ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( *1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
29 ta' Diċembru 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem)

1

 

*

Regolament (KE) Nru 1890/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta’ impriżi agrikoli, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2007-2009 u l-kontribuzzjoni massima mill-Komunità għall-Bulgarija u r-Rumanija

12

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1891/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 6/2002 u (KE) Nru 40/94 biex jagħti effett lill-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinji industrijali

14

 

 

II   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

Kunsill

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 Marzu 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

17

Ftehim Bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tapprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' disinji industrijali, adottat f’Ġinevra fit-2 ta’ Lulju 1999(2006/954/KE)

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tar-reġim lingwistiku

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tar-reġim lingwistiku

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' emenda tal-Konvenżjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta' Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra ( 1 )

55

Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra

57

 

 

Atti ppubblikati taħt Titolu VI tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea

 

*

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

89

 


 

(*1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 386.

 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) Nru 1889/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta’ Diċembru 2006

dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 179(1) u 181a(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta min-naħa tal-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Qed jiġi propost qafas ġdid għall-ippjanar u għall-konsenja ta’ l-għajnuna biex l-għajnuna esterna tal-Komunità ssir iktar effettiva u trasparenti. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 (2) jistabbilixxi Strument għal Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) għal għajnuna tal-Komunità lil pajjiżi kandidati u lil pajjiżi kandidati potenzjali. Ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 (3) jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Viċinat u għas-Sħubija (ENPI) li jipprovdi appoġġ dirett għall-Politika Ewropea tal-Viċinat ta’ l-UE. Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta' Diċembru 2006 (4) jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Ekonomika. Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 (4) jistabilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrializzati u pajjiżi u territorji oħra bi dħul għoli (ICI). Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 (5) jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-Istabbiltà li jipprovdi għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ kriżi li qed titfaċċa, u theddidiet speċifiċi globali u transreġjonali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem) li jippermetti assistenza indipendenti mill-kunsens ta' gverijiet u awtoritiajiet pubbliċi oħra ta' pajjiżi terzi.

(2)

L-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-Unjoni hija msejsa fuq il-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, u għas-supremazija tad-dritt prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.

(3)

Il-promozzjoni, l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali tikkostitwixxi għan primarju tal-politika ta’ żvilupp u tal-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi terzi tal-Komunità (6). Impenn biex jiġu rrispettati, promossi u mħarsa l-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem hija element essenzjali tar-relazzjonijiet kuntrattwali tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi (7).

(4)

Dan l-istrument ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-istqarrija dwar il-politika ta' żvilupp dwar il-“Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp” (DPS) adottat b’mod konġunt mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2005 (8). Id-DPS jenfasizza li “il-progress fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, fil-governanza tajba u fid-demokratizzazzjoni huwa fundamentali għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli”, li b’hekk jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-Miri ta' l-Iżvilupp tal-Millennju.

(5)

Id-DPS wara li reġa kkonferma li l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u kwistjoni ta’ ġustizzja soċjali, kif ukoll iservu bħala stument biex jintlaħqu l-Miri ta' l-Iżvilupp tal-Millennju kollha, il-Programm ta’ Azzjoni tal-Kajr u l- Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, dan ir-Regolament jinkludi komponent qawwi rigward is-sessi;

(6)

Dan l-istrument ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni Barranija u għas-Sigurtà ta’ l-Unjoni, skond l-Artikolu 11(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mmodifikat mill-Linji Gwida ta’ l-UE, dwar l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali.

(7)

Il-kontribut tal-Komunità għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali huwa msejjes fil-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u kwalunkwe strument ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li ġie adottat fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi strumenti tad-drittijiet tal-bniedem reġjunali relevanti;

(8)

Id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem ma jistgħux jiġu sseparati minn xulxin. Il-libertajiet fundamentali ta’ l-espressjoni u ta’ l-assoċjazzjoni huma l-prerekwiżiti għall-pluraliżmu politiku u għall-proċess demokratiku, waqt li l-kontroll demokratiku u s-separazzjoni tal-poteri huma essenzjali biex ikunu sostnuti ġudikatura indipendenti u s-supremazija tad-dritt li min-naħa tagħhom huma meħtieġa għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-bniedem.

(9)

Id-drittijiet tal-bniedem jitqiesu fid-dawl ta' normi internazzjonali li huma aċċettati b'mod universali, iżda d-demokrazija għandha titqies ukoll bħala proċess, li jiżviluppa internament, li jinvolvi s-setturi kollha tas-soċjetà u firxa ta' istituzzjonijiet, b’mod partikulari l-parlamenti nazzjonali demokratiċi, li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' reazzjoni u l-obbligu ta' rendikont. Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat imma mingħajr ma jitnaqqsu l-obbligi tal-komunità internazzjonali.

(10)

Sabiex il-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jiġu indirizzati b’mod effettiv, trasparenti, f’waqtu u flessibbli lil hinn mill-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 tad-29 ta' April 1999 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp li jikkontribwixxi bil-għan ġenerali li tiġi żviluppata u konsolidata d-demokrazija u r-regola tal-liġi u bil-għan li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali (9) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999 tad-29 ta' April 1999 li jsemmi l-ħtiġiet għall-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Komunità, minbarra dawk tal-koperazzjoni ta' l-iżvilupp, li, fil-qafas tal-politika ta' koperazzjoni tal-Komunità, jikkontribwixxu għal għanijiet ġenerali li jiżviluppaw u jikkonsolidaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt u li jirrispettaw id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi (10), li servew bħala l-bażi legali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għd-Drittijiet tal-Bniedem u li jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma meħtieġa riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament speċifiku li jistgħu ikomplu jaħdmu b’mod indipendenti filwaqt li jibqgħu komplementari u jinfurzaw strumenti tal-Komunità relatati għall-għajnuna esterna, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (11), għall-għajnuna umanitarja.

(11)

L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament hija mfassla biex tikkomplementa d-diversi għodod l-oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ l-UE dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ kooperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Se tikkomplementa wkoll l-interventi ta’ l-Istrument għall-Istabbiltà li jkunu iktar relatati mal-kriżijiet.

(12)

B’mod partikolari, minbarra u b’mod komplementari għall-miżuri miftiema mal-pajjiżi msieħba fil-kuntest tal-kooperazzjoni segwita skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Cotonou mal-pajjiżi ACP l-Istrument għall-Koperazzjoni mal-Pajjiżi Industrijalizzati u pajjiżi u territorji oħra bi dħul għoli u l-Istrument għall-Istabbiltà, il-Komunità tipprovdi għajnuna skond dan ir-Regolament li tindirizza kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem u ta’ demokratizzazzjoni globali, reġjonali, nazzjonali u lokali, fi sħubija mas-soċjetà ċivili maħsuba biex tinfirex għat-tipi kollha ta’ azzjoni soċjali minn individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-Istat u attivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-promozzjoni tad-demokrazija;

(13)

Barra minn hekk, filwaqt li l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament se jkollha rwol ieħor komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza ta’ l-azzjoni tagħha mill-kunsens ta’ l-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jagħmel possibbli l-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, inklużi d-drittijiet ta' migranti, daek li jfittxu l-kenn u persuni imċaqalqa internament billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu jew sabiex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni. Dan jipprovdi wkoll kapaċità tal-Komunità li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi u li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Tipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħall-appoġġ għal missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti ta’ l-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni;

(14)

L-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija skond dan ir-Regolament għandhom jinkludu l-parlamenti demokratiċi u l-kapaċità tagħhom biex jappoġġaw u javvanzaw il-proċessi ta' riforma demokratika. Għalhekk jeħtieġ li l-parlamenti nazzjonali jiġu inklużi bħala entitajiet eliġibbli għal finanzjament skond dan ir-Regolament meta dan ikun meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi tiegħu, sakemm il-miżura proposta tista' tiġi finanzjata taħt strument Komunitarju għall-għajnuna esterna relatat.

(15)

Il-“Linji gwida għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva bejn il-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna” tal-21 ta' Jannar 2001 jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mtejba ta’ l-għajnuna esterna ta’ l-UE fl-oqsma ta’ l-appoġġ għad-demokratizzazzjoni u tal-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali madwar id-dinja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ għajnuna rispettivi tagħhom ikunu kumplimentari u koerenti, waqt li jevitaw li jirkbu fuq xulxin u d-duplikazzjoni; Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifittxu koordinazzjoni eqreb ma' donaturi oħra. Il-politika Komunitarja fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha tkun kumplimentari għall-politiki segwiti mill-Istati Membri.

(16)

Ir-rilevanza u l-ambitu ta’ l-għajnuna tal-Komunità fil-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem titlob biex il-Kummissjoni tfittex skambji b’mod regolari u frekwenti ta’ l-informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

(17)

Il-Kummissjoni teħtieġ li tikkonsulta lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, kif ukoll lil donaturi u atturi oħrajn, kmieni kemm ikun xieraq fil-proċess ta’ programmazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-kontributi rispettivi tagħhom u jkun żgurat li l-attivitajiet ta’ għajnuna huma komplementari għal xulxin kemm jista’ jkun possibbli.

(18)

Il-Komunità jeħtieġ li tkun tista’ tirreaġixxi malajr għal ħtiġijiet mhux previsti u f’ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex titkabbar il-kredibilità u l-effettività ta’ l-impenn tagħha għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi fejn jinqalgħu sitwazzjonijiet ta’ din ix-xorta. Dan jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar il-Miżuri Speċjali li mhumiex koperti mid-Dokumenti ta’ Strateġija. Dan l-istrument għall-ġestjoni ta’ l-għajnuna jikkorrispondi għal dawk inklużi fl-istrumenti ta’ finanzjament ta’ l-għanjuna esterna l-oħra.

(19)

Il-Komunità għandha tkun tista' wkoll tirrispondi b'mod flessibbli u f'waqtu għall-bżonnijiet speċifiċi tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' miżuri ad hoc li mhumiex suġġetti għal sejħiet għal proposti. Barra minn hekk, l-eliġibilità ta' l-entitajiet li m'għandhomx personalità legali skond il-liġi nazzjonali applikabbli hija possibbli wkoll skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

(20)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2007-2013 li jikkostitwixxi l-ammont primarju ta’ referenza għall-awtorità baġitarja, skond il-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (12).

(21)

Jeħtieġ li jiġi żgurat appoġġ finanzjarju għaċ-Ċentru Inter-Universitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u għad-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta’ Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni u l-Programm ta’ Borża ta’ Studju UE-NU, lil hinn mill-iskadenza sa l-aħħar tas-sena 2006 tad-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni ta’ korpi attivi f’livell Ewropew u għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ (13), li serviet bħala l-bażi legali għall-finanzjament.

(22)

Il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali ta' l-Unjoni Ewropea jikkontribwixxu b'mod sinifikanti u b'suċċess għall-proċessi demokratiċi f'pajjiżi terzi (14). Madankollu, l-promozzjoni tad-demokrazija testendi lil hinn ħafna mill-proċess elettorali waħdu. In-nefqa għall-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali ta' l-UE għalhekk m'għandhiex tieħu ammont sproporzjonat tal-fondi totali disponibbli skond dan ir-Regolament.

(23)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (15).

(24)

Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq sabiex jintlaħqu l-għanijiet bażiċi ta’ dan ir-Regolament li jiġu stabbiliti regoli dwar Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan segwit, skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

L-GĦANIJIET U L-AMBITU

Artikolu 1

L-għanijiet

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem skond liema l-Komunità għandha tipprovdi għajnuna, fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp u l-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi terzi, b'mod konsistenti mal-politika barranija kollha kemm hi ta' l-Unjoni Ewropea, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali.

2.   B’mod partikolari, għajnuna ta’ din ix-xorta għandu jkollha l-għan li

(a)

ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali u l-osservanza tagħhom, kif proklamat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem, u tippromwovi u tikkonsolida d-demokrazija u r-riforma demokratika f'pajjiżi terzi, prinċipalment permezz ta' l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tipprovdi appoġġ u solidarjetà lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-vittmi tar-ripressjoni u ta’ l-abbuż u ssaħħaħ lis-soċjetà ċivili attiva fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-promozzjoni tad-demokrazija;

(b)

tappoġġa u ssaħħaħ il-qafas internazzjonali u reġjonali għall-ħarsien, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem, għall-promozzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u ssaħħaħ rwol attiv għas-soċjetà ċivili fi ħdan dawn l-oqfsa;

(c)

tibni l-kunfidenza fl-affidabilità tal-proċessi elettorali u ssaħħaħha, b'mod partikulari permezz tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali, u permezz ta' l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali involuti f'dawn il-proċessi.

Artikolu 2

L-ambitu

1.   Wara li jitqiesu l-Artikoli 1 u 3, l-għajnuna tal-Komunità għandha tirrelata ma’ l-oqsma li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni u tisħiħ tad-demokrazija parteċipatorja u rappreżentattiva, inkluża d-demokrazija parlamentari, u tal-proċessi tad-demokratizzazzjoni, prinċipalment permezz ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inter alia:

i)

fil-promozzjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea, taċ-ċaqliq mhux imxekkel tal-persuni, tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, inklużi l-espressjoni artistika u kulturali, ta' midja indipendenti, ta' aċċess bla xkiel għall-informazzjoni, u tal-miżuri biex jiġu miġġielda l-ostakli amministrattivi għall-eżerċitar ta' dawn il-libertajiet, inkluża l-ġlieda kontra ċ-ċensura;

ii)

fit-tisħiħ ta' l-istat tad-dritt, fil-promozzjoni ta' l-indipendenza tal-ġudikatura, fit-tħeġġiġ u l-evalwazzjoni tar-riformi legali u istituzzjonali u fil-promozzjoni ta' l-aċċess għall-ġustizzja;

iii)

fil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, tat-tribunali kriminali internazzjonali ad hoc u tal-proċessi tal-ġustizzja tranżitorja u tal-mekkaniżmi ta’ verità u ta' rikonċiljazzjoni;

iv)

fl-appoġġ ta’ riformi biex jinkisbu l-obbligi ta’ rendikont u ta’ sorveljanza demokratiċi effettivi u trasparenti, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà u tal-ġustizzja, u fl-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

v)

fil-promozzjoni ta' pluraliżmu politiku u ta' rappreżentanza politika demokratika u fit-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni politika miċ-ċittadini, b'mod partikulari mill-gruppi marġinalizzati, fil-proċessi ta' riforma demokratika fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

vi)

fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika, u fl-appoġġ ta' l-ugwaljanza ta' opportunità u l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika tan-nisa;

vii)

fl-appoġġ ta' miżuri li jiffaċilitaw il-konċiljazzjoni paċifika ta' l-interessi ta' gruppi, inkluż l-appoġġ għall-miżuri li jibnu l-kunfidenza f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u mad-demokratizzazzjoni.

(b)

il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali oħrajn li jikkonċernaw id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, prinċipalment permezz ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li inter alia huma relatati ma':

i)

l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, il-prevenzjoni tat-tortura, tat-trattament ħażin u ta' forom oħra ta' trattament krudili, diżuman u degradanti u r-rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura;

ii)

l-appoġġ, il-ħarsien u l-għajnuna għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, skond it-termini ta' l-Artikolu 1 tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt u r-Responsabilità ta' Individwi, Gruppi u Organi tas-Soċjetà li jippromwovu u jħarsu d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali li huma Universalment Rikonoxxuti;

iii)

il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inklużi s-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatterisitiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

iv)

id-drittijiet tal-popli indiġeni u d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u gruppi etniċi;

v)

id-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, ir-reati ta' l-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

vi)

id-drittijiet tat-tfal, kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-ġlieda kontra t-tħaddim, it-traffikar u l-prostituzzjoni tat-tfal, u r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal;

vii)

id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità;

viii)

il-promozzjoni ta' l-istandards fundamentali tax-xogħol u tar-responsabilità soċjali korporattiva;

ix)

l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, u fil-qasam kopert mill-paragrafu 1(a) (vii);

x)

l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili involuti fil-ħarsien, fil-promozzjoni jew fid-difiża tad-drittijiet u fil-miżuri msemmija fil-paragrafu 1(a) (vii);

(ċ)

it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġustizzja, ta' l-istat tad-dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija, b’mod partikolari billi

i)

ikun provdut appoġġ għal strumenti internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

ii)

titrawwem koperazzjoni mis-soċjetà ċivili ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali intergovernattivi, u jiġu appoġġati l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili mirati lejn il-promozzjoni u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

iii)

tkun promossa l-osservanza tal-liġi umanitarja internazzjonali;

(d)

il-bini tal-kunfidenza fil-proċessi elettorali demokratiċi u t-tisħiħ ta' l-affidabilità u t-trasparenza tagħhom, b’mod partikolari

i)

permezz ta’ l-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea;

ii)

permezz ta' miżuri oħra għall-monitoraġġ tal-proċessi elettorali;

iii)

billi jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċita’ ta’ osservazzjoni elettorali ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livelli reġjonali u lokali, u billi jiġu appoġġati l-inizjattivi tagħhom biex jissaħħu l-parteċipazzjoni fil-proċess elettorali u s-segwitu għalih

iv)

billi jiġu appoġġati l-miżuri mirati lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali ta' l-Unjoni Ewropew, b'mod partikulari permezz ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

2.   Il-promozzjoni u l-protezzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u tal-prinċipji ta' l-għoti tas-setgħa, tal-parteċipazzjoni, tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni ta' gruppi vulnerabbli u ta' responsabilità għandhom jitqiesu mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

3.   Il-miżuri ta’ għajnuna msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati fit-territorju tal-pajjiżi terzi jew għandhom ikunu relatati b’mod dirett mas-sitwazzjonijiet li jinqalgħu fil-pajjiżi terzi, jew ikunu relatati b'mod dirett ma' azzjonijiet globali jew reġjonali.

Artikolu 3

Il-Komplementarjetà u l-Koerenza ta’ l-Għajnuna tal-Komunità

1.   L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-qafas tal-politika tal-Komunità dwar koperazzjoni għall-iżvilupp u b'mod ġenerali mal-politika barranija ta' l-Unjoni Ewropea u komplementari għal dik provduta skond strumenti relattivi tal-Komunità għal għajnuna esterna, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra. L-għajnuna kumplementari tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun provduta biex tiġi rinforzata l-azzjoni skond strumenti relattivi ta' assistenza esterna.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skond dan ir-Regolament ikunu konsistenti mal-qafas ġenerali tal-politika strateġika tal-Komunità u b’mod partikolari ma’ l-għanijiet ta’ l-istrumenti t’aktar ’il fuq, kif ukoll ma’ miżuri rilevanti oħrajn tal-Komunità.

3.   Sabiex tiżdied l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri ta’ għajnuna tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tagħha stess u dawk ta’ l-Istati Membri, kemm fuq il-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fil-prattika. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ l-informazzjoni rilevanti, inkluż ma donaturi oħra, matul id-diversi fażijiet taċ-ċiklu ta’ l-għajnuna, b’mod partikolari fuq il-livell lokali.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u jkollha skambji regolari ta’ opinjonijiet miegħu.

5.   Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji regolari ta' informazzjoni mas-soċjetà ċivili, fil-livelli kollha, inkluż f'pajjiżi terzi.

TITOLU II

L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 4

Il-qafas ġenerali għall-implimentazzjoni

L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun implimentata permezz tal-miżuri li ġejjin:

a)

id-Dokumenti ta’ Strateġija u r-reviżjonijiet tagħhom kif ikun xieraq;

b)

il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni;

c)

il-Miżuri Speċjali;

d)

Miżuri ad hoc.

Artikolu 5

Id-Dokumenti ta’ Strateġija u r-Reviżjonijiet

1.   Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Komunità għall-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet ta’ l-imsieħba prinċipali. Huma għandhom ikunu konsistenti ma' l-iskop ġenerali, l-objettivi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-prinċipji ta' dan ir-Regolament.

2.   Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għall-finanzjament mill-Komunità, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tar-rendiment. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista’ tingħata fil-forma ta’ medda, fejn ikun xieraq.

3.   Id-Dokumenti ta’ Strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estensoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2). Għandhom ikopru mhux aktar mill-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu riveduti f’nofs it-term, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.

4.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqsmu informazzjoni bejniethom u jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħrajn inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fi stadju bikri tal-proċess ta’ programmazzjoni sabiex jippromwovu l-komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tagħhom.

Artikolu 6

Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tadotta Programmi Annwali ta’ Azzjoni bbażati fuq id-Dokumenti ta’ Strateġija u r-reviżjonijiet msemmija fl-Artikolu 5.

2.   Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni għadhom jispeċifikaw l-għanijiet segwiti, l-oqsma ta’ intervent, ir-riżultati mistennija, il-proċeduri ta’ ġestjoni u l-ammont totali ta’ finanzjament ippjanat. Huma għandhom iqisu t-tagħlim miksub mill-implimentazzjoni li diġà seħħet ta' l-assistenza Komunitarja. Għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni ta’ l-ammonti allokati għal kull operazzjoni u skeda indikattiva ta’ l-implimentazzjoni. L-għanijiet għandhom ikunu miżurabbli u għandhom ikollhom punti ta’ referenza marbutin biż-żmien.

3.   Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2). F’każijiet fejn l-emendi għall-Programmi Annwali ta’ Azzjoni ma jaqbżux l-20 % ta’ l-ammont globali allokat lilhom, il-Kummissjoni għandha tadotta emendi ta’ din ix-xorta. Hija għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 17(1).

4.   F’każ li Programm Annwali ta’ Azzjoni ma jkunx għadu ġie adottat, b’mod eċċezzjonali, fuq il-bażi tad-Dokumenti ta’ Strateġija msemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li ma jkunx hemm provvediment għalihom fi Programm Annwali ta’ Azzjoni, skond l-istess regoli u proċeduri bħall-Programmi Annwali ta’ Azzjoni.

Artikolu 7

Il-Miżuri Speċjali

1.   Minkejja l-Artikolu 5, fil-każ ta' ħtiġijiet mhux previsti u ġġustifikati kif xieraq jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' tadotta Miżuri Speċjali li mhumiex koperti fid-Dokumenti ta' Strateġija.

2.   Il-Miżuri Speċjali għandhom jispeċifikaw l-għanijiet segwiti, l-oqsma ta’ attività, ir-riżultati mistennija, il-proċeduri ta' ġestjoni u l-ammont totali ta’ finanzjament. Għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni ta’ l-ammonti allokati għal kull operazzjoni u l-iskeda indikattiva għall-implimentazzjoni tagħhom. Għandhom jinkludu definizzjoni tat-tip ta' indikaturi tar-rendimant li jridu jiġu mmonitorjati waqt l-implimentazzjoni ta' miżuri speċjali.

3.   Fejn l-ispiża ta’ miżuri ta’ din ix-xorta hija ekwivalenti għal jew taqbeż l-EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tadottahom skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2).

4.   Għal Miżuri Speċjali li jiswew inqas minn EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri bħala informazzjoni fi żmien 10 ġranet ta' xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 8

Il-miżuri ta’ appoġġ

1.   Il-finanzjament tal-Komunità skond dan ir-Regolament jista’ jkopri n-nefqa assoċjata mal-preparazzjoni, ma’ l-azzjoni ta’ segwitu, mal-monitoraġġ, ma’ l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni meħtieġa b’mod dirett għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kisba ta’ l-għanijiet tiegħu, bħal studji, laqgħat, informazzjoni, attivitajiet li jqajmu kuxjenza, attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ pubblikazzjoni, inklużi miżuri ta' taħriġ u edukattivi għal sħab mis-soċjetà ċivili, in-nefqa assoċjata ma’ netwerks tal-kompjuter għall-iskambju ta’ l-informazzjoni, u kwalunkwe spiża għal għajnuna amministrattiva jew teknika oħra li tkun meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm. Jista’ jkopri wkoll nefqa, fejn ikun xieraq, għal azzjonijiet biex ikun enfasizzat il-karattru tal-Komunità tal-miżuri ta’ għajnuna, għal attivitajiet biex ikunu spjegati l-għanijiet u r-riżultati tal-miżuri ta’ għajnuna lill-pubbliku ġenerali fil-pajjiżi kkonċernati.

2.   Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkopri wkoll in-nefqa tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex ikunu ġestiti l-operazzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta Miżuri ta’ Appoġġ li mhumiex koperti minn Dokumenti ta’ Strateġija kif imsemmija fl-Artikolu 5 skond l-Artikolu 7(3) u (4). Artikolu

Artikolu 9

Miżuri ad hoc

1.   Minkejja l-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista' talloka għotjiet żgħar fuq bażi ad hoc lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex twieġeb għal bżonnijiet urġenti ta' protezzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri bil-miżuri ad hoc li jkunu ttieħdu.

