' l-ammont kif jidher fl-Anness II.

(ċ)

l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' azzjonijiet taħt l-oqsma tematiċi (a) – (g) u (i) imsemmijin fl-Artikolu 2, fejn l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni Komunitarja taħt dan il-programm huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 1,5 miljun;

(d)

l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' l-azzjonijiet, ħlief dawk imsemmijin fil-punt (ċ) ta' dan il-paragrafu u l-qasam tematiku (j) imsemmi fl-Artikolu 2, fejn l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni Komunitarja taħt dan il-programm huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 0,6 miljun;

(e)

it-tfassil tat-termini ta' referenza għall-evalwazzjonijiet previsti fl-Artikoli 7(2) u 7(3) tal-Programm Kwadru.

3.   Il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 8(3) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:

(a)

il-programm ta' ħidma dwar il-qasam tematiku msemmi fil-punt (j) ta' l-Artikolu 2, u l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' azzjonijiet taħt dak il-qasam tematiku;

(b)

l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' l-azzjonijiet li jinvolvu l-użu ta' embrijuni umani u ċelluli staminali embrijoniċi umani.

Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdilu l-informazzjoni f'waqtha dwar l-azzjonijiet ta' riċerka, taħriġ u żvilupp (RTD) proposti jew iffinanzjati taħt dan il-programm kif speċifikat fl-Anness V.

5.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għall-kontroll, il-valutazzjoni u r-reviżjoni indipendenti kif previst fl-Artikolu 7 tal-Programm Kwadru li għandhom isiru fir-rigward ta' l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-Programm Speċifiku.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS I

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, DESKRIZZJONI ĠENERALI TAT-TEMI U L-ATTIVITAJIET

F'dan il-Programm Speċifiku, ser jingħata appoġġ għall-kooperazzjoni transnazzjonali fuq kull skala fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha, f'numru ta' oqsma tematiċi li jikkorrispondu ma' sferi ewlenin fil-progress ta' l-għarfien u t-teknoloġija, fejn ir-riċerka trid tiġi appoġġata u msaħħa sabiex tindirizza l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ta' saħħa pubblika, ambjentali u industrijali Ewropej.

L-għan kumplessiv huwa li jingħata kontribut għall-iżvilupp sostenibbli fil-kuntest tal-promozzjoni tar-riċerka, li l-għan prinċipali tagħha hu li jiżdied l-għarfien, fl-ogħla livell ta' eċċellenza.

L-għaxar temi determinati għal azzjoni Komunitarja huma dawn li ġejjin:

1)

Is-Saħħa;

2)

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, il-Bijoteknoloġija;

3)

It-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni;

4)

In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni;

5)

L-Enerġija;

6)

L-Ambjent (inkluż il-Bidla fil-Klima);

7)

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika);

8)

Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika;

9)

L-Ispazju;

10)

Is-Sigurtà.

Kull tema hija deskritta f'termini ta' l-objettiv, l-approċċ għall-implimentazzjoni u l-attivitajiet inklużi dawk li jinvolvu inizjattivi fuq skala kbira (kif imniżżel b'mod indikattiv fl-Anness IV), il-kooperazzjoni internazzjonali, ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti.

Għandu jittieħed kont xieraq tal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli. Skond il-politika Ewropea ta' opportunitajiet ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, imniżżla fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat, l-attivitajiet tal-Programm Speċifiku jiżguraw l-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa għall-promozzjoni ta' ugwaljanza bejn is-sessi u għall-partiċepazzjoni ta' riċekaturi nisa. Barra minn hekk, konsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u kulturali usa' tar-riċerka li għandha ssir u l-applikazzjonjiet potenzjali tagħha, kif ukoll impatti soċjo-ekonomiċi ta' żvilupp u tbassir xjentifiku u teknoloġiku, fejn rilevanti għandhom jagħmlu parti mill-attivitajiet taħt dan il-Programm Speċifiku.

Riċerka pluridixxiplinari u riċerka trans-tematika, inklużi sejħiet konġunti

Ser tingħata attenzjoni partikolari lil oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta' prijorità li jħaddnu għadd ta' temi, bħax-xjenzi u t-teknoloġiji tal-baħar. Il-pluridixxiplinarjetà ser tiġi inkuraġġuta permezz ta' approċċi trans-tematiċi għal suġġetti ta' riċerka u ta' teknoloġija li jkollhom rilevanza għal aktar minn tema waħda. Approċċi trans-tematiċi bħal dawn ser jiġu implimentati, fost l-oħrajn, permezz ta':

l-użu ta' sejħiet konġunti bejn it-temi fejn suġġett ta' riċerka jidher ċar li huwa rilevanti għall-attivitajiet taħt kull waħda mit-temi rispettivi;

l-enfasi speċjali fi ħdan l-attività “ħtiġijiet emerġenti” għar-riċerka trans-dixxiplinari;

l-użu ta' pariri esterni, inkluż minn riċerkaturi, minn firxa wiesgħa ta' dixxiplini u sfondi fl-istabbiliment tal-programm ta' ħidma;

rappurtar regolari dwar oqsma ta' riċerka trans-tematiċi bħala parti mill-kontroll, stima u reviżjoni ġenerali tal-programm;

għal riċerka rilevanti għall-politika, billi tiġi żgurata l-koerenza mal-linji politiċi Komunitarji.

Il-koordinazzjoni bejn it-temi f'dan il-Programm Speċifiku u l-azzjonijiet taħt Programmi Speċifiċi oħrajn tas-Seba' Programm Kwadru, bħal dawk dwar l-infrastruttura tar-riċerka fil-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”, ser jiġu żgurati mill-Kummissjoni Ewropea (12).

Adattament għall-ħtiġijiet u l-opportunitajiet li qegħdin jevolvu

Ir-rilevanza industrijali kontinwa tat-temi, u l-parteċipazzjoni kontinwa ta' l-industrija fihom, ser jiġu żgurati billi wieħed jibbaża, fost sorsi oħrajn, fuq il-ħidma tal-“Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej” varji. Dan il-Programm Speċifiku, flimkien mal-kontributi mill-industrija, ser b'hekk jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka rilevanti bħal dawk stabbiliti u żviluppati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej fejn dawn jirrappreżentaw valur miżjud ġenwin Ewropew. Il-ħtiġijiet wesgħin tar-riċerka identifikati fl-Aġendi Strateġiċi għar-Riċerka disponibbli huma diġà riflessi sew fl-għaxar temi. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bil-parteċipazzjoni possibbli ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka, jista' jkollhom rwol li jiffaċilitaw u jorganizzaw il-parteċipazzjoni ta' l-industrija, inklużi l-SMEs, fi proġetti ta' riċerka relatati mal-qasam speċifiku tagħhom, inklużi proġetti eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm Kwadru. L-inkorporazzjoni aktar dettaljata tal-kontenut tekniku tagħhom ser tkun riflessa sussegwentament waqt il-formulazzjoni tal-programm ta' ħidma dettaljat għal sejħiet speċifiċi għal proposti.

Ser tiġi żgurata wkoll ir-rilevanza kontinwa tat-temi mal-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-linji politiċi u r-regolamenti Komunitarji. Dan jirrigwarda oqsma ta' politika bħas-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, l-għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-medja, l-impjiega, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-istabbiliment ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva rilevanti għat-titjib ta' l-interoperabbiltà u tal-kwalità ta' l-istandards u l-implimentazzjoni tagħhom. F'dan il-kuntest, il-pjattaformi li jiġbru flimkien lill-partijiet interessatiress mal-komunità tar-riċerka sabiex jikkunsidraw aġendi ta' riċerka rilevanti għall-oqsma ta' politika soċjali, ambjentali jew oqsma oħrajn jista' jkollhom rwol.

Taħt kull tema, minbarra l-attivitajiet definiti, ser ikunu implimentati assjonijiet speċifiċi biex iwieġbu għall-“ħtiġijiet emerġenti” u “ħtiġijiet ta' politika mhux previsti”. L-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet tiżgura approċċ sempliċi, koerenti u kkoordinat fil-Programm Speċifiku kollu u l-finanzjament ta' riċerka trans-dixxiplinari li tkopri aktar minn dixxiplina waħda jew li tkun 'il barra mit-temi.

Teknoloġiji Futuri u Emerġenti: permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka li jimmiraw biex jidentifikaw jew jesploraw iktar opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda f'qasam speċifiku u/jew il-kombinazzjoni tagħhom ma' oqsma u dixxiplini rilevanti oħrajn permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka spontanji, inklużi b'sejħiet konġunti; biex jitrawmu ideat ġodda u użi radikali ġodda u jiġu esplorati għażliet ġodda fir-roadmaps ta' riċerka b'mod partikolari marbuta ma' potenzjal għal sejbiet sinifikanti; kooperazzjoni adegwata ma' l-attivitajiet imwettqa taħt il-programm “Ideat” ser tkun garantita sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi żgurat l-aqwa użu tal-finanzjament. Dan ser jiġi implimentat permezz ta':

Riċerka miftuħa “minn isfel għal fuq” dwar materji identifikati mir-riċerkaturi innifishom sabiex jiżviluppaw opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda (azzjonijiet “Avventura”) jew sabiex jivvalutaw skoperti ġodda jew fenomeni li jkunu għadhom kif ġew osservati li jistgħu jindikaw riskji jew problemi għas-soċjetà (azzjonijiet “Insight”);

Inizjattivi ffokati fuq objettivi speċifiċi, ta' sfida kbira f'oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi emerġenti u li jwiegħdu avvanzi kbar u impatt potenzjali kbir fuq l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali, u li jistgħu jinvolvu gruppi ta' proġetti komplementari (azzjonijiet “Pathfinder”).

Ħtiġijiet tal-politika mhux previsti: li jwieġbu b'mod flessibbli għal ħtiġijiet ta' politika ġodda li jinħolqu matul il-Programm Kwadru, bħal żviluppi mhux previsti jew avvenimenti li jitolbu reazzjoni mgħaġġla bħal epidemiji ġodda, tħassib emerġenti fis-sikurezza ta' l-ikel, reazzjoni għal diżastri naturali jew inizjattivi ta' solidarjetà. Dan ser ikun implimentat b'relazzjoni mill-qrib mal-linji politiċi Komunitarji rilevanti. Il-programm ta' ħidma annwali jista' jiġi alterat f'każ ta' ħtiġijiet ta' riċerka urġenti.

Disseminazzjoni, trasferiment ta' l-għarfien u impenn usa'

Id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' l-għarfien huwa valur miżjud ewlieni ta' l-azzjonijiet ta' riċerka Ewropej u ser jittieħdu miżuri biex jiżdied l-użu u l-impatt tar-riżultati mill-industrija, minn dawk li jfasslu l-politika u mis-soċjetà. Id-disseminazzjoni se tiġi kkunsidrata bħala kompitu integrali taħt l-oqsma tematiċi kollha b'restrizzjonijiet xierqa għat-tema tas-sigurtà minħabba l-aspetti ta' kunfidenzjalità ta' l-attivitajiet, inkluż permezz tal-finanzjament ta' inizjattivi ta' netwerking/senserija, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u servizzi ta' informazzjoni elettroniċi. Dan ser ikun implimentat f'kull qasam tematiku permezz ta':

l-intergrazzjoni ta' azzjonijiet ta' disseminazzjoni u trasferiment ta' l-għarfien fi ħdan proġetti u konsorzji, permezz ta' dispożizzjonijiet adatti fl-iskemi ta' finanzjament u l-ħtiġiet ta' rappurtar;

l-offerta ta' assistenza immirata lil proġetti u konsorzji sabiex ikunu pprovduti b'aċċess għall-ħiliet meħtieġa sabiex jużaw ir-riżultati bl-aħjar mod;

l-azzjonijiet speċifiċi ta' disseminazzjoni li jieħdu strateġija proattiva fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati minn firxa ta' proġetti, inklużi dawk minn Programmi Kwadru preċedenti u programmi oħrajn ta' riċerka, li huma mmirati lejn setturi speċifiċi jew gruppi ta' partijiet interessati, b'enfasi speċjali fuq utenti potenzjali;

disseminazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika, inklużi l-korpi ta' standardizzazzjoni, sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta' riżultati rilevanti għall-politika mill-korpi adatti f'livelli internazzjonali, Ewropej, nazzjonali jew reġjonali;

servizzi CORDIS sabiex ikattru d-disseminazzjoni ta' l-għarfien faċli biex jintużaw u l-esplojtazzjoni tar-riżultati tar-riċerka;

inizjattivi li jkattru d-djalogu u d-dibattitu dwar kwistjonijiet xjentifiċi u riżultati tar-riċerka ma' pubbliku aktar wiesa' lilhinn mill-komunità tar-riċerka, inkluż l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili.

Ser ikunu żgurati l-koordinazzjoni tad-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' l-għarfien fil-Programm Kwadru. Il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn dan il-programm u programmi oħrajn Komunitarji ser ikunu żgurati, partikolarment fil-qasam ta' l-edukazzjoni bil-għan li jiġu promossi l-karrieri fir-riċerka. Azzjonijiet ta' appoġġ għall-innovazzjoni ser ikunu implimentati mill-Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni.

Partiċipazzjoni mill-SMEs

L-aħjar parteċipazzjoni ta' l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs) ser tkun iffaċilitata fl-oqsma tematiċi kollha, b'mod partikolari permezz ta' proċeduri finanzjarji u amministrattivi aħjar, u aktar flessibbiltà fl-għażla ta' l-iskema finanzjarja adatta. Barra minn hekk, il-ħtiġijiet ta' riċerka u l-potenzjal ta' l-SMEs jitqiesu kif jixraq fl-iżvilupp tal-kontenut ta' l-oqsma tematiċi ta' dan il-Programm Speċifiku u oqsma li huma ta' interess partikolari għall-SMEs ser jiġu identifikati fil-programm ta' ħidma. Miżuri konkreti, inklużi azzjonijiet ta' appoġġ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' SMEs, ser jittieħdu matul il-programm kollu fil-qafas ta' strateġija li għandha tiġi żviluppata taħt kull tema. Dawn l-istrateġiji ser jiġu akkumpanjati minn monitoraġġ kwantitattiv u kwalitattiv imqabbel ma' l-objettivi stabbiliti. L-għan hu li jkun possibbli li ta' l-inqas 15 % tal-finanzjament disponibbli taħt dan il-programm imur għall-SMEs.

Azzjonijiet speċifiċi ta' appoġġ għar-riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs jew assoċjazzjonijiet ta' l-SMEs huma inklużi fil-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”, u azzjonijiet li jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fil-Programm Kwadru kollu ser ikunu ffinanzjati taħt il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Aspetti etiċi

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku u fl-attivitajiet ta' riċerka li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu, inter alia, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u l-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll ta' l-annimali u l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-aħħar verżjonijiet tal-konvenzjonijiet, il-linji gwida u l-kodiċi ta' kondotta internazzjonali rilevanti, eż. id-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997 u l-Protokolli Addizzjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (BTWC), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Ser jittieħed ukoll kont ta' l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda (mill-1998).

B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-diversità ta' approċċi eżistenti fl-Ewropa, il-parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regolamenti etiċi attwali fil-pajjiżi fejn titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor partikolari ma tiġi appoġġata mill-finanzjament Komunitarju sabiex titwettaq f'dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Fejn xieraq, dawk li jwettqu proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku. Reviżjoni etika ser tiġi wkoll implimentata sistematikament mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw ma' kwistjonijiet etikament sensittivi jew fejn aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi reviżjoni etika tista' sseħħ matul l-implimentazzjoni ta' proġett.

L-ebda ffinanzjar mhu se jingħata għal attivitajiet ta' riċerka li huma pprojbiti fl-Istati Membri kollha.

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali anness għat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kull rigward lill-ħtiġiet tal-benesseri ta' l-annimali meta tifformula u timplimenta linji politiċi Komunitarji inkluża r-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħrajn xjentifiċi (13) teħtieġ li l-esperimenti kollha;

jkunu maħsuba b'tali mod li jevitaw dieqa u uġigħ u tbatija mhux meħtieġa għall-annimali sperimentali;

jużaw numru minimu ta' annimali ;

jinvolvu annimali bl-aktar grad baxx ta' sensittività newropsikoloġika u;

jikkawżaw l-inqas uġigħ, tbatija, dieqa jew ħsara dejjiema.

L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-għanijiet jistgħu jiġi ġġustifikati etikament u l-kondizzjonijiet huma tali li l-benesseru ta' l-annimali jiġi ggarantit u jiġu rispettati l-prinċipji ta' bijodiversità.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, ser ikun hemm monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni tal-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp.

Ir-riċerka dwar etika relatata ma' l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ser titwettaq fil-parti “Xjenza fis-Soċjetà” tal-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”.

Riċerka kollaborattiva

Ir-riċerka kollaborattiva ser-tikkostitwixxi l-parti l-kbira u l-qofol tal-finanzjament Komunitarju għar-riċerka. L-objettiv huwa li jiġu stabbiliti, fl-oqsma ewlenin ta' l-avvanz ta' l-għarfien, proġetti ta' riċerka u netwerks eċċellenti li kapaċi jattiraw riċerkaturi u investiment mill-Ewropa u mid-dinja kollha, li tiġi msaħħa l-bażi industrijali u teknoloġika Ewropea u jiġu appoġġati l-linji politiċi Komunitarji.

Dan ser jintlaħaq billi tiġi appoġġata r-riċerka kollettiva, li ser tinkludi l-parteċipazzjoni attiva ta' l-industrija, permezz tal-firxa ta' skemi ta' finanzjament: proġetti kollaborattivi, netwerks ta' eċċellenza, u azzjonijiet ta' koordinament/appoġġ.

Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti

F'għadd limitat ħafna ta' każijiet, il-firxa ta' l-ambitu ta' proġett fl-RTŻ u l-iskala tar-riżorsi involuti jkunu jiġġustifikaw it-twaqqif ta' sħubija pubblika/privata għall-perijodu fit-tul fis-sura ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti. Dawn l-inizjattivi, li joħorġu l-iktar mill-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u li jkunu jkopru aspett partikolari jew għadd żgħir ta' aspetti tar-riċerka fil-qasam tagħhom, se jgħaqqdu flimkien l-investiment mis-settur privat mal-finanzjament pubbliku nazzjonali u Ewropew, inklużi l-għotjiet finanzjarji mill-Programm Kwadru ta' Riċerka u s-self mill-Bank Ewropew għall-Investiment. Kull Inizjattiva Konġunta ta' Teknoloġija ser tiġi deċiża individwalment, jew abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (dan jista' jinkludi l-ħolqien ta' proġett konġunt) jew abbażi ta' modifika ta' dan il-Programm Speċifiku skond l-Artikolu 166 (3) tat-Trattat.

L-Inizjattivi Konġunti ta' Teknoloġija huma identifikati b'mod miftuħ u trasparenti abbażi ta' serje ta' kriterji li jinkludu:

in-nuqqas ta' kapaċità ta' l-istrumenti eżistenti sabiex jiksbu l-objettiv;

l-iskala ta' l-impatt fuq il-kompetittività u t-tkabbir industrijali;

il-valur miżjud ta' intervent f'livell Ewropew;

il-grad u ċ-ċarezza tad-definizzjoni ta' l-objettiv u r-riżultati li għandhom jitwettqu;

is-saħħa ta' l-impenn finanzjarju u f'riżorsi mill-industrija;

l-importanza tal-kontribut lill-objettivi usa' ta' politika inkluż il-benefiċċju għas-soċjetà;

il-kapaċità biex jiġi mħajjar appoġġ nazzjonali addizzjonali u biex jitqawwa l-finanzjament attwali jew futur ta' l-industrija.

In-natura ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti trid tkun definita b'mod ċar, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw:

l-impenji finanzjarji;

it-tul ta' żmien ta' l-impenn tal-parteċipanti;

ir-regoli sabiex jinbeda u jintemm il-kuntratt;

id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

B'kont meħud tal-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità partikolari ta' Inizjattivi ta' Teknoloġija Konġunti, għandhom isiru sforzi kbar biex jiġi żgurat it-tħaddim trasparenti tagħhom u li kwalunkwe allokazzjoni ta' finanzjament Komunitarju mill-Inizjattivi ta' Teknoloġija Konġunta jsiru abbażi tal-prinċipji ta' eċċellenza u kompetizzjoni tal-Programm Kwadru.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-koerenza u l-koordinazzjoni ġenerali bejn l-Inizjattivi ta' Teknoloġiċi Konġunti u programmi u proġetti nazzjonali fl-istess oqsma (14), filwaqt li jiġu rispettati l-proċeduri ta' implimentazzjoni eżistenti tagħhom, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni fil-proġetti tagħhom hija miftuħa għal firxa wiesgħa ta' parteċipanti fl-Ewropa kollha, u b'mod partikolari l-SMEs.

Lista indikattiva ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti hija identifikata fl-Anness IV. Aktar Inizjattivi Konġunti Teknoloġiċi jistgħu jiġu identifikati abbażi tal-kriterji ta' hawn fuq u jkunu proposti matul l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru.

Koordinazzjoni ta' programmi ta' riċerka mhux Komunitarji

L-azzjoni meħuda f'dan il-qasam ser tuża żewġ strumenti ewlenin: l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni ser tintuża wkoll sabiex titjieb il-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn il-Programm Kwadru u l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta' l-istrutturi intergovernattivi bħall-EUREKA, EIROforum u COST. L-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' amministrazzjoni u ta' koordinazzjoni tal-COST ser jiġu pprovduti sabiex il-COST tkun tista' tkompli tgħin fil-koordinazzjoni u l-iskambji bejn il-gruppi ta' riċerka ffinanzjati fuq bażi nazzjonali.

Fejn l-azzjonijiet jaqgħu taħt l-ambitu ta' waħda minn dawn it-temi, huma ser ikunu appoġġati bħala parti integrali ta' l-attivitajiet li jaqgħu taħt dik it-tema. Fejn l-azzjonijiet huma ta' natura orizzontali jew mhumiex marbutin direttament ma' l-għaxar temi, huma ser jiġu appoġġati b'mod konġunt fuq it-temi rilevanti kollha (15).

Fejn l-azzjonijiet ikunu fl-ambitu ta' Programm Speċifiku ieħor li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru, huma ser jiġu appoġġati taħt dak il-Programm Speċifiku.

L-iskema ERA-NET ser tiżviluppa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni ta' attivitajiet nazzjonali u reġjonali ta' riċerka billi:

Tipprovdi qafas biex dawk li jkunu qed jimplimentaw programmi pubbliċi ta' riċerka jkunu jistgħu jsaħħu l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom. Dan ser jinkludi l-appoġġ għal ERA-NETs ġodda, kif ukoll għat-twessigħ u l-approfondiment tal-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ERA-NETs eżistenti, per eż. billi jestendu s-sħubija tagħhom, kif ukoll bil-ftuħ reċiproku tal-programmi tagħhom. Fejn ikun opportun, l-ERA-NETs jistgħu jiġu applikati għall-koordinazzjoni ta' programmi bejn ir-reġjuni Ewropej u bejn l-Istati Membri sabiex tkun possibbli l-kooperazzjoni tagħhom f'inizjattivi fuq skala kbira.

F'numru limitat ta' każi, il-provvediment ta' appoġġ finanzjarju Komunitarju addizzjonali lil dawk il-parteċipanti li jaqsmu r-riżorsi għall-fini ta' sejħiet konġunti għal proposti bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali rispettivi tagħhom (“ERA-NET PLUS”).

Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi nazzjonali ta' riċerka li jitwettqu b'mod konġunt fuq il-bażi ta' l-Artikolu 169 hija ta' rilevanza speċjali għall-kooperazzjoni Ewropea fuq skala kbira f'“ġeometrija varjabbli” bejn l-Istati Membri li jkollhom l-istess ħtiġijiet u/jew interessi. F'każijiet identifikati tajjeb, tali inizjattivi skond l-Artikolu 169 se jkunu mnedija f'oqsma identifikati b'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, inkluża l-possibilità ta' kooperazzjoni ma' programmi intergovernattivi, fuq il-bażi tal-kriterji mfissra fid-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru.

Lista indikattiva ta' inizjattivi għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi ta' riċerka nazzjonali hija identifikata fid-deskrizzjoni ta' l-Anness IV u tista' tkun s-suġġett ta' deċizjoni separata skond l-Artikolu 169 tat-Trattat. Aktar inizjattivi jistgħu jiġu identifikati u proposti waqt l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru.

Kooperazzjoni internazzjonali

Azzjonijiet internazzjonali ta' kooperazzjoni, li juru l-valur miżjud Ewropew u li huma ta' interess reċiproku, ser jappoġġaw politika internazzjonali tax-Xjenza u t-Teknoloġija li għandha żewġ objettivi interdipendenti;

Li tappoġġa u tippromwovi l-kompetittività permezz ta' sħubija strateġika għar-riċerka ma' pajjiżi terzi, inklużi ekonomiji emerġenti u li huma industrijalizzati ħafna, fix-xjenza u t-teknoloġija billi jiġu ingaġġati l-aħjar xjenzati mill-pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fl-Ewropa u magħha.

Li tindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċaw il-pajjiżi terzi jew ta' natura globali, fuq il-bażi ta' l-interess u l-benefiċċju reċiproċi.

Il-politika tal-Komunità dwar il-kooperazzjoni xjentifika internazzjonali ser tagħmel enfasi fuq, u tiżviluppa l-kooperazzjoni sabiex tiġġenera, taqsam u tuża l-għarfien permezz ta' sħubija ġusta għar-riċerka li tqis il-kuntest internazzjonali, tal-pajjiż, reġjonali u soċjo-ekonomiku u l-bażi ta' l-għarfien tal-pajjiżi sħab. L-strateġija strateġiku huwa li jissaħħu l-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli dinji permezz ta' tali sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi terzi fuq livelli bilaterali, reġjonali u globali bbażati fuq interessi u benefiċċji reċiproċi. Għal dan il-għan, ir-rwol ta' l-UE bħala attur fuq skala globali għandu jkun promoss ukoll permezz ta' programmi internazzjonali ta' riċerka. L-azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali appoġġati se jkunu marbuta ma' kwistjonijiet ewlenin ta' politika sabiex isostnu t-twettiq ta' l-impenji internazzjonali ta' l-UE u jaġħtu kontribut għall-qsim tal-valuri Ewropej, il-kompetittività, il-progress soċjo-ekonomiku, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-benesseri taħt il-kappa ta' l-iżvilupp sostenibbli globali.

Il-kooperazzjoni internazzjonali se tkun implimentata f'dan il-Programm Speċifiku f'kull qasam u f'diversi temi permezz ta':

Parteċipazzjoni msaħħa ta' riċerkaturi u istituzzjonijiet ta' riċerka mill-pajjiżi kollha Sħab f'Kooperazzjoni Internazzjonali u l-pajjiżi industrijalizzati (16) fl-oqsma tematiċi, b'restrizzjonijiet xierqa għat-tema ta' sigurtà għall-pajjiżi terzi kollha minbarra l-pajjiżi assoċjati minħabba l-aspetti tal-kunfidenzjalità. Barra minn hekk, se jkun hemm enfasi partikolari sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi f'oqsma identifikati ta' interess reċiproku.

Azzjonijiet ta' kooperazzjoni speċifika f'kull qasam tematiku huma dedikati lil pajjiżi terzi fil-każ ta' interess reċiproku f'kooperazzjoni dwar temi partikolari li għandhom jingħażlu abbażi tal-livell u l-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom. L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet u prijoritajiet speċifiċi se tkun assoċjata mill-qrib ma' ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali rilevanti u mad-djalogu attwali multilaterali u bi-reġjonali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi. Il-prijoritajiet se jkunu identifikati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet partikolari, potenzjal u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjun jew il-pajjiż.

Għal dan il-għan, strateġija ta' kooperazzjoni internazzjonali u pjan ta' implimentazzjoni se jiġu żviluppati b'azzjonijiet speċifiċi mmirati fit-temi jew fuq diversi temi, eż. fis-saħħa, l-agrikoltura, is-sanità, l-ilma, is-sigurtà fl-ikel, il-koeżjoni soċjali, l-enerġija, l-ambjent, is-sajd, l-akkwakultura u r-riżorsi naturali, politika ekonomika sostenibbli, u t-teknoloġiji tat-tagħrif u l-komunikazzjoni.

Dawn l-azzjonijiet iservu bħala għodod privileġġjati fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi. Tali azzjonijiet huma, b'mod partikolari, immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka u l-kapaċitajiet ta' kooperazzjoni tal-kandidat, tal-lokal u ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u pajjiżi emerġenti. L-azzjonijiet se jkunu s-suġġett ta' sejħiet immirati u se tingħata attenzjoni partikolari għall-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għall-azzjonijiet tal-pajjiżi terzi rilevanti, notevolment ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Dawn l-attivitajiet ser ikunu implimentati b'koordinazzjoni ma' azzjonijiet ta' kooperazzjoni taħt il-programmi speċifiċi “Nies” u “Kapaċitajiet”. Strateġija ġenerali għal Kooperazzjoni Internazzjonali fi ħdan il-Programm Kwadru ser tirfed din l-attività.

TEMI

1.   SAĦĦA

Objettiv

It-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u li tiżdied il-kompetittività u li tingħata spinta lill-kapaċità innovattiva ta' l-industriji u l-intrapriżi Ewropej li huma relatati mas-saħħa, filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet globali ta' saħħa, inklużi l-epidemiji emerġenti. Se ssir enfasi fuq ir-riċerka ta' konverżjoni (traduzzjoni ta' skoperti bażiċi f'applikazzjonijiet kliniċi inkluża validazzjoni xjentifika ta' riżultati sperimentali), l-iżvilupp u validazzjoni ta' terapiji ġodda, metodi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni inkluż il-promozzjoni tas-saħħa tat-tfal, ta' xjuħija sana, għoddod dijanjostiċi u teknoloġiji mediċi, kif ukoll sistemi tal-kura tas-saħħa sostenibbli u effiċjenti.

Approċċ

Din ir-riċerka se ttejjeb l-għarfien dwar kif għandha tkun promossa s-saħħa b'iktar effiċjenza, biex jitnaqqsu d-differenzi fis-saħħa madwar l-Ewropa, biex jkun evitat u ttrattat mard serju u biex tkun ipprovduta l-kura tas-saħħa. Ir-riċerka bijomedikali bażika tkun parti integrali ta' din it-tema; l-approċċi mutlidixxipplinarji huma ta' importanza partikolari fit-tema tas-saħħa.

Din ir-riċerka tgħin biex jkun integrat l-ammont kbir ta' ġenomika, data epidemjoloġika, bijoloġika u bijoteknoloġika u biex jiġu żviluppati teknoloġiji ċentrali għal industriji relatati mas-saħħa bil-għan li jiġi żviluppat l-għarfien u l-kapaċità ta' intervenzjoni. Se tippromovi r-riċerka ta' konverżjoni tas-saħħa, li hija essenzjali sabiex jiġu żgurati benefiċċji prattiċi, inkluż it-titjib tal-kwalità tal-ħajja mir-riċerka bijomedika. Tippermetti lill-Ewropa li tagħti kontribut aktar effettiv għall-isforzi internazzjonali li jiġġieldu mard b'effett globali, kif muri mill-programm attwali “Sħubija Ewropea u tal-Pajjiżi li Qegħdin Jiżviluppaw fil-Provi Kliniċi” (EDCTP) fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkolosi (Artikolu 169) (17). Se ssaħħaħ ir-riċerka ispirata mill-politika fil-livell Ewropew u, b'mod partikolari, it-tqabbil tal-mudelli, is-sistemi u t-tagħrif tal-bażijiet tat-tagħrif nazzjonali. In-networking ta' databases rilevanti hija partikolarment importanti f'dan ir-rigward.

Din ir-riċerka se tgħin sabiex ittejjeb il-kompetittività tas-setturi Ewropej tal-kura tas-saħħa, tal-bijoteknoloġija u tat-teknoloġija medika, fejn l-SMEs huma l-muturi ekonomiċi ewlenin, u l-industriji tal-faramċewtika. Tista' tinkludi appoġġ għall-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea (18) dwar Mediċini Innovattivi, bil-mira li tagħmel tajjeb għall-ixkiel fir-riċerka fil-proċess ta' l-iżvilupp tal-mediċini. Se tingħata attenzjoni speċjali sabiex titnaqqas id-differenza bejn l-attivitajiet ta' riċerka u l-esplojtazzjoni billi jkun ipprovdut appoġġ għal provi li juru l-kunċett u l-validazzjoni klinika. Din ir-riċerka tagħti wkoll kontribut għall-iżvilupp tan-normi u l-istandards għal terapiji ġodda avvanzati (eż. mediċini riġenerattivi) meħtieġ sabiex jgħin lill-industrija ta' l-UE tiffaċċja l-kompetizzjoni globali. Għandha tiġi żgurata tmexxija globali tar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea fil-qasam ta' strateġiji alternattivi għall-ittestjar, partikolarment metodi fejn ma jsirx użu minn annimali.

Ir-riċerka se tqis aspetti bejn nisa u rġiel u tintegrahom fil-proġetti (19) kull meta jkun jixraq. Tingħata attenzjoni speċjali sabiex ir-riżultati tar-riċerka jkunu komunikati u jkun hemm djalogu mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari ma' gruppi ta' pazjenti, kmieni kemm jista' jkun, dwar żviluppi ġodda li joħorġu minn riċerka bijomedika u ġenetika. It-tixrid u l-użu wiesa' tar-riżultati se jkun żgurat ukoll.

Il-kwistjonijiet strateġiċi, is-saħħa tat-tfal (20) u s-saħħa tal-popolazzjoni li qed tixjiħ ser jingħataw attenzjoni speċifika u ser ikollhom jiġu kkonsultati kulfejn xieraq fl-attivitajiet kollha f'din it-tema, fejn il-prijoritajiet jiġu enfasizzati fil-programm ta' ħidma. Oqsma multi-dixxiplinari oħra se jiġu inklużi wkoll. Dan jiżgura strateġija viżibbli u trasparenti lejn dawn il-kwistjonijiet fit-Tema kollha, waqt li jevita d-duplikazzjoni.

Kwistjonijiet etiċi, legali u soċjo-ekonomiċi se jiġu indirizzat f'kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin (21).

Attivitajiet

Bio-teknoloġija, għodod ġenerici u teknoloġiji mediċi għas-saħħa umana

Din l-attività hija mmirata lejn l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' l-għodod u t-teknoloġiji neċessarji li jagħmlu possibbli l-produzzjoni ta' għarfien ġdid u t-trasferiment tiegħu f'applikazzjonijiet prattiċi fil-qasam tas-saħħa u l-mediċina.

Riċerka b'volum kbir: sabiex jiġi katalizzat il-progress fl-iżvilupp ta' għodod ta' riċerka ġodda għall-bijoloġija moderna inklużi l-ġenomiċi fundamentali li jkunu jsaħħu b'mod sinifikanti, it-tkattir tad-data u jtejbu l-istandardizzazzjoni ta' data u ta' kampjuni (biobanks), l-akkwist u l-analiżi. L-enfasi se tkun fuq teknoloġiji ġodda għal: sequencing; tifsir tal-ġeni (gene expression), ġenotipaġġ u fenotipaġġ, ġenomika strutturali u funzjonali, bijoinformatika u bijoloġija sistematika; “omics” oħra.

Sejbien, dijanjożi u monitoraġġ: sabiex tiżviluppa għodod u teknoloġiji ta' viżwalizzazzjoni, immaġini, skoperta u analiżi għar-riċerka bijomedika għat-tbassir, dijanjożi, monitoraġġ u pronjożi tal-mard, u għall-appoġġ u l-gwida ta' l-interventi terapewtiċi. L-enfasi se tkun fuq approċċ multidixxiplinari li jintegra oqsma bħal: bijoloġija molekulari u ċellulari, fiżjoloġija, ġenetika, fiżika, kimika, inġinerija bijomedika li tinkludi nano-teknoloġiji, mikrosistemi, apparati u teknoloġiji ta' l-informazzjoni. Ikun hemm enfasi fuq metodi li ma jinvadux jew li jinvadu b'mod minimu u kwantitattivi u l-assigurazzjoni tal-kwalità.

Il-previżjoni ta' l-idoneità, is-sigurtà u l-effikaċja tat-terapiji: biex jiġu żviluppati u validati l-parametri, l-għodod, il-metodi u l-istandards meħtieġa biex il-pazjent jiġi provdut b'bijomediċini mhux perikolużi u effettivi, ġodda jew imtejba (22) L-enfasi għandha tkun fuq approċċi bħall-farmakoġenomika, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' indikaturi bijoloġiċi, approċċi ta' mira u kunsinna, in silico, in vitro (inklużi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali) u metodi u mudelli in vivo (23).

Approċċi u interventi terapewtiċi innovattivi: sabiex issir riċerka, jiġu kkonsolidati u jiġu żgurati aktar żviluppi f'terapiji u teknoloġiji avvanzati b'applikazzjoni potenzjali wiesgħa. L-enfasi jkun fuq it-terapija ġenetika u ċellulari, mediċina riġenerattiva, trapjanti, immunoterapija u vaċċini u mediċini oħra. Teknoloġiji relatati, bħal sistemi avvanzati, li jwasslu l-mediċina mmirati impjanti u prostetiċi avvanzati, interventi li ma jinvadux jew li jinvadu b'mod minimu assistiti bit-teknoloġija jkunu ttrattati wkoll.

Konverżjoni tar-riċerka għas-saħħa tal-bniedem

Din l-attività timmira li tkabbar l-għarfien tal-proċessi u mekkaniżmi bijoloġiċi involuti fi stat ta' saħħa normali u sitwazzjonijiet speċifiċi ta' mard, sabiex tittrasferixxi dan l-għarfien f'applikazzjonijiet kliniċi inklużi l-kontroll u t-trattament tal-mard, u sabiex tiżgura li l-informazzjoni klinika (li tinkludi dik epidemoloġika) tiggwida r-riċerka sussegwenti.

L-integrazzjoni ta' data u proċessi bijoloġiċi: il-ġbir ta' data fuq skala wiesgħa, il-bijoloġija sistemika.

Ġbir ta' data fuq skala kbira: sabiex tuża teknoloġiji b'rata għolja ta' proċessar sabiex tiġġenera data li tiċċara l-funzjoni tal-ġeni u l-prodotti tal-ġeni u l-interazzjoni bejniethom f'netwerks komplessi fi proċessi bijoloġiċi importanti. L-enfasi se tkun fuq: il-ġenomika; il-proteomika; “omika-RNA”; ġenetika tal-popolazzjoni; ġenomika komparattivi, strutturali u funzjonali.

Bijoloġija tas-sistema: l-enfasi se tkun fuq riċerka multidixxiplinarja li tintegra varjetà wiesgħa ta' informazzjoni bijoloġika u tiżviluppa u tapplika approċċi sistematiċi għall-għarfien u l-immudellar tal-proċessi bijoloġiċi fl-organiżmi rilevanti kollha u fil-livelli kollha ta' organizazzjoni.

Ir-riċerka fuq il-moħħ u fuq mard relatat mal-moħħ, l-iżvilupp uman u l-proċess tax-xjuħija.

Il-moħħ u mard relatat mal-moħħ: sabiex ikun hemm għarfien aħjar ta' l-istruttura u d-dinamika integrati tal-moħħ, u sabiex ikun hemm studju tal-mard tal-moħħ inkluż il-mard relatat ma' l-eta' (eż. id-demenzja, il-marda tal-Parkinson) u t-tfittxija għal terapiji ġodda. Il-fokus ser ikun fuq li jinkiseb fehim ġenerali tal-moħħ billi ssir esplorazzjoni tal-funzjonijiet tal-moħħ, mill-molekuli għall-konjizzjoni inklużi n-newroinformatika, u n-nuqqas ta' funzjoni tal-moħħ, minn indeboliment sinottiku għal newrodeġenerazzjoni. Ir-riċerka ser tindirizza mard u disturbi newroloġiċi u psikjatriċi, inklużi approċċi terapewtiċi reġenerattivi u restorattivi.

L-iżvilupp u x-xjuħija tal-bniedem: l-użu ta' varjetà kbira ta' metodoloġiji u għodod sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-proċess ta' żvilupp tul il-ħajja kollha u xjuħija sana. L-enfasi se tkun fuq l-istudju ta' sistemi umani u mudelli, inklużi l-interazzjonijiet ma' fatturi bħall-ambjent, il-ġenetika, l-imġiba u s-sess.

Riċerka tat-trasferiment fuq mard serju li jittieħed: sabiex jiġi kkonfrontat theddid serju għas-saħħa pubblika.

Ir-reżistenza kontra l-mediċinali anti-mikrobjali inklużi l-patoġeni fungali: l-enfasi se tkun fuq il-kombinament tar-riċerka bażika dwar il-mekkaniżmi molekulari tar-reżistenza, l-ekoloġija tal-mikrobi u l-interazzjoni bejn il-host u l-patoġenu ma' riċerka klinika dwar interventi ġodda li jnaqqsu l-emerġenza u l-firxa ta' infezzjonijiet li huma reżistenti għal diversi mediċini.

HIV/AIDS, malarja, tuberkolożi: l-enfasi se tkun fuq l-iżvilupp ta' terapiji ġodda, għodod dijanjostiċi, għodod preventivi bħal vaċċini u barrieri għat-trasmissjoni kimika bħall-mikrobiċidi HIV. L-isforzi ta' riċerka ser jikkonfrontaw it-tliet mardiet fuq livell globali, iżda ser ukoll jindirizzaw aspetti Ewropej speċifiċi tat-tliet mardiet kif ukoll ta' l-Epatite. Riċerki prekliniċi u kliniċi fil-bidu ikunu enfasizzati, u fejn ikun rilevanti (eż. vaċċini HIV/AIDS) huwa maħsub li jkun hemm kollaborazzjoni ma' inizjattivi globali.

Epidemiji potenzjalment ġodda u emerġenti mill-ġdid: l-enfasi se tkun fuq il-konfrontazzjoni tal-patoġeni emerġenti b'potenzjal pandemiku inklużi ż-żoonosi (per ez. SARS u influwenza patoġenika ħafna). Fejn ikun xieraq, ikun hemm dispożizzjonijiet għall-bidu mgħaġġel ta' riċerka b'kollaborazzjoni maħsuba biex tħaffef l-iżvilupp ta' diagnostics, mediċini u vaċċini ġodda għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kontroll effettivi ta' emerġenzi ta' mard li jittieħed.

Riċerka tat-trasferiment fuq mard serju ieħor (24).

Kanser: l-enfasi jkun fuq l-etjoloġija tal-mard, mediċini u terapiji ġodda; l-identifikazzjoni u l-validazzjoni tal-miri tal-mediċini u l-marki bijoloġiċi li jgħinu fil-prevenzjoni, id-dijanjożi bikrija u t-trattament; u l-valutazzjoni ta' l-effettività ta' l-interventi pronjostiċi, dijanjostiċi u terapewtiċi preventivi.

Mard kardjovaskulari: l-enfasi se tkun fuq id-dijanjożi, il-prevenzjoni, it-trattament u l-monitoraġġ tal-mard tal-qalb u l-vini/arterji (inkluż l-aspett kardjovaskulari ta' l-attakk tal-puplesija) bl-użu ta' strateġiji wesgħin multidixxiplinari.

Id-dijabete u l-obeżità: għal ta' l-ewwel, l-enfasi jkun fuq l-etjoloġiji tat-tipi differenti tad-dijabate, u l-prevenzjoni u l-kura relatati tagħhom. Għal ta' l-aħħar, l-enfasi jkun fuq strateġiji multidixxiplinari inklużi l-ġenetika, l-istil ta' ħajja u l-epidemoloġija. Kemm għad-diabete u l-obeżità, ser tingħata attenzjoni speċjali għall-mard taż-żgħażagħ u fatturi li joperaw fit-tfulija.

Mard rari: l-enfasi se tkun fuq studji fl-Ewropa kollha dwar l-istorja naturali, il-patofisjoloġija u l-iżvilupp ta' interventi preventivi, dijanjostiċi u terapewtiċi. Dan is-settur se jinkludi wkoll fenotipi Mendeljani rari ta' mard komuni.

Mard kroniku ieħor: l-enfasi ser tkun fuq il-mard mhux fatali b'impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja fix-xjuħija bħal l-indeboliment tal-funzjonijiet u tas-sensi u mard kroniku ieħor (eż. l-artrite, mard rewmatiku u mard muskolu-skeletali u mard respiratorju inkluż dak ikkaġunat minn allerġiji).

Titjib kemm jista' jkun fl-għoti tal-kura tas-saħħa liċ-ċittadini Ewropej

Din l-attività timmira li tipprovdi l-bażi meħtieġa kemm għal deċiżjonijiet ta' politika infurmati dwar is-sistemi tas-saħħa u għal strateġiji li huma bbażati fuq il-provi, aktar effettivi u effiċjenti fil-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard, id-dijanjożi u t-terapija.

It-trasferiment tar-riżultat ta' l-eżitu tar-riċerka klinika fi prattika klinika li jinkludi l-użu aħjar tal-mediċini, u l-użu xieraq ta' l-interventi relatati ma' l-imġiba u dawk organizzattivi u terapiji u teknoloġiji tas-saħħa ġodda. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għas-sigurtà tal-pazjent inklużi l-effetti negattivi tal-medikazzjoni: biex tiġi identifikata l-aħjar prattika klinika; biex jiġi mifhum it-teħid ta' deċiżjonijiet f' ambjenti kliniċi f'kura primarja u dik speċjalizzata; u biex ikun hemm il-promozzjoni ta' mediċina bbażata fuq il-provi u ta' l-għotja ta' setgħat lill-pazjent. L-enfasi tkun fuq il-benchmarking ta' strateġiji; l-investigazzjoni ta' riżultati ta' interventi differenti inklużi l-mediċini, mediċini komplementari u alternattivi ttestjati xjentifikament, u terapiji u teknoloġiji għas-saħħa ġodda, b'kont meħud tal-provi ta' farmakoviġilanza, l-ispeċifiċitajiet tal-pazjent (eż. is-suxxettibilità ġenetika, l-età, is-sess u l-fedeltà) u l-kost benefiċċji.

Il-kwalità, l-effiċjenza u s-solidarjetà ta' sistemi tal-kura tas-saħħa, inklużi sistemi tas-saħħa transitorji, sabiex il-pajjiżi jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza ta' sistemi tas-saħħa oħrajn u s-sostenibbiltà tagħhom, waqt li jittieħed kont ta' l-importanza tal-kuntesti nazzjonali u l-karatteristiċi tal-popolazzjoni (ix-xjuħija, il-mobbiltà, il-migrazzjoni, l-edukazzjoni, l-istatus soċjoekonomiku u t-tibdil fid-dinja tax-xogħol, eċċ). L-enfasi tkun fuq aspetti organizzjonali, finanzjarji u regolatorji tas-sistemi tas-saħħa (issir valutazzjoni ta' l-ispiża, l-effiċjenza u l-benfiċċji ta' interventi differenti inklużi fir-rigward ta' sigurtà tal-pazjent), l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħhom fir-rigward ta' effettività, effiċjenza u ekwità (inklużi l-gruppi żvantaġġati). Tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet ta' investiment u r-riżorsi umani inklużi lis-strateġiji ta' kura fid-dar. Se jkunu koperti l-kwistjoni ta' l-indipendenza, il-kwalità tal-ħajja u l-mobiltà tal-popolazzjoni li qed tixjieħ.

Promozzjoni msaħħa tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard: sabiex tipprovdi prova ta' l-aħjar miżuri ta' saħħa pubblika f'termini ta' stili tal-ħajja, ċirkostanzi tax-xogħol u ta' l-għajxien u interventi f'livelli differenti u f'kuntesti differenti. L-enfasi se tkun fuq il-fatturi determinanti tas-saħħa aktar wiesa' u kif dawn jinteraġixxu kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell ta' komunità (eż. id-dieta, it-tensjoni, it-tabakk, l-alkoħol u sustanzi oħra, l-attività fiżika, il-kuntest kulturali, fatturi soċjo-ekonomiċi u ambjentali). B'mod partikolari, is-saħħa mentali se tkun indirizzata minn perspettiv tal-korsa tal-ħajja.

Koperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali hija parti integrali tat-Tema u hija ta' importanza partikolari fl-oqsma li jindirizzaw problemi tas-saħħa globali, bħar-reżistanza tal-mikrobi għall-mediċini, l-HIV/AIDS, il-malarja, it-tuberkolosi, il-mard ittraskurat u l-pandemiċi emerġenti. Dan jista' jinvolvi wkoll l-issettjar ta' prijoritajiet fil-kuntest ta' inizjattivi internazzjonali, bħall-Intrapriża Dinjija Vaċċin HIV. Soġġett għall-konsolidazzjoni ta' sħubija sostenibbli għall-perijodu fit-tul fir-riċerka klinika bejn l-Ewropa u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u soġġett għall-integrazzjoni ta' programmi jew attivitajiet nazzjonali minn pajjiżi parteċipanti, jista' jingħata aktar appoġġ lis-Sħubija fil-Provi Kliniċi bejn l-Ewropa u Pajjiżi li Qegħdin Jiżviluppaw (EDCTP) b'risposta għall-kisbiet tagħha u l-ħtiġijiet futuri (25). Il-Programm EDCTP se jibqa' ffokat fuq l-ittestjar kliniku avvanzat għall-iżvilupp ta' vaċċini, mikrobiċidi u mediċini ġodda kontra t-tliet mardiet fl-Afrika 'l isfel mis-Saħara. Il-Programm EDCTP se jibqa' ffokat fuq l-ittestjar kliniku avvanzat għall-iżvilupp ta' vaċċini, mikrobiċidi u mediċini ġodda kontra t-tliet mardiet fl-Afrika 'l isfel mis-Saħara. Għal dan il-għan, il-Programm ta' Ħidma jista' jipprevedi kontribuzzjoni Komunitarja lill-Grupp Ewropew ta' Interess Ekonomiku ta' l-EDCTP, biex jitwettaq il-programm li għandu jiġi maqbul mill-Kummissjoni, inkluża l-allokazzjoni mill-ġdid tal-kontribuzzjoni Komunitarja.

Azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni se jkunu implimentati fl-oqsma fformulati permezz ta' djalogi bi-reġjonali fil-Pajjiżi/Reġjuni terzi u fora internazzjonali, kif ukoll fil-kuntest ta' l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju. Tali oqsma ta' prijorità adattati għall-ħtiġijiet lokali u permezz ta' sħubija jistgħu jinkludu: riċerka dwar il-politika fil-qasam tas-saħħa, is-sistemi tas-saħħa u riċerka dwar is-servizz tal-kura tas-saħħa, is-saħħa ta' l-ommijiet u t-tfal, is-saħħa riproduttiva, il-kontroll u s-sorveljanza ta' mard li jittieħed ittraskurat u ħtiġijiet ta' politika emerġenti mhux mistennija f'dawk ir-reġjuni.

Abbonament annwali lill-Organizzazzjoni Programm tax-Xjenza tal-Fruntiera Umana (HFPSO) (26) internazzjonali issir b'mod konġunt mat-tema “Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni” Dan se jippermetti lill-Istati Membri ta' l-UE li ma humiex fil-G8 li jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-Programm tax-Xjenza tal-Fruntiera Umana (HFPS) u jipprovdi viżibilità aħjar għar-riċerka Ewropea. Dan se jippermetti lill-Istati Membri ta' l-UE li m'humiex fil-G8 li jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-Programm tax-Xjenza tal-Fruntiera Umana (HFPS) u jipprovdi viżibilità aħjar għar-riċerka Ewropea.

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti ser tkun implimentata abbażi ta' inizjattivi “minn isfel għal fuq” u “iffokati”, b'koordinazzjoni ma' Temi oħra u din ser tinkludi firxa ta' riċerka wiesgħa u interdixxiplinarja. L-appoġġ għall-ħtiġijiet tal-politika mhux previsti jista' jittratta, pereżempju kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-valutazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa, il-valutazzjoni tar-riskju, indikaturi ta' l-istatistika, it-tmexxija u l-komunikazzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika, kif ukoll l-obbligi skond it-trattati internazzjonali dwar is-saħħa inkluzi l-Konvenzjoni Kwadru dwar il-Kontroll tat-Tabakk (27) u r-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa (28). Dan se jikkumplimenta r-riċerka motivata mill-politika dwar is-saħħa appoġġata hawn fuq.

2.   IKEL, AGRIKOLTURA U SAJD U BIJOTEKNOLOĠIJA

Objettiv

Il-bini ta' Bijo-Ekonomija Msejsa fuq l-Għarfien (29) billi jinġiebu flimkien ix-xjenza, l-industrija u oħrajn li għandhom interess, sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ġodda u emerġenti ta' riċerka li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi: it-talba dejjem tikber għal ikel aktar sigur, ta' ġid għas-saħħa u ta' kwalità ogħla, kif ukoll għall-użu u l-produzzjoni sostenibbli ta' bijo-riżorsi rinnovabbli; ir-riskju li qed jiżdied ta' mard epiżotiku u żoonotiku u disturbi relatati ma' l-ikel; theddidiet għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni agrikola, ta' l-akkwakultura u tas-sajd; u t-talba dejjem tikber għal ikel ta' kwalità għolja, b'kont meħud tal-benesseri ta' l-annimali u tal-kuntesti rurali u kostali u rispons għall-ħtiġijiet djetetiċi speċifiċi tal-konsumaturi.

Approċċ

Din it-tema se ssaħħaħ il-bażi ta' l-għarfien, tipprovdi l-innovazzjonijiet u tipprovdi appoġġ ta' politika għall-kostruzzjoni ta' Bijoekonomija Ewropea Imsejsa Fuq l-Għarfien (KBBE). Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tmexxija sostenibbli, il-produzzjoni u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi, b'mod partikolari permezz tax-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija u l-konverġenzi ma' teknoloġiji oħra, sabiex tipprovdi prodotti ġodda, aktar siguri, bi prezzijiet aċċessibbli, eko-effiċjenti u kompetittivi mill-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura, l-industriji ta' l-għalf, l-ikel (30), is-saħħa, dawk ibbażati fuq il-foresti u l-industriji rrelatati. Ir-riċerka se tagħti kontribut kbir għall-implimentazzjoni u l-formulazzjoni tal-politika u r-regolamenti Komunitarji u, speċifikament, tindirizza jew tappoġġa: Il-Politika Agrikola Komuni; kwistjonijiet ta' agrikoltura u kummerċ; aspetti ta' sigurtà tal-GMOs; regolamenti dwar is-sigurtà fl-ikel; leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa tal-pjanti; il-Politika Komunitarja dwar is-Saħħa ta' l-Annimali, il-kontroll tal-mard u l-istandards tal-benesseri; l-ambjent u l-bijodiversità; Strateġija Forestali Ewropea; u il-Politika Komuni dwar is-Sajd li għandha l-mira li tipprovdi żvilupp sostenibbli fis-sajd u l-akkwakultura u s-sigurtà ta' prodotti ta' l-ikel tal-baħar. Ir-riċerka tfittex ukoll li tiżviluppa indikaturi ġodda u attwali li jappoġġaw l-analiżi, l-iżvilupp u l-monitoraġġ ta' din il-politika.

Filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol multifunzjonali ta' l-agrikultura, ir-riċerka tappoġġa r-rwol u l-opportunitajiet għall-ekonomiji rurali biex iwasslu objettivi ta' żvilupp sostenibbli.

L-industriji ta' l-ikel mill-agrikoltura, li 90 % minnhom huma SMEs, se jibbenefikaw b'mod partikolari minn ħafna attivitajiet ta' riċerka, inklużi attivitajiet immirati tad-disseminazzjoni u trasferiment tat-teknokoġija, b'mod partikolari l-integrazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji, metodoloġiji u proċessi eko-effiċjenti avvanzati u l-iżvilupp ta' l-istandards. Kumpaniji ġodda b'teknoloġija għolja mil-bijo-, nano-, u TIK huma mistennija li jagħtu kontribut importanti fl-oqsma tat-tkattir tal-pjanti, uċuħ imtejba u ħarsien tal-pjanti aħjar, teknoloġiji ta' skoperta u monitoraġġ abvvanzati sabiex ikunu żgurati s-sikurezza u l-kwalità ta' l-ikel u bijoproċessi industrijali ġodda.

Diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej, li jkopru l-oqsma tal-ġenomika u l-bijoteknoloġija tal-pjanti, il-forestrija u l-industriji bbażati fuq il-foresti, is-saħħa ta' l-annimali fuq livell dinji, it-tgħammir u t-trobbija ta' l-annimali fil-farms, l-ikel, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija industrijali jistgħu jagħtu kontribut għall-istabbiliment ta' prijoritajiet ta' riċerka komuni għal din it-tema, fl-identifikazzjoni ta' inizjattiv potenzjali futuri fuq skala kbira bħal proġetti ta' dimostrazzjoni, u jgħinu sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni wiesgħa u l-integrazzjoni tal-partijiet interessati kollha. Kull fejn ikun xieraq, ikunu segwiti azzjonijiet li jsaħħu l-koordinazzjoni ta' programmi ta' riċerka nazzjonali, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-proġetti ERA-NET, il-Pjattaformi tat-Teknoloġija u atturi oħra rilevanti, bħall-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka fl-Agrikoltura (SCAR) jew kwalunkwe struttura Ewropea għall-koordinazzjoni tar-riċerka marittima fil-ġejjieni.

Fejn ikun rilevanti, il-konsiderazzjonijiet ta' natura soċjali, etika, sess, legali, ambjentali, ekonomiċi u l-apetti kulturali usa' u r-riskju u l-impatti potenzjali (tbassir) ta' l-iżvilupp teknoloġiku se tagħmel parti mill-attivitajiet.

Attivitajiet

Produzzjoni sostenibbli u mmaniġġar tar-riżorsi mill-art, mill-foresti u mill-ambjenti akwatiċi (31).

Li titħalla ssir riċerka dwar il-motivaturi fuq tul ta' żmien tal-produzzjoni sostenibbli u l-immaniġġar tar-riżorsi bijoloġiċi (mikro-organiżmi, pjanti u annimali) inkluża l-esplojtazzjoni tal-bijodiversità u molekuli bijoattivi ġodda f'dawn is-sistemi bijoloġiċi. Ir-riċerka se tinkludi t-teknoloġiji “omiċi”, bħall-ġenomika, il-proteomika, il-metabolomika u t-teknoloġiji konverġenti, u l-integrazzjoni tagħom fl-strateġiji għal sistemi bijoloġiċi, kif ukoll l-iżvilupp ta' għodod u teknoloġiji bażiċi, inklużi l-bijoinformatika u l-bażijiet tat-tagħrif rilevanti, u metodoloġiji għall-identifikazzjoni ta' varjetajiet fi ħdan gruppi ta' speċijiet.

Sostenibbiltà u kompetittività miżjuda, filwaqt li tiġi mħarsa s-saħħa tal-konsumatur, li jonqsu l-impatti ambjentali, u b'kont meħud tal-bidla fil-klima, fl-agrikoltura, fl-ortikoltura, fil-forestrija, fis-sajd u fl-akkwakultura permezz ta' l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, tagħmir, sistemi ta' monitoraġġ, pjanti u sistemi ta' produzzjoni ġodda, il-ġestjoni tal-prodotti tar-raba' permezz ta' tkattir selezzjonat ta' pjanti, is-saħħa tal-pjanti u sistemi ta' produzzjoni ottimizzata, it-titjib tal-bażi xjentifika u teknika tat-tmexxija tas-sajd, kif ukoll għarfien aħjar ta' l-interazzjoni bejn sistemi differenti (agrikoltura u forestrija, sajd u akkwakultura) b'approċċ mifrux fuq ekosistema sħiħa. Titwettaq riċerka dwar il-manutenzjoni ta' ekosistemi awtoktoni, żvilupp ta' aġenti ta' bijokontroll, u dimensjoni mikrobijoloġika ta' bijodiversità u metaġenomika.

Għar-riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, se ssir enfażi speċjali fuq sistemi bi dħul baxx (eż. pestiċidi u fertilizzanti), u bi produzzjoni organika, tmexxija aħjar tar-riżorsi u ikel u għalf ġdid, u pjanti ġodda (prodotti tar-raba' u siġar) fir-rigward tal-kompożizzjoni tagħhom, ir-reżistenza għat-tensjoni, l-effett ekoloġiku, l-użu effiċjenti tan-nutrijenti u ta' l-ilma, u l-arkitettura. Dan għandu jingħata appoġġ mir-riċerka tal-bijosigurtà, il-ko-eżistenza u t-traċċabbiltà ta' sistemi u prodotti tal-pjanti ġodda, u l-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' l-impatt ta' prodotti tar-raba' ġenetikament modifikati fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll il-possibilità tal-benefiċċji usa' tagħhom għas-soċjetà.

Is-saħħa tal-pjanti u l-protezzjoni tal-prodotti tar-raba' tiġi mtejba permezz ta' għarfien aħjar ta' l-ekoloġija, il-bijoloġija ta' l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti (pesti) u theddid ieħor u appoġġ għall-kontroll tat-tifqigħ ta' mard u titjib ta' għodod u sistemi sostenibbli għall-immaniġġar tal-pesti. Metodi mtejba ser jiġu żviluppati għall-monitoraġġ, il-preservazzjoni u t-titjib tal-fertilità tal-ħamrija.

Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, se ssir enfażi fuq il-funzjonijiet bijoloġiċi essenzjali, sistemi ta' produzzjoni sikuri u għalf ta' speċi kkultivati u fuq il-bijoloġija tas-sajd, id-dinamika tas-sajd imħallat, l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet ta' sajd u l-ekosistema tal-baħar u fuq sistemi ta' ġestjoni reġjonali u pluriennali ibbażati fuq il-flotot.

Is-saħħa, il-produzzjoni u l-benesseri ottimizzati ta' l-annimali, fl-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura, inter alia permezz ta':

l-esplojtazzjoni ta' l-għarfien ġenetiku, metodi ġodda ta' tkattir, għarfien aħjar tal-fiżjoloġija u l-aġir ta' l-annimali u;

l-għarfien u kontroll aħjar tal-pesti, tal-parassiti u tal-mard ta' l-annimali li jittieħed u theddid ieħor għas-sostenibbiltà u siġurtà tal-produzzjoni ta' l-ikel, inklużi ż-żoonosi.

Dan ta' l-aħħar se jkun indirizzat ukoll bl-iżvilupp ta' għodod għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontroll, permezz ta' riċerka ta' bażi u applikata dwar il-vaċċini u d-dijanjostika, l-istudju ta' l-ekoloġija ta' aġenti ta' l-infezzjoni magħrufa jew emerġenti u theddid ieħor, inklużi atti malizzjużi, u l-impatti tas-sistemi agrikoli differenti u l-klima.

Ikun ukoll żviluppat għarfien ġdid dwar ir-rimi bla periklu ta' l-iskart ta' l-annimali u maniġġjar aħjar tal-prodotti sekondarji.

Il-provvista ta' l-għodod meħtieġa minn dawk li jifformulaw il-politika u atturi oħra bħala appoġġ għall-implimentazzjoni ta' strateġiji, politika u leġiżlazzjoni rilevanti u b'mod partikolari, bħala appoġġ għall-ħolqien ta' Bijoekonomija Ewropea Imsejsa Fuq l-Għarfien (KBBE) u l-ħtiġijiet ta' l-iżvilupp rurali u kostali. Il-Politika Komuni dwar is-Sajd se tkun appoġġata permezz ta' l-iżvilupp ta' strateġiji adattivi li jappoġġaw l-istrateġija ta' l-ekosistema kollha għall-ħsad tar-riżorsi tal-baħar. Ir-riċerka għall-oqsma kollha ta' politika, inkluża l-Politika Agrikola Komuni, se tinkludi wkoll studji soċjo-ekonomiċi, u analiżi kost-benfiċċju, investigazzjonijiet komparattivi tad-diversi sistemi agrikoli inklużi dawk multifunzjonali, sistemi ta' tmexxija tas-sajd kost-effettivi, it-trobbija ta' annimali mhux għall-ikel, l-interazzjoni mal-forestrija u studji sabiex titjieb il-ħajja rurali u kostali.

Mill-furketta sa l-azjenda agrikola: L-ikel (inkluż l-ikel tal-baħar), is-saħħa u l-benesseri

L-għarfien ta' l-imġiba tal-konsumatur u tal-preferenzi tal-konsumatur bħala fattur importanti fil-kompetittività ta' l-industrija ta' l-ikel u l-impatt ta' l-ikel fuq is-saħħa, u l-benesseri taċ-ċittadin Ewropew. L-enfasi se tkun fuq kif il-konsumatur jara l-ikel u l-attitudni tiegħu lejh, inkluż l-ikel tradizzjonali, l-għarfien tax-xejriet fis-soċjetà u x-xejriet kulturali, u l-identifikazzjoni tal-fatturi determinanti fl-għażla ta' l-ikel u l-aċċess tal-konsumatur għall-ikel. Ir-riċerka ser tinkludi l-iżvilupp ta' data bases dwar ir-riċerka dwar l-ikel u n-nutrizzjoni.

L-għarfien ta' fatturi djetetiċi ta' benefiċju u ta' ħsara kif ukoll il-ħtiġiet u d-drawwiet speċifiċi ta' gruppi ta' popolazzjoni bħala fattur kontrollabbli prinċipali fl-iżvilupp u tnaqqis ta' okkorrenza ta' mard u disturbi relatati mad-dieta inklużi l-obeżità u l-allerġiji. Dan se jinvolvi l-investigazzjoni ta' strateġiji djetetiċi ġodda, l-iżvilupp u l-applikazzjoni tan-nutrigenomika u s-sistemi bijoloġiċi, u l-istudju ta' l-interazzjonijiet bejn il-funzjonijiet nutrittivi, fiżjoloġiċi u psikoloġiċi. Jista' jwassal għall-formulazzjoni mill-ġdid ta' l-ikel ipproċessat, u l-iżvilupp ta' ikel u ingredjenti ġodda, ikel djetetiku u ikel li jingħad li huwa sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa. L-investigazzjoni ta' ikel u dieti tradizzjonali, lokali u staġjonali se tkun ukoll importanti sabiex tenfasizza l-impatt ta' ċertu ikel u dieti fuq is-saħħa, u għall-iżvilupp ta' gwida integrata dwar l-ikel.

L-ottimizzazzjoni ta' l-innovazzjoni fl-industrija ta' l-ikel Ewropea permezz ta' l-integrazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati fil-produzzjoni ta' l-ikel tradizzjonali inkluż l-ikel iffermentat, teknoloġiji ta' proċessar imfassla biex isaħħu l-funzjonalità, il-kwalità u l-valur nutrittiv ta' l-ikel inklużi l-aspetti organolettiċi fil-produzzjoni ta' l-ikel inklużi oġġetti ta' l-ikel ġodda. L-iżvilupp u d-demostrazzjoni ta' sistemi ta' proċessar u ta' imballaġ eko-effiċjenti, applikazzjonijiet intelliġenti ta' kontroll u valorizzazzjoni u tmexxija aktar effiċjenti ta' prodotti sekondarji, skart, ilma u enerġija. Riċerka ġdid ser tiżviluppa wkoll teknoloġiji sostenibbli u ġodda għall-għalf ta' l-annimali, inklużi formulazzjonijiet bla periklu għall-ipproċessar ta' l-għalf, u għall-kontroll tal-kwalità ta' l-għalf.

L-assigurazzjoni tas-sikurezza kimika u mikrobijoliġika u t-titjib fil-provvista ta' l-ikel fl-Ewropa.Dan ser jinkludi l-għarfien tar-rabt bejn l-ekoloġija tal-mikrobi u s-sikurezza fl-ikel; l-iżvilupp ta' metodi u mudelli li jindirizzaw l-integrità tal-katini tal-provvista ta' l-ikel; metodi ġodda ta' individwazzjoni, traċċabbiltà u żvilupp ulterjuri tagħha, teknoloġiji u għodod għall-valutazzjoni tar-riskju, inklużi riskji emerġenti, il-ġestjoni, u l-komunikazzjoni, kif ukoll it-titjib ta' l-għarfien dwar il-perċezzjoni tar-riskji. Dan għandu jinkludi wkoll metodi bbażati fuq ix-xjenza għall-benchmarking tar-riskji fil-qasam tas-sigurtà ta' l-ikel.

Il-ħarsien kemm tas-saħħa tal-bniedem u kemm ta' l-ambjent permezz ta' għarfien aħjar ta' l-impatt ambjentali fuq u tal-katini ta' l-ikel/għalf. Dan ser jinvolvi l-istudju tal-kontaminanti ta' l-ikel u r-riżultati fuq is-saħħa, il-monitoraġġ ta' l-effetti ambjentali, l-iżvilupp ta' għodod u metodi mtejba għall-valutazzjoni u l-ġestjoni ta' l-impatti fuq, u r-reżistenza ta', katini ta' l-ikel u ta' l-għalf għat-tibdil globali b'mod partikolari fl-ambjent. L-assigurazzjoni tal-kwalità u l-integrità tal-katina ta' l-ikel titlob mudelli ġodda għall-analiżi tal-katina tal-prodotti bażiċi u kunċetti dwar l-immaniġġar tal-katina ta' l-ikel kollha, inklużi l-aspetti relatati mal-konsumatur.

Xjenzi tal-ħajja, bijoteknoloġija u bijokimika għall-prodotti u proċessi mhux alimentari sostenibbli

It-tisħiħ tal-bażi ta' għarfien u l-iżvilupp ta' teknoloġiji avvanzati għall-produzzjoni ta' bijomassa mill-art jew mill-baħar għal applikazzjonijiet fi proċessi industrijali u fil-produzzjoni ta' l-enerġija. Dan ser jinkludi il-ġenomika u l-metabolomika tal-pjanti, l-annimali u l-mikrobi sabiex ikun hemm titjib fil-produttività u fil-kompożizzjoni tal-materji primi u feedstocks tal-bijomassa għall-konverżjoni aħjar fi prodotti b'valur miżjud għoli inklużi r-riżorsi bijoloġiċi li jistgħu jintużaw fl-industrija farmaċewtika u fil-mediċina waqt li jkunu sfruttati organiżmi naturali jew imtejba tal-baħar jew ta' l-art bħala sorsi ġodda. Dan ser jinkorpora b'mod sħiħ l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prattiċi tal-produzzjoni tal-bijomassa, it-trasportazzjoni u l-ħażna u l-ħruġ fis-suq tal-bijoprodotti.

Tiġi indirizzata l-applikazzjoni tal-bijoteknoloġiji industrijali fi ħdan ktajjen sħaħ tal-bijomassa tal-prodotti tar-raba' u tal-foresti sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ ta' l-approċċ ta' bijo-raffinerija (eż. kimiċi ħodor), inklużi l-aspetti soċjoekonomiċi, agronomiċi, u ekoloġiċi u tal-konsumatur. Dan ser ikun imtejjeb b'żieda fl-għarfien u l-kontroll tal-metaboliżmu tal-pjanti u l-mikrobi fuq livell ċellulari u subċellulari, u kif dan huwa integrat fis-sistema sħiħa għat-twettiq tal-produzzjoni ta' prodotti bażiċi b'valur għoli bl-użu ta' bijo-proċessi bi produzzjoni akbar, kwalità u purezza tal-prodotti tal-konverżjoni aħjar, inkluż l-iddisinjar tal-proċess bijokatalitiku.

Jintużaw jew jiġu żviluppati bijoteknoloġiji għal prodotti u proċessi mill-foresti ġodda u ta' kwalità għolja mtejba, b'valur miżjud għoli u rinovabbli sabiex tiżdied is-sostenibbiltà ta' l-injam u l-produzzjoni ta' l-injam, inklużi l-ħażniet ta' l-injam, il-materjali rinovabbli u l-ħażniet ta' bijoenerġija.

Jiġi indirizzat il-potenzjal tal-bijoteknoloġija li ssib, issegwi, tevita, tittratta u tneħħi t-tniġġis.

Jiġi massimizzat il-valur ekonomiku ta' l-iskart u prodotti sekondarji permezz ta' bijo-proċessi ġodda u li potenzjalment jiffrankaw l-enerġija, waħedhom jew flimkien ma' sistemi ta' pjanti u/jew katalisti kimiċi.

Koperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali hija aspett ta' prijorità għar-riċerka dwar l-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija u ser tkun imħeġġa bil-qawwa kollha fiż-żoni kollha. Riċerka ta' interess speċifiku għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u ekonomiji emerġenti ser jkollha appoġġ, fid-dawl ta' l-għanijiet ta' l-iżvilupp tal-Millenju u attivitajiet li diġa qegħdin iseħħu. Ser jitwettqu azzjonijiet speċifiċi sabiex titkattar il-kooperazzjoni ma' reġjuni u pajjiżi li huma sħab bi prijorità – b'mod partikolari dawk involuti fi djalogi bi-reġjonali u ftehim S&T bilaterali kif ukoll pajjiżi ġirien u ekonomiji emerġenti u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Barra minn hekk, titwettaq kooperazzjoni multilaterali sabiex tindirizza jew l-isfidi li jitolbu sforzi internazzjonali wesgħin, bħad-dimensjoni u l-kumplessità tas-sistemi bijoloġiċi fil-pjanti u l-mikroorganiżmi, jew sabiex tindirizza l-isfidi globali u l-impenji internazzjonali ta' l-UE (is-sigurtà u s-sikurezza fl-ikel u l-ilma tax-xorb, il-firxa globali tal-mard ta' l-annimali, l-użu ekwitabbli tal-bijodiversità, ir-restawr, f'kooperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni tan-NU għall-Ikel u l-Agrikoltura, tas-sajd dinji għar-Riżultati Massimi Sostenibbli sa l-2015 u l-effett ta'/fuq il-bidla fil-klima).

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti tista' tindirizza, pereżempju, l-iżvilupp ta' kunċetti u teknoloġiji ġodda, bħal dwar sistemi ta' l-immaniġġar ta' l-emerġenzi u l-integrità tal-katina ta' l-ikel.

Reazzjoni flessibbli għall-ħtiġijiet ta' politika mhux previsti ser tagħti każ, b'mod partikolari, tal-politika rilevanti fil-ħolqien Bijoekonomija Ewropea Msejsa fuq l-Għarfien.

3.   TEKNOLOĠIJI TA' L-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

Objettiv

Sabiex titjieb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u l-Ewropa tkun tista' tiddomina u ssawwar l-iżviluppi futuri tat-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (TIK) sabiex tiġi sodisfatta d-domanda tas-soċjetà u l-ekonomija tagħha. IT-TIK jinsabu fil-qalba tas-soċjetà bbażata fuq l-għarfien. L-attivitajiet ser isaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta' l-Ewropa u jiżguraw li globalment tkun fuq quddiem nett fit-TIK, igħinu sabiex imexxu u jistimolaw l-innovazzjoni u l-kreattività ta' prodotti, servizzi u proċessi permezz ta' l-użu tat-TIK u jiżguraw li l-progress fit-TIK jiġi trasformat malajr f'benefiċċji għaċ-ċittadini, l-azjendi, l-industrija u l-gvernijiet ta' l-Ewropa. Dawn l-attivitajiet ser jgħinu wkoll biex jitnaqqsu d-diviżjoni diġitali u l-esklużjoni soċjali.

Approċċ

It-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (TIK) għandhom rwol uniku u ppruvat fil-promozzjoni ta' l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kompetittività tas-setturi kollha ta' l-industrija u tas-servizzi. Huma essenzjali sabiex ikunu ffaċċjati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, u jirfdu l-progress fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Għalhekk, l-Ewropa trid tikkontrolla u taġħti forma lill-iżviluppi futuri tat-TIK u tiżgura li s-servizzi u l-prodotti msejsa fuq it-TIK ikunu adottati u użati sabiex jipprovdu l-benefiċċji kollha possibbli liċ-ċittadini u n-negozju.

Dawn huma l-miri tal-politika tal-Komunità dwar is-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, kif enfasizzat fl-inizjattiva i2000, immirati lejn ekonomija tat-tagħrif kompetittiva konverġenti fl-Ewropa, żieda sinifikanti fl-investiment Ewropew fir-riċerka dwar it-TIK u livell għoli ħafna ta' aċċessibilità fis-Soċjetà tat-Tagħrif.

It-teknoloġiji ġodda tat-TIK ser jiftħu ħafna opportunitajiet ġodda għall-prodotti u servizzi b'valur aktar għoli, li ħafna minnhom huma f'oqsma fejn l-Ewropa diġa qegħda fuq quddiem fl-industrija u t-teknoloġija. Sħubija fuq livell Ewropew hija l-aħjar strateġija għall-investiment fit-TIK. L-attività ta' riċerka tat-TIK ibbażata fuq mudell ta' żvilupp ’sors miftuħ’ qed tagħti prova ta' l-utilità tagħha bħala sors ta' innovazzjoni u ta' kollaborazzjoni dejjem tiżdied. Aktar minn qatt qabel, tali sforzi huma meħtieġa sabiex jinżamm il-pass ma' l-ispejjeż tar-riċerka li qegħdin jiżdiedu b'mod qawwi f'era ta' kompetizzjoni globali u ma' teknoloġiji dejjem aktar kumplessi u interdipendenti.

It-tema tat-TIK tagħti prijorità lir-riċerka strateġika madwar pilastri teknoloġiċi prinċipali, tassigura integrazzjoni totali tat-teknoloġiji u tipprovdi t-tagħrif u l-mezzi biex tiġi żviluppata medda wiesgħa ta' applikazzjonijiet innovattivi tat-TIK. L-attivitajiet jiksbu avvanzi industrijali u teknoloġiċi fis-settur TIK u jtejbu l-vantaġġ kompetittiv tas-setturi importanti mitfugħin ħafna fuq it-TIK – kemm permezz ta' prodotti u servizzi innovati ta' valur għoli bbażati fuq it-TIK u minn proċessi ta' organizzazzjoni ġodda jew imtejba kemm fin-negozji u kemm fl-amministrazzjoni. It-tema ser tagħti appoġġ ukoll lil linji politiċi oħra tal-Komunità, bħall-protezzjoni tas-saħħa u ta' l-ambjent, billi timmobilizza it-TIK sabiex tilqa' t-talbiet tal-pubbliku u tas-soċjetà, b'mod partikolari t-talbiet ta' persuni bi ħtiġijiet speċjali, inkluża l-popolazzjoni li qed tixjieħ u d-diżabbli.

L-attivitajiet għandhom ikopru azzjonijiet ta' kollaborazzjoni u ta' networking u jistgħu jappoġġaw Inizjattivi ta' Teknoloġija Konġunti (32) u inizjattivi ta' koordinazzjoni ta' programmi nazzjonali (33). Il-prijoritajiet ta' l-attivitajiet ser jinkludu, fost sorsi oħrajn, suġġetti li jiddependu fuq ix-xogħol tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej. Sinerġiji tematiċi jkunu wkoll żviluppati ma' attivitajiet relatati fi Programm Speċifiku oħra.

Il-parteċipazzjoni attiva ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u entitajiet żgħar oħra fl-ativitajiet huwa essenzjali fid-dawl tar-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' l-innovazzjoni. Huma għandhom rwoli vitali fl-iżvilupp u l-inkoraġġiment ta' viżjoni ġdida fit-TIK u l-applikazzjonijiet tagħhom u sabiex ikunu trasformati f'assi tan-negozju.

Attivitajiet

Pilastri tat-Teknoloġija TIK:

In-nanoelettronika, il-fotonika u l-mikro/nano-sistemi integrati: teknoloġiji u metodoloġiji ta' l-ipproċessar, l-invenzjoni, l-iddisinjar u l-ittestjar sabiex itejbu d-daqs, id-densità, ir-rendiment, l-effiċjenza fir-rigward ta' l-enerġija, il-manifattura u l-benefiċċju skond il-prezz tal-komponenti, sistemi on-a-chip, sistemi in-a-package u sistemi integrati; komponenti fotoniċi bażiċi għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet inklużi komponenti mgħaġġla ħafna; sistemi tal-frekwenza tar-radju (RF); sistemi tal-ħażna tat-tagħrif b'rendiment għoli/densità għolja; apparat ta' display b'superfiċje kbira/integrat ħafna; apparat li jħoss, iħaddem, jivviżwalizza u juri; sistemi li jikkunsmaw biss ftit enerġija, komponenti attivi, sorsi/ħażna alternattivi ta' l-enerġija; teknoloġiji eteroġeni/sistemi ta' integrazzjoni; sistemi intelliġenti; sistemi multi funzjonali mikro-nano-bijo-info; elettronika b'superfiċje kbira; l-integrazzjoni f'materjali/oġġetti differenti; l-interfacing ma' organiżmi ħajjin; muntaġġ ta' molekuli jew atomi minnhom stess fi strutturi stabbli.

Netwerks ta' komunikazzjoni aċċessibbli minn kullimkien u ta' kapaċità bla limiti: teknoloġiji, sistemi u arkitetturi ta' netwerks ċellulari u broadband kost-effettivi, konfigurabbli mill-ġdid u flessibbli, inklużi netwerks terrestri u tas-satellita u teknoloġiji ta' switching ottiku u teknoloġiji oħra għal konnettività end-to-end ta' veloċità għolja; il-konverġenza ta' netwerks differenti fissi, ċellulari, wireless u tax-xandir u servizzi li jkopru mill-qasam personali sa żoni reġjonali u globali; l-interoperabbiltà tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bil-wajers u mingħajrhom; l-immaniġġar tar-riżorsi tan-netwerks, il-konfigurazzjoni mill-ġdid tas-servizzi; netwerking kumpless ta' apparat, sensors u mikroċipps tal-multimedja ad-hoc u intelliġenti.

Sistemi, informatika u kontroll inkorporati fit-tagħmir: sistemi ta' hardware/software aktar qawwija, żguri, distribwiti, affidabbli u effiċjenti li jistgħu jipperċepixxu, jikkontrollaw u jadattaw għall-ambjent tagħhom waqt li jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi; metodi u għodod għall-immudellar, l-analiżi, l-iddisinjar, l-inġinerija u l-validazzjoni ta' sistemi sabiex jikkontrollaw il-komplessità; pjattaformi, middleware u sistemi ta' operazzjoni distribwiti miftuħa, b'arkitettura komponibbli u scale-free sabiex ikun hemm ambjent verament kollaborattiv u ambjent intelligent għall-issensjar, it-tħaddim, l-informatika, il-ħażna u l-provvista ta' servizz; arkitetturi ta' l-informatika li jinkorporaw komponenti eteroġeni, netwerked u konfigurabbli mill-ġdid li jinkludu appoġġ għall-kumpilazzjoni, l-ipproġrammar u run-time, sistemi u servizzi bi prestazzjoni għolja; il-kontroll ta' sistemi kbar li huma mqassma, inċerti.

Is-software, grids, is-sigurtà u l-affidabbiltà: teknoloġiji, għodod u metodi għal software, arkitettura u sistemi ta' middleware dinamiċi u fdati li jsostnu s-servizzi kkonċentrati fuq it-tagħrif, inkluż il-provvediment tagħhom bħala servizzi; infrastrutturi orjentati lejn servizz, interoperabbli u scale-free, virtwalizzazzjoni grid-like tar-riżorsi, inklużi l-pjattaformi li huma domain-specific, sistemi ta' operazzjoni ċċentrati fuq network; open source software; pjattaformi ta' standards miftuħa u approċċi kollaborattivi għall-iżvilupp u l-validazzjoni tas-software, is-servizzi u s-sistemi; għodod ta' kompożizzjoni inklużi l-lingwi ta' programmar; kontroll ta' l-aġir emerġenti ta' sistemi kumplessi; titjib fl-affidabbiltà u r-reżistenza ta' sistemi u servizzi fuq skala kbira, distribwiti u konnessi b'mod intermittenti; sistemi u servizzi żguri u fdati, inklużi l-kontroll u l-awtentikazzjoni ta' l-aċċess b'kuxjenza tal-privatezza, politiki ta' sigurtà u fiduċja dinamiċi, affidabbiltà u fiduċja meta-models.

Sistemi ta' għarfien, konjittivi u ta' tagħlim: metodi u teknika għall-akkwist, il-ħolqien u l-interpretazzjoni, ir-rappreżentazzjoni u l-personalizzazzjoni, in-navigazzjoni u l-irkupru, l-iskambju u l-provvista tat-tagħrif, fl-għarfien tar-relazzjonijiet semantiċi fil-kuntest ta' l-użu mill-bniedmin u l-magni; sistemi artifiċjali li jipperċepixxu, jinterpretaw u jivvalutaw it-tagħrif, li jistgħu jikkoperaw, jaġixxu b'mod awtonomu u jitgħallmu; teoriji u esperimenti li jmorru lilhinn minn avvanzi inkrementali u jibbenefikaw minn għarfien fil-konjizzjoni naturali, b'mod partikolari t-tagħlim u l-memorja, kif ukoll bil-għan li jgħinu fl-avvanzi tas-sistemi tat-tagħlim tal-bniedem.

Is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni u r-realtajiet imħallta: għodod għall-immudellar, is-simulazzjoni, il-viżwalizzazzjoni, l-interazzjoni, realtajiet miżjuda u mħallta u l-intergrazzjoni tagħhom f'ambjenti end-to-end; għodod għall-iddisinjar innovattiv u l-kreattività fi prodotti, servizzi u medja awdjo-viżwali diġitali; interfaces aktar naturali, intuwittivi u faċli biex jintużaw u modi ġodda għall-interazzjoni mat-teknoloġija, magni, apparat u artefatti oħra; teknoloġija tal-lingwi inkużi sistemi għat-traduzzjoni multilingwi u permezz ta' magni awtomatiċi.

Perspettivi ġodda fit-TIK li jieħdu minn dixxiplini ta' xjenzi u teknoloġiċi oħra: (il-matematika u l-fiżika, il-materjali, il-bijoteknoloġiji, ix-xjenzi tal-ħajja, il-kimika, ix-xjenzi konjittivi u soċjali, l-umanistika eċċ) huma pprovduti fit-tema TIK kollha kemm hi. Dawn qegħdin iġibu skoperti li jwasslu għall-innovazzjoni fit-TIK u għal setturi u industriji ġodda kollha kemm huma. Dawn iwasslu mill-minjaturizzazzjoni ta' l-apparat TIK għall-qisien komparabbli u interattivi ma' organiżmi ħajjin (bħal komponenti TIK ġodda u sistemi ta' computing ibbażati fuq strutturi bijomolekulari sintetiċi), sa xjenzi tal-computing u komunikazzjoni ġodda ispirati mid-dinja ħajja, għal tagħmir TIK li huma kompletament eko-kompatibbli li huwa ispirat minn sistemi naturali, u sa l-immodellar u s-simulazzjoni tad-dinja ħajja (bħas-simulazzjoni tal-fiżjoloġija tal-bniedem fuq diversi livelli bijoloġiċi).

Integrazzjoni tat-Teknoloġiji:

L-ambjenti personali: l-integrazzjoni tal-multi-modal interfaces, teknika tas-sensing u mikrosistemi, apparat tal-komunikazzjoni u kompjuting personali, sistemi TIK inkorporati f'aċċessorji personali, sistemi li jintlibsu u impjanti u l-ikkonnettjar tagħhom mas-servizzi u r-riżorsi, bl-enfasi fuq l-integrazzjoni ta' l-aspetti kollha tal-preżenza u l-identità tal-persuna.

L-ambjenti domestiċi: komunikazzjoni, monitoraġġ, kontroll u assistenza tad-dar, bini u spazji pubbliċi; interoperabbiltà mingħajr qtugħ u l-użu ta' l-apparat kollu skond l-effiċjenza fl-infieq, kemm il-prezz ikun jintlaħaq, kemm ikun jista' jintuża u sigurtà; servizzi ġodda u forom ġodda ta' kontenut diġitali interattiv u servizzi inkluż id-divertiment; aċċess għat-tagħrif u l-immaniġġar tat-tagħrif.

Sistemi robotiċi: Sistemi robotiċi flessibbli u affidabbli li joperaw f'ambjenti umani u mhux strutturati u li jikkooperaw mal-bniedem; robots f'network u li jikkooperaw; robots minjaturizzati; teknoloġiji li għandhom bixra ta' bniedem; iddisinjar u mudellar modulari ta' sistemi robotiċi integrati.

L-infrastrutturi intelliġenti: Għodod TIK li jrendu infrastrutturi kruċjali aktar effiċjenti u faċli biex jintużaw, aktar faċli biex jiġu adattati u miżmuma, aktar robusti fl-użu u reżistenti għad-difetti; għodod għall-integrazzjoni tad-data; TIK għall-valutazzjoni sistematika tar-riskju, avviż kmieni u allerti awtomatizzati, ippjanar u sostenn għad-deċiżjoni.

Riċerka dwar l-Applikazzjonijiet:

It-TIK biex ikunu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà: Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej kollha jkunu jistgħu jiksbu l-akbar benefiċċju mill-prodotti u servizzi TIK, sabiex ikun hemm titjib fl-inklussività, aċċess mingħajr qtugħ fl-interattività tas-servizzi ta' interess pubbliku, u biex jissaħħaħ ir-rwol innovattiv tas-servizzi fis-settur pubbliku u titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom.

għas-saħħa: sistemi personali li ma jagħtux fil-għajn li jippermettu liċ-ċittadin li jimmaniġja l-benesseri tiegħu bħal apparat ta' monitoraġġ li jista' jintlibes jew jiddaħħal taħt il-ġilda u sistemi awtonomi li jgħinu biex jinżamm stat ta' saħħa tajba; teknika emerġenti bħall-imaging molekulari għal prevenzjoni aħjar u mediċina individwalizzata; skoperti ta' tagħrif dwar is-saħħa, il-ġestjoni u l-applikazzjoni fil-prattika klinika, l-immodellar u s-simulazzjoni tal-funzjonijiet ta' l-organi; apparat mikro- u nano-robotiku għal applikazzjonijiet terawpetiċi minimament invażivi jew mhux invażivi.

għall-gvernijiet fil-livelli kollha: l-użu tat-TIK f'strateġija interdixxiplinari fl-amministrazzjoni pubblika kombinat ma' bidla fl-organizzazzjoni u ħiliet ġodda sabiex ikunu pprovduti servizzi innovattivi, iċċentrati fuq iċ-ċittadin, għal kulħadd; riċerka u soluzzjonijiet imsejsa fuq it-TIK avvanzata sabiex jitjiebu l-proċessi demokratiċi u partiċipattivi u r-rendiment u l-kwalità tas-servizzi tas-settur pubbliku, l-interazzjoni ma u bejn l-amministrazzjonijiet u l-gvernijiet u bħala appoġġ għall-proċessi ta' l-iżvilupp leġislattiv u ta' politika f'kull stadju tad-demokrazija.

għall-inklużjoni: sabiex l-individwi u l-komunitajiet tagħhom ikunu awtorizzati u jkun hemm titjib fil-parteċipazzjoni ugwali taċ-ċittadini fis-soċjetà tat-tagħrif, waqt li jkun evitat qsim diġitali minħabba d-diżabbiltà, nuqqas ta' ħiliet, faqar, iżolament ġeografiku, kultura, sess jew età, inter alia permezz ta' appoġġ għal teknoloġija ta' assistenza, il-promozzjoni tal-ħajja indipendenti, żieda fil-ħiliet elettroniċi u l-iżvilupp ta' prodotti ddisinjati-għal-kulħadd.

għall-mobbiltà: sistemi tas-sigurtà integrati bbażati fuq it-TIK għall-vetturi, ibbażati fuq arkitettura u interazzjoni miftuħa, żguri u affidabbli; sistemi interoperabbli u kooperattivi għal trasport effiċjenti, sigur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, imsejsa fuq il-komunikazzjoni bejn il-vetturi u ma' l-infrastruttura tat-trasport u li jintegraw teknoloġiji li jindikaw l-lokazzjoni u ta' navigazzjoni preċiżi u robusti; servizzi multi-modali personalizzati li jindikaw il-post u tagħrif dwar il-mobbiltà inklużi soluzzjonijiet għal servizzi intelliġenti għat-turiżmu.

appoġġ għall-ambjent, il-maniġġar tar-riskju u l-iżvilupp sostenibbli: maniġġar tar-riskji u l-emerġenzi; netwerks ta' smart sensors sabiex jitjieb it-tbassir tal-periklu, maniġġar tar-riżorsi naturali inklużi sistemi għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu; żieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija; maniġġar tar-reazzjoni umana għat-tensjonijiet fl-ambjent u sabiex tinżamm il-bijodiversità; sistemi ta' twissija u komunikazzjonijiet pubbliċi dwar is-sigurtà fil-ħin u affidabbli; teknoloġiji ta' assistenza u sistemi ta' appoġġ għal operazzjoni f'kondizzjonijiet iebsa, ta' periklu jew ta' sogru; produzzjoni tat-TIK ekoeffiċjenti u sostenibbli, inkluża l-elettronika; ġestjoni avvanzata tad-data u l-informazzjoni għall-monitoraġġ ambjentali u l-valutazzjoni tar-riskju, il-kontribut għall-INSPIRE; GMES u GEOSS.

It-TIK għall-kontenut, il-kreattività u l-iżvilupp personali:

forom ġodda ta' kontenut interattiv, mhux-lineari u jadatta ruħu waħdu inkluż għad-divertiment u għall-iddisinjar; esperjenza ta' l-utent kreattiva u mtejba; l-adattazjoni u l-konsenja ta' kontenut fuq aktar minn medja waħda; kombinament tal-produzzjoni u l-immaniġġar ta' kontenut kollu kemm hu diġitali ma' teknoloġiji semantiċi emerġenti; użu li jiffavorixxi l-utenti; kreazzjoni tal-kontenut u aċċess għalih.

sistemi, għodod u servizzi ta' tagħlim imtejba bit-teknoloġija, adattati għal persuni li jkunu għadhom qed jitgħallmu differenti f'kuntesti differenti; kwistjonijiet bażiċi tat-tagħlim mill-bniedem inklużi t-teoriji pedagoġiċi meta l-proċess ikun medjat bl-użu tat-TIK; titjib fil-ħiliet tal-bnedmin biex isiru persuni li jitgħallmu b'mod attiv.

servizzi intelliġenti għal aċċess għal wirt kulturali f'forma diġitali; aċċess għal u użu ta' riżorsi xjentifiċi; għodod għall-komunitajiet sabiex joħolqu memorja kulturali ġdida msejsa fuq wirt ħaj; metodi u għodod għall-preservazzjoni ta kontenut diġitali; oġġetti diġitali li jistgħu jintużaw minn utenti futuri waqt li jinżammu l-awtentiċità u l-integrità tal-ħolqien u l-kuntest ta' l-użu oriġinali tagħhom.

It-TIC għall-appoġġ ta' l-azjendi u l-industriji:

sistemi tan-negozju dinamiċi, orjentati lejn netwerk, inkluż il-monitoraġġ tagħhom f'ħin reali, għall-produzzjoni u l-ħolqien u l-konsenja tas-servizzi; il-kontroll u l-immaniġġar deċentralizzat ta' oġġetti intelliġenti; ekosistemi tan-negozju diġitali, b'mod partikolari soluzzjonijiet ta' software (ibbażati ukoll fuq grids) adattabbli għall-ħtiġiet ta' organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju; servizzi ta' kollaborazzjoni għal spazju tax-xogħol distribwiti u konxju tal-kuntest; preżenza tal-grupp miżjuda, maniġġar tal-grupp u appoġġ għall-qsim; qsim ta' l-għarfien u servizzi interattivi;

manifattura inklużi l-industriji tradizzjonali: kontrolli intelliġenti fuq netwerk għall-manifattura bi preċiżjoni għolja u użu baxx tar-riżorsi; awtomazzjoni mingħajr wajers u loġistika għall-konfigurazzjoni mill-ġdid malajr ta' l-impjanti; ambjenti integrati għall-immudellar, is-simulazzjoni, l-ottimizzazzjoni, il-preżentazzjoni u l-produzzjoni virtwali; teknoloġiji tal-manifattura għal sistemi TIK minjaturizzati u għal sisyemi minsuġa ma' kull tip ta' materjali u oġġetti.

It-TIK għall-affidabilità u l-kunfidenza:

għodod li jappoġġaw il-fiduċja u l-kunfidenza fit-TIK u l-applikazzjonijiet tagħhom; sistemi ta' l-immaniġġar ta' l-identità multipliċi u federati; teknika ta' awtentikazzjoni u awtorizzazzjoni; sistemi li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' privatezza li joħorġu minn żviluppi teknoloġiċi ġodda; maniġġar tad-drittijiet u l-assi; għodod għall-ħarsien minn theddid ċibernetiku, f'koordinazzjoni ma' temi oħra, b'mod partikolari it-tema “Sigurtà”.

Kooperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali ser tħeġġeġ lit-tema TIK sabiex tindirizza l-kwistjonijiet ta' interess komuni mmirati lejn soluzzjonijiet interoperabbli ma' sħab strateġiċi b'benefiċċji reċiproċi għoljin, u sabiex tagħti kontribut għall-firxa tas-soċjetà tat-tagħrif fl-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Azzjonijiet speċifiċi ser jiġu identifikati għal pajjiżi jew reġjuni li magħhom l-Ewropa teħtieġ li tiffoka l-kollaborazzjoni, b'enfasi partikolari fuq il-kooperazzjoni ma' ekonomiji emerġenti, il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u pajjiżi ġirien.

Ser ikun disponibbli abbonament konġunt mat-tema 1 “Saħħa” tkun disponibbli għall-Programm tax-Xjenza tal-Fruntiera Umana (HFPS) sabiex tippromwovi r-riċerka interdixxiplinari u kollaborazzjoni ġdida bejn xjentisti minn oqsma differenti, u tipprovdi l-possibilità għal Stati Membri mhux fil-G8 li jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-programm.

Attivitajiet taħt din it-tema ser jappoġġaw l-iskema ta' Sistema ta' Manifattura Intelliġenti (IMS) li tippermetti l-kooperazzjoni RTŻ bejn ir-reġjuni membri tagħha (34).

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Attività dwar Teknoloġiji Futuri u Emerġenti ser tiġbed u trawwem riċerka eċċellenti trans-dixxiplinari f'oqsma emerġenti relatati mat-TIK. Il-punti ta' attenzjoni jinkludu: l-esplorazzjoni ta' fruntieri ġodda fil-minjaturizzazzjoni u l-kompjuters inklużi, pereżempju, l-esplorazzjoni ta' l-effetti quantum; l-esplojtazzjoni tal-kumplessità tal-kompjuters u sistemi ta' komunikazzjoni fuq netwerk; l-esplorazzjoni ta' kunċetti ġodda dwar, u esperiment ma', sistemi intelliġenti għal prodotti u servizzi personalizzati ġodda.

Riċerka li timmira għal għarfien aħjar tax-xejriet u l-impatt tat-TIK fuq is-soċjetà u l-ekonomija tista' tinkludi, pereżempju: l-impatti tat-TIK fuq il-produttività, l-impjieg, il-ħiliet u l-pagi; it-TIK bħala l-motivatur ta' l-innovazzjoni fis-servizzi pubbliċi u tan-negozju; l-ostakli għal innovazzjonijiet u użu aktar wiesa' u aktar mgħaġġla fit-TIK; mudelli ġodda ta' negozju u toroq ta' esplojtazzjoni, f'koordinazzjoni ma' temi oħra fejn it-TIK ser ikollhom rwol importanti fil-bidla fl-approċċ għall-produzzjoni u s-servizzi; l-użabbiltà, aċċettabilità tas-soluzzjonijiet imsejsa fuq it-TIK; il-privatezza, is-sigurtà u l-fiduċja fl-infrastrutturi tat-TIK; il-kwistjonijiet ta' etika fl-iżviluppi tat-TIK; l-irbit ma' l-oqsma legali, regolatorji u ta' tmexxija relatati mat-TIK; analiżi ta' l-appoġġ u l-impatt tat-TIK fuq il-politika Komunitarja.

4.   NANOXJENZI, NANOTEKNOLOĠIJI, MATERJALI U TEKNOLOĠIJI TAL-PRODUZZJONI ĠODDA

Objettiv

It-titjib tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u l-ġenerazzjoni ta' għarfien sabiex tiġi żgurata t-trasformazzjoni tagħha minn industrija li sserraħ primarjament fuq ir-riżorsi għal waħda li sserraħ primarjament fuq l-għarfien, bil-ġenerazzjoni ta' bidliet fl-għarfien u l-implimentazzjoni ta' għarfien deċiżiv għal applikazzjonijiet ġodda f'salib it-toroq bejn teknoloġiji u dixxiplini differenti. Dan ikun ta' benefiċċju kemm għal industriji ġodda ta' teknoloġija għolja u kemm għal industriji tradizzjonali bbażati fuq l-għarfien ta' valur iktar għoli, b'fokus speċjali fuq id-disseminazzjoni xierqa ta' riżultati ta' RTŻ lill-SMEs. Dawn l-attivitajiet huma primarjament ikkonċernati b'li jippermettu teknoloġiji li għandhom impatt fuq is-setturi industrijali kollha u ħafna Temi oħra tas-Seba' Programm Kwadru.

Approċċ

Sabiex ittejjeb il-kompetittività, l-industrija Ewropea teħtieġ innovazzjonijiet radikali. Trid tikkonċentra l-kapaċitajiet tagħha fuq prodotti b'valur miżjud għoli, proċessi relatati u teknoloġiji li jissodisfaw il-ħtiġiet tal-klijenti, kif ukoll aspettattivi soċjetali, ambjentali, tas-saħħa u oħrajn . Ir-riċerka hija integrali biex ikunu ffaċċjati dawn l-isfidi konfliġġenti. Il-kompetittività ta' l-industrija tal-futur ser tiddependi ħafna fuq in-nanoteknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħhom. L-RTŻ fin-nanoxjenzi u n-nanoteknologiji integrati minn bosta oqsma jistgħu jaċċeleraw it-trasformazzjoni ta' l-industrija Ewropea. L-UE għandha pożizzjoni rikonoxxuta ta' leadership f'oqsma bħan-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji tal-produzzjoni, li għandha tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata u miġjuba 'l quddiem il-pożizzjoni ta' l-UE f'kuntest globali ta' kompetizzjoni qawwija. Il-kompetittività ta' industriji aktar maturi hija wkoll ferm dipendenti fuq il-kapaċità tagħhom li jintegraw teknoloġiji ġodda.

Element ewlieni ta' din it-tema hija l-integrazzjoni effettiva tan-nanoteknoloġija, ix-xjenzi dwar il-materjali, id-disinn u metodi ta' produzzjoni ġodda, sabiex jitwettqu u jkunu massimizzati l-impatti għat-trasformazzjoni industrijali u, fl-istess ħin, ikun hemm appoġġ għall-produzzjoni u konsum sostenibbli. F'dan ir-rigward, materjali bi proprjetajiet ġodda huma partikolarment importanti għall-kompetittività futura ta' l-industrija Ewropea u l-bażi għal progress teknoloġiku f'ħafna oqsma. It-tema ser tappoġġa attivitajiet industrijali li joperaw b'sinerġija ma' temi oħra. L-applikazzjonijiet fis-setturi u fl-oqsma kollha ser ikunu appoġġati inklużi x-xjenzi u t-teknoloġiji tal-materjali, il-proċessi u teknoloġiji tal-manifattura b'rendiment għoli, in-nanobijoteknoloġija u n-nanoelettronika.

L-approċċ għall-perijodu medju huwa li tiffoka fuq konverġenza ta' għarfien u ħiliet miġbura minn dixxiplini differenti li jesplojtaw sinerġiji xjentifiċi u teknoloġiċi mmotivati mill-applikazzjonijiet. Għall-perijodu fit-tul it-tema timmira li tikkapitalizza fuq il-prospetti enormi tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji għall-ħolqien ta' industrija u ekonomija verament imsejsa fuq l-għarfien. Fiż-żewġ każijiet ikun essenzjali li jkun żgurat l-adozzjoni ta' l-għarfien iġġenerat permezz ta' disseminazzjoni u l-użu effettivi tar-riżultati.

Ikunu żgurati kontribuzzjonijiet qawwija għall-ħtiġiet industrijali u komplimentarjetajiet permezz ta' inizjattivi u proġetti ffinanzjati, b'mod partikolari permezz ta' attivitajiet bħall-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej (eż. fl-oqsma potenzjali tal-kimika sostenibbli, l-enerġija, il-manifattura ġdida, il-ġenerazzjoni ta' l-enerġija, is-sigurtà industrijali, in-nanomediċina, l-azzar, it-tessili, iċ-ċeramika, is-settur forestali, eċċ) u appoġġ possibbli għal Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti.

It-tema hija partikolarment rilevanti għall-SMEs minħabba l-ħtiġijiet tagħhom u r-rwol fl-avvanz u l-użu tat-teknoloġiji. Oqsma ta' rilevanza partikolari jinkludu: in-nanostrumenti, nanogħodod u nanotagħmir kif ukoll sistemi aero-spazjali (minħabba l-konċentrazzjoni ta' SMEs b'rata ta' tkabbir għolja u ta' għarfien-intensiv f'dawn is-setturi); tessuti tekniċi inkluż il-kisi tagħhom (tipiku ta' settur tradizzjonali għaddej minn proċess ta' trasformazzjoni mgħaġġla li qiegħed jeffettwa ħafna SMEs); industriji mekkaniċi (eż. l-għodod tal-magni – fejn l-SMEs Ewropej huma fuq quddiem fid-dinja), kimiċi ta' valur miżjud għoli, kif ukoll setturi oħra li jinvolvu ħafna SMEs li jibbenefikaw mill-introduzzjoni ta' mudelli ta' negozju, materjali u prodotti ġodda.

Azzjonijiet speċifiċi għall-koordinazzjoni tal-programmi u l-attivitajiet konġunti mmexxija fuq livell nazzjonali u reġjonali ser jitwettqu permezz ta' l-iskemi ERA-NET u ERA-NET+ sabiex ikun hemm promozzjoni tal-konverġenza fil-programmi ta' riċerka, u sabiex tissaħħaħ il-massa kruċjali u s-sinerġiji fi ħdan il-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej. Ir-riċerka industrijali ser tibbenefika wkoll mill-koordinazjoni ta' attivitajiet f'oqsma bħall-metroloġija, it-tossikoloġija, l-istandards u n-nomenklatura.

Attivitajiet

Nanoxjenzi u Nanoteknoloġiji

L-għan huwa l-ħolqien ta' materjali u sistemi b'karatteristiċi u aġir definiti minn qabel, ibbażati fuq aktar għarfien u esperjenza ma' materja fuq skala nano. Dan iwassal għal ġenerazzjoni ġdida ta' prodotti u servizzi kompetittivi b'valur għoli u rendiment superjuri fuq firxa ta' applikazzjonijiet, waqt li jimminimizza l-impatti negattivi potenzjali fir-rigward ta' l-ambjent u s-saħħa. L-interdixxiplinarjetà, li tintegra l-strateġiji teoretiċi u sperimentali, ser tkun inkoraġġita.

L-enfasi ser tkun fuq:

l-għarfien ġdid dwar l-interazzjonijiet ta' l-atomi, il-molekuli u l-aggregazzjoni tagħhom ma' entitajiet kemm naturali u kemm artifiċjali;

ir-realizzazzjoni ta' nanostrutturi, sistemi jew materjali bl-użu ta' dan l-għarfien;

l-attivitajiet immirati lejn il-fehim jew l-imitazzjoni tal-proċessi naturali fuq skala nanometrika;

il-proċessi għal nanofabrikazzjoni, funzjonalizzazjoni tal-wiċċ, saffi irqaq, karatteristiċi ta' tagħqid awtomatiku;

il-metodi u proċessi għat-teħid tal-miżuri u l-karatterizzazzjoni.

Ir-riċerka ser tindirizza wkoll l-istrumenti, linji-pilota u attivitajiet ta' dimostrazzjoni rilevanti meħtieġa għal strateġiji ġodda ħafna lejn il-manifattura bbażata fuq in-nanoteknoloġija fis-setturi industrijali l-aktar promettenti.

Barra minn hekk, l-attività ser tiffoka fuq sfidi relatati u l-kuntest soċjali u l-aċċettazzjoni tan-nanoteknoloġija. Dan ser jinkludi riċerka fuq kull aspett tal-valutazzjoni tar-riskju (per eż n-nanotossikoloġija u l-ekotossikoloġija) kif ukoll is-sigurtà, in-nomenklatura, il-metroloġija u l-istandards li qegħdin isiru aktar importanti sabiex iħejju t-triq għall-applikazzjonijiet industrijali. Jistgħu jkunu mibdija ukoll azzjonijiet speċifiċi għall-istabbiliment ta' ċentri ta' għarfien u kompetenza dedikati kif ukoll bħala punt fokali għall-implimentazzjoni ta' l-strateġija integrat u responsabbli tal-Kummissjoni lejn in-nanoteknoloġija kif imfisser fil-qosor fil-Pjan ta' Azzjoni assoċjat (35).

Materjali

Materjali u wċuħ avvanzati ġodda b'kontenut ta' għarfien akbar, funzjonalitajiet ġodda u rendiment imtejjeb huma dejjem aktar kruċjali għall-kompetittività industrijali u l-iżvilupp sostenibbli. Skond il-mudelli l-ġodda għall-industrija tal-manifattura, huma l-materjali stess li qegħdin isiru l-ewwel pass għaż-żieda fil-valur tal-prodotti u r-rendiment tagħhom, aktar milli l-passi ta' l-ipproċessar.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq l-iżvilupp ta' uċuħ multifunzjonali u materjali ġodda bbażati fuq l-għarfien b'karatteristiċi mfassla apposta u prestazzjoni prevedibbli għal prodotti u proċessi ġodda kif ukoll għat-tiswija tagħhom. L-enfasi tkun fuq materjali multifunzjonali bi prestazzjoni għolja b'firxa wiesa' ta' applikazzjonijiet.

Dan jirrikjedi l-kontroll ta' propjetajiet u prestazzjoni intrinsiċi, proċessar u produzzjoni, u li jingħata każ ta' l-impatti potenzjali fuq is-saħħa u l-ambjent maċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kollu. L-enfasi ser tkun fuq materjali u sistemi ġodda avvanzati miksuba bl-użu tal-potenzjal tan-nanoteknoloġiji u l-bijoteknoloġiji u/jew it-“tagħlim min-natura”, b'mod partikolari nanomaterjali, bijomaterjali, materjali ibridi b'rendiment għoli u materjali artifiċjali bi proprjetajiet elettromanjetiċi li ma jinsabux fin-natura.

Ser jitrawwem approċċ multidixxiplinari, li jinvolvi l-kimika, il-fiżika, ix-xjenzi ta' l-inġinerija inkluż l-immudellar bil-kompjuter u, dejjem aktar, ix-xjenzi bijoloġiċi. Il-karatterizzazzjoni, l-iddisinjar u s-simulazzjoni tal-materjali huma wkoll essenzjali għall-għarfien aħjar tal-fenomena tal-materjali, b'mod partikolari r-relazzjonijiet bejn struttura u propjetà fuq skali differenti; sabiex ikun hemm titjib fil-valutazzjoni u l-affidabbiltà tal-materjali inkluża r-reżistenza għat-tiqdim, u sabiex ikun estiż il-kunċett tal-materjali virtwali għall-iddisinjar tal-materjali. L-integrazzjoni tal-livelli nano-molekulari-macro fil-kimiċi u l-materjali fuq teknoloġiji tal-materjali ser ikunu appoġġati għall-iżvilupp ta' kunċetti u proċessi ġodda bħall-katalisi u l-intensifikazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-proċessi. Ser ikunu indirizzati wkoll kwistjonijiet relatati ma' l-iżvilupp tal-proċess u maż-żieda u l-industrijalizzazzjoni ta' materjali ġodda.

Produzzjoni Ġdida

Hemm il-ħtieġa ta' strateġija ġdid lejn il-manifattura għat-trasformazzjoni ta' l-industrija ta' l-UE minn ambjent industrijali mitfugħ fuq ir-riżorsi għal wieħed mitfugħ fuq l-għarfien u dan jiddependi fuq l-adozzjoni ta' attitudnijiet kompletament differenti lejn l-akkwist, l-użu, il-ħarsien u l-finanzjament kontinwi ta' għarfien ġdid u l-użu tiegħu, inkluż lejn produzzjoni u modi ta' konsum sostenibbli. Dan jimplika l-ħolqien tal-kondizzjonijiet xierqa għall-industrija biex teżerċità innovazzjoni kontinwa (f'attivitajiet industrijali u sistemi ta' produzzjoni, inklużi ddisinjar, kostruzzjoni, apparat u servizzi) u għall-iżvilupp ta' “assi” tal-produzzjoni ġeneriċi (teknoloġiji, organizzazzjoni u faċilitajiet ta' produzzjoni kif ukoll riżorsi tal-bniedem) filwaqt li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' sikurezza u dawk ambjentali.

L-attivitajiet ser jiffokaw fuq:

l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' mudelli u strateġiji industrijali ġodda li jkopru l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott u l-proċess;

sistemi ta' produzzjoni adattivi li jirbħu l-limitazzjonijiet eżistenti tal-proċess u jippermettu metodi ġodda ta' manifattura u pproċessar;

produzzjoni fuq netwerk għall-iżvilupp ta' għodod u metodi għal operazzjonijiet kooperattivi u b'valur miżjud fuq skala globali;

għodod għat-trasferiment u l-integrazzjoni mgħaġġla ta' teknoloġiji ġodda fl-iddisinjar u l-operazzjoni tal-processi tal-manifattura;

l-esplojtazzjoni ta' netwerks ta' riċerka multidixxiplinari u tal-konverġenza tat-teknoloġiji nano-, micro, bijo-, ġeo, info-, ottiċi u konjittivi għall-iżvilupp ta' teknoloġiji, prodotti u kunċetti ta' l-inġinerija ġodda, ibridi u ta' valur miżjud u l-possibilità ta' industriji ġodda.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-promozzjoni ta' attivitajiet li jsostnu l-adattament u l-integrazzjoni ta' l-SMEs għall-ħtiġiet ġodda tal-katina ta' provvista kif ukoll biex jingħata impuls lill-ħolqien ta' SMEs ta' teknoloġija avvanzata.

Integrazzjoni tat-teknoloġiji għall-applikazzjonijiet industrijali

L-integrazzjoni ta' l-għarfien u t-teknoloġiji tat-tliet oqsma ta' riċerka msemmija hawn fuq huma essenzjali sabiex titħaffef it-trasformazzjoni ta' l-industrija Ewropea u l-ekonomija tagħa, waqt li tiġi adottata strateġija sikura, soċjalment responsabbli u sostenibbli.

Ir-riċerka ser tiffoka fuq applikazzjonijiet ġodda u soluzzjonijiet ġodda ta' bidla notevoli bħala reazzjoni għal sfidi importanti, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta' l-RTŻ inklużi dawk identifikati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej differenti. L-integrazzjoni ta' għarfien ġdid minn nanoteknoloġiji, dawk ta' materjali u ta' produzzjoni ser ikunu appoġġati f'applikazzjonijiet settorjali u dawk mifruxa fuq aktar minn settur wieħed bħas-saħħa, l-ikel, il-kostruzzjoni u l-bini inkluż il-wirt kulturali, l-industrija aero-spazjali, it-trasport, l-enerġija, il-kimika, l-ambjent, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, it-tessili, il-ħwejjeġ u ż-żraben, l-industrija bbażata fuq il-foresti, l-azzar, l-inġinerija mekkanika u kimika, kif ukoll fis-suġġetti ġeneraliċi tas-sikurezza industrijali u fil-kejl u fl-ittestjar.

Kooperazzjoni internazzjonali

Id-dimensjoni dejjem aktar internazzjonali tar-riċerka industrijali titlob strateġija koordinat sew għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Għalhekk, il-kooperazzjoni internazzjonali ser tkun importanti fit-tema kollha.

Azzjonijiet speċifiċi jistgħu jinkludu: attivitajiet ma pajjiżi industrijalizzati u dawk li ffirmaw ftehim ta' kooperazzjoni S&T (xjenza u teknoloġija) fl-oqsma tat-Tema; inizjattivi speċifiċi ma' ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex ikun żgurat li jkollhom aċċess għall-għarfien; djalogu ma' pajjiżi kbar dwar “kodiċi ta' kondotta” għall-iżvilupp responsabbli u bla periklu tan-nanoteknoloġija; u l-iskema ta' Sistemi ta' Manifattura Intelliġenti (IMS) li tippermetti l-kooperazzjoni RTŻ bejn ir-reġjuni membri tagħha (36). Inizjattivi għall-koordinazzjoni u l-iskambju ta' data mir-riċerka se jkunu mħeġġa (bħal fi kwistjonijiet ambjentali u tas-sikurezza tas-saħħa fil-każ tan-nanoteknoloġiji), li jwittu t-triq għal fehim komuni tal-ħtiġijiet regolatorji minn dawk li jifformulaw il-politika madwar id-dinja.

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Se tkun implimentata riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti, b'mod partikolari għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tal-kapaċitajiet Ewropej f'oqsma ta' riċerka specifiċi emerġenti u interdixxiplinari b'potenzjal kbir għall-futur. Kwalunkwe ħtiġijiet ta' politika mhux previsti se jiġu ttrattati b'mod flessibbli u jistgħu, per eżempju, jirrelataw ma' l-istandardizzazzjoni, ma' l-appoġġ għat-trasformazzjoni sikura lejn industrija bbażata fuq l-għarfien, jew ma' l-impatti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa li jirriżultaw min-nanoteknoloġiji.

5.   ENERĠIJA

Objettiv

L-adattazzjoni tas-sistema attwali ta' enerġija f'waħda iktar sostenibbli, inqas dipendenti fuq il-karburanti importati, ibbażata fuq taħlita varja ta' sorsi ta' enerġija, b'mod partikolari dawk rinnovabbli, it-trasportaturi ta' l-enerġija u s-sorsi li ma jniġġsux; it-tisħiħ ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, inkluż bir-razzjonalizzazzjoni ta' l-użu u l-ħażna ta' l-enerġija; l-indirizzar ta' l-isfidi urġenti tas-sigurtà tal-provvista u l-bidla fil-klima, filwaqt li tiżdied il-kompetittività ta' l-industriji ta' l-Ewropa.

Approċċ

Projezzjonijiet attwali fl-UE u madwar id-dinja juru li l-biċċa l-kbira ta' l-indikaturi kruċjali dwar l-enerġija (eż. il-konsum ta' l-enerġija, id-dipendenza fuq il-fjuwils-fossili, in-natura temporanja taż-żejt konvenzjonali u r-riżervi tal-gass naturali, id-dipendenza fuq l-importazzjoni, emissjonijiet tas-CO2, il-prezzijiet ta' l-enerġija) mixjin 'il bogħod minn sistema ta' enerġija sostenibbli u affidabbli. Ir-riċerka dwar l-enerġija ser tiffaċilita l-qlib ta' dawn ix-xejriet, billi ssib bilanċ bejn żieda fl-effiċjenza, kemm il-prezzijiet ikunu jintlaħqu, is-sigurtà tat-teknoloġiji u sorsi ta' enerġija eżistenti u kemm huma aċċettabbli, waqt li, fl-istess ħin, timmira lejn bidla fuq terminu ta' żmien twil fil-mod kif l-Ewropa tiġġenera u tikkonsma l-enerġija. Ir-riċerka dwar l-enerġija b'hekk tikkontribwixxi b'mod dirett lejn is-suċċess tal-politika Komunitarja u, b'mod partikolari, it-twettiq tal-miri ta' l-UE attwali u tal-futur dwar l-enerġija u t-tnaqqis tal-gassijiet b'effett serra.

Wara strateġija b'firxa wiesgħa ta' teknoloġiji, skond il-konklużjonijiet tal-Green Paper ta' l-2000 “Lejn strateġija Ewropea għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija” (37), il-Green Paper ta' l-2005 dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija (38) u l-Green Paper ta' l-2006 dwar Strateġija Ewropea għall-enerġija sostenibbli, kompetittiva u sigura (39), ir-riċerka ser tiffoka fuq l-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji kost-effettivi għal ekonomija ta' l-enerġija aktar sostenibbli għall-Ewropa (u madwar id-dinja), ibbażata fuq spejjeż ta' l-enerġija li jistgħu jintlaħqu għaċ-ċittadini u l-industriji tagħna, u tippermetti lill-industrija Ewropea tikkompeti b'suċċess fuq livell globali. L-attivitajiet ser jindirizzaw l-orizzonti ta' żmien kollha, separatament jew flimkien, u jħaddnu l-katina kollha minn riċerka u żvilupp teknoloġiku fundamentali u applikati sa dimostrazzjoni tat-teknoloġija fuq skala kbira, imsaħħa minn riċerka mifruxa fuq diversi oqsma u soċjo-ekonomika għall-validazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-provvediment ta' bażi razzjonali għad-deċiżjonijiet ta' politika u l-iżvilupp tal-qafas tas-suq.

Kull fejn ikun possibbli, ikun adottat approċċ integrat, li jistimula r-reazzjonijiet meħtieġa u l-kooperazzjoni bejn id-diversi partijiet interessati kkonċernati. Azzjonijiet integrati li jaqsmu jew jesplojtaw is-sinerġiji bejn l-oqsma ta' riċerka differenti ser ikunu mħeġġa.

It-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur Ewropew ta' l-enerġija, iffaċċjat minn kompetizzjoni globali qawwija, huwa għan importanti ta' din it-Tema, li jipprovdi l-kapaċità lill-industrija Ewropea li żżomm u tiżviluppa l-pożizzjoni ta' tmexxija dinjija tagħha f'teknoloġiji u materjali prinċipali għall-ġenerazzjoni u l-effiċjenza ta' l-enerġija. Dan ser ikun jeħtieġ sforzi kbar fir-rigward tar-R&Ż u l-kollaborazzjoni internazzjonali. B'mod partikolari, l-SMEs huma atturi importanti fis-settur ta' l-enerġija u għandhom rwol maġġuri u ser ikunu ċentrali fil-promozzjoni ta' l-innovazzjoni. Parteċipazzjoni qawwija min-naħa tagħhom f'attivitajiet ta' riċerka u dimostrazzjoni huma essenzjali u ser jiġu promossi b'mod attiv.

L-aġendi ta' riċerka strateġika u l-istrateġiji ta' użu żviluppati mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej huma kontribut importanti għall-prijoritajiet ta' riċerka fit-Tema. Tali pjattaformi huma stabbiliti fuq iċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu u l-fotovoltajċi u l-kunċett qiegħed ikun estiż għall-bijokarburanti, il-ġenerazzjoni ta' l-enerġija b'emissjoni żero u netwerks ta' l-elettriku tal-futur u oqsma oħra relatati ma' l-enerġija. Azzjonijiet li jsaħħu l-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali ser ikunu segwiti kull meta jkun xieraq.

Iżjed effiċjenza fis-sistema kollha ta' l-enerġija, mis-sors għall-utent, hija essenzjali u l-bażi tat-Tema ta' l-Enerġija kollha. Ir-rikonoxximent tal-kontribut importanti tagħhom għal sistemi ta' l-enerġija sostenibbli, dawk rinovabbli u l-effiċjenza ta' l-enerġija għall-użu aħħari fil-futur ser ikun il-parti prinċipali ta' din it-Tema. Ser tingħata attenzjoni partikolari lill-istimulazzjoni ta' riċerka, żvilupp u demostrazzjoni u promozzjoni tal-bini ta' kapaċità f'dan il-qasam. F'dan ir-rigward ser jiġu sfruttati b'mod sħiħ sinerġiji mal-komponent tal-Programm ta' Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa tal-Programm dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. Il-potenzjal għal inizjattivi futuri fuq skala kbira li jintegraw finanzjament minn diversi sorsi (eż. JTI) ser jiġi esplorat ukoll.

Sabiex tissaħħaħ id-disseminazzjoni u l-użu tar-riżultati tar-riċerka, id-disseminazzjoni tat-tagħrif u t-trasferiment tar-riżultati, inkluż lil dawk li jifformulaw il-politika, se jkunu appoġġati fl-oqsma kollha.

Attivitajiet

L-idroġenu u ċ-ċelloli tal-kombustjoni (fuel cells)

L-istrateġija integrata ta' riċerka u użu żviluppata mill-Pjattaforma Ewropea dwar it-Teknoloġija taċ-Ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu tipprovdi bażi għal programm integrat strateġiku għat-trasport u applikazzjonijiet stazzjonarji jew mobbli, immirat lejn bażi teknoloġika qawwija għall-ħolqien ta' industrija kompetittiva tal-provvista u tagħmir taċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-UE. Il-programm ser jinkludi: riċerka fundamentali u applikata u żvilupp teknoloġiku; proġetti ta' dimostrazzjoni fuq skala xierqa sabiex jivvalidaw ir-riżultati tar-riċerka u jipprovdu reazzjoni għal aktar riċerka; attivitajiet ta' riċerka mifruxa fuq diversi oqsma u soċjo-ekonomiċi inklużi kwistjonijiet ta' infrastruttura li jirfdu strateġiji ta' transizzjoni sodi u jipprovdu bażi razzjonali għal deċiżjonijiet ta' politika u żvilupp tal-qafas tas-suq.

Ir-riċerka industrijali applikata u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni mifruxa fuq diversi oqsma tal-programm jistgħu jiġu implimentati permezz ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta. Din l-azzjoni, maniġġata strateġikament u mmirata lejn l-għan, ser tkun komplimentata u koordinata mill-qrib ma' sforz kollaborattiv ta' riċerka fuq livell aktar għoli immirat sabiex jikseb skoperti importanti dwar materjali, proċessi u teknoloġiji emerġenti.

Ġenerazzjoni ta' l-elettriku li jiġġedded

Ir-riċerka dwar, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji integrati għall-produzzjoni ta' l-elettriku minn materjali rinovabbli, adatti għal kondizzjonijiet reġjonali differenti fejn jista' jiġi identifikat potenzjal ekonomiku u tekniku suffiċjenti, sabiex jipprovdu l-mezzi għal żieda sostanzjali fis-sehem tal-produzzjoni ta' l-elettriku li jiġġedded fl-UE. Ir-riċerka għandha żżid l-effiċjenza ġenerali fil-konverżjoni, l-effiċjenza fl-ispejjeż, tnaqqas b'mod sinifikanti l-ispiża għall-produzzjoni ta' l-elettriku minn riżorsi ta' l-enerġija indiġeni u rinovabbli inkluża l-frazzjoni bijodigradibbli ta' l-iskart, ittejjeb l-affidabbiltà tal-proċess u tkompli tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent u telimina ostakli eżistenti. L-enfasi ser tkun fuq fotovoltaics, riħ u bio-mass inkuz l-CHP. Barra minn hekk, ir-riċerka ser timmira biex tirrealizza l-potenzjal sħiħ ta' sorsi oħra ta' l-enerġija rinovabbli: ġeotermali, mix-xemx, l-oċeani (eż. enerġija mill-mewġ, mill-marea) u idroenerġija.

Produzzjoni tal-fjuwils rinovabbli

Ir-riċerka dwar, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' sistemi ta' produzzjoni ta' karburanti u teknoloġiji ta' konverżjoni mtejba għall-produzzjoni sostenibbli u katini ta' provvista ta' karburanti solidi, likwidi u forma ta' gass mill-bijomassa (inkl. frazzjoni bijodigradibbli mill-iskart). L-enfasi għandha tkun fuq tipi ġodda ta' bijokarburanti b'mod partikolari dawk għat-trasport u għall-elettriku kif ukoll fuq rotot ġodda ta' produzzjoni, ħażna u distribuzzjoni għall-bijokarburanti eżistenti, inkluża l-produzzjoni integrata ta' l-enerġija u prodotti oħra b'valur miżjud permezz tal-bijoraffineriji. Bil-għan li jkun hemm aktar benefiċċji mis-'sors sa l-utent' tal-karbonju, ir-riċerka ser tiffoka fuq iż-żieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija, it-titjib fl-integrazzjoni tat-teknoloġija u l-użu ta' materja prima (feedstock). Ser ikunu inklużi kwistjonijiet bħal loġistika tal-materja prima, riċerka pre-normattiva u l-istandardizzazzjoni għal użu bla periklu fit-trasport u applikazzjonijiet stazzjonarji. Sabiex ikun esplojtat il-potenzjal għall-produzzjoni ta' l-idroġenu li jiġġedded, ikun hemm appoġġ għal proċessi bbazati fuq il-bijomassa, l-elettriku li jiġġedded u l-enerġija mix-xemx.

Enerġiji rinnovabbli għall-kontroll tas-sħana u l-kesħa

Ir-riċerka dwar, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' firxa ta' teknoloġiji u tagħmir inklużi teknoloġiji ta' ħażna sabiex jiżdied il-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ attiv u passiv permezz ta' sorsi ta' l-enerġija rinovabbli biex ikun hemm kontribut lejn enerġija sostenibbli. L-għan huwa li jkun hemm tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet, żieda fl-effiċjenza, aktar tnaqqis fl-impatti fuq l-ambjent u l-użu mtejjeb tat-teknoloġiji f'kondizzjonijiet reġjonali differenti fejn jista' jiġi identifikat potenzjal ekonomiku u tekniku suffiċjenti. Ir-riċerka u d-dimostrazzjoni għandhom jinkludu sistemi u komponenti ġodda għal applikazzjonijiet industrijali (inkl. d-desalinizzazzjoni termali ta' l-ilma baħar), tisħin u tkessiħ ta' l-ispazji distrettwali u/jew dedikati, l-integrazzjoni tal-bini u l-ħażna ta' l-enerġija.

Teknoloġiji għall-qbid u l-ħażna tas-CO2 għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija b'emissjoni żero

Il-fjuwils-fossili, inevitabbilment, ser jibqgħu jagħtu sehem sinifikanti mit-taħlita ta' enerġija għal għexieren ta' snin. Sabiex dan ikun kompatibbli ma' l-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward tal-bidla fil-klima, hemm ħtieġa ta' tnaqqis drastiku fl-impatti ambjentali negattivi tal-fjuwils-fossili, li jimmira lejn ġenerazzjoni ta' l-enerġija u/jew is-sħana effiċjenti u kost-effettivi ħafna b'emissjonijiet viċin iż-żero. Ir-riċerka dwar, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji effiċjenti, kost-effettivi u affidabbli għall-qbid u l-ħażna tas-CO2, b'mod partikolari l-ħażna taħt l-art, huma kruċjali fit-tipi differenti ta' ġibjuni ġeoloġiċi tas-CO2, immirati lejn tnaqqis fil-prezz tal-qbid u l-ħażna tad-CO2 sa anqas minn 20€/tunellata metrika, b'rati ta' qbid ta' aktar minn 90 %, kif ukoll li juru l-istabbiltà, sigurtà u affidabbiltà fuq termini ta' żmien twal tal-ħażna tas-CO2.

Teknoloġiji ta' faħam nadif

Impjanti ta' l-enerġija li jużaw il-faħam għadhom il-qofol tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku madwar id-dinja, iżda għandhom potenzjal konsiderevoli għal kisba ta' aktar effiċjenza u tnaqqis fl-emissjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tas-CO2. Sabiex iżommu l-kompetittività u jagħtu kontribut għall-konservazzjoni tar-riżorsi u l-ġestjoni ta' l-emissjonijiet ta' CO2, ir-riċerka dwar, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji għall-konverżjoni nadifa tal-faħam u ta' idrokarboni solidi oħra ser ikunu appoġġati, kemm għal impjanti ta' l-enerġija eżistenti kif ukoll għal dawk futuri. Teknoloġiji ta' konverzjoni, inklużi proċessi kimiċi, li jipproduċu trasportaturi ta' l-enerġija sekondarji (inkluż l-idrogenu) u karburanti likwidi u forma ta' gass ser jiġu appoġġati wkoll. Dan iwassal għal żieda sinifikanti fl-effiċjenza u l-affidabbiltà ta' l-impjanti, tnaqqis fl-emissjonijiet li jniġġżu u tnaqqis fl-ispejjeż totali, taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni diversi. Bl-għan li, fil-futur, ikun hemm ġenerazzjoni ta' l-enerġija b'emissjoni żero, dawn l-attivitajiet ser ikunu konnessi ma' u se jħejju għal teknolġiji tal-qbid u l-ħażna tas-CO2 u l-użu konġunt tal-bijomassa.

Netwerks ta' enerġija intelliġenti

Sabiex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni għal sistema ta' enerġija aktar sostenibbli, hemm il-ħtieġa ta' sforz R&D wiesa' sabiex iżid l-effiċjenza, il-flessibilità, is-sigurtà, l-affidabbiltà u l-kwalità tas-sistemi u n-netwerks Ewropej ta' l-elettriku u l-gass partikolarment fi ħdan il-kuntest ta' suq ta' l-enerġija Ewropew aktar integrat. Għan-netwerks ta' l-elettriku, l-għanijiet tat-trasformazzjoni tal-grids ta' l-elettriku eżistenti f'netwerk ta' servizz reżistenti u interattivi (klijenti/operaturi), il-kontroll tal-flussi fiż-żmien u t-tneħħija ta' l-ostakoli għall-użu fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta' sorsi ta' enerġija rinovabbli u ġenerazzjoni distribwita (eż. ċelluli tal-fjuwil, mikroturbini, magni bil-moviment alternat) ser jeħtieġu r-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji importanti li jagħmlu żviluppi oħra possibbli (eż. soluzzjonijiet innovattivi ICT, teknoloġiji tal-ħażna għar-RES, elettronika ta' l-enerġija u tagħmir konduttivi ħafna) inkluż l-iżvilupp ta' għodod ġodda ta' kontroll u affidabilità għas-sistemi ta' l-elettriku. Għan-netwerks tal-gass, l-għan huwa li jkunu dimostrati proċessi u sistemi aktar intelliġenti u effiċjenti għat-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass, inklużi l-integrazzjoni effettiva tas-sorsi ta' l-enerġija rinovabbli u l-użu ta' bijogass fin-netwerks eżistenti.

Effiċjenza u ffrankar ta' enerġija

Il-potenzjal enormi għall-iffrankar fil-konsum ta' l-enerġija finali u primarju u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija (40) iridu jiġu sfruttati permezz ta' riċerka dwar, l-ottimizzazzjoni, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta' kunċetti ġodda, l-ottimizzazzjoni ta' kunċetti u teknoloġiji ppruvati u ġodda għall-bini, is-servizzi u l-industrija. Dan jinkorpora l-kombinament ta' strateġiji u teknoloġiji sostenibbli għal aktar effiċjenza ta' l-enerġija, l-użu ta' enerġija li tiġġedded u ko- u poli-ġenerazzjoni u l-integrazzjoni ta' miżuri u għodda li jimmaniġġaw it-talba fuq skala kbira fl-ibliet u l-komunitajiet, u d-dimostrazzjoni ta' bini b'impatt klimatiku minimu (bini ekoloġiku). Dawn l-azzjonijiet fuq skala kbira jistgħu jkunu appoġġati minn R&Ż innovattivi li jindirizzaw komponenti jew teknoloġiji speċifiċi, eż. il-poli-ġenerazzjoni u l-bini ekoloġiku (inkluż id-dawl). Għan importanti huwa l-ottimizzazzjoni tas-sistemi ta' l-enerġija tal-komunitajiet lokali billi jibbilanċja tnaqqis sinifikanti fit-talba għall-enerġija mas-soluzzjonijiet ta' provvista l-aktar sostenibbli u bi prezz li jintlaħaq, inkluż l-użu ta' karburanti ġodda fi flotot dedikati (41).

Għarfien għat-tfassil tal-politika ta' l-enerġija

L-iżvilupp ta' għodod, metodi u mudelli għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali ewlenin relatati mat-teknoloġiji ta' l-enerġija. L-attivitajiet se jinkludu l-bini ta' bażijiet tat-tagħrif u xenarji għal UE akbar u l-valutazzjoni ta' l-impatt tal-politika dwar l-enerġija jew relatata ma' l-enerġija fuq is-sigurtà tal-provvista, l-ambjent, is-soċjetà u l-kompetittività ta' l-industrija ta' l-enerġija u kwistjonijiet ta' aċċettabbiltà pubblika. L-impatt tal-progress teknoloġiku fuq il-politika tal-Komunità huwa ta' interess partikolari. L-attivitajiet ser jinkludu appoġġ xjentifiku għall-iżvilupp tal-politika.

Koperazzjoni internazzjonali

Minħabba n-natura globali ta' l-isfidi, it-theddid u l-opportunitajiet, il-kollaborazzjoni internazzjonali hija element dejjem aktar importanti tar-riċerka dwar l-enerġija. Azzjonijiet speċifiċi ser jappoġġaw inizjattivi kooperattivi multilaterali ta' importanza strateġika, bħas-Sħubija Internazzjonali għall-Ekonomija ta' l-Idroġenu (IPHE), il-Forum tat-Tmexxija fis-Sekwestrar tal-Karbonju (CSLF) u l-Koalizzjoni ta' Johannesburg dwar l-Enerġija li Tiġġedded (JREC). Azzjonijiet speċifiċi oħra ser ikunu appoġġati, billi jkunu indirizzati kwistjonijiet bħal konsegwenzi fuq l-ambjent tal-politika dwar l-enerġija, l-interdipendenza tal-provvisti ta' l-enerġija, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-bini tal-kapaċità u ser jimpenjaw lill-ekonomiji emerġenti bi ħtiġijiet ta' enerġija sinifikanti.

Il-Kooperazzjoni Xjentifika Internazjonali fil-qasam ta' l-enerġija ser tappoġġa wkoll l-għan ta' l-Inizjattiva ta' l-UE dwar L-Enerġija għall-eliminazzjoni tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli (EUEI) mnieda fis-Summit Dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD), jiġifieri li jkun hemm kontribut għall-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju (MDGs) permezz tal-provvista ta' aċċess affidabbli u li jista' jintlaħaq għal enerġija sostenibbli għall-fqar.

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Riċerka dwar ħtiġijiet emerġenti ser tgħin sabiex tidentifika u tesplora opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda fil-qasam tal-provvista, il-konverżjoni, l-użu u s-sostenibbiltà ta' l-enerġija, ħafna drabi f'kombinament ma' oqsma u dixxiplini oħra, bħal bijoteknoloġija u materjali u proċessi ta' produzzjoni ġodda. Ħtiġijiet ta' politika mhux previsti fejn jista' jkun hemm il-bżonn ta' reazzjoni mgħaġġla jinkludu, per eżempju, l-iżvilupp ta' azzjonijiet internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u r-reazzjoni għal tħarbit jew instabbilità kbar fil-provvista jew il-prezz ta' l-enerġija.

6.   AMBJENT (INKLUŻA L-BIDLA FIL-KLIMA)

Objettiv

Il-ġestjoni sostenibbli ta' l-ambjent u r-riżorsi tiegħu permezz ta' progress fl-għarfien tagħna dwar l-interazzjonijiet bejn il-klima, il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, u l-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda, biex il-kwistjonijiet globali ta' l-ambjent jiġu indirizzati b'mod integrat. Ser issir enfasi fuq it-tbassir tal-bidla fil-klima, l-ekoloġija u s-sistemi ta' l-art u ta' l-ibħra, fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, it-tnaqqis ta' u l-adattament għall-pressjonijiet u r-riskji ambjentali inklużi dawk fuq is-saħħa, kif ukoll għas-sostenibbiltà ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.

Approċċ

Il-ħarsien ta' l-ambjent huwa essenzjali għal kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku. Ladarba r-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent maħluq mill-bniedem huma taħt pressjoni mill-popolazzjoni li qegħda tikber, l-urbanizzazzjoni, il-kostruzzjoni, l-espansjoni kontinwa ta' l-agrikoltura, l-akwakultura u s-sajd, it-trasport u s-setturi ta' l-enerġija, l-użu ta' l-art kif ukoll il-varjabbiltà tal-klima u t-tisħin fuq skala lokali, reġjonali u lokali, l-isfida li qegħda tiffaċċja l-UE hija li tiżgura tkabbir kontinwu u sostenibbli waqt li, fl-istess ħin, tnaqqas l-impatti negattivi fuq l-ambjent. Il-kooperazzjoni ma' l-Ewropa kollha hija mmotivata mill-fatt li l-pajjiżi, ir-reġjuni u l-ibliet qegħdin jiffaċċjaw problemi ambjentali komuni u li hemm il-ħtieġa ta' massa kritika minħabba l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta' kumplessità tar-riċerka dwar l-ambjent. Tali kooperazzjoni tiffaċilita wkoll l-ippjanar komuni, l-użu ta' bażijiet tat-tagħrif konnessi u interoperabbli, u l-iżvilupp ta' indikaturi komuni, ta' metodoloġiji ta' valutazzjoni u ta' sistemi koerenti u fuq skala kbira għall-osservazzjoni u t-tbassir. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni internazzjonali hija meħtiega sabiex l-għarfien ikun komplut u għal maniġġar aħjar fuq livell dinji.

Ir-riċerka dwar dan is-suġġett (42) ser tagħti kontribut għall-implimentazzjoni ta' l-impenji internazzjonali ta' l-UE u l-Istati Membri bħall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, il-protokolli ta' Kyoto u Montreal, l-inizjattivi tal-protokoll ta' wara Kyoto, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Konvenzjoni tan-NU kontra d-Deżertifikazzjoni, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu u s-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2002, inklużi fl-Inizjattiva ta' l-UE dwar l-Ilma (kif ukoll il-promozzjoni ta' produzzjoni u konsum sostenibbli). Ser tagħti kontribut ukoll fil-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima, l-inizjattiva ta' Grupp ta' Osservazzjoni tad-Dinja (GEO) u tqis il-Valutazzjoni ta' l-Ekosistema għall-Millenju. Barra minn hekk, ser tappoġġa wkoll il-ħtiġijiet ta' riċerka li joħorġu minn leġiżlazzjoni u linji politiċi eżistenti u emerġenti tal-Komunità (eż. Natura 2000, Reach), l-implimentazzjoni tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali, strateġiji tematiċi assoċjati (eż. strateġiji marittimi, tal-ħamrija) u strateġiji emerġenti oħra (eż. l-istrateġija dwar il-merkurju), u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar it-Teknoloġiji Ambjentali u dwar l-Ambjent u s-Saħħa.

Il-promozzjoni ta' teknoloġiji ambjentali innovattivi ser tagħti kontribut għat-twettiq ta' użu sostenibbli tar-riżorsi, għall-mitigazzjoni u l-addattament għall-bidla fil-klima, u għall-ħarsien ta' l-ekosistemi u l-ambjent magħmul mill-bniedem. Ir-riċerka ser tagħti kontribut ukoll għal żviluppi teknoloġiċi li jtejbu l-qagħda ta' l-intrapriżi Ewropej fis-suq, b'mod partikolari l-SMEs, f'oqsma bħat-teknoloġiji ambjentali. Il-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej, bħal dawk dwar il-provvistà ta' l-ilma u s-sanità, kimika sostenibbli u l-foresti, jikkonfermaw il-ħtieġa għal azzjoni fuq livell ta' l-UE u l-implimentazzjoni ta' partijiet rilevanti mill-aġendi ta' riċerka tagħhom se tkun appoġġata fl-attivitajiet imsemmija hawn taħt.

Il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali se tkun imsaħħa bit-twessigħ u t-tkabbir ta' l-ambitu ta' l-ERA-NETs eżistenti fir-riċerka ambjentali. (43)

Tingħata attenzjoni speċjali għat-tisħiħ tad-disseminazzjoni tar-rizultati tar-riċerka Komunitarja – ukoll permezz ta' l-esplojtazzjoni ta' sinerġiji ma' mekkaniżmi kumplimentari ta' finanzjament fuq livelli ta' l-UE u l-Istati Membri – u anki l-istimulazzjoni ta' l-adozzjoni tagħhom minn utenti finali rilevanti, bil-mira tkun, b'mod partikolari, lejn dawk li jifformulaw il-politika.

Fejn hu rilevanti, kunċetti integrati, għodod u strateġiji ta' ġestjoni se jiġu żviluppati taħt l-attivitajiet imsemmija hawn isfel. Se tkun assigurata l-koordinazzjoni ma' kwistjonijiet transversali (44). L-attivitajiet se jqisu l-aspetti soċjo-ekonomiċi ta' linji politiċi u teknoloġiji fejn dan hu rilevanti.

Attivitajiet

Bidla fil-klima, tniġġis u riskji

Pressjoni fuq l-ambjent u l-klima

Ir-riċerka integrata dwar kif taħdem il-klima u s-sistema terrestri u tal-baħar, inklużi r-reġjuni polari, hija meħtieġa sabiex ikun hemm osservazzjoni u analiżi ta' kif dawn is-sistemi evolvew fil-passat u tbassir ta' l-evolviment futur tagħhom, inklużi l-osservazzjonijiet, l-istudji sperimentali u l-immudellar avvanzat u bkont meħud ta' l-infurzar antropoġeniku. Dan se jippermetti l-iżvilupp ta' adattament effettiv u miżuri ta' mitigazzjoni dwar il-bidla fil-klima u l-impatt tagħha. Mudelli avvanzati dwar il-bidla fil-klima minn skala globali għal skala lokali se jiġu żviluppati u validati. Dawn il-mudelli se jkunu applikati sabiex ikun hemm valutazzjoni tal-bidliet, l-impatti potenzjali u l-limiti kruċjali (eż. għall-aċidità ta' l-oċean). Bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-atmosfera u ċ-ċiklu ta' l-ilma se jiġu studjati u se jkunu żviluppati strateġiji bbażati fuq ir-riskji li jqisu l-bidla fl-okkorrenza ta' nixfiet, maltemp u għargħar. Se ssir il-kwantifikazzjoni u l-istudju tal-baġit ta' gassijiet karboniċi u ta' serra (inklużi l-aerosols). Il-pressjoni fuq il-kwalità ta' l-ambjent u fuq il-klima mit-tniġġis naturali u antropoġeniku ta' l-arja, l-ilma u l-ħamrija se tiġi investigata, kif ukoll l-interazzjonijiet bejn l-atmosfera, is-saff ta' l-ożonu fl-istratosfera, il-wiċċ ta' l-art, is-silġ u l-oċeani. Tingħata konsiderazzjoni għall-mekkaniżmi ta' reazzjoni u bidliet f'daqqa (eż. iċ-ċirkolazzjoni fl-oċeani) u għall-impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-effetti ta' l-għoli tal-livell tal-baħar fuq iż-żoni kostali, u l-impatti fuq żoni sensittivi bħar-reġjuni muntanjużi.