Artikolu 10

Eliġibiltà

1.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 14, il-korpi u l-atturi li ġejjin, filwaqt li joperaw fuq bażi indipendenti u responsabbli, għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament skond dan ir-Regolament għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 9:

a)

organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi mingħajr qligħ, organizzazzjonijiet ibbażati fil-Komunità, u aġenziji, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr qligħ tas-settur privat, u networks tagħhom fuq il-livell lokali, nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

b)

l-aġenziji, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr qligħ tas-settur pubbliku, u n-netwerks fuq il-livell lokali, nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

c)

korpi parlamentari nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan l-istrument u sakemm il-miżura proposta ma tistax tkun iffinanzjata skond strument relatat tal-Komunità għal għajnuna esterna;

d)

l-organizzazzjonijiet inter-governattivi internazzjonali u reġjonali;

e)

il-persuni naturali meta dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Korpi jew atturi oħrajn mhux elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu ffinanzjati, b'mod eċċezzjonali u f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, sakemm dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Il-Proċeduri ta’ Ġestjoni

1.   Il-miżuri ta’ għajnuna ffinanzjati skond dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (16) u kwalunkwe reviżjoni tiegħu fuq bażi ċċentralizzata jew permezz ta’ ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 53(1) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Fil-każ ta' ffinanzjar konġunt u f'każijiet oħra ġġustifikati, skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-Kummissjoni tista’, tiddeċiedi li tafda l-kompiti ta’ awtorità pubblika, u b’mod partikolari kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2)(c) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 12

L-impenji baġitarji

1.   L-impenji baġitarji għandhom isiru fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 6, 7, 8 u 9.

2.   Il-finanzjament tal-Komunità jista’ jieħu waħda mill-forom legali li ġejjin, inter alia:

a)

il-ftehimiet ta’ għotja, id-deċiżjonijiet ta’ għotja jew il-ftehimiet ta’ kontribut;

b)

il-ftehimiet skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

c)

il-kuntratti ta’ akkwist;

d)

il-kuntratti ta’ impjieg.

Artikolu 13

It-tipi ta’ finanzjament

1.   Il-finanzjament tal-Komunità jista’ jieħu l-forom li ġejjin:

a)

il-proġetti u l-programmi;

b)

l-għotjiet biex ikunu ffinzanzjati proġetti mressqa mill-organizzazzjonijiet inter-governattivi internazzjonali u reġjonali kif imsemmija fl-Artikolu 10(1) (d);

c)

għotjiet żgħar lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem kif msemmija fl-Artikolu 2(1)(b)(ii) sabiex jiffinanzjaw l-miżuri ta' protezzjoni urġenti taħt l-Artikolu 9(1);

d)

għotjiet għall-iffinanzjar ta' l-ispejjeż ta' l-operat ta' l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem;

e)

l-għotjiet li jappoġġjaw l-ispejjeż operattivi taċ-Ċentru Ewropew Inter-Universitarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u għad-Demokratizzazzjoni (EIUC), b’mod partikolari għall-Programm tal-Lawrja Ewropea ta’ Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u l-Programm ta’ Borża ta’ Studju UE-NU, aċċessibbli għal kollox lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll attivitajiet oħra edukattivi, ta’ taħriġ u ta’ riċerka li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni;

f)

il-kontributi għal fondi internazzjonali, bħal dawk ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali;

g)

ir-riżorsi umani u l-materjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni ta’ l-Elezzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea;

h)

il-kuntratti pubbliċi kif iddefiniti fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

2.   Il-miżuri ffinanzjati skond dan ir-Regolament huma eliġibbli għal ko-finanzjament mingħand dawn li ġejjin, b’mod partikolari mingħand:

a)

l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali tagħhom, u b’mod partikolari l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom;

b)

pajjiżi donaturi oħrajn, u b’mod partikolari l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom;

c)

l-organizzazzjonijiet inter-governattivi internazzjonali u reġjonali;

d)

il-kumpaniji, id-ditti, organizzazzjonijiet u negozji privati oħrajn, trejd unjons, federazzjonijiet tat-trejd unjons, u atturi oħra mhux Statali.

3.   Fil-każ ta’ ko-finanzjament parallel, il-proġett jew il-programm għandu jinqasam f’numru ta’ komponenti li jistgħu ikunu identifikati b’mod ċar, li kull wieħed minnhom jiġi ffinanzjat minn imsieħba differenti li jipprovdu ko-finanzjament b’tali mod li l-użu finali tal-finanzjament jista’ dejjem jiġi identifikat. Fil-każ ta’ ko-finanzjament konġunt, l-ispiża totali tal-proġett jew tal-programm għandha tinqasam bejn l-imsieħba li jipprovdu l-ko-finanzjament u r-riżorsi jiġu ppuljati b’tali mod li ma jkunx possibbli li jiġi identifikat is-sors tal-finanzjament għal kwalunkwe attività partikolari li titwettaq bħala parti mill-proġett jew mill-programm.

4.   Fil-każ ta’ ko-finanzjament konġunt, il-Kummissjoni tista’ tirċievi u tiġġestixxi fondi f’isem il-korpi msemmija fil-paragrafu 2 (a), (b), u (c), għall-fini ta’ l-l-implimentazzjoni tal-miżuri konġunti. Fondi ta’ din ix-xorta għandhom jiġu trattati bħala dħul assenjat skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

5.   Fil-każ ta’ ko-finanzjament u f’każijiet oħra ġġustifikati b’mod xieraq, il-Kummissjoni tista’ tafda kompiti ta’ awtorità pubblika, u b’mod partikolari kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit, lill-korpi msemmija fl-Artikolu (2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1605/2002.

6.   Għajnuna mill-Komunità m'għandhiex tintuża għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew tariffi fl-pajjiżi benefiċjarji.

Artikolu 14

Ir-regoli tal-parteċipazzjoni u r-regoli ta’ l-oriġini

1.   Il-parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti ta’ akkwist jew għal ta’ għotjiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament għandha tkun miftuħa għall-persuni naturali kollha li huma ċittadini ta’ jew persuni legali li huma stabbiliti fi Stat Membru tal-Komunità, f’pajjiż li qed jaderixxi jew kandidat uffiċjali kif inhu rikonoxxut mill-Komunità Ewropea jew fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Il-parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti ta’ akkwist jew ta’ għotjiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament għandha tkun miftuħa wkoll għall-persuni naturali kollha li huma ċittadini ta’ jew persuni legali li huma stabbiliti f’pajjiż li qiegħed jiżviluppa, kif speċifikat mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp ta’ l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD/DAC), flimkien mal-persuni naturali jew legali eliġibbli minħabba dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-lista tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li ġiet stabbilita mill-OECD/DAC, skond ir-reviżjonijiet regolari ta’ din il-lista u tinforma l-Kunsill b'dan.

2.   Il-parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti ta’ akkwist jew ta’ għotjiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament għandha tkun miftuħa wkoll għall-persuni naturali kollha li huma ċittadini ta’ jew persuni legali li huma stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn ġie stabbilit aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tagħhom. L-aċċess reċiproku għandu jingħata kulmeta pajjiż jagħti l-eliġibilità b’termini ndaqs lill-Istati Membri u lill-pajjiż riċeventi kkonċernat.

L-aċċess reċiproku għandu jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni speċifika li tikkonċerna pajjiż partikolari jew grupp reġjonali ta’ pajjiżi partikolari. Deċiżjoni ta’ din ix-xorta għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) u għandha tkun fis-seħħ għal perjodu minimu ta’ sena.

3.   Il-parteċipazzjoni fl-għotja ta’ għotjiet u ta’ kuntratti pubbliċi ffinanzjati skond dan ir-Regolament għandha tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 huma bla preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-kategoriji ta’ organizzazzjonijiet eliġibbli minħabba n-natura jew il-lokalizzazzjoni fir-rigward ta’ l-għanijiet ta’ l-azzjoni li għandha titwettaq.

5.   L-esperti jistgħu ikunu ta’ kwalunkwe nazzjonalità. Dan huwa bla preġudizzju għar-rekwiżiti kwalitativi u finanzjarji stabbiliti fir-regoli dwar l-akkwisti tal-Komunità.

6.   Jekk il-miżuri ffinanzjati skond dan ir-Regolament jiġu implimentati fuq bażi ċentralizzata u b’mod indirett permezz ta’ delega lil korpi speċjalizzati tal-Komunità, korpi tas-settur pubbliku internazzjonali jew nazzjonali, jew korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku skond l-Artikolu 54(2) c) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u ta’ għotja ta’ għotjiet ta’ l-enitità li tiġġestixxi għandha tkun miftuħa għall-persuni naturali li huma ċittadini tal-pajjiżi li għandhom aċċess għall-kuntratti u għall-għotjiet tal-Komunità skond il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor eliġibbli skond ir-regoli u l-proċeduri ta’ l-entità li tiġġestixxi, u għall-persuni legali li huma stabbiliti f’dawk il-pajjiżi.

7.   Kulmeta l-għajnuna tal-Komunità tkopri operazzjoni implimentata permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond dan l-Artikolu kif ukoll għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond ir-regoli ta’ dik l-organizzazzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni ħalli jiġi żgurat li jingħata trattament indaqs lid-donaturi kollha. L-istess regoli għandhom japplikaw fir-rigward tal-provvisti, tal-materjali u ta’ l-esperti.

8.   Kulmeta l-finanzjament tal-Komunità jkopri operazzjoni li hija ko-finanzjata ma’ pajjiż terz, soġġett għar-reċiproċità, jew ma’ organizzazzjoni reġjonali, jew ma’ Stat Membru, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond dan l-Artikolu, kif ukoll għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond ir-regoli ta’ pajjiż terz, organizzazzjoni reġjonali jew Stat Membru ta’ din ix-xorta. L-istess regoli għandhom japplikaw fir-rigward tal-provvisti, tal-materjali u ta’ l-esperti.

9.   Il-provvisti u l-materjali kollha li jinxtraw skond kuntratt iffinanzjat skond dan ir-Regolament iridu joriġinaw mill-Komunità jew minn pajjiż eliġibbli kif iddefinit fil-paragrafi 1 u 2. It-terminu “oriġini” għall-fini ta’ dan ir-Regolament huwa definit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità dwar ir-regoli ta’ l-oriġini għal finijiet doganali.

10.   F’każijiet issostanzjati b’mod xieraq, il-Kummissjoni tistà tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ persuni naturali u legali jew minn pajjiżi li għandhom rabtiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġeografiċi tradizzjonali ma’ pajjiżi ġirien, jew minn pajjiżi terzi oħrajn, u x-xiri u l-użu tal-provvisti u tal-materjali ta’ oriġini differenti.

11.   Id-derogi jistgħu jkunu ġġustifikati fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ disponibilità tal-prodotti u tas-servizzi fis-swieq tal-pajjiżi kkonċernati, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira, jew jekk ir-regoli ta’ eliġibiltà għandhom jagħmlu t-twettiq ta’ proġett, programm jew azzjoni impossibbli jew diffiċli immens.

12.   Dawk li tefgħu l-offerti u ngħataw il-kuntratti għandhom jirrispettaw l-istandards tax-xogħol ċentrali mifthiema internazzjonalment, bħall-istandards ċentrali tax-xogħol ta’ l-ILO, il-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni ta’ xogħol forzat u ta’ bilfors, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta’ l-impiegi u ta’ l-okkupazzjoni, u l-abolizzjoni tax-xogħol tat-tfal.

Artikolu 15

Il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.   Kwalunkwe ftehim jew kuntratt li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, b’mod partikolari fir-rigward tal-frodi, tal-korruzzjoni u ta’ kwalunkwe irregolarità oħra skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/1995 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (17), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/1996 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (18), u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (19).

2.   Il-ftehimiet u l-kuntratti għandhom jagħtu d-dritt b’mod espliċitu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri li jkollhom is-setgħa ta’ verifika, fuq il-bażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Komunità. B’mod espliċitu, għandhom jawtorizzaw ukoll lill-Kummissjoni biex twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif provdut fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/1996.

Artikolu 16

L-evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrivedi b’mod regolari il-programmi tagħha, u għandha tevalwa l-effettività, il-koerenza u l-konsistenza tal-programmazzjoni, fejn xieraq permezz ta' evalwazzjonijiet esterni indipendenti, sabiex tiżgura ruħha jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet futuri. Għandhom jitqiesu l-proposti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill għal evalwazzjonijiet esterni indipendenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 17(1) u lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni. L-Istati Membru jistgħu jitolbu diskussjoni ta’ evalwazzjonijiet speċifiċi fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 17(1). Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tassoċja lill-partijiet interessati kollha kif ikun xieraq fil-fażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-għajnuna tal-Komunità provduta skond dan ir-Regolament. Għandhom jiġu mħeġġa evalwazzjonijiet konġunti ma’ l-Istati Membri, ma’ organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali oħrajn.

TITOLU III

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn Kumitat għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Kumitat”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu provdut fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ 30 ġurnata.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 18

Ir-Rapport Annwali

1.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna mwettqa skond dan ir-Regolament u għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati u, safejn ikun possibbli, ir-riżultati u l-impatti ewlenin ta’ l-għajnuna. Ir-rapport għandu jkun parti integrali mir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp tal-Komunità Ewropea u dwar l-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna esterna u mir-Rapport Annwali ta’ l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

2.   Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni relatata mas-sena ta’ qabel dwar il-miżuri ffinanzjati, ir-riżultati ta’ l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, l-involviment ta’ l-imsieħba rilevanti, u l-implimentazzjoni ta’ l-impenji u tal-ħlasijiet baġitarji, analizzati statistikament skond il-miżuri globali, reġjonali, u tal-pajjiżi, u l-oqsma ta’ l-għajnuna. Huwa għandu jivvaluta r-riżultati ta’ l-għajnuna, billi juża kemm jista' jkun indikaturi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu ta' l-irwol tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Pakkett finanzjarju

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2007-2013 għandu jkun ta’ EUR 1 103 702 000. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-Qafas Finanzjarju 2007 – 2013.

Artikolu 20

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin, jekk ikun xieraq bi proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għal dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, ta' l-20 ta’ Diċembru 2006

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 (Għada mhix ippubblikara fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006.

(2)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(3)  ĠU L 310, 9.11.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1

(5)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.

(6)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2001 dwar l-irwol ta’ l-Unjoni Ewropea biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni f’pajjiżi terzi.

(7)  Komunikazzjoni tal-Kumissjoni tat 23 ta' Mejju 1995dwar l-Inklużjoni tar-Rispett għal-Prinċipji Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem fi Ftehimiet bejn il-Kommunità u Pajjiżi Terzi.

(8)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 120, 8.5.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2110/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 1)

(10)  ĠU L 120, 8.5.1999, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2112/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23)

(11)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3; ĠU L 385, 29.12.2004, p. 88.

(12)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(13)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 31

(14)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta' April 2000 dwar l-Għajnuna u l-Osservazzjoni Elettorali ta' l-UE.

(15)  ĠU C 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(16)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1

(17)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1

(18)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2

(19)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

12


REGOLAMENT (KE) Nru 1890/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta’ impriżi agrikoli, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2007-2009 u l-kontribuzzjoni massima mill-Komunità għall-Bulgarija u r-Rumanija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 (2) jistipula li l-Istati Membri għandhom jitħallsu lura sa ammont massimu għal kull stħarriġ, bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż imġarrba.

(2)

Biex jitwettaq l-istħarriġ fuq l-istruttura ta’ l-impriżi agrikoli, jeħtieġ finanzjament konsiderevoli mill-Istati Membri u mill-Komunità biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji.

(3)

Bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Bugarija u r-Rumanija u tat-twettiq ta' stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli f'dawn l-Istati Membri l-ġodda fl-2007, huwa xieraq li kontribuzzjoni massima Kommunitarja tiġi pprovduta għal kull stħarriġ; dan l-adattament huwa meħtieġ minħabba l-adeżjoni u ma ġiex previst fl-Att ta' l-Adeżjoni.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għall-bqija tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlienija għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura annwali baġitarja, skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja (3),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 571/88 huwa emendat kif ġej:

1)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 14(1):

“—

EUR 2 000 000 għall-Bulgarija,

EUR 2 000 000 għar-Rumanija.”.

2)

Fl-Artikolu 14, it-tielet, ir-raba' u l-ħames sub-paragrafu tal-paragrafu 1 huma mibdula b’li ġej:

“Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, inklużi l-approprjazzjonijiet meħtieġa għat-tmexxija tal-proġett Eurofarm, għandu jiġi ffissat għal EUR 20 400 000 għall-perjodu 2007-2009.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 20 ta' Diċembru 2006

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006 (għada mhux ippulikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006

(2)  ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 3).

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

14


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1891/2006

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 6/2002 u (KE) Nru 40/94 biex jagħti effett lill-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinji industrijali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar disinji Komunitarji (1) ħoloq is-sistema ta’ disinn Komunitarju li permezz tagħha impriżi jistgħu permezz ta' sistema proċedurali jiksbu disinji Komunitarji li jingħataw protezzjoni uniformi b’sistema proċedurali waħda u jipproduċu l-effetti tagħhom fiż-żona kollha tal-Komunità.

(2)

Wara tħejjijiet mibdija u mwettqa mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) bil-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri li huma membri ta' l-Unjoni ta' l-Aja, l-Istati Membri li ma humiex membri ta' l-Unjoni ta' l-Aja u l-Komunità Ewropea, il-Konferenza Diplomatika, imlaqqa' għal dak il-għan f“Ġinevra, adottat l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' l-Aja dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinji industrijali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-”“Att ta' Ġinevra”) fit-2 ta' Lulju 1999.

(3)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill il-Kunsill approva l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinji industrijali (2) u awtorizza lill-President tal-Kunsill biex jiddepożita l-istrument ta’ adeżjoni mad-Direttur Ġenerali tal-WIPO mid-data li fiha l-Kunsill adotta l-miżuri li jinħtieġu biex jagħtu effett lill-adeżjoni tal-Komunità għall-Att ta’ Ġinevra. Dan ir-Regolament fih dawk il-miżuri.

(4)

Il-miżuri adatti għandhom ikunu inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 permezz taż-żieda ta’ titolu ġdid dwar “Reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinji”.

(5)

Ir-regoli u l-proċeduri marbuta ma’ reġistrazzjonijiet internazzjonali b’deżinjazzjoni għall-Komunità, fil-prinċipju, għandhom ikunu l-istess bħar-regoli u l-proċeduri li japplikaw għall-applikazzjonijiet għal disinji Komunitarji. Skond dan il-prinċipju, reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-Komunità għandha tkun soġġetta għall-eżami dwar ir-raġunijiet ta’ għala ma tistax tiġi rreġistrata qabel tieħu l-istess effett bħal disinn Komunitarju rreġistrat. Bl-istess mod, reġistrazzjoni internazzjonali li jkollha l-istess effett bħal disinn Komunitarju rreġistrat għandha wkoll tkun soġġetta għall-istess regoli dwar l-invalidazzjoni bħal disinn Komunitarju rreġistrat.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

L-adeżjoni tal-Komunità għall-Att ta’ Ġinevra se toħloq sors ġdid ta’ dħul għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 21993 dwar it-trade mark Komunitarju (3) għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 134(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Id-dħul għandu jinkludi, mingħajr ħsara għal tipi oħra ta’ dħul, ħlasijiet totali mħallsin skond ir-regolamenti ta’ ħlas, ħlasijiet totali mħallsin skond il-Protokoll ta’ Madrid imsemmi fl-Artikolu 140 ta’ dan ir-Regolament għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-Komunitajiet Ewropej u ħlasijiet oħra li jsiru lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta’ Madrid, ħlasijiet totali mħallsin skond l-Att ta’ Ġinevra msemmi fl-Artikolu 106ċ tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 għal reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-Komunità Ewropea u ħlasijiet oħra magħmula lill-Partijiet Kontraenti għall-Att ta’ Ġinevra, u, sa fejn huwa meħtieġ, sussidju mdaħħal taħt intestatura speċifika tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, taqsima tal-Kummissjoni.”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 6/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 25(1)(d) huwa sostitwit minn dan li ġej:

“(d)

jekk id-disinn Komunitarju jkun f’konflitt ma’ disinn preċedenti li sar disponibbli għall-pubbliku wara d-data ta’ preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni jew, jekk tintalab il-prijorità, id-data ta’ prijorità tad-disinn Komunitarju, u li hi protetta minn data qabel id-data msemmija

(i)

minn disinn Komunitarju rreġistrat jew applikazzjoni għal disinn bħal dan,

jew

(ii)

minn dritt għal disinn irreġistrat ta’ Stat Membru, jew b’applikazzjoni għal dritt bħal dan,

jew

(iii)

minn dritt għal disinn irreġistrat skond l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinji industrijali, adottat f’Ġinevra fit-2 ta’ Lulju 1999, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘l-Att ta’ Ġinevra’, li kien approvat b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/954/KE u li għandu effett fil-Komunità, jew b’applikazzjoni għal dritt bħal dan;”

2.

It-titolu li ġej huwa mdaħħal wara t-titolu XI:

“IT-TITOLU XIa:

REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI TA’ DISINJI

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 106a

L-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet

1.   Jekk mhux speċifikat mod ieħor f’dan it-titolu, dan ir-Regolament u kwalunkwe Regolament li jimplimenta dan ir-Regolament adottat skond l-Artikolu 109 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal reġistrazzjonijiet ta' disinji industrijali fir-reġistru internazzjonali miżmum mill-Uffiċċju Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (minn issa ’l quddiem imsejħa ‘reġistrazzjoni internazzjonali’ u ‘l-Uffiċċju Internazzjonali’) li jiddeżinja l-Komunità, skond l-Att ta’ Ġinevra.

2.   Kull dokumentazzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-Komunità fir-Reġistru Internazzjonali għandu jkollha l-istess effett daqs li kieku saret fir-reġistru ta’ disinji Komunitarji ta’ l-Uffiċċju, u kwalunkwe pubblikazzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-Komunità fil-Bullettin ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali għandu jkollha l-istess effett daqs li kieku kienet ippubblikata fil-Bullettin ta’ Disinji Komunitarji.

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 106b

Proċedura għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni internazzjonali

Applikazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 4(1) ta’ l-Att ta’ Ġinevra għandhom jitressqu direttament fl-Uffiċċju Internazzjonali.

Artikolu 106ċ

Ħlasijiet għad-deżinjazzjoni

Il-ħlasijiet preskritti għad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ l-Att ta’ Ġinevra huma ssostitwiti minn ħlas individwali għal deżinjazzjoni.

Artikolu 106d

Effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li jiddeżinjaw il-Komunità Ewropea

1.   Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja l-Komunità għandu, mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 10(2) ta' l-Att ta' Ġinevra, ikollha l-istess effett bħal applikazzjoni għal disinn Komunitarju rreġistrat.

2.   Jekk l-ebda rifjut ma ġie nnotifikat jew jekk kwalunkwe rifjut ġie irtirat, ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinn li jiddeżinja l-Komunità għandu, mid-data msemmija fil-paragrafu 1, ikollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta’ disinn bħala disinn Komunitarju rreġistrat.

3.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, skond il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament Implimentattiv.

Artikolu 106e

Rifjut

1.   L-Uffiċċju għandu jikkomunika notifika ta’ rifjut lill-Uffiċċju Internazzjonali mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data ta’ pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali, jekk waqt li jkun qed jeżamina reġistrazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju jinnota li d-disinn li għalih qed tintalab protezzjoni ma jikkorrispondix mad-definizzjoni skond l-Artikolu 3(a), jew imur kontra l-politika pubblika jew il-prinċipji aċċettati ta’ moralità.

In-notifika għandha ssemmi r-raġunijiet li fuqhom jissejjes ir-rifjut.

2.   L-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali fil-Komunità m'għandhomx jiġu rifjutati qabel ma d-detentur jingħata l-opportunità li jirrinunzja għar-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Komunità jew li jressaq osservazzjonijiet.

3.   Il-kondizzjonijiet għall-eżami tar-raġunijiet għal rifjut għandhom ikunu stipulati fir-Regolament Implimentattiv.

Artikolu 106f

Invalidazzjoni ta’ l-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali

1.   L-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali fil-Komunità jistgħu jkunu ddikjarati invalidi parzjalment jew fit-totalità tagħhom skond il-proċeduri fit-Titoli VI u VII jew b’qorti ta’ disinn Komunitarju abbażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni.

2.   Fejn l-Uffiċċju jaf bl-invalidazzjoni, huwa għandu jinnotifika lill-Uffiċċju Internazzjonali.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Att ta’ Ġinevra jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Komunità Ewropea.

Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


(1)  ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.

(2)  Ara paġna 18 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005.


II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Kunsill

29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 Marzu 2006

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(2006/953/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 80 (2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Ġunju ta' l-2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim mar-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru, hawn aktar 'il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju.

(3)

Il-ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b' mod proviżorju, soġġett għal konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f' isem il-Komunita', soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f' isem il-Komunita' soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussel, 27 Marzu 2006

Għall-Kunsill

Il-President

M. GORBACH


FTEHIM

Bejn il-Komunità Ewropea u r-renju tal-Marokk dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

min-naħa l-waħda, u

IR-RENJU TAL-MAROKK

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”),

WARA LI NNUTAW li ġew konklużi ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li fihom disposizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea,

WARA LI NNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta' diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

WARA LI NNUTAW li, taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea, kumpanniji ta' l-ajru tal-Komunità stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għas-suq fir-rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi,

WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà liċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f'kumpanniji ta' l-ajru liċenzjati skond il-liġi tal-Komunità Ewropea,

WARA LI GĦARFU li d-disposizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali għas-servizzi ta’ l-ajru konklużi bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea jridu jinġiebu f’konformità sħiħa ma' din ta’ l-aħħar sabiex tiġi stabbilita bażi legali soda għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk u biex tiġi ppreservata l-kontinwità ta’ servizzi ta' l-ajru bħal dawn,

WARA LI NNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li żżid il-volum totali tat-traffiku bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li jiġi milqut il-bilanċ bejn il-kumpanniji ta’ l-ajru Komunitarji u l-kumpanniji ta’ l-ajru tar-Renju tal-Marokk, jew li tinnegozja emendi bilaterali għad-disposizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Disposizzjonijiet Ġenerali

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

2.   Referenzi f'kull wieħed mill-Ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirreferu għal ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Referenzi f'kull wieħed mill-Ftehim elenkat fl-Anness I għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti minn dak il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal kumpanniji ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Nomina minn Stat Membru

1.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet korrispondenti ta' l-artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina ta' kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilu mir-Renju tal-Marokk, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpannija ta' l-ajru, rispettivament.

2.   Malli jirċievi nomina mingħand Stat Membru, ir-Renju tal-Marokk għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-inqas dewmien proċedurali, dment li:

(i)

il-kumpannija ta' l-ajru hija stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li nnominaha u għandha Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi Komunitarja Ewropea;

(ii)

il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru huwa eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika rilevanti hija identifikata b'mod ċar fin-nomina;

u

(iii)

il-kumpannija ta' l-ajru tkun proprjetà, u ser tkompli tkun proprjetà, diretta jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, ta’ l-Istati Membri u/jew ta' ċittadini ta' l-Istati Membri, jew ta' Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew ta' ċittadini ta' tali Stati oħra, u tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata minn dawn l-Istati u/jew ċittadini.

3.   Ir-Renju tal-Marokk jista’ jiċħad, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpannija ta’ l-ajru nnominata minn Stat Membru fejn:

(i)

il-kumpannija ta' l-ajru m'hijiex stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta' l-Istat Membru li jinnomina jew m'għandhiex Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea;

(ii)

ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tagħha, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina;

jew

(iii)

il-kumpannija ta' l-ajru ma tkunx proprjetà u ikkontrollata effettivament, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini ta' l-Istati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew minn ċittadini ta' tali Stati oħra.

Fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu taħt dan il-paragrafu, ir-Renju tal-Marokk m’għandux jiddiskrimina bejn il-kumpanniji ta’ l-ajru Komunitarji abbażi tan-nazzjonalità.

4.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post d-disposizzjonijiet korrispondenti ta' l-Artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, fir-rigward tan-nomina ta' kumpannija ta' l-ajru mir-Renju tal-Marokk, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpannija ta' l-ajru, rispettivament.

5.   Malli jirċievi nomina mingħand ir-Renju tal-Marokk, Stat Membru, għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-inqas dewmien proċedurali, dment li:

(i)

il-kumpannija ta’ l-ajru tkun stabbilita fit-territorju tar-Renju tal-Marokk u jkollha Liċenzja Operattiva valida jew kwalunkwe dokument ieħor ekwivalenti skond il-liġi tal-Marokk;

(ii)

ikun eżerċitat u miżmum kontoll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta’ l-ajru mir-Renju tal-Marokk;

u

(iii)

il-kumpannija ta' l-ajru tkun proprjetà, u ser tkompli tkun proprjetà, diretta jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, tar-Renju tal-Marokk u/jew ta' ċittadini tiegħu, jew ta' l-Istati Membri u/jew ta' ċittadini tagħhom, u tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata mir-Renju tal-Marokk u/jew minn ċittadini tiegħu jew mill-Istati Membru u/jew minn ċittadini tagħhom, għajr jekk il-Ftehim applikabbli elenkat fl-Anness I fih disposizzjonijiet iktar favorevoli f'dan ir-rigward.

6.   L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiċħad, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpannija ta’ l-ajru nnominata mir-Renju tal-Marokk fejn:

(i)

il-kumpannija ta' l-ajru ma tkunx stabbilita fit-territorju tar-Renju tal-Marokk jew ma jkollhiex Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Marokk;

(ii)

ma jiġix eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpannija ta’ l-ajru mir-Renju tal-Marokk;

jew

(iii)

il-kumpannija ta' l-ajru ma tkunx proprjetà u ikkontrollata effettivament, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, tar-Renju tal-Marokk u/jew ta' ċittadini tiegħu, jew ta' l-Istati Membri u/jew ta' ċittadini tagħhom, għajr jekk il-Ftehim applikabbli elenkat fl-Anness I fih disposizzjonijiet iktar favorevoli f'dan ir-rigward.

Artikolu 3

Drittijiet fir-rigward tal-kontroll regolatorju

1.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).

2.   Meta Stat Membru jkun innomina kumpannija ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Renju tal-Marokk taħt id-disposizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li jkun innomina l-kumpannija ta’ l-ajru u r-Renju tal-Marokk għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ l-istandards tas-sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik il-kumpannija ta’ l-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni

1.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness II (d).

2.   Minkejja kwalunkwe disposizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness II (d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, onorarji jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' kumpannija ta' l-ajru nnominata tar-Renju tal-Marokk li topera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

Tariffi

1.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness II (e).

2.   It-tariffi li sejrin jiġu imposti mill-kumpannija/i ta’ l-ajru nnominata/i mir-Renju tal-Marokk taħt Ftehim elenkat fl-Anness I, li fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għal trasport kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea, għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

3.   It-tariffi imposti mill-kumpannija/i ta’ l-ajru nnominata/i mill-Istati Membri taħt Ftehim elenkat fl-Anness I, li fih disposizzjoni elenkata fl-Anness II (e) għal trasport kollu kemm hu ġewwa l-Marokk, għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Marokk.

Artikolu 6

Annessi għall-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 7

Reviżjoni jew emendi

Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b'kunsens reċiproku.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni proviżorja

1.   Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan il-fini jkunu tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw b'mod proviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa.

3.   Il-Ftehim u l-arranġamenti l-oħra bejn l-Istati Membri u r-Renju tal-Marokk li, dakinhar ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u ma jkunux se jiġu applikati b'mod proviżorju huma elenkati fl-Anness I (b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal tali Ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tagħhom.

Artikolu 9

Tmiem

1.   Fil-każ li Ftehim elenkat fl-Anness I jiġi mitmum, id-disposizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-Ftehim ikkonċernat jiġu mitmuma fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu mitmuma, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

B'xhieda ta' dan, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi [....], b'żewġ kopji, fi [....] fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Għarbija. Għall-Komunità Ewropea: Għar-Renju Tal-Marokk:

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapens vägnar

Image 1

Image 2

Image 3

Por el Reino de Marruecos

Za Marocké království

For Kongeriget Marokko

Für das Königreich Marokko

Maroko Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο του Μαρόκου

For the Kingdom of Morocco

Pour le Royaume du Maroc

Per il Regno del Marocco

Marokas Karalistes vārdā

Maroko Karalystès vardu

A Marokkói Királyság részéről

Għar-Renju tal-Marokk

Voor het Koninkrijk Marokko

W imieniu Królestwa Marokańskiego

Pelo Reino de Marrocos

Za Marocké kráľovstvo

Za Kraljevino Maroko

Marokon kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Marocko

Image 4

Image 5

ANNESS I

Lista tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ftehim bilaterali ta’ servizzi ta' l-ajru bejn ir-Renju tal-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b'mod proviżorju.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Marokk magħmul f'Rabat fl-20 ta’ Jannar 1958, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Belġju”;

Issupplimentat mill-Iskambju ta’ Noti datat l-20 ta’ Jannar 1958;

Emendat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Rabat fil-11 ta' Ġunju 2002.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Marokk magħmul f'Rabat fit-8 ta’ Mejju 1961, li fir-rigward tiegħu r-Repubblika Ċeka ddepożitat dikjarazzjoni ta’ suċċessjoni, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk - Repubblika Ċeka”.

Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f'Rabat fl-14 ta’ Novembru 1977, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Danimarka”;

Issupplimentat mill-Iskambju ta’ Noti datat l-14 ta’ Novembru 1977.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Marokk magħmul f’Bonn fit-12 ta’ Ottubru 1961, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Ġermanja”;

Emendat mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Bonn fit-12 ta’ Diċembru 1991.

Emendat mill-Iskambju ta’ Noti datat id-9 ta' April 1997 u s-16 ta' Frar 1998.

Emendat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Rabat fil-15 ta' Lulju 1998.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f’Ateni fis-6 ta’ Ottubru 1998, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Greċja”;

Biex jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Ateni fis-6 ta’ Ottubru 1998.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern ta’ Spanja u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f’Madrid fis-7 ta’ Lulju 1970, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Spanja”;

Issupplimentat l-aħħar mill-Iskambju ta’ Ittri datati t-12 ta’ Awwissu 2003 u l-25 ta’ Awwissu 2003.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Marokk magħmul f'Rabat fil-25 ta’ Ottubru 1957, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Franza”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Italja u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Marokk magħmul f’Ruma fit-8 ta’ Lulju 1967, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Italja”;

Emendat mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Ruma fit-13 ta’ Lulju 2000;

Emendat l-aħħar permezz ta’ l-Iskambju ta’ Noti datati s-17 ta’ Ottubru 2001 u t-3 ta’ Jannar 2002.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f’Varsavja fid-19 ta’ Mejju 1999, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Latvja”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Marokk magħmul f’Bonn fil-5 ta’ Lulju 1961, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Lussemburgu”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Popolari Ungeriża u r-Renju tal-Marokk magħmul f'Rabat fil-21 ta' Marzu 1967, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk - Ungerija”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Marokk magħmul f'Rabat fis-26 ta’ Mejju 1983, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Malta”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tal-Maestà Tagħha r-Reġina ta’ l-Olanda u l-Gvern tal-Maestà Tiegħu r-Re tal-Marokk magħmul f'Rabat fl-20 ta’ Mejju 1959, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Olanda”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali ta’ l-Awstrija u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f'Rabat fis-27 ta’ Frar 2002, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Awstrija”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f'Rabat fid-29 ta’ Novembru 1969, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Polonja”.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Portugall u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f'Rabat fit-3 ta’ April 1958, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk - Portugall”;

Issupplimentat mill-Minuti magħmula f’Lisbona fid-19 ta’ Diċembru 1975;

Issupplimentat l-aħħar mill-Minuti magħmula f’Lisbona fis-17 ta’ Novembru 2003.

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Isvezja u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f'Rabat fl-14 ta’ Novembru 1977, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Svezja”;

Issupplimentat mill-Iskambju ta’ Noti datat l-14 ta’ Novembru 1977.

Ftehim dwar is-Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk magħmul f’Londra fit-22 ta’ Ottubru 1965, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Marokk – Renju Unit”;

Emendat mill-Iskambju ta’ Noti datati l-10 u l-14 ta’ Ottubru 1968;

Emendat mill-Minuti magħmula f’Londra fl-14 ta’ Marzu 1997;

Emendat mill-Minuti magħmula f'Rabat fis-17 ta’ Ottubru 1997.

(b)

Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Renju tal-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b'mod proviżorju

Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk kif mehmuż, bħala l-Anness I, għall-Memorandum ta' Ftehim magħmul fl-Aja fl-20 ta' Ġunju 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Inizjalat Marokk – Olanda”.

ANNESS II

Lista ta’ artikoli fil-Ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Nomina minn Stat Membru:

L-Artikolu 18 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Marokk - Franza;

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Marokk - Italja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

L-Artikolu 16 tal-Ftehim Marokk - Malta;

L-Artikolu 17 tal-Ftehim Marokk - Olanda

L-Artikolu 3 tal-Ftehim inizjalat Marokk – Olanda;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Svezja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit.

(b)

Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta' awtorizzazzjonijiet jew permessi:

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Franza;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Italja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Malta;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Olanda

L-Artikolu 4 tal-Ftehim inizjalat Marokk – Olanda;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

L-Artikolu 8 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Svezja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit.

(ċ)

Kontroll regolatorju:

L-Artikolu 9a tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

L-Artikolu 5a tal-Ftehim Marokk - Italja;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

L-Artikolu 17 tal-Ftehim inizjalat Marokk - Olanda.

(d)

Tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni:

L-Artikolu 7 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Franza;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Italja;

L-Artikolu 14 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Malta;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Olanda;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim inizjalat Marokk – Olanda;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Marokk - Svezja;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit.

(e)

Tariffi għat-Trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea:

L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk - Belġju;

L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk – Repubblika Ċeka;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Danimarka;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Ġermanja;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk - Greċja;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Marokk - Spanja;

L-Artikolu 17 tal-Ftehim Marokk - Franza;

L-Artikolu 20 tal-Ftehim Marokk - Italja;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Marokk - Latvja;

L-Artikolu 20 tal-Ftehim Marokk - Lussemburgu;

L-Artikolu 17 tal-Ftehim Marokk - Ungerija;

L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk - Malta;

L-Artikolu 18 tal-Ftehim Marokk - Olanda;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim inizjalat Marokk – Olanda;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Marokk - Awstrija;

L-Artikolu 19 tal-Ftehim Marokk - Polonja;

L-Artikolu 18 tal-Ftehim Marokk - Portugall;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk - Svezja;

L-Artikolu 9 tal-Ftehim Marokk – Renju Unit.

ANNESS III

Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea)

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea)

(ċ)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea)

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera)


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li tapprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' disinji industrijali, adottat f’Ġinevra fit-2 ta’ Lulju 1999

(2006/954/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, ta’ dan,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji tal-Komunità (1), li hu bbażat fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat, għandu l-għan li joħloq suq li jaħdem kif suppost u joffri kundizzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ suq nazzjonali. Bil-għan li jinħoloq suq ta’ dan it-tip u jsir dejjem iktar suq uniku, dak ir-Regolament ħoloq is-sistema ta’ disinji tal-Komunità fejn intrapriżi jistgħu permezz ta’ proċedura unika jakkwistaw disinji tal-Komunità li jingħataw protezzjoni uniformi u li jipproduċu l-effetti tagħhom fiż-żona kollha tal-Komunità.

(2)

Wara l-preparamenti mibdija u mwettqa mill-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali (WIPO) bil-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Membri li huma membri ta’ l-Unjoni ta’ l-Aja, l-Istati Membri li mhumiex membri ta’ l-Unjoni ta’ l-Aja u l-Komunità Ewropea, il-Konferenza Diplomatika, imsejħa għal dak il-għan f Ġinevra, adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja li jikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali ta' disinji industrijali (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala l-“Att ta’ Ġinevra”).

(3)

L-Att ta’ Ġinevra ġie adottat biex jintroduċi ċerti innovazzjonijiet fis-sistema għad-depożitu internazzjonali ta' disinji industrijali previsti fl-Att ta’ Londra, li kien ġie adottat fit-2 ta’ Ġunju 1934, u l-Att ta’ l-Aja, li kien ġie adottat fit-28 ta’ Novembru 1960.

(4)

L-objettivi ta’ l-Att ta’ Ġinevra huma li jestendu s-sistema ta’ l-Aja tar-reġistrazzjoni internazzjonali għall-membri ġodda, u li jagħmlu s-sistema iktar attraenti għall-applikanti. Meta imqabbla ma’ l-Att ta’ Londra u l-Att ta’ l-Aja, waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin hija li organizzazzjoni intergovernattiva li żżomm uffiċċju awtorizzat biex jagħti l-protezzjoni lid-disinji b’effett fit-territorju ta’ l-organizzazzjoni tista’ ssir parti għall-Att ta’ Ġinevra.

(5)

Il-faċilità li biha organizzazzjoni intergovernattiva li għandha uffiċċju reġjonali għar-reġistrazzjoni ta' disinji tista’ ssir parti għall-Att ta’ Ġinevra ddaħħlet biex tħalli, b’mod partikolari, lill-Komunità taderixxi għal dak l-Att, u b’hekk, ma’ l-Unjoni ta’ l-Aja.

(6)

L-Att ta' Ġinevra daħal fis-seħħ fit-23 ta' Diċembru 2003 u sar operattiv fl-1 ta' April 2004. Mill-1 ta’ Jannar 2003, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trejdmarks u Disinji) beda jilqa' applikazzjonijiet għad-disinji tal-Komunità reġistrati, bl-ewwel data tal-preżentazzjoni tingħata fl-1 ta’ April 2003.

(7)

Is-sistema ta’ disinn tal-Komunità u s-sistema ta’ reġistrazzjoni internazzjonali kif stabbiliti mill-Att ta’ Ġinevra huma komplementari. Is-sistema ta’ disinn tal-Komunità tipprovdi għal sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ disinji reġjonali kompleta u unifikata li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità. Il-Ftehim ta’ l-Aja jikkostitwixxi trattat li jiċċentralizza l-proċeduri għall-akkwist tal-protezzjoni ta’ disinji fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti nnominati.

(8)

Il-ħolqien ta’ rabta bejn is-sistema ta’ disinn tal-Komunità u s-sistema ta’ reġistrazzjoni internazzjonali taħt l-Att ta’ Ġinevra jista’ jawtorizza lid-disinjaturi jakkwistaw, permezz ta’ applikazzjoni internazzjonali unika l-protezzjoni għad-disinji tagħhom fil-Komunità taħt is-sistema ta’ disinn tal-Komunità u fit-territorji ta’ l-Att ta’ Ġinevra ġewwa u barra l-Komunità.

(9)

Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ rabta bejn is-sistema ta’ disinn tal-Komunità u s-sistema ta’ reġistrazzjoni internazzjonali taħt l-Att ta’ Ġinevra jippromwovi żvilupp armonjuż ta’ attivitajiet ekonomiċi, jelimina d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, jkun kost effiċjenti u jżid il-livell ta’ integrazzjoni u l-funzjonalità tas-suq intern. Għalhekk, il-Komunità tenħtieġ li taderixxi għall-Att ta’ Ġinevra biex tagħmel is-sistema ta’ disinn tal-Komunità aktar attraenti.

(10)

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tirrappreżenta l-Komunità fl-Assemblea ta’ l-Unjoni ta’ l-Aja wara l-adeżjoni tal-Komunità għall-Att ta’ Ġinevra.

(11)

Id-Deċiżjoni ma taffettwax id-dritt ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-Assemblea ta’ l-Unjoni ta’ l-Aja fir-rigward tad-disinji nazzjonali tagħhom.

IDDEĊIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

L-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ l-Aja li jikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali ta' disinji industrijali, adottat f’Ġinevra fit-2 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala l-Att ta’ Ġinevra), huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha.

It-test ta’ l-Att ta’ Ġinevra huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jiddepożita l-istrument ta’ adeżjoni mad-Direttur-Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali mid-data li fiha l-Kunsill u l-Kummissjoni jkunu adottaw il-miżuri meħtieġa għall-ħolqien ta’ rabta bejn il-liġi tad-disinn tal-Komunità u l-Att ta’ Ġinevra.

2.   Id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni għandhom isiru fl-istrument ta’ adeżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni hija hawnhekk awtorizzata tirrappreżenta lill-Komunità Ewropea fil-laqgħat ta’ l-Assemblea ta’ l-Unjoni ta’ l-Aja miżmuma taħt il-patroċinju ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali.

2.   Fuq il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità fir-rigward tad-disinn tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tinnegozja fl-Assemblea ta’ l-Unjoni ta’ l-Aja f’isem il-Komunità u skond l-arranġamenti li ġejjin:

(a)

il-pożizzjoni li tista’ tadotta l-Komunità fi ħdan l-Assemblea għandha tkun preparata mill-grupp ta’ ħidma rilevanti tal-Kunsill jew, jekk dan mhux possibbli, f’laqgħat li jsiru fuq il-post imlaqqgħin matul ix-xogħol fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali;

(b)

fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li jinvolvu emendi għar-Regolament (KE) Nru 6/2002, jew għal kull att ieħor tal-Kunsill li jenħtieġ l-unanimità, il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tkun adottata mill-Kunsill li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni;

(ċ)

fir-rigward ta’ deċiżjonijiet oħra li jaffettwaw il-liġi tad-disinn tal-Komunità, il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tkun adottata mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussel, 18 ta’ Diċembru 2006

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


(1)  ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1. Regolament kif emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.