Ambjent u saħħa

Ir-riċerka multidixxiplinari dwar l-interazzjoni bejn l-fatturi ta' riskju ambjentali u klimatiku u s-saħħa tal-bniedem hija meħtieġa bħala appoġġ għall-pjan ta' azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa u l-integrazzjoni ta' tħassib dwar is-saħħa pubblika u l-karatterizzazzjoni tal-mard relatati ma' riskji ambjentali emerġenti. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-impatt tal-bidla globali (bidla fil-klima, użu ta' l-art, globalizzazzjoni), esponiment multiplu minn rotot ta' esponiment differenti, l-identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis u pressjonijiet u vektors ambjentali ġodda jew emerġenti (eż. l-ambjent ta' ġewwa u ta' barra, kwistjonijiet relatati ma' l-ambjent urban, it-tniġġis ta' l-arja, kampijiet elettromanjetiċi, ħoss u l-esponiment għal sustanzi tossiċi inkluż l-iżvilupp ta' valutazzjoni tar-riskji integrati u metodoloġiji għas-sustanzi perikolużi), u l-effetti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa. Ir-riċerka se timmira wkoll lejn l-integrazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka dwar il-bijomonitoraġġ fuq il-bniedem fir-rigward ta' l-aspetti xjentifiċi, il-metodoloġiji u l-għodod sabiex ikun żviluppat strateġija koordinat u koerenti. Se tinkludi studji cohort (tqabbil ta' żewġ gruppi, wieħed b'ċertu marda u l-ieħor le) Ewropej, b'attenzjoni speċjali għall-gruppi ta' popolazzjoni vulnerabbli, u metodi u għodod għal karatterizzazzjoni aħjar tar-riskji, il-valutazzjoni u t-tqabbil tar-riskji u l-impatt fuq is-saħħa. Ir-riċerka se tiżviluppa wkoll marki bijoloġiċi u għodod għall-immudellar li jqisu l-esponiment kombinat, il-varjazzjonijiet fil-vulnerabbiltà u l-inċertezzi. Se tipprovdi wkoll metodi avvanzati u għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet (indikaturi, data bases, analiżi dwar il-benefiċċju mqabbel mal-prezz u analiżi fuq diversi kriterji, valutazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa, analiżi tal-piż tal-mard u s-sostenibbiltà) għall-analiżi tar-riskji, validazzjoni u rabta ta' mudelli u sistemi, u għal tmexxija u komunikazzjoni li qegħdin isostnu l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika.

Perikli naturali

L-immaniġġar tad-diżastri naturali jitlob approċċ multi riskju, li jgħaqqad il-ħtiġijiet speċifiċi tar-riskju ma' l-ippjanar komprensiv. Hemm il-ħtieġa ta' għarfien, metodi u qafas integrat aħjar għall-valutazzjoni tal-perikli, il-vulnerabbiltà u r-riskji. Barra minn hekk hemm il-ħtieġa li jkunu żviluppati strateġiji ta' mapping, prevenzjoni, kxif u mitigazzjoni, inklużi kunsiderazzjonijiet ta' fatturi ekonomiċi u soċjali. Diżastri relatati mal-klima (bħal maltempati, nixfiet, nar fil-foresti, landslides, valangi, għargħar u avvenimenti estremi oħra), u perikli ġeoloġiċi (terrimoti, vulkani u tsunamijiet) u l-impatt tagħhom se jkunu studjati. Din ir-riċerka se tippermetti li l-proċess bażiku jkun magħruf aħjar. Tippermetti wkoll li l-metodi ta' sejbien, tbassir u previżjoni jittejbu abbażi ta' approċċi deterministiċi u ta' probabbiltà. Se tkun il-bażi għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twissija kmieni u ta' tagħrif u ta' rispons rapidu li jimmiraw ukoll biex inaqqsu l-vulnerabbiltà ta' komunitajiet tal-bnedmin. Ir-riperkussjonijiet ta' perikli naturali kbar fuq is-soċjetà se jkunu kkwantifikati, inklużi l-impatti fuq l-ekosistemi.

Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi

Konservazzjoni u maniġment sostanibli ta' riżorsi naturali u magħmula mill-bniedem u bio-diversità

L-attivitajiet ta' riċerka se jkunu mmirati lejn it-titjib tal-bażi ta' għarfien u l-iżvilupp tal-mudelli u għodod avvanzati meħtieġa għall-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi u l-ħolqien ta' modi ta' konsum sostenibbli. Dan se jippermetti l-previżjoni ta' l-iżvilupp ta' l-ekosistemi u r-restawr tagħhom, u l-mitigazzjoni tad-degradazzjoni u t-telf ta' elementi strutturali u funzjonali importanti ta' l-ekosistemi (għall-bijodiversità, l-ilma, il-ħamrija u r-riżorsi tal-baħar). Ir-riċerka dwar l-immudellar ta' l-ekosistemi se tqis il-prassi tal-ħarsien u l-konservazzjoni. Strateġiji innovattivi għall-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi mis-servizzi ta' l-ekosistemi se jiġu promossi. Se jiġu żviluppati approċċi integrati li jevitaw u jiġġieldu d-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni ta' l-art u l-erożjoni (inkluż l-użu razzjonali ta' l-ilma), sabiex iwaqqfu t-telf tal-bijodiversità u biex inaqqsu l-konsegwenzi negattivi ta' l-interferenza mill-bniedem. Ir-riċerka se tindirizza wkoll l-użu u l-immaniġġar sostenibbli tal-foresti, il-pajsaġġ u l-ambjent urban, inklużi żoni post-industrijalizzati li jindirizzaw b'mod partikolari l-ippjanar u l-immaniġġar ta' l-iskart sostenibbli. Ir-riċerka se tibbenefika minn, u tagħti kontribut għall-iżvilupp ta' sistemi ta' l-immaniġġar tat-tagħrif miftuħa, distribwiti u interoperabbli u se tkun il-bażi tal-valutazzjonijiet, il-previżjonijiet u s-servizzi relatati mar-riżorsi naturali u l-użu tagħhom.

L-immaniġġar ta' l-ambjent tal-baħar

Hemm il-ħtieġa ta' riċerka speċifika sabiex ikun hemm titjib fl-għarfien tagħna dwar l-impatt ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-oċeani u l-ibħra u fuq ir-riżorsi ta' l-ambjent tal-baħar, inkluża l-ewtrofikazzjoni ta' l-ibħra reġjonali u ż-żoni mal-kosta. Se jsiru attivitajiet ta' riċerka f'ambjenti akwatiċi, inklużi ekosistemi kostali, reġjonali u f'baħar fond u f'qiegħ il-baħar, sabiex josservaw, jimmonitorjaw u jbassru l-aġir ta' dan l-ambjent u jtejbu l-għarfien tal-baħar u l-użu sostenibbli tar-riżori ta' l-oċeani. L-impatt ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-oċeani se jiġi valutat permezz ta' strateġiji integrati li jqisu l-bijodiversità, l-ekosistemi, il-proċessi u s-servizzi tal-baħar, iċ-ċirkolazzjoni fl-oċeani u l-ġeoloġija ta' qiegħ il-baħar. Se jsir l-iżvilupp ta' kunċetti u għodod għas-sostenn ta' strateġiji għall-użu sostenibbli ta' l-oċean u r-riżorsi tiegħu. Dan se jinkludi metodoloġiji, sitemi ta' informazzjoni u databases, għodod għall-valutazzjoni ta' linji politiċi u strumenti.

Teknoloġiji Ambjentali

Teknoloġiji ambjentali għall-osservazzjoni, is-simulazzjoni, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni, l-adattament, ir-rimedju u r-restawr fil-qasam ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.

Hemm il-ħtieġa ta' teknoloġiji ambjentali ġodda jew aħjar sabiex jitnaqqas l-impatt ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent, jitħares l-ambjent u jkun hemm maniġġar aktar effiċjenti tar-riżorsi u żvilupp ta' prodotti, proċessi u servizzi ġodda aktar ta' benefiċċju għall-ambjent mill-alternattivi eżistenti. Ir-riċerka se tkun, b'mod partikolari, immirata lejn: teknoloġiji li jevitaw jew inaqqsu r-riskji ambjentali, jimmitigaw il-perikli u d-diżastri, jimmitigaw il-bidla fil-klima u t-telf tal-bijodiversità; teknoloġiji li jippromwovu l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli; teknoloġiji għall-immaniġġar tar-riżorsi naturali jew it-trattament tat-tniġġis b'mod aktar effiċjenti, fir-rigward ta' riżorsi ta' l-ilma, tal-ħamrija, ta' l-arja, tal-baħar u oħrajn, inklużi l-ambjent urban u l-iskart (inkluż ir-reċiklaġġ ta' l-iskart). Se tkun assigurata l-koordinazzjoni trasversali ma' temi oħra relatati.

Protezzjoni, konservazzjoni u titjib tal-wirt kulturali, inkluż l-abitat tal-bniedem

Teknoloġiji għall-immaniġġar ambjentalment sod u sostenibbli ta' l-ambjent tal-bniedem inkluż l-ambjent mibni, żoni urbani u paesaġġ, kif ukoll il-protezzjoni, il-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali mit-tniġġis ambjentali, inklużi l-valutazzjoni ta' l-impatt fuq l-ambjent, mudelli u għodod għall-valutazzjoni tar-riskji, tekniki avvanzati u mhux distruttivi għad-dijanjosi tal-ħsara, prodotti u metodoloġiji ġodda għar-restawr, strateġiji ta' mitigazzjoni u adattament għall-immaniġġar sostenibbli ta' assi kulturali kemm mobbli kif ukoll immobbli.

Valutazzjoni, verifika u ttestjar tat-teknoloġija

Ir-riċerka se tiffoka fuq il-valutazzjoni tat-teknoloġija fir-rigward tar-riskju u r-rendiment, inklużi l-proċessi, l-prodotti u s-servizzi, u l-iżvilupp ulterjuri ta' metodi relatati, bħall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja. Barra minn hekk, l-enfasi se tkun fuq: l-opportunitajiet fuq terminu ta' żmien twil, il-potenzjal tas-suq u l-aspetti soċjoekonomiċi tat-teknoloġiji ambjentali; teknoloġija setturali bbażata fuq il-foresta, il-provvista ta' l-ilma u Pjattaforma tas-sanità, Pjattaforma tal-kimika sostenibbli; b'enfasi fuq il-valutazzjoni tar-riskji kimiċi, li jiffukaw fuq strateġiji intelliġenti ta' l-ittestjar u metodi għall-minimizzazzjoni ta' l-ittestjar fuq l-annimali, teknika għall-kwantifikazzjoni tar-riskju u appoġġ ta' riċerka għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea għall-Verifika u l-Ittestjar tat-Teknoloġiji Ambjentali, li tikkumplimenta l-istrumenti ta' valutazzjoni ta' partijiet terzi.

Osservazzjoni terrestri u għodod għall-valutazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli

Sistemi ta' osservazzjoni u metodi ta' monitoraġġ ta' l-art u ta' l-oċeani għal finijiet ta' l-ambjent u ta' l-iżvilupp sostenibbli:

Attivitajiet ta' riċerka se jkunu dedikati għall-iżvilupp u l-integrazzjoni għas-Sistema tas-Sistemi ta' l-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS) għall-kwistjonijiet ambjentali u ta' żvilupp sostenibbli fil-qafas ta' l-inizjattiva GEO (45) li għaliha huwa komplimentari il-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES). L-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' osservazzjoni, l-immaniġġar u t-tpartit tad-data u l-ottimizzazzjoni ta' l-informazzjoni għall-għarfien, l-immudellar u l-previżjoni tal-fenomemi ambjentali u attivitajiet tal-bniedem relatati se jiġu indirizzati. Dawn l-attivitajiet se jkunu ffokati fuq il-perikli naturali, il-bidla fil-klima, it-temp, l-ekosistemi, ir-riżorsi naturali, l-ilma, l-użu ta' l-art, l-ambjent u s-saħħa, u l-bijodiversità (inklużi l-aspetti ta' evalwazzjoni tar-riskji, metodi ta' previżjoni u għodod ta' evalwazzjoni) sabiex iseħħ avvanz fiż-żoni ta' benefiċċju soċjali tal-GEOSS u jingħata kontribut għall-GMES.

Metodi ta' tbassir u għodod ta' valutazzjoni għal żvilupp sostenibbli li jqisu skali differenti ta' osservazzjoni

Hemm il-ħtieġa ta' għodod għal valutazzjoni kwantitattiva tal-kontribuzzjoni tal-politika dwar l-ambjent u r-riċerka għall-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli, inklużi l-valutazzjoni ta' l-strateġiji bbażati fuq is-suq kif ukoll l-impatti tax-xejriet kurrenti fil-modi ta' produzzjoni u konsum. Tali għodod se jinkludu mudelii li jqisu r-rabtiet bejn l-ekonomija, l-ambjent u s-soċjetà u, b'hekk, strategiji ta' benefiċċju u effiċjenti ta' adattament u prevenzjoni. Il-valutazzjoni ġenerali tal-bdil ambjentali globali inkluż l-interazzjoni bejn l-ekosistemi u sistemi soċjo-ekonomiċi se jagħmel parti minn din ir-riċerka interdixxiplinari. Ir-riċerka se tfittex ukoll li ttejjeb l-indikaturi eżistenti u tiżviluppa oħrajn ġodda sabiex tivvaluta il-prijoritajiet tal-politika dwar żvilupp sostenibbli, u sabiex tanalizza l-irbit bejniethom, waqt li tagħti kunsiderazzjoni lill-indikaturi attwalu ta' l-UE dwar żvilupp sostenibbli. L-analiżi tat-teknoloġija, il-motivaturi soċjoekonomiċi, kwistjonijiet esterni u tmexxija, valutazzjoni ta' l-impatt sostenibbli kif ukoll studji dwar il-previżjoni se jiġu inklużi. L-oqsma ta' applikazzjoni se jinkludu l-użu ta' l-art u l-politika dwar il-baħar, l-iżvilupp urban, il-bijodiversità u l-konflitti ekonomiċi, politiċi u soċjali relatati mal-bidla fil-klima.

Koperazzjoni internazzjonali

Il-problemi ambjentali dejjem ikollhom dimensjoni li taqsam il-fruntieri fuq livell reġjonali jew globali u l-kooperazzjoni internazzjonali se tkun aspett importanti ta' din it-tema. Oqsma partikolari huma relatati ma' l-impenji internazzjonali ta' l-UE, bħad-deċiżjonijiet dwar il-Bidla fil-Klima, il-Bijodiversità u d-Deżertifikazzjoni, l-Immaniġġar ta' Riżorsi ta' l-Ilma u konvenzjonijiet dwar il-kimiċi u l-iskart kif ukoll id-deċiżjonijiet tas-Summit ta' Johannesburg dwar l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll konvenzjonijiet reġjonali oħra. Se tingħata wkoll attenzjoni għall-azzjonijiet rilevanti ta' riċerka li jaraw il-bidu tagħhom mill-istrateġiji u l-pjanijiet ambjentali ta' l-UE (46).

Sħubiji xjentifiċi u teknoloġiċi ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u ekonomiji emerġenti se jagħtu kontribut għall-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millenju f'diversi oqsma (eż. prevenzjoni u mitigazzjoni ta' l-impatt tal-bidla fil-klima u diżastri naturali, treġġigħ lura tat-telf tar-riżorsi ambjentali, titjib fil-provvista ta' l-ilma u s-sanità, prevenzjoni u ġlieda kontra d-desertifikazzjoni, produzzjoni u konsum sostenibbli u l-iffaċċar ta' l-isfidi ta' l-urbanizzazzjoni), oqsma fejn l-SMEs jista' jkollhom rwol importanti wkoll. Se tingħata attenzjoni partikolari lir-relazzjoni bejn kwistjonijiet ambjentali globali u l-problemi regjonali u lokali dwar l-iżvilupp relatati ma' riżorsi naturali, il-bijodiversità, l-ekosistemi, l-użu ta' l-art, perikli naturali u magħmula mill-bniedem, il-bidla fil-klima, teknoloġiji dwar l-ambjent, l-ambjent u s-saħħa kif ukoll dwar għodod għall-analiżi tal-politika. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati se ssaħħaħ l-aċċess għall-eċċellenza globali fir-riċerka; ix-xjentisti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu involuti b'mod attiv partikolarment fir-rigward ta' fehim xjentifiku aħjar ta' l-aspetti ta' żvilupp sostenibbli.

L-istabbiliment tal-GEOSS għall-osservazzjoni Globali se jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali għall-għarfien tas-sistemi globali u kwistjonijiet dwar is-sostenibbiltà, u l-ġbir ta' tagħrif koordinat għal għanijiet xjentifiċi u ta' politika bl-involviment ta' partijiet interessati pubbliċi u privati.

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti f'din it-tema tista' tindirizza kwistjonijiet bħall-interazzjonijiet bejn in-nies, l-ekosistemi u l-bijosfera jew riskji ġodda relatati ma' diżastri naturali, ikkawżati mill-bniedem jew ikkawżati mit-teknoloġija.

Appoġġ għar-reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika ambjentali mhux previsti jistgħu, pereżempju, ikunu relatati ma' valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà ta' l-impatt ta' linji politiċi ġodda bħal fl-ambjent u l-politika, l-istandards u r-regolamenti marittimi.

7.   TRASPORT (INKLUŻA L-AERONAWTIKA)

Objettiv

Abbażi ta' avvanzi teknoloġiċi u operattivi u tal-politika Ewropea tat-trasport, l-iżvilupp ta' sistemi integrati Pan-Ewropej tat-trasport li jkunu aktar siguri, “ekoloġiċi” u “intelliġenti” għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha, politika dwar is-soċjetà u l-klima, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u l-iżgurar u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetittività miksub mill-industriji Ewropej fis-suq globali.

Approċċ

Is-sistema tat-trasport Ewropea hija element vitali għall-prosperità ekonomika u soċjali Ewropea. Hija għandha rwoli importanti fit-trasportazzjoni tan-nies u l-merkanzija f'kuntest lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. Dit it-tema se tindirizza x'uħud mill-isfidi attwali, kif magħrufa fil-White Paper dwar it-Trasport (47), fit-titjib tal-kontribuzzjoni li t-trasport jagħti lis-soċjetà u lill-kompetittività industrijali f'UE akbar, waqt li jkunu minimizzati l-impatti u l-konsegwenzi negattivi tat-trasport relatati ma' l-ambjent, l-użu ta' l-enerġija, is-sigurtà u s-saħħa pubblika.

Se jkun hemm strateġija integrata ġdida li torbot flimkien il-modi kollha tat-trasport, tindirizza d-dimensjonijiet soċjoekonomiċi u teknoloġiċi tar-riċerka u l-iżvilupp ta' l-għarfien u tinkapsula kemm l-innovazzjoni kif ukoll il-qafas ta' politika.

Id-diversi Pjattaformi tat-Teknoloġija stabbiliti f'dan il-qasam (ACARE għall-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, ERRAC għat-trasport bil-ferroviji, ERTRAC għat-trasport fit-toroq, WATERBORNE għat-trasport fuq l-ilma, iċ-Ċelluli tal-fjuwil u l-Idroġenu) elaboraw viżjonijiet fuq termini ta' żmien twil u Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka (SRA) li jikkostitwixxu input utli għat-tifsira ta' din it-tema u jikkumplimentaw il-ħtiġijiet ta' dawk li jiformulaw il-politika u l-aspettattivi tas-soċjetà. Aspetti magħżula tal-SRAs jistgħu jiġġustifikaw l-istabbiliment ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija. L-attivitajiet ERA-NET jippreżentaw opportunitajiet sabiex tkun faċilitata aktar il-koordinazzjoni transnazzjonali dwar suġġetti speċifiċi fis-settur tat-Trasport u se jkunu imfittxa kull fejn ikun possibbli.

Attivitajiet ta' rilevanza partikolari għall-SMEs jinkludu sforzi sabiex ikun żgurat li jkun hemm katini ta' provvista robusti, motivati mit-teknoloġija, fid-diversi setturi; li l-SMEs ikollhom aċċess għall-inizjattivi ta' riċerka; u li jiffaċilitaw ir-rwol u l-istabbiliment ta' SMEs b'teknoloġija għolja, b'mod partikolari f'teknoloġiji avvanzati fit-trasport u attivitajiet relatati ma' servizzi li huma speċifiċi għat-trasport kif ukoll l-żvilupp ta' sistemi u applikazzjonijiet fl-oqsma tan-navigazzjoni bis-satelliti.

Il-ħtiġijiet attwali ta' politika kif ukoll l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' linji politiċi ġodda (per eżempju l-Politika Marittima u l-implimentazzjoni ta' l-Ajru Waħdieni Ewropew), se jkunu indirizzati fi ħdan u fuq id-diversi linji ta' attività. Ix-xogħol se jinkludi studji, mudelli u għodod li jittrattaw il-monitoraġġ strateġiku u t-tbassir u jintegraw l-għarfien relatat mal-kwistjonijiet ewlenin ekonomiċi, soċjali, ta' sikurezza, ta' sigurtà u ambjentali fir-rigward tat-trasport. Attivitajiet li jappoġġaw suġġetti tematiċi trasversali se jiffokaw fuq kwistjonijiet speċifiċi għat-trasport, per eżempju aspetti ta' sigurtà bħala rekwiżit inerenti fis-sistema tat-trasport; l-użu ta' sorsi alternattivi ta' enerġija f'applikazzjonijiet fit-trasport; il-monitoraġġ ta' l-effetti ambjentali tat-trasport, inklużi l-bidla fil-klima; u miżuri sabiex titjieb l-integrazzjoni ekonomika. Ir-riċerka ambjentali għandha tkopri modi biex jitnaqqas l-impatt negattiv tat-trasport u jiġi ottimizzat it-traffiku u għandha tinkludi wkoll it-tisħiħ ta' l-effiċjenza tat-trasport.

Se jingħata wkoll appoġġ għal attivitajiet ta' disseminazzjoni u ta' sfruttar u valutazzjonijiet ta' l-impatt, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' l-utenti inklużi dawk ta' min hu żvantaġġat u l-ħtiġijiet politiċi fis-settur tat-trasport.

Attivitajiet

Aeronawtika u trasport bl-ajru

L-attivitajiet se jagħtu kontribut għal oqsma ta' politika importanti tal-Komunità kif ukoll għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka Strateġika ACARE. L-objettivi kwantitattivi jikkorrispondu mat-terminu ta' żmien fl-2020 ta' din l-Aġenda. L-ambitu tar-riċerka jinkludi l-aspetti kollha relatati ma' inġenji ta' l-ajru, l-ivvjaġġar tal-passiġġieri u l-aspetti relatati mat-titjir tas-sistema tat-trasport bl-ajru.

Trasport bl-ajru aktar ekoloġiku: L-iżvilupp ta' teknoloġiji sabiex jitnaqqsu l-impatt ambjentali ta' l-avjazzjoni bil-għan li l-emissjoni ta' diossidu tal-karbonju (CO2) tonqos bin-nofs, emissjonijiet speċifiċi ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) jonqsu bi 80 % u l-ħoss perċepit jonqos bin-nofs. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tkattir ta' teknoloġiji għal magni ekoloġiċi, inkluża teknoloġija għal fjuwils alternattivi kif ukoll effiċjenza aħjar tal-vetturi fil-każ ta' ajruplani bi ġwienaħ fissi u ġwienaħ li jduru (inklużi elikotteri u tiltrotors), strutturi intelliġenti ġodda b'piż baxx, u aerodinamika mtejba. Kwistjonijiet bħal operazzjoni aħjar ta' l-ajruplani fl-ajruport (fin-naħa ta' l-ajru u n-naħa ta' l-art) u l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru, il-manutenzjoni u r-riċiklaġġ se jkunu inklużi.

Żieda fl-effiċjenza fil-ħin: Twettiq ta' qabża fl-avjazzjoni sabiex takkomoda t-tkabbir proġettat ta' żieda bi tliet darbiet tal-movimenti ta' l-ajruplani billi titjieb il-puntwalità f'kull kondizzjoni ta' temp u tnaqqis sinifikanti fil-ħin meħtieġ għal proċeduri relatati ma' l-ivvjaġġar fl-ajruporti waqt li titħares is-sikurezza. Ir-riċerka se tiżviluppa u timplimenta sistema innovattiva għall-Maniġġar tat-Traffiku bl-Ajru (ATM) fil-kuntest ta' l-inizjattiva SESAR (48), billi tintegra l-komponenti ta' l-ajru, l-art u l-ispazju, flimkien mal-maniġġar tal-fluss tat-traffiku u aktar awtonomija għall-ajruplani. Se jkunu indirizzati ukoll l-aspetti ta' l-iddisinjar ta' l-ajruplani sabiex ikun hemm titjib fl-immaniġġar tal-passiġġieri u l-merkanzija, soluzzjonijiet ġodda għall-użu effiċjenti ta' l-ajruporti u l-ikkonnettjar tat-trasport bl-ajru mas-sistema tat-trasport ġenerali. L-aktar koordinazzjoni effiċjenti ta' l-iżvilupp ta' sistemi ta' ATM fl-Ewropa se tiġi żgurata permezz ta' l-inizjattiva SESAR. (49)

Assigurazzjoni tas-sodisfazzjon u s-sigurtà tal-klijent: L-introduzzjoni ta' qabża kbira għall-aħjar fl-għażla għall-passiġġieri u flessibilità fl-iskedi, waqt li r-rata ta' inċidenti tonqos b'ħames darbiet. Teknoloġiji ġodda se jippermettu għażla aktar wiesgħa fil-konfigurazzjonijiet tal-magni ta' l-ajruplani b'medda minn vetturi wiesgħin għal dawk ta' daqs iżgħar inklużi l-bastimenti bir-rotors, livelli akbar ta' awtomatizzazzjoni fl-elementi kollha tas-sistemi, inkluż il-pilotaġġ. L-enfasi se tkun ukoll fuq titjib fil-kumdità, il-benesseri u s-servizzi ġodda għall-passiġġieri, sistemi ta' loġistika tal-kabini u miżuri ta' sigurtà attivi u passivi b'enfasi partikolari fuq l-element uman. Ir-riċerka se tinkludi l-adattament ta' l-operazzjonijiet ta' l-ajruport u t-traffiku ta' l-ajru għal tipi differenti ta' vetturi u l-utilizzazzjoni tul 24 siegħa kuljum f'livelli ta' ħoss aċċettabbli fil-komunità.

Titjib fil-kost-effiċjenza: Il-promozzjoni ta' katina ta' provvista kompetittiva kapaċi tnaqqas iż-żmien sakemm prodott jasal fis-suq bin-nofs u tnaqqas l-ispejjeż ta' l-iżvilupp tal-prodotti u operazzjonali, sabiex ikun hemm trasport li jintlaħaq aktar għaċ-ċittadini. Ir-riċerka se tiffoka fuq it-tijib tal-proċess tan-negozju sħiħ, mid-disinn tal-kunċett sa l-iżvilupp tal-prodott, il-manifattura u l-operazzjoni fis-servizz inkluża l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista. Se tinkludi kapaċitajiet ta' simulazzjoni mtejba u awtomatizzazzjoni, teknoloġiji u metodi għar-realizzazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru innovattivi u mingħajr manutenzjoni, inklużi t-tiswija u l-overhaul, kif ukoll ajruplani u operazzjonijiet ta' l-ajruport u l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru mingħajr ħela (lean).

Protezzjoni ta' l-ajruplani u tal-passiġġieri: Il-prevenzjoni ta' atti ostili ta' kull tip li jistgħu jikkawżaw korrimenti, telf, ħsara jew tħarbit lill-passiġġieri jew liċ-ċittadini minħabba użu ħażin ta' l-ajruplani. Ir-riċerka se tiffoka fuq l-elementi rilevanti tas-sistema tat-trasport bl-ajru, inklużi miżuri tas-sigurtà fl-iddisinjar tal-kabini tal-passiġġieri u tal-piloti, il-kontroll u l-inżul awtomatiċi f'każ ta' użu ta' l-ajruplan mhux awtorizzat, ħarsien minn attakki esterni, kif ukoll l-aspetti tas-sigurtà ta' l-immaniġġar ta' l-ispazju ta' l-ajru u l-operazzjonijiet ta' l-ajruport.

Tnedija tat-trasport bl-ajru tal-ġejjieni: L-esplorazzjoni ta' teknoloġiji aktar radikali, ambjentalment effiċjenti, aċċessibbli u innovattivi li jistgħu jiffaċilitaw il-qabża meħtieġa fit-trasport bl-ajru fit-tieni nofs ta' dan is-seklu u lilhinn. Ir-riċerka se tindirizza aspetti bħal kunċetti ġodda ta' propulsjoni u rfigħ, ideat ġodda għall-ispazji interni tal-vetturi ta' l-ajru inkluż id-disinn, kunċetti ġodda dwar l-ajruporti, metodi ġodda ta' gwida u kontroll ta' l-ajruplani, metodi alternattivi ta' operazzjoni tas-sistema tat-traffiku bl-ajru u l-integrazzjoni tagħha ma' modi tat-trasport oħra.

Trasport fuq il-wiċċ sostenibbli (bil-ferrovija, fit-triq u fuq l-ilma)

Lejn trasport fuq il-wiċċ aktar ekoloġiku: L-iżvilupp ta' teknoloġiji u għarfien għal anqas tniġġis (inklużi l-gassijiet serra, ilma, ħamrija) u l-impatt ambjentali fuq oqsma bħall-bidla fil-klima, is-saħħa, il-bijodiversità u l-ħsejjes. Ir-riċerka se ttejjeb l-indafa u l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija tal-katina enerġetika (eż. soluzzjonijiet ibridi) u tippromwovi l-użu ta' karburanti alternattivi, inklużi ċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu bħala għażliet għal perijodu medju u fit-tul, wara li jittieħed kont ta' konsiderazzjonijiet ta' kost-effiċjenza u effiċjenza ta' l-enerġija. L-attivitajiet se jkopru l-infrastruttura, il-vetturi, il-bastimenti u t-teknoloġiji tal-komponenti, inkluża l-ottimizzazzjoni ġenerali tas-sistema. Ir-riċerka fi żviluppi speċifiċi għat-trasport se tinkludi l-manifattura, il-kostruzzjoni, l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni, id-dijanjostika, it-tiswija, l-ispezzjoni, iż-żarmar, ir-rimi, ir-riċiklaġġ, strateġiji dwar it-tmiem ta' l-użu u l-interventi fuq il-baħar f'każ ta' xi inċident.

Inkoraġġiment u żieda ta' bdil modali tax-xejriet u tnaqqis tal-konġestjoni fir-rotot tat-trasport (50). L-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' trasport mingħajr qtugħ minn bieb għal bieb għall-persuni u għall-merkanzija kif ukoll teknoloġiji u sistemi li jiżguraw intermodalità effettiva, inkluża fil-kuntest tal-kompetittività tat-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma. Dan jinkludi attivitajiet li jindirizzaw l-interoperabbiltà u l-ottimizzazzjoni operattiva tan-netwerks tat-trasport lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej, sistemi u servizzi u l-integrazzjoni intermodali tagħhom f'approċċ integrat. L-attivitajiet se jimmiraw għal strateġiji fuq firxa Ewropea, għall-aħjar użu ta' l-infrastruttura inklużi t-terminali u netwerks speċjalizzati, maniġġar aħjar tat-trasport, tat-traffiku u ta' l-informazzjoni, loġistika aħjar għall-merkanzija, intermodalità għall-passiġġieri u strateġiji ta' bidla fil-mezzi għall-inkoraġġiment ta' mezzi ta' trasport li huma effiċjenti fl-enerġija. Se jiġu żviluppati sistemi intelliġenti, kunċetti ġodda dwar vetturi/bastimenti u teknoloġiji li jinkludu operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt kif ukoll interfaces ta' l-utenti. L-għarfien għall-formulazzjoni tal-politika se jinkludi l-prezz u l-ħlasijiet għall-infrastruttura, il-valutazzjoni tal-miżuri tal-politika tal-Komunità dwar it-trasport u l-politika u l-proġetti dwar netwerks trans-Ewropej.

Żgurar tal-mobbiltà sostenibbli urbana għaċ-ċittadini kollha, inklużi dawk żvantaġġati: Enfasi fuq il-mobbiltà tal-persuni u l-merkanzija permezz ta' riċerka dwar “il-vettura tal-ġenerazzjoni li jmiss” u l-penetrazzjoni tagħha fis-suq, billi jkunu kkombinati l-elementi kollha ta' sistema ta' trasport bit-triq nadif, effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija, bla periklu u intelliġenti. Ir-riċerka dwar kunċetti ġodda ta' mobbiltà u trasport, skemi ta' organizzazzjoni u maniġġar tal-mobbiltà innovattivi u trasport pubbliku ta' kwalità għolja se jkollha l-għan li tiżgura aċċess għal kulħadd u livelli għolja ta' integrazzjoni intermodali. Se jiġu żviluppati u ppruvati strateġiji innovattivi għal trasport urban nadif (51). Se tingħata attenzjoni speċjali lil metodi ta' trasport li ma jniġġsux, maniġġar tad-domanda, razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat u strateġiji, servizzi u infrastrutturi ta' tagħrif u komunikazzjoni. Għodod u mudelli li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika se jkopru l-ippjanar tat-trasport u l-ippjanar ta' l-użu ta' l-art inkluża r-relazzjoni mat-tkabbir u l-impjiegi.

Titjib tas-sikurezza u s-sigurtà: L-iżvilupp ta' teknoloġiji u sistemi intelliġenti għall-ħarsien ta' persuni vulnerabbli bħal sewwieqa, rikkieba, passiġġieri, ekwipaġġ u persuni mixjin fit-triq. Se jiġu żviluppati sistemi ta' inġinerija avvanzati u metodoloġiji ta' l-analiżi tar-riskju għad-disinn u l-operazzjoni tal-vetturi, il-bastimenti u l-infrastrutturi. L-enfasi se tkun fuq strateġiji integrattivi li jorbtu l-elementi umani, l-integrità strutturali, sistemi preventivi ta' sikurezza passivi u attivi, inklużi sistemi ta' monitoraġġ, salvataġġ u maniġġar ta' kriżijiet. Is-sikurezza se titqies bħala komponent inerenti tas-sistema tat-trasport sħiħa, u tħaddan l-infrastrutturi, il-merkanzija (prodotti u l-kontejners), l-utenti u l-operaturi tat-trasport, il-vetturi u l-bastimenti u miżuri fuq livelli politiċi u leġiżlattivi, inkluż appoġġ għad-deċiżjonijiet u għodod ta' validazzjoni; is-sigurtà se tkun indirizzata kull fejn hija rekwiżit inerenti għas-sistema tat-trasport.

Tisħiħ tal-kompetittività: It-titjib fil-kompetittività ta' l-industriji tat-trasport, l-iżgurar ta' servizzi tat-trasport sostenibbli, effiċjenti u abbordabbli u l-ħolqien ta' ħiliet ġodda u opportunitajiet ta' xogħol permezz ta' riċerka u żviluppi. It-teknoloġiji għal proċessi industrijali avvanzati ser jinkludu d-disinn, il-manifattura, l-immuntar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni u ser jimmiraw lejn tnaqqis fl-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja u ż-żmien meħtieġ mir-riċerka sas-suq (development lead-time). Se jkun hemm enfasi fuq kunċetti innovattivi u mtejba ta' prodotti u sistemi u servizzi tat-trasport, li jiżguraw aktar sodifazzjon tal-klijent. Se tiġi żviluppata organizzazzjoni ta' produzzjoni ġdida, li tinkludi l-immaniġġar tal-katina tal-provvista u s-sistema ta' distribuzzjoni.

Appoġġ għas-sistema Ewropea tan-navigazzjoni globali bis-satellita (Galileo u EGNOS)

Is-sistema tan-Navigazzjoni Globali Ewropea bis-Satellita tinkorpora Galileo u EGNOS, u tipprovdi infrastruttura għall-indikazzjoni tal-post u l-ħin madwar id-dinja (52).

Esplojtazzjoni tal-potenzjal sħiħ: il-promozzjoni tat-tkabbir fl-użu tas-servizzi li jvarjaw minn aċċess miftuħ sa kummerċjali, sikurezza tal-ħajja sa “tfittix u salvataġġ” u servizz pubbliku rregolat; applikazzjonijiet ta' ġestjoni tat-trasport inkluż it-trasportar ta' merkanzija u materjali perikolużi; l-isfruttar tas-servizzi ta' prodotti sekondarji; id-dimostrazzjoni tal-benefiċċji u effiċjenzi tan-navigazzjoni bis-satellita.

Provvediment ta' l-għodod u l-ħolqien ta' l-ambjent xieraq: l-assigurazzjoni ta' l-użu mingħajr periklu u sigur tas-servizzi, prinċipalment permezz taċ-ċertifikazzjoni f'ċerti oqsma ta' applikazzjoni; il-preparazzjoni u l-konferma ta' l-konformità tas-servizzi ma' politiki u leġiżlazzjoni ġodda, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom; it-trattament tas-sevizzi ppubbliċi rregolati skond il-politika approvata dwar l-aċċess; l-iżvilupp tat-tagħrif essenzjali għat-topoloġija diġitali, il-kartografija u dejta tal-ġeodesija u sistemi għall-użu f'applikazzjonijiet fin-navigazzjoni; trattament tal-ħtiġijiet ta' sikurezza u sigurtà.

Adattament tar-riċevituri skond il-ħtiġijiet u titjib fil-grad tat-teknoloġiji tal-qalba: titjib fir-rendiment tar-riċevituri, l-integrazzjoni ta' teknoloġiji ta' konsum baxx u minjaturizzazzjoni, tlestija tal-kopertura ta' sistemi ta' navigazzjoni f'bini, irbit ma' apparat ta' l-identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju, l-esplojtazzjoni tat-teknoloġija tas-softwer tar-riċevituri, il-kombinament ma' funzjonijiet oħra bħat-telekomunikazzjoni, appoġġ għat-teknoloġija importanti għall-infrastruttura tan-navigazzjoni bbażata fl-art sabiex jiżgura r-robustezza u l-flessibilità.

Appoġġ għall-evoluzzjoni ta' l-infrastruttura: il-preparazzjoni ta' sistemi tat-tieni ġenerazzjoni, adattament għat-talbiet ta' l-utenti u l-previżjonijiet tas-suq li jevolvu, it-teħid ta' vantaġġ mill-internazzjonalizzazzjoni ta' l-infrastruttura sabiex ikun indirizzat is-suq dinji u jkunu żviluppati standards globali.

Koperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali hija komponent importanti fl-attivitajiet RTD f'dan il-qasam, u se jkunu mħeġġa fejn ikun hemm interessi għall-industrija u għal dawk li jifformulaw il-politika. Oqsma wesgħin għall-azzjonijiet speċifiċi se jkunu kkunsidrati fejn ikun hemm il-ġibda tas-suq (per ezempju l-iżvilupp globali tan-negozju u l-irbit tan-netwerks u s-servizzi fuq livell kontinentali u interkontinentali); l-opportunitajiet li jkun hemm aċċess għal, u li jinkisbu, xjenza u teknologija li huma komplimentari ma' l-għarfien Ewropew kurrenti u ta' benefiċċju reċiproku; u fejn l-Ewropa tirreaġixxi għall-ħtiġijiet globali (pereżempju l-bidla fil-klima) jew tagħti kontribut għal standards internazzjonali u sistemi globali (pereżempju l-loġistika applikata u l-infrastruttura tan-navigazzjoni bis-satellita).

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Inizjattivi taħt ħtiġijiet emerġenti se jagħtu appoġġ lir-riċerka li tirreaġixxi għal avvenimenti u sfidi kruċjali ta' sistemi tat-trasport tal-futur, pereżempju kunċetti ġodda ta' trasport u vetturi, awtomatizzazzjoni, mobbiltà jew organizzazzjoni.

Il-ħtiġijiet ta' politika mhux previsti li jistgħu jitolbu riċerka speċifika relatata mat-trasport jistgħu jinkludu kwistjonijiet soċjali wesgħin bħal tibdil fid-demografija, l-istil tal-ħajja u l-aspettattivi tas-soċjetà fir-rigward tat-trasport; kif ukoll riskji emerġenti jew problemi ta' importanza kbira għas-soċjetà Ewropea.

8.   XJENZI SOĊJOEKONOMIĊI U STUDJI UMANISTIĊI

Objettiv

Il-kostituzzjoni ta' fehim dettaljat u kondiviż ta' sfidi soċjo-ekonomiċi kumplessi u inter-konnessi li l-Ewropa hija konfrontata bihom, bħat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali, sfidi soċjali, kulturali u edukattivi f'UE mkabbra, is-sostenibbiltà, l-isfidi ambjentali, il-bidla demografika, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u l-interdependenza globali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi pprovduta bażi mtejba ta' għarfien għal-linji ta' politika fl-oqsma konċernati.

Approċċ

Il-prijoritajiet ta' riċerka jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u kulturali importanti li tiffaċċja l-Ewropa issa u fil-futur. L-aġenda ta' riċerka proposta tikkostitwixxi strateġija koerenti sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi. L-iżvilupp ta' bażi ta' għarfien soċjoekonomiku u ta' l-istudji umanistiċi dwar dawn l-isfidi importanti jagħti kontribut sinifikanti għall-promozzjoni ta' għarfien komuni fl-Ewropa kollha u għar-riżoluzzjoni ta' problemi internazzjonali usa'. Il-prijoritajiet ta' riċerka se jgħinu sabiex jitjiebu l-formulazzjoni, l-implimentazzjoni, l-impatt u l-valutazzjoni tal-politika inklużi miżuri regolatorji f'bosta oqsma tal-politika tal-Komunità fuq il-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u dak lokali, u perspettiva sostanzjali internazzjonali hija inkluża fil-biċċa l-kbira tar-riċerka.

Barra mir-riċerka u t-tbassir soċjoekonomiċi u soċjo-kulturali, ikun hemm enfasi fir-riċerka dwar l-istudji umanistiċi, li se jipprovdi perspettivi differenti u jagħti kontribut essenzjali fit-tema kollha fuq, pereżempju l-aspetti storiċi, kulturali u filosofiċi, inklużi l-lingwa rilevanti, l-identità u kwistjonijiet ta' valuri.

Ix-xogħol jista' jibni wkoll fuq programmi rilevanti nazzjonali ta' riċerka, li jikkumplimentaw l-attivitajiet ta' hawn taħt, u jieħu vantaġġ mill-iskema ERA-NET u l-użu possibbli ta' l-Artikolu 169. Għal ċerti kwistjonijiet, jista' wkoll isir użu minn pjattaformi soċjali sabiex ikun hemm diskussjoni ta' l-aġendi tar-riċerka tal-futur; dan jinvolvi l-komunità ta' riċerka u dawk li għandhom interess fis-soċjetà.

Ir-riċerka se tkun faċilitata permezz ta' infrastrutturi ta' riċerka li jiggeneraw data ġdid ta' riċerka, inkluż permezz ta' stħarriġ ta' l-opinjoni (kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi), li jagħmlu disponibbli r-riżultati eżistenti ta' riċerka f'ħafna oqsma, u jipprovdu aċċess għall-materjali ta' sors u għodod avvanzati ta' riċerka kif ukoll għar-riżultati tar-riċerka eżistenti f'ħafna oqsma. X'uħud minn dawn l-azzjonijiet se jitwettqu permess ta' l-element ’Infrastruttura’ tal-programm “Kapaċitajiet” u oħrajn minn proġetti taħt din it-tema. Ir-riċerka tiddependi minn aċċess u użu ta' statistiċi uffiċjali.

Se jitwettqu azzjonijiet speċifiċi ta' disseminazzjoni immirati lejn gruppi partikolari u l-pubbliku ġenerali, inklużi workshops u konferenzi għar-riċerkaturi sabiex jiskambjaw fehmiet ma' dawk li jifformulaw il-politika u oħrajn li għandhom interess, u t-tixrid tar-riżultati permezz tad-diversi fergħat tal-medja.

Se tiġi assigurata l-koordinazzjoni xierqa ta' l-elementi ta' riċerka u previżjoni soċjoekonomiċi u umanistiċi fil-programmi ta' Kooperazzjoni u l-programmi l-oħrajn specifiċi kollha.

Attivitajiet

Tkabbir, impjiegi u kompetittività f'soċjetà ta' għarfien

Dan għandu l-għan li jiżviluppa u jintegra r-riċerka dwar kwistjonijiet li jaffettwaw it-tkabbir, ix-xogħol u l-kompetittività sabiex jipprovdi għarfien aħjar u integrat ta' dawn il-kwistjonijiet għall-iżvilupp kontinwu ta' soċjetà ta' l-gharfien. Se jkun ta' benefiċċju għall-politika u ta' appoġġ għat-twettiq ta' dawn l-ghanijiet. Ir-riċerka se tintegra l-aspetti li ġejjin tal-kwistjonijiet:

Ir-rwol li qiegħed jinbidel ta' l-għarfien fl-ekonomija kollha, inkluż ir-rwol ta' tipi differenti ta' għarfien, kapaċitajiet u kompetenzi fuq skala globali, l-edukazzjoni formali u informali u t-tagħlim tul il-ħajja u l-merkanzija u l-investiment intanġibbli.

L-istrutturi ekonomiċi, kwistjonijiet ta' bidla strutturali inklużi l-aspetti ġeografiċi bħar-reġjonalizzazzjoni u internazzjonalizzazzjoni u produttività, inkluż ir-rwol tas-settur tas-servizzi, tal-finanzi, demografiku, talba u l-proċessi ta' bidla f'termini ta' żmien twal.

Kwistjonijiet istituzzjonali u ta' politika, inkluża l-politika makroekonomika, is-swieq tax-xogħol, is-sistemi soċjali u ta' l-għajnuna soċjali, il-kuntesti istituzzjonali nazzjonali u reġjonali u l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-politika.

Ir-riċerka ser tindirizza sfidi u opportunitajiet importanti ġodda mill-globalizzazzjoni miżjuda, l-ekonomiji emerġenti, ir-rilokazzjoni u t-tkabbir ta' l-UE; kif ukoll l-istabilità soċjo-ekonomika, ir-rwol tat-teknoloġija u t-trasferiment internazzjonali tat-teknoloġija, diversi forom ta' innovazzjoni u tiġdid ekonomiku, l-esternalizzazzjoni u l-internalizzazzjoni, iż-żgħażagħ u l-politika li tirrigwarda ż-żgħażagħ, l-intraprenditorija ekonomika u soċjali, u l-potenzjal ekonomiku ta' wirt kulturali Ewropew u s-settur kreattiv. Il-kwistjonijiet dwar ix-xogħol se jinkludu l-qgħad u s-sotto-impjieg.

Kombinament ta' għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali f'perspettiva Ewropea

Dan għandu l-mira li jappoġġa l-għan soċjali li jikkombina għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali u, b'hekk, itejjeb il-bażi għal żvilupp sostenibbli. Ir-riċerka f'din l-attività se tindirizza żewġ kwistjonijiet interrelatati:

Kif marru il-mudelli soċjoekonomiċi Ewropej u dawk ta' barra l-Ewropa fil-kombinament ta' l-għanijiet, il-kondizzjonijiet li dan seħħ taħthom inkluż ir-rwol tad-djalogu, is-sħubija soċjali, it-trasformazzjoni settorali l-bidla istituzzjonali u l-kapacità tagħhom li jikkonfrontaw sfidi ġodda.

Il-koeżjoni ekonomika bejn ir-reġjuni u l-iżvilupp urban u reġjonali f'UE akbar; u l-koeżjoni soċjali (inklużi l-inugwaljanzi, il-ħarsien soċjali u s-servizzi soċjali, il-politika dwar tassazzjoni, ir-relazzjonijiet etniċi u l-migrazzjoni, l-edukazzjoni u l-esklużjoni soċjali, u s-saħħa) kif ukoll ir-relazzjoni tagħha ma' problemi bħall-faqar, il-“housing”, il-kriminalità, id-delinkwenza u d-drogi.

Waqt li jkunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, se jitqiesu

l-eżistenza ta' kompromessi eżistenti jew sinerġiji bejn l-objettivi ekonomiċi, soċjali, ambjentali f'kuntest dinji;

l-interazzjoni bejn l-ambjent (53), l-enerġija u s-soċjetà;

sostenibbiltà f'termini ta' żmien twil;

kwistjonijiet għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

aspetti ġeografiċi inklużi l-ippjanar urban, ir-rwol ta' l-ibliet, tar-reġjuni metropolitani u tar-reġjuni ta' bliet oħra u kwistjonijiet relatati mal-governanza;

kwistjonijiet kulturali; u l-impatt soċjo-ekonomiku ta' linji politiċi u leġiżlazzjoni Ewropej.

Se jiġu indirizzati ukoll il-kwistjoni ta' stati assistenzjali bħala riżors ta' żvilupp, u l-impjieg u s-sistemazzjoni fi djar ta' migranti u d-dixxendenti tagħhom,

Xejriet importanti fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom

L-għan huwa li jkun hemm għarfien u valutazzjoni tal-kawżi u l-implikazzjonijiet ta' xejriet importanti partikolari fis-soċjetà li għandhom konsegwenzi serji għaċ-ċittadini Ewropej, il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-politika, u b'hekk ikun hemm irfid għal ħafna oqsma ta' politika. Ir-riċerka empirika u teoretika se tindirizza, fil-bidu, tliet xejriet importanti:

Il-bidla demografika inklużi x-xjuħija, il-fertilità u l-migrazzjoni. L-implikazzjonijiet u l-kwistjonijiet soċjetali u ekonomiċi wiesa' ser jiġu indirizzati, inklużi l-potenzjal soċjetali u ekonomiku ta' xjuħija attiva u l-effetti fuq is-sistemi ta' pensjonijiet, l-isfidi tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni u l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp urban.

Bidliet fl-aspetti relatati ta' l-istil tal-ħajja, il-familja, ix-xogħol, il-konsum (inklużi aspetti ta' protezzjoni tal-konsumatur), is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja inklużi kwistjonijiet dwar it-tfal, iż-żgħażagħ u d-diżabbiltajiet u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja.

L-interazzjonijiet kulturali minn perspettiva internazzjonali inklużi t-tradizzjonijiet ta' soċjetajiet differenti, id-diversità tal-popolazzjonijiet inklużi l-gruppi etniċi, kwistjonijiet multikulturali, identitajiet differenti, lingwi u prattiki reliġjużi, u kwistjonijiet possibbli f'dan il-kuntest inklużi d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza.

Se jkunu inklużi kwistjonijiet dwar is-sessi, inugwaljanzi u valuri li qegħdin jinbidlu. Barra minn hekk, ser jiġu eżaminati bidliet fil-kriminalità u l-perċezzjoni tal-kriminalià kif ukoll bidliet fir-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji.

L-Ewropa fid-dinja

L-għan huwa li jkun hemm għarfien tal-bidla fl-interazzjonijiet u l-interdipendenzi bejn ir-reġjuni tad-dinja inklużi dawk emerġenti u li qed jiżviluppaw u l-implikazzjonijiet tagħhom għar-reġjuni kkonċernati, speċjalment fl-Ewropa, u l-kwistjoni relatata li jkunu indirizzati t-theddid u r-riskji emerġenti f'kuntest dinji u l-konnessjoni tagħhom mad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u l-benesseri. Ir-riċerka se tinvolvi żewġ binarji relatati.

Il-flussi tan-negozju, il-finanzi, l-investiment u l-migrazzjoni u l-impatt tagħhom; żvilupp mhux ugwali, faqar u sostenibbiltà; relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi, t-tmexxija globali inklużi l-istituzzjonijiet internazzjonali. Dan se jesplora l-interazzjonijiet kulturali inklużi l-medja u r-reliġjon u strateġiji distintivi mhux Ewropej.

Il-konflitti, il-kawżi u r-riżoluzzjoni tagħhom u t-trawwim tal-paċi; ir-relazzjoni bejn is-sigurtà u fatturi ta' instabbiltà bħall-faqar, il-kriminalità, id-degradazzjoni ta' l-ambjent, in-nuqqas tar-riżorsi, l-iżvilupp mhux uniformi, l-instabbilità finanzjarja u d-dejn; it-terroriżmu, il-kawżi u l-konsegwenzi tiegħu; politiki relatati mas-sigurtà u l-perċezzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà u r-relazzjonijiet ċivili-militari.

Fit-tnejn li huma, se jkunu indirizzati r-rwol ta' l-Ewropa fid-dinja, l-iżvilupp tal-multilateraliżmu u l-liġi internazzjonali, il-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali inklużi kunċetti differenti tagħhom, u l-Ewropa kif tidher minn barra.

Iċ-ċittadin fl-Unjoni Ewropea

Fil-kuntest ta' l-iżvilupp futur ta' l-UE, l-għan huwa li jkun hemm għarfien aħjar ta', l-ewwelnett, il-kwistjonijiet involuti fil-kisba ta' sens ta' “appartenenza” demokratika u parteċipazzjoni attiva miċ-ċittadini kif ukoll governanza demokratika u effettiva fil-livelli kollha inklużi proċessi ta' governanza innovattivi biex jitjiebu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-kooperazzjoni bejn l-atturi pubbliċi u privati, u, it-tieni, id-diversitajiet u l-ħwejjeġ komuni ta' l-Ewropa f'termini ta' kultura, reliġjon, istituzzjonijiet, liġi, storja, lingwi u valuri. Ir-riċerka ser tindirizza:

Il-parteċipazzjoni (inklużi aspetti taż-żgħażagħ, tal-minoritajiet u tas-sessi), ir-rappreżentanza, ir-responsabbiltà u l-leġittimità; l-isfera pubblika Ewropea, il-medja u d-demokrazija; diversi forom ta' governanza fl-UE inklużi l-governanza ekonomika u legali u r-rwol tas-setturi pubbliċi u privati, l-proċessi politiċi u l-opportunitajiet biex tingħata forma lill-linji politiċi; ir-rwol tas-soċjeta ċivili; iċ-ċittadinanza u d-drittijiet; l-implikazzjonijiet tat-tkabbir; u l-valuri relatati tal-popolazzjoni.

Id-diversitajiet u l-affarijiet komuni ta' l-Ewropa, inklużi l-oriġini storika u l-evoluzzjoni tagħhom; id-differenzi fl-istituzzjonijiet (inklużi normi, prattiċi, liġijiet); wirt kulturali; diversi viżjonijiet u perspettivi għall-integrazzjoni u t-tkabbir ta' l-Ewropa inklużi l-fehmiet tal-popolazzjonijiet; l-identitajiet inkluża l-identità Ewropea; approċċi għal kulturi multipliċi koeżistenti; ir-rwol tal-lingwa; l-arti u r-reliġjonijiet; attitudnijiet u valuri.

Indikaturi soċjoekonomiċi u xjentifiċi

Sabiex ikun hemm titjib fl-użu ta' l-indikaturi fil-politika, il-mira hija li jkun żviluppat għarfien aħjar ta' ta' l-użu tagħhom fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u li jkun propost titjib fl-indikaturi u l-metodu ta' użu tagħhom. Ir-riċerka ser tindirizza:

Kif l-indikaturi jintużaw fl-għanijiet tal-politika, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika f'varjetà ta' oqsma minn livelli makro sa livelli mikro, l-adekwatezza ta' l-indikaturi eżistenti u l-użu tagħhom, tikniki biex jiġu analizzati u proposti għal indikaturi u settijiet ta' indikaturi ġoda.

Kif il-politika bbażata fuq it-tagħrif tista' tkun appoġġata aħjar minn indikaturi u metodi għall-użu tagħom; indikaturi għall-politika b'għanijiet multipliċi għall-koordinazzjoni tal-politika u għar-regolazzjoni; appoġġ għal tali indikaturi minn statistiċi uffiċjali.

L-użu ta' indikaturi u strateġiji relatati fil-valutazzjoni ta' programmi ta' riċerka inklużi il-valutazzjoni ta' l-impatt.

Attivitajiet ta' previżjoni

L-għan huwa li jipprovdi lil dawk li jifformulaw il-politika fuq livelli nazzjonali, reġjonali u Komunitarji u oħrajn b'tagħrif ta' previżjoni għall-identifikazzjoni minn kmieni ta' sfidi għall-perijodu fit-tul u oqsma ta' interess komuni li jista' jgħinhom jifformulaw il-politika. Ser ikunu koperti erba' tipi ta' attivitajiet:

Previżjoni soċjo-ekonomika wiesgħa dwar numru limitat ta' sfidi u opportunitajiet importanti għall-Komunità, l-esplorazzjoni ta' kwistjonijiet bħall-futur u l-implikazzjonijiet tax-xjuħija, il-migrazzjoni, il-globalizzazzjoni tal-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-għarfien, bidliet fil-kriminalità u riskji ewlenin.

Previżjoni tematika aktar iffokata fuq l-iżvilupp f'oqsma ta' riċerka emerġenti jew dawk li jkopru diversi oqsma eżistenti, kif ukoll dwar il-futur tad-dixxiplini xjentifiċi.

Previżjoni dwar sistemi ta' riċerka u politiki fl-Ewropa u f'postijiet oħra u dwar il-futur ta' l-atturi ewlenin involuti.

Tagħlim u kooperazzjoni reċiproċi bejn inizjattivi ta' previżjoni nazzjonali u/jew reġjonali; kooperazzjoni bejn inizjattivi ta' previżjoni ta' l-UE, ta' pajjiżi terzi u internazzjonali.

Koperazzjoni internazzjonali

Minħabba d-dimensjoni internazzjonali b'saħħitha tar-riċerka, il-kooperazzjoni internazzjonali se tkun żviluppata fl-oqsma kolha differenti tat-tema. Se jitwettqu azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali dwar numru ta' suġġetti magħżula fuq bażi multilaterali u bilaterali identifikati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab kif ukoll dawk ta' l-Ewropa.

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti se toffri spazju għar-riċerkaturi sabiex jidentifikaw u jindirizzaw sfidi ta' riċerka mhux speċifikati hawn fuq. Se tħeġġeġ ħsieb innovattiv dwar l-isfidi li qiegħda tiffaċċja l-Ewropa u li ma tantx kien hemm diskussjoni dwarhom sa issa jew kombinamenti oħra rilevanti ta' kwistjonijiet, perspettivi u dixxiplini. Titwettaq ukoll riċerka bħala reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika mhux previsti, b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' dawk involuti fil-politika.

9.   L-ISPAZJU

Objettiv

L-appoġġ lill-Programm Spazjali Ewropew, b'enfażi fuq applikazzjonijiet bħall-GMES għall-ġid taċ-ċittadini u tal-kompetittività ta' l-industrija spazjali Ewropea. Dan se jagħti kontribut għall-iżvilupp ta' Politika Spazjali Ewropea, li tikkuplimenta l-isforzi mill-Istati Membri u minn atturi ewlenin oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).

Approċċ

F'dan il-qasam, il-Komunità se tikkontribwixxi għad-definizzjoni ta' l-għanijiet komuni msejsa fuq il-ħtiġijiet ta' l-utenti u l-għanijiet tal-politika; għall-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà u għal effikaċja imtejba fl-infiq. Se tagħti wkoll kontribut għad-definizjoni ta' l-istandards. Il-Politika Ewropea dwar l-Ispazju (54) ser isservi l-għanijiet ta' l-awtoritajiet pubbliċi u ta' dawk li jifformulaw il-politika waqt li ssaħħaħ il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea. Se tkun implimentata permezz ta' Programm Spazjali Ewropew, u s-Seba' Programm Kwadruse jagħti kontribut sabiex jappoġġa jew jikkumplimenta l-azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku pprovduti minn atturi oħra pubbliċi jew privati, li għandhom interess, fl-Ewropa.

L-azzjonijiet f'din it-tema se jappoġġaw l-għanijiet tal-politika tal-Komunità, pereżempju fl-oqsma ta' l-agrikoltura, l-foresterija, is-sajd, l-ambjent, it-telekomunikazzjoni, is-sigurtà, l-iżvilupp, is-saħħa, l-għajnuna umanitarja, it-trasport, ix-xjenza, l-edukazzjoni kif ukoll jiżguraw li l-Ewropa tkun involuta fil-kooperzzjoni reġjonali u internazzjonali. Huwa previst li l-għodod spazjali wkoll jagħtu kontribut għall-infurzar tal-liġi f'uħud mill-oqsma.

B'enfasi partikolari fuq l-użu ta' kapaċitajiet eżistenti fl-Ewropa, l-attivitajiet imniżżla hawn taħt jimmiraw primarjament lejn: l-esplojtazzjoni ta' l-assi spazjali għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet, b'mod partikolari l-GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà); li flimkien ma' Galileo jirrappreżentaw il-flagship tal-Politika Spazjali Ewropea, kif ukoll sforzi ta' l-esplorazzjoni ta' l-ispazju; teknoloġiji li jippermettu li jkun hemm appoġġ għar-rwol strateġiku ta' l-Unjoni Ewropea.

L-attivitajiet orjentati lejn l-applikazzjoni huma mistennija li jkunu komplimentari ma' azzjonijiet imwettqa taħt temi oħrajn fil-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” (speċjalment dawk imwettqa taħt “Ambjent” b'konnessjoni ma' l-osservazzjoni tad-dinja u mal-GEOSS u dawk imwettqa taħt “Teknoloġiji tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni”). Sinerġiji tematiċi jkunu wkoll żviluppati ma' attivitajiet relatati fi programmi speċifiċi oħra. Huma previsti azzjonijiet komplimentari permezz tal-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Programm għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ.

L-attivitajiet ta' riċerka u trasferiment tat-teknoloġija fit-tema jistgħu ikunu partikolarment attraenti għall-SMEs li jkunu qegħdin jiżviluppaw teknoloġiji innovattivi, li jeħtieġu familjarizzazzjoni ma' opportunitajiet ġodda tat-teknoloġija spazjali (spin-in) jew li jiżviluppaw it-teknoloġiji spazjali tagħhom għal swieq oħra (spin-off).

Il-ġestjoni ta' ċerti partijiet ta' l-attivitajiet spazjali jistgħu jiġu fdati f'idejn entitajiet esterni eżistenti, bħall-ESA (55) u entitajiet u aġenziji oħra fuq livell Ewropew jew nazzjonali. Fil-każ tal-GMES, attivitajiet ta' riċerka jistgħu jiġu implimentati permezz ta' Inizjattiva Konġunta fit-Teknoloġija (Ara l-Anness III).

Attivitajiet

Applikazzjonijiet ibbażati fuq it-teknoloġija spazjali biex jgħinu lis-Soċjetà Ewropea

Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES):

L-għan huwa li jiġu żviluppati sistemi xierqa ta' monitoraġġ u twissija minn kmieni, ibbażati fuq is-satelliti, inkluż għas-sigurtà taċ-ċittadini, bħala sorsi ta' tagħrif uniċi u disponibbli b'mod globali u li tkun ikkonsolidata u stimulata l-evoluzzjoni ta' l-użu operazzjonali tagħhom. Dan il-programm se wkoll jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta' servizzi operazzjonali GMES, li jippermetti li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jantiċipaw jew inaqqsu aħjar is-sitwazzjonijiet ta' kriżi u l-kwistjonijiet relatati ma' l-immaniġġar ta' l-ambjent u s-sigurtà u l-immaniġġar tad-diżastri naturali, li jibda b' servizzi rapidi dwar Rispons ta' Emerġenza, Monitoraġġ ta' l-Art u Servizzi tal-Baħar. L-attivitajiet ta' riċerka prinċipalment se jagħtu kontribut sabiex ikun massimizzat l-użu tat-tagħrif GMES miġbur minn sorsi bbażati fl-ispazju u jintegrhom mat-tagħrif minn sistemi ta' osservazzjoni fi prodotti komplessi iddisinjati sabiex jipprovdu tagħrif u servizzi magħmula apposta għall-utenti finali permezz ta' maniġġar effiċjenti ta' l-integrazzjoni tat-tagħrif. Teknoloġiji satellitari oħrajn (eż. Komunikazzjoni, Navigazzjoni) se jiġu integrati, fejn hu meħtieġ, fl-iżvilupp tas-servizzi tal-GMES. L-attivitajiet ta' riċerka se jagħtu kontribut ukoll sabiex itejbu t-teknika ta'monitoraġġ u t-teknoloġiji ta' l-istrumenti, jiżviluppaw, fejn ikun meħtieġ, sistemi ġodda bbażati fuq l-ispazju jew itejbu l-interoperabbiltà ta' dawk eżistenti, u jagħmlu l-użu tagħhom possibbli f'servizzi (pre)operazzjonali li jissodisfaw tipi speċifiċi ta' domanda. Ir-riċerka għandha tappoġġa l-iżvilupp ta' sistemi sostenibbli bbażati fl-ispazju u fil-post (inkluż ibbażati fuq l-art u fl-arju) partikolarment: għal monitoraġġ ta' l-art, monitoraġġ ta' l-oċeani u maniġġar ta' kriżijiet, bi xbihat frekwenti ta' riżoluzzjoni għolja għal żoni ta' importanza kbira, inklużi żoni sensittivi, urbani u li qed jevolvu malajr; għall-prevenzjoni tar-riskju u l-immaniġġar tar-riskju u kull xorta ta' emerġenza, li jsaħħu l-konverġenza ma' sistemi mhux spazjali.

Fil-qasam ta' l-ambjent, it-talbiet jinkludu l-akkwist ta' tagħrif indipendenti dwar l-istat u l-evoluzzjoni ta' l-użu sostenibbli ta' riżorsi rinovabbli (bħall-veġetazzjoni u l-foresti), artijiet mistagħdra, deżertifikazzjoni, kopertura ta' l-art inkluż il-borra u s-silġ, u l-użu ta' l-art, il-provvista ta' l-ikel, l-ambjent agrikolu u s-sajd, ħażniet (carbon sinks) u stokks tal-karbonju; il-proċessi u l-kimika ta' l-atmosfera; u l-kondizzjonijiet ta' l-ibħra. Se jitqies is-Sitt Plan ta' Azzjoni tal-KE dwar il-linji politiċi ambjentali li jissorvelja l-bidla fil-klima, il-kwalità ta' l-ilma, l-arja, u l-ħamrija.

Fil-qasam tas-sigurtà, it-talbiet jinkludu titjib fl-akkwist, l-aċċess u t-tpartit tad-data u t-tagħrif meħtieġ fil-kuntest tar-rispons u l-immaniġġar ta' assistenza fl-emerġenzi. Se jingħata appoġġ għall-prevenzjoni/mitigazzjoni, monitoraġġ, maniġġar tar-riskji u valutazzjoni tal-perikli naturali u teknoloġiċi kif ukoll għall-għajnuna umanitarja għall-iskop ta' l-evalwazzjoni tal-bżonnijiet u l-ippjanar għall-emerġenzi fil-kuntest ta' diżastri naturali (bħal nirien fil-foresti, għargħar u terremoti) u kriżijiet umanitarji (refuġjati, persuni mċaqalqa minn post għall-ieħor fl-istess pajjiż, eċċ.). Se jitqies ukoll appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità bħall-istabbiliment ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u fil-qasam tas-sorveljanza tal-fruntieri.

Aspetti ta' sigurtà (komplimentari mar-riċerka dwar is-sigurtà u l-attivitajiet GMES)

Ir-rapport SPASEC tal-KE (56) enfasizza li s-servizzi spazjali għandhom rwol tant importanti fil-benesseri tas-soċjetà Ewropea li l-ħarsien ta' l-infrastruttura kruċjali tas-settur spazjali hija prijorità. Dan għandu mnejn ikun jeħtieġ servizzi u kapaċitajiet għas-sorveljanza ta' assi bbażati fl-ispazju kif ukoll ħarsien ta' l-infrastrutturi fl-art. Is-sistema ta' sorveljanza spazjali tkun tista', per eżempju, tipprovdi tagħrif dwar il-karatteristiċi ewlenin tas-satelliti (eż. parametri ta' l-orbita, status ta' attività), il-karatteristiċi ta' frak li jista' jkun ta' periklu (eż. trajettorja, parametri fiżiċi) u tagħrif rilevanti dwar it-temp fl-ispazju u Oġġetti Viċin id-Dinja. Jistgħu jkunu previsti f'dan il-qasam studji ta' fattibbiltà u finanzjament ta' proġetti ta' dimostrazzjoni.

Applikazzjonijiet ta' Komunikazzjoni bis-Satellita

L-għan huwa li jkun hemm appoġġ għal applikazzjonijiet u servizzi innovattivi ta' komunikazzjoni bis-satellita integrati mingħajr qsim f'netwerks elettroniċi ta' komunikazzjoni globali, għaċ-ċittadini u l-intrapriżi f'setturi ta' applikazzjoni li jinkludu l-protezzjoni ċivili, is-sigurtà, e-government, telemediċina, tele-edukazzjoni, tiftix u salvataġġ, turiżmu u attivitajiet ta' passatemp, trasport inkluż ġestjoni ta' flotot u navigazzjoni personali, agrikoltura, forestrija u meteoroloġija. L-enfasi tar-riċerka se tkun fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ġodda u l-iskjerament ta' missjonijiet ta' dimostrazzjoni u sistemi preoperattivi fejn il-komunikazzjoni bis-satellita tirrappreżenta risposta effiċjenti għal dawn il-ħtiġijiet f'termini ta' servizzi downstream tal-GMES.

Esplorazzjoni ta' l-ispazju

L-għan huwa li jkun provdut sostenn ta' R&Ż u l-massimizzazzjoni tal-valur miżjud xjentifiku minn sinerġiji b'inizjattivi ta' l-ESA jew entitajiet u aġenziji oħra fuq livell Ewropew jew nazzjonali fil-qasam ta' l-esplorazzjoni spazjali, inklużi l-implikazzjonijiet tat-trasferiment tat-teknoloġija relatata, u li jkun aktar faċli għall-komunità xjentifika li jkollha aċċess għar-riżultati/id-data miksuba matul il-missjonijiet ta' esplorazzjoni mwettqa fil-Qafas tal-Programm Spazjali Ewropew. L-attivitajiet ta' riċerka se jitwettqu, b'mod partikolari, permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ, studji ta' fattibbiltà u proġetti preoperattivi. Se jkollhom jitqiesu dimensjonijiet addizzjonali: l-opportunitajiet intrinsiċi għal kooperazzjoni internazzjonali u l-importanza li jibqa' jkun hemm għarfien u tad-disseminazzjoni tar-riżultati.

Azzjonijiet ta' appoġġ u studji dwar fattibbiltà huma wkoll previsti bħala mezzi biex ikunu kkoordinati aħjar l-isforzi għall-iżvilupp ta' teleskopji u detectors spazjali kif ukoll għal analiżi tad-data fix-xjenzi spazjali. L-azzjonijiet f'dan il-kuntest se jikkomplimentaw il-programmi nazzjonali u internazzjonali rilevanti (notevolment ta' l-ESA) u se jimmiraw li jeżaminaw opportunitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali.

RŻT biex tissaħħaħ il-bażi tat-teknoloġiji spazjali

Teknoloġija spazjali

B'mod ġenerali, l-għan huwa li jkun hemm appoġġ għal żieda ġenerali fil-kompetittività, l- effikaċja tan-nefqa u l-aċċess indipendenti tas-settur Ewropew tat-teknoloġija spazjali.

B'mod partikolari, l-objettiv jista' jintlaħaq permezz tar-riċerka spazjali u l-iżvilupp ta' ħtiġijiet li jħallu effett fit-tul inkluż it-trasport fl-ispazju, per eżempju permezz ta': valutazzjoni tal-ħtiġijiet f'terminu ta' żmien twil; kontribut għal studji dwar sistemi li jqisu l-ħtiġijiet ta' l-utenti finali; kontribut għal riċerka teknoloġika upstream għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' sistemi ta' propulsjoni u trasportazzjoni spazjali.