ANNESS

L-Att ta’ Ġinevra tat-2 ta’ Lulju, 1999

WERREJ

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTIVI

Artikolu 1:

Espressjonijiet imqassra

Artikolu 2:

L-applikabbiltà ta' Protezzjoni Oħra Mogħtija mil-Liġijiet ta’ Partijiet Kontraenti u minn Ċerti Trattati Internazzjonali

KAPITOLU I:

APPLIKAZZJONI INTERNAZZJONALI U REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 3:

Dritt għad-Depożitu ta' Applikazzjoni Internazzjonali

Artikolu 4:

Proċedura għad-Depożitu ta' l-Applikazzjoni Internazzjonali

Artikolu 5:

Kontenut ta’ l-Applikazzjoni Internazzjonali

Artikolu 6:

Prijorità

Artikolu 7:

Ħlasijiet tan-Nomina

Artikolu 8:

Korrezzjoni ta’ Irregolaritajiet

Artikolu 9:

Data tad-Depożitu ta' l-Applikazzjoni Internazzjonali

Artikolu 10:

Reġistrazzjoni Internazzjonali, Data tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali, Pubblikazzjoni u Kopji Kunfidenzjali tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali

Artikolu 11:

Differiment tal-Pubblikazzjoni

Artikolu 12:

Rifjut

Artikolu 13:

Ħtiġiet Speċjali li Jikkonċernaw l-Unità tad-Disinn

Artikolu 14:

Effetti tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali

Artikolu 15:

Invalidazzjoni

Artikolu 16:

Reġistrazzjoni tal-Bidliet u Kwistjonijiet Oħrajn li Jikkonċernaw ir-Reġistrazzjonijiet Internazzjonali

Artikolu 17:

Terminu Inizjali u t-Tiġdid tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali u t-Tul ta' Żmien tal-Protezzjoni

Artikolu 18:

Informazzjoni li Tikkonċerna Reġistrazzjonijiet Internazzjonali Ppubblikati

KAPITOLU II:

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 19:

Uffiċċju Komuni ta’ Numru ta’ Stati

Artikolu 20:

Sħubija ta' l-Unjoni ta’ l-Aja

Artikolu 21:

Assemblea

Artikolu 22:

Uffiċċju Internazzjonali

Artikolu 23:

Finanzi

Artikolu 24:

Regolamenti

KAPITOLU III:

REVIŻJONI U EMENDI

Artikolu 25:

Reviżjoni ta’ Dan l-Att

Artikolu 26:

Emendi ta’ Ċerti Artikoli mill-Assemblea

KAPITOLU IV:

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27:

Issir Parti minn Dan l-Att

Artikolu 28:

Data Effettiva tar-Ratifiki u ta’ l-Adeżjonijiet

Artikolu 29:

Projbizzjoni ta' Riżervi

Artikolu 30:

Dikjarazzjonijiet Magħmulin mill-Partijiet Kontraenti

Artikolu 31:

Applikabbiltà ta’ l-Atti ta’ l-1934 u ta’ l-1960

Artikolu 32:

Denunzja ta’ Dan l-Att

Artikolu 33:

Lingwi ta’ Dan l-Att; L-iffirmar

Artikolu 34:

Depożitarju

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTIVI

Artikolu 1

Espressjonijiet imqassra

Għall-finijiet ta’ dan l-Att:

(i)

“il-Ftehim ta’ l-Aja” tfisser il-Ftehim ta’ l-Aja li Jikkonċerna d-Depożitu Internazzjonali ta' Disinji Industrijali, li minn hawn ’il quddiem qed jingħata l-isem il-ġdid ta’ Ftehim ta’ l-Aja li Jikkonċerna r-Reġistrazzjoni Internazzjonali ta' Disinji Industrijali;

(ii)

“dan l-Att” tfisser il-Ftehim ta’ l-Aja kif stabbilit mill-Att preżenti;

(iii)

“Regolamenti” tfisser ir-Regolamenti taħt dan l-Att;

(iv)

“preskritt” tfisser preskritt fir-Regolamenti;

(v)

“Konvenzjoni ta’ Pariġi” tfisser il-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali, iffirmata f’Pariġi fl-20 ta’ Marzu 1 883, kif riveduta u emendata;

(vi)

“reġistrazzjoni internazzjonali” tfisser ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinn industrijali li saret skond dan l-Att;

(vii)

“applikazzjoni internazzjonali” tfisser applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali;

(viii)

“Reġistru Internazzjonali” tfisser il-ġbir uffiċjali ta’ data li tikkonċerna r-reġistrazzjonijiet internazzjonali miżmuma mill-Uffiċċju Internazzjonali, liema data dan l-Att jew dawn ir-Regolamenti jeħtieġu jew jippermettu li tkun irreġistrata, mingħajr ma jitqies il-mod kif tinżamm tali data;

(ix)

“persuna” tfisser persuna fiżika jew entità ġuridika;

(x)

“applikant” tfisser il-persuna li f’isimha tiġi depożitata applikazzjoni internazzjonali;

(xi)

“detentur” tfisser il-persuna li f’isimha hija rreġistrata reġistrazzjoni internazzjonali fir-Reġistru Internazzjonali;

(xii)

“organizzazzjoni intergovernattiva” tfisser organizzazzjoni intergovernattiva eliġibbli biex issir parti għal dan l-Att skond l-Artikolu 27(1)(ii);

(xiii)

“Parti Kontraenti” tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni intergovernattiva parti għal dan l-Att;

(xiv)

“Parti Kontraenti ta' l-applikant” tfisser il-Parti Kontraenti jew waħda mill-Partijiet Kontraenti li minnhom l-applikant jikseb id-dritt biex jiddepożita applikazzjoni internazzjonali biex jissodisfa, f’relazzjoni ma' dik il-Parti Kontraenti, mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3; fejn hemm żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar li minnhom l-applikant jista', skond l-Artikolu 3, jikseb id-dritt tiegħu biex iressaq applikazzjoni internazzjonali, “il-Parti Kontraenti ta’ l-applikant” tfisser dik il-parti, fost dawk il-Partijiet Kontraenti, li hija indikata bħala tali fl-applikazzjoni internazzjonali;

(xv)

“territorju ta’ Parti Kontraenti” tfisser, fejn il-Parti Kontraenti hija Stat, it-territorju ta’ dak l-Istat u, fejn il-Parti Kontraenti hija organizzazzjoni intergovernattiva, it-territorju li fih japplika t-trattat kostitwenti ta’ dik l-organizzazzjoni intergovernattiva;

(xvi)

“Uffiċċju” tfisser l-aġenzija inkarigata minn Parti Kontraenti bl-għoti ta' protezzjoni għad-disinji industrijali b'effett fit-territorju ta’ dik il-Parti Kontraenti;

(xvii)

“Uffiċċju li Jeżamina” tfisser Uffiċċju li jeżamina ex officio l-applikazzjonijiet iddepożitati għandu għall-protezzjoni ta' disinji industrijali għall-inqas biex ikun iddeterminat jekk id-disinji industrijali jissodisfawx il-kondizzjoni ta’ novità;

(xviii)

“nomina” tfisser talba biex reġistrazzjoni internazzjonali jkollha effett f'Parti Kontraenti; tfisser ukoll ir-reġistrazzjoni ta' dik it-talba fir-Reġistru Internazzjonali;

(xix)

“Parti Kontraenti nnominata” u “Uffiċċju nnominat” tfisser il-Parti Kontraenti u l-Uffiċċju tal-Parti Kontraenti, rispettivament, li għalihom tapplika n-nomina;

(xx)

“Att ta’ l-1934” tfisser l-Att iffirmat f’Londra fit-2 ta’ Ġunju, 1934, tal-Ftehim ta’ l-Aja;

(xxi)

“Att ta’ l-1960” tfisser l-Att iffirmat fl-Aja fit-28 ta’ Novembru 1960, tal-Ftehim ta’ l-Aja;

(xxii)

“Att Addizzjonali ta’ l-1961” tfisser l-Att iffirmat f’Monako fit-18 ta’ Novembru 1961, b’mod addizzjonali għall-Att ta’ l-1934;

(xxiii)

“Att Komplementari ta’ l-1967” tfisser l-Att Komplementari ffirmat fi Stokkolma fl-14 ta’ Lulju 1967, kif emendat, tal-Ftehim ta’ l-Aja;

(xxiv)

“Unjoni” tfisser l-Unjoni ta’ l-Aja stabbilita mill-Ftehim ta’ l-Aja tas-6 ta’ Novembru 1925, u miżmuma mill-Atti ta’ l-1934 u ta’ l-1960, mill-Att Addizzjonali ta’ l-1961, mill-Att Komplementari ta’ l-1967 u minn dan l-Att;

(xxv)

“Assemblea” tfisser l-Assemblea li tissemma fl-Artikolu 21(1)(a) jew kwalunkwe korp li jissostitwixxi dik l-Assemblea;

(xxvi)

“Organizzazzjoni” tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali;

(xxvii)

“Direttur Ġenerali” tfisser id-Direttur Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni;

(xxviii)

“Uffiċċju Internazzjonali” tfisser l-Uffiċċju Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni;

(xxix)

“strument tar-ratifika” għandha tkun interpretata bħala li tinkludi strumenti ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni.

Artikolu 2

Applikabbiltà ta' Protezzjoni Oħra Mogħtja mil-Liġijiet tal-Partijiet Kontraenti u minn Ċerti Trattati Internazzjonali

1.   [Il-Liġijiet tal-Partijiet Kontraenti u ta' Ċerti Trattati Internazzjonali] Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe protezzjoni aktar li tista’ tingħata mil-liġi ta’ Parti Kontraenti, lanqas m’għandhom jaffettwaw b’xi mod il-protezzjoni li tingħata lil xogħlijiet artistiċi u xogħlijiet ta’ arti applikata minn trattati jew konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet ta’ l-awtur, jew il-protezzjoni mogħtija lil disinji industrijali skond il-Ftehim dwar l-Aspetti relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet għall-Proprjetà Intellettwali anness mal-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

2.   [L-Obbligu tal-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Pariġi] Kull Parti Kontraenti għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi li jikkonċernaw id-disinji industrijali.

KAPITOLU I

APPLIKAZZJONI INTERNAZZJONALI U REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 3

Dritt għad-Depożitu ta' Applikazzjoni Internazzjonali

Kwalunkwe persuna li hija ċittadina ta’ Stat li huwa Parti Kontraenti jew ta’ Stat li huwa membru ta’ organizzazzjoni intergovernattiva li hija Parti Kontraenti, jew li għandha domiċilju, residenza abitwali jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali li huwa reali u effettiv fit-territorju ta’ Parti Kontraenti, għandu jkollha d-dritt li tiddepożita applikazzjoni internazzjonali.

Artikolu 4

Proċedura għad-Depożitu ta' Applikazzjoni Internazzjonali

1.   [Depożitu Dirett jew Indirett]

(a)

L-applikazzjoni internazzjonali tista’ tiġi ddepożitata, skond kif jagħżel l-applikant, jew b’mod dirett ma’ l-Uffiċċju Internazzjonali jew permezz ta’ l-Uffiċċju tal-Parti Kontraenti ta’ l-applikant.

(b)

Minkejja s-subparagrafu (a), kwalunkwe Parti Kontraenti tista’, permezz ta' dikjarazzjoni, tinnotifika lid-Direttur Ġenerali li l-applikazzjonijiet internazzjonali ma jistgħux jiġu ddepożitati permezz ta’ l-Uffiċċju tagħha.

2.   [Il-Ħlas tat-Trasmissjoni f’Każ ta’ Depożitu Indirett] L-Uffiċċju ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti jista’ jeħtieġ li l-applikant iħallas imposta ta’ trasmissjoni, għall-benefiċċju ta’ l-Uffiċċju stess, fejn għandha x’taqsam kull applikazzjoni internazzjonali li tiġi ddepożitata permezz tiegħu.

Artikolu 5

Kontenut ta’ l-Applikazzjoni Internazzjonali

1.   [Kontenut Obbligatorju ta’ l-Applikazzjoni Internazzjonali] L-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun bil-lingwa preskritta jew b’waħda mil-lingwi preskritti u għandu jkun fiha jew ikollha magħha

(i)

talba għal reġistrazzjoni internazzjonali taħt dan l-Att;

(ii)

id-data preskritta li tikkonċerna l-applikant;

(iii)

in-numru ta' kopji ta' riproduzzjoni preskritt jew, skond kif jagħżel l-applikant, ta' għadd ta' riproduzzjonijiet differenti tad-disinn industrijali li huwa s-suġġett ta' l-applikazzjoni internazzjonali, ippreżentati bil-mod preskritt; madankollu, fejn id-disinn industrijali għandu żewġ dimensjonijiet u ssir talba biex tkun iddifferita l-pubblikazzjoni skond il-paragrafu (5), l-applikazzjoni internazzjonali tista', minflok li jkun fiha r-riproduzzjonijiet, ikollha magħha n-numru preskritt ta' kampjuni tad-disinn industrijali;

(iv)

indikazzjoni tal-prodott jew tal-prodotti li jikkostitwixxu d-disinn industrijali jew li b’rabta miegħu jew magħhom ser jintuża d-disinn industrijali, kif ikun preskritt;

(v)

indikazzjoni tal-Partijiet Kontraenti nnominati;

(vi)

il-ħlasijiet preskritti;

(vii)

kwalunkwe dettall ieħor preskritt.

2.   [Kontenut Obbligatorju Addizzjonali ta’ l-Applikazzjoni Internazzjonali]

(a)

Kwalunkwe Parti Kontraenti li l-Uffiċċju tagħha huwa Uffiċċju li Jeżamina u li l-liġi tagħha, meta ssir parti għal dan l-Att, tenħtieġ li applikazzjoni biex tingħata protezzjoni lil disinn industrijali, irid ikun fiha kwalunkwe wieħed mill-elementi speċifikati fis-subparagrafu (b) sabiex dik l-applikazzjoni tingħata data għad-depożitu skond dik il-liġi tista’, permezz ta' dikjarazzjoni, tinnotifika lid-Direttur Ġenerali b’dawk l-elementi.

(b)

L-elementi li jistgħu jkunu nnotifikati skond is-subparagrafu (a) huma dawn li ġejjin:

(i)

indikazzjonijiet li jikkonċernaw l-identità ta’ min joħloq id-disinn industrijali li huwa s-suġġett ta’ dik l-applikazzjoni;

(ii)

deskrizzjoni qasira tar-riproduzzjoni jew tal-karatteristiċi tad-disinn industrijali li huwa s-suġġett ta’ dik l-applikazzjoni;

(iii)

pretensjoni.

(ċ)

Fejn l-applikazzjoni internazzjonali fiha n-nomina ta’ Parti Kontraenti li għamlet notifika taħt is-subparagrafu (a), għandu jkun fiha wkoll, bil-mod preskritt, kwalunkwe element li kien is-suġġett ta’ dik in-notifika.

3.   [Kontenut Ieħor Possibbli ta’ l-Applikazzjoni Internazzjonali] L-applikazzjoni internazzjonali jista’ jkun fiha jew ikollha magħha tali elementi oħrajn bħal dawk speċifikati fir-Regolamenti.

4.   [Bosta Disinji Industrijali fl-Istess Applikazzjoni Internazzjonali] Bla ħsara għal tali kondizzjonijiet li jistgħu jkunu preskritti, applikazzjoni internazzjonali tista’ tinkludi żewġ disinji industrijali jew aktar.

5.   [Talba biex il-Pubblikazzjoni tkun Iddifferita] L-applikazzjoni internazzjonali jista’ jkun fiha talba sabiex il-pubblikazzjoni tkun iddifferita.

Artikolu 6

Prijorità

1.   [L-affermazzjoni tal-Prijorità]

(a)

L-applikazzjoni internazzjonali jista’ jkun fiha dikjarazzjoni li tafferma, skond l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, il-prijorità ta’ applikazzjoni jew ta’ aktar minn applikazzjoni waħda preċedenti li ġew iddepożitati fi, jew għal, kull pajjiż parti għal dik il-Konvenzjoni jew kwalunkwe Membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(b)

Ir-Regolamenti jistgħu jipprovdu li d-dikjarazzjoni msemmija fis-subparagrafu (a) tista’ ssir wara li tiġi ddepożitata l-applikazzjoni internazzjonali. F’każ bħal dan, ir-Regolamenti għandhom jippreskrivu sa meta tista’ ssir dikjarazzjoni bħal din.

2.   [Applikazzjoni Internazzjonali li Sservi ta' Bażi għall-Affermazzjoni tal-Prijorità] Mid-data ta’ meta tkun ġiet iddepożitata u jkun liema jkun id-destin sussegwenti tagħha, l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun ekwivalenti għal depożitu regolari skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.

Artikolu 7

Ħlasijiet tan-Nomina

1.   [Ħlas Preskritt tan-Nomina] Il-Ħlasijiet preskritti għandhom jinkludu, bla ħsara għall-paragrafu (2), il-ħlas tan-nomina għal kull Parti Kontraenti nnominata.

2.   [Ħlas Individwali tan-Nomina] Kwalunkwe Parti Kontraenti li l-Uffiċċju tagħha huwa Uffiċċju li Jeżamina u kull Parti Kontraenti li hija organizzazzjoni intergovernattiva tista’ tinnotifika lid-Direttur Ġenerali, permezz ta’ dikjarazzjoni, li b’rabta ma’ kwalunkwe applikazzjoni internazzjonali li fiha hija nnominata, u b’rabta mat-tiġdid ta’ kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali li tirriżulta minn tali applikazzjoni internazzjonali, il-ħlas preskritt tan-nomina li jissemma fil-paragrafu (1) għandu jiġi sostitwit bi ħlas individwali tan-Nomina, li l-ammont tiegħu għandu jiġi indikat fid-dikjarazzjoni u jista’ jinbidel f’dikjarazzjonijiet ulterjuri. Dan l-ammont jista’ jkun iffissat mill-Parti Kontraenti msemmija għat-terminu inizjali tal-protezzjoni u għal kull terminu ta’ tiġdid jew għall-perijodu massimu ta' protezzjoni permess mill-Parti Kontraenti konċernata. Madankollu, ma jistax ikun ikbar mill-ekwivalenti ta' l-ammont li l-Uffiċċju ta' dik il-Parti Kontraenti jkun intitolat li jirċievi mingħand applikant għall-għoti ta' protezzjoni għal perijodu ekwivalenti lill-istess numru ta’ disinji industrijali, b’dak l-ammont jitnaqqas mit-tifdil li jirriżulta mill-proċedura internazzjonali.

3.   [Trasferiment tal-Ħlasijiet tan-Nomina] Il-ħlasijiet tan-nomina msemmija fil-paragrafi (1) u (2) għandhom ikunu ttrasferiti mill-Uffiċċju Internazzjonali lill-Partijiet Kontraenti li għalihom saru l-ħlasijiet.

Artikolu 8

Korrezzjoni ta’ Irregolaritajiet

1.   [Eżami ta’ l-Applikazzjoni Internazzjonali] Jekk l-Uffiċċju Internazzjonali jsib li l-applikazzjoni internazzjonali, fiż-żmien li l-Uffiċċju Internazzjonali jirċiviha, ma tissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ dan l-Att u tar-Regolamenti, hu għandu jistieden lill-applikant biex jagħmel il-korrezzjonijiet meħtieġa fil-limitu taż-żmien preskritt.

2.   [Irregolaritajiet Mhux Ikkoreġuti]

(a)

Bla ħsara għas-subparagrafu (b), jekk l-applikant ma jikkonformax ma’ l-istedina fil-limitu taż-żmien preskritt, l-applikazzjoni internazzjonali għandha titqies li ġiet abbandunata.

(b)

F’każ ta’ irregolarità li għandha x’taqsam ma’ l-Artikolu 5(2) jew ma’ ħtieġa speċjali nnotifikata lid-Direttur Ġenerali minn Parti Kontraenti skond ir-Regolamenti, jekk l-applikant ma jikkonformax ma’ l-istedina fil-limitu taż-żmien preskritt, l-applikazzjoni internazzjonali għandha titqies bħala li ma fihiex in-nomina ta’ dik il-Parti Kontraenti.

Artikolu 9

Data tad-Depożitu ta' l-Applikazzjoni Internazzjonali

1.   [Applikazzjoni Internazzjonali Ddepożitata Direttament] Fejn l-applikazzjoni internazzjonali tiġi ddepożitata direttament fl-Uffiċċju Internazzjonali, id-data tad-depożitu, bla ħsara għall-paragrafu (3), għandha tkun id-data li fiha l-Aġenzija Internazzjonali rċeviet l-applikazzjoni internazzjonali.

2.   [Applikazzjoni Internazzjonali Ddepożitata Indirettament] Fejn l-applikazzjoni internazzjonali tiġi ddepożitata permezz ta’ l-Uffiċċju tal-Parti Kontraenti ta’ l-Applikant, id-data tad-depożitu għandha tkun iddeterminata kif preskritt.

3.   [Applikazzjoni Internazzjonali b’Ċerti Irregolaritajiet] Fejn l-applikazzjoni internazzjonali, fid-data li l-Uffiċċju Internazzjonali rċeviha, ikollha irregolarità li hija preskritta bħala irregolarità li tinvolvi posponiment tad-data tad-depożitu ta’ l-applikazzjoni internazzjonali, id-data tad-depożitu għandha tkun id-data li fiha l-Uffiċċju Internazzjonali jirċievi l-korrezzjoni ta’ tali irregolarità.

Artikolu 10 (1)

Reġistrazzjoni Internazzjonali, Data tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali, Pubblikazzjoni u Kopji Kunfidenzjali tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali

1.   [Reġistrazzjoni Internazzjonali] L-Uffiċċju Internazzjonali għandu jirreġistra kull disinn industrijali li huwa s-suġġett ta’ applikazzjoni internazzjonali immedjatament meta hu jirċievi l-applikazzjoni internazzjonali jew, fejn jintalbu xi korrezzjonijiet skond l-Artikolu 8, immedjatament malli jirċievi l-korrezzjonijiet meħtieġa. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir sew jekk il-pubblikazzjoni tkun iddifferita taħt l-Artikolu 11 u sew jekk le.

2.   [Data tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali]

(a)

Bla ħsara għas-subparagrafu (b), id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun id-data ta’ meta tiġi ddepożitata l-applikazzjoni internazzjonali.

(b)

Fejn l-applikazzjoni internazzjonali, fid-data li fiha l-Uffiċċju Internazzjonali jirċiviha, ikollha irregolarità li għandha x’taqsam ma’ l-Artikolu 5(2), id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun id-data li fiha l-Uffiċċju Internazzjonali jirċievi l-korrezzjoni ta’ tali irregolarità jew id-data tad-depożitu ta' l-applikazzjoni internazzjonali, liema minnhom tkun l-aħħar waħda.

3.   [Pubblikazzjoni]

(a)

Ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tiġi ppubblikata mill-Uffiċċju Internazzjonali. Tali pubblikazzjoni għandha titqies fil-Partijiet Kontraenti kollha bħala pubbliċità suffiċjenti, u l-ebda pubbliċità oħra m’għandha tkun meħtieġa min-naħa tad-detentur.

(b)

L-Uffiċċju Internazzjonali għandu jibgħat kopja tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali lil kull Uffiċċju nnominat.

4.   [Żamma tal-Kunfidenzjalità Qabel il-Pubblikazzjoni] Bla ħsara għall-paragrafu (5) u għall-Artikolu 11(4)(b), l-Uffiċċju Internazzjonali għandu jżomm kunfidenzjali kull applikazzjoni internazzjonali u kull reġistrazzjoni internazzjonali sakemm ikunu ppubblikati.

5.   [Kopji Kunfidenzjali]

(a)

Immedjatament wara li tkun saret ir-reġistrazzjoni, l-Uffiċċju Internazzjonali għandu jibgħat kopja tar-reġistrazzjoni internazzjonali, flimkien ma’ kwalunkwe dikjarazzjoni, dokument jew kampjun rilevanti li jkun hemm ma’ l-applikazzjoni internazzjonali, lil kull Uffiċċju li nnotifika lill-Uffiċċju Internazzjonali li jixtieq jirċievi tali kopja u li ġie nnominat fl-applikazzjoni internazzjonali.

(b)

Sakemm tkun ippubblikata r-reġistrazzjoni internazzjonali mill-Uffiċċju Internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jżomm kull reġistrazzjoni internazzjonali li ntbagħtitlu kopja tagħha mill-Uffiċċju Internazzjonali bħala kunfidenzjali u jista’ juża l-kopja msemmija biss għall-eżami tar-reġistrazzjoni internazzjonali u għall-applikazzjonijiet biex ikunu protetti d-disinji industrijali ddepożitati fi, jew għall-Partijiet Kontraenti li l-Uffiċċju huwa kompetenti fihom. B’mod partikolari, hu ma jistax ixandar il-kontenut ta’ kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali bħal din lil kwalunkwe persuna barra mill-Uffiċċju minbarra d-detentur ta’ dik ir-reġistrazzjoni internazzjonali, ħlief għall-finijiet ta’ proċediment amministrattiv jew legali li jinvolvi konflitt dwar id-dritt għad-depożitu ta' l-applikazzjoni internazzjonali li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni internazzjonali. F’każ ta’ proċedura amministrattiva jew legali bħal din, il-kontenut tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista’ jkun żvelat biss b’mod kunfidenzjali lill-partijiet involuti fil-proċediment li għandhom ikunu marbuta li jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta’ dak li jkun żvelat.

Artikolu 11

Differiment tal-Pubblikazzjoni

1.   [Dispożizzjonijiet tal-Liġijiet tal-Partijiet Kontraenti li Jikkonċernaw Id-Differiment tal-Pubblikazzjoni]

(a)

Fejn il-liġi ta’ Parti Kontraenti tipprovdi għad-differiment tal-pubblikazzjoni ta’ disinn industrijali għal perijodu li huwa inqas mill-perijodu preskritt, dik il-Parti Kontraenti għandha tinnotifika, permezz ta’ dikjarazzjoni, lid-Direttur Ġenerali bil-perijodu ta’ differiment permess.

(b)

Fejn il-liġi ta’ Parti Kontraenti ma tipprovdix għad-differiment tal-pubblikazzjoni ta’ disinn industrijali, il-Parti Kontraenti għandha tinnotifika lid-Direttur Ġenerali b’dan permezz ta’ dikjarazzjoni.

2.   [Differiment tal-Pubblikazzjoni] Fejn l-applikazzjoni internazzjonali jkun fiha talba biex il-pubblikazzjoni tkun iddifferita, il-pubblikazzjoni għandha sseħħ,

(i)

fejn l-ebda Parti Kontraenti nnominata fl-applikazzjoni internazzjonali m’għamlet dikjarazzjoni skond il-paragrafu (1), fl-għeluq tal-perijodu preskritt,

jew

(ii)

fejn kwalunkwe Parti Kontraenti nnominata fl-applikazzjoni internazzjonali għamlet dikjarazzjoni skond il-paragrafu (1)(a), fl-għeluq tal-perijodu nnotifikat f’tali dikjarazzjoni jew, fejn hemm iktar minn tali Parti Kontraenti waħda nnominata, fl-għeluq ta’ l-iqsar perijodu nnotifikat fid-dikjarazzjonijiet tagħhom.

3.   [Trattament tat-Talbiet għal Differiment Fejn Differiment Mhuwiex Possibbli Taħt il-Liġi Applikabbli] Fejn intalab differiment ta’ pubblikazzjoni u kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti nnominati fl-applikazzjoni internazzjonali għamlet dikjarazzjoni skond il-paragrafu (1)(b) li d-differiment tal-pubblikazzjoni mhux possibbli taħt il-liġi tagħha,

(i)

bla ħsara għall-punt (ii), l-Aġenzija Internazzjonali għandha tinnotifika lill-applikant b’dan; jekk, fil-perijodu preskritt, l-applikant, b’avviż bil-miktub lill-Uffiċċju Internazzjonali, ma jirtirax in-nomina tal-Parti Kontraenti msemmija, l-Uffiċċju Internazzjonali m’għandux jagħti kas tat-talba biex il-pubblikazzjoni tkun iddifferita;

(ii)

fejn, minflok ma jkun fiha r-riproduzzjonijiet tad-disinn industrijali, l-applikazzjoni internazzjonali jkollha magħha kampjuni tad-disinn industrijali, l-Uffiċċju Industrijali m’għandux jagħti kas tan-nomina tal-Parti Kontraenti msemmija u għandu jinnotifika lill-applikant b’dan.