Xjenzi spazjali

L-għan huwa li jkun hemm kontribut għall-iżvilupp ta' teknoloġiji avvanzati sabiex jintużaw fix-xjenzi spazjali. Ix-xjenzi spazjali mhux biss jipprovdu għarfien fil-fond dwar l-istruttura ta' l-univers u għarfien aħjar tal-Pjaneta u tas-Sistema Solari, u approċċ ġdid lejn il-bijo-mediċina u x-xjenzi fiżiċi u dwar il-ħajja, huma wkoll forza qawwija li ssuq żviluppi teknoloġiċi ġodda b'ħafna applikazzjonijiet sussegwenti ta' benefiċċju għas-soċjetà. Is-Seba' Programm Kwadru għandu jikkomplimenta l-programmi xjentifiċi attwali fejn ikunu identifikati lakuni u jkun ta' appoġġ għall-attivitajiet xjentifiċi inklużi dawk fuq l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS). Huma previsti wkoll attivitajiet ta' appoġġ immirati sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal tagħrif xjentifiku inkluż dak miksub minn missjonijiet preċedenti.

Koperazzjoni internazzjonali

L-esplojtazzjoni u l-esplorazzjoni ta' l-ispazju huma, min-natura tagħhom, intrapriżi globali. Il-kooperazzjoni effettiva internazzjonali fl-ispazju se tgħin sabiex tkabbar l-istatura politika ta' l-UE fid-dinja, issaħħaħ il-kompetittività ekonomika tagħha u ttejjeb ir-reputazzjoni tagħha għal eċċellenza xjentifika. Il-kooperazzjoni fis-settur ta' l-ispazju se tkun ta' appoġġ ukoll għall-għanijiet tal-politika esterna tal-Komunità (eż. appoġġ għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u għal pajjiżi ġirien).

F'dan ir-rigward, il-fok se jkun fuq l-iżvilupp ta' strateġija globali fil-kooperazzjoni spazjali internazzjonali kif ukoll fuq mekkaniżmu ta' koordinazzjoni effiċjenti li tinvolvi l-atturi relevanti kollha Ewropej.

L-ispazju għandu jitqies bħala settur privileġġat għall-iżvilupp ta' attivitajiet internazzjonali, b'mod partikolari b'kooperazzjoni ma' potenzi ewlenin u emerġenti fl-ispazju bħar-Russja, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Indja, il-Kanada, il-Ġappun, l-Ukraina u pajjiżi oħra li qegħdin jagħmlu attività relatata ma' l-ispazju.

Se jsiru sforzi sabiex ikun promoss l-użu ta' soluzzjonijiet ibbażati fl-ispazju bħala appoġġ għall-iżvilupp sostenibli u l-prevenzjoni ta' riskji fil-kuntest ta' diżastri naturali u kriżi umanitarji, b'mod partikolari fl-Afrika. Dan huwa koerenti ma' l-approċċ globali meħud mill-GMES fir-rigward tal-monitoraġġ ta' l-ambjent (57) u tas-sigurtà.

Sabiex ikun hemm opportunitajiet aħjar għal kollaborazzjoni effiċjenti u sabiex ikun żgurat li l-aħjar kompetenzi fil-qasam ta' l-ispazju jkunu integrati fil-Programm Spazjali Ewropew, għandu jsir użu minn azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni għal proġetti bilaterali jew multilaterali, inizjattivi internazzjonali jew globali u kooperazzjoni ma' ekonomiji emerġenti u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. L-attivitajiet se jinkludu vvalutar u mmonitorar ta' impenji internazzjonali.

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

Ir-riċerka dwar il-ħtiġijiet emerġenti se tippermetti li jkun hemm soluzzjonijiet innovattivi għal żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tar-riċerka fl-ispazju u l-possibilità ta' adattazzjoni u applikazzjonijiet f'oqsma oħrajn (eż. maniġġar tar-riżorsi, proċessi bijoloġiċi u materjali ġodda). Ir-riċerka bħala reazzjoni għal ħtiġijiet ta' politika mhux previsti tista' tindirizza suġġetti bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ispazju bħala appoġġ għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, l-iżvilupp ta' għodod ġodda għall-osservazzjoni u komunikazzjoni spazjali u metodi relatati mal-politiki rilevanti tal-Komunità u kontribuzzjoni għal l-inklusività soċjali.

10.   SIGURTÀ

Objettiv

Għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-għarfien għall-kostruzzjoni ta' kapaċitajiet iffokati fuq applikazzjoni ċivili meħtieġa sabiex jiżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini minn theddid bħat-terroriżmu, diżastri naturali u l-kriminalità, waqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-bniedem inkluża l-privatezza; biex jkun żgurat l-aħjar użu miftiehem għall-benefiċċju tas-sigurtà ċivili Ewropea ta' teknoloġiji disponibbli u li qegħdin jevolvu; u biex tiġi stimulata l-kooperazzjoni tal-fornituri u l-utenti għal soluzzjonijiet ta' sigurtà ċivili, u tissaħħaħ il-kompetittività ta' l-industrija tas-sigurtà Ewropea u tinkisbu riżultati ta' riċerka orjentata lejn missjoni sabiex jitnaqqsu d-differenzi fis-sigurtà.

Approċċ

Is-sigurtà fl-Ewropa hija prerekwiżit għall-prosperità u l-ħelsien. It-tema ta' Riċerka dwar is-Sigurtà tagħmel enfasi esklussiv fuq applikazzjonijiet ċivili u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-linji politiċi u l-inizjattivi tal-Komunità dwar is-sigurtà bħall-istabbiliment ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, trasport, saħħa, (inkluż il-Programm dwar is-Sigurtà tas-Saħħa ta' l-UE (58), il-protezzjoni ċivili (inklużi diżastri naturali u industrijali), l-enerġija, l-ambjent u l-linji politiċi esterni. Permezz ta' dan, it-tema se tagħti kontribut ukoll għat-tkabbir u l-impjieg u l-kompetittività ta' l-industrija tas-sigurtà Ewropea. Se tgħin sabiex id-diversi atturi nazzjonali u internazzjonali jikkooperaw u jikkoordinaw sabiex jevitaw duplikazzjoni bla bżonn u jesploraw is-sinerġiji kull meta jkun possibbli. Se tkun immirata lejn il-mili tan-nuqqas ta' kapaċità u se tipprovdi valur miżjud ċar għall-ħtiġijiet ta' sigurtà fl-Ewropa. Ir-rispett tal-privatezza u l-libertajiet ċivili se jkun prinċipju-gwida fit-tema kollha kemm hi. Mhux se ssir ħidma fuq kwalunkwe teknoloġija għal armi letali u/jew distruttivi.

Il-ħtiġijiet speċjali li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità għandhom jiġu infurzati iżda t-trasparenza tas-sejbiet tar-riċerka m'għandhiex tkun ristretta bla bżonn. Barra minn hekk, iridu jiġu identifikati oqsma li bħalissa jippermettu t-trasparenza preżenti tas-sejbiet tar-riċerka.

Dawn l-attivitajiet mhux ta' difiża fuq livell Komunitarju se jindirizzaw erba oqsma ta' missjoni ta' sigurtà ċivili li ġew identifikati b'reazzjoni għal sfidi speċifiċi b'rilevanza politika għolja u valur miżjud Ewropew fir-rigward ta' theddid u inċidenti ta' sigurtà potenzjali, u tliet oqsma ta' interess għal diversi oqsma. Kull qasam ta' missjoni jkopri sitt fażijiet li jvarjaw skond iż-żmien u l-enfasi. Dawn is-sitt fażijiet huma: l-identifikazzjoni (relatata ma' l-inċident), il-prevenzjoni (relatata mat-theddid), il-ħarsien (relatata mal-mira), il-preparazzjoni (relatata ma' l-operazzjoni), ir-reazzjoni (relatata mal-kriżi) u l-irkupru (relatata mal-konsegwenzi); dawn jiddeskrivu l-isforzi li se jsiru fil-fażijiet rispettivi. L-ewwel erba' fażijiet jirreferu għall-isforzi sabiex ikun evitat inċident u jnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali tiegħu, l-aħħar tnejn jirreferu għall-isforzi sabiex tkun irmedjata s-sitwazzjoni ta' l-inċident u l-konsegwenzi aktar fit-tul.

Għal kull fażi ta' l-oqsma ta' missjoni individwali, grupp speċifiku ta' kapaċitajiet, li dawk responsabbli mis-sigurtà taċ-ċittadini jeħtieġu sabiex ilaħħqu b'mod effettiv mat-theddid u l-inċidenti, isir rilevanti. Il-kapaċitajiet jindikaw kif l-isforzi se jitwettqu u, f'ħafna każijiet, jagħtu kontribut f'aktar minn fażi waħda u/jew qasam ta' missjoni wieħed. L-akkwist tal-kapaċitajiet huwa bbażat fuq kombinament ta' għarfien, teknoloġiji u miżuri organizzattivi. Din it-tema se tindirizza wkoll mezzi biex tassigura konnessjoni effettiva bejn l-għarfien u teknoloġiji avvanzati, użu aħjar ta' sistemi ta' TIK komuni fl-oqsma ta' operazzjonijiet differenti, u proċessi żviluppati u l-implimentazzjoni attwali tagħhom mid-diversi utenti finali, sabiex ikun miksub titjib fil-kapaċitajiet ta' sigurtà Ewropea.

Ir-riċerka se tiffoka b'mod partikolari fuq il-mili tal-lakuni tal-kapaċità permezz ta' l-iżvilupp ta' teknoloġiji u ħiliet meħtieġa mill-qasam speċifiku tal-missjoni u identifikati minn approċċ “top-down” iggwidat minn djalogu ma' l-utenti finali, f'konformità ma' l-objettivi u l-prijoritajiet. Bħala l-utenti finali tar-riċerka ta' sigurtà, l-awtoritajiet pubbliċi, is-settur privat u ċ-ċittadini ta' l-UE se jkunu involuti bis-sħiħ fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tar-riċerka tas-sigurtà li għandhom jiġu indirizzati. Approċċ ta' “Analiżi tas-Sistema” se jkun adottat biex issir analiżi ta' lakuni ta' sigurtà ċivili u l-ħtiġijiet R&D tagħhom f'kull qasam tal-missjoni. L-attivitajiet se jinkludu l-analiżi tal-ħtiġijiet ta' sigurtà ta' affarijiet ċivili. Din l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tar-riċerka għandha tkun element ta' riċerka importanti kontinwu taħt din it-Tema.

Dan l-approċċ iggwidat mil-lakuna tal-kapaċità se jkun ikkomplimentat minn approċċ “bottom-up” li josserva u jeżamina t-teknoloġiji biex jaraf kif dawn jistgħu jintużaw biex tissaħħaħ is-sigurtà Ewropea. Aspett importanti huwa li jsir użu mill-eċċellenza tan-naħa li tipprovdi (eż. l-industrija, l-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka) biex jitressqu 'l quddiem soluzzjonijiet ta' sigurtà innovattivi.

Ir-riċerka se tkun multidixxiplinarja u orjentata lejn il-missjoni, se tvarja mill-iżvilupp tat- teknoloġija u tal-metodoloġija, għall-integrazzjoni, d-dimostrazzjoni u l-validazzjoni tat-teknoloġija u tas-sistemi. Natura b'diversi skopijiet tat-teknoloġiji se tkun imħeġġa sabiex timmassimizza l-ambitu ta' l-applikazzjoni tagħhom u sabiex tkattar il-cross fertilisation u l-użu ta' teknoloġiji disponibbli u li qed tevolvi fis-settur tas-sigurtà ċivili. It-tema ta' Riċerka dwar is-Sigurtà għandha l-għan li tipprepara soluzzjonijiet effettivi fuq perijodu medju u fit-tul li huma suffiċjentament adattabbli u innovattivi biex jisfidaw theddidiet rilevanti. Se tikkomplimenta u tintegra wkoll it-teknoloġija u r-riċerka aktar orjentata lejn sistemi li huma aktar rilevanti għas-sigurtà ċivili li jitwettqu taħt temi oħrajn.

Ir-riċerka xjentifika għandha bżonn regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi biex titqies in-natura speċjali tagħha bil-għan li l-informazzjoni sensittiva relatata mas-sigurtà tiġi protetta, u li tkun provduta informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riżultati ta' l-Istati Membri u ta' l-utenti finali.

Ir-riċerka se tiffoka esklussivament fuq applikazzjonijiet ta' sigurtà ċivili. Waqt li tagħraf li hemm oqsma ta' teknoloġija b'użu doppju rilevanti kemm għal applikazzjonijiet ċivili kif ukoll militari, se jkun stabbilit qafas ta' koordinazzjoni xieraq ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (EDA). Barra minn hekk, se tiġi stabbilita koordinazzjoni tar-riċerka ta' sigurtà ma' attivitajiet oħra fuq livell nazzjonali u dak Ewropew, biex tipprovdi informazzjoni reċiproka u tevita d-duplikazzjoni mhux neċessarja tal-finanzjament.

L-involviment ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-attività huwa mħeġġeġ bil-qawwa kif inhuwa wkoll dak ta' l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet responsabbli mis-sigurtà taċ-ċittadini. L-aġenda tar-riċerka fuq terminu itwal elaborata mill-Bord Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar is-Sigurtà (ESRAB) (59) ser jappoġġa d-definizzjoni tal-kontenut u l-istruttura tar-riċerka f'din it-tema.

Attivitajiet

L-attivitajiet se jindirizzaw l-oqsma ta' missjoni li ġejjin:

Sigurtà taċ-ċittadini: L-attivitajiet se jikkonċentraw l-aspett ta' theddida ta' inċidenti potenzjali ta' importanza transnazzjonali, bħal min jikkommetti offiża, apparat u riżorsi użati minnhom jew bħal l-mekkaniżmi ta' attakk. Serje ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' “identifikazzjoni”, “prevenzjoni”, “preparazzjoni” u “reazzjoni”. Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, bil-għan li jipprovdu protezzjoni ċivili, inkluża l-bijo-sigurtà u l-protezzjoni kontra r-riskji li jkunu ġejjin mill-kriminalità u attakki terroristiċi, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: theddid (eż. Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari, CBRN), għarfien (eż. ġbir ta' tagħrif sigriet, kollezzjoni, esplojtazzjoni, tpartit tat-tagħrif; twissija), skoperta (eż. sustanzi perikolużi, splussivi, aġenti B jew Ċ, individwi jew gruppi perikolużi, aġir suspettuż), identifikazzjoni u awtentikazzjoni (eż. ta' persuni, tipi u ammonti ta' sustanzi), prevenzjoni (eż. kontroll ta' l-aċċess u l-moviment, fir-rigward ta' riżorsi finanzjarji, kontroll ta' l-istrutturi finanzjarji), stat ta' preparazzjoni (eż. valutazzjoni tar-riskju, protezzjoni tas-CBRN kontroll ta' aġenti bijoloġiċi u kimiċi rilaxxati intenzjonalment; valutazzjoni tal-livelli tar-riservi strateġiċi bħal persunal, ħiliet, tagħmir, oġġetti ta' konsum, fir-rigward ta' inċidenti kbar, eċċ.), newtralizzazzjoni (eż. missili, komunikazzjonijiet, vetturi, sistemi mhux distruttivi) u konteniment ta' l-effetti ta' attakki terroristiċi u kriminali, infurzar tal-liġi u l-ipproċesar tat-tagħrif.

Sigurtà ta' l-infrastrutturi u s-servizzi pubbliċi: L-attivitajiet se jikkonċentraw fuq il-miri ta' inċident jew diżastri ta' importanza minn pajjiz għall-ieħor; eżempji ta' l-infrastruttura jinkludu siti ta' avvenimenti fuq skala kbira, siti ta' valur sinifikanti politiku (eż. bini tal-parlament) jew simboliku (eż. monumenti partikolari) u s-servizzi bħall-enerġija (inklużi ż-żejt, l-elettriku, il-gass) l-ilma, it-trasport (inklużi bl-arja, l-art u fuq l-ilma), il-komunikazzjoni (inkluż ix-xandir), finanzjarji, amministrattivi, ta' saħħa pubblika eċċ. Firxa ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' “protezzjoni”, iżda wkoll “reparazzjoni”. Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: l-analiżi, l-immudellar u l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet ta' l-infrastruttura fiżika u l-operat tagħha; l-assigurazzjoni ta' l-infrastrutturi kruċjali fuq network eżistenti u tal-futur pubbliċi u privati; sistemi u servizzi, fir-rigward ta' l-aspetti fiżiċi, loġiċi u funzjonali tagħhom; sistemi ta' kontroll u twissija sabiex ikun hemm reazzjoni mgħaġġla f'każ ta' inċident, ħarsien mill-effetti li jsegwu 'l xulxin wara inċident, li jiddefinixxi u jiddiżinja kriterji biex jinbnew infrastrutturi u utilitajiet sikuri.

Sorveljanza intelliġenti u sigurtà tal-fruntieri: L-attivitajiet se jittrattaw kwistjonijiet rilevanti għall-livelli konsekuttivi kollha ta' l-istrateġija Ewropeja tas-sigurtà tal-fruntieri, li jibda bil-proċeduri ta' l-applikazzjoni għall-viżi fl-ambaxxati u postijiet konsulari (l-ewwel livell), kooperazzjoni transkonfini (it-tieni livell), miżuri fil-punti ta' qsim tal-fruntieri fil-fruntieri ta' l-art, il-portijiet u l-ajruporti kif ukoll bejn il-punti ta' qsim ta' fruntieri ħodor u koħol (it-tielet livell) u finalment attivitajiet ġewwa l-fruntieri esterni Ewropej (ir-raba' livell) bħall l-iskambju ta' informazzjoni, miżuri kompensatorji, Sistema ta' Informazzjoni Schengen (SIS), kooperazzjoni Ġudizzjarja u tal-Pulizija, Doganali u tal-Gwardji tal-Fruntieri (PCB). Serje ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' “identifikazzjoni”, “prevenzjoni” u “protezzjoni”. Il-mira hija kemm li jkun evitat inċident u kemm li jkunu mmitigati l-konsegwenzi potenzjali.

Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: tisħiħ ta' l-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistemi, apparat, għodod u proċessi kollha rilevanti għas-sigurtà użati fil-punti ta' aċċess fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri (eż. identifikazzjoni tan-nies ifittxu aċċess, skoperta mhux invażiva ta' nies u oġġetti, ittraċċar ta' sustanzi, kampjuni, għarfien spazjali inkluż il-ġbir u l-analiżi tat-tagħrif, eċċ); titjib fis-sigurtà tal-fruntieri ta' l-art u tal-baħar ta' l-Ewropa (eż. permezz ta' l-iskoperta mhux invażiva u ta' taħt l-ilma tal-vetturi, tracking tal-vetturi, għarfien spazjali inkluż il-ġbir u l-analiżi tat-tagħrif, sorveljanza, operazzjonijiet remoti, eċċ.); sigurtà marittima; valutazzjoni u maniġġar tal-flussi ta' immigranti (illegali). Se jiġi stabbilit qafas xieraq għall-koordinazzjoni ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni.

Restawr tas-sigurtà u s-sikurezza f'każ ta' kriżijiet: L-attivitajiet se jiffokaw fuq teknoloġiji li jipprovdu dehra ġenerali ta', appoġġ għal diversi operazzjonijiet ta' maniġġar ta' emerġenza, bħal protezzjoni ċivili (inklużi d-diżastri naturali u l-inċidenti industrijali), għajnuna umanitarja u xogħol ta' salvataġġ u l-appoġġ għall-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà. Serje ta' kapaċitajiet huma meħtieġa għal dan il-qasam ta' missjoni, li ħafna minnhom jirrigwardaw primarjament il-fażijiet ta' “preparazzjoni”, “reazzjoni” u “rkupru”. Il-mira hija li jkunu mnaqqsa l-konsegwenzi ta' l-inċident. Sabiex jitkattru l-kapaċitajiet meħtieġa, l-enfasi se tkun fuq kwistjonijiet bħal: stat ta' preparazzjoni ġenerali fl-organizzazzjoni u l-operazzjoni sabiex ikunu ffaċċjati inċidenti ta' sigurtà (eż. il-koordinazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-komunikazzjoni ta' l-emerġenza, il-valutazzjoni tar-riservi strateġiċi, inventarji strateġiċi, eċċ.) tmexxija ta' kriżi (eż. mezzi integrati ta' allert u tmexxija, valutazzjoni ta' l-inċident u ħtiġijiet ta' prijorità, integrazzjoni ta' atturi u riżorsi eteroġeni l-evakwazzjoni u l-iżolament, in-newtralizzazzjoni u l-konteniment ta' l-effetti ta' attakki terroristiċi u l-kriminalità, eċċ.) intervenzjoni f'ambjent ostili, l-għajnuna umanitarja ta' emerġenza, u l-immaniġġar tal-konsegwenzi u l-effetti li jsegwu 'l xulxin ta' inċident tas-sigurtà (eż. it-tħaddim tas-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika, l-kontinwità tan-negozju, miżuri li jibnu l-fiduċja, it-tiswija ta' l-operazzjoni mħarbta jew distrutta tas-soċjetà eċċ.).

L-oqsma ta' hawn fuq se jkunu appoġġati fl-oqsma ta' interess trasversali li ġejjin:

Integrazzjoni, interkonnettività u interoperabbiltà tas-Sistemi ta' Sigurtà: L-attivitajiet marbutin ma' l-intelligence, il-ġbir ta' informazzjoni u s-sigurtà ċivili se jagħmlu possibbli u/jew jagħtu kontribut għar-rendiment tat-teknoloġija meħtieġa għat-tkattir tal-kapaċitajiet elenkati hawn fuq, biex b'hekk ikun hemm enfasi fuq kwistjonijiet trasversali bħal: it-titjib ta' l-interoperabbiltà u l-interkonnettività tas-sistemi, it-tagħmir, is-servizzi u l-proċessi, inklużi l-infurzar tal-liġi, it-tifi tan-nar, id-difiża ċivili u l-infrastrutturi ta' informazzjoni medika, waqt li jkunu żgurati l-affidabbiltà, il-ħarsien tal-privatezza u l-integrità tat-tagħrif, it-traċċabilità tat-transazzjonijiet kollha u l-ipproċessar tagħhom, eċċ. L-attivitajiet se jindirizzaw ukoll materji ta' standardizzazzjoni (inklużi dawk fir-rigward ta' l-interoperabbiltà kulturali, umana u ta' organizzazzjoni).

Is-sigurtà u s-soċjetà: L-attivitajiet huma ta' natura trasversali u se jitmexxew b'interazzjoni bejn ix-xjenzi naturali, it-teknoloġija u xjenzi oħra, b'mod partikolari x-xjenzi politiċi, soċjali u umani. L-enfasi ser tkun immirata fuq kostruzzjoni tax-xenarji kulturali u soċjoekonomiċi, kif ukoll analiżi sistematika tar-riskju, u attivitajiet oħrajn ta' riċerka relatati ma' suġġetti bħal: Is-sigurtà bħala kunċett li qiegħed jevolvi (analiżi komprensiva tal-ħtiġijiet relatati mas-sigurtà sabiex ikunu definiti l-ħtiġijiet funzjonali ewlenin sabiex jindirizzaw il-qasam tas-sigurtà li dejjem ivarja); interdependenzi, vulnerabilitajiet minħabba f'diżastri u theddid ġdid (eż. fil-qasam tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata); l-attitudni taċ-ċittadini f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (eż. il-perċezzjoni tat-terroriżmu u l-kriminalità, l-aġir tal-folol, l-fehim pubbliku ta' drittijiet ċivili u forom ta' protezzjoni soċjo-kulturali, l-għarfien tas-sigurtà u l-kontrolli tas-sigurtà (u s-sigurezza) u l-aċċettazzjoni mill-pubbliku; l-istat ta' tħejjija taċ-ċittadini f'każ ta' attakk terroristiku; kwistjonijiet relatati mal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet u ċ-ċittadini f'sitwazzjonijiet ta' kriżi; tkabbir ta' l-għarfien tal-pubbliku dwar it-theddid; gwida għaċ-ċittadini dwar is-sistemi ta' konsulenza u assistenza dwar sigurtà interna fl-Istati Membri u fuq livell ta' l-UE; analiżi ta' l-aġir, psikoloġiku u ta' xort'oħra ta' min jikkommetti offiżi terroristiċi; kwistjonijiet ta' etika fir-rigward tal-ħarsien tat-tagħrif personali u l-integrità tat-tagħrif. Ir-riċerka se tkun ukoll diretta lejn l-iżvilupp ta' indikaturi statistiċi fuq il-kriminalità sabiex ikunu jistgħu isiru evalwazzjonijiet dwar il-bidliet fil-kriminalità.

Koordinazzjoni u strutturar tar-Riċerka dwar is-Sigurtà: Dan il-qasam jipprovdi l-pjattaformi għall-attivitajiet ta' koordinazzjoni u strutturar ta' l-isforzi ta' riċerka dwar is-sigurtà nazzjonali, Ewropea u internazzjonali, sabiex jiżviluppa s-sinerġiji bejn ir-riċerka ta' natura ċivili, tas-sigurtà u tad-difiża kif ukoll sabiex jikkoordina bejn in-naħa tad-domanda u u n-naħa tal-provvista tar-riċerka dwar is-sigurtà. L-attivitajiet se jiffokaw fuq it-titjib tal-kondizzjonijiet u proċeduri rilevanti.

Koperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali fl-attivitajiet ta' Riċerka dwar is-Sigurtà se jitwettqu f'konformità ma' l-aspetti interni u esterni tal-politika Komunitarja. Minħabba s-sensittività partikolari ta' dan il-qasam, il-kooperazzjoni internazzjonali ser titqies fuq bażi individwali fir-rigward tal-pajjiżi involuti. Ħtiġijiet u kriterji partikolari għall-kooperazzjoni internazzjonali jistgħu jkunu stipulati fil-programm ta' ħidma.

Se jkunu kkunsidrati azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali fejn ikun hemm benefiċċju reċiproku skond il-Politika tas-Sigurtà ta' l-UE, bħal riċerka relatata ma' attivitajiet tas-sigurtà b'applikazzjoni dinjija, eż. il-ġestjoni ta' diżastri fuq skala kbira.

Rispons għal ħtiġijiet emerġenti u ħtiġijiet ta' politika mhux previsti

It-tema tar-Riċerka dwar is-Sigurtà hija flessibbli kemm bħala natura u kemm bħala disinn. L-attivitajiet se jippermettu l-akkomodazzjoni ta' theddid għas-sigurtà li għadu mhux magħruf inklużi d-diżastri, u ħtiġijiet ta' politika relatati li jistgħu jqumu. Din il-flessibilità se tikkumplimenta l-karattru orjentat lejn il-missjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka spjegati hawn fuq.

ANNESS II

TQASSIM INDIKATTIV TA' L-AMMONT

It-tqassim indikattiv huwa kif ġej (f'miljuni ta' euro):

Saħħa

6 100

Ikel, Agrikoltura u Sajd, Bio-teknologija

1 935

Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

9 050

Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda Technologies

3 475

Enerġija

2 350

Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

1 890

Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

4 160

Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Umanistika

623

L-Ispazju

1 430

Sigurtà

1 400

Total  (60)  (61)  (62)  (63)

32 413

ANNESS III

FAĊILITÀ FINANZJARJA GĦALL-QSIM TAR-RISKJU

Skond l-Anness II, il-Komunità ser tipprovdi kontribut (azzjoni ta' koordinazzjoni u appoġġ) lill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) li jkun imsieħeb għall-qsim tar-riskju għall-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju (RSFF). L-RSFF, li ser tkun ko-finanzjata mill-Komunità u l-EIB, hija mmirata lejn it-trawwim ta' investiment tas-settur privat madwar l-Ewropa fl-iżvilupp u d-demonstrazzjoni ta' riċerka u teknoloġija (RTD) kif ukoll l-innovazzjoni.

Il-kontribut Komunitarju ser iżid il-kapaċità tal-Bank li jirregola r-riskju, b'hekk jippermetti għal (i) volum akbar ta' operazzjonijiet ta' self u garanziji ta' l-EIB għal ċertu livell ta' riskju, u (ii) l-iffinanzjar ta' azzjonijiet ta' l-RTD Ewropej aktar riskjużi li ma jkunux possibbli mingħajr tali appoġġ Komunitarju, b'hekk jgħin li jingħelbu defiċjenzi tas-suq. Huwa ser jimmira li:

iżżid il-valur f'oqsma fejn is-suq ma jistax jipprovdi l-finanzjament meħtieġ; u

jipprovdi effett katalittiku f'self ta' kapital għal investiment privat.

Il-kontribut Komunitarju ser ikun kommess għall-RSFF f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness II.

L-EIB ser isellef fondi ġġenerati mis-swieq finanzjarji internazzjonali u jipprovdi garanziji lill-imsieħba finanzjarji skond ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri standard tiegħu.

Huwa ser juża dan il-kontribut fuq “bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”, bħala provvista u allokazzjoni ta' kapital fi ħdan il-bank sabiex ikopri parti mir-riskji assoċjati ma' l-operazzjonijiet tiegħu li jappoġġaw azzjonijiet eliġibbli Ewropej ta' RTD.

Abbażi ta' l-evalwazzjoni finanzjarja tiegħu, l-EIB ser jivvaluta l-livell ta' riskji finanzjarji u jiddeċiedi l-valur tal-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital.

Il-valutazzjoni tar-riskji u l-kategorizzazzjoni, u d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital, ser isegwu l-proċeduri standard tal-Bank, taħt il-Faċilità Finanzjarja Strutturata, approvati u mmonitorjati mill-partijiet interessati, kif aġġornata u mmodifikata minn żmien għal żmien. Dawn mhux ser jitbiddlu bħala riżultat tal-kontribut Komunitarju.

Ir-riskju għall-baġit Komunitarju huwa limitat għall-ammonti mħallsa jew kommessi li jiġu mħallsa. Ma jkun hemm l-ebda responsabbiltà kontinġenti għall-baġit Komunitarju, billi kwalunkwe riskju li jkun fadal jinġarr mill-EIB.

Il-kontribut Komunitarju ser jiġi żborżat kull sena abbażi ta' pjan pluriennali u b'kont meħud ta' l-evoluzzjoni tad-domanda. L-ammont annwali ser jiġi stabbilit fil-Programm ta' Ħidma, abbażi tar-rapport ta' attività u l-previżjonijiet ippreżentati mill-EIB.

Il-pjan pluriennali se jkun finanzjat minn kull waħda mit-temi kontribwenti u, fejn xieraq, adattat skond il-prinċipju ta' kontribuzzjonijiet proporzjonali.

Il-ftehim ser jiġi konkluż ma' l-EIB, wara konsultazzjonijiet mill-qrib ma' l-Istati Membri, ser jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom il-fondi Komunitarji jistgħu jintużaw bħala provvisti u allokazzjoni ta' kapital. Dan ser jinkludi, inter alia, it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

L-eliġibbiltà ta' azzjonijiet RTD Komunitarji. “Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti”, Proġetti Kollaborattivi, Netwerks ta' Eċċellenza u Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs iffinanzjati mill-Komunità għandhom ikunu awtomatikament eliġibbli jekk l-objettivi tagħhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-temi kontribwenti ta' dan il-Programm Speċifiku. Entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi minbarra l-Pajjiżi Assoċjati huma eliġibbli wkoll jekk dawn jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti tas-Seba' Programm Kwadru u l-ispejjeż tagħhom huma eliġibbli għal finanzjament Komunitarju.

Azzjonijiet Ewropew oħrajn (bħall-EUREKA) għandhom ikunu eliġibbli jekk jikkonċernaw ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku jew attivitajiet ta' dimostrazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tat-temi kontribwenti li jirrispondu għal prinċipji u kriterji tar-riċerka Ewropea u jekk dawk li jissellfu jew il-benefiċjarji tal-garanzija huma entitajiet legali stabbiliti fi Stati Membri jew Pajjiżi Assoċjati.

L-RSFF se tkun offruta fl-Istati Membri kollha u f'pajjiżi assoċjati sabiex ikun żgurat li l-entitajiet legali kollha, irrispettivament mid-daqs (inklużi SMEs u organizzazzjonijiet tar-riċerka, inklużi l-universitajiet) fl-Istati Membri kollha, jistgħu jibbenefikaw minn din il-faċilità għall-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom f'azzjonijiet eliġibbli.

Attivitajiet ta' innovazzjoni ta' natura kummerċjali huma eliġibbli għall-RSFF permezz biss ta' l-użu tal-kontribut ta' l-EIB stess.

F'konformità ma' dan ir-regolament dwar ir-Regoli għal Parteċipazzjoni adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat, il-ftehim ser jistabbilixxi wkoll proċeduri għall-Komunità biex toġġezzjona, f'każijiet debitament ġustifikati, dwar l-użu tal-kontribut Komunitarju mill-EIB.

Ir-regoli sabiex jiġi ddefinit is-sehem tar-riskju finanzjarju li ser ikun kopert mill-kontribut Komunitarju u l-limitu ta' riskju li lil hinn minnu l-EIB jista' juża l-kontribut Komunitarju kif ukoll il-qsim ta' dħul korrespondenti.

Il-livell tal-kontribut Komunitarju għal kull operazzjoni għandu jiddependi mill-evalwazzjoni tar-riskju finanzjarju mwettqa mill-EIB. Il-livell tal-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital totali għall-parti kbira ta' l-operazzjonijiet ta' l-RSFF mistennija tinżel fil-marġini ta' 15 %-25 % tal-valur nominali ta' tali operazzjonijiet. Fl-ebda każ il-livell tat-total ta' l-ammonti tal-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital tal-kontribut Komunitarju m'għandu jaqbeż 50 % tal-valur nominali tas-self jew tal-garanzija. Ser ikun hemm qsim ta' riskju taħt kull operazzjoni.

L-arranġamenti li bihom il-Komunità ser timmonitorja l-operazzjonijiet ta' self u ta' garanziji ta' l-EIB relatati mal-kontribut Komunitarju, inklużi operazzjonijiet permezz ta' l-imsieħba finanzjarji ta' l-EIB.

L-EIB tista' tuża biss il-kontribut Komunitarju għal operazzjonijiet approvati bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Programm Speċifiku u l-31 ta' Diċembru 2013.

L-interessi u d-dħul iġġenerati mill-kontribut Komunitarju waqt dan il-perijodu għandhom jiġu rapportati kull sena mill-EIB lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'konformità ma' l-Artikolu 18.2 tar-regolament finanzjarju, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala dħul assenjat lill-RSFF u jiddaħħlu fil-baġit.

Fl-adozzjoni tal-Programm ta' Ħidma, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li talloka mill-ġdid, għall-fini ta' kwalunkwe azzjoni indiretta oħra ta' l-“Infrastruttura ta' Riċerka” ta' dan il-Programm Speċifiku, kwalunkwe ammont mhux użat mill-RSFF u, għalhekk, kopert mill-ġdid mill-EIB, wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-term imsemmija fl-Anness II tal-Programm Kwadru. L-evalwazzjoni ta' nofs it-term se tinkludi valutazzjoni esterna ta' l-impatt ta' l-RSFF.

Il-Kummissjoni ser timmonitorja mill-qrib l-użu effettiv tal-Kontribut Komunitarju, inkluż il-valutazzjonijiet ex-post tal-fatturi ta' l-azzjoni li kienu suċċess, u rapport regolari għall-Kumitat tal-Programm. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tinkludi kisbiet prinċipali f'dan ir-rigward fir-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-iżvilupp ta' riċerka u teknoloġiku li hija ser tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 173 tat-Trattat.

ANNESS IV

INIZJATTIVI KONĠUNTI FIT-TEKNOLOĠIJA U KOORDINAZZJONI MA' PROGRAMMI TA' RIĊERKA NON-KOMUNITARJI

Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (64)

L-oqsma ta' riċerka għal lista indikattiva ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (JTIs) huma identifikati hawn taħt skond il-kriterji spjegati fl-Anness I. Dawn l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija jindirizzaw firxa ta' sfidi diversi. Għalhekk, l-istrutturi jridu jkunu mfasslin fuq bażi ta' każ b'każ sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw il-karatteristiċi partikolari tal-qasam ta' riċerka in kwistjoni. F'kull każ, tiġi identifikata struttura speċifika bil-għan li tkun implimentata l-aġenda ta' riċerka miftiehma ta' l-Inizjattiva Konġunta fit-Teknoloġija u jinġiebu flimkien l-investimenti pubbliċi u privati meħtieġa u l-koordinazjoni ta' sforzi Ewropej. Il-Komunità tista' tagħti ammont għall-implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' riċerka skond proposti separati. Aktar Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija jistgħu jiġu identifikati skond il-kriterji speċifikati fl-Anness I u jkunu proposti matul l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru.

Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi

L-Inizjattiva Konġunta fit-Teknoloġija dwar Mediċini Innovattivi għandha l-mira li żżid il-kompetittività tas-settur farmaċewtiku Ewropew billi tipprovdi strateġija kkoordinata sabiex tegħleb il-konġestjonijiet tar-riċerka fil-proċess ta' l-iżvilupp tad-drogi, tnaqqas iż-żmien meħtieġ għall-iżvilupp tad-drogi u l-clinical attrition rate għal mediċini ġodda. Dan se jippermetti aċċess aktar mgħaġġel għal mediċini aktar immirati u profitt aktar malajr mill-investiment fir-riċerka u, b'hekk, aktar investiment privat għal aktar riċerka.

Ir-riċerka pre-kompetittiva kif definita permezz ta' l-Aġenda Strateġika għar-Riċerka (ASR) ta' l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi se tinkludi: l-iżvilupp ta' għodod u metodi għall-previżjoni aħjar ta' l-idoneità, is-sikurezza u l-effikaċja tad-drogi, infrastrutturi intelliġenti għall-integrazzjoni tad-data u l-immaniġġar ta' l-għarfien permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-industrija, id-dinja akkademika u ċ-ċentri kliniċi f'kull pass meħtieġ. Se tindirizza wkoll lakuni fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tiżgura li l-Ewropa jkollha l-ħiliet sabiex ir-riżultati tar-riċerka jissarrfu f'benefiċċji għall-pazjent. Se tkun żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u l-industrija u l-partijiet l-oħra li għandhom interess bħal aġenziji regolatorji, il-pazjenti, id-dinja akkademika, min iħaddem kliniċi, eċċ., kif ukoll il-mobilizzazzjoni ta' fondi pubbliċi u privati. L-implimentazzjoni ta' l-ASR se ssir permezz ta' Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI) u l-istruttura ta' sħubija pubblika-privata adatta se tinħoloq għal dan il-għan partikolari.

Teknoloġiji nano-elettroniċi 2020

In-nanoelettronika hija ta' importanza strateġika kbira għall-kompetittività Ewropea għaliex il-prodotti tagħha jippossibilizzaw l-innovazzjoni f'setturi oħrajn (il-multimedja, it-telekomunikazzjoni, it-trasport, is-saħħa, l-ambjent, l-ipproċessar industrijali, eċċ.). Hija teħtieġ li l-isforzi ta' R&Ż u innovazzjoni jkunu strutturati, ottimizzati u integrati aħjar fi proċess usa' li jinvolvi l-atturi kollha li għandhom rwol kruċjali għal suċċess fil-qasam.

L-inizjattiva se tindirizza l-ħtiġijiet tat-teknoloġiji bbażati fuq is-silikon f'erba' oqsma tat-teknoloġija: (i) apparat ta' loġika u memorja iċken sabiex jiżdied ir-rendiment u jonqsu l-ispejjeż, (ii) l-iżvilupp ta' funzjonijiet ta' valur-miżjud, inkluż funzjonijiet ta' rilevament, attwazzjoni u ppakkjar u l-integrazzjoni tagħhom mal-loġika u l-memorja sabiex jiffurmaw soluzzjonijiet komplessi bħal System-on-Chip jew System-in-package, (iii) tagħmir u materjali u (iv) l-awtomatizzazzjoni tad-disinn.

Sistemi ta' kompjuters integrati (“embedded”).

Is-sistemi ta' kompjuters integrati – l-elettronika u softwer inviżibbli li jagħmlu l-prodotti u l-proċessi intelliġenti – huma ta' importanza strateġika għall-kompetittività ta' setturi industrijali importanti Ewropej bħal dak tal-karrozzi, l-avjonika, l-elettronika għall-konsumatur, is-sistemi mediċi u l-manifattura. Barra minn hekk, il-konnettività akbar ta' dawn l-apparati toħloq potenzjal għal swieq kompletament ġodda u applikazzjonijiet soċjetali li l-Ewropa trid tkun f'qagħda tajba biex tieħu vantaġġ minnhom.

L-Inizjattiva Konġunta fit-Teknoloġija dwar Sistemi tal-Kompjuters Integrati se tgħaqqad u tiffoka l-isforzi ta' riċerka u tiġbed investiment privat u pubbliku sabiex jinqasmu r-riskji għoljin u jinżamm livell għoli ta' ambizzjoni. L-inizjattiva se tindirizza d-disinn, l-iżvilupp u t-tqegħid ta' sistemi elettroniċi u ta' softwer li jinsabu kullimkien u li huma interoperabbli u kost-effettivi iżda qawwijin, bla periklu u siguri. Se tipprovdi disinji ta' referenza li joffru strateġiji ta' arkitettura standard għal ċerti gammi ta' applikazzjonijiet, middleware li jippermetti konnettività u interoperabbiltà mingħajr ġonot, għodod ta' softwer ta' disinn integrati u metodi għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' prototipi malajr, kif ukoll strateġiji ġodda għall-interazzjoni bejn il-kompjuters u d-dinja reali.

Inizjattiva dwar Ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

Iċ-ċelluli tal-fjuwil u l-idroġenu huma teknoloġiji li jistgħu jwasslu għal bidla fundamentali fil-mod kif l-Ewropa tipproduċi u tuża l-energija, u toffri potenzjal ta' żvilupp kbir lejn provvista ta' enerġija indipendenti u sostenibbli fuq terminu ta' żmien twil u tagħti lill-Ewropa vantaġġ kompetittiv kruċjali. It-transizzjoni lejn ekonomija orjentata lejn l-idroġenu timplika investiment kbir ta' riċerka u kapital fil-ħolqien ta' industriji ġodda, katini ta' provvista ġodda, infrastruttura u riżorsi umani.

L-Inizjattiva Konġunta fit-Teknoloġija se tiddefinixxi u twettaq programm Ewropew immirat ta' riċerka industrijali, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni sabiex tipprovdi teknoloġiji robusti dwar iċ-ċelluli ta' l-idroġenu u l-fjuwil żviluppati sal-punt ta' l-użu kummerċjali. It-temi ewlenin ta' l-aġenda ta' riċerka tal-JTI se jkunu: l-iżvilupp taċ-ċelluli tal-fjuwil għas-setturi ta' applikazzjoni u l-gammi kollha; provvista ta' l-idroġenu sostenibbli, inklużi l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-konsenja; id-dimostrazzjoni integrata fuq skala kbira f'kuntest ta' l-operazzjoni reali ta' teknoloġiji avvanzati jew li qegħdin jimmaturaw; u attivitajiet ta' preparazzjoni fil-qafas tas-suq. Dan se jkun implimentat fuq il-bażi ta' pjan għat-teknoloġija ta' l-UE li jkun sod u li jiżviluppa kontinwament, flimkien ma' pjan kummerċjali, li jiddefinixxi l-istrateġiji ta' transizzjoni u miri f'terminu ta' żmien twil u l-punti importanti fl-implimentazzjoni.

Aeronawtika u Trasport bl-Ajru

L-Ewropa trid tibqa' fuq quddiem fit-teknoloġiji importanti jekk trid li jkollha industriji ta' l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru sostenibbli, innovattivi u kompetittivi fil-futur. L-iżvilupp ta' teknoloġiji ekoloġiċi huwa kruċjali biex jiżgura l-kompetittività tas-settur kollu tat-trasport bl-ajru. It-teknoloġiji innovattivi huma ta' importanza assoluta sabiex tinżamm il-kompetittività fl-oqsma ta' pressjoni kompetittiva dejjem tiżdied u biex terġa' tiġi akkwistata l-kompetittività f'oqsma fejn l-Ewropa għandha l-potenzjal biex tistabbilixxi sehem sostanzjali mis-suq, bħat-trasport reġjonali. Bħala industrija li teħtieġ ħafna RŻT, il-kompetittività preżenti tal-kumpaniji Ewropej ta' l-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru nbniet fuq investimenti privati sinifikanti (tipikament 13-15 % tan-negozju totali) tul ħafna għexieren ta' snin. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur, l-iżviluppi ġodda ta' spiss jiddependu fuq il-kooperazzjoni effettiva bejn is-settur pubbliku u s-settur privat.

Ċerti aspetti ta' l-Aġenda ta' Riċerka Strateġika ACARE jeħtieġu skala ta' effett u kontinwità ta' l-għan tali li jitolbu Inizjattiva Konġunta fit-Teknoloġija ffokata fuq programm ta' riċerka koerenti u ddedikat dwar teknoloġiji avvanzati u t-trawwim ta' aspetti bħall-integrazzjoni, validazzjoni fuq skala kbira u dimostrazzjoni.

Fil-qasam ta' l-Aeronawtika u t-Trasport bl-Ajru, se jkunu indirizzati oqsma differenti, bħal sistema ta' trasport bl-ajru li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u kost-effiċjenti (“Is-Sistema Ekoloġika tat-Trasport bl-Ajru”), u maniġġar tat-traffiku bl-ajru li jappoġġa l-politika ta' Sema Waħdani Ewropew u l-inizjattiva SESAR.

Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES):

L-Ewropa teħtieġ kapaċitajiet awtonomi bbażati fuq standard Ewropew għall-monitoraġġ globali. Dan se jgħin lill-Ewropa u l-industriji tagħha b'mod konsiderevoli f'dan il-qasam, fejn il-kompetituri tagħha qegħdin jinvestu ħafna fl-iżvilupp ta' standards għal sistemi ta' monitoraġġ globali.

Il-GMES trid tirrispondi għall-mandat politiku espress fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2001 dwar it-tnedija tal-perijodu inizjali tal-monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurta (GMES) (65) li segwiet is-Summit ta' Goteborg f'Ġunju 2001, il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-GMES ippreżentat fi Frar 2004 (66), u l-inklużjoni tiegħu fl-“Inizjattiva għat-Tkabbir” u l-elenku “Bidu Malajr”.

Il-futur tal-GMES jiddependi minn investimenti sinifikanti f'terminu ta' żmien twil kemm mill-utenti u kemm minn dawk li jipprovdu l-infrastruttura (kemm pubbliċi u kemm privati). Għal dan il-għan huwa essenzjali li l-GMES tipproġetta dehra ċara u koerenti tagħha nfisha, li tista' tkun faċilment identifikata mill-utenti, l-awtoritajiet pubbliċi u l-industrija. Indipendentement mill-oqsma ta' applikazzjoni speċifiċi tal-GMES, dan se jinvolvi grupp ta' standards aċċettati u mekkaniżmi u politiki ta' validazzjoni taħt responsabbiltà politika waħda.

Għal dan il-għan, struttura tat-tmexxija tal-GMES f'forma ta' Inizjattiva Konġunta fit-Teknoloġija (JTI) tista' tiġi stabbilita sabiex iġġib flimkien l-atturi kollha rilevanti bir-riżorsi tagħhom, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet ta' l-utenti fuq livelli kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej.

JTI għall-GMES se tiżgura koordinazzjoni qawwija ta' l-attivitajiet relatati mal-GMES, inkluż permezz tal-funzjonijiet li ġejjin:

il-konsolidazzjoni tal-ħtiġijiet ta' l-utenti għal kull qasam ta' applikazzjoni tal-GMES,

is-superviżjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp tas-servizzi operattivi, kapaċitajiet assoċjati u l-infrastrutturi tal-GMES,

il-validazzjoni ta' tali servizzi, kull fejn ikun xieraq,

l-iżvilupp ta' mekkaniżmi maħsuba sabiex jiżguraw l-aċċess għad-data f'terminu ta' żmien twil (“xiri ta' data”).

JTI tal-GMES se tkun ukoll mezz effettiv għall-promozzjoni ta' l-involviment attiv tas-settur privat, billi taġixxi bħala aġent ta' koordinazzjoni u finanzjament għall-industrija (inklużi l-SMEs) u kuntratturi potenzjali oħra li jixtiequ jagħtu kontribut għall-implimentazzjoni tal-GMES permezz tal-proċessi kompetittivi rilevanti.

Il-GMES se tagħti lill-Ewropa rwol ta' tmexxija f'qasam ta' maniġġar u użu ta' infrastrutturi ewlenin, inklużi kapaċitajiet strateġiċi spazjali. Tista' tipprovdi wkoll bażi għall-esplojtazzjoni effiċjenti ta' riżorsi li ma jiġġeddux kemm minn entitajiet pubbliċi kif ukoll privati. B'hekk, tgħin sabiex ittejjeb il-produttività f'ħafna setturi li għandhom ħtieġa għal informazzjoni koerenti u aġġornata dwar l-assi disponibbli.

Koordinazzjoni ta' programmi ta' riċerka non-Komunitarji (67)

Lista indikattiva ta' inizjattivi għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi ta' riċerka nazzjonali hija identifikata hawn taħt u tista' tkun s-suġġett ta' deċizjoni separata skond l-Artikolu 169 tat-Trattat. Aktar inizjattivi jistgħu jiġu identifikati u proposti waqt l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru.

Fil-każ ta' kull deċiżjoni, jekk u meta tiġi adottata, tiġi stabbilita struttura ta' implimentazzjoni dedikata, flimkien ma' l-istruttura ta' organizzazzjoni u l-entitajiet ta' tmexxija xierqa meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni. Skond l-Anness II, il-Komunità tista' tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-inizjattivi u tista' tipparteċipa b'mod attiv fl-implimentazzjoni bil-mezzi li huma l-aktar xierqa għall-azzjoni.

Inizjattiva skond l-Artikolu 169 fil-qasam tar-riċerka dwar il-Baħar Baltiku.

L-għan huwa li jkun varat u implimentat programm konġunt fir-R&Ż li jintegra numru ta' programmi nazzjonali fil-qasam tax-xjenzi marittimi u l-iżvilupp sostenibbli tal-Baħar Baltiku. Skond numru ta' konvenzjonijiet internazzjonali, Ewropej u reġjonali li jittrattaw il-Baħar Baltiku, din l-inizjattiva se tippermetti l-ħolqien ta' pjattaforma għas-sintetizzazzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-iskoperti f'dan il-qasam u se toħloq ir-R&Ż meħtieġ bħala appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-Baħar Baltiku.

Inizjattiva skond l-Artikolu 169 fil-qasam tal-Ħajja Assistita fl-Ambjent

Programm konġunt ta' R&Ż dwar il-Ħajja Assistita fl-Ambjent se jimmira sabiex jgħaqqad l-isforzi ta' riċerka nazzjonali li jaraw kif l-ICT jista' jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni anzjani u jestendi ż-żmien li jistgħu jgħixu ħajja indipendenti fl-ambjent tad-dar tagħhom u l-inħawi. Dan se jinkludi, pereżempju, assistenza fl-attivitajiet ta' kuljum, il-faċilitazzjoni tal-kuntatti soċjali, il-monitoraġġ tas-saħħa u l-attività u titjib fis-sikurezza u s-sigurtà. L-enfasi se tkun fuq l-integrazzjoni ta' l-apparat, is-sistemi u s-servizzi f'soluzzjonijiet ta' benefiċċju kkomparati mal-prezz, affidabbli u fdati. Din l-inizjattiva se timmira lejn kooperazzjoni Ewropea fuq skala kbira b'massa kritika suffiċjenti u impenn fuq tul ta' żmien.

Inizjattiva skond l-Artikolu 169 fil-qasam tal-Metroloġija

L-għan huwa li jkun varat u implimentat programm ta' R&Ż koeżiv u konġunt fil-metroloġija li jintegra numru ta' programmi nazzjonali, li se jippermetti lill-Ewropa li tirrispondi għat-talbiet, li qegħdin jiżdiedu, għal metroloġija avvanzata bħala għodda għall-innovazzjoni, l-appoġġ għar-riċerka xjentifika u l-politika. L-inizjattiva se tappoġġa, b'mod partikolari, l-għanijiet tas-Sistemi Nazzjonali ta' Kejl Ewropej imwassal permezz tan-netwerks tal-Laboratorji Nazzjonali tal-Metroloġija.

ANNESS V

INFORMAZZJONI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-KUMMISSJONI SKOND L-ARTIKOLU 8(5)

1.

Informazzjoni dwar proġetti individwali, li tippermetti l-monitoraġġ tal-ħajja sħiħa ta' kull proposta, li tkopri partikolarment:

proposti sottomessi;

riżultati ta' evalwazzjoni għal kull proposta;

ftehim ta' għotja;

proġetti mlestijin.

2.

Informazzjoni dwar l-eżitu ta' kull sejħa u implimentazzjoni ta' proġett, li tkopri partikolarment:

riżultati ta' kull sejħa;

ir-riżultat tan-negozjati dwar ftehim ta' għoti;

implimentazzjoni tal-proġett, inkluża data dwar il-ħlas u eżitu tal-proġetti.

3.

Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm, inkluża informazzjoni rilevanti fil-livell ta' Programm Kwadru, il-Programm Speċifiku u ta' kull tema.

Din l-informazzjoni (partikolarment, dwar proposti, l-evalwazzjoni u l-ftehim ta' l-għoti tagħhom) għandha tingħata f'format strutturat li jista' jinqara u jkun trattat elettronikament permezz ta' sistema ta' l-informazzjoni u tar-rapportar ibbażata fuq l-IT li tippermetti li ssir analiżi faċli tad-data.


(1)  Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2006 (għada mhux pubblikata fil-ĠU)

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(7)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999 p. 23, Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006 p. 11).

(10)  ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67.

(11)  Riċerka dwar it-trattament tal-gonadi għall-kanċer tista' tkun iffinanzjata.

(12)  Bil-ħsieb li tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-programm, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif definit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborża, skond il-linji gwida stabbiliti tagħha, l-ispejjeż ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll espert/konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-punti ta' l-aġenda fejn Stat Membru jkun jeħtieġ kompetenza speċifika.

(13)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).

(14)  B'mod partikolari ma' l-attivitajiet imwettqa mill-istruttura intergovernattiva EUREKA. Barra dan, l-esperjenza miksuba mir-raggruppamenti EUREKA tista' tkun rilevanti għall-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti f'oqsma relatati.

(15)  Dan jista' jinkludi l-implimentazzjoni possibbli konġunta ta' programmi fil-qasam tal-Metroloġija.

(16)  Kif definit fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni.

(17)  Inizjattivi ġodda oħra importanti li jirrigwardaw il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali ta' riċerka jistgħu jirċievu appoġġ fejn ikun meħtieġ.

(18)  Aġendi strateġiċi ta' riċerka ta' Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej oħra jistgħu ikunu appoġġati meta jkunu ta' importanza kbira għall-industriji relatati mas-saħħa.

(19)  Fatturi ta' riskju, mekkaniżmi bijoloġiċi, kawżi, manifestazzjonijiet kliniċi, konsegwenzi u t-trattament tal-mard u d-diżordnijiet ta' spiss ikunu differenti bejn l-irġiel u n-nisa. Għalhekk, l-attivitajiet kollha ffinanzjati taħt din it-Tema jridu jirriflettu l-possibbiltà ta' tali differenzi fil-protokolli ta' riċerka, metodologiji u analiżi tar-riżultati tagħhom.

(20)  Ser jingħata appoġġ b'mod partikolari għal studji kliniċi speċifiċi sabiex tinġabar evidenza dwar l-użu xieraq ta' prodotti li ħarġu mill-brevetti attwalment użati mingħajr tikketta f'popolazzjonijiet pedjatriċi.

(21)  Riċerka speċifika dwar kwistjonijiet etiċi, legali u soċjo-ekonomiċi se jiġu indirizzati fit-Tema Ix-Xjenzi Soċjo-Ekonomiċi u l-Umanistika taħt il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”, u fil-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”.

(22)  Għall-mediċini konvenzjonali (Farmaċewtiċi u Bijo-farmaċewtiċi), dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu indirizzati minn Inizjattiva ta' Teknoloġija Konġunta dwar Mediċini Innovattivi.

(23)  Alternattivi ta' sostituzzjoni, rifinitura, tnaqqis ta' l-użu ta' l-annimali fir-riċerka bijomedika.

(24)  Ser jiġu kkunsidrati aspetti tal-mediċina biex ittaffi l-uġigħ u l-użu ta' ingredjenti attivi.

(25)  Il-Kummissjoni ser twettaq evalwazzjoni ta' l-EDCTP.

(26)  Il-Komunità hija membru ta' l-Organizzazzjoni HFSP (HFSPO) u ffinanzjat l-HFSP taħt Programmi ta' Qafas preċedenti.

(27)  Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk, 2004/513/KE

(28)  Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa 2005 – Riżoluzzjoni 58.3 tat-58 Assemblea Dinjija dwar is-Saħħa, 23 ta' Mejju 2005

(29)  It-terminu “bijo-ekonomija” jinkludi l-industriji u s-setturi ekonomiċi kollha li jipproduċu, jimmaniġġaw u jisfruttaw b'xi mod ieħor ir-riżorsi bijoloġiċi u s-servizzi, l-industriji tal-provvista jew tal-konsumatur irrelatati, bħall-agrikoltura, l-industrija alimentari, is-sajd, il-koltivazzjoni tal-foresti, eċċ.

(30)  L-ikel jinkludi prodotti tal-baħar

(31)  Riċerka komplimentari relatata ma' l-immaniġġar sostenibbli u l-konservazzjoni hija indirizzata taħt “L-Ambjent inkluż il-Bidla fil-Klima”. Riċerka dwar għodod u teknoloġiji oħra li jappoġġaw il-produzzjoni u l-immaniġġar sostenibbli isiru taħt it-temi rilevanti.

(32)  Dawn jistgħu jinkludu aspetti magħżula ta' riċerka fl-oqsma tat-Teknoloġija tan- Nanoelettronika, Sistemi Kompjutazzjonali Integrati.

(33)  Dan jista' jinkludi l-implimentazzjoni possibbli konġunta ta' programmi fil-qasam ta' Għixien Domestiku Megħjun.

(34)  Il-ftehim għall-kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-IMS konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, l-Awstralja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati EFTA tan-Norveġja u l-Iżvizzera.

(35)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Nanoxjenzi u Nanoteknoloġiji: pjan ta' azzjoni għall-Ewropa 2005-09. COM(2005) 243.

(36)  Il-ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknika fl-oqsma ta' l-IMS huwa bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, l-Awstralja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati EFTA tan-Norveġja u l-Iżvizzera.

(37)  COM(2002) 279, 29.11.2000.

(38)  COM(2005) 265.

(39)  COM(2006) 105.

(40)  Kif rikonoxxut fil-Green Paper dwar l-Effiċjenza fl-Użu ta' l-Enerġija jew “Nagħmlu Anqas b'Aktar”, COM(2005)265 tat-22 ta' Ġunju 2005.

(41)  Jibni fuq l-esperjenza ta' l-inizjattivi CONCERTO u CIVITAS appoġġati fis-Sitt Programm Qafas.

(42)  Ir-riċerka komplementari relatata mal-produzzjoni u l-użu ta' riżorsi bijoloġiċi hija indirizzata taħt it-tema “Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija”.

(43)  Dan jista' jinkludi l-implimentazzjoni konġunta ta' programmi fir-riċerka tal-Baħar Baltiku, u ERA-NETs ġodda.

(44)  Fir-rigward ta' teknoloġiji ambjentali, il-koordinazzjoni mas-CIP hija partikolarment importanti.

(45)  Inkluż appoġġ finanzjarju għas-segretarjat tal-ĠEO.

(46)  Eżempji huma r-rakkomandazzjonijiet ta' Killarney għall-Prijoritajiet ta' Riċerka dwar il-Bijodiversità għall-mira ta' l-2010 (konferenza ta' Malahide fl-2004), il-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar il-Bidla fil-Klima fil-Kuntest tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (2004), azzjonijiet ta' prijorità identifikati mill-Kumitat għax-Xjenza u t-Teknoloġija ta' l-istrateġiji ta' l-UNCCD, l-UE u globali li jindirizzaw l-ġestjoni sikura ta' kimiċi u pestiċidi, eċċ.

(47)  “Politika Ewropea dwar it-Trasport għas-sena 2010: żmien ta' deċiżjoni” COM (2001) 370.

(48)  SESAR (Riċerka dwar l-ATM ta' l-Ajru Waħdieni Ewropew) – Modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura Ewropea tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru relata ma' l-implimentazzjoni tas-Ajru Waħdieni Ewropew (Single European Sky).

(49)  Għal dan il-għan, l-istabbiliment ta' Inizjattiva Konġunta għall-koordinazzjoni ta' attivitajiet ATM huwa maħsub.

(50)  Fid-dawl ta' l-għan li jkun stabbilita mill-ġdid il-qasma modali ta' l-1998, attivitajiet li jindirizzaw mod wieħed se jikkonċentraw fuq it-trasport bil-ferroviji u fuq l-ilma.

(51)  Jibni fuq l-esperjenza ta' l-Inizjattiva CIVITAS.

(52)  L-attivitajiet ta' riċerka se jitmexxew mill-Awtorità ta' superviżjoni tal-GNSS (sistema bis-satellita għan-navigazjoni globali) Ewropea.

(53)  Il-bidla globali ta' l-ambjent se tkun ittratata prinċipalment fit-Tema Ambjent.

(54)  COM(2005)208 “Politika Ewropea dwar l-Ispazju: Elementi Preliminari”

(55)  Fi ħdan it-termini tal-Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (Ġurnal Uffiċjali L 261, 6.8.2004, p. 64).

(56)  Rapport tal-Bord ta' Esperti dwar l-Ispazju u s-Sigurtà (Marzu 2005).

(57)  Per eżempju, il-Protokoll ta' Kjoto, il-Konvezjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, Il-Konvenzjoni tal-ĠM dwar il-Bijodiversità, Il-konklużjonijit tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-konklużjonijiet tas-Summit tal-G8 2005.

(58)  Bl-għan li jitjieb l-istat tat-tħejjija u r-rispons għar-rilaxx intenzjonat ta' sustanzi bijoloġiċi u/jew kimiċi.

(59)  Stabbilit matul it-tliet snin ta' Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar is-Sigurtà (PASR 2004-2006)

(60)  Inklużi Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (inkluż il-pjan finanzjarju, eċċ.) u l-parti mill-attivitajiet ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni internazzjonali li għandhom jiġu ffinanzjati f'dawn it-temi.

(61)  L-għan se jkun li ta' l-inqas 15 % mill-finanzjament tal-programm ikun jista' jmur għall-SMEs.

(62)  Inkluż kontribut ta' mhux aktar minn EUR 800 miljun lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għall-Faċilità tal-Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju, kif imsemmi fl-Anness III. It-temi se jikkontribwixxu fuq bażi proporzjonali, ħlief it-tema tax-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Umanistika, li ma tikkontribwixxix għall-RSFF.Ammont ta' EUR 400 miljun se jkun marbut f'pagamenti annwali għall-perijodu 2007-2010.

(63)  Ta' l-inqas EUR 210 miljun minnhom u sa EUR 250 miljun għall-COST, soġġett għal evalwazzjoni f'nofs it-term. Dan l-appoġġ finanzjarju se jkun ipprovdut permezz ta' għotja li se titħallas abbażi ta' ftehim ta' għotja bejn il-Kummissjoni u entità legali maħtura mill-COST bħala l-aġent implimentattiv tagħha u kkomunikata lill-Kummissjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u identifikata fil-Programm ta' Ħidma.

(64)  Il-lista ta' JTIs proposti hija biss indikattiva u tista' tiġi aġġustata fid-dawl ta' żviluppi futuri. Kull JTI se tiġi deċiża individwalment (ara l-Anness I, Kapitolu “Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, linji wesgħin tat-temi u ta' l-attivitajiet”).

(65)  ĠU C 350, 11.12.2001, p. 4.

(66)  “Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES): Ħolqien ta' kapaċità ta' GMES sas-sena 2008 – (Pjan ta' Azzjoni (20042008)” – COM(2004) 65, 3.2.2004.

(67)  Il-lista hija indikattiva biss u l-inizjattivi proposti huma soġġetti għal deċiżjonijiet separati abbażi ta' l-Artikolu 169 (ara l-Anness I, Kapitolu “Objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi, linji wesgħin tat-temi u l-attivitajiet”).


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

81


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: “Ideat” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 – 2013)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Id-Deċiżjoni 2006/972/KE għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-Programm Speċifiku: “Ideat” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 – 2013)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/972/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat, id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni, (2007 – 2013) (3) (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala ’l-Programm Kwadru’) għandha tiġi implimentata permezz ta' Programmi Speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jistabbilixxu tulhom u jipprovdu għall-mezzi li jitqiesu meħtieġa.

(2)

Il-Programm Kwadru huwa strutturat f'erba' tipi ta' attivitajiet: kooperazzjoni transnazzjonali fuq temi definiti bħala politika (”Kooperazzjoni”), riċerka mmexxija minn investigaturi msejsa fuq inizjattivi tal-komunità tar-riċerka (”Ideat”), appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi (”Nies”), u appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka (”Kapaċitajiet”). Attivitajiet taħt ”Ideat”, fir-rigward ta' azzjonijiet indiretti għandhom jiġu implimentati permezz ta' dan il-Programm Speċifiku.

(3)

Dan il-Programm Speċifiku għandu jsegwi approċċ ”immexxi mill-investigatur”: huwa għandu jappoġġa ”riċerka fil-fruntieri” mmexxija minn riċerkaturi fuq suġġetti ta' l-għażla tagħhom. Dan għandu jiġi implimentat b'mod flessibbli u faċli biex jużah l-utent, fi spirtu ta' onestà fir-rigward ta' l-atturi rilevanti kollha, u b'kont meħud tal-prattiki xjentifiċi rilevanti.

(4)

Proposti għal ”riċerka fil-fruntieri” għandhom jiġu evalwati abbażi ta' l-unika kriterju ta' eċċellenza kif ġudikat mir-reviżjoni tal-pari u għandhom jitfgħu enfażi fuq proġetti inter- u multidixxiplinari, proġetti pijonjieri b'riskju għoli u gruppi ġodda u riċerkaturi tal-ġenerazzjoni l-ġdida kif ukoll gruppi stabbiliti.

(5)

Dan il-Programm Speċifiku għandu jiġi implimentat skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza, trasparenza, u rendikont, permezz ta' Kunsill tar-Riċerka Ewropew (ERC) li jikkonsisti f'Kunsill Xjentifiku indipendenti li huwa magħmul minn xjentisti, inġinieri u akkademiċi ta' l-ogħla reputazzjoni, li jirrappreżentaw il-komunità tar-riċerka Ewropea fl-istruttura kollha tagħha, appoġġat minn struttura ta' implimentazzjoni effiċjenti u kost-effettiva dedikata li tkun tiġi stabbilita bħala Aġenzija Eżekuttiva skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li għandhom jiġu fdati b'ċertu kompiti fil-maniġġar tal-programmi Komunitarji (4).

(6)

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku u għandha taġixxi bħala l-garanti ta' l-awtonomija u l-integrità tal-Kunsill tar-Riċerka Ewropew, kif ukoll l-effikaċja funzjonali tiegħu.

(7)

Biex tiggarantixxi l-awtonomija ta' l-ERC, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku dwar l-orjentazzjoni xjentifika u l-aspetti ta' l-implimentazzjoni tal-programm jiġu rispettati, u li l-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata ssegwi strettament, b'mod effiċjenti u bil-flessibbiltà meħtieġa, l-objettivi u l-ħtiġiet ta' dan il-Programm Speċifiku.

(8)

Biex tiggarantixxi l-integrità ta' l-ERC, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dan il-Programm Speċifiku jiġi implimentat skond l-objettivi stabbiliti.

(9)

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka, għall-Programm Kwadru (minn hawn 'il quddiem imsejħa ’r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid’) għandhom japplikaw għal dan il-programm.

(10)

Il-Programm Kwadru għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet Kommunitarji oħrajn li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi ta' Liżbona, b'mod partikolari, dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, l-impjiegi, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

(11)

L-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru tista' twassal għall-programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċertu Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri, jew il-ħolqien ta' impenji konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

(12)

Kif previst taħt l-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-Programm Speċifiku għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan l-effett u għandu jkun miftuħ ukoll fuq livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika.

(13)

Attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(14)

Għandha tiġi żgurata tmexxija finanzjarja soda tal-Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u aċċessibbli possibbli, filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (6) li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda futura.

(15)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – b'mod proporzjonali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej – sabiex jiġu monitorati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati rregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (7), Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (8) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (9).

(16)

Peress illi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma essenzjalment miżuri ta' maniġġar, dawn għandhom għalhekk jiġu adottati mill-proċedura ta' konsulenza jew ta' maniġġar prevista fl-Artikolu 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (10). Min naħa l-oħra riċerka li tinvolvi l-użu ta' embrijoni tal-bniedem u ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem iqajmu kwistjonijiet speċifiċi etiċi, kif deskritti fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni, għaldaqstant, miżuri għall-finanzjament ta' tali proġetti għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(17)

L-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-attività taħt dan il-Programm Speċifiku ser jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa sabiex jiġu vvalutati l-kisbiet tagħha u sabiex jiġu aġġustati u mtejba l-proċeduri abbażi ta' l-esperjenza. Fir-rigward ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi ta' l-ERC, ir-reviżjoni ta' nofs it-term tas-Seba' Programm Kwadru, ibbażata fuq reviżjoni indipendenti fuq l-isfond tal-kriterji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza u bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku, jistgħu juru l-ħtieġa għal aktar titjib li jeħtieġu emendi xierqa.

(18)

Il-Programm Speċifiku ”Ideat” għandu jkollu sezzjoni tal-baġit għalih fil-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(19)

L-importanza ta' dan il-Programm Speċifiku hija rikonoxxuta bħala mezz ta' prijorità globali biex jinkisbu l-objettivi ta' eċċellenza, simplifikazzjoni ta' ġestjoni u valur miżjud Ewropew fir-”riċerka fil-fruntieri” kkontribut mir-riċerka Komunitarja flimkien ma' l-isforzi diġà meħuda fuq livell nazzjonali.

(20)

Huwa jirrispondi għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport minn ERCEG (11) stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen (Novembru 2002), imtenni minn Kunsill suċċessivi (Novembru 2003, 11 ta' Marzu 2004, 25-26 ta' Marzu 2004, 26 ta' Novembru 2004) u endorsjat mill-Parlament Ewropew (12). Dan il-Programm Speċifiku huwa konformi ma' l-istrateġija ta' Liżbona u l-Kunsill Ewropew ta' Barċellona li stabbilixxa l-mira li l-isforzi ta' riċerka Ewropej jiżdiedu għal 3 % tal-GDP ta' l-UE.

(21)

Fl-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-integrazzjoni tas-sessi, kif ukoll, inter alia, għall-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza tal-proċess tar-reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi ingaġġati fuq proġetti u programmi ffinanzjati taħt l-azzjonijiet ta' dan il-programm, li għalihom ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza, filwaqt li jirrispettaw in-natura volontarja tagħhom.

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Programm Speċifiku “Ideat” għal attivitajiet Komunitarji fil-qasam ta' “riċerka fil-fruntiera tat-tagħrif”, minn issa 'l quddiem il-“Programm Speċifiku”, huwa b'dan adottat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

2.   Il-Programm Speċifiku għandu jkun “immexxi minn riċerkaturi”, li jagħti appoġġ għar-riċerka mwettqa fl-oqsma kollha minn timijiet nazzjonali jew transnazzjonali f'kompetizzjoni fil-livell Ewropew. L-objettivi dettaljati u d-deskrizzjonijiet ġenerali ta' dawk l-attivitajiet huma mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 2

Skond l-Anness II tal-Programm Kwadru, l-ammont meqjus meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-Programm Speċifiku għandu jkun EUR 7 510 miljun, li minnu mhux inqas minn 5 % għandu jkun għall-ispejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni (13).

Artikolu 3

1.   L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu b'konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

2.   L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:

attività ta' riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni umana għal skopijiet riproduttivi,

attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali bidliet ereditabbli (14),

attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex joħolqu embrijuni umani għall-għan waħdieni tar-riċerka jew għall-produzzjoni ta' ċelloli staminali, inkluż permezz tat-trasferiment tan-nukleu ta' ċelloli somatiċi.

3.   Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata skond il-kontenut tal-proposta xjentifika u l-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni(jiet) etiċi li jkunu ser jiġu pprovduti.

Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelloli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu soġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat(i) Membri involuti.

4.   L-oqsma tar-riċerka kif imniżżlin fil-paragrafu 2 għandhom ikunu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (2010-2013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER), li għandu jkun il-mezz għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku.

3.   Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għandu jkun magħmul minn Kunsill xjentifiku indipendenti, appoġġat minn struttura ta' implimentazzjoni speċjalizzata, kif deskritt fl-Anness I. Huwa se jopera skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza, trasparenza u responsabbiltà.

4.   Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-garanti ta' l-awtonomija u l-integrità tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, tiżgura l-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti fdati lilu u tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' l-KER u t-twettiq ta' l-objettivi mniżżla fil-Programm Speċifiku.

Artikolu 5

1.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjenzjati, inġiniera u akkademiċi ta' l-ogħla reputazzjoni u kompetenza xierqa, filwaqt li jiżgura diversità ta' oqsma tar-riċerka, li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendenti minn interessi estranji.

Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri tal-Kunsill Xjentifiku skond proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom bi ftehim mal-Kunsill Xjentifiku inkluża konsultazzjoni mal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (15).

Il-mandat tagħhom ser ikun limitat għal erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li ser tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

2.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi skond il-mandat imniżżel fl-Anness I.

3.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jistabbilixxi:

(a)

l-istrateġija ġenerali għall-ERC;

(b)

il-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, li għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 6(1);

(ċ)

il-metodi u l-proċeduri għal reviżjoni bejn pari u evalwazzjoni ta' proposta li abbażi ta' dawn ser jiġu determinati l-proposti li jridu jiġu ffinanzjati;

(d)

il-pożizzjoni tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva xjentifika tista' ttejjeb il-kisbiet u l-impatt tal-Programm Speċifiku, u l-kwalità tar-riċerka mwettqa.

(e)

kodiċi ta' kondotta li tindirizza, inter alia, l-evitar ta' konflitti ta' interess.

4.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi esklussivament fl-interess li jinkisbu l-objettivi xjentifiċi, teknoloġiċi u akkademiċi tal-Programm Speċifiku, skond il-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 4(3).

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, li jistabbilixxi f'aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi li jinsabu fl-Anness I, il-finanzjament assoċjat, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni.

2.   Il-programm ta' ħidma għandu jieħu kont ta' l-istat tax-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa u jantiċipa żviluppi. Huwa għandu jiġi aġġornat kif u meta xieraq.

3.   Il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika l-kriterji li fuqhom għandhom jiġu evalwati l-proposti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Għal proġetti individwali għandu jkun applikabbli l-kriterju uniku ta' eċċellenza. Għal azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, jistgħu jkunu applikabbli kriterji relatati ma' proġett.

4.   Il-programm ta' ħidma jista' jidentifika:

(a)

organizzazzjonijiet li jirċievu sottoskrizzjonijiet fil-forma ta' ħlas għal sħubija;

(b)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-attivitajiet ta' entitajiet legali speċifiċi.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku hija konformi mal-prinċipji mniżżla fl-Artikolu 4(3) kif ukoll ma' l-istrateġija ġenerali msemmija fl-Artikolu 5(3)(a) u l-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 5(3)(b) u l-metodi u l-pożizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku kif definit taħt l-Artikolu 5(3)(ċ) u 5(3)(d). Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-istruttura ta' implimentazzjoni speċifika ssegwi b'mod strett, effettiv u bil-flessibbiltà meħtieġa, l-objettivi u l-ħtiġiet ta' dan il-Programm Speċifiku biss.

6.   Rigward il-kompiti mniżżla fl-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni m'għandhiex tastjeni milli ssegwi l-pożizzjoni tal-Kunsill Xjentifiku ħlief meta tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Programm Speċifiku ma jkunux ġew rispettati. F'dan il-każ, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri biex tinżamm il-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-programm speċifiku u l-kisba ta' l-objettivi tiegħu, waqt li timmotiva debitament tali miżuri.

7.   Il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6(1).

8.   Il-proċedura ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma meta hemm differenza ta' sustanza mal-pożizzjoni tal-Kunsill Xjentifiku skond l-Artikolu 6(6).

9.   Il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tapplika għall-adozzjoni ta' azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku (RŻT) li jinvolvu l-użu ta' embriji tal-bniedem u ċelloli staminali embrijoniċi tal-bniedem.

Artikolu 7

1.   Ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom japplikaw għal dan il-Programm Speċifiku.

2.   Il-Programm Speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament definiti fl-Anness III tal-Programm Kwadru.

Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

4.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdilu l-informazzjoni f'waqtha dwar l-azzjonijiet kollha proposti jew iffinanzjati taħt dan il-programm kif speċifikat fl-Anness II.

6.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-reviżjoni indipendenti previsti fl-Artikolu 7 u fl-Anness I Taqsima II (“Ideat”) tal-Programm Kwadru li għandhom jitwettqu fir-rigward ta' l-attivitajiet koperti mill-Programm Speċifiku.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KORKEAOJA

ANNESS I

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U DESKRIZZJONI ĠENERALI TA' L-ATTIVITAJIET

“Ir-riċerka ta' fruntiera” immexxija minn investigaturi fi ħdan il-qafas ta' attivitajiet komunement mifhuma bħala “riċerka bażika”, hija mutur ċentrali tal-prosperità u l-progress soċjali, minħabba li tiftaħ opportunitajiet ġodda għall-avvanz xjentifiku u teknoloġiku, u hija strumentali fil-produzzjoni ta' għarfien ġdid li jwassal għal applikazzjonijiet u swieq futuri.

Minkejja d-diversi kisbiet u livell għoli tar-riżultati f’għadd kbir ta’ oqsma, l-Ewropa mhijiex qed tisfrutta bl-aħjar mod il-potenzjal tar-riċerka u r-riżorsi tagħha, u teħtieġ b’urġenza kapaċità msaħħa biex jiġi ġġenerat l-għarfien u biex tali għarfien jissarraf f’valur u tkabbir ekonomiku u soċjali.

Objettivi

L-objettiv tal-Programm Speċifiku “Ideat” huwa li jsaħħaħ l-eċċellenza, id-dinamiżmu u l-kreattività fir-riċerka Ewropea u li jtejjeb l-attrazzjoni ta' l-Ewropa għall-aħjar riċerkaturi minn pajjiżi Ewropej kif ukoll minn pajjiżi terzi, kif ukoll għal investiment fir-riċerka industrijali, billi jipprovdi mekkaniżmu ta' finanzjament kompetittiv fl-Ewropa kollha, minbarra u mhux minflok il-finanzjament nazzjonali, għal “riċerka fil-fruntieri tat-tagħrif” mwettqa minn timijiet individwali. Il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka huma aspett importanti ta' dan il-programm.

Għall-implimentazzjoni tiegħu, Kunsill Ewropew għar-Riċerka (KER), magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti u struttura ta' implimentazzjoni speċifika mingħajr ħela u kost-effettiva għandu jinħoloq mill-Kummissjoni taħt dan il-Programm Speċifiku. Il-KER ser jopera skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza, trasparenza u responsabbiltà, u ser jappoġġa proġetti f'“riċerka fil-fruntieri tat-tagħrif” immexxija minn riċerkaturi, imwettqa minn timijiet individwali li jikkompetu fil-livell Ewropew, fi ħdan u fl-oqsma kollha ta' riċerka.

Permezz tal-promozzjoni ta' “riċerka fil-fruntieri tat-tagħrif” fl-UE kollha, il-Programm Speċifiku ser jimmira biex iqiegħed ir-riċerka Ewropea f'pożizzjoni minn ta' quddiem, filwaqt li tiftaħ it-triq lejn il-ħolqien ta' riżultati xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ta' spiss mhux mistennija u oqsma ġodda għal riċerka. Dan ser jistimola ċ-ċirkolazzjoni ta' ideat u ser jippermetti lill-Ewropa tisfrutta aħjar l-assi ta' riċerka tagħha u tippromwovi l-innovazzjoni fl-ispinta lejn soċjetà bbażata fuq l-għarfien, b'benefiċċji għall-perijodu fit-tul għall-kompetittività ta' l-ekonomiji u l-benesseri Ewropej.

Implimentazzjoni tal-Programm

Għall-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku, il-Kummissjoni ser tistabbilixxi, fil-bidu, iż-żewġ komponenti strutturali prinċipali tal-KER – Kunsill Xjentifiku indipendenti u struttura ta' implimentazzjoni speċifika.

L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-KER li għandhom x'jaqsmu mal-Kunsill Xjentifiku u struttura implimentattiva dedikata ser ikunu konsistenti mal-ġestjoni modesta u effettiv fl-infiq; in-nefqa amministrattiva ser tinżamm għal minimu, b'mod konsistenti ma' l-iżgurar tar-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni ta' kwalità għolja, sabiex jiġi massimizzat il-finanzjament għal riċerka fil-fruntieri (16).

Il-Kunsill Xjentifiku

Il-kompiti tal-Kunsill Xjentifiku kif stabbiliti fl-Artikolu 5, ser ikunu kif ġej:

1.

Strateġija xjentifika

Li jistabbilixxi strateġija xjentifika ġenerali għall-programm, fid-dawl ta' opportunitajiet xjentifiċi u ħtiġijiet xjentifiċi Ewropej.

Fuq bażi permanenti, skond l-istrateġija xjentifika, jiżgura l-istabbiliment tal-programm ta' ħidma u modifiki meħtieġa, inklużi sejħiet għal proposti u kriterji u, skond kif meħtieġ, id-definizzjoni ta' suġġetti speċifiċi jew gruppi ta' mira (per eżempju timijiet żgħażagħ/emerġenti).

2.

Ġestjoni xjentifika, monitoraġġ u kontroll tal-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm

Kif xieraq, minn perspettiva xjentifika, jistabbilixxi pożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' sejħiet għal proposti, kriterji ta' evalwazzjoni, proċessi tar-reviżjoni bejn pari inkluża l-għażla ta' esperti u l-metodi għar-reviżjoni bejn pari u evalwazzjoni tal-proposti, li abbażi ta' dan jiġi determinat liema proposta tiġi ffinanzjata taħt is-superviżjoni tal-Kunsill Xjentifiku; kif ukoll kwalunkwe kwistjoni oħra li taffettwa l-kisbiet u l-impatt tal-Programm Speċifiku, u l-kwalità tar-riċerka mwettqa.

Jagħmel monitoraġġ ta' operazzjonijiet u jevalwa l-implimentazzjoni tal-programm u l-kisbiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet korrettivi jew futuri.

3.

Komunikazzjoni u disseminazzjoni

Jassigura komunikazzjoni mal-komunità xjentifika u partijiet interessati ewlenin dwar l-attivitajiet u l-kisbiet tal-programm u d-deliberazzjonijiet ta' l-ERC.

Jirrapporta b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tiegħu.

Il-Kunsill Xjentifiku għandu jassumi awtorità sħiħa fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar it-tip ta’ riċerka li għandha tirċievi l-finanzjament u li jaġixxi bħala garanti tal-kwalità ta’ l-attivitajiet mill-perspettiva xjentifika.

Il-Kunsill Xjentifiku jista' indipendentement jagħżel Segretarju Ġenerali li jaġixxi taħt l-awtorità tiegħu. Is-Segretarju Ġenerali għandu inter alia jassisti l-Kunsill Xjentifiku fl-iżgurar tar-rabta effettiva tiegħu ma' l-istruttura implimentattiva speċifika u mal-Kummissjoni, u fil-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni effettiva ta' l-istrateġiji u l-pożizzjonijiet tiegħu kif imwettqin mill-istruttura implimentattiva dedikata.

Tista' tingħata assistenza amministrattiva lill-President u lill-viċi-presidenti tal-Kunsill Xjentifiku.

Struttura implimentattiva speċifika

L-istruttura implimentattiva speċifika ser tkun responsabbli għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni amministrattiva u t-twettiq tal-programm, kif previst fil-programm ta' ħidma annwali. Din għandha, b'mod partikolari, timplimenta l-proċeduri ta' evalwazzjoni, ir-reviżjoni bejn pari u l-proċess ta' għażla, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku u tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet. L-istruttura implimentattiva speċifika għandha żżomm lill-Kunsill Xjentifiku infurmat dwar l-attivitajiet tagħha.

Il-ġestjoni ta' l-ERC għandha tkun eżegwita minn persunal irreklutat apposta, inklużi uffiċjali minn istituzzjonijiet ta’ l-UE, u għandha tkopri biss il-veri ħtiġijiet amministrattivi sabiex ikunu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità neċessarji għal amministrazzjoni effettiva.

Rwol tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni ser taġixxi bħala garanti ta' l-awtonomija sħiħa u l-integrità ta' l-ERC. Hija ser tiżgura li l-ERC ser jaġixxi skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza, u li jsegwi b'mod preċiż l-istrateġija u l-metodoloġija implimentattiva stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku. B'mod partikolari l-Kummissjoni ser:

Tiżgura l-istabbiliment ta' struttura implimentattiva speċifika u d-delegazzjoni lilha ta' kompiti u responsabbiltajiet.

Taħtar id-Direttur u l-Persunal Għoli ta' l-istruttura implimentattiva speċifika b'kont meħud ta' l-opinjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku.

Tadotta l-programm ta' ħidma u l-pożizzjonijiet rigward metodoloġija implimentattiva, kif definit mill-Kunsill Xjentifiku.

Tiżgura li jinżammu l-proposti, u l-proġetti ffinanzjati, unikament abbażi tal-klassifikazzjoni ta' l-ordni ta' importanza tagħhom li tirriżulta mir-reviżjoni bejn pari; kwalunkwe tibdil fil-klassifikazzjoni ta' l-ordni ta' importanza għandu jkun endorsjat b'mod espliċitu mill-Kunsill Xjentifiku.

Tinforma regolarment lill-kumitat tal-programm dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

Tfassal, f'kooperazzjoni mal-Kunsill Xjentifiku, rapport annwali dwar l-operazzjonijiet ta' l-ERC u t-twettiq ta' l-objettivi mniżżla fil-Programm Speċifiku u tippreżentah lill-Kunsill u lill-Parlament.

Attivitajiet

Dan il-programm ser jippromwovi “riċerka fil-fruntieri tat-tagħrif” ta' klassi dinjija. It-terminu “riċerka fil-fruntieri tat-tagħrif” jirrefletti fehim ġdid ta' riċerka bażika. Minn naħa waħda jfisser li riċerka bażika fix-xjenza u t-teknoloġija hija ta' importanza kritika għall-benesseri ekonomiku u soċjali, u min-naħa l-oħra li r-riċerka fi u lil hinn mill-fruntieri tal-fehim attwali hija biċċa xogħol intrinsikament riskjuża, li tagħmel progress f'oqsma ta' riċerka ġodda u dawk l-aktar ta' sfida u hija kkaratterizzata minn nuqqas ta' konfini dixxiplinari.

Il-programm ser jappoġġa proġetti individwali, li jistgħu jitwettqu fi kwalunkwe qasam tar-riċerka xjentifika u teknoloġika bażika li jaqa' fl-ambitu tar-riċerka Komunitarja taħt dan il-Programm Kwadru, inklużi l-inġinerija, ix-xjenzi soċjo-ekonomiċi u l-umanistika. Kif xieraq, suġġetti speċifiċi ta' riċerka jew gruppi ta' mira (per eżempju riċerkaturi tal-ġenerazzjoni l-ġdida/timijiet emerġenti) jistgħu jiġu kkunsidrati, skond l-objettivi tal-programm u l-ħtiġijiet għal implimentazzjoni effiċjenti. Ser tingħata attenzjoni partikolari lil oqsma emerġenti u li qed jikbru malajr fil-fruntiera ta' l-għarfien, u fejn jiltaqgħu d-dixxiplini.

Ser jiġi segwit approċċ “immexxi minn riċerkaturi”. Dan ifisser li l-programm ser jappoġġa proġetti mwettqa minn riċerkaturi dwar suġġetti magħżula minnhom fl-ambitu tas-sejħiet għal proposti. Il-proposti ser jiġu evalwati skond il-kriterju uniku ta' eċċellenza kif meqjus mir-reviżjoni bejn pari, b'kont meħud ta' l-eċċellenza f'gruppi ġodda, riċerkaturi tal-ġenerazzjoni l-ġdida, kif ukoll timijiet stabbiliti, u billi tingħata attenzjoni partikolari għal proposti li huma ferm pijuneristiċi u li korrispondentement jinvolvu riskji xjentifiċi għolja.

Il-programm ser jappoġġa proġetti mwettqa minn timijiet individwali li jistgħu jkunu ta' karattru nazzjonali jew transnazzjonali. Tim individwali huwa magħmul minn riċerkatur prinċipali individwali u, kif xieraq, individwi oħra, membri tat-tim. B'konformità mar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, mhix eskluża l-parteċipazzjoni ta' aktar minn entità legali waħda.

Reviżjoni

L-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-attività ser jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa sabiex jiġu vvalutati l-kisbiet tiegħu u sabiex jiġu aġġustati u mtejba l-proċeduri abbażi ta' l-esperjenza. Fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 7(2) tas-Seba' Programm Kwadru, għandha titwettaq reviżjoni indipendenti ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi ta' l-ERC, bi tqabbil mal-kriterji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza u bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku. Dan ser jinkludi l-proċess u l-kriterja għall-għażla tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku. Ir-reviżjoni ser tara b'mod espliċitu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' struttura bbażata fuq Aġenzija Esekuttiva u struttura bbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. Abbażi ta’ din ir-reviżjoni, dawn l-istrutturi u l-mekkaniżmi jridu jiġu mmodifikati kif xieraq.

Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-ħidma preparatorja kollha meħtieġa, inkluża kwalunkwe proposta leġislattiva li hija tqis meħtieġa, titwettaq u tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif mitlub mit-Trattat, bil-ħsieb ta' transizzjoni għal kwalunkwe struttura modifikata meħtieġa, kemm jista' jkun malajr. Għal dan il-għan il-Programm Kwadru ser jiġi adattat jew issupplimentat f'kodeċiżjoni skond l-Artikolu 166(2) tat-Trattat. Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 7(2) tal-Programm ta' Qafas, li jippreċedi l-evalwazzjoni interim, ser jagħti s-sejbiet inizjali dwar il-funzjonament ta' l-ERC.

Aspetti etiċi

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku u fl-attivitajiet ta' riċerka li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu, inter alia, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u tal-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad-data personali u tar-riservatezza, kif ukoll ta' l-annimali u l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-konvenzjonijiet, il-linji gwida u l-kodiċi ta' kondotta internazzjonali rilevanti, bħal per eżempju d-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1977 u l-Protokolli Addizjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma uman u d-drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (BTWC), it-Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Ser jittieħed ukoll kont ta' l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda (mill-1998).

B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-diversità ta' approċċi eżistenti fl-Ewropa, il-parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regolamenti etiċi attwali fil-pajjiżi fejn titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor partikolari ma tiġi appoġġata mill-finanzjament Komunitarju sabiex titwettaq f'dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Fejn xieraq, dawk li jwettqu proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku. Reviżjoni etika ser tiġi wkoll implimentata sistematikament mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw ma' kwistjonijiet etikament sensittivi jew fejn aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi reviżjoni etika tista' sseħħ matul l-implimentazzjoni ta' proġett.

L-ebda iffinanzjar mhu se jingħata għal attivitajiet ta' riċerka li huma pprojbiti fl-Istati Membri kollha.

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali anness għat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kull rigward lill-ħtiġiet tal-benesseri ta' l-annimali meta tifformula u timplimenta linji politiċi Komunitarji inkluża r-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħrajn xjentifiċi (17) teħtieġ li l-esperimenti kollha jkunu maħsuba b'tali mod li jevitaw dieqa u uġigħ u tbatija mhux meħtieġa għall-annimali sperimentali; li jintuża numru minimu ta' annimali; u li jiġu involuti annimali bl-aktar grad baxx ta' sensittività newropsikoloġika; li jiġu kkawżati l-inqas uġigħ, tbatija, dieqa jew ħsara dejjiema. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-għanijiet jistgħu jiġi ġġustifikati etikament u l-kondizzjonijiet huma tali li l-benesseru ta' l-annimali jiġi ggarantit u jiġu rispettati l-prinċipji ta' bijodiversità.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, ser ikun hemm monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni tal-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp.

ANNESS II

Informazzjoni li għandha tiġi mogħtija mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8(6).

1.

Informazzjoni dwar azzjonijiet, li tippermetti l-monitoraġġ tal-ħajja sħiħa ta' kull proposta, li tkopri partikolarment:

proposti sottomessi;

riżultati ta' evalwazzjoni għal kull proposta;

ftehim ta' għotja;

azzjonijiet kompluti.

2.

Informazzjoni dwar l-eżitu ta' kull sejħa u implimentazzjoni ta' azzjonijiet, li tkopri partikolarment:

riżultati ta' kull sejħa;

konklużjonijiet ta' ftehim ta' għotja;

implimentazzjoni ta' azzjonijiet, inklużi data tal-ħlas u eżitu ta' azzjonijiet.

3.

Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm, inkluża informazzjoni rilevanti fil-livell tal-Programm Kwadru u l-Programm Speċifiku.

Din l-informazzjoni (partikolarment, dwar proposti, l-evalwazzjoni u l-ftehim ta' l-għoti tagħhom) għandha tingħata f'format strutturat li jista' jinqara u jkun trattat elettronikament permezz ta' sistema ta' l-informazzjoni u tar-rapportar ibbażata fuq l-IT li tippermetti li ssir analiżi faċli tad-data.


(1)  Opinjoni mgħotija nhar it-30 ta' Novembru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(7)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(8)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999 p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(11)  ERCEG – European Research Council Expert Group; L-ERCEG ġie stabbilit fuq inizjattiva tal-Ministeru Daniż għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, matul il-Presidenza Daniża ta' l-UE, Diċembru 2003.

(12)  Rapport dwar il-Linji Gwida għax-Xjenza u t-Teknoloġija għall-Politika ta' l-Unjoni Ewropea biex tiġi appoġġata r-riċerka, A6-0046/2005, 28.2.2005.

(13)  Inklużi l-ispejjeż amministrattivi tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka.

(14)  Riċerka dwar it-trattament tal-gonadi kontra l-kanser tista' tkun iffinanzjata.

(15)  L-involviment tal-Kunsill Xjentifiku mhux applikabbli għall-proċess ta' l-għażla tal-membri li stabbilixxew il-Kunsill Xjentifiku.

(16)  Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-programm, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif hu definit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborża, skond il-linji gwida stabbiliti tagħha, l-ispejjeż ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll espert/konsulent għal kull Stat Membru għal dawk il-punti fl-aġenda fejn Stat Membru jirrikjedi kompetenza xierqa.

(17)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

91


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/973/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il- Programm Speċifiku “Nies” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Id-Deċiżjoni 2006/973/KE għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-Programm Speċifiku “Nies” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/973/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat, id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni, (2007 – 2013) (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm Kwadru”) għandu jiġi implimentat permezz ta' Programmi Speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jistabbilixxu t-tul tagħhom u jipprovdu għall-mezzi kkunsidrati meħtieġa.

(2)

Il-Programm Kwadru huwa strutturat f'erba' tipi ta' attivitajiet: kooperazzjoni transnazzjonali fuq temi definiti bħala politika (”Kooperazzjoni”), riċerka mmexxija minn investigaturi msejsa fuq inizjattivi tal-komunità tar-riċerka (”Ideat”), appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi (”Nies”), u appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka (”Kapaċitajiet”). Attivitajiet taħt “Nies”, fir-rigward ta' azzjonijiet indiretti għandhom jiġu implimentati permezz ta' dan il-programm speċifiku.

(3)

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka, għall-programm kwadru (minn hawn 'il quddiem “ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid”) għandhom japplikaw għal dan il-programm speċifiku.

(4)

Il-Programm Kwadru għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqin fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi ta' Liżbona, b'mod partikolari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

(5)

L-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni u l-SMEs appoġġati taħt dan il-Programm Kwadru għandhom ikunu komplimentari għal dawk imwettqin taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni li ser jikkontribwixxu biex jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, u jippromwovu l-forom kollha ta' l-innovazzjoni.

(6)

L-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru tista' twassal għall-programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċertu Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri, jew il-ħolqien ta' impenji konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

(7)

Id-dimensjoni internazzjonali hija parti fundamentali tar-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew il-ftehim meħtieġa għal dan l-iskop, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u abbażi ta' fejda reċiproka, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-kooperazzjoni xjentifika. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha, kif ukoll azzjonijiet iddedikati f'dan il-programm speċifiku, huma miftuħa għar-riċerkaturi individwali minn pajjiżi terzi.

(8)

Attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(9)

L-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru għandha tikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.

(10)

Għandha tiġi żgurata tmexxija finanzjarja soda tal-Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u aċċessibbli possibbli, filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (5) li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda futura.

(11)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – b'mod proporzjonali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej – sabiex jiġu monitorati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati rregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6), Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (7) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (8).

(12)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma essenzjalment miżuri ta' ġestjoni, u għalhekk għandhom jiġu adottati mill-proċedura ta' ġestjoni prevista fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (9). Min-naħa l-oħra riċerka li tinvolvi l-użu ta' embrijoni tal-bniedem u ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem iqajmu kwistjonijiet speċifiċi etiċi, kif deskritti fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni, għaldaqstant, miżuri għall-finanzjament ta' tali proġetti għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(13)

Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll, inter alia, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza tal-proċessi ta' reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi mqabbda għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta' dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Mġiba għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura volontarja tagħha.

(14)

Dan il-programm jimmira li joħloq suq tax-xogħol Ewropew ġenwin għal riċerkaturi bħala żvilupp u implimentazzjoni ulterjuri ta' l-istrateġija integrata dwar ir-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa abbażi ta' l-“L-Istrateġija tal-Mobbiltà għall-ERA” (10) u r-“Riċerkaturi fl-ERA: professjoni waħda, bosta karrieri” (11), u jieħu kont tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-riżorsi umani fl-R&D tat-18 ta' April 2005.

(15)

Il-programm “Nies” jimmira li jżid il-potenzjal uman R & D fl-Ewropa skond kemm il-kwalità kif ukoll il-kwantità, inkluż bir-rikonoxximent tal-’professjoni’ tar-riċerkatur bil-ħsieb li tinżamm l-eċċellenza fir-riċerka bażika u l-iżvilupp organiku tar-riċerka teknoloġika, u li tiġi mħeġġa l-mobbiltà tar-riċerkaturi Ewropej minn, għal u fl-Ewropa. Barra minn hekk, huwa għandu jgħin biex jipprovdi l-aħjar kondizzjonijiet sabiex jiġu attirati l-aħjar riċerkaturi barranin biex iwettqu riċerka fl-Ewropa,

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Il-Programm Speċifiku “Nies” għal attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, inklużi attivitajiet ta' dimostrazzjoni, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Programm Speċifiku” huwa b'dan adottat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġa l-attivitajiet għal “Nies”, jistimola nies biex jidħlu fil-professjoni ta' riċerkatur, isaħħaħ, b'mod kwantitattiv u kwalitattiv, il-potenzjal uman fir-riċerka u t-teknoloġija fl-Ewropa inkluż fir-rigward tal-potenzjal tan-nisa. L-attivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, imsejħa “Azzjonijiet Marie Curie”, għandhom jiffukaw fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-karrieri u fuq rabtiet imsaħħa mas-sistemi nazzjonali.

L-objettivi u d-deskrizzjoni ġenerali ta' dawk l-attivitajiet huma mniżżlin fl-Anness.

Artikolu 3

L-ammont meqjus neċessarju għat-twettiq tal-programm speċifiku għandu jkun EUR 4 750 miljun, li minnhom anqas minn 6 % għandhom ikunu għall-ispejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

1.   L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu b'konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

2.   L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:

attività ta' riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni umana għal skopijiet riproduttivi,

attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali bidliet li jintirtu (12),

attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex joħolqu embrijuni umani għall-għan waħdieni tar-riċerka jew għall-produzzjoni ta' ċelloli staminali, inkluż permezz tat-trasferiment tan-nukleu ta' ċelloli somatiċi.

3.   Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata skond il-kontenut tal-proposta xjentifika u l-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni (jiet) etiċi li jkunu ser jiġu pprovduti.

Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelloli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu soġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat(i) Membri involuti.

4.   L-oqsma tar-riċerka mniżżlin hawn fuq għandhom ikunu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (2010 – 2013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.

Artikolu 5

1.   Il-programm speċifiku għandu jkun implimentat permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament stabbiliti fl-Anness III għall-Programm Kwadru.

2.   Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom japplikaw għall-Programm Speċifiku.

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li jistabbilixxi f'aktar dettall l-objettivi u l-attivitajiet imniżżla fl-Anness, l-iskema ta' finanzjament li għandha tintuża għall-azzjonijiet li dwarhom hemm sejħa għal proposti, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni.

2.   Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka, ta' taħriġ fir-riċerka u ta' żvilupp tal-karrieri rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali u l-kisba tal-valur miżjud Ewropew kif ukoll l-impatt fuq il-kompettività industrijali u r-rilevanza għal linji politiċi Komunitarji oħra. Huwa għandu jkun aġġornat fejn xieraq.

3.   Proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjar għandhom jiġu evalwati u l-proġetti għandhom jiġu magħżulin billi jiġu kkunsidrati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(1b) tar-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid.

4.   Il-programm ta' ħidma jista' jidentifika:

(a)

organizzazzjonijiet li jirċievu sottoskrizzjonijiet fil-forma ta' ħlas għal sħubija;

(b)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-attivitajiet ta' entitajiet legali speċifiċi.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

2.   Il-proċedura ta' ġestjoni stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:

(a)

il-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6 jinkludi skemi ta' finanzjament li għandhom jintużaw, il-kontenut tas-sejħiet għal proposti kif ukoll l-evalwazzjoni u l-kriterji ta' l-għażla li għandhom jiġu applikati;

(b)

l-approvazzjoni ta' attivitajiet ta' finanzjament imsemmijin fl-Artikolu 2, fejn l-ammont stimat tal-kontribut Komunitarju taħt dan il-programm huwa ugwali għal jew iktar minn EUR 0,6 miljun;

(ċ)

it-tfassil tat-termini ta' referenza għall-evalwazzjonijiet previsti fl-Artikoli 7(2) u 7(3) tal-Programm Kwadru.

3.   Il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 8(3) għandha tapplika għall-approvazzjoni ta' finanzjament ta' attivitajiet li jinvolvu l-użu ta' embriji tal-bniedem u ċelluli staminali ta' embrijoniċi tal-bniedem.

Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdilu l-informazzjoni f'waqtha dwar l-azzjonijiet kollha ta' RTŻ, proposti jew iffinanzjati taħt dan il-programm kif speċifikat fl-Anness II.

5.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-reviżjoni indipendenti previsti fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni dwar il-Programm Kwadru (Nru) li għandhom isiru fir-rigward ta' l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-Programm Speċifiku.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS I

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, DESKRIZZJONI ĠENERALI TAT-TEMI U L-ATTIVITAJIET

Introduzzjoni

Fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku l-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi umani jirrappreżentaw wieħed mill-vantaġġi kompetittivi ewlenin. Bħala prerekwiżit biex jiżdiedu l-kapaċità u l-prestazzjoni ta' l-Ewropa fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u għall-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea ta' Riċerka, l-għan strateġiku ġenerali ta' dan il-programm huwa li l-Ewropa ssir aktar attraenti għar-riċerkaturi. Dan għandu jsir billi jitfittex effett ta' strutturazzjoni konsiderevoli fl-Ewropa kollha fuq l-organizzazzjoni, il-prestazzjoni u l-kwalità tat-taħriġ fir-riċerka, fuq l-iżvilupp ta' karriera attiva tar-riċerkaturi, fuq il-kondiviżjoni ta' l-għarfien permezz ta' riċerkaturi bejn setturi u organizzazzjonijiet tar-riċerka, fuq iż-żieda fl-isħubija bejn l-industrija u l-akkademja, u fuq parteċipazzjoni qawwija tan-nisa u riċerkaturi fi stadju bikri fir-riċerka u l-iżvilupp.

Il-programm ser jiġi implimentat b'investimenti sistematiċi fin-nies, prinċipalment permezz ta' sett koerenti ta' “Azzjonijiet Marie Curie”, partikolarment billi jiġi meħud kont tal-valur miżjud Ewropew skond l-effett strutturali tagħhom fuq il-Qasam ta' Riċerka Ewropea. Il-bini fuq l-esperjenza ma' l-“Azzjonijiet Marie Curie” taħt il-Programmi Kwadru preċedenti, dawn l-azzjonijiet jindirizzaw riċerkaturi skond il-ħiliet tagħhom u l-iżvilupp tal-kompetenza fl-istadji kollha tal-karrieri tagħhom, minn taħriġ inizjali ta' riċerka speċifikament intiż għaż-żgħażagħ, sa l-iżvilupp ta' karriera u t-taħriġ tul il-ħajja fis-settur pubbliku u privat. Il-mobbiltà, kemm transnazzjonali kif ukoll intersettorali, hija fundamentali għal dan il-programm. Iż-żieda fil-mobbiltà ta' riċerkaturi u t-tisħiħ ta' riżorsi ta' dawk l-istituzzjonijiet li jattiraw riċerkaturi internazzjonalment ser iħeġġu liċ-ċentri ta' eċċellenza madwar l-Unjoni Ewropea. Rikonoxximent ta' esperjenzi miksubin f'setturi u pajjiżi differenti, u kondizzjonijiet xierqa ta' xogħol ukoll huma elementi prinċipali fl-“Azzjonijiet Marie Curie”. Miżuri speċjali li jħeġġu riċerkaturi fl-istadju bikri u li jappoġġaw stadji bikrin tal-karriera xjentifika, kif ukoll miżuri li jnaqqsu “telf ta’ l-aħjar imħuħ”, bħal għotjiet ta' integrazzjoni mill-ġdid, ser jiġu introdotti.

L-“Azzjonijiet Marie Curie” huma miftuħin għall-oqsma kollha ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku indirizzati fit-Trattat. L-oqsma ta' riċerka jintgħażlu liberament mill-applikanti. Madankollu tinżamm il-possibbiltà li jiġu mmirati ċerti attivitajiet fil-programm, per eżempju rigward dixxiplini xjentifiċi u oqsma teknoloġiċi, reġjuni parteċipanti, tipi ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka u popolazzjoni ta' riċerkaturi, sabiex jingħata rispons għall-evoluzzjoni tal-ħtiġiet ta' l-Ewropa fil-qasam tat-taħriġ fir-riċerka, il-mobbiltà, l-iżvilupp tal-karrieri u l-kondiviżjoni ta' l-għarfien. Sabiex jiġu żgurati taħriġ u mobbiltà fi ħdan oqsma ġodda ta' riċerka u teknoloġija, ser tiġi żgurata koordinazzjoni adatta ma' partijiet oħra tal-Programm Kwadru, inkluża l-possibbiltà għal sejħiet konġunti.

Parteċipazzjoni qawwija minn intrapriżi, inklużi SMEs, hija kkonsidrata valur miżjud kruċjali għal dan il-programm. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni industrija-akkademja f'termini ta' taħriġ fir-riċerka, żvilupp tal-karrieri u qsim ta' għarfien, li tieħu kont tal-protezzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, hija mħeġġa fl-“Azzjonijiet Marie Curie” kollha, filwaqt li azzjoni speċifika qed tindirizza toroq u sħubiji industrija-akkademja, b'attenzjoni speċjali għall-SMEs.

Id-dimensjoni internazzjonali, bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, ser tiġi indirizzata f'termini ta' żvilupp tal-karrieri mingħajr diskriminazzjoni, kif ukoll ta' tisħiħ u arrikkiment tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta' riċerkaturi u l-ġibda tat-talent fir-riċerka lejn l-Ewropa. Id-dimensjoni internazzjonali ser tkun inkorporata fl-“Azzjonijiet Marie Curie” kollha u barra minn hekk ser tkun soġġetta għal azzjonijiet awtonomi.

Ser jingħata kont debitu tal-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli u ugwaljanza bejn is-sessi. Il-programm jimmira li jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jħeġġeġ opportunitajiet indaqs fl-“Azzjonijiet Marie Curie” kollha u billi jsiru valutazzjonijiet komparattivi tal-parteċipazzjoni skond is-sess (mira ta' parteċipazzjoni femminili ta' mill-inqas 40 %). Barra minn hekk, l-azzjonijiet ser ikunu mfasslin biex jassistu riċerkaturi biex isiru stabbiliti fit-triq ta' karriera stabbli u biex jiżguraw li riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ xieraq xogħol/ħajja, billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni familjari tagħhom, u biex jikontribwixxu għall-iffaċilitar li terġa' tibda karriera ta' riċerka wara waqfa. Barra minn hekk, konsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u kulturali usa' tar-riċerka li għandha ssir u l-applikazzjonjiet potenzjali tagħha, kif ukoll impatti soċjo-ekonomiċi ta' żvilupp u tbassir xjentifiku u teknoloġiku, ser jiġu indirizzati taħt dan il-Programm Speċifiku fejn rilevanti.

Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta' l-Ewropa biex issir aktar attraenti għar-riċerkaturi, l-“Azzjonijiet Marie Curie” ser joħolqu sinerġiji konkreti ma' azzjonijiet oħra kemm fil-qafas tal-politika Komunitarja dwar ir-riċerka, kif ukoll fl-azzjonijiet taħt linji politiċi Komunitarji oħra, per eżempju dwar l-edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjiegi. Tali sinerġiji ser jitfittxu ukoll ma' azzjonijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali. Azzjonijiet li jgħaqqdu l-edukazzjoni xjentifika ma' karrieri, u azzjonijiet ta' riċerka u koordinazzjoni dwar metodi ġodda fl-edukazzjoni xjentifika huma previsti taħt il-parti Xjenza fis-Soċjetà tal-programm “Kapaċitajiet” (13).

Aspetti etiċi

Waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-programm speċifiku u fl-attivitajiet ta' riċerka li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu, inter alia, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u l-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll ta’ l-annimali u l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-aħħar verżjonijiet tal-konvenzjonijiet, il-linji gwida u l-kodiċi ta’ kondotta internazzjonali rilevanti, eż. id-Dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f’Oviedo fl-4 ta’ April 1997 u l-Protokolli Addizzjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (BTWC), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Ser jittieħed ukoll kont ta' l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda (mill-1998).

B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-diversità ta' approċċi eżistenti fl-Ewropa, il-parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regolamenti etiċi attwali fil-pajjiżi fejn titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor partikolari ma tiġi appoġġata mill-finanzjament Komunitarju sabiex titwettaq f'dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Fejn xieraq, dawk li jwettqu proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku. Reviżjoni etika ser tiġi wkoll implimentata sistematikament mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw ma' kwistjonijiet etikament sensittivi jew fejn aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi reviżjoni etika tista' sseħħ matul l-implimentazzjoni ta' proġett.

L-ebda iffinanzjar mhu se jingħata għal attivitajiet ta' riċerka li huma pprojbiti fl-Istati Membri kollha.

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali anness għat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kull rigward lill-ħtiġiet tal-benesseri ta' l-annimali meta tifformula u timplimenta linji politiċi Komunitarji inkluża r-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħrajn xjentifiċi (14) teħtieġ li l-esperimenti kollha jkunu maħsuba b'tali mod li jevitaw dieqa u uġigħ u tbatija mhux meħtieġa għall-annimali sperimentali; li jintuża numru minimu ta' annimali; u li jiġu involuti annimali bl-aktar grad baxx ta' sensittività newropsikoloġika; li jiġu kkawżati l-inqas uġigħ, tbatija, dieqa jew ħsara dejjiema. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-għanijiet jistgħu jiġi ġġustifikati etikament u l-kondizzjonijiet huma tali li l-benesseru ta' l-annimali jiġi ggarantit u jiġu rispettati l-prinċipji ta' bijodiversità.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, ser ikun hemm monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni tal-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp.

Ir-riċerka dwar etika relatata ma’ l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ser titwettaq fil-parti “Xjenza fis-Soċjetà” tal-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”.

Attivitajiet

Se jiġu appoġġati l-“Azzjonijiet Marie Curie” li ġejjin:

Taħriġ inizjali tar-riċerkaturi

Din l-azzjoni tappoġġa t-taħriġ inizjali tar-riċerkaturi, tipikament diretta lejn l-ewwel erba' snin (jew ekwivalenti għal full-time) tal-karrieri tagħhom, b'żieda ta' massima ta' sena addizzjonali jekk meħtieġ għat-tlestija tat-taħriġ inizjali. Permezz ta' mekkaniżmu ta' netwerking transnazzjonali, immirat għall-istrutturazzjoni ta' sehem sostanzjali tal-kapaċità ta' taħriġ inizjali fir-riċerka ta' kwalità għolja fl-Istati Membri kollha u l-pajjiżi assoċjati fis-settur kemm pubbliku kif ukoll privat, l-azzjoni timmira li ttejjeb il-perspettivi ta' karriera tar-riċerkaturi fiż-żewġ setturi, b'hekk tissaħħaħ ukoll l-attrazzjoni taż-żgħażagħ għal karrieri fir-riċerka.

L-azzjoni ser tiġi implimentata permezz ta' appoġġ għal netwerks magħżulin b'mod kompetittiv ta' organizzazzjonijiet kumplimentari minn pajjiżi differenti impenjati fit-taħriġ ta' riċerka. F'dan, appoġġ kwadru huwa previst għall-aħjar riċerkaturi fl-istadju bikri biex jingħaqdu ma' timijiet stabbiliti ta' riċerka. In-netwerks ser jinbnew fuq programm konġunt ta' taħriġ ta' riċerka, li jwieġeb għal ħtiġijiet ta' taħriġ identifikati sew f'oqsma xjentifiċi jew teknoloġiċi speċifiċi, b'referenzi xierqa għal oqsma interdixxiplinari u dawk sopra-dixxiplinari ġodda li qed jemerġu. Dawn il-programmi ta' taħriġ ser jindirizzaw b'mod partikolari l-iżvilupp u t-twessigħ tal-kompetenzi fir-riċerka tar-riċerkaturi fl-istadju bikri. It-taħriġ ser ikun iffukat primarjament fuq għarfien xjentifiku u teknoloġiku permezz ta' riċerka dwar proġetti individwali, ikkomplimentata b'moduli ta' taħriġ li jindirizzaw ħiliet u kompetenzi oħrajn rilevanti, per eżempju fil-qasam tal-ġestjoni u l-finanzjament ta' proġetti u programmi ta' riċerka, drittijiet ta' proprjetà intellettwali u metodi oħra ta' sfruttament tar-riżultati tar-riċerka, intraprenditorija, aspetti etiċi, komunikazzjoni u interazzjoni mas-soċjetà.

Il-programm konġunt ta' taħriġ fir-riċerka għandu jkun koerenti f'termini ta' standards ta' kwalità, b'arranġament xieraq għal superviżjoni u gwida. Il-programm konġunt ta' taħriġ għandu jisfrutta kompetenzi komplimentari tal-parteċipanti fin-netwerk, inkluż minn intrapriżi, kif ukoll sinerġiji oħra. Huwa għandu jeħtieġ ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalità tat-taħriġ u, jekk possibbli, ta' diplomi u ċertifikati oħra mogħtija. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-problemi li jikkonċernaw l-impjieg għal terminu twil ta' riċerkaturi.

L-involviment dirett jew indirett ta' organizzazzjonijiet minn setturi differenti huwa kkunsidrat essenzjali f'din l-azzjoni, inkluża parteċipazzjoni (b'rwol ta' mexxej) minn intrapriżi privati f'oqsma xierqa. Organizzazzjoni ta' riċerka waħda jew parteċipazzjonijiet ta' ġemellaġġ huma eliġibbli taħt din l-azzjoni, jekk jintwera biċ-ċar li l-elementi meħtieġa tal-programm ta' taħriġ fir-riċerka huma indirizzati effettivament f'kooperazzjoni ma' grupp usa' ta' msieħba, mingħajr ma dawn ikunu formalment parti min-netwerk.

L-appoġġ Komunitarju taħt din l-azzjoni jkun jinkludi:

ir-reklutaġġ ta' riċerkaturi fi stadju bikri li jridu jitħarrġu;

il-possibbiltà li jiġu stabbiliti kattedri akkademiċi f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla jew pożizzjonijiet ekwivalenti f'organizzazzjonijiet u intrapriżi oħrajn ta' riċerka għal riċerkaturi b'esperjenza, bil-ħsieb li jiġi trasferit għarfien ġdid u tissaħħaħ is-superviżjoni tar-riċerkaturi fl-istadju bikri mħarrġin f'netwerk;

netwerking u l-organizzazzjoni ta' avvenimenti qosra ta' taħriġ (konferenzi, skejjel tas-sajf u korsijiet ta' taħriġ speċjalizzat), miftuħa kemm għal dawk li jitħarrġu fin-netwerk u għal riċerkaturi li ġejjin minn barra n-netwerk.

Taħriġ tul il-ħajja u żvilupp tal-karrieri

Din l-azzjoni hi mmirata għal riċerkaturi b'esperjenza fi stadji differenti tal-karrieri tagħhom, billi tissaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-kompetenza individwali tagħhom f'termini ta' kisba ta' ħiliet multi- jew interdixxiplinari jew ta' esperjenzi intersettorjali. L-għan huwa li jiġu appoġġati r-riċerkaturi fil-kisba u/jew it-tisħiħ ta' pożizzjoni indipendenti ta' mexxej, per eżempju riċerkatur prinċipali, professur jew pożizzjoni għolja oħra fl-edukazzjoni jew l-intrapriża. L-azzjoni ser tassisti wkoll lir-riċerkaturi biex jerġgħu lura għal karriera fir-riċerka wara waqfa jew biex (terġa') tintegra lir-riċerkaturi f'karriera fir-riċerka fl-Istati Membri u pajjiżi assoċjati, inkluż fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, wara esperjenza ta' mobbiltà.

Ir-riċerkaturi indirizzati taħt din l-azzjoni għandu jkollhom mill-inqas erba' snin ta' esperjenza fir-riċerka jew ekwivalenti għal full-time jew dottorat; peress li l-azzjoni hija diretta lejn it-taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karrieri, huwa madankollu mistenni li r-riċerkaturi jkollhom tipikament profil ta' anzjanità f'termini ta' esperjenza.

Din l-azzjoni ser tkun implimentata permezz ta’:

(i)

abbozz għal boroż ta' studju intra-Ewropej transnazzjonali individwali mogħtija direttament fuq livell Komunitarju, għall-aħjar riċerkaturi jew dawk l-aktar promettenti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, skond applikazzjoni magħmula mir-riċerkatur flimkien ma' l-organizzazzjonijiet ospitanti.

(ii)

il-ko-finanzjament ta' programmi reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali fil-qasam tat-taħriġ fir-riċerka u l-iżvilupp tal-karrieri fejn dan jissodisfa l-kriterji ta' valur miżjud Ewropew, trasparenza u aċċessibbiltà, jimmira għal għażla kompetittiva ta' programmi ta' finanzjament reġjonali, nazzjonali u internazzjonali eżistenti jew ġodda li jiffukaw fuq l-objettivi stabbiliti għal din l-azzjoni, ibbażati fuq mobbiltà mmexxija mill-individwu. Dawn il-programmi għandhom japplikaw kompetizzjoni miftuħa u bbażata fuq il-merti għar-riċerkaturi applikanti, imsawra fuq reviżjoni internazzjonali bejn il-pari, mingħajr limitazzjonijiet rigward l-oriġini u/jew id-destinazzjoni tagħhom. Hu mistenni li dawn il-programmi joffru kondizzjonijiet tax-xogħol adegwati għall-benefiċjarji aħħarija.

L-applikanti għall-modalità ta' ko-finanzjament ikunu l-atturi prinċipali fil-bini tal-kapaċità tar-riżorsi umani fir-riċerka fit-territorji rispettivi tagħhom. Dawn ikunu tipikament organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Korpi pubbliċi uffiċjali responsabbli għall-finanzjament u l-ġestjoni ta' programmi ta' boroż ta' studju, per eżempju ministeri, kumitati statali għar-riċerka, akkademji jew aġenziji ta' riċerka;

Korpi pubbliċi jew privati oħra, inklużi organizzazzjonijiet kbar ta' riċerka, li jiffinanzjaw u jamministraw programmi ta' boroż ta' studju jew b'mandat uffiċjali jew rikonoxxuti minn awtoritajiet pubbliċi, bħal aġenziji stabbiliti minn gvernijiet taħt il-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku, organizzazzjonijiet tal-karità, eċċ.;

Korpi fuq livell internazzjonali li jmexxu skemi komparabbli fuq livell Ewropew bħala parti mill-missjoni tagħhom.

Għall-modalità ta' kofinazjament, il-Komunità primarjament ser tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' boroż ta' studju konformi mal-ħtiġiet u l-miri ta' din l-azzjoni, partikolarment skond il-mobbiltà transnazzjonali. Kompetizzjoni internazzjonali bejn ir-riċerkaturi ser tibqa' ċentrali sabiex tiġi żgurata l-għola kwalità ta' riċerka taħt din l-attività.

Iż-żewġ modi ta' implimentazzjoni ser jitmexxew b'mod parallel mill-bidu, bil-mod ta' kofinanzjament inizjalment fuq skala kontrollata li tippermetti biex tinkiseb l-esperjenza meħtieġa. Matul il-Programm Kwadru valutazzjoni ta' impatt taż-żewġ modi ser tiddetermina l-modalitajiet implimentattivi għall-bqija tal-programm.

Sħubiji u toroq industrija-akkademja

Din l-azzjoni tfittex li tiftaħ u tippromwovi toroq dinamiċi bejn organizzazzjonijiet ta' riċerka pubbliċi u intrapriżi kummerċjali privati, inkluż b'mod partikolari l-SMEs, kif ukoll industriji ta' manifattura tradizzjonali. L-attivitajiet ser ikunu bbażati fuq programmi ta' kooperazzjoni għall-perijodu aktar fit-tul bil-ħsieb li jiżdiedu l-mobbiltà intersettorjali u jiżdiedu t-trasferiment u l-kondiviżjoni ta' l-għarfien (inklużi l-ġestjoni ta' proġetti, il-ġestjoni IPR u l-iżvilupp tal-prodott) kif ukoll il-promozzjoni tal-fehim reċiproku tal-kuntesti kulturali differenti u l-ħtiġiet ta' ħiliet taż-żewġ setturi.

L-azzjoni ser tkun implimentata b'mod flessibbli, inter alia bbażata fuq prattiki tajbin dwar is-sħubija industrija-akkademja fl-UE, permezz ta' programmi ta' kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet miż-żewġ setturi minn mill-inqas żewġ Stati Membri jew Stati assoċjati differenti, b'sostenn għal interazzjonijiet bejn ir-riżorsi umani fi ħdan dak il-qafas. L-appoġġ Komunitarju ser jieħu waħda jew aktar mill-forom li ġejjin:

sekondar tal-persunal bejn iż-żewġ setturi fi ħdan is-sħubija, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kooperazzjoni intersettorjali;

akkoljenza temporanja fiż-żewġ setturi ta' riċerkaturi b'esperjenza reklutati minn barra s-sħubija;

netwerking u l-organizzazzjoni ta' workshops u konferenzi li jtejbu l-esperjenza intersettorjali u l-iskambju ta' għarfien, sabiex jintlaħaq numru akbar ta' membri tal-persunal miż-żewġ setturi;

bħala miżura speċifika għall-SMEs kontribut għal tagħmir żgħir relatat mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kooperazzjoni.

Id-dimensjoni internazzjonali

Waqt li d-dimensjoni internazzjonali hi rikonoxxuta bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, din id-dimensjoni hija indirizzata permezz ta' azzjonijiet ddedikati kemm f'termini ta' żvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi Ewropej u f'termini ta' tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta' riċerkaturi.

L-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi mill-Istati Membri u pajjiżi assoċjati ser jingħata appoġġ permezz ta':

(i)

boroż ta’ studju internazzjonali lil hinn mill-Ewropa, bl-obbligu li jirritornaw, għar-riċerkaturi b'esperjenza fi ħdan il-qafas ta’ taħriġ tul il-ħajja u diversifikazzjoni tal-kompetenzi, għall-kisba ta' ħiliet u għarfien ġodda;

(ii)

għotjiet għar-ritorn u r-ri-integrazzjoni fil-livell internazzjonali tar-riċerkaturi b'esperjenza wara esperjenza internazzjonali. Taħt din l-azzjoni n-netwerking ta' riċerkaturi mill-Istati Membri u pajjiżi assoċjati barra mill-pajjiż ser jingħata wkoll appoġġ bil-ħsieb li dawn jinżammu informati dwar u involuti b'mod attiv fi żvilupp fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Il-kooperazzjoni internazzjonali permezz ta' riċerkaturi ser tingħata sostenn permezz ta':

(i)

boroż ta' studju internazzjonali lejn l-Ewropa sabiex jiġu attratti riċerkaturi minn pajjiżi terzi bi kwalifiki għolja lejn l-Istati Membri u pajjiżi assoċjati, għat-titjib ta' l-għarfien għall-Ewropa u biex jinbnew rabtiet ta' livell għoli. Riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew minn pajjiż b'ekonomiji emerġenti jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ għal fażi ta' ritorn. Ser jiġi appoġġat ukoll in-netwerking ta' riċerkaturi minn pajjiżi terzi fi Stati Membri u pajjiżi assoċjati, bil-ħsieb li jiġu strutturati u żviluppati l-kuntatti tagħhom mar-reġjuni ta' oriġini tagħhom;

(ii)

sħubiji bejn diversi organizzazzjonijiet tar-riċerka fl-Ewropa u organizzazzjoni waħda jew aktar fi:

pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat

pajjiżi li magħhom il-Komunità għandha Ftehim ta' Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika.

Abbażi ta' programmi konġunti ser jingħata appoġġ Komunitarju għal skambji qosra ta' riċerkaturi fi stadju bikri u riċerkaturi b'esperjenza, għall-organizzazzjoni ta' konferenzi u avvenimenti oħra li huma ta' benefiċċju reċiproku, kif ukoll għall-iżvilupp ta' skambju sistematiku ta' prattika tajba b'impatt dirett fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp.

Dawn l-azzjonijiet ser jiġu implimentati f'konformità ma' l-attivitajiet internazzjonali taħt il-Programmi “Kooperazzjoni” u “Kapaċitajiet”.

Azzjonijiet speċifiċi

B'appoġġ għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin għar-riċerkaturi, għandu jiġi implimentat sett koerenti ta' azzjonijiet ta' akkompanjament, bil-ħsieb li jitneħħew ostakoli għall-mobbiltà u li jissaħħu l-perspettivi tal-karrieri għar-riċerkaturi fl-Ewropa. Dawn l-azzjonijiet ser jimmiraw, b'mod partikolari, li jqajmu l-kuxjenza tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali, inkluż permezz tal-premjijiet “Marie Curie”, biex tiġi stimolata u appoġġata azzjoni fil-livell ta' Stat Membru u biex jiġu komplimentati azzjonijiet Komunitarji. L-azzjonijiet speċifiċi ser jinkludu wkoll miżuri ta' inċentivi għal istituzzjonijiet pubbliċi li jippromwovu l-mobbiltà, il-kwalità u l-profil ta' riċerkaturi, fejn dawn l-attivitajiet jissodisfaw il-kriterji tal-valur miżjud, id-disponibbiltà u t-trasparenza Ewropea.

ANNESS II

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 (5).

1.

Informazzjoni dwar azzjonijiet, li tippermetti l-monitoraġġ tal-ħajja sħiħa ta' kull proposta, li tkopri partikolarment:

proposti sottomessi;

riżultati ta' evalwazzjoni għal kull proposta;

ftehim ta' għotja;

azzjonijiet kompluti.

2.

Informazzjoni dwar l-eżitu ta' kull sejħa u implimentazzjoni ta' azzjonijiet, li tkopri partikolarment:

riżultati ta' kull sejħa;

ir-riżultat tan-negozjati dwar ftehim ta' għoti;

implimentazzjoni ta' azzjonijiet, inklużi data tal-ħlas u eżitu ta' azzjonijiet.

3.

Informazzjoni dwar il-programm ta' implimentazzjoni, inkluż informazzjoni rilevanti fil-livell tal-Programm Kwadru, il-Programm Speċifiku u kull attività.

Din l-informazzjoni (partikolarment, dwar proposti, l-evalwazzjoni u l-ftehim ta' l-għoti tagħhom) għandha tingħata f'format strutturat li jista' jinqara u jkun trattat elettronikament permezz ta' sistema ta' l-informazzjoni u tar-rapportar ibbażata fuq l-IT li tippermetti li ssir analiżi faċli tad-data.


(1)  Opinjoni mgħotija nhar it-30 ta' Novembru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 18.8.2006, p. 3).

(6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(7)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006 p. 11).

(10)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Strateġija ta' Mobilità għaż-Żona ta' Riċerka Ewropea” – COM(2001) 331, 20.6.2001 u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2001/C367/01.

(11)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Riċerkaturi fil-Qasam ta' Riċerka Ewropea: professjoni waħda, bosta karrieri” – COM(2003) 436, 18.7.2003 – u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2003/C282/01.

(12)  Riċerka dwar it-trattament tal-gonadi kontra l-kanser tista' tkun iffinanzjata.

(13)  Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif hu definit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborża, skond il-linji gwida stabbiliti tagħha, l-ispejjeż ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll espert/konsulent għal kull Stat Membru għal dawk il-punti fl-aġenda fejn Stat Membru jirrikjedi kompetenza xierqa.

(14)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

101


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Id-Deċiżjoni 2006/974/KE għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-Programm Speċifiku: “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/974/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat, id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 – 2013) (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm Kwadru”) għandha tiġi implimentata permezz ta' Programmi Speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissaw it-tul tagħhom u jipprovdu għall-mezzi meqjusa meħtieġa.

(2)

Il-Programm Kwadru huwa strutturat f'erba' tipi ta' attivitajiet: kooperazzjoni transnazzjonali fuq temi definiti bħala politika (”Kooperazzjoni”), riċerka mmexxija minn investigaturi msejsa fuq inizjattivi tal-komunità tar-riċerka (”Ideat”), appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi (”Nies”), u appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka (”Kapaċitajiet”). Attivitajiet taħt “Kapaċitajiet”, fir-rigward ta' azzjonijiet indiretti, għandhom ikunu implimentati permezz ta' dan il-Programm Speċifiku.

(3)

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka, għall-Programm Kwadru (minn hawn 'il quddiem imsejħa ’r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid’) għandhom japplikaw għal dan il-programm speċifiku.

(4)

Il-Programm Kwadru għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqin fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi ta' Liżbona, b'mod partikolari dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

(5)

L-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni u l-SMEs appoġġati taħt dan il-Programm Kwadru għandhom ikunu komplimentari għal dawk imwettqin taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni li ser jikkontribwixxu biex jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, u jippromwovu l-forom kollha ta' l-innovazzjoni.

(6)

L-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru tista' twassal għall-programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċertu Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri, jew il-ħolqien ta' impenji konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

(7)

Dan il-Programm Speċifiku għandu jipprovdi kontribut lill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) sabiex tiġi kkostitwita “Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju” sabiex jitjieb l-aċċess għas-self mill-BEI.

(8)

Kif previst taħt l-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-Programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika.

(9)

Attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji ta' l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(10)

L-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru għandha tikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.

(11)

Għandha tiġi żgurata tmexxija finanzjarja soda tal-Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u aċċessibbli possibbli, filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (5) li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda futura.

(12)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – b'mod proporzjonali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej – sabiex jiġu monitorati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati rregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6), Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (7) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (8).

(13)

Peress illi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma essenzjalment miżuri ta' ġestjoni, dawn għalhekk għandhom jiġu adottati mill-proċedura ta' ġestjoni prevista fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (9). Min-naħa l-oħra riċerka li tinvolvi l-użu ta' embrijoni tal-bniedem u ċelloli staminali ta' l-embrijoni tal-bniedem iqajmu kwistjonijiet speċifiċi etiċi, kif deskritti fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni, għaldaqstant, miżuri għall-finanzjament ta' tali proġetti għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(14)

Il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet” għandu jkollu linja tal-baġit għalih fil-Baġit Ġenerali tal-Komunità Ewropea.

(15)

Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll, inter alia, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza tal-proċessi ta' reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi mqabbda għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta' dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Mġiba għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura volontarja tagħha,

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet” għal attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, inklużi attivitajiet ta' dimostrazzjoni, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Programm Speċifiku” huwa b'dan adottat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġa l-attivitajiet għall-”Kapaċitajiet” billi jappoġġa aspetti ċentrali tal-kapaċitajiet Ewropej ta' riċerka u innovazzjoni. kif ġej:

(a)

l-infrastrutturi tar-riċerka;

(b)

riċerka għall-benefiċċju ta' l-intrapriżi zgħar u ta' daqs medju (SMEs);

(ċ)

reġjuni ta' għarfien;

(d)

potenzjal ta' riċerka;

(e)

ix-xjenza fis-soċjetà;

(f)

appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi dwar ir-riċerka

(g)

attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali

L-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku tista' jwassal għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' ċerti Stati Membri biss, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mwettqa minn diversi Stati Membri, jew il-ħolqien ta' inizjattivi konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

L-għanijiet u d-deskrizzjoni ġenerali ta' dawn l-attivitajiet jingħataw fl-Anness I.

Artikolu 3

Skond l-Anness II tal-Programm Kwadru, l-ammont meqjus neċessarju għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun ta' EUR 4 097 miljun, li minnhom anqas minn 6 % għandhom ikunu għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni. Tqassim indikattiv ta' dan l-ammont jidher fl-Anness II.

Artikolu 4

1.   L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu b'konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

2.   L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:

attività ta' riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni umana għal skopijiet riproduttivi,

attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali bidliet ereditabbli (10),

attivitajiet ta' riċerka maħsuba biex joħolqu embrijuni umani għall-għan waħdieni tar-riċerka jew għall-produzzjoni ta' ċelloli staminali, inkluż permezz tat-trasferiment tan-nukleu ta' ċelloli somatiċi.

3.   Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata skond il-kontenut tal-proposta xjentifika u l-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni (jiet) etiċi li jkunu ser jiġu pprovduti.

Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelloli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu soġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat(i) Membri involuti.

4.   L-oqsma tar-riċerka mniżżlin hawn fuq għandhom ikunu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (2010 – 2013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.

Artikolu 5

1.   Il-Programm Speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament stabbiliti fl-Anness III għall-Programm Kwadru.

2.   L-Anness III għal dan il-Programm Speċifiku jistabbilixxi l-arranġamenti għal għotja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għall-istabbiliment ta' Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar- Riskju.

3.   L-Anness IV għal dan il-Programm Speċifiku jistabbilixxi inizjattiva possibbli għall-implimentazzjoni konġunta ta' programmi nazzjonali ta' riċerka li tista' tkun is-suġġett ta' deċiżjoni separata abbażi ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat.

4.   Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid għandhom japplikaw għal dan il-Programm Speċifiku.

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal Programm ta' Ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, li jniżżel f'aktar dettal l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi mniżżla fl-Anness I, l-iskema ta' finanzjament li għandha tintuża għas-suġġett li dwaru hemm stedina għal proposti, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni.

2.   Il-Programm ta' Ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, u l-kisba tal-valur miżjud Ewropew kif ukoll l-impatt fuq il-kompettività industrijali u r-rilevanza għal linji politiċi Komunitarji oħra. Huwa għandu jkun aġġornat fejn xieraq.

3.   Proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament għandhom jiġu evalwati u l-proġetti għandhom jiġu magħżulin billi jiġu kkunsidrati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(1a) tar-regoli għal parteċipazzjoni u t-tixrid.

4.   Il-Programm ta' Ħidma jista' jidentifika:

(a)

organizzazzjonijiet li jirċievu abbonamenti f'forma ta' ħlas ta' sħubija;

(b)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-attivitajiet ta' entitajiet legali speċifiċi.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku.

2.   Il-proċedura ta' ġestjoni stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-miżuri li ġejjin:

(a)

il-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6 jinkludi l-iskemi ta' finanzjament li għandhom jintużaw, il-kontenut tas-sejħiet għal proposti u l-evalwazzjoni u l-kriterji ta' l-għażla li għandhom jiġu applikati;

(b)

kwalunkwe aġġustament fit-tqassim indikattiv ta' l-ammont kif jidher fl-Anness II.

(ċ)

l-approvazzjoni tal-finanzjament ta' attivitajiet imsemmi f' punti (a) sa (ġ) ta' l-Artikolu 2, fejn l-ammont stmat tal-kontribut Komunitarju taħt dan il-programm huwa daqs jew aktar minn EUR 0,6 miljun;

(d)

it-tfassil tat-termini ta' referenza għall-evalwazzjonijiet previsti fl-Artikoli 7(2) u 7(3) tal-Programm Kwadru.

3.   Il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 8(3) għandha tapplika għall-approvazzjoni ta' finanzjament ta' attivitajiet li jinvolvu l-użu ta' embriji tal-bniedem u ċelluli staminali ta' embrijoniċi tal-bniedem.

Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat.

2.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdilu l-informazzjoni f'waqtha dwar l-azzjonijiet ta' riċerka, taħriġ u żvilupp (RTD) proposti jew iffinanzjati taħt dan il-programm kif speċifikat fl-Anness V.

5.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-reviżjoni indipendenti previsti fl-Artikolu 7 dwar il-Programm Kwadru li għandhom isiru fir-rigward ta' l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-Programm Speċifiku.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha filĠurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS I

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, DESKRIZZJONI ĠENERALI TAT-TEMI U L-ATTIVITAJIET

INTRODUZZJONI

Dan il-Programm Speċifiku ser isaħħaħ il-kapaċitajiet għar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Ewropa kollha u jiżgura li jsir l-aħjar użu tagħhom. Dan il-għan ser jinkiseb permezz ta':

Il-titjib ta' l-użu u l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi ta' riċerka;

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' l-SMEs għall-innovazzjoni u l-abbiltà tagħhom li jibbenefikaw mir-riċerka;

Appoġġ għall-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka;

Ir-realizzazzjoni tal-potenzjal għar-riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u l-aktar remoti ta' l-UE;

It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea;

Appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi ta' riċerka;

Azzjonijiet u miżuri b'appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali.

Il-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza bejn is-sessi ser jingħataw l-attenzjoni dovuta. Barra minn hekk, konsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u kulturali usa' tar-riċerka li għandha ssir u l-applikazzjonjiet potenzjali tagħha, kif ukoll impatti soċio-ekonomiċi ta' żvilupp u tbassir xjentifiku u teknoloġiku, fejn rilevanti għandhom jagħmlu parti mill-attivitajiet taħt dan il-Programm Speċifiku.

L-azzjonijiet għall-koordinazzjoni ta' programmi mhux Komunitarji jistgħu jsiru f'dan il-Programm Speċifiku bl-użu ta' l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat) kif deskritt fil-Programm Speċifiku Kooperazzjoni.

Ser jiġu mfittxija sinerġiji u komplementaritajiet ma' linji politiċi u programmi komunitarji oħra, bħall-politika reġjonali u ta' koeżjoni tal-Komunità, il-Fondi Strutturali, il-Programm għall-Kompetittività u Innovazzjoni u l-Programmi rilevanti ta' Edukazzjoni u Taħriġ (11).

Aspetti etiċi

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Speċifiku u fl-attivitajiet ta' riċerka li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu, inter alia, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u l-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll ta' l-annimali u l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-aħħar verżjonijiet tal-konvenzjonijiet, il-linji gwida u l-kodiċi ta' kondotta internazzjonali rilevanti, eż. id-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997 u l-Protokolli Addizzjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (BTWC), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Ser jittieħed ukoll kont ta' l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda (mill-1998).

B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-diversità ta' approċċi eżistenti fl-Ewropa, il-parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regolamenti etiċi attwali fil-pajjiżi fejn titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor partikolari ma tiġi appoġġata mill-finanzjament Komunitarju sabiex titwettaq f'dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Fejn xieraq, dawk li jwettqu proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku. Reviżjoni etika ser tiġi wkoll implimentata sistematikament mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw ma' kwistjonijiet etikament sensittivi jew fejn aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi reviżjoni etika tista' sseħħ matul l-implimentazzjoni ta' proġett.

L-ebda iffinanzjar mhu se jingħata għal attivitajiet ta' riċerka li huma pprojbiti fl-Istati Membri kollha.

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali anness għat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kull rigward lill-ħtiġiet tal-benesseri ta' l-annimali meta tifformula u timplimenta linji politiċi Komunitarji inkluża r-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħrajn xjentifiċi (12) teħtieġ li l-esperimenti kollha jkunu maħsuba b'tali mod li jevitaw dieqa u uġigħ u tbatija mhux meħtieġa għall-annimali sperimentali; li jintuża numru minimu ta' annimali; u li jiġu involuti annimali bl-aktar grad baxx ta' sensittività newropsikoloġika; li jiġu kkawżati l-inqas uġigħ, tbatija, dieqa jew ħsara dejjiema. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-għanijiet jistgħu jiġi ġġustifikati etikament u l-kondizzjonijiet huma tali li l-benesseru ta' l-annimali jiġi ggarantit u jiġu rispettati l-prinċipji ta' bijodiversità.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, ser ikun hemm monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni tal-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp.

Ir-riċerka fuq l-etika relatata ma' l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ssir fil-parti '“Xjenza fis-Soċjetà” ta' dan il-programm.

1.   INFRASTRUTTURI TA' RIĊERKA

Objettiv

Ottimizzazzjoni ta' użu u l-iżvilupp ta' l-aqwa infrastrutturi ta' riċerka li hawn fl-Ewropa, il-kontribut għall-ħolqien fl-oqsma kollha tax-xjenza u tat-teknoloġija ta' l-infrastrutturi ġodda ta' riċerka ta' interess pan-Ewropew li huma meħtieġa biex il-komunità xjentifika Ewropea tibqa' fuq quddiemnett tal-progress fir-riċerka, u tkun kapaċi tgħin lill-industrija ssaħħaħ il-bażi ta' l-għarfien u l-ħiliet teknoloġiċi tagħha.

Approċċ

Sabiex l-Ewropa ssir l-ekonomija l-iktar kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja, l-infrastrutturi moderni u effettivi ta' riċerka huma kritiċi għall-ksib tat-tmexxija fix-xjenza u t-teknoloġija. L-infrastrutturi ta' riċerka għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta' l-għarfien u t-teknoloġija u fit-tixrid, l-applikazzjoni u l-isfruttament tagħhom, biex b'hekk tittrawwem l-innovazzjoni u l-kontribut għall-iżvilupp tal-Qasam Ewropew għar-Riċerka. L-aċċess għalihom huwa dejjem aktar indispensabbli fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija u għat-tfassil ta' politika bbażata fuq il-provi. Ħafna infrastrutturi ta' riċerka evolvew minn faċilitajiet kbar dedikati kważi esklussivament għal dixxiplina speċifika, f'facilitajiet ta' servizz għal varjetà wiesgħa ta' komunitajiet xjentifiċi. Bis-saħħa ta' l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, kunċetti reċenti ta' infrastrutturi qed jespandu sabiex jinkludu sistemi mqassma ta' ħardwer, softwer u kontenuti b'valur kumulattiv enormi bħala arkivji ta' għarfien f'ħafna dixxiplini differenti.

L-azzjoni proposta b'mod partikolari sejra tagħti kontribut lill-iżvilupp, l-isfruttament u ż-żamma ta' l-għarfien, permezz ta' l-appoġġ tagħha għall-infrastruttri ta' riċerka bbażati kemm fuq approċċ mill-qiegħ immexxija mill-eċċellenza kif ukoll b'waħda mmirata. It-titjib strateġiku ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni bbażati fuq e-infrastructures u l-infrastrutturi virtwali huwa wkoll meqjus bħala xprun fit-tibdil tal-mod kif titwettaq ix-xjenza. L-Istati Membri ser jibqgħu ċentrali fl-iżvilupp u l-finanzjament ta' l-infrastrutturi.

It-terminu ”Infrastrutturi ta' riċerka” fil-kuntest tal-Programm Kwadru Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku jirreferi għall-faċilitajiet, ir-riżorsi jew is-servizzi li huma meħtieġa mill-komunità ta' riċerka sabiex twettaq ir-riċerka fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi kollha. Din id-definizzjoni tkopri, inklużi r-riżorsi umani assoċjati:

Tagħmir jew sett ta' strumenti maġġuri użati għal finijiet ta' riċerka;

Riżorsi bbażati fuq l-għarfien bħal ġbir, arkivji, informazzjoni strutturata jew sistemi relatati mal-ġestjoni tad-data, użati fir-riċerka xjentifika;

It-tħaddim ta' infrastrutturi bbażati fuq l-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni bħall-Grid, l-informatika, is-softwer u l-komunikazzjonijiet;

Kwalunkwe entità oħra ta' natura unika li tintuża għar-riċerka xjentifika.

Jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ biss l-infrastrutturi ta' riċerka u n-netwerks ta' infrastrutturi ta' riċerka li huma ta' interess ċar għall-komunità xjentifika Ewropea (akkademika, pubblika u industrijali), f'termini ta' prestazzjoni u aċċess. Huma għandhom jagħtu kontribut sinifikanti lill-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' riċerka Ewropej.

Fir-rigward ta' l-infrastutturi tematiċi ta' riċerka fil-Programm Speċifiku ”Kooperazzjoni”, il-koordinazzjoni ġenerali għandha tiġi żgurata minn dan il-programm.

Attivitajiet

L-attivitajiet ser ikopru l-linji ta' azzjoni li ġejjin:

l-ottimizzazzjoni ta' l-użu ta' infrastrutturi ta' riċerka eżistenti u t-titjib tal-prestazzjoni tagħhom;

it-trawwim ta' l-iżvilupp ta' infrastutturi ta' riċerka ġodda (jew titjib maġġuri lil dawk eżistenti) ta' interess pan-Ewropew, li primarjament jibni fuq il-ħidma ta' l-ESFRI (Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi ta' Riċerka);

miżuri ta' appoġġ, inkluż l-appoġġ għall-ħtiġijiet li jinħolqu.

1.1.   Infrastrutturi ta' riċerka eżistenti

L-azzjonijiet ta' l-infrastrutturi ta' riċerka ser jimmiraw għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet Ewropej u l-prestazzjoni ta' l-infrastutturi ta' riċerka speċifiċi, kif ukoll għaż-żieda ta' l-involviment tal-komunità ta' utenti f'opportunitajiet offruti mill-infrastrutturi ta' riċerka u l-impenn tagħhom lejn l-investiment f'riċerka ta' livell għoli. L-attivitajiet ser jikkonsistu mill-appoġġ għall-ottimizzazzjoni ta' l-Infrastrutturi ta' Riċerka Ewropej permezz ta' “Integrazzjoni” ta' kapaċitajiet u sforzi, li jwasslu għall-iktar użu effettiv ta' faċilitajiet, riżorsi u servizzi fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija u t-trawwim ta' l-“Aċċess Transnazzjonali” għall-infrastrutturi eżistenti.

1.1.1.   Attivitajiet ta' Integrazzjoni

L-infrastrutturi ta' riċerka ta' livell dinji jeħtieġu investimenti kbar u għall-perjodu fit-tul f'riżorsi (umani u finanzjarji). Dawn għandhom jiġu użati u sfruttati minn komunità kemm jista' jkun kbira ta' xjenzjati u ta' industriji klijenti fuq skala Ewropea. L-ottimizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' l-Infrastrutturi ta' Riċerka u l-prestazzjoni fuq livell Komunitarju jeħtieġu jkunu kontinwament immexxija 'l quddiem u mtejba sabiex jaqdu l-ħtiġijiet xjentifiċi li jinbtu u li dejjem qed jikbru. L-aħjar mod ta' kif dan jista' jintlaħaq hu permezz ta' stimolu ta' l-użu u l-iżvilupp tagħhom, inkluż it-titjib tagħhom, b'mod koordinat.

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal dan l-objettiv permezz tal-promozzjoni ta' Attivitajiet ta' Integrazzjoni. Huma ser jiżguraw li r-riċerkaturi Ewropej, inkluż riċerkaturi mill-industrija, inkluż SMEs u reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda, jistgħu jkollhom aċċess għall-aħjar infrastrutturi ta' riċerka biex iwettqu r-riċerka tagħhom, billi jappoġġaw id-dispożizzjoni integrata tas-servizzi relatati ma' l-infrastruttura għall-komunità ta' riċerka fil-livell Ewropew u fil-livell internazzjonali fejn xieraq. Attivitajiet ta' integrazzjoni għandhom jimmiraw ukoll biex jirristrutturaw aħjar, fuq skala Ewropea, il-mod kif joperaw l-infrastrutturi ta' riċerka, u għat-trawwim ta' l-iżvilupp konġunt tagħhom f'termini ta' kapaċità u prestazzjoni.

Attivitajiet ta' Integrazzjoni għal infrastrutturi ta' riċerka eżistenti ser ikunu implimentati permezz ta':

sejħiet “minn isfel għal fuq” biex tiġi katalizzata l-koordinazzjoni reċiproka u l-ġbir ta' riżorsi fost operaturi ta' infrastrutturi bl-għan li titrawwem kultura ta' kooperazzjoni fosthom. Tali attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll lejn strutturar aħjar, fuq skala Ewropea, tal-mod kif joperaw l-infrastrutturi ta' riċerka u l-mod kif utenti potenzjali jistgħu jkollhom aċċess għalihom, għat-trawwim ta' l-iżvilupp konġunt tagħhom f'termini ta' kapaċità u prestazzjoni, u lejn il-promozzjoni ta' l-użu koerenti u trans-dixxipplinari tagħhom;

”sejħiet immirati” meta tali azzjonijiet iffokati jkunu kjarament ta' benefiċċju għall-appoġġ ta' infrastrutturi ta' riċerka potenzjalment importanti għall-perijodu fit-tul, kif ukoll jitħaffef l-istabbiliment tagħhom fuq il-livell Komunitarju. Huma ser jiġu implimentati f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet li jkunu qed isiru fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha mwettqa fuq il-livell Ewropew fi ħdan il-qafas Komunitarju jkunu jaqdu l-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fil-qasam rispettiv tagħhom. Diġà jistgħu jkunu identifikati s-setturi (13) għal użu u tisħiħ aħjar ta' l-infrastrutturi Ewropej eżistenti, li jaqdu l-ħtiġijiet strateġiċi għall-perijodu fit-tul tal-partijiet interessati ta' l-ambjent akkademiku, pubbliku u industrijali u tas-soċjetà ġenerali, bħax-xjenzi tal-ħajja u l-applikazzjonijiet tagħhom, it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp tar-riċerka industrijali inkluża l-metroloġija, l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli u b'mod partikolari fil-qasam ta' l-ambjent, u għax-xjenzi soċjali u l-umanistika.

1.1.2.    E-Infrastructures ibbażati fuq l-ICT

It-twaqqif ta' l-e-Infrastructures jipprovdi servizzi essenzjali għall-komunitajiet ta' riċerka bbażati fuq proċessi kumplessi maħsuba biex jgħaddu l-poter tar-riżorsi distribwiti bbażati fuq l-ICT (kompjutazzjoni, konnettività, strumentazzjoni) lill-komunitajiet virtwali. It-tisħiħ ta' approċċ Ewropew u ta' attivitajiet Ewropej relatati f'dan is-settur jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-potenzjal ta' riċerka Ewropea u l-isfruttament tagħha, jikkonsolida l-e-Infrastructures bħala l-bażi taż-Żona Ewropea ta' Riċerka, “prekursur” ta' l-innovazzjoni interdixxiplinarja u mexxej fit-tibdil tal-mod kif titwettaq ix-xjenza. Jista' wkoll jagħti kontribut għall-integrazzjoni tat-timijiet ta' riċerka mir-reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda.

L-attivitajiet proposti għall-e-Infrastructures, ibbażati fuq sejħiet immirati għal proposti, jimmiraw għat-trawwim ta' iktar żvilupp u evoluzzjoni għal komunikazzjoni ta' kapaċità u prestazzjoni għolja (GÉANT) u għal infrastrutturi mħaddma bit-teknoloġija grid kif ukoll ta' kapaċitajiet ta' komputazzjoni ta' livell għoli li jisħqu dwar il-ħtieġa għall-appoġġ tat-tisħiħ ta' ċentri distribwiti ta' superkomputazzjoni ta' livell dinji, tal-ħażna ta' data u ta' sistemi avvanzati ta' viżwalizzazzjoni. L-attivitajiet ser jimmiraw ukoll għat-trawwim ta' l-adozzjoni mill-komunitajiet ta' utenti fejn xieraq, għaż-żieda tar-relevanza globali tagħhom u biex jgħollu l-livell ta' affidabbiltà u fiduċja, għall-bini fuq il-kisbiet ta' GÉANT u l-infrastrutturi tal-Grid u bbażati fuq standards miftuħin għall-interoperabbiltà.

Ser jkun meħtieġ li jiġi appoġġat b'mod ikkoordinat ta' libreriji diġitali, arkivji, ħażna tad-data, ġestjoni tad-data u l-ġbir meħtieġ ta' riżorsi, fuq livell Ewropew, sabiex l-arkivji tad-data jiġu organizzati għall-komunità xjentifika u għall-ġenerazzjonijiet ta' xjenzjati tal-ġejjieni. Ser jiġu indirizzati l-aspetti ta' affidabilità u fiduċja msaħħa tal-livell ta' data ta' l-e-Infrastructures. L-attivitajiet proposti ser jimmiraw ukoll għall-antiċipazzjoni u l-integrazzjoni ta' ħtiġiet u soluzzjonijiet ġodda sabiex jiffaċilitaw il-ħolqien ta' test-beds fuq skala wiesgħa maħsuba għall-esperimentazzjoni fuq teknoloġiji ġodda li jfixklu u biex jindirizzaw ħtiġiet ġodda ta' l-utenti, inkluż l-e-learning. L-eIRG (e-Infrastructure Reflection Group) ser jgħin fuq bażi regolari b'rakkomandazzjonijiet strateġiċi.

1.2.   Infrastrutturi ta' riċerka ġodda

Dan il-Programm Speċifiku ser jgħin biex jippromwovi l-ħolqien ta' infrastrutturi ta' riċerka ġodda (inkluż titjib sostanzjali ta' dawk eżistenti) billi jiffoka prinċipalment fuq il-fażijiet preparatorji u fuq infrastrutturi ”uniċi” b'impatt kruċjali u pan-Ewropew għall-iżvilupp ta' l-oqsma xjentifiċi rilevanti fl-Ewropa.

1.2.1.   Studji fid-disinn ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka

Sabiex jinġieb 'il quddiem il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka, permezz ta' strateġija mill-qiegħ għas-sejħiet għal proposti, bil-finanzjament ta' għotjiet esploratorji u ta' studji dwar il-fattibbiltà għal infrastrutturi ġodda.

1.2.2.   Appoġġ għall-kostruzzjoni ta' Infrastrutturi Ġodda

Sabiex jinġieb 'il quddiem il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda skond il-prinċipju ta' ”ġeometrija varjabbli”, mibni primarjament fuq il-ħidma mwettqa mill-ESFRI dwar l-iżvilupp ta' roadmap Ewropea għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda. Il-Programm ta' Ħidma ser jidentifika proġetti ta' prijorità għal appoġġ Komunitarju possibbli.

L-attività relatata mal-kostruzzjoni ta' infrastrutturi ġodda ser tiġi implimentata f'approċċ ta' żewġ stadji abbażi ta' lista ta' kriterji stabbilita fil-Programm Kwadru.

Stadju 1: Appoġġ għall-fażi preparatorja

L-ewwel stadju ser jikkonsisti minn sejħiet limitati għall-proġetti prijoritarji identifikati mill-Programm ta' Ħidma. Il-fażi preparatorja tkun tinvolvi l-preparazzjoni tal-pjanijiet dettaljati tal-kostruzzjoni, tal-qafas ġuridiku, tal-ġestjoni u l-ippjanar pluriennali ta' l-infrastruttura ta' riċerka prevista u l-ftehim finali bejn il-partijiet interessati. Matul din il-fażi preparatorja, il-Kummissjoni ser taġixxi bħala “faċilitriċi”, b'mod partikolari biex tiffaċilita l-mekkaniżmi ta' inġinerija finanzjarja għall-fażi ta' kostruzzjoni.

Stadju 2: Appoġġ għall-fażi kostruttiva

Fit-tieni stadju, il-pjanijiet ta' kostruzzjoni ser ikunu implimentati bl-involviment possibbli ta' istituzzjonijiet finanzjarji privati bil-bini fuq il-ftehim tekniċi, legali, amministrattivi u finanzjarji miksuba, partikolarment bl-użu tal-komplementarjetà bejn l-istrumenti nazzjonali u dawk Komunitarji (bħall-fondi Struttuali jew il-Bank Ewropew għall-Investiment) u b'kont meħud, fejn xieraq, tal-potenzjal għal eċċellenza xjentifika tar-reġjuni ta' konverġenza kif ukoll ir-reġjuni l-aktar 'il barra. L-appoġġ finanzjarju tal-Programm Kwadru għall-fażi ta' kostruzzjoni jista' jkun ipprovdut lil dawk il-proġetti prijoritarji li għalihom hemm ħtieġa kruċjali għal tali appoġġ. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu permezz ta' mekkaniżmu li ser jiddependi fuq in-natura u l-livell ta' finanzjament meħtieġ (eż. għotja diretta, self mill-Bank Ewropew għall-Investiment, li l-aċċess għalih jista' jkun iffaċilitat permezz tal-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar- Riskju (Anness III; Artikolu 171 tat-Trattat);

1.3.   Miżuri ta' appoġġ, inkluż l-appoġġ għall-ħtiġijiet emerġenti

Koordinazzjoni qawwija fi ħdan l-UE fil-formulazzjoni u l-adozzjoni ta' politika Ewropea dwar l-Infrastrutturi ta' Riċerka hija ċentrali għas-suċċess ta' din l-attività. Matul il-programm kollu ser ikun hemm għalhekk miżuri biex jappoġġaw din il-koordinazzjoni, inkluż appoġġ għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni internazzjonali.

Dawn l-attivitajiet ser ikunu mwettqin prinċiplament wara sejħiet perjodiċi għal proposti. Huma ser ikunu mmirati biex jistimolaw, b'mod partikolari, il-koordinazzjoni ta' programmi nazzjonali permezz ta' azzjonijiet ERA-NET, biex jappoġġaw analiżi ta' ħtiġijiet ġodda, biex jappoġġaw il-ħidma ta' l-ESFRI u eIRG, għall-implimentazzjoni effettiva tal-programm (eż. appoġġ għal konferenzi, studji ta' impatt eċċ.) kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali ta' l-attivitajiet imwettqin taħt dan il-Programm Speċifiku. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali, l-attivitajiet imwettqa taħt din il-parti speċifika tal-programm ta' kapaċità ser jippermettu wkoll l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta' pajjiżi terzi speċifiċi u l-interessi reċiproċi li fuqhom azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni jistgħu jkunu bbażati u, fuq il-bażi ta' sejħiet immirati, l-iżvilupp ta' kollegamenti bejn infrastruttri ta' riċerka ewlenin f'pajjiżi terzi u dawn fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

2.   IR-RIĊERKA GĦALL-BENEFIĊĊJU TA' L-SMEs

Objettivi

Li jissaħħu l-kapaċità ta' innovazzjoni ta' l-SMEs Ewropej u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' prodotti u swieq imsejsa fuq teknoloġiji ġodda billi tingħatalhom għajnuna biex ifittxu li jiksbu r-riċerka minn barra, iżidu l-isforzi tagħhom ta' riċerka, iwessgħu n-netwerks tagħhom, jisfruttaw aħjar ir-riżultati tar-riċerka u jiksbu għarfien teknoloġiku dwar kif jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Approċċ

L-SMEs jinsabu fil-qofol ta' l-industrija Ewropea. Għandhom ikunu element ċentrali fis-sistema ta' l-innovazzjoni u fil-katina tat-trasformazzjoni li ssarraf l-għarfien fi prodotti, proċessi u servizzi. Quddiem kompetizzjoni li qed tiżdied fis-suq intern u globalment, SMEs Ewropej jeħtieġu jżidu l-intensità ta' l-għarfien u r-riċerka tagħhom, isaħħu l-isfruttar tar-riċerka, jespandu ġeografikament l-attivitajiet ta' kummerċ tagħhom u jinternazzjonalizzaw in-netwerks ta' l-għarfien tagħhom. Il-parti l-kbira ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri rilevanti għall-SMEs ma jinkoraġġixxux u ma jappoġġawx il-kooperazzjoni fir-riċerka u t-trasferiment tat-teknoloġija. Jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fuq il-livell ta' l-UE biex jikkomplementaw u jtejbu l-impatt ta' dawk meħuda fuq il-livelli nazzjonali u reġjonali.

Azzjonijiet speċifiċi ser jiġu implimentati biex jappoġġaw SMEs jew assoċjazzjonijiet ta' SME li jeħtieġu riċerka barranija: prinċipalment SMEs b'teknoloġija baxxa jew medja bi ftit jew ebda kapaċità ta' riċerka. L-SMEs b'intensità għolja ta' riċerka jistgħu jipparteċipaw bħala fornituri ta' servizzi ta' riċerka jew jesternalizzaw ir-riċerka sabiex jikkomplementaw il-kapaċità ta' riċerka fundamentali tagħhom. L-azzjonijiet ser jitwettqu fil-qasam kollu tax-xjenza u t-teknoloġija b'approċċ minn isfel għal fuq. L-azzjonijiet ser jinkludu appoġġ ta' dimostrazzjoni u attivitajiet oħrajn sabiex jiffaċilitaw l-isfruttament ta' riżultati ta' riċerka, bl-iżgurar tal-komplementarjetà mal-Programm dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. L-evalwazzjoni tal-proposti ta' proġetti ser iqisu debitament l-impatt ekonomiku mistenni għall-SMEs. Mezzi finanzjarji ser jiġu allokati permezz ta' żewġ skemi: Riċerka għall-SMEsRiċerka għall-assoċjazzjonijiet ta' SMEs.

L-ewwel hija maħsuba prinċipalment għal SMEs b'livell teknoloġiku minn baxx għal medju bi ftit ħila ta' riċerka jew mingħajrha, iżda wkoll għal SMEs bi grad għoli ta' attività ta' riċerka li jeħtiġilhom iqabbdu lil ħaddieħor jagħmel ir-riċerka biex jikkomplementaw il-qofol tal-kapaċità ta' riċerka tagħhom. It-tieni hija maħsuba għal assoċjazzjonijiet ta' SMEs li normalment huma f'qagħda aħjar li jsiru jafu jew jidentifikaw problemi tekniċi komuni tal-membri tagħhom, biex jaġixxu f'isimhom, u li jġibu 'l quddiem it-tixrid u t-twettiq effettiv tar-riżultati.

Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ taħt “Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs” ser jinkludi l-koordinazzjoni ta' programmi nazzjonali/reġjonali mmirati għal SMEs u li jappoġġaw l-aħjar prattika, tixrid u sfruttar ta' riżultati, li jsaħħu l-aċċess ta' l-SMEs għas-Seba' Programm Kwadru u jivvalutaw l-impatt.

L-azzjonijiet jistgħu jibnu wkoll fuq il-programmi ta' riċerka nazzjonali rilevanti, li jikkomplementaw l-attivitajiet ta' riċerka ta' hawn taħt (14).

Barra dawn l-azzjonijiet speċifiċi, ser tiġi inkoraġġuta u ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs matul il-Programm Kwadru. Il-ħtiġijiet u l-potenzjal tar-riċerka ta' l-SMEs jitqiesu debitament fl-iżvilupp tal-kontenut ta' l-oqsma tematiċi tal-programm ”kooperazzjoni”, li ser ikun implimentat permezz ta' proġetti ta' daqs u kamp ta' applikazzjoni differenti skond il-qasam u t-tema.

Matul l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru Komunitarju ta' l-RTD, il-komplementarjetà u s-sinerġija ser ikunu żgurati bl-azzjonijiet tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u Innovazzjoni sabiex il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs tkun inkoraġġuta u ffaċilitata fil-Programm Kwadru Komunitarju ta' l-RTD.

Attivitajiet

Iż-żewġ skemi li ġejjin speċifiċi għall-SMEs ser ikunu implimentati:

Riċerka għall-SMEs

Din l-iskema tappoġġa gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari. Il-proġetti, li huma għal żmien relattivament qasir, għandhom ikunu msejsa fuq il-ħtiġijiet ta' innovazzjoni ta' l-SMEs li jqabbdu operaturi ta' l-RTD jagħmlu r-riċerka u għandhom juru potenzjal ta' sfruttament ċar għall-SMEs ikkonċernati.

Riċerka għall-assoċjazzjonijiet ta' SMEs

Din l-iskema tappoġġa l-assoċjazzjonijiet ta' SMEs fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi għal problemi komuni għal għadd kbir ta' SMEs f'setturi industrijali speċifiċi jew f'segmenti tal-katina tal-valur permezz ta', per eżempju, riċerka meħtieġa għall-iżvilupp u l-konformità ta' regoli u standards Ewropej, u biex jintlaħqu ħtiġiet regolatorji f'oqsma bħas-saħħa, is-sikurezza u l-ħarsien ta' l-ambjent. Il-proġetti, li jdumu diversi snin, għandhom jitmexxew minn assoċjazzjonijiet ta' SMEs li jqabbdu operaturi ta' l-RTD jagħmlu r-riċerka għall-benefiċċju tal-membri tagħhom u għandhom jinvolvu għadd ta' SMEs individwali.

Karatteristiċi komuni ta' l-iskemi

Intrapriżi u utenti finali oħra jistgħu jipparteċipaw fl-iskemi jekk hu fl-interess ta' l-SMEs jew ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-SMEs.

Minbarra r-riċerka, il-proġetti għandhom jinkludu attivitajiet li jmexxu 'l quddiem l-użu u l-isfruttament effettiv tar-riżultati tar-riċerka, bħal, testing, dimostrazzjoni, taħriġ, trasferiment ta' teknoloġija, ġestjoni ta' l-għarfien u ħarsien ta' l-IPR. Għar-Riċerka għal assoċjazzjonijiet ta' SMEs, il-proġetti għandhom jinkludu wkoll attivitajiet li jxerrdu b'mod effikaċji r-riżultati tar-riċerka għall-membri ta' assoċjazzjonijiet ta' SMEs, u jekk xieraq, aktar fil-wisa'.

Regoli speċjali ser japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà u ta' aċċess għaż-żewġ skemi.

Il-fokus ċar se jkun li jingħata appoġġ għal proġetti ta' riċerka. Barra minn hekk, ser jingħata appoġġ lil skemi nazzjonali li jipprovdu mezzi finanzjarji lill-SMEs jew assoċjazzjonijiet ta' SMEs sabiex iħejju proposti għal azzjonijiet taħt ir-“Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs” bil-għan li jinkoraġġixxu l-istabbiliment ta' skemi nazzjonali ġodda jew l-espansjoni ta' dawk eżistenti.

3.   REĠJUNI TA' L-GĦARFIEN

Objettivi

It-tisħiħ tal-potenzjal tar-riċerka tar-reġjuni Ewropej, partikolarment billi jitħeġġeġ u jiġi appoġġat, madwar l-Ewropa kollha, l-iżvilupp ta' “raggruppamenti orjentati għar-riċerka” reġjonali li jġibu flimkien universitajiet, ċentri ta' riċerka, impriżi u awtoritajiet reġjonali.

Approċċ

Ir-reġjuni kull ma jmur dejjem iżjed qed jitqiesu bħala atturi importanti fix-xenarju tar-riċerka u l-iżvilupp ta' l-UE. Fl-istess ħin l-evidenza tindika li l-investiment fl-R&D itejjeb l-attrazzjoni reġjonali filwaqt li jżid il-kompetittività tan-negozji lokali. Raggruppamenti ta' R&D intensivi huma fost l-aħjar mexxejja ta' din l-attività ta' investiment li twassal fi qligħ dirett fil-vantaġġ kompetittiv lokali b'effetti ta' benefiċċju f'termini ta' tkabbir u impjiegi. L-Azzjoni Pilota dwar ir-Reġjuni ta' l-Għarfien ta' l-2003 (15) kkonfermat l-importanza ta' dawn ir-raggruppamenti u l-interess għall-appoġġ u l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp tagħhom.

Din l-azzjoni ser tippermetti lir-reġjuni Ewropej sabiex isaħħu l-kapaċità tagħhom għall-investiment fl-RTD, filwaqt li jkabbru kemm jistgħu il-potenzjal tal-partijiet interessati għal parteċipazzjoni b'suċċess fi proġetti Ewropej ta' riċerka u jiffaċilitaw l-emerġenza ta' raggruppamenti, b'hekk jippromwovu l-iżvilupp reġjonali fl-Ewropa. L-azzjonijiet ser jiffaċilitaw il-ħolqien ta' raggruppamenti reġjonali li jagħtu sehemhom fl-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Fondi għall-investiment u l-attivitajiet ta' R&D ser jiġu segwiti permezz ta' titjib fis-sinerġiji bejn il-Linji Politiċi Reġjonali u tar-Riċerka, primarjament bil-produzzjoni ta' strateġiji ta' riċerka reġjonali li l-awtoritajiet reġjonali jistgħu jintegraw fl-istrateġija ta' l-iżvilupp ekonomiku tagħhom.

Ser tingħata attenzjoni b'mod partikolari lill-kooperazzjoni bejn reġjuni viċin xulxin fi Stati Membri differenti.

“Ir-Reġjuni ta' l-Għarfien” jimmiraw għall-appoġġ tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-aħjar linji politiċi u strateġiji għall-iżvilupp tar-raggruppamenti mmexxija mill-R&D. B'mod partikolari huwa ser itejjeb ir-rilevanza u l-effikaċja ta' l-aġendi reġjonali ta' riċerka permezz ta' tagħlim reċiproku; il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn ir-raggruppamenti; u jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' l-iżvilupp sostenibbli tar-raggruppamenti eżistenti mmexxija mill-R&D kif ukoll għat-trawwim ta' seed-beds għall-ħolqien ta' raggruppamenti ġodda, b'mod partikolari f'“Reġjuni ta' l-Għarfien” emerġenti. Ser jiġi pprovdut appoġġ b'mod partikolari lill-proġetti mmexxija mid-domanda u orjentati lejn il-problemi li jindirizzaw oqsma u setturi teknoloġiċi speċifiċi (16).

Din l-azzjoni ser tapplika għar-reġjuni kollha, inklużi dawk ta' Konverġenza (17).

Attivitajiet

Il-proġetti normalment ikunu jinvolvu l-awtoritajiet reġjonali, l-aġenziji reġjonali għall-iżvilupp, l-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, u l-industrija kif ukoll fejn hu xieraq it-trasferiment ta' teknoloġija, organizzazzjonijiet finanzjarji jew tas-soċjetà ċivili. Il-proġetti tar-Reġjuni ta' l-Għarfien ser ikopru l-attivitajiet li ġejjin:

Analiżi, żvilupp u implimentazzjoni ta' l-aġendi ta' riċerka ta' raggruppamenti reġjonali jew transkonfini u l-kooperazzjoni bejniethom. Dawn ser jinkludu analiżi kif ukoll pjan ta' implimentazzjoni li jiffoka fuq il-kapaċità u l-prijoritajiet ta' l-R&D. Il-proġetti ser jużaw it-tbassir, il-punti ta' referenza jew metodi oħra, li juru l-benefiċċji mistennija, bħat-tisħiħ tar-rabitiet bejn ir-raggruppamenti involuti, involviment ottimizzat fi proġetti ta' riċerka Ewropej u impatti akbar fuq l-iżvilupp reġjonali. Huma jistgħu jħejju wkoll għal azzjonijiet pilota interreġjonali. Dawn l-attivitajiet għandhom l-għan b'mod partikolari li jinkoraġġixxu l-komplementarjetà bejn il-fondi reġjonali Komunitarji u fondi Komunitarji u nazzjonali oħrajn.

“Mentoring” ta' reġjuni bi profil ta' riċerka anqas żviluppat minn reġjuni żviluppati ħafna bbażat fuq it-twaqqif ta' raggruppamenti ffokati fuq l-R&D. Il-konsorzji reġjonali transnazzjonali ser jimmobilizzaw u jassoċjaw atturi assoċjati tar-riċerka fl-akkademja, fl-industrija u fil-gvern sabiex jagħtu soluzzjonijiet ta' ”gwida” ma' u għal reġjuni teknoloġikament anqas żviluppati.

Inizjattivi għat-titjib ta' l-integrazzjoni ta' l-atturi u l-istituzzjonijiet tar-riċerka f'ekonomiji reġjonali, permezz ta' l-interazzjonijiet tagħhom fuq livell ta' raggruppament. Dawn ser jinkludu attivitajiet transnazzjonali għat-titjib tar-rabtiet bejn il-partijiet interessati fir-riċerka u l-komunitajiet kummerċjali lokali kif ukoll l-attivitajiet rilevanti bejn ir-raggruppamenti. Bil-għan li juru l-benefiċċju ta' l-integrazzjoni, dawn l-attivitajiet jistgħu jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni ta' komplementarjetajiet ta' RTD.

Ser jingħata wkoll appoġġ għall-attivitajiet għall-promozzjoni ta' skambju sistematiku reċiproku ta' informazzjoni kif ukoll interazzjonijiet bejn proġetti simili u fejn hu xieraq, ma' azzjonijiet ta' programmi Komunitarji rilevanti oħra (eż. workshops għall-analiżi u s-sinteżi, assemblej għad-diskussjoni (round-tables), pubblikazzjonijiet), li jenfasizzaw l-involviment notevoli ta' Pajjiżi kandidati u Assoċjati kif ukoll ta' Stati Membri li ngħaqdu ma' l-UE wara l-1 ta' Mejju 2004.

4.   POTENZJAL GĦAR-RIĊERKA

Objettiv

Li tiġi stimulata r-realizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ għar-riċerka ta' l-Unjoni mkabbra permezz tal-ftuħ u l-iżvilupp ta' l-eċċellenza eżistenti u dik emerġenti fir-reġjuni ta' konverġenza ta' l-UE u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE, u li jiġi megħjun it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tar-riċerkaturi tagħhom biex jieħdu sehem b'suċċess fl-attivitajiet ta' riċerka fuq il-livell Komunitarju.

Approċċ

Sabiex ir-realizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ għar-riċerka ta' l-Unjoni mkabbra tingħata appoġġ, azzjoni dedikata mmirata għall-ftuħ tal-potenzjal tal-gruppi ta' riċerka, partikolarment fir-reġjuni ta' konverġenza u reġjuni l-aktar imbiegħda ta' l-Unjoni Ewropea, li attwalment m'humiex jużaw il-possibilitajiet tagħhom bis-sħiħ jew li jeħtieġu għarfien ġdid u appoġġ biex jisfruttaw il-potenzjal tagħhom. L-azzjonijiet ser jibnu fil-parti l-kbira tagħhom fuq miżuri ta' l-imgħoddi jew eżistenti bħaċ-Ċentri Ewropej ta' Eċċellenza f'dawk li kienu l-pajjiżi Aderenti u Kandidati fil-ħames Programm Kwadru u fil-boroż Marie Curie għat-Trasferiment ta' l-Għarfien. Huma ser jikkomplementaw ukoll l-isforzi li għandhom jittieħdu mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Politika ta' Koeżjoni l-ġdida (2007 – 2013) li tiffoka fuq l-iżvilupp tal-potenzjal tal-bniedem għar-riċerka f'livell nazzjonali f'żoni eliġibbli.

B'fokus fuq it-tisħiħ u l-espansjoni tal-kollaborazzjonijiet ta' dawn il-gruppi ta' riċerka maċ-ċentri ta' riċerka fi Stati Membri oħra ta' l-UE jew f'pajjiżi assoċjati ser jingħata kontribut importanti lill-ftuħ tal-potenzjal tagħhom u lil dak għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom għall-perijodu fit-tul. Permezz ta' l-ottimizzazzjoni ta' l-esponiment u r-rikonoxximent internazzjonali tagħhom, il-potenzjal tat-tmexxija u l-kwalità tax-xjenzjati tagħhom, ser tiżdied il-viżibbiltà ta' dawn il-gruppi ta' riċerka u ser tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

Attivitajiet

L-azzjoni ser tiffavorixxi b'mod partikolari assoċjazzjonijiet strateġiċi, inklużi l-ġemellaġġi, bejn il-gruppi ta' riċerka kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat, fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE, magħżula fuq il-bażi tal-kwalità u l-potenzjal għoli, ma' gruppi ta' riċerka stabbiliti sew f'partijiet oħra ta' l-Ewropa. Enfasi partikolari ser titqiegħed fuq l-effetti mistennija għall-perijodu fit-tul tas-sħubija kemm fuq livell ta' l-UE kif ukoll f'dak reġjonali. Bil-ħsieb tar-realizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ tagħhom (jiġifieri t-tisħiħ ta' l-għarfien tagħhom, l-iżvilupp ta' kompetenza addizzjonali inkluża l-ġestjoni tar-riċerka, jew il-kisba ta' viżibbiltà), l-azzjoni ser tinkludi l-appoġġ għal gruppi ta' riċerka magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw fil-qafas tal-programmi ta' riċerka żviluppati fi ħdan is-sħubiji strateġiċi għal:

L-iskambju ta' ħila u ta' esperjenza permezz ta' sekondamenti transnazzjonali reċiproċi ta' persunal ta' riċerka bejn iċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw u organizzazzjoni msieħba waħda jew aktar fi Stat Membru ieħor ta' l-UE jew f'pajjiż assoċjat, li fiha mekkaniżmi obbligatorji awtomatiċi ta' ritorn tal-persunal sekondat li joriġina miċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw;

Ir-reklutaġġ miċ-ċentri magħżula, ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti, ta' riċerkaturi b'esperjenza li jkunu ġejjin minn Stati oħrajn ta' l-UE, inkluż managers, biex jinvolvu ruħhom fit-trasferiment ta' l-għarfien u/jew fit-taħriġ ta riċerkaturi, inkluż bħala mezz b'mod partikolari għall-inkoraġġiment tar-ritorn ta' ċittadini li jkunu telqu mill-pajjiż;

L-akkwist u l-iżvilupp ta' ċertu tagħmir ta' riċerka u l-iżvilupp ta' ambjent materjali għaċ-ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti b'appoġġ għall-programmi ta' riċerka żviluppati fi ħdan sħubija strateġika.

L-organizzazzjoni ta' workshops u konferenzi biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' għarfien fuq livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali li jinvolvi kemm il-persunal ta' riċerka taċ-ċentri magħżula nnifishom kif ukoll ir-riċerkaturi mistiedna, minn pajjiżi oħra fil-qafas ta' l-iżvilupp tal-kapaċità ta' taħriġ u r-reputazzjoni internazzjonali taċ-ċentri magħżula; il-parteċipazzjoni tal-persunal ta' riċerka taċ-ċentri magħżula taħt l-iskema f'konferenzi internazzjonali jew avvenimenti ta' taħriġ għal żmien qasir, għall-qsim ta' l-għarfien, il-bini tan-netwerks u biex jesponu rwieħhom għal ambjent iżjed internazzjonali;

It-tixrid u l-attivitajiet promozzjonali biex tkun garantita iżjed viżibbiltà taċ-ċentri magħżula u l-attivitajiet tagħhom.

Barra minn hekk, u indipendentement minn dawn il-miżuri ta' appoġġ, l-azzjoni ser tipprovdi faċilitajiet ta' evalwazzjoni li permezz tagħhom kull ċentru ta' riċerka fir-reġjuni li jikkwalifikaw, sew jekk japplika għal finanzjament jew le, jista' jikseb evalwazzjoni minn espert internazzjonali indipendenti mil-livell tal-kwalità ġenerali tar-riċerka u ta' l-infrastrutturi tiegħu. L-evalwazzjoni tkun titwettaq minn esperti indipenedenti internazzjonali ta' livell għoli nominati mill-Kummissjoni.

5.   IX-XJENZA FIS-SOĊJETÀ

Objettiv

Bil-ħsieb li tinbena soċjetà ta' Għarfien Ewropea li tkun miftuħa, effettiva u demokratika, l-għan huwa li tiġi stimulata l-integrazzjoni armonjuża ta' sforz xjentifiku u teknoloġiku, u ta' linji politiċi ta' riċerka assoċjati fil-fibra soċjali Ewropea, billi fuq skala Ewropea jiġu inkoraġġuti r-riflessjoni u d-dibattitu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, u r-relazzjoni tagħhom ma' l-ispektrum sħiħ tas-soċjetà u l-kultura.

Approċċ

”Ix-Xjenza fisSoċjeta” tirrappreżenta espansjoni u estensjoni sinifikanti fil-ħidma pilota li saret fis-Sitt Programm Kwadru, proporzjonata ma' l-ambizzjoni mkabbra tal-politika ta' riċerka Ewropea.

Il-parti l-kbira ta' l-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej tiddependi ħafna fuq il-kapaċità tagħhom li joħolqu, jisfruttaw u jxerrdu l-għarfien u, minn hemm, li jkomplu jinnovaw kontinwament. Ir-riċerka xjentifika, bħala parti mit-“trijangolu ta' l-għarfien” tar-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, għandha rwol prinċipali f'dan ir-rigward, u għandha tibqa' waħda mill-muturi għall-promozzjoni tat-tkabbir, il-benesseri u l-iżvilupp sostenibbli.

Biex jinkiseb dan l-għan, huwa imperattiv li jinħoloq ambjent soċjali u kulturali li jwassal għal riċerka ta' suċċess u ta' sfruttament. Dan ifisser li tħassib u ħtiġijiet leġittimi tas-soċjetà jintlaqgħu, li għalihom jeħtieġ dibattitu demokratiku msaħħaħ b'pubbliku aktar involut u infurmat, kif ukoll kondizzjonijiet aħjar għall-għażliet kollettivi dwar kwistjonijiet xjentifiċi, u l-possibbiltà li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jqabbdu lil ħaddieħor jagħmel ir-riċerka fir-rigward tat-tħassib tagħhom. Huwa għandu jwaqqaf ukoll klima favorevoli għall-vokazzjonijiet xjentifiċi, żieda ġdida fl-investimenti fir-riċerka u t-tixrid sussegwenti ta' l-għarfien li fuqu l-istrateġija ta' Liżbona hija mibnija. Din l-attività ser timmira wkoll lejn l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fid-dinja xjentifika.

Din it-taqsima tal-programm Kapaċitajiet imbagħad ser tiffoka fuq l-iżvilupp ta' sett ta' kondizzjonijiet li jippermettu tali ambjent favorevoli ma jkunx iżjed eċċezzjoni iżda jsir ir-regola fl-Ewropa.

Jeħtieġ li r-riskju tal-firda xjentifika fis-soċjetajiet tagħna jiġi indirizzat mill-ewwel. Jissepara dawk li m'għandhomx aċċess għall-Għarfien relevanti mill-ftit li għandhom; dawk li ma jistgħux jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika fi-riċerka minn dawk li jistgħu. Dan iwassal għal sentimenti ambigwi espressi minn ċittadini fir-rigward tal-benefiċċji potenzjali mix-xjenza u t-teknoloġija, u s-subordinazzjoni effettiva tagħhom għall-iskrutinju pubbliku. Minn naħa l-waħda, huma fil-pront jitolbu aktar riċerka biex tindirizza l-problemi li attwalment għandhom jaffettwaw is-soċjetà (mard, tniġġis, epidemiji, qgħad, eċċ.) u biex jantiċipaw aħjar l-impatti possibbli tagħhom fil-futur. Min-naħa l-oħra, huma ma jistgħux ma jurux sfiduċja għal ċerti użi tax-xjenza u interferenzi possibbli ta' min għandu interess fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Fost il-kawżi għal integrazzjoni tax-xjenza fis-soċjetà li sikwit tkun anqas minn sodisfaċenti nsibu dawn li ġejja:

parteċipazzjoni pubblika insuffċjenti fl-iffissar tal-prijoritajiet u fit-twaqqif ta' direzzjonijiet tal-politika xjentifika, li jkunu jippermettu dibattitu usa' dwar ir-riskji u l-konsegwenzi possibbli marbuta magħhom,

riżervi dejjem ikbar fir-rigward ta' ċerti żviluppi xjentifiċi, is-sensazzjoni ta' nuqqas ta' kontroll, u kwistjonijiet miftuħa dwar ir-rispett tal-valuri fundamentali,

is-sens ta' iżolazzjoni tad-dinja tax-xjenza mir-realtajiet ta' kuljum tal-ħajja ekonomika u soċjali,

dubji dwar l-oġġettività ta' l-evidenza xjentifika disponibbli għas-settur pubbliku li jfassal il-politika.

kwalità insuffiċjenti ta' l-informazzjoni xjentifika disponibbli għall-pubbliku.

L-istrateġija magħżula timmira li:

il-mekkaniżmi għall-aċċess għal, u l-validazzjoni ta' l-għarfien espert meħtieġ għas-sisien ta' linji politiċi iżjed robusti jsiru iktar inklużivi u trasparenti,

tiffissa punti ta' referenza għal sforz ta' riċerka etikament sod fid-dawl tad-drittijiet fundamentali,

tippermetti li l-Ewropa jkollha rwol aktar attiv fuq livell dinji, fid-dibattitu u l-promozzjoni tal-valuri komuni, opportunitajiet indaqs u djalogu soċjali,

timla l-vojt bejn dawk li għandhom edukazzjoni xjentifika u dawk li ma għandhomx, tippromwovi interess għall-kultura xjentifika fl-ambjent dirett taċ-ċittadini kollha (permezz ta' bliet, reġjuni, fondazzjonijiet, ċentri xjentifiċi, mużewijiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ.),

tinkoraġġixxi djalogu soċjali dwar il-politika ta' riċerka, u tistimola l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex ikabbru sehemhom f'attivitajiet ta' riċerka,

tesplora modi biex ittejjeb il-governanza tas-sistema Ewropea ta' riċerka u innovazzjoni,

tipprovdi stampa tax-xjenza u tar-riċerkaturi li tinftiehem minn kulħadd, l-aktar miż-żgħażagħ,

tippromwovi l-progress tan-nisa f'karrieri xjentifiċi u l-użu aħjar tat-talenti professjonali u xjentifiċi tagħhom għall-ġid ta' kulħadd,

iġġedded il-komunikazzjoni xjentifika, billi tiffavorixxi mezzi moderni għall-ksib ta' impatt akbar, tgħin ix-xjenzjati jaħdmu qrib il-professjonisti tax-xandir.

’Ix-Xjenza fis-Soċjetà’ ser tkun implimentata permezz ta':

Azzjonijiet relatati mal-politika u riċerka appoġġati direttament minn din it-tema;

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-identifikazzjoni ta' miri komuni, u t-tisħiħ tal-prassi nazzjonali, fl-ispirtu tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni;

Il-promozzjoni, l-appoġġ u l-monitoraġġ ta' l-adozzjoni u l-impatt ta' kwistjonijiet tax-’Xjenza fis-Soċjetà’ f'partijiet oħra tal-Programm Kwadru (18). Il-koordinazzjoni ġenerali tal-kwistjonijiet relatati max-Xjenza fis-Soċjetà kemm fl-ambitu tal-Programm Kwadru kif ukoll fi ħdan attivitajiet Komunitarji rilevanti oħra (eż. dwar l-edukazzjoni u l-kultura) ser tiġi żgurata b'din it-tema.

Tliet linji ta' azzjoni ser jiġu segwiti.

L-ewwel linja ta' azzjoni: Governanza aktar dinamika tar-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà

It-tisħiħ u t-titjib tas-sistema xjentifika Ewropea

Tant hemm stennija mis-sistema xjentifika Ewropea biex tagħti sostenn lill-potenzjal innovattiv tagħna li s-soċjetà għandha ssir taf aktar dwar il-komponenti tagħha, l-ekonomija tagħha, ir-regolamenti u d-drawwiet tagħha. Ser jiġu ttrattati tliet aspetti ta' sinifikat wiesa', li jiffukaw fuq l-atturi u d-dinamika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka:

titjib fl-użu, u l-monitoraġġ ta' l-impatt, tal-konsulenza xjentifika u l-għarfien espert dwar it-tfassil tal-politika fl-Ewropa (inkluż il-ġestjoni tar-riskju), u l-iżvilupp ta' għodod u skemi prattiċi (eż. netwerks elettoniċi);

il-promozzjoni tal-fiduċja u l-awtoregolazzjoni fil-komunità xjentifika;

l-inkoraġġiment tad-dibattitu dwar it-tixrid ta' l-informazzjoni, inkluż l-aċċess għar-riżultati xjentifiċi u l-futur tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, b'kont meħud ukoll ta' miżuri li jtejbu l-aċċess tal-pubbliku.

Involviment usa' għall-antiċipazzjoni u l-kjarifika ta' kwistjonijiet politiċi, soċjali u etiċi

L-aspirazzjonijiet u t-tħassib tas-soċjetà, u l-prinċipji etiċi fundamentali, jeħtieġ li jiġu integrati aħjar matul il-proċess ta' riċerka, bil-ħolqien ta' ambjent iżjed sigur u kostruttiv għar-riċerkaturi u għas-soċjetà kollha kemm hi. Tlett aspetti huma involuti, kif ġej:

Involviment usa' fi kwistjonijiet relatati max-xjenza;

Kondizzjonijiet għal dibattitu informat dwar l-etika u x-xjenza;

Enfasi akbar fuq diskussjoni fil-komunità tar-riċerka dwar l-aspetti soċjali tar-riċerka.

Fehim imtejjeb tal-pożizzjoni tax-xjenza u t-teknoloġija (S+T) fis-soċjetà

Sabiex ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà tiġi indirizzata permezz ta' linji politiċi tajbin, l-għarfien miġbur fl-istorja, il-wirt S&T, is-soċjoloġija u l-filosofija tax-xjenzi għandu jitwessa', jiġi kkonsolidat u mxerred fuq livell Ewropew. Għal dan il-għan, l-akkademiċi minn dawn id-dixxiplini għandhom jiffurmaw netwerks sabiex ir-riċerka u d-dibattiti li kapaċi jikxfu l-parteċipazzjoni reali tax-xjenza fil-bini ta' soċjetà u identità Ewropea jkunu strutturati, waqt li jenfasizzaw b'mod partikolari:

Ir-rabtiet bejn ix-xjenza, id-demokrazija u l-liġi;

Ir-riċerka dwar l-etika fix-xjenza u t-teknoloġija;

L-influwenza reċiproka tax-xjenza u l-kultura;

Ir-rwol u d-dehra tax-xjenzjati;

Fehim pubbliku tax-xjenza u l-promozzjoni tad-dibattitu pubbliku.

Ir-rwol evoluttiv ta' l-universitajiet

Il-ħidma ser timmira li tagħti appoġġ lir-riformi xierqa li jippermettu l-universitajiet biex ikollhom rwol attiv fil-ħolqien, it-tixrid u l-kondiviżjoni ta' l-għarfien, flimkien ma' l-industrija u s-soċjetà kollha kemm hi (b'mod konformi ma' l-inizjattivi Komunitarji dwar ir-riċerka universitarja). L-enfasi ser ikun fuq:

Id-definizzjoni ta' kondizzjonijiet ta' qafas aħjar għal riċerka universitarja aktar effiċjenti;

Il-promozzjoni għat-twaqqif ta' sħubiji strutturati mas-settur kummerċjali, b'rigward għall-kapaċitajiet ta' ġestjoni tar-riċerka ta' l-universitajiet;

It-tisħiħ ta' l-iskambju ta' l-għarfien bejn l-universitajiet u s-soċjetà kollha kemm hi.

It-tieni linja ta' azzjoni: It-tisħiħ tal-potenzjal, it-twessigħ ta' l-orizzonti

Is-sessi u r-riċerka

Ibbażat fuq l-orjentamenti fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill (19) u orjentamenti ta' politika rilevanti oħrajn tal-Komunità, ser jiġi implimentat qafas għal azzjonijiet pożittivi sabiex ir-rwol tan-nisa fir-riċerka xjentifika jissaħħaħ, u d-dimensjoni tas-sessi fir-riċerka titjieb. Dan il-qafas ser jipprovdi kuntest għal dibattitu politiku, monitoraġġ, koordinazzjoni u sostenn tar-riċerka. Ser ikun fih:

It-tisħiħ tar-rwol tan-nisa f'riċerka xjentifika u fil-korpi tat-tfassil ta' deċiżjonijiet xjentifiċi;

Id-dimensjoni tas-sessi fir-riċerka;

L-integrazzjoni tas-sessi fil-politika u fil-programmi ta' riċerka Komunitarji.

Iż-żgħażagħ u x-xjenza

L-attivitajiet huma maħsuba biex jiġbdu aktar nies minn kull sfond fil-karrieri xjentifiċi, irawmu rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet, u jgħollu l-livell ta' litteriżmu xjentifiku b'mod ġenerali. L-iskambji u l-kooperazzjoni fuq livell Ewropew ser jiffokaw fuq metodi ta' tagħlim ta' suġġetti xjentifiċi adatti għal udjenzi ta' żgħażagħ, l-appoġġ għall-għalliema tax-xjenza (kunċetti, materjal), l-iżvilupp tar-rabtiet bejn l-iskejjel u l-ħajja professjonali. Minbarra dan, jistgħu jiġu ffinanzjati avvenimenti b'ambitu Ewropew wiesa' li jlaqqgħu flimkien xjenzjati distinti – bħala ”mudelli għall-oħrajn” – u xjenzjati żgħar li jaspiraw għal karriera distinta. Ir-riċerka ta' sostenn ser tiġi indirizzata, billi jitqiesu kuntesti soċjali u valuri kulturali. Inżammu tliet aspetti:

Appoġġ għall-edukazzjoni xjentifika formali u informali fi skejjel kif ukoll permezz ta' ċentri tax-xjenza u mużewijiet u mezzi rilevanti oħrajn;

Tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni xjentifika u l-karrieri xjentifiċi;

Azzjonijiet ta' riċerka u koordinazzjoni dwar metodi ġodda fl-edukazzjoni xjentifika.

It-tielet linja ta' azzjoni: Komunikazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà

L-attivitajiet ser jippromwovu kanali reċiproċi ta' komunikazzjoni effettivi li jippermettu lill-pubbliku u lil dawk li jfasslu l-linji politiċi jinvolvu ruħhom fix-xjenza, u lix-xjenzjati jinvolvu ruħhom mal-pubbliku. L-approċċ ser jiffavorixxi kooperazzjoni eqreb u skambju ta' l-aħjar prattika bejn ix-xjenzjati u l-professjonisti tax-xandir, iżda wkoll parteċipazzjoni akbar ta' gruppi mmirati, notevolment tfal u ż-żgħażagħ, ir-riċerkaturi f'kuntatt mal-pubbliku, u l-istampa speċjalizzata. L-isforz ser jiffoka fuq:

Forniment ta' informazzjoni xjentifika affidabbli u f'waqtha lill-istampa u medja oħrajn;

Azzjonijiet ta' taħriġ għall-mili tal-vojt bejn il-medja u l-komunità xjentifika;

Inkoraġġiment ta' dimensjoni Ewropea f'avvenimenti xjentifiċi li jimmiraw li jilħqu l-pubbliku;

Promozzjoni tax-xjenza b'mezzi awdjoviżivi permezz ta' ko-produzzjonijiet Ewropej u ċ-ċirkolazzjoni ta' programmi xjentifiċi;

Promozzjoni ta' komunikazzjoni transnazzjonali eċċellenti fil-qasam tar-riċerka u x-xjenza permezz ta' Premji popolari;

Riċerka mmirata lejn it-tisħiħ ta' inter-komunikazzjoni dwar ix-xjenza, kemm tal-metodi tagħha kif ukoll tal-prodotti tagħha, biex jiżdied il-fehim reċiproku bejn id-dinja tax-xjenza, u l-udjenza usa' ta' dawk li jfasslu politika, il-medja u l-pubbliku ġenerali.

6.   APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP KOERENTI TA' LINJI POLITIĊI TAR-RIĊERKA

Objettiv

It-titjib ta' l-effettività u l-koerenza ta' linji politiċi tar-riċerka Komunitarji u nazzjonali u l-artikolazzjoni tagħhom ma' linji politiċi oħrajn, it-titjib ta' l-impatt tar-riċerka pubblika u r-rabtiet tagħha ma' l-industrija, u t-tisħiħ ta' l-appoġġ pubbliku u l-effett ta' lieva fuq l-investiment minn atturi privati.

Approċċ

L-attivitajiet li jsiru taħt din il-parti ser jagħtu wkoll appoġġ għall-iżvilupp koerenti tal-linji politiċi tar-riċerka, jikkumplementaw l-attivitajiet ta' koordinazzjoni taħt il-programm Kooperazzjoni, u jagħtu kontribut għal-linji politiċi u għall-inizjattivi Komunitarji (eż. il-leġiżlazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida) li jkollhom l-għan li jtejbu l-koerenza u l-impatt tal-linji politiċi ta' l-Istati Membri.

Dawn l-attivitajiet ser jagħtu kontribut lill-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona, partikolarment lill-objettiv tat-3 % f'investiment fir-riċerka, billi jgħinu lill-Istati Membri u lill-Komunità jiżviluppaw linji politiċi ta' riċerka u żvilupp aktar effettivi. L-għan hu li titjieb ir-riċerka pubblika u r-rabtiet tagħha ma' l-industrija u li jitrawwem l-investiment privat fir-riċerka, bit-tisħiħ ta' l-appoġġ pubbliku u l-effett ta' lieva li għandu fuq l-investiment privat. Dan jitlob għal adattabbiltà ta' politika tar-riċerka, il-mobilizzazzjoni ta' firxa usa' ta' strumenti, il-koordinazzjoni ta' sforzi minn konfini nazzjonali għall-ieħor u l-mobilizzazzjoni ta' politika oħra sabiex jinħolqu kondizzjonijiet ta' qafas aħjar għar-riċerka.

Attivitajiet

Żewġ linji ta' azzjoni ser jiġu segwiti (20):

L-ewwel linja ta' azzjoni: Il-monitoraġġ u l-analiżi tal-linji politiċi pubbliċi u ta' l-istrateġiji industrijali relatati mar-riċerka, inkluż l-impatt tagħhom

L-objettiv hu li tiġi provduta informazzjoni, provi u analiżi b'appoġġ għad-disinn, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali tal-linji politiċi pubbliċi. Dan ser jinkludi:

Servizz ta' informazzjoni u intelliġenza (ERAWATCH) biex jappoġġa t-tfassil tal-politika ta' riċerka bbażata fuq l-evidenza u biex jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta' Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) billi jipprovdi fehim aħjar tan-natura, l-elementi kostituttivi u l-evoluzzjoni tal-linji politiċi, l-inizjattivi u s-sistemi nazzjonali u reġjonali tar-riċerka. Dan ser jinkludi analiżi regolari, minn perspettiva Ewropea, ta' kwistjonijiet rilevanti għat-tfassil tal-politika tar-riċerka, b'mod partikolari: fatturi li jmexxu l-evoluzzjoni tas-sistemi ta' riċerka u l-implikazzjonijiet tagħhom għal strutturi ta' politika u tmexxija; kwistjonijiet emerġenti/sfidi u għażliet ta' politika; u reviżjoni fuq livell Ewropew tal-progress ta' l-Istati Membri lejn l-ERA u l-objettiv ta' 3 %.

Attività ta' monitoraġġ ta' l-investimenti fil-qasam tar-riċerka industrijali biex tipprovdi sors ta' informazzjoni konsistenti fih innifsu u komplementarju biex jgħin fl-għażla tad-direzzjoni tal-politika pubblika u biex tippermetti lill-intrapriżi joħolqu punt ta' referenza għall-istrateġiji tagħhom ta' investiment fl-R&D,  inter alia fis-setturi ta' interess prinċipali għall-ekonomija ta' l-UE. Dan ser jinkludi tabelli ta' valutazzjoni perijodiċi ta' investimenti f'livelli ta' intrapriżi u settorjali, stħarriġ dwar ix-xejriet ta' l-investiment privat fl-R&D, analiżi tal-fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u l-prattika ta' l-investiment ta' l-intrapriżi fl-R&D, analiżi ta' l-impatti ekonomiċi, u valutazzjoni ta' l-implikazzjonijiet għall-politika.

L-iżvilupp u l-analiżi ta' indikaturi dwar l-attività tar-riċerka u l-impatti tagħha fuq l-ekonomija. Dan ser jinkludi l-preparazzjoni u l-pubblikazzjoni taċ-ċifri ewlenin tax-xjenza u t-teknoloġija nazzjonali u reġjonali u tat-tabelli ta' valutazzjoni bl-użu, fejn ikun xieraq, ta' indikaturi statistiċi uffiċjali; il-valutazzjoni tal-punti b'saħħithom u d-dgħjufijiet tas-sistemi ta' l-R&D ta' l-Istati Membri; u l-analiżi tal-pożizzjoni u l-prestazzjoni ta' l-UE fir-riċerka xjentifika u teknoloġika.

Dawn l-attivitajiet ser jitwettqu f'kollaborazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka kif ukoll permezz ta' studji u gruppi ta' esperti.

It-tieni linja ta' azzjoni: Koordinazzjoni tal-linji politiċi tar-riċerka

L-għan huwa li tissaħħaħ, fuq bażi volontarja, il-koordinazzjoni tal-linji politiċi tar-riċerka permezz ta':

Azzjonijet li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (OMC);

Inizjattivi ta' kooperazzjoni transnazzjonali mwettqa fuq livell nazzjonali u reġjonali dwar kwistjonijiet ta' interess komuni, li fejn xieraq jinvolvu partijiet interessati oħrajn (inkluż l-industrija, organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili).

Dawn l-attivitajiet ser jindirizzaw kwistjonijiet ta' interess komuni dwar ir-riċerka u linji politiċi rilevanti oħrajn li għandhom jiġu mmobilizzati għar-realizzazzjoni ta' l-ERA u l-kisba ta' l-għan ta' l-UE ta' 3 % f'investiment fir-riċerka. Dawn ser: jagħtu kontribut lill-iżvilupp ta' linji politiċi nazzjonali u reġjonali iżjed effettivi permezz ta' tagħlim reċiproku u r-reviżjoni tal-pari; jinkoraġġixxu inizjattivi kkombinati jew konġunti bejn gruppi ta' pajjiżi u reġjuni interessati fl-oqsma li jinvolvu dimensjoni jew impatt transnazzjonali qawwija; u fejn xieraq, jidentifikaw kwistjonijiet li jeħtieġu azzjonijiet komplimentari u li jsaħħu lil xulxin fuq livell Komunitarju u dak ta' l-Istati Membri.

L-inizjattivi meħuda minn diversi pajjiżi u reġjuni jistgħu jkopru attivitajiet bħar-reviżjoni tal-pari tal-linji politiċi nazzjonali u reġjonali, l-iskambju ta' esperjenzi u persunal, evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet ta' l-impatt konġunti, u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' inizjattivi konġunti.

7.   ATTIVITAJIET TA' KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Objettiv

Il-Komunità Ewropea teħtieġ politika internazzjonali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija koerenti u b'saħħitha, biex issir kompetittiva u biex ikollha rwol prinċipali fuq il-livell dinji. L-azzjonijiet internazzjonali taħt id-diversi programmi fi ħdan il-Programm Kwadru ser jitwettqu fl-ambitu ta' strateġija globali ta' kooperazzjoni internazzjonali.

Din il-politika għandha tliet objettivi interdipendenti:

Li tagħti appoġġ għall-kompetittività Ewropea permezz ta' sħubija strateġika ma' pajjiżi terzi f'oqsma magħżula tax-xjenza u bl-ingaġġ ta' l-aqwa xjenzjati minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fl-Ewropa u magħha;

Li tiffaċilita l-kuntatti ma' l-imsieħba f'pajjiżi terzi bil-għan li tipprovdi aċċess aħjar għar-riċerka mwettqa xi mkien ieħor fid-dinja;

Li tindirizza problemi speċifiċi li jiffaċċaw il-pajjiżi terzi jew ta' natura globali, fuq il-bażi ta' l-interess u l-benefiċċju reċiproċi.

Approċċ

Sabiex jiġu identifikati u stabbiliti l-oqsma prijoritarji tar-riċerka ta' interess reċiproku u benefiċċju reċiproku mal-pajjiżi terzi fil-mira (Pajjiżi Msieħba fil-Kooperazzjoni Internazzjonali (21) għall-azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-Programmi Speċifiċi ta' Kooperazzjoni, id-djalogi politiċi li għaddejja u n-netwerks ta' sħubija ser jissaħħu ma' reġjuni differenti f'dawn il-pajjiżi terzi biex jipprovdu input biex jgħinu fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet. Il-koerenza ta' l-attivitajiet nazzjonali dwar il-kooperazzjoni xjentifika internazzjonali ser tissaħħaħ bl-appoġġ tal-koordinazzjoni ta' programmi nazzjonali (ta' l-Istati Membri u Pajjiżi assoċjati) permezz ta' koordinazzjoni multilaterali tal-linji politiċi u l-attivitajiet nazzjonali ta' l-RTD. Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-Programm Kwadru ser tkun immirata b'mod speċjali lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin (22):

Pajjiżi kandidati (23);

Pajjiżi msieħba Mediterranji (MPC), il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (WBC) (24) kif ukoll il-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u l-pajjiżi ta' l-Asja Ċentrali (25) (EECA);

Pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'fokus fuq il-ħtiġijiet partikolari ta' kull pajjiż jew reġjun konċernat (26);

Ekonomiji emerġenti (26).

L-azzjonijiet ta' riċerka ta' kooperazzjoni internazzjonali li jkunu orjentati lejn it-temi jsiru taħt il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni. L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal tal-bniedem isiru taħt il-Programm Speċifiku Nies. Azzjonijiet u miżuri ta' appoġġ orizzontali b'fokus minbarra dak ta' qasam tematiku jew interdixxiplinarju speċifiku koperti fil-programm “Kooperazzjoni”, ser jiġu implimentati, u jistgħu jkunu supplimentati, f'numru limitat ta' każijiet, b'azzjonijiet ta' kooperazzjoni speċifiċi ta' interess reċiproku. Il-koordinazzjoni globali ta' l-azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali taħt il-programmi differenti ser tissaħħaħ bil-ħsieb li jiġi żgurat approċċ koerenti u jiġu żviluppati sinerġiji ma' strumenti Komunitarji oħrajn (eż. IPA, l-Istrument tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, ir-regolament ta' l-ALA, u skemi ta' Għajnuna għall-Iżvilupp). B'kont meħud ta' l-esperjenza miksuba permezz ta' INTAS u filwaqt li jibnu fuq il-ħidma tagħha fil-qafas tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u ta' l-Asja Ċentrali, attivitajiet li jipprovdu kontinwità ser jitwettqu permezz ta' dan il-programm u l-programmi speċifiċi “Kooperazzjoni” u “Nies”.

Il-Kummissjoni ser tiżgura l-koordinazzjoni ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-Programm Kwadru kollu inkluż id-djalogu politiku ma' pajjiżi msieħba, reġjuni u fora internazzjonali.

Attivitajiet

L-attivitajiet prinċipali għall-iżvilupp ta' linji politiċi ta' kooperazzjoni xjentifika internazzjonali maqbula konġuntament huma:

Koordinazzjoni bi-reġjonali tal-kooperazzjoni S&T inkluż l-iffissar ta' prijoritajiet u d-definizzjoni ta' linji politiċi tal-Kooperazzjoni S&T

Il-kooperazzjoni Komunitarja fl-S&T għall-iffissar ta' prijoritajiet ser tkun ibbażata fuq djalogu ta' politika komprensiv ma' pajjiżi u reġjuni msieħba fir-rikonoxximent tal-kondizzjonijiet soċjo-kulturali u l-kapaċitajiet ta' riċerka tagħhom. Dan id-djalogu għall-kooperazzjoni fl-S&T jitwettaq fuq livelli multipli, bħal permezz ta' fora internazzjonali (il-varji konvenzjonijiet tan-NU), djalogi bi-reġjonali istituzzjonalizzati (27) inklużi: Il-Laqgħat Asja-Ewropa (ASEM); l-Amerika Latina, il-Karibew u l-UE (UE-LAC); is-Sħubiji tal-Mediterran u tal-Balkani tal-Punent; l-UE-AKP (Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku) u l-Istati ta' l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali (28) u ftehim bilaterali u multilaterali kif ukoll permezz ta' laqgħat trans-reġjonali informali ta' xjenzjati u msieħba soċjali.

L-ogħla prijorità ser tingħata lit-tisħiħ tad-djalogi bi-reġjonali/bilaterali biex jiggwidaw u jwaqqfu l-qafas għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-S&T u l-identifikazzjoni konġunta ta' setturi tar-riċerka ta' interess u benefiċċju reċiproku. Tali djalogu u sħubija fl-S&T jikkostitwixxu l-aktar l-mod effettiv għall-kisba ta' objettivi maqbula fuq livell dinji u reċiprokament, fir-rigward tal-ħtiġijiet speċifiċi fuq livell reġjonali u ta' pajjiż. Konsegwentement, il-kooperazzjoni internazzjonali fl-S&T fil-Programm Kwadru ser tkun immexxija b'mod koerenti permezz tal-formulazzjoni integrata ta' linji politiċi ta' riċerka li tirriżulta minn dawn id-djalogi u minn ftehim fl-S&T (29).

Dawn l-inizjattivi ser ikunu implimentati permezz ta' attivitajiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali li ser jiżviluppaw id-djalogu bi-reġjonali b'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, il-Pajjiżi Assoċjati u Pajjiżi Msieħba fil-Kooperazzjoni Internazzjonali.

Dan l-iffissar tal-prijoritajiet u d-definizzjoni tal-linji politiċi tal-Kooperazzjoni fl-S&T se jkollhom impatti diretti u li jistgħu jitkejlu fuq l-attivitajiet l-oħra previsti għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fl-S&T taħt il-Programm Speċifiku Kapaċitajiet, jiġifieri: tisħiħ u żvilupp ta' Ftehim fl-S&T, Sħubiji ta' Kooperazzjoni fl-S&T u effett ta' sinerġija pożittiv fuq il-koordinazzjoni tal-linji politiċi nazzjonali u l-attivitajiet dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fl-S&T.

Fi ħdan il-qafas tal-Ftehim fl-S&T, skond il-prijoritajiet definiti, ser tingħata prijorità lill-identifikazzjoni ta' elementi ġodda, emerġenti li jistħoqqilhom azzjonijiet u approvazzjoni fuq livell politiku li għandhom ikunu implimentati permezz tat-temi.

Minbarra dan, il-parteċipazzjoni ta' xjenzjati fil-programmi ta' riċerka nazzjonali ta' pajjiżi terzi ser tippermetti l-isfruttament totali tal-possibilitajiet tal-Ftehim fl-S&T u ser tippermetti lix-xjenzjati jiksbu għarfien minn sistemi ta' riċerka ta' pajjiżi terzi u tal-kulturi tagħhom b'mod reċiproku. Għal dan, il-Programm Kwadru ser ikopri l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni fir-riċerka ta' xjenzjati mill-Istati Membri u pajjiżi assoċjati fil-programmi ta' riċerka nazzjonali ta' pajjiżi terzi fejn hemm interess u benefiċċju reċiproku. Tali kollaborazzjoni ser isseħħ fuq bażi kompetittiva.

Il-proġetti konġunti żviluppati fi ħdan id-djalogi u l-Ftehim ta' kooperazzjoni fl-S&T imsemmija hawn fuq ser ikunu mmexxija mill-ħtiġijiet, ser ikunu ta' daqs sinifikanti f'termini ta' sħubiji, kompetenzi u finanzjament, u ser ikollhom impatt soċjo-ekonomiku importanti. Il-proġetti ser ikunu mmirati speċifikament fuq il-prijoritajiet identifikati permezz tad-djalogu ta' politika u l-kooperazzjoni fl-S&T fi ħdan il-fora reġjonali, u ser ikun hemm sejħiet speċifiċi skond ir-reġjun jew skond il-gruppi ta' Pajjiżi Msieħba fil-Kooperazzjoni Internazzjonali. Ir-riżultati ta' dawn id-djalogi ser jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-prijoritajiet u l-ħtiġijiet għall-azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali fit-temi differenti fil-Programm Speċifiku Kooperazzjoni.

Koordinazzjoni bilaterali għat-tisħiħ u l-iżvilupp ta' sħubiji ta' l-S&T

Ir-realizzazzjoni tal-prijoritajiet identifikati ser ikomplu jiġu elaborati aktar u mibdula f'azzjonijiet bit-twaqqif ta' Sħubiji ta' Kooperazzjoni ekwi fl-S&T li jlaqqgħu partijiet interessati multipli (imsieħba mir-riċerka, l-industrija, il-gvern u s-soċjetà ċivili) għall-bini ta' kapaċità ta' riċerka u r-riċerka. Dawn taw prova li huma l-mekkaniżmu l-aktar xieraq biex sinerġikament jimmobilizza l-punti b'saħħithom ta' dawn l-imsieħba. Dawn is-Sħubiji ser jeħtieġu strateġiji pluridixxiplinarji biex jiġu ttrattati ħtiġijiet diversi fuq livell globali, reġjonali u/jew ta' pajjiż.

L-iżvilupp ta' Sħubiji fl-S&T ser ikunu bbażati fuq tmexxija bi-reġjonali u koordinazzjoni ta' inizjattivi ta' politika f'setturi prijoritarji definiti. Dawn ser jiġu operati minn gruppi ta' tmexxija magħmula minn numru limitat ta' rappreżentanti minn kull reġjun, miftuħa għall-imsieħba kollha fir-reġjuni konċernati, billi jitqiesu l-interessi u l-kapaċitajiet ta' riċerka tagħhom. Dawn is-sħubiji ser jippromwovu attivitajiet ta' riċerka konġunti u djalogu ta' politika permanenti dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kooperazzjoni implimentata kif ukoll dwar l-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet futuri.

Appoġġ għall-koordinazzjoni ta' linji politiċi u attivitajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fl-S&T

Sabiex tiġi promossa/inkoraġġuta strateġija effettiva u effiċjenti ta' kooperazzjoni Komunitarja fil-qasam xjentifiku fuq livell ta' l-UE, il-koordinazzjoni kontiwa tal-linji politiċi nazzjonali hija essenzjali biex jiġu realizzati l-impenji meħuda permezz tad-djalogi bi-reġjonali u bilaterali fl-S&T.

Din il-koordinazzjoni ser issaħħaħ l-effiċjenza u l-impatt ta' l-inizjattivi li għaddejja ta' kooperazzjoni bilaterali fl-S&T bejn l-Istati Membri u l-Pajjiżi Msieħba fil-Kooperazzjoni Internazzjonali u ttejjeb is-sinerġiji pożittivi bejniethom. Hija ser ittejjeb ukoll il-komplementarjetajiet bejn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tal-Komunità u dawk ta' l-Istati Membri fl-S&T.

Barra minn hekk ser tappoġġa l-implimentazzjoni ta' “viżjoni kondiviża” billi tiffaċilita l-approċċi programmatiċi innovattivi u b'ħidma aktar mill-qrib fost u ma' l-Stati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni koerenti fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija ta' l-UE.

ANNESS II

TQASSIM INDIKATTIV TA' L-AMMONT (f'EUR Miljun)

Infrastrutturi tar-Riċerka (30)

1 715

Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs

1 336

Reġjuni ta' l-Għarfien

126

Potenzjal għar-Riċerka

340

Xjenza fis-Soċjetà

330

Żvilupp koerenti ta' linji politiċi ta' riċerka

70

Attivitajiet ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

180

TOTAL

4 097

ANNESS III

FAĊILITÀ FINANZJARJA GĦALL-QSIM TAR-RISKJU

Skond l-Anness II, il-Komunità ser tipprovdi kontribut (azzjoni ta' koordinazzjoni u appoġġ) lill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) li jkun imsieħeb għall-qsim tar-riskju għall-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju (RSFF). L-RSFF, li ser tkun ko-finanzjata mill-Komunità u l-EIB, hija mmirata lejn it-trawwim ta' investiment tas-settur privat madwar l-Ewropa fl-iżvilupp u d-demonstrazzjoni ta' riċerka u teknoloġija (RTD) kif ukoll l-innovazzjoni.

Il-kontribut Komunitarju ser iżid il-kapaċità tal-Bank li jirregola r-riskju, b'hekk jippermetti għal (i) volum akbar ta' operazzjonijiet ta' self u garanziji ta' l-EIB għal ċertu livell ta' riskju, u (ii) l-iffinanzjar ta' azzjonijiet ta' l-RTD Ewropej aktar riskjużi li ma jkunux possibbli mingħajr tali appoġġ Komunitarju, b'hekk jgħin li jingħelbu defiċjenzi tas-suq. Huwa ser jimmira li:

iżżid il-valur f'oqsma fejn is-suq ma jistax jipprovdi l-finanzjament meħtieġ; u

jipprovdi effett katalittiku f'self ta' kapital għal investiment privat.

Il-kontribut Komunitarju ser ikun kommess għall-RSFF f'konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness II.

L-EIB ser isellef fondi ġġenerati mis-swieq finanzjarji internazzjonali u jipprovdi garanziji lill-imsieħba finanzjarji skond ir-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri standard tiegħu.