4.   [Talba għal Pubblikazzjoni Aktar Bikrija jew għal Aċċess Speċjali għar-Reġistrazzjoni Internazzjonali]

(a)

Fi kwalunkwe żmien matul il-perijodu ta’ differiment applikabbli skond il-paragrafu (2), id-detentur jista’ jitlob il-pubblikazzjoni ta’ kwalunkwe disinn industrijali jew tagħhom kollha li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali, li f’dan il-każ il-perijodu ta’ differiment fejn għandu x’jaqsam dan id-disinn jew dawn id-disinji industrijali għandu jitqies li għalaq fid-data li fiha l-Uffiċċju Internazzjonali jirċievi tali talba.

(b)

Id-detentur jista’ wkoll, fi kwalunkwe żmien matul il-perijodu ta’ differiment applikabbli skond il-paragrafu (2), jitlob lill-Uffiċċju Internazzjonali biex jipprovdi lil parti terza speċifikata mid-detentur silta minn, jew li jingħata permess biex din il-parti jkollha aċċess għal kwalunkwe disinn industrijali jew għad-disinji industrijali kollha li huwa/huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

5.   [Rinunzja u Limitazzjoni]

(a)

Jekk, fi kwalunkwe żmien matul il-perijodu ta’ differiment applikabbli skond il-paragrafu (2), id-detentur jirrinunzja għar-reġistrazzjoni internazzjonali fejn għandhom x’jaqsmu l-Partijiet Kontraenti nnominati kollha, id-disinn jew id-disinji industrijali li huwa/huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali m’għandux/m’għandhomx ikun/u ppubblikat/i.

(b)

Jekk, fi kwalunkwe żmien tal-perijodu ta’ differiment applikabbli skond il-paragrafu (2), id-detentur jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali, fejn għandhom x’jaqsmu l-Partijiet Kontraenti nnominati kollha, għal disinn industrijali wieħed jew għal ftit mid-disinji industrijali li huwa/huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali, id-disinn industrijali l-ieħor jew id-disinji industrijali l-oħrajn li huwa/huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali m’għandux/m’għandhomx ikun/u ppubblikat/i.

6.   [Pubblikazzjoni u Forniment tar-Riproduzzjonijiet]

(a)

Fl-għeluq ta’ kwalunkwe perijodu ta’ differiment applikabbli skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju Internazzjonali, bla ħsara għall-ħlas tal-ħlasijiet preskritti, għandu jippubblika r-reġistrazzjoni internazzjonali. Jekk tali ħlasijiet ma jsirux kif preskritt, ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha titħassar u l-pubblikazzjoni m’għandhiex issir.

(b)

Fejn l-applikazzjoni internazzjonali jkollha magħha kampjun wieħed jew aktar tad-disinn industrijali skond l-Artikolu 5(1)(iii), id-detentur għandu jippreżenta in-numru ta’ kopji preskritti ta’ riproduzzjoni ta’ kull disinn industrijali li huwa s-suġġett ta’ dik l-applikazzjoni lill-Uffiċċju Internazzjonali fit-terminu perentorju preskritt. Sakemm id-detentur ma jagħmilx dan, ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha titħassar u l-pubblikazzjoni m’għandhiex issir.

Artikolu 12

Rifjut

1.   [Dritt tar-Rifjut] L-Uffiċċju ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti nnominata jista’, fejn ma jintlaħqux il-kondizzjonijiet ta’ l-għoti ta’ protezzjoni skond il-liġi ta’ dik il-Parti Kontraenti fejn għandu x’jaqsam kwalunkwe disinn industrijali jew id-disinji industrijali kollha li huwa/huma s-suġġett ta’ reġistrazzjoni internazzjonali, jirrifjuta l-effetti, b’mod parzjali jew b’mod sħiħ, tar-reġistrazzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Parti Kontraenti msemmija, bil-kondizzjoni li l-ebda Uffiċċju ma jista’ jirrifjuta l-effetti, b’mod parzjali jew b’mod sħiħ, ta’ kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali minħabba li r-rekwiżiti relatati mal-forma jew mal-kontenut ta’ l-applikazzjoni internazzjonali li huma pprovduti f’dan l-Att jew fir-Regolamenti jew huma addizzjonali għal, jew differenti minn, dawk ir-rekwiżiti ma kinux sodisfatti skond il-liġi tal-Parti Kontraenti kkonċernata.

2.   [Notifika tar-Rifjut]

(a)

Ir-rifjut ta’ l-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali għandu jiġi kkomunikat mill-Uffiċċju lill-Uffiċċju Internazzjonali f’notifika ta’ rifjut fil-perijodu preskritt.

(b)

Kwalunkwe notifika ta’ rifjut għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat ir-rifjut.

3.   [Trasmissjoni tan-Notifika tar-Rifjut;Rimedji]

(a)

L-Uffiċċju Internazzjonali għandu, mingħajr dewmien, jittrasmetti kopja tan-notifika tar-rifjut lid-detentur.

(b)

Id-detentur għandu jgawdi l-istess rimedji daqs li kieku kwalunkwe disinn industrijali li huwa s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali kien is-suġġett ta’ applikazzjoni biex tingħata protezzjoni skond il-liġi applikabbli għall-Uffiċċju li kkomunika r-rifjut. Tali rimedji għandhom mill-inqas jikkonsistu fil-possibbiltà li jkun eżaminat mill-ġdid jew issir reviżjoni tar-rifjut jew isir appell kontra r-rifjut.

4.    (2) [Irtirar tar-Rifjut] Kwalunkwe rifjut jista’ jiġi rtirat, b’mod parzjali jew b’mod sħiħ, fi kwalunkwe ħin mill-Uffiċċju li kkomunikah.

Artikolu 13

Ħtiġiet Speċjali li Jikkonċernaw l-Unità tad-Disinn

1.   [Notifika tal-Ħtiġiet Speċjali] Kwalunkwe Parti Kontraenti li l-liġi tagħha, meta ssir parti għal dan l-Att, tenħtieġ li d-disinji li huma s-suġġett ta’ l-istess applikazzjoni jikkonformaw ma' rekwiżit ta’ l-unità tad-disinn, l-unità tal-produzzjoni jew l-unità ta’ l-użu, jew li huma parti mill-istess sett jew kompożizzjoni ta’ oġġetti, jew li disinn indipendenti u distint wieħed biss jista’ jkun ikklejmjat f'applikazzjoni waħda, tista’ tinnotifika lid-Direttur Ġenerali b’dan permezz ta’ dikjarazzjoni. Madankollu, l-ebda tali dikjarazzjoni m’għandha taffettwa d-dritt ta’ applikant li jinkludi żewġ disinji industrijali jew aktar f’applikazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 5(4), anki jekk l-applikazzjoni tinnomina lill-Parti Kontraenti li għamlet id-dikjarazzjoni.

2.   [Effett tad-Dikjarazzjoni] Kwalunkwe tali dikjarazzjoni għandha tagħti l-opportunità lill-Uffiċċju tal-Parti Kontraenti li għamilha biex jirrifjuta l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 12(1) sakemm isseħħ konformità mar-rekwiżit innotifikat minn dik il-Parti Kontraenti.

3.   [Ħlasijiet Ulterjuri Pagabbli Meta Tinqasam ir-Reġistrazzjoni] Fejn, wara notifika ta’ rifjut skond il-paragrafu (2), reġistrazzjoni internazzjonali tinqasam quddiem l-Uffiċċju kkonċernat biex tingħeleb ir-raġuni tar-rifjut kif iddikjarata fin-notifika, dak l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt jitlob ħlas fir-rigward ta' kull applikazzjoni internazzjonali addizzjonali li kien ikun meħtieġ sabiex tkun evitata dik ir-raġuni tar-rifjut.

Artikolu 14

Effetti tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali

1.   [Effett bħala Applikazzjoni Skond il-Liġi Applikabbli] Mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali, ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jkollha mill-inqas l-istess effett f’kull Parti Kontraenti nnominata bħala applikazzjoni li ġiet iddepożitata b’mod regolari biex tingħata protezzjoni għad-disinn industrijali skond il-liġi ta’ dik il-Parti Kontraenti.

2.   [Effett bħala Għoti ta’ Protezzjoni Skond il-Liġi Applikabbli]

(a)

F’kull Parti Kontraenti nnominata fejn l-Uffiċċju tagħha ma ikkomunikax rifjut skond l-Artikolu 12, ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jkollha l-istess effett bħal għoti ta’ protezzjoni għad-disinn industrijali skond il-liġi ta’ dik il-Parti Kontraenti, sa mhux aktar tard mid-data ta’ l-għeluq tal-perijodu li matulu l-Uffiċċju jista' jikkomunika rifjut jew, fejn Parti Kontraenti għamlet dikjarazzjoni korrispondenti skond ir-Regolamenti, sa mhux aktar tard miż-żmien speċifikat f’dik id-dikjarazzjoni.

(b) (3)

Fejn l-Uffiċċju ta’ Parti Kontraenti nnominata kkomunika rifjut u sussegwentement, b’mod parzjali jew b’mod sħiħ, irtira dak ir-rifjut, ir-reġistrazzjoni internazzjonali, sal-punt li jkun irtirat dak ir-rifjut, għandu jkollha l-istess effett f’dik il-Parti Kontraenti bħal għoti ta’ protezzjoni għad-disinn industrijali skond il-liġi tal-Parti Kontraenti msemmija sa mhux aktar tard mid-data ta’ meta ġie rtirat ir-rifjut.

(ċ)

L-effett mogħti lir-reġistrazzjoni internazzjonali skond dan il-paragrafu għandu japplika għad-disinn industrijali jew għad-disinji industrijali li huwa/huma s-suġġett ta’ dik ir-reġistrazzjoni kif waslu mill-Uffiċċju Internazzjonali għand l-Uffiċċju nnominat jew, fejn applikabbli, kif emendat fil-proċedura f'dak l-Uffiċċju.

3.   [Dikjarazzjoni li Tikkonċerna l-Effett tan-Nomina tal-Parti Kontraenti ta’ l-Applikant]

(a)

Kwalunkwe Parti Kontraenti li l-Uffiċċju tagħha huwa Uffiċċju li Jeżamina tista’ tinnotifika lid-Direttur Ġenerali, permezz ta’ dikjarazzjoni li, fejn hija l-Parti Kontraenti ta’ l-Applikant, in-nomina ta’ dik il-Parti Kontraenti f’reġistrazzjoni internazzjonali m’għandu jkollha l-ebda effett.

(b)

Fejn Parti Kontraenti li tkun għamlet id-dikjarazzjoni msemmija fis-subparagrafu (a) hija indikata f’applikazzjoni internazzjonali kemm bħala l-Parti Kontraenti ta’ l-applikant kif ukoll bħala l-Parti Kontraenti nnominata, l-Uffiċċju Internazzjonali m’għandux jagħti kas tan-nomina ta’ dik il-Parti Kontraenti.

Artikolu 15

Invalidazzjoni

1.   [Ħtieġa ta’ l-Opportunità għad-Difiża] L-invalidazzjoni ta’ l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali, b’mod parzjali jew b’mod sħiħ, mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti Kontraenti nnominata, fit-territorju ta’ dik il-Parti Kontraenti, ma tistax tkun ippronunzjata mingħajr ma d-detentur, fi żmien xieraq, jingħata l-opportunità li jiddefendi d-drittijiet tiegħu.

2.   [Notifika ta’ l-Invalidazzjoni] L-Uffiċċju tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tiegħu ġew invalidati l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu, fejn ikun jaf bl-invalidazzjoni, jinnotifika lill-Uffiċċju Internazzjonali b'dan.

Artikolu 16

Reġistrazzjoni tal-Bidliet u Affarijiet Oħrajn Li Jikkonċernaw ir-Reġistrazzjonijiet Internazzjonali

1.   [Reġistrazzjoni tal-Bidliet u Affarijiet Oħrajn] Kif preskritt, l-Uffiċċju Internazzjonali għandu jirreġistra fir-Reġistru Internazzjonali

(i)

kwalunkwe bidla fis-sjieda tar-reġistrazzjoni internazzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti nnominata jew tal-Partijiet Kontraenti nnominati kollha u fir-rigward ta' kwalunkwe disinn industrijali jew id-disinji industrijali kollha li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali, sakemm is-sid il-ġdid għandu d-dritt li jiddepożita applikazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3,

(ii)

kwalunkwe bidla fl-isem jew fl-indirizz tad-detentur,

(iii)

il-ħatra ta’ rappreżentant għall-applikant jew għad-detentur u kwalunkwe fatt rilevanti ieħor li jikkonċerna tali rappreżentant,

(iv)

kwalunkwe rinunzja, mid-detentur, għar-reġistrazzjoni internazzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti nnominata jew tal-Partijiet Kontraenti nnominati kollha,

(v)

kwalunkwe limitazzjoni, mid-detentur, tar-reġistrazzjoni internazzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti nnominata jew tal-Partijiet Kontraenti nnominati kollha, għal disinn industrijali jew ftit mid-disinji industrijali li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali,

(vi)

kwalunkwe invalidazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti Kontraenti nnominata, ta’ l-effetti, fit-territorju ta’ dik il-Parti Kontraenti, tar-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe disinn industrijali jew tad-disinji industrijali kollha li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali,

(vii)

kwalunkwe fatt rilevanti ieħor, identifikat fir-Regolamenti, li jikkonċerna d-drittijiet fi kwalunkwe disinn industrijali jew fid-disinji industrijali kollha li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

2.   [Effett tar-Reġistrazzjoni fir-Reġistru Internazzjonali] Kwalunkwe reġistrazzjoni li tissemma fil-punti (i), (ii), (iv), (v), (vi) u (vii) tal-paragrafu (1) għandu jkollha l-istess effett daqslikieku saret fir-Reġistru ta’ l-Uffiċċju ta’ kull Parti Kontraenti kkonċernata, ħlief li Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lid-Direttur Ġenerali, permezz ta’ dikjarazzjoni, li reġistrazzjoni li tissemma’ fil-punt (i) tal-paragrafu (1) m’għandux ikollha dak l-effett f’dik il-Parti Kontraenti sakemm l-Uffiċċju ta’ dik il-Parti Kontraenti ma jkunx irċieva d-dikjarazzjonijiet jew id-dokumenti speċifikati f’dik id-dikjarazzjoni.

3.   [Ħlasijiet] Kwalunkwe reġistrazzjoni li ssir skond il-paragrafu (1) tista’ tkun soġġetta għall-pagament ta’ ħlasijiet.

4.   [Pubblikazzjoni] L-Uffiċċju Internazzjonali għandu jippubblika avviż li jikkonċerna kwalunkwe reġistrazzjoni li ssir skond il-paragrafu (1). Hu għandu jibgħat kopja tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż lill-Uffiċċju ta’ kull Parti Kontraenti kkonċernata.

Artikolu 17

Terminu Inizjali u Tiġdid tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali u t-Tul ta' Żmien tal-Protezzjoni

1.   [Terminu Inizjali tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali] Ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha ssir għal terminu inizjali ta’ ħames snin li jibdew jgħoddu mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

2.   [Tiġdid tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali] Ir-reġistrazzjoni internazzjonali tista’ tiġġedded għal termini addizzjonali ta’ ħames snin, skond il-proċedura preskritta u bla ħsara għall-pagament tal-ħlasijiet preskritti.

3.   [Tul ta' Żmien tal-Protezzjoni fil-Partijiet Kontraenti Nnominati]

(a)

Sakemm ir-reġistrazzjoni internazzjonali tiġġedded, u bla ħsara għas-subparagrafu (b), it-tul ta' żmien tal-protezzjoni, f’kull Parti Kontraenti nnominata, għandu jkun ta’ 15-il sena li jibdew jgħoddu mid-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

(b)

Fejn il-liġi ta’ Parti Kontraenti nnominata tipprovdi għal tul ta' żmien tal-protezzjoni ta' aktar minn 15-il sena għal disinn industrijali li jkun ingħata protezzjoni skond il-liġi, bil-kondizzjoni li r-reġistrazzjoni internazzjonali tiġġedded, it-tul ta' żmien tal-protezzjoni għandu jkun l-istess bħal dak previst fil-liġi ta’ dik il-Parti Kontraenti.

(ċ)

Kull Parti Kontraenti għandha tinnotifika lid-Direttur Ġenerali, permezz ta' dikjarazzjoni, bit-tul ta' żmien massimu ta' protezzjoni previst fil-liġi tagħha.

4.   [Possibbiltà ta’ Tiġdid Limitat] It-tiġdid tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista’ jsir għal kwalunkwe Parti Kontraenti nnominata jew għall-Partijiet Kontraenti nnominati kollha u għal kwalunkwe disinn industrijali jew għad-disinji industrijali kollha li huma s-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

5.   [Reġistrazzjoni u Pubblikazzjoni tat-Tiġdid] L-Uffiċċju Internazzjonali għandu jirreġistra t-tiġdid fir-Reġistru Internazzjonali u jippubblika avviż b’din l-informazzjoni. Hu ghandu jibgħat kopja tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż lill-Uffiċċju ta’ kull Parti Kontraenti kkonċernata.

Artikolu 18

Informazzjoni li Tikkonċerna r-Reġistrazzjonijiet Internazzjonali Ppubblikati

1.   [Aċċess għall-Informazzjoni] Wara li jsir il-ħlas preskritt, l-Uffiċċju Internazzjonali għandu jipprovdi lil kwalunkwe persuna li tapplika għalihom, siltiet mir-Reġistru Internazzjonali, jew informazzjoni li tikkonċerna l-kontenut tar-Reġistru Internazzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali ppubblikata.

2.   [Eżenzjoni mil-Legalizzazzjoni] Is-siltiet mir-Reġistru Internazzjonali pprovduti mill-Aġenzija Internazzjonali għandhom ikunu eżenti minn kwalunkwe kondizzjoni meħtieġa ta’ legalizzazzjoni f’kull Parti Kontraenti.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 19

Uffiċċju Komuni ta’ Numru ta’ Stati

1.   [Notifika ta’ Uffiċċju Komuni] Jekk numru ta’ Stati li biħsiebhom isiru parti għal dan l-Att għaqqdu, jew jekk numru ta’ Stati li huma parti għal dan l-Att jaqblu li jgħaqqdu, l- leġislazzjoni domestika tagħhom dwar id-disinji industrijali, huma jistgħu jinnotifikaw lid-Direttur Ġenerali

(i)

li Uffiċċju komuni għandu jissostitwixxi l-Uffiċċju nazzjonali ta’ kull wieħed minnhom,

u

(ii)

li t-territorji rispettivi kollha li għalihom tapplika l-leġislazzjoni unifikata għandhom jitqiesu bħala Parti Kontraenti unika għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 1, 3 sa 18 u 31 ta’ dan l-Att.

2.   [Żmien li fih Trid Issir in-Notifika] In-notifika li tissemma fil-paragrafu (1) għandha ssir,

(i)

fil-każ ta’ Stati li biħsiebhom isiru parti għal dan l-Att, fil-ħin tad-depożitu ta' l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 27(2);

(ii)

fil-każ ta’ Stati li huma parti għal dan l-Att, fi kwalunkwe żmien wara li tkun ġiet effettwata l-għaqda tal-leġislazzjoni domestika tagħhom.

3.   [Data tad-Dħul b'Effett tan-Notifika] In-notifika li tissemma’ fil-paragrafi (1) u (2) għandu jkollha effett,

(i)

fil-każ ta’ Stati li biħsiebhom isiru parti għal dan l-Att, fiż-żmien li tali Stati jintrabtu b’dan l-Att;

(ii)

fil-każ ta’ Stati li huma parti għal dan l-Att, tliet xhur wara d-data tal-komunikazzjoni ta’ dan mid-Direttur Ġenerali lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn jew fi kwalunkwe data oħra, aktar tard, indikata fin-notifika.

Artikolu 20

Sħubija fl-Unjoni ta’ l-Aja

Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu membri ta’ l-istess Unjoni bħall-Istati li huma parti għall-Att ta’ l-1934 jew għall-Att ta’ l-1960.

Artikolu 21

Assemblea

1.   [Kompożizzjoni]

(a)

Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu membri ta’ l-istess Assemblea bħall-Istati marbuta bl-Artikolu 2 ta’ l-Att Komplementari ta’ l-1967.

(b)

Kull membru ta’ l-Assemblea għandu jkun irrappreżentat fl-Assemblea minn delegat wieħed, li jista’ jkun assistit minn delegati supplenti, konsulenti u esperti, u kull delegat jista’ jirrappreżenta Parti Kontraenti waħda biss.

(ċ)

Il-Membri ta’ l-Unjoni li mhumiex membri ta’ l-Assemblea għandhom jitħallew jattendu għal-laqgħat ta’ l-Assemblea bħala osservaturi.

2.   [Kompiti]

(a)

L-Assemblea għandha

(i)

tittratta l-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw iż-żamma u l-iżvilupp ta’ l-Unjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan l-Att;

(ii)

teżerċita tali drittijiet u twettaq tali kompiti kif inhuma speċifikament mogħtija jew assenjati lilha skond dan l-Att jew skond l-Att Komplementari ta’ l-1967;

(iii)

tagħti direzzjonijiet lid-Direttur Ġenerali li jikkonċernaw il-preparamenti għall-konferenzi ta’ reviżjoni u tiddeċiedi dwar il-konvokazzjoni ta’ kwalunkwe tali konferenza;

(iv)

temenda r-Regolamenti;

(v)

tirrevedi u tapprova r-rapporti u l-attivitajiet tad-Direttur Ġenerali li jikkonċernaw l-Unjoni, u tagħti lid-Direttur Ġenerali l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa li jikkonċernaw kwistjonijiet li huma fil-kompetenza ta’ l-Unjoni;

(vi)

tiddetermina l-programm u tadotta l-baġit bjennali ta’ l-Unjoni, u tapprova l-kontijiet finali tagħha;

(vii)

tadotta r-regolamenti finanzjarji ta’ l-Unjoni;

(viii)

tistabbilixxi tali kumitati u gruppi ta’ ħidma kif tqis li huwa xieraq biex jinkisbu l-objettivi ta’ l-Unjoni;

(ix)

bla ħsara għall-paragrafu (1) (ċ), tiddetermina liema Stati, organizzazzjonijiet intergovernattivi u organizzazzjonijiet mhux governattivi għandhom jitħallew jattendu għal-laqgħat tagħha bħala osservaturi;

(x)

tieħu kwalunkwe azzjoni oħra xierqa biex tilħaq dejjem aktar l-objettivi ta’ l-Unjoni u twettaq kwalunkwe funzjoni oħra kif inhu xieraq skond dan l-Att.

(b)

Fejn għandhom x’jaqsmu l-kwistjonijiet li huma wkoll ta’ interess għal Unjonijiet oħrajn amministrati mill-Organizzazzjoni, l-Assemblea għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha wara li tkun semgħet il-parir tal-Kumitat ta’ Koordinazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni.

3.   [Kworum]

(a)

Nofs il-membri ta’ l-Assemblea li huma Stati u li għandhom id-dritt li jivvutaw dwar kwistjoni partikolari għandhom jikkostitwixxu kworum għall-finijiet tal-vot dwar dik il-kwistjoni.

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (a), jekk, fi kwalunkwe sessjoni, in-numru tal-membri ta’ l-Assemblea li huma Stati, għandhom id-dritt li jivvutaw dwar kwistjoni partikolari u huma rrappreżentati huwa inqas min-nofs imma daqs jew iktar minn terz tal-membri ta’ l-Assemblea li huma Stati u għandhom id-dritt li jivvutaw dwar dik il-kwistjoni, l-Assemblea tista’ tieħu deċiżjonijiet imma, bl-eċċezzjoni tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-proċedura tagħha stess, id-deċiżjonijiet kollha ta’ din ix-xorta għandhom jidħlu b'effett biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti iktar tard. L-Uffiċċju Internazzjonali għandu jikkomunika d-deċiżjonijiet msemmija lill-membri ta’ l-Assemblea li huma Stati, li għandhom id-dritt li jivvutaw fuq il-kwistjoni msemmija u li ma kinux irrappreżentati u għandha tistedinhom biex jesprimu bil-kitba l-vot jew l-astensjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni. Jekk, fl-għeluq ta’ dan il-perijodu, in-numru ta’ tali membri li jkunu esprimew il-vot jew l-astensjoni tagħhom b’dan il-mod jilħaq in-numru tal-membri li kienu nieqsa biex jintlaħaq il-kworum fis-sessjoni nfisha, tali deċiżjonijiet għandhom jidħlu b'effett sakemm, fl-istess ħin, għadha teżisti l-maġġoranza meħtieġa.