Huwa ser juża dan il-kontribut fuq “bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”, bħala provvista u allokazzjoni ta' kapital fi ħdan il-bank sabiex ikopri parti mir-riskji assoċjati ma' l-operazzjonijiet tiegħu li jappoġġaw azzjonijiet eliġibbli Ewropej ta' RTD.

Abbażi ta' l-evalwazzjoni finanzjarja tiegħu, l-EIB ser jivvaluta l-livell ta' riskji finanzjarji u jiddeċiedi l-valur tal-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital.

Il-valutazzjoni tar-riskji u l-kategorizzazzjoni, u d-deċiżjonijiet li jirriżultaw dwar il-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital, ser isegwu l-proċeduri standard tal-Bank, taħt il-Faċilità Finanzjarja Strutturata, approvati u mmonitorjati mill-partijiet interessati, kif aġġornata u mmodifikata minn żmien għal żmien. Dawn mhux ser jitbiddlu bħala riżultat tal-kontribut Komunitarju.

Ir-riskju għall-baġit Komunitarju huwa limitat għall-ammonti mħallsa jew kommessi li jiġu mħallsa. Ma jkun hemm l-ebda responsabbiltà kontinġenti għall-baġit Komunitarju, billi kwalunkwe riskju li jkun fadal jinġarr mill-EIB.

Il-kontribut Komunitarju ser jiġi żborżat kull sena abbażi ta' pjan pluriennali u b'kont meħud ta' l-evoluzzjoni tad-domanda. L-ammont annwali ser jiġi stabbilit fil-Programm ta' Ħidma, abbażi tar-rapport ta' attività u l-previżjonijiet ippreżentati mill-EIB.

Il-ftehim ser jiġi konkluż ma' l-EIB, wara konsultazzjonijiet mill-qrib ma' l-Istati Membri, ser jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom il-fondi Komunitarji jistgħu jintużaw bħala provvisti u allokazzjoni ta' kapital. Dan ser jinkludi it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

L-eliġibbiltà ta' azzjonijiet RTD Komunitarji. Konvenzjonalment, l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka ffinanzjati mill-Komunità taħt dan il-Programm speċifiku għandhom ikunu eliġibbli awtomatikament. Entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi minbarra l-Pajjiżi assoċjati huma eliġibbli wkoll jekk dawn jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti tas-Seba' Programm Kwadru u l-ispejjeż tagħhom huma eliġibbli għal finanzjament Komunitarju. Infrastrutturi ta' riċerka oħrajn ta' interess Ewropew jistgħu jitiqiesu wkoll.

L-RSFF se tkun offruta fl-Istati Membri kollha u f'pajjiżi assoċjati sabiex ikun żgurat li l-entitajiet legali kollha, irrispettivament mid-daqs (inklużi SMEs u organizzazzjonijiet tar-riċerka, inklużi l-universitajiet) fl-Istati Membri kollha, jistgħu jibbenefikaw minn din il-faċilità għall-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom f'azzjonijiet eliġibbli.

Attivitajiet ta' innovazzjoni ta' natura kummerċjali huma eliġibbli għall-RSFF permezz biss ta' l-użu tal-kontribut ta' l-EIB stess.

F'konformità mar-regolament dwar ir-Regoli għal Parteċipazzjoni adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat, il-ftehim ser jistabbilixxi wkoll proċeduri għall-Komunità biex toġġezzjona, f'każijiet debitament ġustifikati, dwar l-użu tal-kontribut Komunitarju mill-EIB.

Ir-regoli sabiex jiġi ddefinit is-sehem tar-riskju finanzjarju li ser ikun kopert mill-kontribut Komunitarju u l-limitu ta' riskju li lil hinn minnu l-EIB jista' juża l-kontribut Komunitarju kif ukoll il-qsim ta' dħul korrespondenti.

Il-livell tal-kontribut Komunitarju għal kull operazzjoni għandu jiddependi mill-evalwazzjoni tar-riskju finanzjarju mwettqa mill-EIB. Il-livell tal-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital totali għall-parti kbira ta' l-operazzjonijiet ta' l-RSFF mistennija tinżel fil-marġini ta' 15 %-25 % tal-valur nominali ta' tali operazzjonijiet. Fl-ebda każ il-livell tat-total ta' l-ammonti tal-provvista u l-allokazzjoni ta' kapital tal-kontribut Komunitarju m'għandu jaqbeż 50 % tal-valur nominali tas-self jew tal-garanzija. Ser ikun hemm qsim ta' riskju taħt kull operazzjoni.

L-arranġamenti li bihom il-Komunità ser timmonitorja l-operazzjonijiet ta' self u ta' garanziji ta' l-EIB relatati mal-kontribut Komunitarju, inklużi operazzjonijiet permezz ta' l-imsieħba finanzjarji ta' l-EIB.

L-EIB tista' tuża biss il-kontribut Komunitarju għal operazzjonijiet approvati bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Programm Speċifiku u l-31 ta' Diċembru 2013.

L-interessi u d-dħul iġġenerati mill-kontribut Komunitarju waqt dan il-perijodu għandhom jiġu rapportati kull sena mill-EIB lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'konformità ma' l-Artikolu 18.2 tar-regolament finanzjarju, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala dħul assenjat lill-RSFF u jiddaħħlu fil-baġit.

Fl-adozzjoni tal-Programm ta' Ħidma, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li talloka mill-ġdid, għall-fini ta' kwalunkwe azzjoni indiretta oħra ta' l-“Infrastruttura ta' Riċerka” ta' dan il-Programm Speċifiku, kwalunkwe ammont mhux użat mill-RSFF u, għalhekk, kopert mill-ġdid mill-EIB, wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-term imsemmija fl-Anness II tal-Programm Kwadru. L-evalwazzjoni ta' nofs it-term se tinkludi valutazzjoni esterna ta' l-impatt ta' l-RSFF.

Il-Kummissjoni ser timmonitorja mill-qrib l-użu effettiv tal-Kontribut Komunitarju, inkluż il-valutazzjonijiet ex-post tal-fatturi ta' l-azzjoni li kienu suċċess, u rapport regolari għall-Kumitat tal-Programm. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tinkludi kisbiet prinċipali f'dan ir-rigward fir-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-iżvilupp ta' riċerka u teknoloġiku li hija ser tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 173 TKE.

ANNESS IV

IMPLIMENTAZZJONI KONĠUNTA TA' PROGRAMMI TA' RIĊERKA MHUX KOMUNITARJI

Inizjattiva waħda għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi ta' riċerka nazzjonali hija identifikata hawn taħt, fuq bażi indikattiva, u tista' tkun is-suġġett ta' deċiżjoni separata fuq il-bażi ta' l-Artikoli 169 tat-Trattat. Aktar inizjattivi jistgħu jiġu identifikati u proposti waqt l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru.

Fil-każ tat-teħid ta' deċiżjoni bħal din, tkun imwaqqfa struttura dedikata għall-implimentazzjoni, flimkien ma' struttura organizzattiva u l-korpi xierqa ta' governanza meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni. Skond l-Anness II, il-Komunità tista' tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-inizjattiva sa l-ammont imniżżel fl-Anness II u tista' tipparteċipa attivament fl-implimentazzjoni bil-mezzi l-aktar xierqa għall-azzjoni.

L-inizjattiva ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat KE fil-qasam ta' l-SMEs li jwettqu Attivitajiet ta' Riċerka

L-għan ser ikun li jinbeda u jitwettaq programm konġunt fl-R&D għall-ġid ta' l-SMEs li jwettqu riċerka bl-objettiv li titqawwa l-ħila ta' riċerka u innovazzjoni tagħhom. Hija ser tistimola u tappoġġa proġetti R&D immexxija minn dawn l-SMEs billi tibni fuq l-EUREKA. Din l-inizjattiva tikkomplementa azzjonijiet oħra li jimmiraw l-SMEs imwettqa fil-kuntest tas-Seba' Programm Kwadru.

Il-Komunità ser tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-inizjattiva u ser tipparteċipa fl-implimentazzjoni bil-mezzi l-aktar xierqa għall-azzjoni.

ANNESS V

INFORMAZZJONI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA MILL-KUMMISSJONI SKOND L-ARTIKOLU 8(5).

1.

Informazzjoni dwar azzjonijiet, li tippermetti l-monitoraġġ tal-ħajja sħiħa ta' kull proposta, li tkopri partikolarment:

proposti sottomessi;

riżultati ta' evalwazzjoni għal kull proposta;

ftehim ta' għotja;

azzjonijiet kompluti.

2.

Informazzjoni dwar l-eżitu ta' kull sejħa u implimentazzjoni ta' azzjonijiet, li tkopri partikolarment:

riżultati ta' kull sejħa;

ir-riżultat tan-negozjati dwar ftehim ta' għoti;

implimentazzjoni ta' azzjonijiet, inklużi data tal-ħlas u eżitu ta' azzjonijiet.

3.

Informazzjoni dwar il-programm ta' implimentazzjoni, inkluż informazzjoni rilevanti fil-livell tal-Programm Kwadru, il-Programm Speċifiku u kull attività.

Din l-informazzjoni (partikolarment, dwar proposti, l-evalwazzjoni u l-ftehim ta' l-għoti tagħhom) għandha tingħata f'format strutturat li jista' jinqara u jkun trattat elettronikament permezz ta' sistema ta' l-informazzjoni u tar-rapportar ibbażata fuq l-IT li tippermetti li ssir analiżi faċli tad-data.


(1)  Opinjoni tat-30 ta' Novembru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(7)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999 p. 23. Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(10)  Riċerka dwar it-trattament tal-gonadi kontra l-kanċer tista' tkun iffinanzjata.

(11)  Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programm, għal kull laqgħa tal-kumitat tal-programm kif hu definit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborża, skond il-linji gwida stabbiliti tagħha, l-ispejjeż ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll espert/konsulent għal kull Stat Membru għal dawk il-punti fl-aġenda fejn Stat Membru jirrikjedi kompetenza xierqa.

(12)  ĠU L 358, 1.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).

(13)  Identifikati wkoll mill-ESFRI.

(14)  Din tista' tinkludi l-possibbiltà ta' implimentazzjoni konġunta ta' programmi li jimmiraw SMEs li jwettqu riċerka, waqt li tibni fuq l-Eureka.

(15)  Azzjoni pilota dwar ir-“Reġjuni ta' l-Għarfien” iddaħħlet fil-baġit Komunitarju ta' l-2003 fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Din ġiet segwita minn Sejħa għal proposti oħra taħt is-sitt Programm Kwadru Komunitarju għall-RTD (2004) taħt il-programm “Żvilupp koerenti ta' linji politiċi”.

(16)  Dan ma jeskludix l-abbinament ta' setturi teknoloġiċi differenti fejn ikun rilevanti.

(17)  Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk kif imsemmija f'Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jirregolaw proviżjonijiet ġenerali fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond għall-Koeżjoni Ewropea, u li jirrevokaw Regolament (KE) Nru 1260/1999 (paġna 332: Reg- 1083/2006 ... (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25, corrigendum ĠU L 239, 1.9.2006, p. 248)). Dan jinkludi r-reġjuni bil-għan ta' “konverġenza”, ir-reġjuni eliġibli għall-fondi mill-Fond ta' Koeżjoni, u r-reġjuni l-aktar imbiegħeda.

(18)  Inkluż it-tħaddim tal-proċeduri għar-reviżjoni etika għall-proposti li jindirizzaw kwistjonijiet sensittivi taħt il-programm speċifiku ’Kooperazzjoni’.

(19)  ’Women and science: excellence and innovation – gender equality in science’ – SEC(2005) 370; Konklużjonijiet ta-Kunsill tat-18 ta' April 2005.

(20)  L-attivitajiet dwar it-tisħiħ u t-titjib tas-sistema Ewropea tax-xjenza, bħal kwistjonijiet ta' konsulenza xjentifika u għarfien espert u li jikkontribwixxu għal “regolazzjoni aħjar”, huma ttrattati mill-parti Xjenza fis-Soċjetà f'dan il-Programm Speċifiku.

(21)  Ara r-Regoli għall-parteċipazzjoni

(22)  Fil-preżent, 9 Pajjiżi Mediterranji Sħab u 6 pajjiżi mill-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(23)  Barra minn Pajjiżi Kandidati assoċjati.

(24)  Barra minn Pajjiżi Kandidati assoċjati u potenżjali

(25)  l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukraina u l-Użbekistan.

(26)  Ta' min jinnota li l-Amerika Latina tinkludi kemm pajjiżi li għadhom jiżviluppaw u kemm ekonomiji emerġenti.

(27)  Djalogu bi-reġjonali f'dan il-kuntest tfisser djalogu bejn l-Istati Membri, il-KE u l-pajjiżi terzi konċernati

(28)  Li jista' jinvolvi wkoll iċ-Ċentru Internazzjonali għax-Xjenza u t-Teknoloġija (ISTC) u ċ-Ċentru għax-Xjenza u t-Teknoloġija (STCU).

(29)  Fid-dawl ta' l-interessi tal-Komunità, ġew konklużi ftehim ma' l-imsieħba industrijali maġġuri jew dawk b'ekonomija emerġenti kollha, u ma' kważi l-pajjiżi kollha inklużi fil-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(30)  Inkluż kontribut ta' mhux aktar minn EUR 200 miljun lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għall-Faċilità tal-Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju, kif imsemmi fl-Anness III. Ammont ta' EUR 100 miljun ser jiġi ddedikat għal pagamenti annwali għall-perijodu 2007 – 2010.


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

126


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/975/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Id-Deċiżjoni 2006/975/Euratom għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)

(2006/975/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2)

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat, id-Deċiżjoni Nru 992/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għallattivitajiet ta' riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni, (2007 – 2013) (1) (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala ’l-Programm Kwadru’) għandha tiġi implimentata permezz ta' Programmi Speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jistabbilixxu tulhom u jipprovdu għall-mezzi li jitqiesu meħtieġa.

(2)

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-’JRC’ għandu jwettaq attivitajiet hekk imsejħa attivitajiet diretti ta' R&Ż taħt Programm Speċifiku tal-JRC li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-KE.

(3)

Fl-implimentazzjoni tal-missjoni tiegħu, il-JRC għandu jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku stimulat mill-klijent lill-proċess tat-tfassil tal-politika ta' l-UE, li jiżgura appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-linji politiċi eżistenti u jwieġeb għal talbiet ġodda tal-politika. Sabiex jikseb il-missjoni tiegħu l-JRC għandu jwettaq riċerka ta' l-ogħla kwalità Ewropea komparabbli, inkluż billi jżomm il-livell tiegħu stess ta' eċċellenza xjentifika.

(4)

L-azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC għandhom jiġu implimentati mill-Programm Speċifiku attwali. Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm Speċifiku skond il-missjoni tiegħu, il-JRC għandu jagħti importanza partikolari lil oqsma ta’ importanza kruċjali għall-Unjoni: il-prosperità f'soċjetà li sserraħ fuq l-għarfien, is-solidarjetà, is-sostenibbiltà u l-ġestjoni responsabbli tar-riżorsi, is-sigurtà u l-ħelsien, u l-Ewropa bħala sieħba dinjija.

(5)

Il-Programm Speċifiku attwali għandu jiġi implimentat b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li titqies il-ħtieġa rilevanti tal-politika tal-JRC dwar l-utenti u l-Komunità, filwaqt li jkun irrispettat l-objettiv li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fil-programm għandhom jiġu adattati kull fejn jixraq għal dawn il-ħtiġiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u għandhom jimmiraw li jiksbu l-eċċellenza xjentifika.

(6)

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati ta' riċerka, għall-Programm Kwadru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala ’ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid’) relatati ma’ l-azzjonijiet diretti għandhom japplikaw ukoll għall-attivitajiet ta’ R&Ż imwettqa taħt dan il-Programm Speċifiku.

(7)

Għall-għanijiet ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, flimkien mal-kooperazzjoni koperta mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew minn Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jista' jkun jixraq li jkun hemm parteċipazzjoni f’attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' terzi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' l-Artikolu 170 tat-Trattat.

(8)

B’appoġġ għat-tkabbir u l-integrazzjoni ta’ l-UE, il-JRC għandu l-għan li jippromwovi l-integrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u riċerkaturi ta' l-Istati Membri l-ġodda fl-attivitajiet tiegħu partikolarment fl-implimentazzjoni tal-komponenti xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ l-acquis Komunitarju, kif ukoll kooperazzjoni ikbar ma’ dawk minn Pajjiżi Kandidati. Huwa wkoll previst ftuħ progressiv fir-rigward tal-Pajjiżi Ġirien, speċifikament fuq temi prijoritarji tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(9)

L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt dan il-Programm Speċifiku għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(10)

Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi; dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru, ħidma ta’ partijiet terzi u, f’livell inqas, l-esplojtazzjoni tal-proprjetà intellettwali.

(11)

Għandha tiġi żgurata tmexxija finanzjarja soda tal-Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u aċċessibbli possibbli, filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda futura (4).

(12)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – b'mod proporzjonali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej – sabiex jiġu monitorati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati rregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (5), (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (6) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (7).

(13)

Il-Kummissjoni għandha maż-żmien tagħmel arranġamenti sabiex titwettaq evalwazzjoni indipendenti li tikkonċerna l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-programm.

(14)

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC ġie kkonsultat dwar il-kontenut Xjentifiku u Teknoloġiku ta’ dan il-programm speċifiku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Programm Speċifiku marbut ma' l-azzjonijiet diretti ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li għandhom jitwettqu miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, minn hawn 'il quddiem “il-Programm Speċifiku” huwa b'dan adottat mill-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jistabbilixxi l-attivitajiet għall-azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku, stimulat mill-konsumaturi, lill-proċess ta' tfassil ta' politika Komunitarja, sabiex b'hekk jassigura l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika eżistenti u jwieġeb għal talbiet ta' politika ġodda.

L-objettivi u d-deskrizzjoni ġenerali ta' dawk l-attivitajiet huma mniżżlin fl-Anness.

Artikolu 3

Skond l-Anness II tal-Programm Kwadru, l-ammont li jitqies meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun ta' EUR 1 751 miljun.

Artikolu 4

1.   L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu b'konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

2.   L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:

attività ta’ riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni umana għal skopijiet riproduttivi,

attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali tibdil ereditabbli (8),

attivitajiet ta’ riċerka maħsuba biex joħolqu embrijuni umani għall-għan waħdieni tar-riċerka jew għall-produzzjoni ta' ċelloli staminali, inkluż permezz tat-trasferiment tan-nukleu ta’ ċelloli somatiċi.

3.   Ir-riċerka fuq iċ-ċelloli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata skond il-kontenut tal-proposta xjentifika u l-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni (jiet) etiċi li jkunu ser jiġu pprovduti.

Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelloli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu soġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat(i) Membri involuti.

4.   L-oqsma tar-riċerka mniżżlin hawn fuq għandhom ikunu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (20102013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.

Artikolu 5

1.   Il-Programm Speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta’ l-azzjonijiet diretti kif stabbiliti fl-Anness III għas-Seba’ Programm Kwadru.

2.   Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid marbuta ma’ l-azzjonijiet diretti għandhom japplikaw għall-Programm Speċifiku.

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tfasssal Programm ta' Ħidma multi-annwali għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li jistabbilixxi f'aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi elenkati fl-Anness, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni.

2.   Il-Programm ta' Ħidma multi-annwali għandu jqis l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, l-Istati Assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Huwa għandu jkun aġġornat fejn xieraq.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-valutazzjoni indipendenti prevista fl-Artikolu 7 tal-Programm Kwadru li għandha titwettaq fir-rigward ta’ l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-Programm Speċifiku.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha filĠurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS

1.   Objettiv

Li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku, stimulat mill-konsumatur, lill-proċess ta' tfassil ta' politika Komunitarja, li jiżgura appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-linji politiċi eżistenti u jwieġeb għal talbiet ta' linji politiċi ġodda.

2.   Approċċ

Il-JRC se jsaħħaħ l-orjentament tiegħu stimulat mill-konsumatur, u n-netwerking qawwi tiegħu mal-komunità xjentifika, fil-kuntest speċifiku tat-tkabbir, l-iżvilupp sostenibbli u s-sigurtà billi:

iwieġeb b’mod flessibbli għall-ħtiġijiet u r-rekwiżiti li qed jiżviluppaw ta’ dawk li qed ifasslu l-politika Ewropea;

jiffoka l-attenzjoni fuq kwistjonijiet li huma importanti f’termini ta' tħassib tas-soċjetà, li għandhom komponent ta’ riċerka u li għandhom dimensjoni Komunitarja dominanti;

jiżviluppa sħubiji ma’ ċentri ta’ riċerka, universitajiet, industriji, awtoritajiet pubbliċi, korpi regolatorji fl-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi u korpi internazzjonali;

isaħħaħ il-kompetenzi u l-faċilitajiet tiegħu;

il-JRC iffoka r-riżorsi tiegħu sabiex iwieġeb għall-isfidi Xjentifiċi u Teknoloġiċi li joħorġu mill-aspetti kumplessi u multidimensjonali tal-kwistjonijiet relatati mal-politika Komunitarja. Għamel dan billi organizza l-attivitajiet tiegħu madwar l-oqsma ewlenin tal-politika u billi stabbilixxa sinerġiji ma’ sorsi oħra ta’ appoġġ Xjentifiku u Teknoloġiku disponibbli fl-Istati Membri. Huwa se jsaħħaħ iktar din il-kapaċità, billi jikkollabora wkoll ma’ l-Aġenziji ta’ l-UE, Istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE, b'mod partikoari mal-Parlament Ewropew, u awtoritajiet fl-Istati Membri;

iżid it-trasparenza meta jistabbilixxi l-priojritajiet ta' riċerka tiegħu billi jagħmel il-kriterji għal dawk il-prijoritajiet disponibbli pubblikament.

Approċċ integrat għall-provvediment ta’ l-appoġġ Xjentifiku u Teknoloġiku lil-linji politiċi tirrappreżenta karatteristika ewlenija ta’ dan il-Programm Speċifiku. Tabilħaqq, f'diversi oqsma l-ħtieġa biex jiġu mifhuma interazzjonijiet bejn bidla teknoloġija, żviluppi xjentifiċi, innovazzjoni u kompettitività u approċċi regolatorji u ta' politika differenti (eż. strumenti ekonomiċi, skemi volontarji u mekkaniżmi flessibbli) hija qawwija ħafna. Bażi qawwija ta’ riċerka se ssejjes dawn l-objettivi. Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet diretti tal-Program Kwadru se tħabbrek biex timmassimizza kumplimentarjetà mal-programm istituzzjonali spjegat fis-sezzjoni 3 hawn taħt.

Bl-iffaċilitar ta' l-aċċess għall-faċilitajiet tiegħu minn riċerkaturi Ewropej u dawk mhux Ewropej, inklużi xjentisti fi stadju bikri, il-JRC se jżid il-kooperazzjoni tiegħu ma' organizzazzjoniet oħra ta' riċerka pubbliċi u privati, itejjeb b'mod konsistenti l-kwalità xjentifika ta' l-attivitajiet tiegħu stess u jikkontribwixxi b'mod aktar xjentifiku għat-taħriġ, li ser jibqa' ta' prijorità għolja għall-JRC.

It-tixrid ta' għarfien fost il-partijiet interessati involuti f'dan il-proċess se jirrappreżenta karatteristika ewlenija ta' l-approċċ u għandhom isiru sforzi biex jiżdied l-involviment ta' l-SMEs f'azzjonijiet ta' riċerka. L-attivitajiet se jkunu mmirati wkoll lejn l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-legislazzjoni u għat-tixrid ta’ l-aħjar prattiċi fil-kuntest ta' l-UE25, Pajjiżi Kandidati u Ġirien.

Il-JRC se jirrispondi għas-sejħa ta’ “regolamentazzjoni aħjar” ta’ l-aġenda ta’ Liżbona l-ġdida billi jsostni ex-ante kif ukoll ex-post l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-politika, sabiex b’hekk jgħin l-inizjattivi ta' politika bbażati fuq l-evidenza. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti maħruġa fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika se jwasslu għat-twaqqif ta’ attivitajiet ta’ appoġ tajbin għall-iskop safejn dawn ikunu bbażati fuq ir-riċerka.

Sfidi ġodda assoċjati mal-ħtieġa dejjem akbar għal reazzjoni għall-kriżijiet, l-emerġenzi, u l-imperattivi politiċi urġenti se jintlaħqu bil-bini ta’ kapaċitajiet u faċilitajiet f’oqsma magħżula sabiex ikun ipprovdut sostenn adegwat fil-kuntest ta’ l-UE.

Linji politiċi esterni u relatati mas-sigurtà Komunitarji se jeżerċitaw domandi ġodda fuq il-JRC matul is-seba' Programm Kwadru. Dawn l-oqsma ta’ ħidma se jkunu appoġġati b’sistemi interni ta’ informazzjoni/analiżi sikuri u interni biex jirrispondu minnufih. Bl-istess raġunament, id-dimensjoni globali u internazzjonali tal-ħidma tal-JRC se tkompli tiżviluppa aktar fil-programm preżenti.

Parti speċifika tar-riżorsi tal-JRC hija dedikata għar-riċerka esploratorja, għall-iżvilupp ta' għarfien u kompetenzi ġodda. Ir-riżorsi huma investiti f’riċerka esploratorja bħala “seed money” (flus allokati għal proġett) li jistgħu jipproduċu riżultati prattiċi fi stadju iktar “il quddiem” u, jekk ikollhom suċċess, se jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-JRC minn medda ta’ żmien medju għal twil.

Meta mitlub fil-kuntest ta’ l-appoġġ għall-oqsma tematiċi ta' linji politiċi, il-JRC se jimpenja ruħu f’eżerċizzji speċifiċi li jwasslu għal sfruttament aħjar (inkluż it-tixrid meta xieraq) ta' riżultati tar-riċerka relevanti madwar l-UE kollha. B’hekk, se jsaħħaħ il-benefiċċji tas-soċjetà ta’ l-għarfien. Fejn u meta xieraq, ir-riċerka mwettqa mill-JRC għandha tkun koordinata mar-riċerka mwettqa taħt it- “Temi” tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”, sabiex jiġu evitati sovrapożizzjoni u duplikazzjoni.

3.   Attivitajiet

3.1.   Tema politika 1: Prosperità f'soċjetà msejsa fuq l-għarfien

3.1.1.   Aġenda 1.1 Kompetittività u Innovazzjoni

It-trawwim tal-kompetittività ta’ l-UE, it-trasparenza fis-suq intern u l-kummerċ se jinkisbu bil-produzzjoni u t-tixrid ta' referenzi aċċettati fuq livell internazzjonali u l-promozzjoni ta' sistema Ewropea komuni ta' kejl. Il-paragunar tar-riżultati tal-kejl se jkun imrawwem permezz ta' l-għoti ta' għodod għall-assigurazzjoni tal-kwalità bħal materjal ta’ referenza, kejl ta’ referenza, metodi u data vvalidati f’firxa wiesgħa ta’ oqsma relatati mal-politika bħal:

is-sigurtà ta' sustanzi kimiċi u prodotti inklużi l-kosmetiċi, permezz ta' l-iżvilupp ta' sistema ta referenza għall-evalwazzjoni integrata tar-riskju kimiku u permezz ta' l-appoġġ Xjentifiku u Teknoloġiku għal-legislazzjoni tal-kimika inkluż l-appoġġ (it-taħriġ) għat-tlestija ta’ l-Aġenzija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi (ECA);

approċċi alternattivi ta' ittestjar (mhux fuq l-annimali) u strateġiji ta' l-ittestjar inteliġenti;

is-sigurtà, kwalità u awtentiċità ta' l-ikel; is-sigurtà ta' l-għalf; il-bijoteknoloġija;

l-enerġija (sorsi u trasportaturi ta’ enerġija iktar nadifa u rinnovabbli);

is-sigurtà u protezzjoni taċ-ċittadin;

l-ambjent u s-saħħa.

Din il-ħidma ta’ referenza se titmexxa f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri, il-korpi internazzjonali ta’ l-istandardizzazzjoni (ISO, CEN, Codex Alimentarius, AOAC), l-awtoritajiet regolatorji u l-industrija. Il-JRC għandu rwol ta’ Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza (Community Reference Laboratory [CRL]) fl-oqsma ta’ l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, materjali f’kuntatt ma’ l-ikel u additivi ta’ l-għalf u jieħu rwol bħala CRL f’iktar oqsma relatati mal-kompetenza tiegħu.

Il-JRC se jaħdem fuq l-iżvilupp ta' mudellar ekonometriku avvanzat u tekniċi ta' l-analiżi tas-sensitività f'firxa wiesgħa ta' oqsma tal-politika, f'mudellar makroekonomiku, analiżi fuq medda ta’ żmien qasir taċ-ċikli finanzjarji u tan-negozju u l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta’ indikaturi komposti.

Il-JRC se jkompli wkoll japplika l-għodod ekonometriċi u statistiċi finanzjarji fis-settur tas-servizzi finanzjarji (per eżempju, direttivi dwar Clearing u Ħlas u dawk bankarji). Se jibqa' involut f’varjetà ta’ inizjattivi billi jipprovdi appoġġ lill-evalwazzjonijiet ex anteex post (inklużi l-evalwazzjonijiet ta’ l-impatt) bl-iżvilupp ta' indikaturi speċifiċi u bit-twettiq ta' analiżi.

Il-JRC se jżid l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp tal-politika Komunitarja dwar il-kummerċ internazzjonali, b'enfasi partikolari fuq l-impatt tal-politika kummerċjali dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-kompetittività.

L-aġenda ta’ Liżbona għat-tkabbir u x-xogħol se tkun appoġġata b’analiżi soċjo-ekonomika kwantitattiva diretta – fir-rigward ukoll tal-prinċipju tar- “regolamentazzjoni mtejba” – f’għadd ta’ oqsma tal-politika bħall-istabbiltà u t-tkabbir markroekonomiċi, is-servizzi finanzjarji, l-aspetti tal-kompetittività, it-tagħlim matul il-ħajja u d-dimensjoni tal-kapital uman ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona, l-agrikoltura, it-tibdil fil-klima, l-enerġija sostenibbli u s-sistemi ta' trasport. Il-JRC se jikkontribwixxi għall-fehma aħjar tar-relazzjoni bejn l-għoti ta' l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet tas-soċjetà ta' l-għarfien, taċ-ċirkulazzjoni ta' l-għarfien, tal-fatturi li jaffettwaw l-ekwità fl-edukazzjoni u ta’ kif jista’ jinkiseb użu effiċjenti tar-riżorsi edukattivi.

Fil-qalba ta’ l-objettivi tal-kompetittività u ta’ l-ambjent jinsabu t-teknoloġiji eko-effiċjenti li se jkomplu jkunu identifikati u evalwati mill-Uffiċċju Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġis u b’kontribut lill-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Pjan ta' Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali. Il-kundizzjonijiet li taħthom dawn it-teknoloġiji jiżviluppaw se jkunu studjati, sabiex jiġu identifikati l-ostakoli għat-tixrid tagħhom, għall-valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni u l-użu u għall-analiżi tal-miżuri għat-titjib ta' l-applikazzjoni tagħhom.

Se jiġi pprovdut ukoll appoġġ lill-kompetittività permezz ta' attivitajiet bħal:

appoġġ għat-twaqqif u ż-żamma ta’ standards Ewropej bħall-Eurocodes, l-Euronorms, l-IEC, l-ISO norms u l-Materjali ta’ Referenza Ewropej;

l-iżvilupp ta’ standards għal sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali u ta’ sigurtà u aċċess armonizzat għad-data fil-kuntest ta’ l-INSPIRE (Infrastruttura għal Informazzjoni Spazjali fl-Ewropa) u l-GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà);

it-tisħiħ ta’ l-Infrastruttura Ewropea tal-Kejl permezz ta’ paraguni interlaboratorji bħala appoġġ lill-proċessi ta' akkreditazzjoni/ċertifikazzjoni.

Il-JRC se jipprovdi wkoll l-appoġġ xjentifiku/tekniku tiegħu għall-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju bħala għodda għall-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

3.1.2.   Aġenda 1.2 Żona Ewropea tar-Riċerka

Il-JRC se jikkontribwixxi direttament liż-Żona Ewropea tar-Riċerka billi jżid in-netwerking xjentifiku tagħha, it-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi, l-aċċess għall-infrastrutturi ta' riċerka u r-riċerka kollaborattiva. Se jipparteċipa fil-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, f'Inizjattivi Konġunti tat-Teknoloġija u fejn rilevanti fl-azzjonijiet ta’ l-Artikolu 169. Attenzjoni speċjali se tingħata lil imsieħba li se jiġu involuti fl-Istati Membri l-ġodda u fil-Pajjiżi Kandidati.

Il-JRC se jipprovdi appoġġ lit-tfassil tal-politika tar-riċerka bbażata fuq l-evidenza kemm f'livell Komunitarju kif ukoll f’dak ta’ l-Istati Membri.

L-appoġġ strateġiku għat-tfassil tal-politika tar-riċerka se jkun komplimentat billi jkunu pprovduti evalwazzjonjiet tat-teknoloġija tal-prijoritajiet tar-riċerka f’oqsma tematiċi individwali.

Il-konsolidazzjoni, l-iżvilupp u t-tixrid ta’ metodi ta’ tbassir tax-xjenza u t-teknoloġija wkoll se jkunu promossi fuq livell Ewropew.

3.1.3.   Aġenda 1.3 Enerġija u Trasport

Il-JRC se jiffoka l-attivitajiet tiegħu dwar l-enerġija fuq tranżizzjoni mingħajr tfixkil lejn sorsi u trasportaturi ta’ l-enerġija b’inqas kontenut ta’ karbonju u rinnovabbli (inkluż l-idroġenu), iżjed effiċjenza tas-sistemi ta’ l-enerġija u titjib fis-sikurezza u s-sigurtà tal-provvista ta’ l-enerġija. L-objettivi tal-JRC fis-settur ta’ l-enerġija huma:

li jipprovdi sistema sostenibbli ta’ referenza għall-enerġija li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-politika Komunitarja ma’ l-għarfien espert fix-Xjenza u t-Teknoloġija ta' l-innovazzjoni u l-evoluzzjoni teknoloġiċi (is-sorsi ta’ l-enerġija kollha u effiċjenza ta' l-enerġija ta' użu finali);

li jaġixxi ta' ċentru ta’ referenza għall-verifika tal-prestazzjoni pre-normattiva u ċ-ċertifikazzjoni tat-teknoloġiji magħżula (jiġifieri, fossili iktar nodfa, il-bijomassa, it-teknoloġija fotovoltajka, iċ-ċelluli ta' kombustjoni u l-idroġenu);

li jipprovdi informazzjoni dwar l-affidabilità tal-provvista enerġetika għall-Ewropa u dwar id-disponibbiltà ta' riżorsi ta' enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, il-JRC se jiffaċilita dibattitu ibbażat fuq il-fatti u tfassil ta' deċiżjonijiet infurmat dwar it-taħlita ta' enerġija xierqa biex tilħaq il-ħtiġijiet ta' enerġija Ewropej.

Il-JRC se jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta’ trasport sostenibbli fl-Ewropa billi jiffoka fuq:

l-ambjent b’riċerka dwar il-kontroll ta’ l-emissjonijiet u impatti relatati ma’ l-ekosistemi; il-potenzjal għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet minn teknoloġiji emerġenti taħt xenarji ta' politika differenti,

id-dimensjoni tekno-ekonomika mar-riċerka dwar l-evalwazzjoni ta’ esternalitajet, fjuwils u magni mtejba, kunċetti alternattivi ta’ vetturi u l-impatt ta’ l-innovazzjoni fuq il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku kif ukoll fuq l-evalwazzjonijiet ta’ l-għażliet dwar il-politika tat-trasport;

id-dimensjoni soċjali, b’attivitajiet li fihom riċerka fl-ippjanar spazjali u urban, l-impatti fuq is-saħħa u ħolqien ta' kuxjenza. L-isforzi se jkunu dedikati wkoll lejn l-aspetti ta’ sikurezza u sigurtà tat-trasport bl-ajru, bl-art u dak marittimu.

L-enerġija u t-trasport huma s-setturi ewlenin responsabbli għat-tniġġis li jaffettwa l-kwalità ta’ l-arja. Il-JRC se jappoġġa l-istrateġija tematika ta’ l-UE dwar it-tniġġis ta’ l-arja (CAFE Arja Nadifa għall-Ewropa) b’attenzjoni partikolari fuq il-karatterizzazzjoni u t-tqassim ta’ emissjonijiet minn varji sorsi b’appoġġ lejn l-iżvilupp ta’ strateġiji għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet. Se jsiru Armonizzazzjoni/Normalizzazzjoni ta' testijiet u metodoloġiji ta' referenza għat-tkejjil ta' l-emissjonijiet.

3.1.4.   Aġenda 1.4 Soċjetà ta’ l-informazzjoni

Il-JRC se jappoġġa l-formulazzjoni ta’ politika u strumenti tat-Teknoloġiji tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (IST) li jikkontribwixxu lejn soċjetà kompetittiva Ewropea ta’ l-għarfien billi jiġġeneraw analiżi u strateġiji prospettivi relatati mas-soċjetà ta’ l-għarfien. It-tkabbir, is-solidarjetà, l-inklużjoni u s-sostenibilità se jkunu punti għall-attenzjoni. Il-JRC se jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji marbuta mill-qrib ma’ jew li jibbenefikaw ħafna minn żviluppi tat-Teknoloġiji tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni. Dan ikopri l-applikazzjonijiet fl-e-business, l-e-health, is-sigurtà personali, l-ambjent tad-dar, l-e-learning, l-e-governance, u l-ambjent kif ukoll id-determinazzjoni tal-potenzjal għal żviluppi ġodda fil-ksib ta’ strateġija Ewropea ġenerali għat-tkabbir, l-inklużjoni u l-kwalità tal-ħajja u ICT għall-fiduċja u l-kunfidenza.

Il-JRC se jaħdem fuq il- “konverġenza” fil-qasam ta’ l-IST bil-mira li jevalwa l-impatt potenzjali fuq is-soċjetà f’termini ta’ kompetittività, privatezza, proprjetà u l-inklużjoni soċjali. L-applikazzjonijiet tal-konverġenza se jitmexxew fis-settur tas-saħħa (bijosensuri, nanoteknoloġiji u xjenzi konjittivi), sigurtà (sensuri, sigurtà pubblika u integrità personali) u ambjent (monitoraġġ tat-tekonoloġiji u ġestjoni ambjentali sostenibbli).

3.1.5.   Agenda 1.5 Life Sciences and Bio-technology

Ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġiji għandhom x’jaqsmu ma’ ħafna oqsma tal-politika fejn jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom lill-objettivi Komunitarji b’mod sinifikanti. Dan il-potenzjal huwa rikonoxxut ġeneralment fis-saħħa, fl-agrikoltura, fl-ikel, fl-ambjent u setturi oħra fejn l-appikazzjonijiet huma żviluppati b'mod mgħaġġel. Il-provvista ta’ materjal ta’ referenza u metodi validati jeħtieġu aċċess għal u kontroll ta’ firxa wiesgħa ta’ strumenti bijoteknoloġiċi avvanzati. Fil-kuntest tal-kollaborazzjoni tiegħu ma' organizzazzjonijiet nazzjonali kompetenti, il-JRC se jkompli jiżviluppa l-kompetenzi tiegħu f’dan is-settur fid-dawl tal-kuntest leġiżlattiv u regolatorju.

Partikolarment, il-JRC se jwettaq studji dwar l-impatt soċjo-ekonomiku ta' applikazzjonijiet magħżula ta' bijoteknoloġiji u xjenzi tal-ħajja b'appoġġ lejn il-legislazzjoni tal-futur. Bi sforz integrat fin-nanoteknoloġija, fiżika, bijoloġija u kimika applikati lil metodi ta’ individwazzjoni l-JRC se jikkontribwixxi lill-iżvilupp ta’ strateġiji u teknoloġiji ġodda għall-monitoraġġ ambjentali u sanitarju, l-istudji fl-(eko) tossikoloġija, il-kontroll u s-sikurezza fl-ikel u fil-katina alimentari.

L-attivitajiet se jkunu żviluppati inter alia fis-setturi li ġejjin:

1)

Il-bijoteknoloġija u aspetti relatati mas-saħħa:

il-provvediment ta' għodod għall-assigurazzjoni tal-kwalità għall-ittestjar ġenetiku;

studji dwar applikazzjonijiet dijanjostiċi bbażati fuq il-ġenomi u l-iżvilupp tad-drogi (eż. il-farmakoġenomija);

l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ metodi avvanzati għall-irfinar, it-tnaqqis u t-tibdil ta’ testijiet fuq l-annimali għall-farmaċewtiċi bijoteknoloġiċi, għat-tbassir tat-tossiċità tal-kimika permezz tat-tkabbir in vitro ta’ ċelluli, metodi throughput għolja u tossikoġenomija;

l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ metodoloġiji bijoinformatiċi ġodda b’appoġġ lejn l-approċċi ta’ l-“omics”, l-integrazzjoni tar-risponsi fiżjoloġiċi modulati b’suxxetibilità individwali u fatturi ta’ l-istil ta’ ħajja;

l-iżvilupp ta’ qafas metodoloġiku għall-konsiderazzjoni xierqa tal-modifikaturi tar-riskji fl-evalwazzjoni tar-riskju fuq saħħet il-bniedem;

l-evalwazzjoni ta’ l-impatti ambjentali u sanitarji tan-nanoteknoloġiji inkluża n-nano-tossikoliġija.

2)

Il-bijoteknoloġija fl-agrikoltura, fl-ikel u fl-għalf:

studji prospettivi dwar applikazzjonijiet bijoteknoloġiċi emerġenti fil-produzzjoni ta' l-ikel (eż. ikel funzjonali, annimali ta' l-irziezet ikklonati u “pharming” molekolari ta' prodotti tar-raba');

individwazzjoni, identifikazzjoni u kwantifikazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (GMO) (inkluża l-validazzjoni ta’ metodi ta’ throughput screening għolja, u għodod għall-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ GMOs tal-ġenerazzjoni li jmiss;

studju fug il-Koezistenza bejn Gml organizmi non GM; studji fug l-ekonomiji ta' organizmi GM.

3.2.   Tema politika 2: Is-solidarjetà u t-tmexxija responsabbli tar-riżorsi

3.2.1.   Aġenda 2.1 Żvilupp rurali, Agrikoltura u Sajd

Il-JRC bir-riċerka tiegħu se jappoġġa oqsma tal-politika Ewropea għall-Iżvilupp Rurali, l-Agrikoltura u s-Sajd li jkopru t-tliet dimensjonijiet tas-sostenibbiltà:

Aspetti ta' produzzjoni: appoġġ lill-implimentazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) (Skemi ta’ Ħlas Uniku, Cross compliance u Sistemi ta' Konsulenza Azjendali), inklużi s-Sistemi Integrati ta’ Amministrazzjoni u ta’ Kontroll għar-raba’ li jinħarat u reġistri permanenti għall-prodotti tar-raba’, u l-implimentazzjoni ta’ katast rurali/urban għall-appoġġ tas-suq u ta' l-investiment (bl-użu ta’ tekniki ta’ ppożizzjonar/navigazzjoni). Tbassir tal-produzzjoni agrikola bbażat fuq mudelli tas-simulazzjoni tat-tkabbir, tekniċi ta’ stħarriġ taż-żoni, ir-remote sensing u netwerk agrofenoloġiku. Appoġġ lill-implimentazzjoni ta’ sistema ta' assigurazzjoni tal-bdiewa ta’ l-UE. Sostenn lill-aspetti metodoloġiċi tas-sistema statistika l-ġdida ta’ l-agrikoltura ta' l-UE (inkluża l-LUCAS).

Aspetti ambjentali: l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u l-istudju ta' l-impatti u l-effettività tal-miżuri agro-ambjentali fuq il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u ta’ l-ilma, il-bijodiversità u l-pajsaġġi Ewropej. L-analiżi tar-rabtiet bejn l-iżvilupp agrikolu u rurali u l-oqsma tal-politika reġjonali u l-impatti tagħhom fuq it-tibdil ta’ l-użu ta’ l-art Ewropea permezz ta’ l-iżvilupp ta’ indikaturi u mudelli spazjali. L-evoluzzjoni ta' miżuri ta' promozzjoni għal kontribuzzjoni baxxa u agrikultura organika u fertilità tal-ħamrija. Appoġġ lill-iżvilupp ta' strateġiji territorjali immirati għall-implimentazzjoni ta' programmi għall-iżvilupp rurali. L-evalwazzjoni ta’ l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-agrikoltura fid-dawl tal-miżuri għall-adattament. Il-kontribut għat-trażżin ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG – greenhouse gas) permezz ta’ prodotti tar-raba' għall-enerġija u l-rkupru ta’ l-enerġija mill-iskart agrikolu.

Aspetti tal-produttur/konsumatur: Analiżi tal-politika ta’ strateġija f’setturi bħal: l-impatt tar-riforma tal-PAK fuq is-sostenibilità tas-sistemi ta’ produzzjoni agrikola; ir-reazzjoni ta’ l-agrikoltura għad-domandi tal-konsumatur: il-karatterizzazzjoni u l-kontroll ta’ l-ikel, l-impatt ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità (QA) u l-iskemi għaċ-ċertifikazzjoni mmaniġġati fi ħdan il-katini tal-provvista, u r-reazzjoni lejn l-istandards ta’ benesseri ambjentali u ta’ l-annimali; l-istima u l-analiżi ta’ l-impatt tal-politika tal-prodotti primarji agrikoli ewlenin Ewropej f’termini ta’ produzzjoni, suq dinji, prezzijiet, dħul u benesseri tal-konsumatur; l-impatt tal-bidla fil-politika kummerċjali u s-swieq tal-prodotti tad-dinja; il-linji politiċi agrikoli fl-iżvilupp rurali konġuntament ma' oqsma oħra tal-politika. Attenzjoni speċifika se tingħata lir-Riforma tal-PAK fl-Istati Membri l-ġodda u fil-Pajjiżi Kandidati u l-analiżi ta' l-impatti/effetti tal-linji politiċii ta' l-iżvilupp rurali.

L-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd se jkunu indirizzati billi tittejjeb il-kwalità u d-disponibbiltà f’waqtha ta' data xjentifika u bl-iżvilupp ta’ proċessi għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt ekonomiku u soċjali ta’ l-għażliet fil-ġestjoni. Se jintużaw teknoloġiji ġodda, inklużi l-identifikazzjoni ta’ l-oriġini tal-ħut ibbażata fuq l-analiżi tad-DNA, għall-identifikazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Attenzjoni se tingħata lill-tekniki li jiffavorixxu l-involviment tal-partijiet interessati. F’konformità mal-politika marittima emerġenti Komunitarja, il-fattibilità tas-servizzi żviluppati għas-sajd – bħall-monitoraġġ tal-bastimenti bir-remote sensing u rapurtaġġ elettroniku, se tkun estiża għall-identifikazzjoni tal-bastimenti tal-merkanzija. L-impatt ta’ settur ta’ l-akwakoltura li dejjem qed jikber, inkluż f'termini ambjentali, u soċjo-ekonomiċi, se jkun evalwat.

3.2.2.   Aġenda 2.2 Ir-Riżorsi naturali

Il-JRC qed jipparteċipa fil-ħidma lejn strateġija olistika relatata mal-monitoraġġ tal-bidliet u l-analiżi ta' l-impatti u l-pressjonijiet fuq ir-riżorsi naturali bil-għan li jkunu żviluppati kunċetti integrati għall-iżvilupp sostenibbli. Bi tkomplija ma’ l-Aġenda 2.1 din ir-riċerka se tkun allinjata mill-qrib mas-seba’ strateġiji tematiċi ambjentali ta’ l-UE. Se tagħti attenzjoni lill-qsim ta’ l-informazzjoni ambjentali u tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp tal- GMES billi jkollha rwol importanti fl-attivitajiet ta' riċerka tagħha. L-applikazzjonijiet se jkunu konformi mal-prinċipji INSPIRE.

Iktar fl-ispeċfiku, l-attivitajiet se jkunu kkonċentrati fuq:

Il-ġestjoni ta’ l-ilma fil-kuntest tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma u l-Politika Marittima b’attenzjoni lill-kwalità ekoloġika ta’ l-ilma intern u tal-kosta ta’ l-Ewropa, iċ-ċikli li jniġġsu, il-miżuri armonizzati ta’ kontaminanti kimiċi u bijoloġiċi, l-immudellar dinamiku u s-sistemi pan-Ewropej ta’ informazzjoni.

L-inizjattivi għall-ħarsien tal-ħamrija identifikati fid-Direttiva ta' Qafas dwar il-Ħamrija, b’konċentrazzjoni fuq it-titjib tal-fluss ta’ tagħrif dwar il-ħamrija fl-Ewropa, id-definizzjoni tal-kriterji u l-metodi komuni għad-deskrizzjoni taż-żoni ta' riskju ta' theddid tal-ħamrija, u strateġiji għas-sorveljanza tal-ħamrija.

L-approċċ ta' analiżi taċ-ċikli tal-ħajja biex jittraċċaw riżorsi mill-estrazzjoni permezz ta’ l-użu, ir-riċiklaġġ u rimi finali tal-materjali. Il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tar-riżorsi u l-materjali naturali, u l-impatt ambjentali u s-sostenibbiltà tal-prodotti taħt xenarji teknoloġiċi u ta’ politika differenti.

sistema ta’ sorveljanza tal-foresti fil-Komunità se tkun stabbilita b’tagħrif dwar in-nirien fil-foresti, ir-riżorsi ekoloġiċi tal-foresti u r-riżorsi tal-foresti. L-attivitajiet se jkopru l-indikaturi tal-bijodiversità fil-foresti, l-għodod għall-analiżi ta' l-impatti ta' wara l-ħruq, l-analiżi ta' l-interazzjonijiet tan-nirien fil-foresti, it-tipi ta’ ħamrija u t-tibdil fil-klima, u l-integrazzjoni ta’ informazzjoni relatata mar-riżorsi tal-foresti disponibbli mill-Istati Membri.

Il-provvista ta’ appoġġ tekniku kontinwu għall-iżvilupp ta’ l-INSPIRE: il-kontribut lis-sistema kondiviża ta’ informazzjoni ambjentali ta’ l-UE (b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenzija Ewropea ta’ l-Ambjent u l-ESTAT)

L-evalwazzjoni ta’ l-impatt ta’ programmi strutturali u ta’ koeżjoni u appoġġ lid-definizzjoni u l-evalwazzjoni tal-Politika Reġjonali Komunitarja permezz ta’ indikaturi territorjali fuq livell reġjonali u urban.

3.2.3.   Aġenda 2.3 Ambjent u Saħħa

Ir-rabta bejn l-ambjent u s-saħħa jirrappreżenta punt ta’ attenzjoni ġdid fuq livell Ewropew. Il-JRC se jikkontribwixxi lil dan il-qasam ta’ politika li qed jinbet bi:

żvilupp u l-validazzjoni tal-metodi għall-monitoraġġ tas-sensiela ta’ reazzjonijiet li jsiru f’organiżmu ħaj (pathways) u l-evalwazzjoni ta' l-esponiment: l-arja ambjentali (il-kwalità ta' l-arja), l-arja interna (prodotti, duħħan), l-ilma tax-xorb u l-ikel (inklużi l-materjali ta’ kuntatt, il-kontaminanti fil-katina alimentari). Kontribut lill-iżvilupp ta’ strateġija ta’ esponiment uman totali hija prevista primarjament fil-qasam kimiku;

evalwazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa permezz ta’ ħidma sperimentali, il-bijomonitoraġġ, l-analiżi tossikoġenomika, metodi komputazzjonali u għodod analitiċi.

l-isfruttament ta’ l-għarfien idderivat miż-żewġ punti ta’ hawn fuq sabiex jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp futur ta' sistema integrata ta' l-ambjent u s-saħħa, konformi mal-qafas ta' politika dwar informazzjoni fuq l-ambjent u s-saħħa li qed tkun żviluppata taħt il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE.

3.2.4.   Aġenda 2.4 Tibdil fil-klima

It-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta' serra huwa objettiv ċentrali tal-protokoll ta’ Kyoto. Għalhekk l-evalwazzjoni tal-potenzjal għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-GHG (miżuri ta' trażżin) f’qafas komuni huwa punt ewlieni fl-aġenda tal-JRC. L-evalwazzjoni tal-kwalità, il-verfika u l-analiżi tad-data ta’ l-emissjonijiet tal-GHG se jitmexxew, speċjalment f'setturi diffiċli bħall-agrikoltura u l-forestrija. Xogħol bħal dan se jindirizza l-kwistjoni tal-verifika fil-kuntest ta’ skemi ta’ skambju tal-karbonju.

L-adattament għat-tibdil fil-klima sar imperattiv u l-JRC se jkompli jiġbor u jevalwa data relatata ma’ l-impatti klimatiċi fuq bosta setturi vulnerabbli ta’ l-ekonomija Ewropea. Dan jinkludi l-agrikoltura, il-forestrija, ir-riżorsi ta' l-ilma u r-riskji naturali. L-evalwazzjoni tal-perikli relatati mat-tibdil fil-klima se jiffukaw fuq l-inċidenza fuq livell Ewropew ta’ għargħar, nixfiet, nirien fil-foresti, tempesti, deterjorament tal-kwalità ta’ l-arja u proċessi kostali u marittimi.

Jeħtieġ għarfien adegwat tas-sinjali u l-impatti tat-tibdil fil-klima madwar id-dinja. Metodi ta’ monitoraġġ globali se jkomplu jkunu żviluppati biex jevalwaw il-bidliet fl-atmosfera, l-oċeani u l-bijosfera ta' l-art li ġejjin minn jew huma riżultat tat-tibdil fil-klima. Dan ix-xogħol huwa parti mill-kontribut Ewropew lis-sistemi globali ta’ osservazzjoni formalment approvati mill-Konvenzjoni Kwadru dwar il-Bidla fil-Klima tan-NU (kontribut lis-Sistema Globali ta' l-Osservazzjoni tal-Klima). Xogħol simili se jindirizza l-verifika ta’ l-iskemi ta' skambju fil-karbonju assoċjati mal-mekkaniżmi flessibbli tal-Protokoll ta' Kyoto (l-Implimentazzjoni Konġunta u l-Mekkaniżmu għall-Iżvilupp Nadif) u reġimi futuri lil hinn mill-2010. Il-JRC se jimpenja ruħu fit-tielet fażi tal-programm TREES (Osservazzjonijiet ta' Ambjent ta' Ekosistema Tropikali bis-Satelliti), biex jaġġorna l-evalwazzjonijiet ta’ qabel tal-koperatura globali tal-foresti.

Il-JRC se jikkollabora ma’ ċentri ta’ mudellar oħra madwar l-Ewropa biex jiżviluppa xenarji ta’ skambju u analiżi tan-nefqa fir-rigward tal-benefiċċji. Ta’ relevanza partikolari għas-seba’ Programm Kwadru hija l-analiżi ta’ l-għażliet għall-perijodu post-Kyoto li se jiftaħ taħditiet dwar l-integrazzjoni ta' tal-politika dwar il-klima f’oqmsa settorjali tal-politika oħrajn.

3.3.   Tema politika 3: Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

3.3.1.   Aġenda 3.1 Sigurtà Interna

Il-JRC se jagħti appoġġ Xjentifiku u Tekonloġiku lil-linji politiċi Komunitarji relatati ma' l-istabbiliment taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u d-dwana, b'mod partikolari permezz ta' l-attivitajiet ta' riċerka tiegħu. Iċ-ċentru ta' l-attenzjoni se jkun fuq l-applikazzjoni tat-teknoloġija informatika u l-kompetenzi ta’ analiżi tas-sistemi tal-protezzjoni kontra l-kriminalità u l-frodi, il-kuntrabandu, it-traffikar illegali, il-protezzjoni taċ-ċittadini u ta' infrastrutturi kritiċi kontra t-terroriżmu; Sostenn tekniku lill-ġestjoni integrata tal-fruntieri (eż. l-interoperabilità) se jkun ipprovdut ukoll.

L-attivitajiet se jinkludu appoġġ lil:

il-kapaċità ta’ individwazzjoni u monitoraġġ tal-frodi kontra l-baġit Komunitarju u devjazzjoni tal-fondi permezz tal-ġbir ta' intelligence awtomatiku u metodi analitiċi avvanzati applikati lill-ġabriet kbar ta' data;

l-evalwazzjoni ta’ theddid u vulnerabilitajiet ta’ infrastrutturi kritiċi f’setturi ewlenin fuq livell ta’ l-Unjoni (eż. sistemi ta' informazzjoni, sistemi finanzjarji, impjanti industrijali, bini pubbliku, sistemi ta' trasport u infrastrutturi, netwerks ta' komunikazzjoni, netwerks finanzjarji, sistemi ta' navigazzjoni, elettriku u gass/infrastrutturi għaż-żejt, sistemi ta' tqassim ta' ikel, eċċ);

il-prevenzjoni, it-tlestija u l-ġestjoni tar-riskju ta’ xenarji kkawżati minn atti intenzjonati (sabutaġġ ta' installazzjonijiet industrijali, splużjonijiet, impatti, aġenti bijoloġiċi u kimiċi, attakki lis-sistemi ta’ l-ikel) fuq infrastrutturi;

sigurtà u ġestjoni tal-fruntieri permezz ta' standards u ttestjar għal sensuri bijometriċi, sistemi ta’ monitoraġġ għall-individwazzjoni tat-traffikar illegali, monitoraġġ tal-flussi migratorji;

ġbir ta’ informazzjoni fil-qasam tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru, bil-baħar, bit-triq, bl-użu ta’ teknoloġiji varji ta’ traċċar;

l-istruttura tal-kamra għall-kriżijiet ta' l-UE (ARGUS) u l-mekkaniżmi ta’ reazzjoni għall- kriżijiet.

3.3.2.   Aġenda 3.2 Diżastri u Reazzjoni

Fil-kuntest ta' diżastri u inċidenti naturali u teknoloġiċi, il-JRC se jrawwem kapaċità aħjar sabiex il-vulnerabilitajiet, ir-riskji, it-twissijiet bikrija, is-sistemi ta’ allarm, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-ħsarat, il-prevenzjoni u l-miżuri ta’ trażżin jinftiehmu u jiġu indirizzati. Partikolarment se jikkontribwixxi fit-titjib tal-kapaċità ta’ reazzjoni u ġestjoni tal-kriżi Komunitarja f’termini ta’ reazzjoni mgħaġġla, monitoraġġ, evalwazzjoni tal-ħsarat (eż. fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili u l-intervent tal-fond ta' Solidarjetà).

L-Uffiċċju għall-Perikli ta' Inċidenti Maġġuri se jikkontribwixxi għall-ġestjoni tas-sigurtà permezz tal-monitoraġġ ta' inċidenti u okkorrenzi u l-ġbir tat-tagħlimiet li ttieħdu, speċifikament f'installazzjonijiet Seveso II.

Fir-rigward ta’ diżastri naturali, il-JRC se jiffoka fuq l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twissija u allarm bikrija bl-użu ta' mudelli, teknoloġiji ta' osservazzjoni tad-dinja, u netwerks ta' kejl għal varjetà ta' sitwazzjonijiet madwar l-Ewropa kollha inklużi l-għargħar, in-nixfiet, it-tixridiet taż-żejt, terremoti, nirien fil-foresti, valangi, żerżieq ta' l-art u tempesti. Riskji b’ħafna perikli se jiġu studjati għall-baċir Mediterranju u tal-Baħar l-Iswed u t-trufijiet ta' l-Oċean Atlantiku. Ir-rapurtaġġ dwar u t-teħid ta’ tagħlimiet mid-diżastri naturali se jitkomplew. Ix-xogħol f’din l-aġenda se jitwettaq ukoll b’sostenn ta’ l-iżvilupp tas-servizzi GMES relatati mal-kriżijiet u l-emerġenzi.

3.3.3.   Aġenda 3.3 Sikurezza u Kwalità ta’ l-Ikel u l-Għalf

L-attivitajiet se jkunu konformi mal-kunċett “mill-Furketta sar-Razzett”. Il-JRC se jipprovdi l-validazzjoni tal-metodi u proċeduri armonizzati għal firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ ikel u għalf. Se jsaħħaħ ukoll il-kapaċità tiegħu li jindirizza kriżijiet fl-ikel u l-għalf bl-għarfien espert tiegħu fl-analiżi ta' l-ikel u l-għalf u billi jidħol f'setturi ġodda fejn hu meħtieġ. Se tingħata attenzjoni lill-kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari.

Setturi ta’ azzjoni speċifiċi se jkopru:

il-validazzjoni tal-bijoloġija molekolari u tekniki hyphenated għall-kontroll ta’ l-ikel u l-għalf eż. fis-settur ta’ l-allerġeni, ikel funzjonali u organiku;

setturi relatati ma’ l-ikel u s-saħħa fejn hija mistennija legislazzjoni fil-ġejjieni (eż. il-mikrobijoloġija, ikel funzjonali u organiku, allerġeni, dikjarazzjoni tas-saħħa fit-tikkettar);

setturi relatati mas-sikurezza ta’ l-għalf għal-legislazzjoni eżistenti (eż. awtorizzazzjonijiet għall-additivi fl-għalf);

il-mikrobijoloġija fl-ikel u l-għalf, il-validazzjoni tal-metodi ta’ individwazzjoni bijomolekolari għall-mikroorganiżmi, partikolarment għall-patoġeni fl-ikel u l-ilma;

il-validazzjoni tal-metodi analitiċi għall-individwazzjoni ta’ sustanzi projbiti, ta’ kontaminanti, additivi fl-għalf u proteini ta' l-annimali, il-konformità mad-Direttiva dwar it-tikkettar u d-deżinjazzjoni ta’ l-oriġini (eż. metodi iżotopiċi);

it-traċċabbiltà elettronika matul il-katina alimentari.

3.4.   Tema politika 4: L-Ewropa bħala sieħeb dinji

Il-JRC se jagħti l-appoġġ tiegħu lit-teħid ta' deċiżjonijiet Komunitarji fil-qafas ta' l-istrumenti ta' politika tar-relazzjonijiet esterni (kooperazzjoni fl-iżvilupp, kummerċ u strumenti li jirreaġixxu għall-kriżijiet u l-prevenzjoni tal-kunflitt b'mod paċifiku inklużi l-istrumenti għall-Istabilità u l-Għajnuna Umanitarja).

3.4.1.   Aġenda 4.1 Sigurtà Globali

Il-JRC, permezz tar-riċerka tiegħu, se jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu lir-rikostruzzjoni Komunitarja u l-programmi ta’ għajnuna umanitarja permezz ta’ teknoloġiji ġodda (inklużi l-ispazju, analiżi ġeo-spazjali, web intelligence, sistemi ta’ informazzjoni f’ħin reali) biex jaqdi bosta livelli ta’ intervent (mit-tlestija għar-reazzjoni mgħaġġla u operazzjonijiet fil-post) sabiex jindirizza l-identifikazzjoni ta’ kriżijiet minsija, twissija bikrija ta’ kriżijiet potenzjali, evalwazzjoni u sokkors ta’ ħtiġijiet umanitarji, rispons integrat għall-kriżi u evalwazzjoni tal-ħsarat post-kriżi. L-appoġġ lill-għajnuna umanitarja internazzjonali se jkun ipprovdut ukoll permezz ta' estensjoni tal-funzjonalitajiet tas-Sistema ta’ Allarm u Reazzjoni għad-Diżastri Globali, sabiex tkopri firxa wiesgħa ta’ diżastri naturali jkunu koperti b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Aġenziji tan-NU (speċjalment l-Uffiċċju għall-Koordinament ta’ Affarijiet Umanitarji tagħha).

Il-JRC se jwaqqaf database ġeo-spazjali globali u se jikkontribwixxi lejn is-servizzi (l-immappjar mgħaġġel) b’sostenn lill-ġestjoni tal-kriżi u s-sigurtà; l-interoperabilità tas-sistemi u ta’ l-istandards għall-appoġġ ta’ l-iskambju ta’ data bejn is-sistemi, primarjament mal-Kunsill SitCen u ċ-Ċentru Satellitari ta’ l-UE. Din l-attività se ssir fil-kuntest ta’ l-iżvilupp ta’ servizzi piloti tal-GMES fil-futur.

Il-JRC se jipprovdi appoġġ Xjentifiku u Teknoloġiku b'rabta ma' l-implimentazzjoni ta' miżuri fil-kuntest ta' l-Istrument għall-Istabbiltà maħsub, billi jindirizza sfidi trans-konfinali u kwistjonijiet ta' stabbiltà u sigurtà u medda itwal ta' żmien. Il-JRC se jaħdem fuq il-kwistjoni tal-proliferazzjoni ta’ armi tal-qerda tal-massa (WMD) u oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju, inklużi l-kontroll ta’ l-esportazzjoni, il-kontroll tal-fruntieri, is-sigurtà tal-katina tal-forniment, u l-istabbiliment ta’ profili tal-pajjiżi. Is-sistemi li se jkomplu jkunu żviluppati għal dak l-għan jinkludu sistemi tal-klassifikazzjoni tal-kontroll ta’ l-esportazzjoni, sistemi bbażati fuq l-intelligence, il-ħażna tad-data u għodod ta' intelligence multilingwistiċi għat-tiftix ta’ tagħrif fuq l-internet (multi-lingual web mining intelligence tools). Hija prevista integrazzjoni qawwija ma’ l-attivitajiet relevanti tal-JRC taħt il-programm speċifiku ta’ l-Euratom.

Metodi ta’ analiżi tar-remote sensing u sistemi għall-integrazzjoni u l-analiżi ta’ data minn sorsi multipli (inklużi l-osservazzjoni tad-dinja u sorsi miftuħa) huma ċentrali għal din l-istrateġija; dawn se jintużaw b’appoġġ lill-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tal-politika esterna tal-Komunità bħal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-proċess Kimberly u mekkaniżmi għall-monitoraġġ ta’ kummerċ illegali inkluż dak fl-injam u oġġetti b’użu doppju. Dawn l-attivitajiet se jikkontribwixxu lejn id-dimensjoni globali ta’ l-inizjattiva GMES.

3.4.2.   Aġenda 4.2 Kooperazzjoni fl-Iżvilupp

L-ewwelnett, se jitwaqqaf għall-ewwel Osservatorju għall-Iżvilupp u l-Ambjent Sostenibbli fl-Afrika, il-Karibew u l-pajjiżi tal-Paċifiku. Dijanjożi ambjentali u l-profili tal-pajjiżi, id-definizzjoni tax-xenarji u interazzjoni bejn l-oqsma tal-politika se jkunu t-tliet komponenti moqdija mill-ġbir ta’ informazzjoni u s-sistema ta’ komunikazzjoni li jinsabu fil-qalba ta’ l-Osservatorju. Il-forniment ta’ osservazzjoni fuq medda ta’ żmien twil ta’ riżorsi u parametri ambjentali (eż. dwar wiċċ l-art, il-kopertura tal-foresti, in-nirien, il-bijodiversità, iż-żoni tal-kosta, il-vulnerabbiltà klimatika, eċċ.) se jappoġġaw l-analiżi tax-xejriet. L-iżvilupp se jitwettaq b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-inizjattiva GMES u l-programm ta’ Sorveljanza ta’ l-Afrika għall-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli.

Il-komponent tal-monitoraġġ tal-prodotti tar-raba’ ta' l-osservatorju se jkun żviluppat fil-kuntest tas-sigurtà alimentari u l-inizjattiva Komunitarja dwar il-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli. Ix-xogħol tar-riċerka se jiffoka fuq metodi ġodda għall-evalwazzjoni tal-provvista u l-ħtiġijiet ta’ l-ikel, is-sistemi ta’ informazzjoni tas-sigurtà alimentari u evalwazzjonijiet tal-vulnerabbiltà.

Il-prodotti aħħarin mogħtija se jkunu “immexxija mil-klijent”, jiġifieri, f’dan il-każ partikolari se jkunu maħsuba b’tali mod li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-Pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitmexxew minnhom.

Se tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ l-atturi ewlenin (l-UNEP, il-FAO, EUMETSAT, WFP, ESA GMES-GMFS).

Aspetti etiċi

Waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-programm speċifiku u fl-attivitajiet ta' riċerka li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu, inter alia, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità u tal-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll il-ħarsien ta' l-annimali u ta' l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-aħħar verżjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, il-linji ta' gwida u l-kodiċi ta' kondotta, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-Protokoll Addizzjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma tal-bniedem u drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Ser jittieħed ukoll kont ta' l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda (mill-1998).

B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-diversità ta' approċċi eżistenti fl-Ewropa, il-parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regolamenti etiċi attwali fil-pajjiżi fejn titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor partikolari ma tiġi appoġġata mill-finanzjament Komunitarju sabiex titwettaq f'dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Fejn xieraq, dawk li jwettqu proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku. Reviżjoni etika ser tiġi wkoll implimentata sistematikament mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw ma' kwistjonijiet etikament sensittivi jew fejn aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi reviżjoni etika tista' sseħħ matul l-implimentazzjoni ta' proġett.

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali anness għat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kull rigward lill-ħtiġiet tal-benesseri ta' l-annimali meta tifformula u timplimenta linji politiċi Komunitarji inkluża r-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħrajn xjentifiċi (9) teħtieġ li l-esperimenti kollha jkunu maħsuba b'tali mod li jevitaw dieqa u uġigħ u tbatija mhux meħtieġa għall-annimali sperimentali; li jintuża numru minimu ta' annimali; u li jiġu involuti annimali bl-aktar grad baxx ta' sensittività newropsikoloġika; li jiġu kkawżati l-inqas uġigħ, tbatija, dieqa jew ħsara dejjiema. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-għanijiet jistgħu jiġi ġġustifikati etikament u l-kondizzjonijiet huma tali li l-benesseru ta' l-annimali jiġi ggarantit u jiġu rispettati l-prinċipji ta' bijodiversità.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, ser ikun hemm monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni tal-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp.


(1)  Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Novembru 2006 (għada mhux pubblikata fil-ĠU).

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 10.

(1)  ĠU L 912, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1, kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 13.8.2006, p. 3).

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(6)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(7)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(8)  Riċerka dwar it-trattament tal-kanċer tal-gonadi tista’ tkun iffinanzjata.

(9)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

139


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007 – 2011)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Id-Deċiżjoni 2006/976/Euratom għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal- Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007 – 2011)

(2006/976/Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku.

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011) (3) (minn hawn “il quddiem imsejjaħ”il-Programm Kwadru'), il-Programm Kwadru għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiffissaw it-tul tagħhom u jipprovdu għall-mezzi meqjusa meħtieġa.

(2)

Il-Programm Kwadru huwa strutturat f'żewġ tipi ta' attivitajiet: (i) azzjonijiet indiretti fir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni u riċerka dwar il-fissjoni nukleari u l-ħarsien mir-radjazzjoni, u (ii) attivitajiet diretti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fil-qasam ta' l-enerġija nukleari. L-attivitajiet taħt (i) għandhom ikunu implimentati b'dan il-programm speċifiku.

(3)

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' l-intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka, għall-Programm Kwadru (minn hawn 'il quddiem imsejħa’r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid’) għandhom japplikaw għal dan il-programm.

(4)

Il-Programm Kwadru għandu jikkumplimenta azzjonijiet oħra ta' l-UE fil-qasam tal-politika tar-riċerka li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma' dawk dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

(5)

B'referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2004 li temenda d-direttivi għan-negozjati dwar l-ITER (Reattur Sperimentali Nukleari Internazzjonali), it-twettiq ta' l-ITER fl-Ewropa, f'approċċ usa' għall-enerġija mill-fużjoni, għandu jkun il-karatteristika ċentrali ta' l-attivitajiet ta' riċerka dwar il-fużjoni li jitwettqu taħt il-Programm Kwadru.

(6)

L-attivitajiet ta' l-UE bħala kontribut għat-twettiq ta' l-ITER u, b'mod partikolari, dawk meħtieġa għal bidu tal-kostruzzjoni ta' l-ITER f'Cadarache u t-twettiq tar-R&D dwar it-Teknoloġija ta' l-ITER waqt il-Programm Kwadru, għandhom jitmexxew minn intrapriża konġunta skond it-tifsira tat-Titlu II, Kapitlu 5 tat-Trattat.

(7)

Ċerti aspetti tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija tal-fissjoni nukleari jistgħu wkoll ikunu adattati għall-implimentazzjoni permezz ta' Intrapriżi Konġunti stabbiliti taħt it-Titolu II, Kapitolu 5 tat-Trattat.

(8)

Skond l-Artikolu 101 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet għadd ta' ftehimiet internazzjonali fil-qasam tar-riċerka nukleari u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-programm speċifiku għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta' proġett, u abbażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika.

(9)

Attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' l-etika fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(10)

Il-Programm ta' Qafas għandu jikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.

(11)

Għandha tiġi żgurata tmexxija finanzjarja tajba tal-Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u faċli biex jintuża possibbli, waqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-aċċessibilità tal-programm għall-parteċipanti kollha, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 (5) li jistipula r-regola ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kwalunkwe emenda futura.

(12)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – b'mod proporzjonali ma' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej – biex jiġu monitorati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati rregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6), (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (7) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (8).

(13)

Kull qasam tematiku għandu jkollu sezzjoni tal-baġit għalih fil-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(14)

Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll, inter alia, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza tal-proċessi ta' reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi mqabbda għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta' dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Mġiba għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura volontarja tagħha.

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Il-programm speċifiku għal riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ fl-oqsma ta' l-Enerġija mill-Fużjoni, il-Fissjoni Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru ta' l- Euratom, minn hawn 'il quddiem il-“Programm Speċifiku”, huwa b'dan adottat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġa l-attivitajiet għal riċerka u taħriġ dwar l-enerġija nukleari, li jappoġġaw il-firxa sħiħa ta' azzjonijiet ta' riċerka mwettqa fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

(a)

riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni;

(b)

riċerka dwar il-fissjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni.

L-għanijiet u d-deskrizzjoni ġenerali ta' dawk l-attivitajiet jingħataw fl-Anness I.

Artikolu 3

Skond l-Artikolu 3 tal-Programm Kwadru, l-ammont meqjus meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun ta' EUR 2 234 miljun, li minnhom sa 15 % għandhom ikunu għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni. Dan l-ammont għandu jitqassam kif ġej:

Riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni (9)

1 947

Fissjoni nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni

287

Artikolu 4

L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-programm speċifiku għandhom jitwettqu f'konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

Artikolu 5

1.   Il-programm speċifiku għandu jkun implimentat permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament stabbiliti fl-Anness II għall-Programm Kwadru.

2.   Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid għandhom japplikaw għal dan il-Programm Speċifiku.

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li jistabbilixxi f'aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi mniżżla fl-Anness, l-iskemi ta' finanzjament li għandhom jintużaw għas-suġġett li dwaru hemm sejħa għal proposti, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni.

2.   Il-programm ta' ħidma għandu jieħu kont ta' l-attivitajiet ta' riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, l-Istati Assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Huwa għandu jkun aġġornat fejn xieraq.

3.   Il-programm ta' ħidma ser jispeċifika l-kriterji li fuqhom jiġu valutati l-proposti għal azzjonijiet indiretti taħt l-iskemi ta' finanzjament u jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji ser ikunu dawk ta' l-eċċellenza, l-impatt u l-implimentazzjoni u fi ħdan dan il-qafas, ħtiġiet, fatturi ta' peżar u limiti addizzjonali jistgħu jkunu speċifikati aktar jew komplementati fil-programm ta' ħidma.

4.   Il-programm ta' ħidma jista' jidentifika:

(a)

organizzazzjonijiet li jirċievu sottoskrizzjonijiet fil-forma ta' ħlas għal sħubija;

(b)

azzjonijiet ta' appoġġ għall-attivitajiet ta' entitajiet legali speċifiċi.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku.

2.   Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku l-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat konsultattiv. Il-membri ta' dan il-kumitat jistgħu jvarjaw skond is-suġġetti differenti fuq l-aġenda tal-kumitat. Għal aspetti relatati mal-fissjoni, l-kompożizzjoni ta' dan il-kumitat u r-regoli dettaljati tat-tħaddim u l-proċeduri applikabbli għalih għandhom ikunu kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 84/338/Euratom, KEFA, KEE tad-29 ta' Ġunju 1984 dwar strutturi u proċeduri għat-tmexxija u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni Komunitarja (10). Għall-aspetti relatati mal-fużjoni dawn għandhom ikunu kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1980 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-programm ta' fużjoni (11).

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat fuq bażi regolari dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, u għandha tipprovdilu informazzjoni f'waqtha dwar l-attivitajiet tar-Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku (RŻT) kollha li huma proposti jew iffinanzjati taħt dan il-programm.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-reviżjoni indipendenti previsti fl-Artikolu 6 tal-Programm Kwadru li għandhom isiru fir-rigward ta' l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-Programm Speċifiku.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, LINJI WESGĦIN TAT-TEMI U L-ATTIVITAJIET

1.   Introduzzjoni

L-enerġija nukleari attwalment tiġġenera terz ta' l-eletriċità kollha kkunsmata fl-UE u, bħala l-aktar sors sinifikattiv ta' elettriċità ta' tagħbija bażi li, matul il-funzjonament ta' impjant ta' l-enerġija nukleari, ma jemittix CO2, tikkostitwixxi element importanti fid-dibattitu dwar il-mezzi għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u t-tnaqqis tad-dipendenza ta' l-Ewropa fuq l-enerġija impurtata.

Il-fużjoni għandha l-potenzjal li tagħti kontribut ewlieni għat-twettiq ta' provvista ta' enerġija sostenibbi u żgura għall-UE fi ftit għexieren ta' snin mil-lum wara l-penetrazzjoni tas-suq ta' reatturi ta' fużjoni kummerċjali u l-ITER huwa l-pass maġġuri li jmiss fil-progress lejn dan l-għan. It-twettiq tal-proġett ITER għalhekk huwa l-qofol ta’ l-istrateġija prezenti ta' l-UE, minkejja li jrid jiġi akkumpanjat minn programm Ewropew ta' RuZ b’saħħtu u ffokat biex iħejji għall-isfruttament ta’ l-ITER u biex jizviluppa t-teknoloġiji u l-bazi ta’ tagħrif li ser ikunu meħtieġa matul u lil hinn mit-tħaddim tiegħu.

Min-naħa l-oħra, il-fissjoni nukleari tibqa' għażla vijabbli għal dawk l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu minn din it-teknoloġija għal taħlita bbilanċjata tal-provvisti ta' l-enerġija tagħhom. L-attivitajiet ta' riċerka u taħriġ huma ta' l-akbar importanza biex jiġu żgurati livelli ta' sigurtà nukleari li huma għolja b'mod kontinwat kemm issa kif ukoll fil-futur, jinżamm il-progress lejn l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet sostenibbli għall-immaniġjar ta’ l-iskart, u jitjiebu l-effiċjenza u l-kompetittività tas-settur kollu kemm hu. Ir-riċerka fil-protezzjoni mir-radjazzjoni tikkostitwixxi aspett essenzjali ta' din il-politika, li tiżgura sigurtà mill-aħjar tal-pubbliku u tal-ħaddiema fl-applikazzjonijiet mediċi u industrijali kollha.

Fl-oqsma kollha, il-livell tajjeb ta' investiment fir-riċerka huwa essenzjali jekk l-Ewropa trid tibqa' kompetittiva; għal effettività massima dan jeħtieġ approċċ kombinat fil-livell ta' l-UE b'kooperazzjoni kontinwata bejn l-Istati Membri u sforzi sinifikanti biex jinżammu l-infrastrutturi, il-kompetenzi u l-għarfien espert. Ġeneralment, ir-riċerka ser tkun meħtieġa wkoll għall-esplorazzjoni ta’ opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u biex twieġeb b'mod flessibbli għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda li jqumu matul il-proċess tal-Programm Kwadru.

2.   Oqsma tematiċi tar-riċerka

2.1.   Enerġija mill-fużjoni

Il-bini ta’ l-ITER f’Cadarache fi Franza, u ta' proġetti ta' “Approċċ Usa'” biex jitħaffef l-iżvilupp ta' l-enerġija mill-fużjoni, ser isir fi ħdan il-qafas ta' kooperazzjoni internazzjonali. Ftehim internazzjonali dwar l-ITER ser jistabbilixxi l-Organizzazzjoni ITER. L-istabbiliment ta' l-ITER u ta' proġetti ta' Approċċ Usa', u l-isfruttament tagħhom flimkien ma' faċilitajiet oħra f'kollaborazzjoni internazzjonali ser jespandu tali kollaborazzjoni għal livell bla preċedent. Dan ser jipprovdi benefiċċji sinifikanti lill-Ewropa, partikolarment f'termini ta' effiċjenza u ta' tqassim possibbli ta' l-ispejjeż. L-Aġenzija Nazzjonali għall-ITER ser tkun stabbilita bħala Impriża Konġunta taħt it-Trattat ta' l-EURATOM. Hi ser tipprovdi l-mezzi sabiex l-EURATOM twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha taħt il-Ftehim ITER u biex tiżgura li l-EURATOM tipprovdi b'mod effiċjenti u koerenti l-kontribut Ewropew għall-ITER u għall-proġetti ta’ l-Approċċ Usa', inklużi l-attivitajiet ta’ R&Ż b'appoġġ għal dawn il-proġetti.

Il-pożizzjoni ewlenija li għandha l-Ewropa fir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni hija dovuta għall-programm Ewropew tal-fużjoni tat-tip taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ERA) li hu uniku u totalment integrat, flimkien ma' appoġġ sod u kontinwu mill-Komunità, koordinazzjoni mill-EURATOM, u l-iżvilupp tal-kapital uman fl-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni ta' l-EURATOM . L-Assoċjazzjonijiet tal-Fużjoni huma ċentri ta' eċċellenza fir-riċerka dwar il-fużjoni u għandhom network estensiv ta' kollaborazzjonijiet, il-parti l-kbira bbażati fuq il-faċilitajiet sperimentali tagħhom. L-izviluppi teknoloġiċi eċċellenti miksuba mill-EURATOM fil-kontribut tagħha għall-Attivitajiet ta' Disinn ta' l-Inġinerija ITER u l-isfruttament b’suċċess tal-faċilitajiet JET taw kontribut sinifikanti lejn aktar titjib tal-koezjoni soda tal-programm Ewropew tal-fuzjoni. Dan ta wkoll lill-Ewropa t-tagħrif u l-esperjenza meħtieġa għal sforzi kollaborattivi wesgħin fl-aspetti kollha tar-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni, inkluż it-twettiq ta' l-ITER u tal-proġetti ta' Approċċ Usa'. Waqt li jibnu fuq dawn il-kisbiet, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta' l-FP7 ser jizguraw li r-R&Ż jiġi kkoordinat b'mod effettiv u effiċjenti għat-twettiq ta' l-għanijiet tal-programm fuq medda ta' zmien fil-qrib u fit-tul.

L-izvilupp rapidu tal-fuzjoni jeħtieġ ukoll bazi industrijali wiesgħa biex jiġi zgurat l-uzu f’waqtu ta' l-enerġija mill-fuzjoni. L-industrija Ewropea diġà tat kontribut sostanzjali lill-Attivitajiet ta' Disinn ta' l-Inġinerija ITER. Matul l-FP7, l-industrija Ewropea, inklużi l-SMEs, ser ikollha rwol ċentrali fil-bini ta' l-ITER u ser tpoġġi lilha nfisha f'pożizzjoni li tipparteċipa bi sħiħ fl-iżvilupp tat-teknoloġiji ta' l-enerġija mill-fużjoni għal DEMO (power station“ta' dimostrazzjoni” ta' l-enerġija mill-fużjoni) u impjanti futuri ta' l-enerġija mill-fużjoni.

L-ITER u l-programm Ewropew ta' riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni ser jikkontribwixxu għal xi wħud mill-azzjonijiet urġenti identifikati fir-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli (ir-“Rapport Kok”) kif meħtieġ biex isir progress fl-istrateġija ta' Liżbona. B'mod partikolari, l-ITER ser jiġbed lejh l-aħjar xjenzjati u inġiniera fil-qasam tal-fuzjoni u l-industriji tat-teknoloġija għolja. Dan ser joħloq benefiċċji kemm għall-programm Ewropew tal-fuzjoni kif ukoll għall-bazi ġenerali ta' tagħrif xjentifiku u tekniku. Il-ħiliet u t-tagħrif li ser jinkisbu mill-industrija Ewropea fil-bini ta' sistemi u komponenti biex jilħqu l-ħtiġiet tekniċi esiġenti ħafna tat-tagħmir ta' l-ITER ser jgħinu biex iżidu l-kompetittività tagħha.

Objettiv Ġenerali

Biex tiġi żviluppata l-bażi ta' tagħrif għal, u biex jitwettaq l-ITER bħala l-pass ewlieni lejn, il-ħolqien ta' reatturi prototipi għal power stations li huma siguri, sostenibbli, ambjentalment responsabbli u ekonomikament vijabbli.

Attivitajiet

(i)   Ir-realizzazzjoni ta’ l-ITER

Dan jinkludi attivitajiet għat-twettiq konġunt ta' l-ITER bħala infrastruttura internazzjonali ta' riċerka, kif ġej :

Il-Komunità ser ikollha r-responsabbiltà speċjali fi ħdan l-Organizzazzjoni ITER li tospita l-proġett u ser ikollha rwol ewlieni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tħejjija tas-sit, l-istabbiliment ta' l-Organizzazzjoni ITER, il-ġestjoni u l-provvista tal-persunal, kif ukoll appoġġ ġenerali tekniku u amministrattiv.

Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-ITER bħala waħda mill-Partijiet ser tinkludi l-kontributi għall-bini ta’ tagħmir u installazzjonijiet li jinsabu fi ħdan il-perimetru tas-sit ta' l-ITER u meħtieġa għall-isfruttament tiegħu u appoġġ għall-proġett waqt li jkun qed jinbena.

L-attivitajiet ta' R&Ż li jappoġġaw il-bini ta' l-ITER ser jitwettqu fl-Assoċjazzjonijiet tal-fużjoni u l-industriji Ewropej. Dawn ser jinkludu l-iżvilupp u l-ittestjar tal-komponenti u s-sistemi.

(ii)   R&Ż bi tħejjija għat-tħaddim ta' l-ITER

Programm iffokat fuq il-fizika u t-teknoloġija ser ikollu l-għan li jikkonsolida l-għażliet tal-proġett ta' l-ITER u jħejji għal bidu rapidu tat-tħaddim ta' l-ITER, b'hekk inaqqas b'mod sinifikanti l-ħin u l-ispiża meħtieġa għall-ITER biex jilħaq l-objettivi bażiċi tiegħu. Dan ser jitwettaq permezz ta' attivitajiet sperimentali, teoretiċi u ta' mudellar ikkoordinati bl-użu tal-faċilitajiet JET u mezzi oħra tat-trażżin manjetiku, eżistenti, futuri jew dawk li qed jinbnew (Tokamaks, Stellarators, RFPs), u tagħmir ieħor fl-Assoċjazzjonijiet, huwa ser jiżgura li l-Ewropa jkollha l-impatt meħtieġ fuq il-proġett ta' l-ITER, u ser iħejji għal rwol Ewropew b'saħħtu fl-isfruttament tiegħu. Dan il-programm ser jinkludi:

valutazzjoni tat-teknoloġiji speċifiċi ewlenin għat-tħaddim ta' l-ITER permezz tat-tlestija u l-isfruttament tat-Titjib tal-JET (l-ewwel ħajt, sistemi ta' riskaldament, dijanjostiċi);

esplorazzjoni tax-xenarji tat-tħaddim ta' l-ITER permezz ta' esperimenti mmirati fuq il-JET u faċilitajiet oħra, u attivitajiet ta' mudellar ikkoordinati.

Fi stadju bikri ta' l-FP7, ser titwettaq reviżjoni tal-faċilitajiet fil-programm, waqt li tiġi eżaminata l-possibilità li jitneħħew gradwalment il-faċilitajiet eżistenti, u titqies il-ħtieġa għal tagħmir ġdid b'mod parallel ma' l-isfruttament ta' l-ITER. Ir-revizjoni ser tintuza bħala bazi għall-appoġġ possibbli ta' tagħmir ġdid jew imtejjeb sabiex jiġi zgurat li l-programm izomm sett xieraq ta' faċilitajiet tal-fuzjoni għar-RuZ rilevanti.

(iii)   Attivitajiet ta' teknoloġija bi tħejjija għad-DEMO

Teknoloġiji u materjali ewlenin meħtieġa għal-liċenzjar, il-bini u t-tħaddim ta' l-impjant ta' l-enerġija DEMO ser jiġu żviluppati aktar fl-Assoċjazzjonijiet u fl-industrija sabiex jiġu ttestjati fl-ITER u biex l-industrija Ewropea titqiegħed f’pożizzjoni li tkun tista' tibni d-DEMO u tiżviluppa impjanti ta' l-enerġija mill-fużjoni fil-futur. Ser jiġu implimentati l-attivitajiet li ġejjin:

l-istabbiliment ta' grupp tal-proġett speċjalizzat u l-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet għat-Tisħiħ u d-Disinn ta' l-Inġinerija (Engineering Validation and Engineering Design Activities [EVEDA]) biex iħejji għall-bini tal-Faċilità Internazzjonali għall-Irradjazzjoni ta' Materjali tal-Fużjoni (International Fusion Materials Irradiation Facility [IFMIF]), li ser tintuża għall-ittestjar ta' materjali għal power station ta' l-enerġija mill-fużjoni – pre-kondizzjoni essenzjali għal-liċenzjar tad-DEMO;

l-iżvilupp, l-ittestjar ta' l-irradjazzjoni u l-immudellar ta' materjali b'attivazzjoni baxxa u reżistenti għar-radjazzjoni; l-iżvilupp tat-teknoloġiji ewlenin meħtieġa għat-tħaddim ta' impjanti ta' l-enerġija mill-fużjoni, inklużi kutri; attivitajiet ta' disinn kunċettwali tad-DEMO, inklużi aspetti ta' sigurtà u ambjentali.

(iv)   Attivitajiet ta' R&Ż għall-medda ta' żmien aktar fit-tul

Waqt li jibni fuq l-attivitajiet immirati speċifikament lejn l-ITER u d-DEMO, il-programm tal-fużjoni ser jiżviluppa kompetenzi u jkabbar il-bażi ta' tagħrif fl-oqsma li huma strateġikament rilevanti għall-power stations ta' l-enerġija mill-fużjoni tal-futur. Dawn l-attivitajiet ta' riċerka ser iwasslu għal fattibilità teknika mtejba u vijabilità ekonomika ta' l-enerġija mill-fużjoni. L-attivitajiet speċifiċi għal dawn l-għanijiet fis-Seba' Programm Kwadru ser jinkludu:

kunċetti mtejba għall-iskemi tat-trażżin manjetiku ser jiġu studjati fuq dawk il-kunċetti li joffru potenzjal ta' reattur għoli, inklużi stellarators. Work will concentrate on completion of the W7-X stellarator; utilisation of existing devices for expansion of the experimental databases; and appraisal of the future perspectives for these configurations;

programm sperimentali tal-fiżika tal-fużjoni ser jitwettaq bl-objettiv li jitwettaq fehim komprensiv tal-plażmi tal-fużjoni mmirat lejn li jsir l-aħjar użu tad-disinn tal-power station;

ser jitmexxew teorija u aktar immudellar bl-għan aħħari ta' fehim komprensiv tal-plazmi tal-fuzjoni għar-reatturi;

ser isiru studji dwar l-aspetti soċjoloġiċi u dwar l-ekonomija tal-produzzjoni ta' l-enerġija mill-fużjoni, u ser jitmexxew azzjonijiet immirati għall-promozzjoni ta' kuxjenza pubblika u l-fehim tal-fużjoni;

ser tkompli l-attività eżistenti fl-Enerġija mill-Fużjoni Inerzjali, li żżomm dritt ta' osservazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka ċivili ta' l-Istati Membri dwar it-trażżin inerzjali.

(v)   Riżorsi umani, edukazzjoni u taħriġ

L-iżgurar ta' riżorsi umani xierqa u livell għoli ta' kooperazzjoni fi ħdan il-programm, għall-ħtiġijiet ta' l-ITER kemm għall-medda ta' żmien immedjat kif ukoll għal dik ta' żmien medju, u għal aktar żvilupp tal-fużjoni, ser jiġi indirizzat permezz ta':

l-appoġġ għall-mobilità ta' riċerkaturi bejn l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-programm, sabiex jippromwovu kollaborazzjoni u integrazzjoni mtejba tal-programm, u biex iħeġġu l-kooperazzjoni internazzjonali;

it-taħriġ ta’ livell għoli għal inġiniera u riċerkaturi f'livell ta' wara l-ewwel grad u wara d-dottorat, inkluż l-użu ta' faċilitajiet fil-programm bħal pjattaformi ta' taħriġ u ta' seminars u workshops speċjalizzati Għandhom jittieħdu azzjonijiet sabiex titrawwem il-kooperazzjoni bejn il-parteċipanti fil-programm fl-edukazzjoni ogħla, li jista' jinkludi korsijiet tal-masters u tad-dottorat fil-Fiżika u Inġinerija għall-Fużjoni;

il-promozzjoni ta' l-innovazzjoni u l-iskambju ta' għarfien espert ma' universitajiet, istituti ta' riċerka u industrija relatati;

l-inkoraġġiment fil-ġenerazzjoni tal-privattivi.

(vi)   Infrastrutturi

It-twettiq ta' l-ITER fl-Ewropa, fil-qafas internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni ITER, ser ikun element ta’ l-infrastrutturi ta’ riċerka ġodda b'dimensjoni Ewropea qawwija.

(vii)   Proċessi ta’ trasferiment tat-teknoloġija

L-ITER ser ikun jeħtieġ strutturi organizzattivi ġodda u aktar flessibbli biex jippermettu li l-proċess ta' innovazzjoni u l-progress teknoloġiku li hu joħloq ikun trasferit malajr lejn l-industrija, sabiex l-isfidi li jippermettu li l-industrija Ewropea ssir aktar kompetittiva jkunu jistgħu jintlaħqu.

(viii)   Ir-rispons għal ħtiġijiet ta’ politika li jitfaċċaw jew li huma imprevedibbli

Programm “mgħaġġel” ta' l-iżvilupp tal-fużjoni jista' jqiegħed l-enerġija mill-fużjoni aktar kmieni fuq is-suq, bħala parti minn politika usa' li tindirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija ta' l-Ewropa, it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli. L-objettiv primarju u pass ewlieni ta' dan il-programm “mgħaġġel” ikun it-twettiq aktar bikri tad-DEMO. Fl-FP7, dan ikun jinvolvi attivitajiet u proġetti integrati fl-Approċċ Usa' għall-enerġija mill-fuzjoni fuq livell internazzjonali, li ttieħdu mill-EURATOM f’kollaborazzjoni ma' l-imsieħba fl-ITER.

2.2.   Fissjoni nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni

Ser jittieħdu azzjonijiet indiretti fil-ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. L-objettiv ġenerali hu t-titjib b'mod partikolari tal-prestazzjoni tas-sigurtà, l-effiċjenza tar-riżorsi u l-effettività meta mqabbla mal-prezz tal-fissjoni nukleari u ta' l-użi tar-radjazzjoni fl-industrija u fil-mediċina. Madankollu, jezistu rabtiet trasversali importanti matul il-programm kollu, u għandu jittieħed kont xieraq ta' l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet differenti. F'dan ir-rigward huwa kruċjali l-appoġġ għall-attivitajiet ta' taħriġ u għall-infrastrutturi ta’ riċerka. Il-ħtiġijiet tat-taħriġ għandhom jikkostitwixxu aspett ewlieni tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-Komunità f'dan is-settur, u dawn flimkien ma' l-appoġġ għall-infrastrutturi ser ikunu komponent essenzjali fl-indirizzar tal-kwistjoni tal-kompetenza nukleari.

Tinħtieġ perspettiva Ewropea komuni dwar problemi u approċċi ewlenin skond il-ħtiġijiet tat-tisħiħ taz-Zona Ewropea tar-Riċerka. Ser jiġu stabbiliti kollegamenti fost il-programmi nazzjonali u ser jiġi mħeġġeġ in-networking ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u ma' pajjiżi terżi inklużi l-Istati Uniti, l-NIS, il-Kanada u l-Ġappun. Fejn hemm interess Komunitarju ċar, l-EURATOM għandu jkollha rwol sħiħ f'forums eżistenti li jikkoordinaw l-attivitajiet tar-R&ŻT (riċerka u żvilupp teknoloġiku) fuq livell internazzjonali. Il-koordinazzjoni ser tiġi garantita ukoll fejn xieraq mal-programm ta' azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC f'dan il-qasam kif ukoll ma' azzjonijiet indiretti taħt ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni.

Huwa importanti wkoll li jiġu stabbiliti kollegamenti mar-riċerka fil-Programm Kwadru tal-KE, b'mod partikolari fl-attivitajiet ta' l-istandards Ewropej, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni ta' l-ambjent, ix-xjenza tal-materjali, il-governanza, l-infrastrutturi komuni, is-sigurtà, il-kultura tas-sigurtà u l-enerġija. Il-kollaborazzjoni internazzjonli ser tkun karatteristika ewlenija ta' l-attivitajiet f'ħafna mill-oqsma tematiċi.

(i)   Ġestjoni ta' l-iskart radjuattiv

Objettivi

Permezz ta' RŻT orjentata lejn l-implimentazzjoni, l-attivitajiet għandhom l-għan li jistabbilixxu bażi xjentifika u teknika soda biex juru t-teknoloġiji u s-sigurtà tar-rimi u l-ħżin ta' karburant użat u ta' skart radjuattiv b'ħajja twila f’formazzjonijiet ġeoloġiċi, li jsaħħu l-iżvilupp ta' perspettiva Ewropea komuni dwar il-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-ġestjoni u r-rimi u l-ħżin ta' l-iskart, u li jinvestigaw il-metodi għat-tnaqqis ta' l-ammont u/jew tar-riskju ta' l-iskart b'separazzjoni u transmutazzjoni jew b'metodi ta' teknika oħra.

Attivitajiet

Rimi u ħżin ġeoloġiku: Ir-RŻT fil-qasam tar-rimi jew il-ħżin ġeoloġiku ta' skart radjuattiv ta' livell għoli u/jew b'ħajja twila li jinvolvi studji fl-inġinerija u dimostrazzjoni ta' disinji repożitorji, karatterizzazzjoni in-situ ta' blat ospitanti repożitorju (f'laboratorji tar-riċerka taħt l-art kemm ġeneriċi kif ukoll speċifiċi għas-sit), fehim ta' l-ambjent repożitorju, studji dwar proċessi rilevanti fiż-żoni fil-viċin (għamla ta' l-iskart u ostakoli artifiċjali) u fiż-żoni mbiegħda (sodda tal-blat u passaġġi għall-bijosfera), żvilupp ta' metodoloġiji robusti għall-valutazzjoni ta' l-eżekuzzjoni u s-sigurtà u investigazzjoni ta' governanza u kwistjonijiet tas-soċjetà relatati ma' l-aċċettazzjoni mill-pubbliku.

Separazzjoni u Transmutazzjoni: Ir-RŻT fl-oqsma tekniċi kollha ta' separazzjoni u transmutazzjoni (S&T) li jistgħu jkunu l-bażi għall-iżvilupp ta' faċilitajiet pilota u sistemi ta' dimostrazzjoni għall-proċessi ta' separazzjoni u transmutazzjoni l-aktar avvanzati, li jinvolvu sistemi sub-kritiċi u kritiċi, bil-għan li jitnaqqsu l-volumi u r-riskju ta' skart radjuattiv ta' livell għoli u b'ħajja twila li joħroġ mit-trattament ta' karburant nukleari użat. Ir-riċerka ser tesplora wkoll il-potenzjal ta' kunċetti li jiġġeneraw inqas skart fil-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari, inkluż l-użu aktar effiċjenti ta' materjal fissili f'reatturi eżistenti.

(ii)   Sistemi ta' reatturi

Objettivi

L-għanijiet ta' dawn l-azzjonijiet huma li jiżguraw it-tħaddim kontinwat u sigur tat-tipi rilevanti kollha ta' installazzjonijiet eżistenti u, bħala kontribut lejn it-titjib tad-diversità u s-sigurtà tal-provvista u l-ġlieda kontra r-riskaldament globali, li jesploraw il-potenzjal ta' teknoloġija aktar avvanzata biex tagħti sfruttament ta' l-enerġija nukleari jerġa' aktar sigur, aktar effiċjenti fir-rigward ta' riżorsi u aktar kompetittiv.

Attivitajiet

Sigurtà ta' installazzjonijiet nukleari: Ir-RŻT fis-sigurtà tat-tħaddim ta' installazzjonijiet nukleari attwali u futuri, speċjalment il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-ħajja ta' l-impjanti, il-kultura tas-sigurtà (jiġi minimizzat ir-riskju ta' żball uman u organizzattiv), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sigurtà, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' inċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jagħtu l-aħjar ġestjoni tat-tagħrif u jżommu l-livell tal-kompetenzi.

Sistemi nukleari avvanzati: Ir-R&ŻT biex titjieb l-effiċjenza tas-sistemi u karburanti attwali u, f'kollaborazzjoni ma' l-isforzi internazzjonali f'dan il-qasam bħall-Forum Internazzjonali r-IV Ġenerazzjoni, biex jiġu investigati aspetti ta' sistemi ta' reatturi avvanzati magħżula sabiex jiġi valutat il-potenzjal tagħhom, ir-reżistenza għall-proliferazzjoni u sostenibbiltà fuq medda ta' żmien twil, inklużi attivitajiet ta' riċerka upstream  (12) (speċjalment ix-xjenza tal-materjali) u l-istudju taċ-ċiklu tal-karburanti u karburanti innovattivi u aspetti tal-ġestjoni ta' l-iskart.

(iii)   Protezzjoni mir-radjazzjoni

Objettivi

L-użu sigur tar-radjazzjoni fil-mediċina u fl-industrija jiddependi minn politika soda tal-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tagħha, u tibqa' prijorità fil-programm. Ir-riċerka għandha rwol ewlieni fiż-żamma u t-titjib ta' l-istandards ta' protezzjoni, u dan huwa objettiv komuni ta' l-attivitajiet kollha fil-programm. Ir-riċerka għandha wkoll l-objettivi importanti li ssaħħaħ il-linji ta' politika Komunitarji u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom u li twieġeb b'mod rapidu u effettiv għall-ħtiġijiet li jitfaċċaw.

Objettiv ewlieni ta' din ir-riċerka ser ikun li jgħin biex jirrisolvi l-kontroversja dwar ir-riskju minn espożizzjoni għar-radjazzjoni f'dożi baxxi u prolungati. Ir-riżoluzzjoni ta' din il-kwistjoni xjentifika u regolatorja għandha implikazzjonijiet potenzjalment importanti fuq in-nefqa u/jew is-saħħa għall-użu tar-radjazzjoni kemm fil-mediċina kif ukoll fl-industrija.

Attivitajiet

Kwantifikazzjoni tar-riskji għal espożizzjonijiet baxxi jew prolungati: Kwantifikazzjoni aħjar tar-riskji għas-saħħa għal espożizzjonijiet baxxi u prolungati, inkluża l-varjabbiltà individwali, permezz ta' studji epidemjoloġiċi u fehim aħjar tal-mekkaniżmi minn riċerka fil-bijoloġija ċellulari u molekulari.

Użu mediku tar-radjazzjoni: Titjib fis-sigurtà u l-effikaċja ta' l-użu mediku tar-radjazzjoni fid-dijanjosi u t-terapija (inkluża l-mediċina nukleari) permezz ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda u l-ksib ta' bilanċ xieraq bejn il-benefiċċji u r-riskji ta' dan l-użu.

Ġestjoni ta' l-emerġenzi u riabilitazzjoni: It-titjib fil-koerenza u l-integrazzjoni tal-ġestjoni ta' l-emerġenzi (inkluż il-karatterizzazzjoni tal-kontaminazzjoni u r-riabilitazzjoni ta' territorji kkontaminati bi żball) fl-Ewropa permezz ta' l-iżvilupp ta' għodda u strateġiji komuni u d-dimostrazzjoni ta' l-effikaċja tagħhom f'ambjenti operattivi.

Użu malintenzjonat tar-radjazzjoni jew ta' materjal radjuattiv: L-iżvilupp ta' approċċi robusti u prattikabbli għall-ġestjoni ta' l-impatt ta' l-użu malintenzjonat (inkluż minn żvijar) tar-radjazzjoni jew ta' materjal radjuattiv li jkopri l-effetti diretti u indiretti fuq is-saħħa u l-kontaminazzjoni ta' l-ambjent, b'mod partikolari f'żoni abitati u l-provvisti ta' l-ikel u l-ilma.

Ser tiġi żgurata l-komplementarjetà u tiġi evitata d-duplikazzjoni bit-tema “Sigurtà” tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” (13), li jista' jgawdi wkoll minn kwalunkwe esperjenza rilevanti miksuba matul azzjonijiet ta' qabel ta' l-Euratom.

Suġġetti oħra: Attivitajiet nazzjonali ta' riċerka f'oqsma oħra (p.e. radjazzjoni naturali, radjuekoloġija, protezzjoni ta' l-ambjent, dożimetrija, espożizzjoni fuq ix-xogħol, governanza tar-riskji, eċċ.) ser ikunu integrati b'mod aktar effettiv.

(iv)   Infrastrutturi

Objettivi

L-infrastrutturi ta’ riċerka huma parti essenzjali tar-R&ŻT fix-xjenza u t-teknoloġija nukleari u fix-xjenzi radjoloġiċi, u jvarjaw fid-daqs minn netwerks ta' impjanti u laboratorji kbar u għaljin ħafna għal faċilitajiet ħafna iżgħar bħal databases, għodda numeriċi ta' simulazzjoni u banek tat-tessuti. L-objettivi tal-programm huma li jipprovdu appoġġ għall-infrastrutturi ewlenin fejn hemm valur mizjud Ewropew ċar speċjalment sabiex jistabbilixxu massa kritika u għas-sostituzzjoni ta' faċilitajiet li qegħdin jiqdiemu bħal p.e. reatturi għar-riċerka. Dan ser jikkonsolida s-suċċess tal-programmi Komunitarji ta' qabel, li ffaċilitaw l-aċċess transnazzjonali għal, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn, tali infrastrutturi, u jikkontribwixxi għaż-żamma ta' l-istandards għoljin ta' kisba teknika, innovazzjoni u sigurtà fis-settur nukleari Ewropew.

L-infrastrutturi jagħtu wkoll kontribut importanti għat-taħriġ tax-xjenzjati u ta' l-inġiniera.

Attivitajiet

Appogg għall-infrastrutturi: Appoġġ għad-disinn, immodernizzar, bini u/jew tħaddim ta' infrastrutturi ta' riċerka ewlenin meħtieġa fi kwalunkwe mill-oqsma tematiċi t'hawn fuq; laboratorji taħt l-art għar-riċerka dwar ir-rimi u l-ħżin ġeoloġiku ta' skart radjuattiv, faċilitajiet pilota/ta' prova għal tagħmir ta' separazzjoni u transmutazzjoni, komponenti tar-reatturi u subsistemi, ċelluli jaħarqu, faċilitajiet għall-ittestjar ta' inċidenti gravi u għall-ittestjar termo-idrawliku, faċilitajiet għall-ittestjar ta' materjal, għodod numeriċi ta' simulazzjoni u faċiltajiet tar-radjubijoloġija, databases u banek tat-tessuti għall-użu fir-riċerka tal-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Aċċess għall-infrastrutturi: It-tħaffif ta' l-aċċess transnazzjonali għal infrastrutturi ezistenti u futuri minn ħaddiema individwali u minn timijiet tar-riċerka.

(v)   Riżorsi umani, mobilità u taħriġ

Objettivi

Minħabba t-tħassib fis-setturi kollha tal-fissjoni nukleari u tal-protezzjoni mir-radjazzjoni dwar iż-żamma tal-livell għoli ta' kompetenza u ta' riżorsi umani meħtieġa, u l-implikazzjonijiet li dan jista' jkollu speċjalment fuq il-kapaċità li jinżammu l-livelli għoljin attwali ta' sigurtà nukleari, l-objettivi tal-programm ser ikunu li jappoġġaw, permezz ta' varjetà ta' miżuri, it-tixrid tal-kompetenza u l-għarfien espert xjentifiku matul is-settur kollu. Dawn il-miżuri jimmiraw li jiggarantixxu d-disponibbiltà l-aktar kmieni possibbli ta' riċerkaturi, inġiniera u tekniċi kwalifikati biżżejjed, per eżempju permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ konġunt u koordinazzjoni mtejba bejn l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ta' l-UE sabiex jiżguraw li l-kwalifiki huma ekwivalenti fl-Istati Membri kollha, jew billi jiffaċilitaw it-taħriġ u l-mobilità ta' studenti u xjenzjati. Approċċ tassew Ewropew biss jista' jiżgura l-inċentivi meħtieġa u l-livelli armonizzati ta' edukazzjoni u taħriġ ogħla, b'hekk jiffaċilita l-mobilità ta' ġenerazzjoni ġdida ta' xjenzjati u jaqdi l-ħtiġijiet ta' taħriġ kontinwu matul il-karriera ta' inġiniera li jridu jiffaċċjaw l-isfidi xjentifiċi u teknoloġiċi ta' għada f'settur nukleari dejjem aktar integrat.

Attivitajiet

Taħriġ: Koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali u l-provvista tal-ħtiġijiet ġenerali ta' taħriġ fix-xjenza u t-teknoloġija nukleari permezz ta' firxa ta' strumenti, inklużi dawk kompetittivi, bħala parti mill-appoġġ ġenerali għar-riżorsi umani fl-oqsma tematiċi kollha. Dan jinkludi appoġġ għall-korsijiet ta' taħriġ u netwerks ta' taħriġ, u miżuri biex is-settur isir aktar attrajenti għal xjenzjati u inġiniera żgħażagħ.

Mobilità tal-ħaddiema fir-riċerka: Appoġġ prinċipalment permezz ta' għotjiet u boroż ta' studju għal aktar mobilità ta' xjenzjati u inġiniera bejn universitajiet u istituzzjonijiet differenti fl-Istati Membri kif ukoll f'pajjiżi barra mill-UE. Assistenza speċjali tista' tkun ipprovduta fil-każ ta' ħaddiema fir-riċerka mill-NIS.

3.   Aspetti etiċi

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u fl-attivitajiet ta' riċerka li joħorġu minnu, il-prinċipji fundamentali ta' l-etika għandhom jiġu rispettati. Dawn jinkludu, inter alia, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u l-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll ta’ l-annimali u l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-aħħar verżjonijiet tal-konvenzjonijiet, il-linji gwida u l-kodiċi ta’ kondotta internazzjonali rilevanti, eż. id-Dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f’Oviedo fl-4 ta’ April 1997 u l-Protokolli Addizzjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiniċi (BTWC), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Ser jittieħed kont ukoll ta' l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji godda (mill-1998 'il quddiem).

B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-diversità ta' approċċi eżistenti fl-Ewropa, il-parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regolamenti etiċi attwali fil-pajjiżi fejn titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor partikolari ma tiġi appoġġata mill-finanzjament Komunitarju sabiex titwettaq f'dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Fejn xieraq, dawk li jwettqu proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku. Reviżjoni etika ser tiġi wkoll implimentata sistematikament mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw ma' kwistjonijiet etikament sensittivi jew fejn aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi reviżjoni etika tista' sseħħ matul l-implimentazzjoni ta' proġett.

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali anness għat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kull rigward lill-ħtiġiet tal-benesseri ta' l-annimali meta tifformula u timplimenta linji politiċi Komunitarji inkluża r-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħrajn xjentifiċi (14) teħtieġ li l-esperimenti kollha jkunu maħsuba b'tali mod li jevitaw dieqa u uġigħ u tbatija mhux meħtieġa għall-annimali sperimentali; li jintuża numru minimu ta' annimali; u li jiġu involuti annimali bl-aktar grad baxx ta' sensittività newropsikoloġika; li jiġu kkawżati l-inqas uġigħ, tbatija, dieqa jew ħsara dejjiema. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-għanijiet jistgħu jiġi ġġustifikati etikament u l-kondizzjonijiet huma tali li l-benesseru ta' l-annimali jiġi ggarantit u jiġu rispettati l-prinċipji ta' bijodiversità. Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, ser ikun hemm monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni tal-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp.


(1)  Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Novembru 2006 (għada mhux pubblikata fil-ĠU)

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 277, 19.8.2006, p. 3).

(6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(7)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(9)  Fl-ammont previst għar-riċerka ta' l-enerġija mill-Fużjoni, mill-anqas EUR 900 miljun ser ikunu riżervati għal attivitajiet minbarra l-kostruzzjoni ta' l-ITER, elenkat fl-Anness.

(10)  ĠU L 177, 4.7.1984, p. 25.

(11)  Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/336/Euratom (ĠU L 108, 15.11.1996, p. 64).

(12)  Huwa mfakkar li taħt il-programm speċifiku tal-KE “Ideas” l-ERC jappoġġa riċerka fil-fruntiera f'kull qasam ta' riċerka xjentifika u teknoloġika bażika.

(13)  Parti mis-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea.

(14)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

149


Corrigendum għad-Deċiżjjoni tal-Kunsill 2006/977/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari (2007 – 2011)

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 400, 30 ta' Diċembru 2006 )

Id-Deċiżjoni 2006/977/Euratom għandha taqra hekk:

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari (2007 – 2011)

(2006/977/Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u l-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 7 tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/975/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ, (2007-2011) (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm Kwadru”) għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jistabbilixxu t-tul tagħhom u jipprovdu għall-mezzi li jitqiesu meħtieġa.

(2)

Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-ĊKR” għandu jwettaq attivitajiet hekk imsejħa attivitajiet diretti tar-riċerka u l-iżvilupp taħt Programm Speċifiku taċ-ĊKR li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-KE.

(3)

Fl-implimentazzjoni tal-missjoni tiegħu, iċ-ĊKR għandu jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku stimulat mill-klijent, għall-proċess tat-tfassil tal-politika ta' l-UE, li jiżgura appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-linji politiċi eżistenti u jwieġeb għal talbiet ġodda tal-politika. Sabiex jikseb il-missjoni tiegħu l-JRC għandu jwettaq riċerka ta' l-ogħla kwalità Ewropea komparabbli, inkluż billi jżomm il-livell tiegħu stess ta' eċċellenza xjentifika.

(4)

Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm speċifiku, għandha tingħata importanza lill-mobbiltà u t-taħriġ tar-riċerkaturi, u l-innovazzjoni, fil-Komunità. Partikolarment, iċ-ĊKR għandu jwettaq attivitajiet ta' taħriġ xierqa fis-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

(5)

Il-programm speċifiku attwali għandu jiġi implimentat b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, b'kont meħud tal-ħtieġa rilevanti tal-politika taċ-ĊKR dwar l-utenti u dik Komunitarja, filwaqt li jiġi rrispettat ukoll l-objettiv tal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji. L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fil-programm għandhom jiġu adattati kull fejn jixraq għal dawn il-ħtiġiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u għandhom jimmiraw li jiksbu l-eċċellenza xjentifika.

(6)

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u għat-tixrid tar-riżultati ta' riċerka, għall-Programm Kwadru tal-KE (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ’ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid’) relatati ma' l-azzjonijiet diretti għandhom japplikaw ukoll għall-attivitajiet ta' R&Ż imwettqa taħt dan il-Programm Speċifiku.

(7)

Għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, flimkien ma' kooperazzjoni koperta mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew minn Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jista' jkun xieraq li jkun hemm parteċipazzjoni f’attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari abbażi ta' l-Artikoli 2h, 101 u 102 tat-Trattat.

(8)

Fil-kuntest ta' attivitajiet ta' tkabbir u integrazzjoni, iċ-ĊKR jimmira għall-promozzjoni ta' l-integrazzjoni ta' organizzazzjonijiet u riċerkaturi ta' l-Istati Membri l-Ġodda fl-attivitajiet tiegħu partikolarment fl-implimentazzjoni tal-komponenti Xjentifiċi u Teknoloġiċi ta' l-acquis ta' l-UE, kif ukoll kooperazzjoni ikbar ma' dawk mill-Pajjiżi Aderenti u Kandidati. Huwa wkoll previst ftuħ progressiv fir-rigward tal-Pajjiżi Ġirien, speċifikament fuq temi prijoritarji tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(9)

L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa taħt dan il-programm speċifiku għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(10)

Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta' attivitajiet kompetittivi; dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru, ħidma ta' partijiet terzi u, f’livell inqas, l-esplojtazzjoni tal-proprjetà intellettwali.

(11)

Għandha tiġi żgurata tmexxija finanzjarja tajba tal-Programm Kwadru u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effettiv u faċli biex jintuża possibbli, waqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u l-aċċessibilità tal-programm għall-parteċipanti kollha, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (5) tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula r-regola ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kwalunkwe emenda futura.

(12)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa – b'mod proporzjonali ma' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej – biex jiġu monitorati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati rregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (6), (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (7) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (8).

(13)

Il-Kummissjoni għandha maż-żmien tagħmel arranġamenti sabiex titwettaq evalwazzjoni indipendenti li tikkonċerna l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-programm,

ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Il-Programm Speċifiku marbut ma' l-azzjonijiet diretti f'attivitajiet ta' riċerka u taħriġ li għandhom jitwettqu miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka (ĊKR), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm Speċifiku” huwa b'dan adottat għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 2

Il-Programm Speċifiku għandu jistabbilixxi l-attivitajiet għall-azzjonijiet nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka, waqt li jappoġġa l-firxa sħiħa ta' azzjonijiet ta' riċerka mwettqa b'kooperazzjoni trans-nazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

(a)

ġestjoni ta' l-iskart nukleari, impatt ambjentali,

(b)

sikurezza nukleari,

(ċ)

sigurtà nukleari.

L-objettivi u d-deskrizzjoni ġenerali ta' dawk l-attivitajiet huma mniżżlin fl-Anness.

Artikolu 3

Skond l-Artikolu 3 tal-Programm Kwadru, l-ammont li jitqies meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun ta' EUR 517 miljun.

Artikolu 4

L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu b'konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

Artikolu 5

1.   Il-Programm Speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta' azzjonijiet diretti kif stabbiliti fl-Anness II għall-Programm Kwadru.

2.   Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid marbuta ma' azzjonijiet diretti għandhom japplikaw għal dan il-Programm Speċifiku.

Artikolu 6

2.   Il-Kummissjoni għandha tfassal Programm ta' Ħidma pluriennali għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, li juri f'aktar dettal l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi imniżżla fl-Anness, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni.

2.   Il-Programm ta' Ħidma multi-annwali għandu jqis l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka mwettqa mill-Istati Membri, l-Istati Assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Huwa għandu jkun aġġornat fejn xieraq.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-valutazzjoni indipendenti prevista fl-Artikolu 6 tal-Programm Kwadru li għandha titwettaq fir-rigward ta' l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-Programm Speċifiku.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Diċembru 2006.

Ghall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS

PROGRAMM JRC EURATOM

1.   Objettiv

Li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku, stimulat mill-konsumatur, lill-proċess ta' tfassil ta' politika Komunitarja, li jiżgura appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-linji politiċi eżistenti u jwieġeb għal talbiet ta' linji politiċi ġodda.

2.   Approċċ

Il-missjoni taċ-ĊRK hi li jagħti appoġġ, immexxi mill-klijent, ta’ natura xjentifika u teknika għall-ħsieb, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika tal-Komunità, bl-għan li r-riċerka Ewropea tibqa' fuq quddiem nett. Il-missjoni taċ-ĊRK tenfasizza wkoll il-bżonn għaċ-ĊRK li jagħmel attivitajiet ta’ riċerka ta’ kwalità għolja b’rabta mill-qrib ma’ l-industrija u entitajiet oħrajn u li jiżviluppa netwerks ma’ istituzzjonijiet pubbliċi u privati fl-Istati Membri. Fl-attivitajiet kollha taċ-ĊKR dawn iż-żewġ dimensjonijiet huma preżenti, iżda l-importanza rispettiva tagħhom tvarja minn appoġġ dirett lis-Servizzi tal-Kummissjoni għal riċerka bażika meħuda f’perspettiva wiesgħa Ewropea jew internazzjonali.

L-attivitajiet nukleari taċ-ĊKR għandhom l-għan li jissodisfaw l-obbligi tar-Riċerka u l-Iżvilupp tat-Trattat ta’ l-Euratom u li jappoġġaw kemm lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qasam tas-salvagwardji u n-non-proliferazzjoni, l-ġestjoni ta’ l-iskart, is-sigurezza fl-installazzjoni nukleari u ċ-ċiklu tal-karburant, ir-radjoattività fl-ambjent u l-ħarsien mir-radjazzjoni.

L-objettiv ta’ dan il-Programm Speċifiku huwa biex jiżviluppa u jgħaqqad flimkien l-għarfien, biex jipprovdi data u appoġġ kruċjali ta’ natura xjentifika/teknika għas-sigurezza/sigurtà u d-dipendibilità, sostenibilità u kontroll ta’ l-enerġija nukleari, inkluż l-evalwazzjoni ta' sistemi innovattivi/tal-futur. Bis-sehem fl-azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru ikun hemm impenn sħiħ sabiex tkun massimizzata l-komplimentarità mal-programm ta’ ħidma istituzzjonali, kif imsemmi fit-taqsima 3 hawn taħt.

Wieħed mill-elementi ta’ tħassib illum il-ġurnata fil-qasam nukleari hu t-telfa ta’ l-għarfien espert u speċjalment it-teknoloġija u l-inġinerija għat-trattament tal-materjal radjoattiv u l-oqsma tar-radjazzjoni. Iċ-ĊKR ser ikompli jaġixxi bħala referenza Ewropea għat-tixrid ta’ l-informazzjoni, it-taħriġ u l-edukazzjoni għal xjenzjati żgħażagħ u wkoll biex jipprovdi aċċess ta' l-infrastrutturi tiegħu għal riċerkaturi oħra, u b'hekk isostni it-tagħrif nukleari fl-Ewropa.

Objettiv ieħor ser ikun żvilupp ulterjuri tal-kollaborazzjoni permezz ta' netwerking f'livell Ewropew u dinji. Il-possibbiltà taċ-ĊKR li jieħu sehem f'netwerks ta' eċċellenza u proġetti integrati ser ikun partikolarment importanti f'din il-konnessjoni.

Barra minn hekk, iċ-ĊKR ser jiffaċilita dibattitu ibbażat fuq il-fatti u tfassil ta' deċiżjonijiet infurmat dwar it-taħlita ta' enerġija xierqa biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' enerġija Ewropej (inklużi sorsi ta' enerġija li tiġġedded u enerġija nukleari).

3.   Attivitajiet

3.1.   Ġestjoni ta’ l-iskart nukleari, impatt ambjentali

3.1.1.   Karatterizzazzjoni, ħażna u rimi ta’ karburant użat

Il-ġestjoni ta’ karburant użat u ta’ skart nukleari b’livell għoli jinvolvi l-kundizzjonar tat-trasport, il-ħażna u r-rimi ġeoloġiku. Objettiv prinċipali hu li jiġi evitat ir-rilaxx ta’ radjonuklidi fil-bijosfera fuq perijodu ta’ żmien twil ħafna. Id-disinn, l-evalwazzjoni u t-tħaddim tas-sistema ta’ ostakolu maħduma u naturali fuq il-perijodi ta’ żmien rilevanti huma komponenti prinċipali għall-kisba ta’ dawn l-objettivi u jiddependu inter alia fuq l-imġieba tal-karburant.

Iċ-ĊKR għandu l-għan li jikseb data dwar l-imġieba fuq perijodu ta' żmien twil tal-karburant użat u li jiżviluppa metodi għall-evalwazzjoni kredibbli tas-sistemi maħduma bl-enfasi fuq l-integrità tal-pakketti ta' skart u l-benchmarking ta' kriterji ta' deċiżjoni orjentati fuq ir-riskju.

L-esperimenti fil-laboratorju dwar l-imġieba tal-karburant taħt kundizzjonijiet rappreżentattivi għandhom jipprovdu kontribut rilevanti għall-mudelli għal previżjonijiet fuq perijodu ta’ żmien twil u jippermettu l-validazzjoni tagħhom. Iċ-ĊKR għandu wkoll jipparteċipa fi sforzi varji Ewropej għal soluzzjonijiet għar-rimi mingħajr periklu ta’ l-iskart u jappoġġa b’mod attiv it-trasferiment ta’ l-għarfien bejn pajjiżi differenti.

3.1.2.   Tqassim, Trasmutazzjoni u Kundizzjonar

L-isfidi prinċipali ta’ dan il-programm jibqgħu kemm l-aħjar użu tat-tqassim tal-karburant biex jiġu separati radjoniklidi b’ħajja twila magħżula kif ukoll il-ħolqien u l-karatterizzazzjoni ta’ karburanti u miri siguri u affidabbli għat-trasmutazzjoni ta’ l-actinide.

L-istudju ta’ dawn l-istrateġiji alternattivi tal-ġestjoni ta’ l-iskart qed ikompli jiġbed attenzjoni kbira, minħabba li dawn jistgħu jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-periklu fuq perijodu ta’ żmien twil tar-rimi ta’ l-iskart. Għat-trasmutazzjoni, huma kkunsidrati reatturi kemm veloċi u termali, flimkien ma’ impjanti ddedikati għall-ħruq ta’ l-actidine. Ħafna mill-kunċetti proposti għal sistemi ta’ reatturi għall-futur jinkorporaw tali separazzjoni ta’ radjonuklidi selettiva.

Tnaqqis kbir ta’ l-ammont ta’ radjonuklidi b’ħajja twila u tnaqqis sostanzjali tal-volum fl-impjanti ta’ l-iskart għandhom iwasslu għall-iżvilupp ta’ matriċi li ma jirreaġixxux għall-kundizzjonar ta’ HLW li, fuq perijodu ta’ żmien twil, għandu jippreżenta titjib prinċipali fl-ġestjoni ta’ l-iskart nukleari.

Iċ-ĊKR serjopera impjanti ġodda għat-tqassim avvanzat u għall-produzzjoni ta’ karburanti u miri (il-Laboratorju Minuri ta' l-Actinides) f'din iż-żona. Serjmexxi wkoll testijiet ta’ l-irradjazzjoni fuq il-miri u l-karburanti, kif ukoll jirriproduċi data nukleari bażika għat-trasmutazzjoni. Fl-aħħarnett, id-durabilità kimika tal-matriċi għall-ikkundizzjonar ta’ l-actinides sertiġi determinata mill-istudji tal-korrużjoni u tal-lissija.

3.1.3.   Riċerka bażika ta’ l-actinides

L-attivitajiet bażiċi ta’ riċerka jimmiraw li jipprovdu l-għarfien bażiku biex isaħħaħ l-għarfien tal-proċessi fiżiċi fil-karburant nukleari (mill-produzzjoni ta’ enerġija għall-immaniġġjar ta’ l-iskart) u huma marbuta mill-qrib ma’ l-attivitajiet tat-taħriġ u l-edukazzjoni. L-azzjonijiet ta’ riċerka bażika serjiffukaw fuq il-proprjetajiet termo-fiżiċi tal-materjali, il-proprjetajiet tal-wiċċ tas-sistemi li fihom l-actinides u l-proprjetajiet fundamentali fiżiċi u kimiċi.

Il-faċilitajiet taċ-ĊKR bħal-Laboratorju ta' l-Utent ta’ l-Actinides serjkompli jospita xjenzati, b'mod partikolari, mill-universitajiet Ewropej.

3.1.4.   Data Nukeari

Id-disinji proposti għall-burners ta’ l-actinide minuri ddedikati u l-kunċetti avvanzati għal produzzjoni ta’ l-enerġija nukleari jirriżultaw f’talbiet ġodda għal data nukleari bi preċiżjoni mtejba b’mod sinifikanti.

Iċ-ĊKR serjwettaq kejl ta’ data nukleari għall-ġestjoni ta’ l-iskart nukleari. L-iżviluppi teknoloġiċi ġodda wasslu għal titjib sinifikanti fil-kapaċitajiet tal-kejl. Iċ-ĊKR jħaddan sforz importanti fl-iżvilupp ta’ teorija bażika nukleari għall-immudellar ta’ reazzjonijiet mhux aċċessibbli b’modi sperimentali.

Il-metroloġija tar-radjunuklidi tikkomplimenta dan ix-xogħol permezz ta’ kejl għal data aħjar dwar it-tmermir nukleari tal-materjali fissili u l-prodotti ta’ fissjoni. Hemm bżonn ta’ data sperimentali preċiża għal validazzjoni ta’ teoriji u mudelli li fuqhom huma bbażati r-regolamenti dwar il-ħarsien mir-radjazzjoni.

3.1.5.   Applikazzjonijiet mediċi mir-riċerka nukleari

Irriżultaw għadd ta’ applikazzjonijiet mediċi mill-impjanti nukleari u l-kompetenza taċ-ĊKR. Dawn jiġu minn riċerka dwar il-produzzjoni ta’ l-isotopi ġodda, mill-iżvilupp ta' materjali kliniċi ta' referenza u mill-appoġġ għat-terapiji ġodda għall-kanċer. Iċ-ĊKR jimmira li jagħmel disponibbli dawn l-applikazzjonijiet ġodda għall-implimentazzjoni mill-isptarijiet u l-industrija farmaċewtika.

3.1.6.   Il-Kejl tar-Radjuattività fl-ambjent

Iċ-ĊKR qed japplika l-għarfien espert tiegħu fl-analiżi tat-traċċi għall-verifika ta’ rimi radjuattiv u emissjonijiet minn installazzjonijiet nukleari. Ix-xogħol jinkludi wkoll studji dwar formazzjoni, il-mudelli ta’ migrazzjoni fil-bijosfera u r-radju-tossikoloġija ta’ l-actinides. Bil-ħsieb ta’ dawn il-limiti ġodda għar-radjunuklidi fl-ingredjenti ta’ l-ikel, iċ-ĊKR serjiżviluppa tekniki analitiċi u jipproduċi l-materjali korrispondenti ta’ referenza. Serjiġi organizzat tqabbil inter-laboratorju mal-laboratorji ta’ monitoraġġ ta’ l-Istati Membri biex tiġi evalwata il-komparabbilità tad-data ta’ monitoraġġ rrappurtata u għall-appoġġ ta’ l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ kejl għar-radjuattività.

3.1.7.   Ġestjoni ta’ l-Għarfien, Taħriġ u Edukazzjoni

Huwa importanti li l-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ xjenzjati u inġiniera nukleari jsostnu u jiżviluppaw aktar l-għarfien tar-riċerka nukleari permezz ta’ l-esperimenti, ir-riżultati, l-interpretazzjonijiet u l-ħiliet miksuba fil-passat. Dan japplika l-iżjed għal oqsma fejn l-esperjenza ta’ tliet deċennji ta’ analiżi ta’ prestazzjoni u sigurezza tar-reatturi kienu kkonċentrati f’għodod kumplessi u analitiċi bħall-mudelli u l-kodiċi tal-kompjuter. Bil-ħsieb ta' prevenzjoni tat-telf ta' l-għarfien possibbli u n-nuqqas ta' xjentisti u inġiniera ġodda fil-qasam tat-teknoloġija nukleari, iċ-ĊKR ser jimmira biex jinżamm it-tagħrif meħtieġ, waqt li jiżgura li dan it-tagħrif jkun disponibbli mill-ewwel, organizzat b'mod xieraq u dokumentat sew. Barra minn dan, ser jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' xjentisti u inġiniera ġodda fil-qasam ta' l-enerġija nukleari billi jattira xjentisti u inġiniera żgħażagħ f'dan il-qasam. Ser jappoġġa wkoll attivitajiet ta' edukazzjoni għola fl-Ewropa. Barra minn hekk, iċ-ĊKR serjikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ komunikazzjoni aħjar dwar il-kwistjonijiet nukleari, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet ma’ l-aċċettabilità pubblika u iktar globalment dwar strateġiji għall-għarfien kumplessiv dwar l-enerġija.

3.2.   Sikurezza nukleari

3.2.1.   Sikurezza ta' reatturi nukleari

Sabiex jinżamm u jitjieb il-livell ta' sikurezza tat-tipi ta’ mpjanti ta’ enerġija nukleari kemm tal-Punent kif ukoll dawk Russi, għandhom jiġu estiżi u vvalidati metodoloġiji avvanzati u raffinati ta’ evalwazzjoni tas-sigurezza u għodod analitiċi korrispondenti. Serjitwettqu investigazzjonijiet immirati sperimentali biex jgħinu l-validazzjoni u l-verifika ta’ l-għodod ta’ evalwazzjoni għas-sigurezza u biex itejbu l-għarfien tal-proċessi u l-fenomeni fiżiċi bażiċi. Iċ-ĊKR huwa involut bis-sħiħ fl-isforzi internazzjonali għal sigurezza avvanzata tar-reatturi nukleari.

3.2.2.   Is-sikurezza tal-karburant nukleari fir-reatturi ta’ l-enerġija li qed joperaw fl-UE

Is-sigurezza tal-karburant tiffoka fuq il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ta’ inċidenti ipotetiċi. Iż-żewġ aspetti prinċipali f'din ir-riċerka jikkonċernaw: l-integrità mekkanika ta’ l-assemblaġġ tal-karburanti waqt il-ħajja tar-reattur, u r-rispons tal-karburant għal kundizzjonijiet transitorji u għal kundizzjonijiet ta’ inċidenti gravi bir-reatturi sakemm tinħall il-qalba.

F’dan il-kuntest iċ-ĊKR huwa involut fl-istrateġija kurrenti ta’ l-iżvilupp tal-karburant mmirata biex ittejjeb is-sigurezza u tnaqqas il-ħażniet ċivili u militari tal-plutonju. Iċ-ĊKR serjuża l-HFR biex jittestja l-imġieba u l-proprjetajiet tal-karburant. Serjsir ukoll kejl tal-proprjetajiet li jaffettwaw il-prestazzjoni.

3.2.3.   It-Tħaddim Sigur ta' Sistemi Avvanzati ta’ l-Enerġija Nukleari

Madwar id-dinja kollha, strateġiji tar-reatturi ġodda huma kkunsidrati bħala tema għal riċerka miftuħa; per eżempju, ix-xenarju tal-Generation IV Roadmap, ispirati minn evalwazzjoni komprensiva li tinkludi t-tħassib tal-pubbliku, bħas-sigurezza mtejba, inqas skart u reżistenza aħjar għall-proliferazzjoni.

Huwa essenzjali li ċ-ĊKR jeżerċita r-rwol sħiħ tiegħu, direttament u fil-koordinazzjoni tal-kontributi Ewropej, f’din l-inzjattiva globali fejn huma involuti l-organizzazzjonijiet prinċipali tar-riċerka. Dan jinkludi b'mod esklussiv oqsma li jistgħu jtejbu l-aspetti ta’ sikurezza u ta' salvagwardja taċ-ċikli nukleari tal-karburant, b’mod partikolari l-karatterizzazzjoni, it-testijiet u l-analiżi tal-karburanti ġodda. Serjiġu indirizzati l-iżvilupp tal-miri għas-sigurezza u l-kwalità, ir-rekwiżiti għas-sigurezza u l-metodoloġija avvanzata għall-evalwazzjoni ta' sistemi. Din l-informazzjoni sertiġi mxerrda sistematikament lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni.

3.3.   Sigurtà nukleari

3.3.1.   Salvagwardji Nukleari

Id-dimensjoni tan-non-proliferazzjoni qiegħdha tikber fl-importanza u huwa essenzjali għas-sigurtà taċ-ċittadini ta' l-UE li l-kapaċitajiet meħtieġa jibqgħu jkunu disponibbli. L-attivitajiet taċ-ĊKR f’dan il-qasam huma magħmula minn appoġġ tekniku għas-servizzi tal-Kummissjoni, fl-ambitu tat-Trattat EURATOM, u għall-IAEA (Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika), taħt it-Trattat tan-Non-Proliferazzjoni. L-għan huwa li jiġu implimentati għodod aħjar u iktar awtomazzjoni għall-analiżi ta’ l-informazzjoni biex jitnaqqas kemm l-ammont ta’ xogħol ta' l-ispettur kif ukoll it-toqol fuq l-industrija nukleari.

Għalkemm iċ-ĊKR għandu iktar minn 30 sena esperjenza fl-appoġġ tat-Trattati tal-Euratom u tan-Non-Proliferazzjoni, t-titjib u l-innovazzjonijiet tekniċi jibqgħu meħtieġa sabiex jimplimentaw il-politika li qed tevolvi tas-salvagwardji. L-attività taċ-ĊKR, waqt li tevolvi biex tlaħħaq ma’ dawn l-miri, sertkompli tinkludi kemm verifika u individwazzjoni kif ukoll teknoloġiji ta’ trażżin u sorveljanza, metodi ta’ miżuri għall-materjal nukleari, il-produzzjoni ta’ materjali ta’ referenza nukleari, u li jingħata taħriġ, b'mod partikolari lill-ispetturi ta’ l-IAEA u tal-Kummissjoni.

3.3.2.   Protokoll Addizzjonali

Il-Protokoll Addizzjonali jimmira biex jiżgura l-assenza ta’ operazzjonijiet nukleari mhux iddikjarati. L-implimentazzjoni tiegħu jeħtieġ għadd ta’ tekniki li huma differenti minn dawk involuti fil-verifika tal-kontabilità tal-materjal nukleari. Jeħtieġ deskrizzjoni globali ta’ l-attivitajiet nukleari ta’ pajjiż, disposizzjoni għal dikjarazzjonijiet estensivi tal-postijiet u rekwiżiti ta’ spezzjonijiet iktar varjati. Dawn jistgħu jinkludu monitoraġġ mhux fuq il-post u attivitajiet ta’ monitoraġġ barra l-konfini ta’ l-impjant u analiżi tal-partiċella ta’ l-ambjent bħala għodda biex tiskopri attivitajiet nukleari mhux iddikjarati.

L-objettivi taċ-ĊKR huma li jersaq lejn aġġornament f'waqtu tat-trasferimenti tal-materjal nukleari u analiżi ta' informazzjoni integrata. Iċ-ĊKR serjaħdem b’mod partikolari fuq l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ l-għodod għall-analiżi ta' informazzjoni u fuq metodoloġija bbażata fuq analiżi ta' sistemi.

3.3.3.   Kollezzjoni ta’ Informazzjoni minn kull sors dwar in-Non-Proliferazzjoni Nukleari

Bil-għan li jingħata appoġġ lis-servizzi tal-Kummissjoni u għall-kollaborazzjoni ma’ l-IAEA u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, iċ-ĊKR serjkompli jiġbor sistematikament u janalizza informazzjoni minn sorsi varji (internet, letteratura speċjalizzata, databases) dwar kwistjonijiet ta' non-proliferazzjoni nukleari (possibilment b’estensjoni fid-WMD – Armi tal-Qerda tal-Massa – u sistemi oħra ta’ konsenja). Din l-informazzjoni ser tintuża biex tipproduċi rapporti dwar il-pajjiż fejn l-evoluzzjoni ta’ l-attivitajiet nukleari u ta’ l-importazzjoni u/jew l-esportazzjoni tat-tagħmir u t-teknoloġija nukleari għall-użu doppju jew dirett fil-pajjiżi magħżula serjiġu segwiti mill-qrib. L-informazzjoni minn dawn is-sorsi miftuħa sertiġi sostnuta permezz ta’ ritratti bis-satellita. Sabiex isostni dan ix-xogħol, iċ-ĊKR serjiżviluppa iktar fil-fond it-tiftix bl-internet multilingwi u t-teknoloġiji tat-tiftix tat-tagħrif (data mining).

3.3.4.   Il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-materjali nukleari, inkluż l-analiżi forensika nukleari

L-individwazzjoni u l-identifikazzjoni tal-materjal nukleari trasportat jew maħżun illegalment jikkostitwixxu linja maġġuri ta’ difiża kontra t-traffikar illeċitu. Ix-xjenza forensika nukleari tipprovdi ħjiel dwar l-oriġini tal-materjal maqbud. L-istabbiliment ta’ pjanijiet xierqa ta’ rispons għat-trattament tal-każijiet ta’ l-individwazzjoni tibqa’ kwistjoni importanti. Fil-qasam tal-forensiċi nukleari u t-traffikar illeċitu ċ-ĊKR ser iżid il-kollaborazzjoni tiegħu ma’ l-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali (ITWG, IAEA, eċċ.).

Aspetti etiċi

Waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-programm speċifiku u fl-attivitajiet ta' riċerka li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu, inter alia, il-prinċipji riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE, inklużi dawn li ġejjin: il-protezzjoni tad-dinjità u tal-ħajja tal-bniedem, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, kif ukoll il-ħarsien ta' l-annimali u ta' l-ambjent skond il-liġi Komunitarja u l-aħħar verżjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, il-linji ta' gwida u l-kodiċi ta' kondotta, bħalma huma d-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina ffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-Protokoll Addizzjonali tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-ġenoma tal-bniedem u drittijiet tal-bniedem adottata mill-UNESCO, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Ser jittieħed ukoll kont ta' l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew ta' Konsulenti dwar l-Implikazzjonijiet Etiċi tal-Bijoteknoloġija (1991-1997) u l-Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda (mill-1998).

B'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-diversità ta' approċċi eżistenti fl-Ewropa, il-parteċipanti fi proġetti ta' riċerka għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regolamenti etiċi attwali fil-pajjiżi fejn titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor partikolari ma tiġi appoġġata mill-finanzjament Komunitarju sabiex titwettaq f'dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Fejn xieraq, dawk li jwettqu proġetti ta' riċerka għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku. Reviżjoni etika ser tiġi wkoll implimentata sistematikament mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw ma' kwistjonijiet etikament sensittivi jew fejn aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat. F'każijiet speċifiċi reviżjoni etika tista' sseħħ matul l-implimentazzjoni ta' proġett.

Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta' l-annimali anness għat-Trattat jeħtieġ li l-Komunità tagħti kull rigward lill-ħtiġiet tal-benesseri ta' l-annimali meta tifformula u timplimenta linji politiċi Komunitarji inkluża r-riċerka. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħrajn xjentifiċi teħtieġ li l-esperimenti kollha jkunu maħsuba b'tali mod li jevitaw dieqa u uġigħ u tbatija mhux meħtieġa għall-annimali sperimentali; li jintuża numru minimu ta' annimali; u li jiġu involuti annimali bl-aktar grad baxx ta' sensittività newropsikoloġika; li jiġu kkawżati l-inqas uġigħ, tbatija, dieqa jew ħsara dejjiema. L-alterazzjoni tal-wirt ġenetiku ta' l-annimali u l-klonazzjoni ta' l-annimali jistgħu jiġu kkunsidrati biss jekk l-għanijiet jistgħu jiġi ġġustifikati etikament u l-kondizzjonijiet huma tali li l-benesseru ta' l-annimali jiġi ggarantit u jiġu rispettati l-prinċipji ta' bijodiversità.

Matul l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, ser ikun hemm monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni tal-progress xjentifiku u d-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp.


(1)  Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Novembru 2006 (għada mhux pubblikata fil-ĠU)

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(6)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(7)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.


22.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

157


Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal-ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 15, 20 ta' Jannar 2006 )

Paġna 126, Anness IIA, punt 13, tabella 1:

l-entrati ghall-“xbieki tat-tkarkir” għandu jaqra hekk:

 

Żoni kif iddefiniti fil-punt:

"Irkaptu Punt 4

Kondizz-jonijiet Speċjali Punt 8

Denominazzjoni (1)

2.a

Kattegat

2.b

1 – Skaggerak

2 – II, IVa, b,c

3 – VIId

2.c

VIIa

2.d

VIa

1

2

3

[…]


“4.b.i

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥80 u <90 mm

n.r.

132 (2)

Unl.

107

143 (2)

4.b.ii

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥90 u <100 mm

n.r.

143 (2)

Unl.

143

143 (2)

4.b.iii

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥100 u <120 mm

n.r.

143

Unl.

143

143

4.b.iv

 

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ta’ ≥120 mm

n.r.

143

Unl.

143

143

4.b.iii

8.1.(c)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥100 u <120 mm, bir-rekords ikunu jirrappreżenetaw anqas minn 5 % merluzz

n.r.

155

Unl.

155

155

4.b.iii

8.1 (i)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥100 u <120 mm għall-basimenti li użaw dan it-tip ta' xbieki fl-2003, l-2004 jew l-2005

n.r.

155

Unl.

155

155

4.b.iv

8.1.(c)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥120 mm, bir-rekords ikunu jirrappreżentaw inqas minn 5 % merluzz

n.r.

155

Unl.

155

155

4.b.iv

8.1 (i)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥120 mm għall-basimenti li użaw l-armar fl-2003, l-2004 jew l-2005

n.r.

155

Unl.

155

155

4.b.iv

8.1.(e)

Xbieki tat-tkarkir bit-travu b'qies il-malji ≥120 mm, bir-rekords ikunu jirrappreżentaw inqas minn 5 % merluzz u mhux aktar minn 60 % barbun tat-tbajja’

n.r.

155

Unl.

155

155”