4.   [Teħid tad-Deċiżjonijiet fl-Assemblea]

(a)

L-Assemblea għandha tagħmel ħiltha biex tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b’kunsens.

(b)

Fejn deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b’kunsens, il-kwistjoni li qed tkun diskussa għandha tiġi deċiża permezz ta’ votazzjoni. F’każ bħal dan,

(i)

kull Parti Kontraenti li hija Stat għandu jkollha vot wieħed u għandha tivvota f’isimha biss,

u

(ii)

kwalunkwe Parti Kontraenti li hija organizzazzjoni intergovernattiva tista’ tivvota, minflok l-Istati Membri tagħha, b’numru ta’ voti li huwa daqs in-numru ta’ l-Istati Membri tagħha li huma parti għal dan l-Att, u l-ebda organizzazzjoni intergovernattiva bħal din m’għandha tipparteċipa fil-votazzjoni jekk kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tagħha jeżerċita d-dritt tiegħu li jivvota, u vice versa.

(ċ)

Dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw biss lill-Istati li huma marbutin bl-Artikolu 2 ta’ l-Att Komplementari ta’ l-1967, il-Partijiet Kontraenti li mhumiex marbutin bl-Artikolu msemmi m’għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw, filwaqt li f'affarijiet li jikkonċernaw biss lill-Partijiet Kontraenti, dawn ta' l-aħħar biss għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw.

5.   [Maġġoranzi]

(a)

Bla ħsara għall-Artikoli 24(2) u 26(2), id-deċiżjonijiet ta’ l-Assemblea għandhom jeħtieġu żewġ terzi tal-voti espressi.

(b)

L-astensjonijiet m’għandhomx jitqiesu bħala voti.

6.   [Sessjonijiet]

(a)

L-Assemblea għandha tiltaqa’ darba kull tieni sena kalendarja f'sessjoni ordinarja permezz ta’ konvokazzjoni mid-Direttur Ġenerali u, fin-nuqqas ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, matul l-istess perijodu u fl-istess post bħall-Assemblea Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni.

(b)

L-Assemblea għandha tiltaqa’ f'sessjoni straordinarja permezz ta’ konvokazzjoni mid-Direttur Ġenerali, jew fuq it-talba ta’ kwart tal-membri ta’ l-Assemblea jew fuq l-inizjattiva tad-Direttur Ġenerali nnifsu.

(ċ)

L-aġenda ta’ kull sessjoni għandha tiġi mħejjija mid-Direttur Ġenerali.

7.   [Regoli ta’ Proċedura] L-Assemblea għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha stess.

Artikolu 22

Uffiċċju Internazzjonali

1.   [Kompiti Amministrattivi]

(a)

Ir-Reġistrazzjoni internazzjonali u d-dmirijiet relatati, kif ukoll il-kompiti amministrattivi l-oħrajn kollha li jikkonċernaw l-Unjoni, għandhom jitwettqu mill-Uffiċċju Internazzjonali.

(b)

B’mod partikolari, l-Uffiċċju Internazzjonali għandu jħejji l-laqgħat u jipprovdi s-segretarjat ta’ l-Assemblea u ta’ dawn il-kumitati ta’ esperti u gruppi ta’ ħidma kif jista’ jiġi stabbilit mill-Assemblea.

2.   [Direttur Ġenerali] Id-Direttur Ġenerali għandu jkun il-kap esekuttiv ta’ l-Unjoni u għandu jirrappreżenta lill-Unjoni.

3.   [Laqgħat Għajr is-Sessjonijiet ta’ l-Assemblea] Id-Direttur Ġenerali għandu jsejjaħ kwalunkwe kumitat u grupp ta’ ħidma stabbilit mill-Assemblea u l-laqgħat l-oħrajn kollha li jittrattaw kwistjonijiet li jikkonċernaw l-Unjoni.

4.   [Rwol ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali fl-Assemblea u f’Laqgħat Oħrajn]

(a)

Id-Direttur Ġenerali u l-persuni nnominati mid-Direttur Ġenerali għandhom jipparteċipaw, mingħajr id-dritt li jivvutaw, fil-laqgħat kollha ta’ l-Assemblea, tal-kumitati u tal-gruppi ta’ ħidma stabbiliti mill-Assemblea, u fi kwalunkwe laqgħa oħra msejħa mid-Direttur Ġenerali taħt il-patroċinju ta’ l-Unjoni.

(b)

Id-Direttur Ġenerali jew membru tal-persunal innominat mid-Direttur Ġenerali għandu jkun is-segretarju ex officio ta’ l-Assemblea, u tal-kumitati, tal-gruppi ta’ ħidma u tal-laqgħat l-oħrajn msemmija fis-subparagrafu (a).

5.   [Konferenzi]

(a)

Skond id-direzzjonijiet ta’ l-Assemblea, l-Uffiċċju Internazzjonali għandu jagħmel il-preparamenti għal kwalunkwe konferenza ta’ reviżjoni.

(b)

L-Uffiċċju Internazzjonali jista’ jikkonsulta ma’ organizzazzjonijiet intergovernattivi u ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi kemm dawk internazzjonali kif ukoll dawk nazzjonali, dwar il-preparamenti imsemmijin.

(ċ)

Id-Direttur Ġenerali u l-persuni nnominati mid-Direttur Ġenerali għandhom jipparteċipaw fid-diskussjonijiet waqt konferenzi ta’ reviżjoni, mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvutaw.

6.   [Kompiti Oħrajn] L-Uffiċċju Internazzjonali għandu jwettaq kull kompitu ieħor assenjat lilu b’rabta ma’ dan l-Att.

Artikolu 23

Finanzi

1.   [Baġit]

(a)

L-Unjoni għandu jkollha baġit.

(b)

Il-baġit ta’ l-Unjoni għandu jinkludi d-dħul u l-infiq li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Unjoni u l-kontribuzzjoni tagħha għall-baġit ta’ l-infiq komuni għall-Unjonijiet amministrati mill-Organizzazzjoni.

(ċ)

L-infiq li mhux attribwit esklużivament lill-Unjoni iżda wkoll lil Unjoni waħda jew aktar amministrata/i mill-Organizzazzjoni għandu jitqies bħala nfiq komuni għall-Unjonijiet. Is-sehem ta’ l-Unjoni f’infiq komuni bħal dan għandu jkun proporzjonali għall-interess li l-Unjoni għandha fih.

2.   [Koordinazzjoni mal-Baġits ta’ Unjonijiet Oħra] Il-baġit ta’ l-Unjoni għandu jkun stabbilit bl-attenzjoni xierqa għall-ħtiġiet ta' koordinazzjoni mal-baġits ta’ l-Unjonijiet l-oħrajn li huma amministrati mill-Organizzazzjoni.

3.   [Sorsi ta' Finanzjament tal-Baġit] Il-baġit ta’ l-Unjoni għandu jkun iffinanzjat mis-sorsi li ġejjin:

(i)

il-ħlasijiet relatati mar-reġistrazzjonijiet internazzjonali;

(ii)

it-taxxi dovuti għal servizzi oħrajn mogħtija mill-Uffiċċju Internazzjonali fejn għandha x’taqsam l-Unjoni;

(iii)

il-bejgħ ta’, jew drittijiet ta' l-awtur fuq, pubblikazzjonijiet ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali li jikkonċernaw l-Unjoni;

(iv)

id-donazzjonijiet, id-dispożizzjonijiet f’testmenti dwar proprjetà personali u s-sovvenzjonijiet;

(v)

il-kirjiet, l-interessi u dħul differenti ieħor.

4.   [Iffissar tal-Ħlasijiet u tat-Taxxi; Il-Livell tal-Baġit]

(a)

L-ammonti tal-ħlasijiet msemmija fil-paragrafu (3)(i) għandhom ikunu ffissati mill-Assemblea fuq il-proposta tad-Direttur Ġenerali. It-taxxi msemmija fil-paragrafu 3(ii) għandhom ikunu stabbiliti mid-Direttur Ġenerali u għandhom ikunu applikati b’mod provviżorju, dejjem jekk ikunu approvati mill-Assemblea fis-sessjoni ta’ wara.

(b)

L-ammonti tal-ħlasijiet li jissemmew fil-paragrafu (3)(i) għandhom ikunu ffissati b’tali mod li d-dħul ta’ l-Unjoni mill-ħlasijiet u minn sorsi oħrajn għandhom ikunu mill-inqas biżżejjed biex ikopru l-infiq kollu ta’ l-Uffiċċju Internazzjonali li jikkonċerna l-Unjoni.

(ċ)

Jekk il-baġit ma jiġix adottat qabel il-bidu ta’ perijodu finanzjarju ġdid, hu għandu jkun fuq l-istess livell tal-baġit tas-sena ta’ qabel, kif previst fir-regolamenti finanzjarji.

5.   [Fond tal-Kapital li Jiċċirkola] L-Unjoni għandu jkollha fond tal-kapital li Jiċċirkola li għandu jkun magħmul mill-introjti żejda u, jekk tali introjti żejda ma jkunux biżżejjed, minn pagament uniku magħmul minn kull membru ta’ l-Unjoni. Jekk il-fond isir insuffiċjenti, l-Assemblea għandha tiddeċiedi li żżidu. Il-proporzjon u t-termini tal-pagament għandhom ikunu ffissati mill-Assemblea fuq il-proposta tad-Direttur Ġenerali.

6.   [Self bil-Quddiem mill-Istat Ospitanti]

(a)

Fil-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali konkluż ma’ l-Istat li l-Organizzazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fuq it-territorju tiegħu, għandu jkun provdut li, kull meta l-fond tal-kapital li jiċċirkola jkun insuffiċjenti, tali Stat għandu jagħti self bil-quddiem. L-ammont ta’ dak is-self bil-quddiem u l-kondizzjonijiet li jridu jkunu sodisfatti biex jingħata għandhom ikunu s-suġġett ta’ ftehim separati, f’kull każ, bejn tali Stat u l-Organizzazzjoni.

(b)

L-Istat li jissemma fis-subparagrafu (a) u l-Organizzazzjoni għandhom kull wieħed ikollu d-dritt li jiddenunzja l-obbligu li jingħata self bil-quddiem, permezz ta’ notifika bil-miktub. Id-denunzja għandha tidħol b'effett tliet snin wara li tintemm is-sena li fiha ġiet notifikata.

7.   [Verifika tal-Kontijiet] Il-verifika tal-kontijiet għandha titwettaq minn Stat wieħed jew aktar li huwa membru ta’ l-Unjoni jew minn awdituri esterni, kif previst fir-regolamenti finanzjarji. Għandhom ikunu nnominati, bil-qbil tagħhom, mill-Assemblea.

Artikolu 24

Regolamenti

1.   [Suġġett] Ir-Regolamenti għandhom jirregolaw id-dettalji ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan l-Att. B’mod partikolari, huma għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw

(i)

kwistjonijiet li dan l-Att jipprovdi b’mod espliċitu biex ikunu preskritti;

(ii)

aktar dettalji li jikkonċernaw, jew kwalunkwe dettall utli fl-implimentazzjoni ta’, dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att;

(iii)

kwalunkwe ħtieġa, kwistjoni jew proċedura amministrattiva.

2.   [Emendar ta’ Ċerti Dispożizzjonijiet tar-Regolamenti]

(a)

Ir-Regolamenti jistgħu jispeċifikaw li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti jistgħu jkunu emendati biss permezz ta’ vot unanimu jew biss permezz ta’ maġġoranza ta’ erba’ voti minn ħamsa.

(b)

Jeħtieġ li jkun hemm vot unanimu biex il-ħtieġa ta’ vot unanimu jew maġġoranza ta’ erba’ voti minn ħamsa ma tibqax tapplika fil-futur biex tkun emendata dispożizzjoni tar-Regolamenti.

(ċ)

Jeħtieġ li jkun hemm maġġoranza ta’ erba’ voti minn ħamsa sabiex il-ħtieġa ta’ vot unanimu jew maġġoranza ta’ erba’ voti minn ħamsa tibqa’ tapplika fil-futur biex tkun emendata dispożizzjoni tar-Regolamenti.

3.   [Konflitt Bejn Dan l-Att u r-Regolamenti] Fil-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att u dawk tar-Regolamenti, ta’ l-ewwel għandhom jirbħu.

KAPITOLU III

REVIŻJONI U EMENDI

Artikolu 25

Reviżjoni ta’ Dan l-Att

1.   [Konferenzi ta’ Reviżjoni] Dan l-Att jista’ jkun rivedut permezz ta’ konferenza tal-Partijiet Kontraenti.

2.   [Reviżjoni jew Emendar ta' Ċerti Artikoli] L-Artikoli 21, 22, 23 u 26 jistgħu jkunu emendati jew permezz ta’ konferenza ta’ reviżjoni jew inkella mill-Assemblea skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 26.

Artikolu 26

Emendar ta’ Ċerti Artikoli mill-Assemblea

1.   [Proposti għall-Emendar]

(a)

Il-proposti biex l-Assemblea temenda l-Artikoli 21, 22, 23 u dan l-Artikolu jistgħu jinbdew minn kwalunkwe Parti Kontraenti jew mid-Direttur Ġenerali.

(b)

Tali proposti għandhom ikunu kkomunikati mid-Direttur Ġenerali lill-Partijiet Kontraenti mill-inqas sitt xhur qabel ma jitqiesu mill-Assemblea.

2.   [Maġġoranzi] L-adozzjoni ta’ kwalunkwe emenda għall-Artikoli msemmija fil-paragrafu (1) għandha tinħtieġ maġġoranza ta’ tliet kwarti, ħlief li l-adozzjoni ta’ kwalunkwe emenda għall-Artikolu 21 jew tal-paragrafu preżenti għandha tinħtieġ maġġoranza ta’ erba’ voti minn ħamsa.

3.   [Dħul fis-Seħħ]

(a)

Ħlief fejn japplika s-subparagrafu (b), kwalunkwe emenda għall-Artikoli msemmija fil-paragrafu (1) imwettqa skond il-proċessi kostituzzjonali rispettivi tagħhom, għandha tidħol fis-seħħ xahar wara li n-notifiki ta’ aċċettazzjoni bil-miktub jaslu għand id-Direttur Ġenerali mingħand tliet kwarti ta’ dawk il-Partijiet Kontraenti li, fiż-żmien li ġiet adottata l-emenda, kienu membri ta’ l-Assemblea u kellhom id-dritt li jivvutaw fuq dik l-emenda.

(b)

Kwalunkwe emenda għall-Artikolu 21(3) jew (4) jew għal dan is-subparagrafu m’għandhiex tidħol fis-seħħ jekk, fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tagħha mill-Assemblea, kwalunkwe Parti Kontraenti tinnotifika lid-Direttur Ġenerali li ma taċċettax tali emenda.

(ċ)

Kwalunkwe emenda li tidħol fis-seħħ skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandha torbot lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet intergovernattivi kollha li huma Partijiet Kontraenti fiż-żmien li l-emenda tidħol fis-seħħ, jew li jsiru Partijiet Kontraenti aktar tard.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Parti għal Dan l-Att

1.   [Eliġibbiltà] Bla ħsara għall-paragrafi (2) u (3) u għall-Artikolu 28,

(i)

kwalunkwe Stat membru ta’ l-Organizzazzjoni jista’ jiffirma u jsir parti għal dan l-Att;

(ii)

kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva li għandha Uffiċċju fejn tista’ tinkiseb il-protezzjoni tad-disinji industrijali b’effett fit-territorju li fih japplika t-trattat kostituzzjonali ta’ l-organizzazzjoni intergovernattiva tista’ tiffirma u ssir parti għal dan l-Att, sakemm għall-inqas wieħed mill-Istati li huma membri ta’ l-organizzazzjoni intergovernattiva huwa membru ta’ l-Organizzazzjoni u sakemm tali Uffiċċju mhuwiex is-suġġett ta’ notifika skond l-Artikolu 19.

2.   [Ratifika jew Adeżjoni] Kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni intergovernattiva msemmi/ja fil-paragrafu (1) j/tista’ j/tiddepożita

(i)

strument ta’ ratifika jekk iffirma/t dan l-Att,

jew

(ii)

strument ta’ l-adeżjoni jekk ma ffirma(t)x dan l-Att.

3.   [Data Effettiva tad-Depożitu]

(a)

Bla ħsara għas-subparagrafi (b) sa (d), id-data effettiva tad-depożitu ta’ strument ta’ ratifika jew ta' adeżjoni għandha tkun id-data li fiha ġie ddepożitat l-istrument.

(b)

Id-data effettiva tad-depożitu ta’ l-istrument ta’ ratifika jew ta' adeżjoni ta’ kwalunkwe Stat fejn il-protezzjoni tad-disinji industrijali tista’ tinkiseb biss mill-Uffiċċju miżmum minn organizzazzjoni intergovernattiva li tagħha huwa membru dak l-Istat għandha tkun id-data li fiha jiġi ddepożitat l-istrument ta’ dik l-organizzazzjoni intergovernattiva jekk dik id-data hija aktar tard mid-data li fiha ġie ddepożitat l-istrument ta’ l-Istat msemmi.

(ċ)

Id-data effettiva tad-depożitu ta’ kwalunkwe strument ta’ ratifika jew ta' adeżjoni li fih jew għandu miegħu n-notifika msemmija fl-Artikolu 19 għandha tkun id-data li fiha jiġi ddepożitat l-aħħar wieħed mill-istrumenti ta’ l-Istati li huma membri tal-grupp ta’ Stati li jkunu għamlu n-notifika msemmija.

(d)

Kwalunkwe strument ta’ ratifika jew ta' adeżjoni ta’ Stat jista’ jkun fih jew ikollu miegħu dikjarazzjoni fejn issir kondizzjoni biex jitqies bħala ddepożitat li l-istrument ta’ Stat ieħor jew organizzazzjoni intergovernattiva oħra, jew l-istrumenti ta’ żewġ Stati oħrajn, jew l-istrumenti ta’ Stat ieħor u organizzazzjoni intergovernattiva oħra, speċifikat/i bl-isem u eliġibbli biex isiru parti għal dan l-Att, jiġi jew jiġu ddepożitat/i wkoll. L-istrument li fih jew li għandu miegħu tali dikjarazzjoni għandu jitqies bħala li ġie ddepożitat dakinhar li ntlaħqet il-kondizzjoni indikata fid-dikjarazzjoni. Madanakollu, meta strument speċifikat fid-dikjarazzjoni nfisha fih, jew għandu miegħu, dikjarazzjoni tat-tip imsemmi, dak l-istrument għandu jitqies bħala ddepożitat dakinhar li ntlaħqet il-kondizzjoni speċifikata fid-dikjarazzjoni ta’ l-aħħar.

(e)

Kwalunkwe dikjarazzjoni li ssir skond il-paragrafu (d) tista’ tkun irtirata, fl-intier tagħha jew b’mod parzjali, fi kwalunkwe ħin. Kwalunkwe irtirar għandu jsir effettiv fid-data li fiha d-Direttur Ġenerali jirċievi n-notifika ta’ l-irtirar.

Artikolu 28

Data Effettiva tar-Ratifika u ta’ l-Adeżjonijiet

1.   [Strumenti li Jridu Jitqiesu] Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-istrumenti ta’ ratifika jew adeżjoni li huma ddepożitati mill-Istati jew mill-organizzazzjonijiet intergovernattivi msemmija fl-Artikolu 27(1) u li għandhom data effettiva skond l-Artikolu 27(3) biss għandhom jitqiesu.

2.   [Dħul fis-Seħħ ta’ Dan l-Att] Dan l-Att għandu jidħol fis-seħħ tliet xhur wara li sitt Stati jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika jew ta' adeżjoni tagħhom, sakemm, skond l-aktar statistiċi annwali reċenti miġbura mill-Uffiċċju Internazzjonali, mill-inqas tlieta minn dawk l-Istati jissodisfaw mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ġew depożitati mill-inqas 3,000 applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ disinji industrijali fl-Istat jew għall-Istat ikkonċernat,

jew

(ii)

ġew depożitati mill-inqas 1,000 applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ disinji industrijali fl-Istat jew għall-Istat ikkonċernat mir-residenti ta’ Stati għajr għal dak l-Istat.

3.   [Dħul fis-Seħħ tar-Ratifiki u ta’ l-Adeżjonijiet]

(a)

Kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni intergovernattiva li ddepożita/t l-istrumenti ta’ ratifika jew ta' adeżjoni tiegħu/tagħha tliet xhur jew aktar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att għandu/ha jintrabat/tintrabat b’dan l-Att fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att.

(b)

Kwalunkwe Stat ieħor jew organizzazzjoni intergovernattiva oħra għandu/ha j/tintrabat b’dan l-Att tliet xhur wara d-data li fiha ddepożita/t l-istrumenti ta’ ratifika jew ta' adeżjoni tiegħu/tagħha jew fi kwalunkwe data oħra aktar tard indikata f’dak l-istrument.

Artikolu 29

Projbizzjoni ta' Riżervi

M’hi permessa l-ebda riżerva għal dan l-Att.

Artikolu 30

Dikjarazzjonijiet Magħmula mill-Partijiet Kontraenti

1.   [Żmien li Matulu Jistgħu Jsiru d-Dikjarazzjonijiet] Tista’ssir kwalunkwe dikjarazzjoni skond l-Artikoli 4(1)(b), 5(2)(a), 7(2), 11(1), 13(1), 14(3), 16(2) jew 17(3)(ċ)

(i)

fiż-żmien tad-depożitu ta’ strument li jissemma fl-Artikolu 27(2), f’liema każ għandu jsir effettiv fid-data li fiha l-Istat jew l-organizzazzjoni intergovernattiva wara li jkun għamel/għamlet id-dikjarazzjoni j/tintrabat b’dan l-Att,

jew

(ii)

wara d-depożitu ta’ strument li jissemma fl-Artikolu 27(2), f’liema każ għandu jsir effettiv tliet xhur wara d-data li jirċevih id-Direttur Ġenerali jew fi kwalunkwe data li tiġi aktar tard indikata fid-dikjarazzjoni imma għandha tapplika biss fejn għandha x’taqsam kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali li d-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali tagħha hija l-istess bħad-data effettiva tad-dikjarazzjoni jew hija iktar tard minnha.

2.   [Dikjarazzjonijiet mill-Istati li Għandhom Uffiċċju Komuni] Minkejja l-paragrafu (1), kwalunkwe dikjarazzjoni li tissemma f’dak il-paragrafu li saret minn Stat li, ma’ Stat ieħor jew ma’ Stati oħrajn, innotifika lid-Direttur Ġenerali skond l-Artikolu 19(1) bis-sostituzzjoni ta’ Uffiċċju komuni minflok l-Uffiċċji nazzjonali tagħhom għandha ssir effettiva biss jekk dak l-Istat l-ieħor jew dawk l-Istati l-oħrajn jagħmel jew jagħmlu dikjarazzjoni korrispondenti jew dikjarazzjonijiet korrispondenti.

3.   [Irtirar tad-Dikjarazzjonijiet] Kwalunkwe dikjarazzjoni li tissemma fil-paragrafu (1) tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe żmien permezz ta’ notifika indirizzata lid-Direttur Ġenerali. Tali irtirar għandu jidħol b'effett tliet xhur wara d-data li fiha d-Direttur Ġenerali jkun irċieva n-notifika jew fi kwalunkwe data li tiġi iktar tard indikata fin-notifika. Fil-każ ta’ dikjarazzjoni li ssir skond l-Artikolu 7(2), l-irtirar m’għandux jaffettwa l-applikazzjonijiet internazzjonali li ġew iddepożitati qabel id-dħul b'effett ta’ l-irtirar msemmi

Artikolu 31

Applikabbiltà ta’ l-Atti ta’ l-1934 u ta’ l-1960

1.   [Relazzjonijiet Bejn l-Istati li huma Parti Kemm għal Dan l-Att kif ukoll għall-Atti ta’ l-1934 jew ta’ l-1960] Dan l-Att waħdu għandu jkun applikabbli fejn għandhom x’jaqsmu r-relazzjonijiet reċiproċi ta' l-Istati li huma parti kemm għal dan l-Att kif ukoll għall-Att ta’ l-1934 jew għall-Att ta’ l-1960. Mandankollu, tali Stati, fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, għandhom japplikaw l-Att ta’ l-1934 jew l-Att ta’ l-1960, skond il-każ, għad-disinji industrijali ddepożitati fl-Uffiċċju Internazzjonali qabel id-data li fiha dan l-Att isir applikabbli fir-rigward tar-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom.

2.   [Relazzjonijiet Bejn l-Istati li huma Parti Kemm għal Dan l-Att kif ukoll għall-Atti ta’ l-1934 jew ta’ l-1960 u l-Istati li huma Parti għall-Atti ta’ l-1934 jew ta’ l-1960 Mingħajr ma Huma Parti għal Dan l-Att]

(a)

Kwalunkwe Stat li huwa parti kemm għal dan l-Att kif ukoll għall-Att ta’ l-1934 għandu jibqa’ japplika l-Att ta’ l-1934 fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ l-Istati li huma parti għall-Att ta’ l-1934 mingħajr m’huma parti għall-Att ta’ l-1960 jew għal dan l-Att.

(b)

Kwalunkwe Stat li huwa parti kemm għal dan l-Att kif ukoll għall-Att ta’ l-1960 għandu jibqa’ japplika l-Att ta’ l-1960 fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ l-Istati li huma parti għall-Att ta’ l-1960 mingħajr m’huma parti għal dan l-Att.

Artikolu 32

Denunzja ta’ Dan l-Att

1.   [Notifika] Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja dan l-Att permezz ta’ notifika indirizzata lid-Direttur Ġenerali.

2.   [Data Effettiva] Id-denunzja għandu jkollha effett sena wara d-data li fiha d-Direttur Ġenerali jkun irċieva n-notifika jew fi kwalunkwe data li tiġi aktar tard indikata fin-notifika. M’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni ta’ dan l-Att għal kwalunkwe applikazzjoni internazzjonali pendenti u kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali fis-seħħ fejn għandha x’taqsam id-denunzja ta’ Parti Kontraenti fiż-żmien li tidħol b'effett id-denunzja.

Artikolu 33

Lingwi ta’ Dan l-Att; Iffirmar

1.   [Testi Oriġinali; Testi Uffiċjali]

(a)

Dan l-Att għandu jkun iffirmat f’oriġinal uniku bl-Ingliż, bl-Għarbi, biċ-Ċiniż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol, bit-testi kollha jkunu awtentiċi b’mod ugwali.

(b)

It-testi uffiċjali għandhom ikunu stabbiliti mid-Direttur Ġenerali, wara konsultazzjoni mal-Gvernijiet interessati, f’tali lingwi oħrajn kif tista’ tagħżel l-Assemblea.

2.   [Terminu Perentorju għall-Iffirmar] Dan l-Att għandu jibqa' miftuħ għall-iffirmar fil-kwartieri ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni għal sena wara l-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 34

Depożitarju

Id-Direttur Ġenerali għandu jkun id-depożitarju ta’ dan l-Att.

DIKJARAZZJONI

Dwar il-preżentazzjoni diretta

Il-President tal-Kunsill, meta jiddepożita dan l-istrument ta’ adeżjoni mad-Direttur-Ġenerali tad-WIPO, għandu jehmeż ma’ l-istrument ta’ l-adeżjoni d-dikjarazzjoni li ġejja:

“Il-Komunità Ewropea tiddikjara li l-applikazzjonijiet internazzjonali ma jistgħux jiġu ppreżentati permezz ta’ l-Uffiċċju tagħha.”

DIKJARAZZJONI

dwar is-sistema ta’ ħlas individwali

Il-President tal-Kunsill, meta jiddepożita dan l-istrument ta’ adeżjoni mad-Direttur-Ġenerali tad-WIPO, għandu jehmeż ma’ l-istrument ta’ l-adeżjoni d-dikjarazzjoni li ġejja:

“Il-Komunità Ewropea tiddikjara li, b’konnessjoni ma’ kull applikazzjoni internazzjonali li fiha hija nominata, u b’konnessjoni mat-tiġdid ta’ kwalunkwe reġistrazzjoni internazzjonali li tirriżulta minn tali applikazzjoni internazzjonali, il-ħlas tan-nomina preskritt imsemmi fl-Artikolu 7 (1) ta’ l-Att ta’ Ġinevra għandu jiġi sostitwit bi ħlas ta’ nomina individwali, li l-ammont tiegħu għandu jkun:

EUR 62 għal kull disinn fl-istadju ta' l-applikazzjoni internazzjonali;

EUR 31 għal kull disinn fl-istadju tad-tiġdid.”

DIKJARAZZJONI

dwar it-tul ta' żmien ta' protezzjoni fil-Komunità Ewropea

Il-President tal-Kunsill, meta jiddepożita dan l-istrument ta’ adeżjoni mad-Direttur-Ġenerali tad-WIPO, għandu jehmeż ma’ l-istrument ta’ l-adeżjoni d-dikjarazzjoni li ġejja:

“Il-Komunità Ewropea tiddikjara li t-tul ta’ żmien massimu ta’ protezzjoni previst mil-liġi tagħha huwa ta’ 25 sena.”


(1)  Meta jkun adottat l-Artikolu 10, il-Konferenza Diplomatika fehmet li xejn f’dan l-Artikolu ma jipprekludi l-aċċess għall-applikazzjoni internazzjonali jew għar-reġistrazzjoni internazzjonali mill-applikant jew mid-detentur jew mill-persuna li għandha l-kunsens ta’ l-applikant jew tad-detentur.

(2)  Meta jkun adottat l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 14(2)(b) u r-Regola 18(4), il-Konferenza Diplomatika fehmet li l-irtirar ta’ rifjut minn Uffiċċju li kkomunika notifika ta’ rifjut jista’ jieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni li tgħid li l-Uffiċċju kkonċernat iddeċieda li jaċċetta l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali fejn għandhom x’jaqsmu d-disinji industrijali, jew uħud minnhom, li għalihom kienet tirrelata n-notifika ta’ rifjut. Kien ukoll mifhum li Uffiċċju, fil-perijodu permess biex tkun ikkomunikata notifika ta’ rifjut, jista’ jibgħat dikjarazzjoni li tgħid li hu ddeċieda li jaċċetta l-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali anki fejn ma ikkomunikax tali notifika ta’ rifjut.

(3)  Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna fl-Artikolu 12(4).


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tar-reġim lingwistiku

(2006/955/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 64 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Konformement mal-proċedura prevista fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 245 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2006,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2006,

Billi bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija, il-Bulgaru u r-Rumen ser isiru lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u jkun xieraq li dawn il-lingwi jiġu inklużi fost il-lingwi proċedurali stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Ewwel Artikolu

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Ġunju 1991 (ĠU L 176, ta' l-4.7.1991, p.7. Rettifika fil-ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 117), hekk kif emendati fil-21 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44, tat-28.2.1995, p. 61), fil-11 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103, tad-19.4.1997, p. 1. Rettifika fil-ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 72), fis-16 ta’ Mejju 2000, (ĠU L 122, ta' l-24.5.2000, p. 43), fit-28 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 322, tad-19.12.2000, p. 1), fit-3 ta’April 2001 (ĠU L 119, tas-27.4.2001, p.1), fis-17 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 272, ta' l-10.10.2002,p. 24. Rettifika fil-ĠU L 281, tad-19.10.2002. p. 24), fit-8 ta’April 2003 (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 17), fid-19 ta' April 2004 (ĠU L 132, tad-29.4.2004, p.2), fl-20 ta' April 2004 (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 107), fit-12 ta' Lulju 2005 (ĠU L 203, ta' l-4.8.2005. p. 19) u fit-18 ta' Ottubru 2005 (ĠU L 288, tad-29.10.2005, p. 51), huma b'dan emendati kif ġej:

l-Artikolu 29 (1) għandu jiġi sostitwit bit-test segwenti:

“1.   Il-lingwi tal-kawża huma l-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Eston, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Ungeriż u l-Iżvediż.”.

It-tieni Artikolu

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

It-testi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat previst fil-paragrafu preċedenti.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tar-reġim lingwistiku

(2006/956/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 64 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Konformement mal-proċedura prevista fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 245 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2006,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2006,

Billi bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija, il-Bulgaru u r-Rumen ser isiru lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u jkun xieraq li dawn il-lingwi jiġu inklużi fost il-lingwi proċedurali stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

L-Ewwel Artikolu

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Ġunju 1991 (ĠU L 176 ta' l-4.7.1991, p.7. Rettifika fil-ĠU L 383 tad-29.12.1992, p. 117), hekk kif emendati fil-21 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44 tat-28.2.1995, p. 61), fil-11 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103 tad-9.4.1997, p. 1. Rettifika fil-ĠU L 351 tat-23.12.1997, p. 72), fis-16 ta’ Mejju 2000, (ĠU L 122 ta' l-24.5.2000, p. 43), fit-28 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 322 tad-19.12.2000, p. 1), fit-3 ta’ April 2001 (ĠU L 119 tas-27.4.2001, p. 1), fis-17 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 272 ta' l-10.10.2002. Rettifika fil-ĠU L 281 tad-19.10.2002. p. 24), fit-8 ta’ April 2003 (ĠU L 147 ta' l-14.6.2003, p. 17), fid-19 ta' April 2004 (ĠU L 132 tad-29.4.2004, p. 2), fl-20 ta' April 2004 (ĠU L 127 tad-29.4.2004, p. 107), fit-12 ta' Lulju 2005 (ĠU L 203 ta' l-4.8.2005. p. 19) u fit-18 ta' Ottubru 2005 (ĠU L 288 tad-29.10.2005, p. 51), huma b'dan emendati kif ġej:

l-Artikolu 29 (1) għandu jiġi sostitwit bit-test segwenti:

“1.   Il-lingwi tal-kawża huma l-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Eston, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Ungeriż u l-Iżvediż.”.

It-tieni Artikolu

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

It-testi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat previst fil-paragrafu preċedenti.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' emenda tal-Konvenżjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali

(2006/957/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni NU/KEE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus) timmira li tagħti d-drittijiet pubbliċi u timponi fuq il-Partijiet u l-awtoritajiet pubbliċi obbligi dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.

(2)

Il-Komunità Ewropea, skond it-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, għandha kompetenza, flimkien ma' l-Istati Membri tagħha, sabiex tidħol fi ftehim internazzjonali li jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-objettivi elenkati fl-Artikolu 174(1) tat-Trattat u li timplementa l-obbligi li jirriżultaw.

(3)

Il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni ta' Aarhus fil-25 ta' Ġunju 1998. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Ottubru 2001. Il-Komunità approvat il-Konvenzjoni fis-17 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (1).

(4)

It-tieni laqgħa tal-Partijiet, imlaqqa' f'27 ta' Mejju 2005, adottat emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus sabiex l-obbligi imposti fuq il-Partijiet isiru iktar speċifiċi fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament (OMĠ). Il-liġi relevanti tal-Komunità li tirregola l-OMĠ, u b'mod partikolari d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (2) u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikati ġenetikament (3), tinkorpora dispożizzjonijiet għall-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-OMĠ, f'konsistenza ma' l-emenda tal-Konvenzjoni ta' Aarhus.

(5)

L-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus infetħet għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Partijiet mis-27 ta' Settembru 2005. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jippermettu d-depożitar, kemm jista' jkun simultanjament, ta' l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

(6)

L-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus għandha tiġi approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament hija b'dan approvata f'isem il-Komunità.

It-test ta' l-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   B'dan, il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni ta' l-emenda mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, skond l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus.

2.   Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiddepożitaw malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard mill-1 ta' Frar 2008, l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta' l-emenda.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


(1)  ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(3)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.


ANNESS

Emenda lill-konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali

Artikolu 6, paragrafu 11

Għat-test eżistenti, ibdel:

“11.   Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 3, paragrafu 5, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu m'għandhomx japplikaw għad-deċiżjonijiet rigward jekk ikunx permess ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent u t-tqegħid fis-suq ta' organiżmi modifikati ġenetikament.”.

Artikolu 6 bis

Wara l-artikolu 6, daħħal artikolu ġdid li jaqra:

“Artikolu 6 bis

Il-parteċipazzjoni pubblika fid-deċiżjonijiet dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent u t-tqegħid fis-suq ta' organiżmi modifikati ġenetikament

1.   Skond il-modalitajiet stabbiliti fl-anness I bis, kull Parti għandha tipprovdi għall-informazzjoni effikaċi u minn kmieni u l-parteċipazzjoni pubblika qabel tieħu deċiżjonijiet rigward jekk ikunx permess ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent u t-tqegħid fis-suq ta' organiżmi modifikati ġenetikament.

2.   Ir-rekwiżiti magħmula mill-Partijiet skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu għandhom ikunu komplementari u ta' appoġġ reċiproku għad-dispożizzjonijiet tal-qafas nazzjonali tagħhom dwar il-bijosikurezza, b'mod konsistenti ma' l-objettivi tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza.”.

Anness I bis

Wara l-anness I, daħħal anness ġdid li jaqra:

“Anness I bis

Modalitajiet imsemmija fl-artikolu 6 bis

1.

Kull Parti għandha tistipola, fil-qafas regolatorju tagħha, arranġamenti għal informazzjoni effikaċi u l-parteċipazzjoni pubblika għad-deċiżjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 6 bis, li għandhom jinkludu perijodu ta' żmien raġonevoli, sabiex il-pubbliku jingħata opportunità xierqa sabiex jesprimi opinjoni dwar tali deċiżjonijiet proposti.

2.

Jekk ikun xieraq, Parti tista' tipprovdi, fil-qafas regolatorju tagħha, għal eċċezzjonijiet fil-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika stabbilita f'dan l-anness:

(a)

Fil-każ tar-rilaxx intenzjonat ta' organiżmu modifikat ġenetikament (OĠM) fl-ambjent għal kwalunkwe skop għajr it-tqegħid fis-suq tiegħu, jekk:

(i)

Tali rilaxx taħt kondizzjonijiet bijoġeografiċi komparabbli diġà ġie approvat fi ħdan il-qafas regolatorju tal-Parti kkonċernata;

u

(ii)

Tkun inkisbet minn qabel, esperjenza biżżejjed bir-rilaxx ta' l-OĠM in kwistjoni f'ekosistemi komparabbli.

(b)

Fil-każ tat-tqegħid fis-suq ta' OĠM, jekk:

(i)

Diġà kien approvat fi ħdan il-qafas regolatorju tal-Parti kkonċernata;

jew

(ii)

Huwa maħsub għar-riċerka jew għall-kollezzjoni ta' kulturi.

3.

Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni applikabbli dwar il-kunfidenzjalità skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 4, kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, b'mod adegwat, fil-ħin u effikaċi, sommarju tan-notifiki introdotti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent jew għat-tqegħid fis-suq ta' OĠM fit-territorju tagħha, kif ukoll ir-rapport ta' valutazzjoni, fejn disponibbli, u skond il-qafas nazzjonali tagħha dwar il-bijosikurezza.

4.

Fl-ebda każ il-Partijiet m'għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni li ġejja bħala kunfidenzjali:

(a)

Deskrizzjoni ġenerali ta' l-organiżmu jew l-organiżmi modifikati ġenetikament ikkonċernati, l-isem u l-indirizz ta' l-applikant għall-awtorizzazzjoni tar-rilaxx intenzjonat, l-użi maħsuba u, jekk xieraq, il-post tar-rilaxx.

(b)

Il-metodi u l-pjanijiet għall-monitoraġġ ta' l-organiżmu jew l-organiżmi modifikati ġenetikament ikkonċernati u għal reazzjoni ta' emerġenza.

(ċ)

Il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali.

5.

Kull Parti għandha tiżgura trasparenza fil-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tipprovdi aċċess għall-informazzjoni proċedurali relevanti lill-pubbliku. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, per eżempju:

(i)

In-natura tad-deċiżjonijiet possibbli.

(ii)

L-awtorità pubblika responsabbli għat-teħid tad-deċiżjoni.

(iii)

L-arranġamenti għall-parteċipazzjoni pubblika stabbiliti skond il-paragrafu 1.

(iv)

Indikazzjoni ta' l-awtorità pubblika li mingħandha tkun tista' tinkiseb informazzjoni relevanti.

(v)

Indikazzjoni ta' l-awtorità pubblika fejn jistgħu jitressqu kummenti u ta' l-iskeda taż-żmien għat-trasmissjoni tal-kummenti.

6.

Id-dispożizzjonijiet magħmula skond il-paragrafu 1 għandhom jippermettu lill-pubbliku jressaq kwalunkwe kumment, analiżi jew opinjoni li jikkunsidra relevanti għar-rilaxx intenzjonat propost, inkluż it-tqegħid fis-suq, bi kwalunkwe mod xieraq.

7.

Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li, meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar jekk għandux ikun permess ir-rilaxx intenzjonat ta' OĠM fl-ambjent, inkluż it-tqegħid fis-suq, ir-riżultati tal-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika organizzata skond il-paragrafu 1 ikunu kkunsidrati kif dovut.

8.

Il-Partijiet għandhom jipprovdu li meta tittieħed deċiżjoni suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-anness minn awtorità pubblika, it-test tad-deċiżjoni għandu jsir disponibbli għall-pubbliku flimkien mar-raġunijiet u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom kienet ibbażata.”.


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2006

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera

(2006/958/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuz ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jittrażmettu, f'isem il-Komunità Ewropea, in-nota diplomatika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, nhar 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(TRADUZZJONI)

Ftehim li jirrivedi l-ftehim bejn il-komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku

IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet”,

Wara li kkonkludew Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità

(minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”);

BILLI l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002;

BILLI jeħtieġ li jiġi ssimplifikat il-funzjonament tal-Ftehim;

BILLI l-Ftehim fl-Artikoli 1, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11 jirriferi għall-korpi, elenkati fl-Anness 1, għall-istima tal-konformità;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 2 jirriferi għal definizzjonijiet stipulati fl-edizzjoni ta' l-1996 tal-Gwida 2 ta' l-ISO/IEC u fl-edizzjoni ta' l-1993 ta' l-istandard Ewropew EN 45020;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 4 jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Ftehim għal prodotti li joriġinaw fil-Partijiet konformement mar-regoli ta' oriġini mhux preferenzjali;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 6 jirriferi għall-proċeduri stipulati fl-Artikolu 11;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 8 jirriferi għall-President tal-Kumitat;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 9 jirriferi għal xogħol ta' koordinament u tqabbil bejn il-korpi għall-istima ta' konformità rikonoxxuti taħt il-Ftehim;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 10 jistabbilixxi Kumitat li jiddeċiedi dwar l-inklużjoni tal-korpi għall-istima ta' konformità fl-Anness 1 u dwar it-tneħħija tagħhom mill-Anness 1;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 11 jistabbilixxi proċedura dwar l-inklużjoni tal-korpi għall-istima ta' konformità fl-Anness 1 u dwar it-tneħħija tagħhom mill-Anness 1;

BILLI l-Ftehim fl-Artikolu 12 jistabbilixxi obbligazzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex jittieħed kont tat-tibdil li sar fl-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-kliem “korpi għall-istima ta' konformità elenkati fl-Anness 1” għandu jitħassar u jinbidel b'referenza għall-“korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità” fl-Artikoli 1, 5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex tiġi evitata l-ħtieġa li timmodifika l-Ftehim meta jsir tibdil fid-definizzjonijiet fil-gwidi ISO/IEC relevanti, ir-referenza għal edizzjonijiet speċifiċi ta' dawn il-gwidi għandha titħassar mill-Artikolu 2 u tinbidel b'referenza ġenerali għad-definizzjonijiet stabbiliti bl-ISO u l-IEC;

WARA LI KKUNSIDRAW li billi r-referenza għad-definizzjonijiet stipulati fl-istandards Ewropej 45020 (edizzjoni 1993) mhix aktar valida, ir-referenza għandha titħassar mill-Artikolu 2;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet, u sabiex jiġi ssimplifikat il-funzjonament tal-Ftehim, għandha titħassar mill-Artikolu 4 r-restrizzjoni li jiġi applikat il-Ftehim għal prodotti li joriġinaw fil-Partijiet;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex jiġi ssimplifikat il-Ftehim, għandhom jitħassru ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni mad-dispożizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Artikolu 11;

WARA LI KKUNSIDRAW li peress li l-Kumitat huwa ko-presedut mill-Partijiet, għandha titħassar mill-Artikolu 8 r-referenza għall-President tal-Kumitat;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet, u sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fil-funzjonament tal-Ftehim, għandu jiġi inkluż fl-Artikolu 8 l-obbligu li jintwerew sospensjonijiet, li jkunu possibbli, ta' korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità fil-lista tal-korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex jiġi faċilitat il-funzjonament tal-Ftehim, għandha tiġi inkluża fl-Artikolu 9 l-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-ħatra jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jiżguraw li l-korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità jikkoperaw b'mod xieraq;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex jiġi ssimplifikat il-funzjonament tal-Ftehim, għandha tiġi inkluża fl-Artikolu 10 l-ħtieġa li l-Kumitat jieħu deċiżjonijiet dwar ir-rikonoxximent jew l-irtirar ta' rikonoxximent tal-korpi għall-istima ta' konformità għandha tkun limitata għall-każijiet li ġew ikkontestati mill-Parti l-oħra;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex jiġi simplifikat il-funzjonament tal-Ftehim, għandha tiġi stabbilita fl-Artikolu 11 proċedura aktar sempliċi għar-rikonoxximent, l-irtirar ta' rikonoxximent, il-modifika ta' l-kamp ta' operazzjoni u s-sospensjoni tal-korpi għall-istima ta' konformità;

WARA LI KKUNSIDRAW li sabiex tiżdied it-trasparenza, għandu jiżdied fl-Artikolu 12 l-obbligu ta' notifika bil-miktub ta' xi tibdil marbut mad-dispożizzjonijiet relevanti leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kif ukoll ma' awtoritajiet li jaħtru u awtoritajiet kompetenti;

FTIEHMU LI JIRRIVEDU L-FTEHIM KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Reviżjonijiet lill-Ftehim

1.   L-Artikolu 1 huwa rivedut kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 1, “il-korpi elenkati fl-Anness 1” tinbidel bi “korpi rikonoxxuti konformement mal-proċeduri ta' dan il-Ftehim” (minn hawn 'il quddiem “korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità”).

(ii)

Fil-paragrafu 2, “il-korpi elenkati fl-Anness 1” tinbidel bi “korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità.”.

2.   L-Artikolu 2(2) jinbidel b'dan li ġej:

“Id-definizzjonijiet stabbiliti mill-ISO u l-IEC jistgħu jintużaw sabiex tiġi stabbilita t-tifsira tat-termini ġenerali marbuta ma' l-istima ta' konformità li jinsabu f'dan il-Ftehim.”.

3.   L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Oriġini

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw għal prodotti koperti minn dan il-Ftehim tkun xi tkun l-oriġini tagħhom.”.

4.   L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità

Il-Partijiet b'dan jaqblu li l-korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-istima tal-konformità.”.

5.   L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Awtoritajiet tal-ħatra

1.   Il-Partijiet b'dan jintrabtu li jiżguraw li l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom is-setgħa meħtieġa u l-kompetenza sabiex jaħtru korpi għall-istima ta' konformità jew li jirtiraw in-nomina, jissospendu jew ineħħu s-sospensjoni ta' korpi għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni rispettiva tagħhom.

2.   Għall-ħatra tal-korpi għall-istima ta' konformità, l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom iħarsu l-prinċipji ġenerali tal-ħatra kif stabbiliti fl-Anness 2, suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima IV rispettiva fl-Anness 1. Dawn l-awtoritajiet tal-ħatra għandhom iħarsu l-istess prinċipji meta jirtiraw ħatra, jissospendu jew ineħħu sospensjoni.”

6.   L-Artikolu 7 huwa rivedut kif ġej:

Fil-paragrafu 1, “il-korpi għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom elenkati fl-Anness 1” tinbidel bi “korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom”.

7.   L-Artikolu 8 huwa rivedut kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, “elenkati fl-Anness 1” tinbidel bi “ta' korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità”.

(ii)

Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, it-test “u l-President tal-Kumitat” jitħassar.

(iii)

Fil-paragrafu 4, sentenza ġdida: “Sospensjoni bħal din għandha tiġi indikata fil-lista komuni tal-korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità msemmija fl-Anness 1.” tiżdied wara l-ewwel sentenza.

8.   L-Artikolu 9 huwa rivedut kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 2, “korpi għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom elenkati fl-Anness 1” tinbidel bi “korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom”.

(ii)

Fil-paragrafu 3, “Il-korpi għall-istima ta' konformità mniżżla fl-Anness 1” tinbidel bi “Il-korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità”, u s-sentenza li ġejja tiżdied wara l-ewwel sentenza: “L-awtoritajiet li jaħtru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jiżguraw li l-korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità jikkoperaw b'mod xieraq.”.

9.   L-Artikolu 10, paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

9.“4.   Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull kwistjoni marbuta ma' dan il-Ftehim. B'mod partikolari għandu r-responsabbiltà ta':

(a)

tfassil ta' proċedura sabiex jitwettqu l-kontrolli previsti fl-Artikolu 7;

(b)

tfassil ta' proċedura sabiex jitwettqu l-kontrolli previsti fl-Artikolu 8;

(ċ)

deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta' korpi għall-istima ta' konformità kkontestati kif previsti fl-Artikolu 8;

(d)

deċiżjoni dwar l-irtirar ta' rikonoxximent ta' korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità kkontestati skond l-Artikolu 8;

(e)

eżami ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi nnotifikati minn xi Parti lil oħra konformement ma' l-Artikolu 12 għall-istima tar-riperkussjonijiet fuq il-Ftehim u għall-emenda tat-taqsimiet xierqa fl-Anness 1.”.

10.   L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Rikonoxximent, irtirar ta' rikonoxximent, modifika tal-kamp ta' operazzjoni, u sospensjoni tal-korpi għall-istima ta' konformità

10.1.   Il-proċedura li ġejja għandha tapplika għar-rikonoxximent tal-korpi għall-istima ta' konformità fir-rigward tal-ħtiġijiet stabbiliti fil-Kapitoli relevanti ta' l-Anness 1:

(a)

Parti li tixtieq ir-rikonoxximent ta' xi korp għall-istima ta' konformità għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar il-proposta tagħha, għal dan il-għan, filwaqt li tehmez it-tagħrif xieraq mat-talba tagħha;

(b)

Jekk il-Parti l-oħra taqbel mal-proposta jew ma jkollha ebda oġġezzjoni sa 60 jum minn notifika tal-proposta, il-korp għall-istima ta' konformità għandha titqies bħala korp rikonoxxut għall-istima ta' konformità skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5;

(ċ)

Jekk il-Parti l-oħra jkollha xi oġġezzjonijiet bil-miktub sa perjodu ta' 60 jum, l-Artikolu 8 għandu japplika.

2.   Parti tista' tirtira jew tissospendi r-rikonoxximent jew tneħħi s-sospensjoni tar-rikonoxximent ta' korp għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha. Il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika minnufih lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħha bil-miktub, flimkien mad-data ta' din id-deċiżjoni. L-irtirar, is-sospensjoni, jew it-tneħħija tas-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ f'din id-data. Dan l-irtirar jew din is-sospensjoni għandhom jiġu indikati fil-lista komuni tal-korpi rikonoxxuti għall-istima ta' konformità msemmija fl-Anness 1.

3.   Parti tista' tipproponi li l-firxa ta' attività ta' korp rikonoxxut għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha tiġi emendata. Għat-twessigħ u t-tnaqqis tal-kamp ta' operazzjoni għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 11 (1) u 11(2) rispettivament.

4.   Parti tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tikkontesta l-kompetenza teknika ta' korp rikonoxxut għall-istima ta' konformità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Parti l-oħra. F'każ bħal dan, għandu japplika l-Artikolu 8.

5.   Rapporti, ċertifikati, timbri ta' awtorizzazzjoni u konformità maħruġa minn korp għall-istima ta' konformità wara d-data li fiha r-rikonoxximent tagħha ġie irtirat jew sospiż jistgħu ma jkollhomx ir-rikonoxximent tal-Partijiet. Rapporti, ċertifikati, timbri ta' awtorizzazzjoni u konformità maħruġa minn korp għall-istima ta' konformità qabel id-data li fiha r-rikonoxximent tagħha ġie irtirat għandhom jibqgħu jkollhom ir-rikonoxximent tal-Partijiet sakemm l-awtorità responsabbli tal-ħatra ma tillimitax jew tħassarx il-validità tagħhom. Il-Parti li fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha tkun qed taħdem l-awtorità responsabbli tal-ħatra għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar xi tibdil bħal dan li għandu x'jaqsam mal-limitazzjoni jew il-kanċellazzjoni ta' validità.”.

11.   L-Artikolu 12 huwa rivedut kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 2, “bil-miktub” għandha tiżdied wara “u għandha tinnotifika”

(ii)

Il-paragrafu 2a jidħol wara il-paragrafu 2: “Kull Parti għandha tinnotifika t-tibdil lill-awtoritajiet tal-ħatra u lill-awtoritajiet kompetenti lill-Parti l-oħra bil-miktub.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet konformement mal-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu skambjaw noti diplomatiċi li jikkonfermaw it-tlestija tal-proċeduri tagħhom rispettivi għall-adozzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Lingwi

1.   Dan il-Ftehim huwa mfassal f'żewġ oriġinali bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b'kull test ugwalment awtentiku.

2.   Dan il-Ftehim u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' l-istima ta' konformità sejrin jiġu tradotti kemm jista' jkun malajr għaċ-Ċek, għall-Eston, għall-Ungeriż, għal-Latvjan, għal-Litwan, għall-Malti, għall-Pollakk, għas-Slovakk u għas-Sloven. Il-Kumitat huwa mogħti s-setgħa japprova dawn il-verżjonijiet lingwistiċi. Meta jiġu approvati, il-verżjonijiet f'dawn il-lingwi għandhom ukoll ikunu awtentiċi, bl-istess mod bħal-lingwi msemmija fil-paragrafu 1.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim


29.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

ta' l-4 ta' Diċembru 2006

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/959/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 300(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tal-Marokk biex ikun stabbilit Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni.

(2)

Il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, innegozjat Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni mar-Renju tal-Marokk (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati.

(3)

Il-Ftehim ġie inizjalat fil-Marrakex fl-14 ta’ Diċembru 2005.

(4)

Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat b’mod provviżorju mill-Komunità u l-Istati Membri.

(5)

Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Komunità u l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 22 tal-Ftehim u fil-proċeduri ta’ arbitraġġ previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, kif ukoll biex jiġu implimentati ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim, inklużi dawk li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja, l-għoti u r-revoka ta’ drittijiet tat-traffiku, kif ukoll ċerti kwistjonijiet ta’ sikurezza u sigurtà,

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Firma u Applikazzjoni proviżorja

1.   L-iffirmar tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, minn issa 'l quddiem “il-Ftehim”, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim.

2.   Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna(i) awtorizzata/i biex t/jiffirma/w il-Ftehim f’isem il-Komunitá, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

3.   Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat skond l-Artikolu 30(1) tiegħu.

4.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuz ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Kumitat Konġunt

1.   Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 22 tal-Ftehim minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri.

2.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità u mill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward ta' l-emenda ta’ l-Annessi għall-Ftehim minbarra l-Anness I (Servizzi Miftiehma u Rotot Speċifikati) u l-Anness IV (Dispożizzjonijiet Transitorji), u kwalunkwe kwistjoni li taqa' taħt l-Artikoli 7 jew 8 tal-Ftehim għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma' Kumitat Speċjali ta' Rappreżentanti ta' l-Istati Membri maħtura mill-Kunsill.

3.   Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt rigward kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza Komunitarja, il-pożizzjoni tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandha tiġi adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni.

4.   Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt rigward kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza ta' l-Istati Membri, il-pożizzjoni li għandha tiġi ppreżentata għandha tiġi adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri.

5.   Il-pożizzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha tiġi preżentata mill-Kummissjoni, ħlief f'oqsma li jaqgħu esklussivament fi ħdan il-kompetenza ta' l-Istati Membri, f' liema każ għandha tiġi preżentata mill-Presidenza tal-Kunsill jew mill-Kummissjoni, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk.

Artikolu 3

Arbitraġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta l-Komunità u l-Istati Membri fi proċeduri ta’ arbitraġġ taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim.

2.   Deċiżjoni li tiġi limitata, sospiża jew revokata l-applikazzjoni tad-drittijiet jew il-privileġġi skond l-Artikolu 23(6) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

3.   Kwalunkwe azzjoni xierqa oħra li tkun trid tittieħed taħt l-Artikolu 23 tal-Ftehim dwar kwistjonijiet ta’ kompetenza Komunitarja għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ Kumitat Speċjali ta’ Rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jinħatru mill-Kunsill.

Artikolu 4

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Deċiżjoni biex jittieħdu miżuri ta’ salvagwardja skond l-Artikolu 24 tal-Ftehim għandha tittieħed, mill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba li ssir minn Stat Membru, li għandha tiġi megħjuna minn Kumitat Speċjali ta’ Rappreżentanti ta’ l-Istati Membri maħtur mill-Kunsill.

2.   Fejn Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tapplika miżuri ta’ salvagwardja, dan għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, b'sostenn għat-talba tiegħu, bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ġustifikata. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar tali talba fi żmien xahar jew, f’każijiet ta’ urġenza, fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol, u tinforma lill-Kunsill u lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol min-notifika tagħha. Il-Kunsill jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mir-riferiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 5

Informazzjoni lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom minnnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur bl-ajru tal-Marokk li huma adottaw taħt l-Artikoli 3 jew 4 tal-Ftehim.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talbiet jew notifiki magħmula jew irċevuti taħt l-Artikolu 14 tal-Ftehim.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talbiet jew notifiki magħmula jew irċevuti taħt l-Artikolu 15 tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussel, 4 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

M. PEKKARINEN


FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU DWAR L-AVJAZZJONI

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Il-partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala l-“Istati Membri”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala “il-Komunità”,

min-naħa l-waħda, u

IR-RENJU TAL-MAROKK, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala “il-Marokk”,

min-naħa l-oħra,

Xewqana li jippromwovu sistema ta’ avjazzjoni internazzjonali bbażata fuq kompetizzjoni ġusta fost trasportaturi bl-ajru b’interferenza u regolazzjoni governattiva minima;

Xewqana li jiffaċilitaw l-espansjoni ta’ l-opportunitajiet tat-trasport internazzjonali bl-ajru, inkluż permezz ta' l-iżvilupp ta’ networks ta’ trasport bl-ajru biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri u tan-negozjanti li jibagħtu u jirċievu l-merkanzija għal servizzi tat-trasport bl-ajru konvenjenti;

Xewqana li jagħmluha possibbli għat-trasportaturi bl-ajru li joffru lill-pubbliku li jivvjaġġa u li jibgħat u jirċievi l-merkanzija prezzijiet u servizzi kompetittivi fi swieq miftuħa;

Xewqana li jkun hemm s-setturi kollha ta’ l-industrija tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ħaddiema tat-trasportaturi bl-ajru, li jibbenifikaw fi ftehim liberalizzat;

Xewqana li jiżguraw l-ogħla grad ta’ sikurezza u sigurtà fit-trasport internazzjonali bl-ajru u jaffermaw mill-ġdid t-tħassib serju tagħhom dwar atti jew theddid kontra s-sigurtà ta’ l-inġenji ta' l-ajru, li jipperikolaw is-sikurezza ta' persuni jew proprjetà, li jaffettwaw ħażin l-operat tat-trasport bl-ajru u li jheddu l-kunfidenza pubblika fis-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili;

Waqt li jinnotaw il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, miftuħa għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944;

Xewqana li jiżguraw kundizzjonijiet ugwali għall-kompetizzjoni għat-trasportaturi bl-ajru;

Jagħrfu li s-sussidji tal-gvern jistgħu jaffettwaw ħażin il-kompetizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u jistgħu jipperikolaw l-għanijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim;

Jaffermaw l-importanza li jħarsu l-ambjent fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika internazzjonali dwar l-avjazzjoni u jagħrfu d-drittijiet ta’ l-Istati sovrani li jieħdu miżuri xierqa għal dan il-għan;

Jinnotaw l-importanza li jipproteġu l-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet kontemplati bil-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, li saret f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999, sakemm iż-żewġ Partijiet huma parti għal din il-Konvenzjoni;

Bil-ħsieb li jibnu fuq il-qafas tal-ftehim eżistenti tat-trasport bl-ajru bil-għan li jinfetaħ l-aċċess għas-swieq u li jiġu massimizzati l-benefiċċji għall-konsumaturi, it-trasportaturi bl-ajru, ix-xogħol u l-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat;

Jikkunsidraw li ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa u l-Marokk minn naħa l-oħra jista’ jikkostitwixxi referenza fir-relazzjonijiet ta' l-avjazzjoni Ewro-Mediterranji sabiex jiġu promossi bis-sħiħ il-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni f’dan is-settur ekonomiku kruċjali;

Jinnotaw li tali ftehim għandu l-objettiv li jkun applikat b’mod progressiv iżda integrali, u li mekkaniżmu adegwat jista’ jiżgura armonizzazzjoni aktar mill-qrib mal-leġiżlazzjoni Komunitarja,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, sakemm ma jingħadx mod ieħor, it-terminu:

1)

it-termini “servizz miftiehem” u “rotta speċifikata” ifissru trasport internazzjonali bl-ajru skond l-Artikolu 2 u l-Anness 1 għal dan il-Ftehim;

2)

“Ftehim” ifisser dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu, u kwalunkwe emendi għal dan;

3)

“Trasport bl-Ajru” ifisser il-ġarr b'inġenji ta' l-ajru ta' passiġġieri, bagalji, merkanzija u posta, b’mod separat jew ikkombinat, disponibbli lill-pubbliku bi ħlas jew b'kiri, li, biex ikun evitat dubju, għandu jinkludi trasport bl-ajru skedat jew mhux skedat (charter), kif ukoll servizzi sħaħ tal-merkanzija;

4)

“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni” ifisser il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, li sar fi Brussel fis-26 ta’ Frar 1996;

5)

“Liċenzja tal-Komunità għall-Operat” tfisser liċenzja għall-operat fir-rigward tat-trasportaturi bl-ajru stabbiliti fil-Komunità Ewropea mogħtija u miżmuma skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar ta' air carriers.

6)

“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, miftuħa għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944, u tinkludi:

a)

kwalunkwe emenda li daħlet fis-seħħ taħt l-Artikolu 94(a) tal-Konvenzjoni u li ġiet ratifikata kemm mill-Marokk kif ukoll mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea,

u

b)

kwalunkwe Anness jew kwalunkwe emenda għalih adottati taħt l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni, kemm-il darba dan l-Anness jew din l-emenda huma effettivi fi kwalunkwe żmien kemm għall-Marokk kif ukoll għall-Istat Membru jew l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea skond kif inhu rilevanti għall-kwistjoni konċernata;

7)

“Nefqa Sħiħa” tfisser in-nefqa biex jingħata s-servizz b'żieda ta' ħlas raġonevoli għall-ispejjeż amministrattivi u fejn ikun rilevanti kwalunkwe ħlas applikabbli li jkollu l-għan li jirrifletti n-nefqa ambjentali u li jkun applikat mingħajr distinzjoni marbuta man-nazzjonalità;

8)

“Partijiet Kontraenti” ifissru, min-naħa l-waħda, il-Komunità jew l-Istati Membri, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond is-setgħat rispettivi tagħhom, u, min-naħa l-oħra, il-Marokk;

9)

“Ċittadini”: kwalunkwe persuna jew entità li jkollha nazzjonalità Marokkina għall-Parti tal-Marokk, jew nazzjonalità ta’ Stat Membru għall-Parti Ewropea, kemm-il darba, f’każ ta’ entità ġuridika, din tkun il-ħin kollu taħt il-kontroll effettiv, kemm direttament jew b’parteċipazzjoni maġġoritarja, ta’ persuni jew entitajiet li jkollhom nazzjonalità Marokkina għall-Parti tal-Marokk, jew persuni jew entitajiet li jkollhom nazzjonalità ta’ Stat Membru jew ta’ wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness V għall-Parti Ewropea;

10)

“Sussidji”: kwalunkwe għajnuna finanzjarja mogħtija mill-awtoritajiet jew minn organizzazzjoni reġjonali jew minn xi organizzazzjoni pubblika oħra, jiġifieri meta:

a)

prattika ta’ gvern jew ta’ korp reġjonali jew ta’ organizzazzjoni pubblika oħra tkun tinvolvi t-trasferiment dirett ta’ fondi bħalma huma għotjiet, self jew infużjoni ta’ ishma, trasferiment dirett potenzjali ta’ fondi lill-kumpannija jew it-teħid ta’ obbligi ta’ kumpannija bħalma huma l-garanziji fuq is-self;

b)

id-dħul ta’ gvern jew ta’ entità reġjonali jew ta’ organizzazzjoni pubblika oħra li suppost irid jitħallas jintesa jew jibqa’ ma jinġabarx;

ċ)

korp governattiv jew reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra li tipprovdi oġġetti jew servizzi għajr l-infrastruttura ġenerali, jew li tixtri oġġetti jew servizzi;

jew

d)

korp governattiv jew reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra li tagħmel pagamenti lil mekkaniżmu ta’ fondi jew tinkariga jew tippermetti korp privat iwettaq tip wieħed ta’ funzjonijiet jew aktar murija taħt ([…]a), ([…]b) u ([…]c) li normalment isiru mill-gvern u li, fil-prattika, fl-ebda sens reali ma jkunu differenti mill-prattiki li normalment isegwu gvernijiet;

u fejn b'hekk jingħata benefiċċju.

11)

“Trasport Internazzjonali bl-Ajru” ifisser it-trasport bl-ajru li jgħaddi mill-ispazju ta’ l-arja fuq it-territorju ta’ iktar minn stat wieħed;

12)

“Prezz” ifisser it-tariffi applikati mit-trasportaturi bl-ajru jew mill-aġenti tagħhom għall-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri, bagalji u/jew merkanizja (barra l-posta); inkluż, fejn applikabbli, it-trasport bl-art jew bil-baħar flimkien mat-trasport internazzjonali bl-ajru u l-kondizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom tkun soġġetta għalihom;

13)

“Ħlas mill-utent” ifisser ħlas impost fuq linji ta' l-ajru għall-forniment ta' faċilitajiet jew servizzi ta' l-ajruport, ta' l-ambjent ta' l-ajruport, ta' navigazzjoni bl-ajru, jew ta' sigurta ta' l-avjazzjoni inkluż servizzi u faċilitajiet relatati;

14)

“SESAR” ifisser l-implimentazzjoni teknika ta’ l-Ajru Uniku Ewropew li tipprovdi riċerka koordinata, sinkronizzata, żvilupp u użu sinkronizzat tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda tas-sistemi ta’ l-immaniġġar tat-traffiku bl-ajru;

15)

“Territorju” ifisser, għar-Renju tal-Marokk, l-artijiet (il-medda ewlenija ta' l-art u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tiegħu, u, għall-Komunità Ewropea, l-artijiet (il-medda ewlenija u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali li fihom jiġi applikat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u kwalunkwe strument suċċessiv; l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għall-ajruport ta' Ġibiltà hija mifhuma li hi bla preġudizzju għall-pożizzjonijet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit fir-rigward tal-kwistjoni dwar is-sovranità dwar it-territorju fejn jinstab l-ajruport; u għas-sospensjoni kontinwa ta' l-Ajruport ta' Ġibiltà mill-miżuri ta' l-Avjazzjoni ta' l-UE eżistenti mit-18 ta' Settembru 2006 bejn l-Istati Membri skond it-termini tad-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà miftiehma f'Kordoba fit-18 ta' Settembru 2006;

u

16)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-aġenziji jew korpi pubbliċi msemmija fl-Anness III. Kull modifika tal-liġi nazzjonali dwar l-istatut ta' l-awtoritajiet kompetenti għandha tkun notifikata mill-parti kontraenti konċernata lill-parti kontraenti l-oħra.

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET EKONOMIĊI

Artikolu 2

Drittijiet tat-Traffiku

1.   Kull Parti tikkonċedi lill-Parti l-oħra, ħlief fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness 1 id-drittijiet li ġejjin għall-kondotta tat-trasport internazzjonali bl-ajru mit-trasportaturi ta' l-ajru tal-Parti l-oħra:

a)

id-dritt li jtiru tul it-territorju tagħha mingħajr inżul;

b)

id-dritt li jagħmlu waqfiet fit-territorju tagħha għal kwalunkwe għan għajr dak li jgħabbu jew iniżżlu passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta fit-trasport ta' l-ajru (għanijiet mhux ta’ traffiku);

ċ)

waqt li jkun qed isir servizz miftiehem fuq rotta speċifikata, id-dritt li jsiru waqfiet fit-territorju tagħha bil-għan li jitgħabba jew jitnizzel -traffiku internazzjonali ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija u/jew posta, b’mod separat jew b’mod ikkombinat;

u

d)

id-drittijiet li huma speċifikati mod ieħor f’dan il-Ftehim.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jitqies li qed jagħti lit-trasportaturi ta' l-ajru:

a)

tal-Marokk id-dritt li jgħabbu abbord, fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità Ewropea, passiġġieri, bagalji, merkanzija, u/jew posta li jinġarru bi ħlas lejn punt ta’ destinazzjoni ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea;

b)

tal-Komunità Ewropea id-dritt li jgħabbu abbord, fit-territorju tal-Marokk, passiġġieri, bagalji, merkanzija, u/jew posta biex jinġarru bi ħlas lejn punt ta’ destinazzjoni ieħor fit-territorju tal-Marokk.

Artikolu 3

Awtorizzazzjoni

Meta jirċievu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-operat minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti waħda, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet xierqa bl-inqas dewmien proċedurali possibbli, bil-kondizzjoni li:

a)

għal trasportatur bl-ajru tal-Marokk:

it-trasportatur bl-ajru jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk ikun hemm, l-uffiċċju reġistrat tiegħu fil-Marokk, u jkun irċieva l-liċenzja tiegħu, u kwalunkwe dokument ieħor li jikkorrispondi skond il-liġi tar-Renju tal-Marokk;

il-Marokk jeżerċita u jżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru;

u

it-trasportatur bl-ajru jkun u jibqa’, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma, tal-Marokk u/jew ta’ ċittadini tal-Marokk u li dan ikun dejjem kontrollat b’mod effettiv mill-Marokk u/jew minn ċittadini tal-Marokk, jew ikun u jibqa’, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma ta’ l-Istati Membri u/jew ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri, u li dan ikun kontrollat b’mod effettiv mill-Istati Membri jew minn ċittadini ta’ Stati Membri;

b)

għal trasportatur bl-ajru tal-Komunità Ewropea:

it-trasportatur bl-ajru jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk ikun hemm, l-uffiċċju reġistrat tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u li jkun irċieva l-Liċenzja ta’ l-Operat tal-Komunità;

u

il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru jkun eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru tal-Komunità Ewropea li jkun responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu u tkun identifikata b’mod ċar l-Awtorità Aeronawtika rilevanti;

it-trasportatur bl-ajru jkun u jibqa’, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma, ta’ l-Istati Membri u/jew ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew ta’ l-Istati l-oħra elenkati fl-Anness V, u/jew ta’ ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra;

ċ)

it-trasportatur bl-ajru jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti taħt il-liġijiet u r-regolamenti li normalment ikunu applikati mill-awtorita kompetenti għall-operat tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru;

u

d)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 (Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni) u fl-Artikolu 15 (Is-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni) qed jiġu miżmuma u amministrati.

Artikolu 4

Revoka ta’ l-Awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti jistgħu jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-operat jew inkella jissospendu jew jillimitaw l-operat ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra fejn:

a)

għal trasportatur bl-ajru tal-Marokk:

it-trasportatur bl-ajru ma jkollux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu jew, jekk ikun hemm, l-uffiċċju reġistrat tiegħu fil-Marokk, jew ma jkunx irċieva l-liċenzja ta’ l-operat u kwalunkwe dokument ieħor li jikkorrispondi skond il-liġi applikabbli tal-Marokk;

il-Marokk ma jkunx qed jeżerċita jew iżomm kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru;

jew

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx proprjetà ta’ u kontrollat b’mod effettiv, direttament jew b’maġġornaza ta’ ishma, mill-Marokk u/jew minn ċittadini tal-Marokk jew mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini ta’ l-Istati Membri;

b)

għal trasportatur bl-ajru tal-Komunità Ewropea:

it-trasportatur bl-ajru ma għandux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu jew, jekk hemm, l-uffiċċju reġistrat tiegħu fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jew ma jkunx irċieva Liċenzja ta' l-Operat tal-Komunità;

kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru ma jkunx eżerċitat u miżmum mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tiegħu jew l-awtorità aeronawtika kompetenti ma tkunx ġiet identifikata b'mod ċar;

jew

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx proprjetà ta’ u ma jkunx kontrollat b’mod effettiv, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma, mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness V, u/jew minn ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra;

ċ)

it-trasportatur bl-ajru jkun naqas milli jikkonforma mal-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikolu 6 (Applikazzjoni tal-Liġijiet) ta’ dan il-Ftehim;

jew

d)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 (Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni) u fl-Artikolu 15 (Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni) ma jkunux qed jinżammu jew jiġu amministrati.

2.   Sakemm azzjoni immedjata ma tkunx essenzjali biex jiġi evitat nuqqas ta’ konformità mas-subparagrafi 1(ċ) u (d), id-drittijiet stabbiliti b’dan l-Artikolu għandhom ikunu eżerċitati biss wara li tkun saret konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra.

Artikolu 5

L-Investiment

Il -maġġoranza ta’ l-ishma jew il-kontroll effettiv ta’ trasportatur bl-ajru tal-Marokk minn Stat Membru jew ċittadini tiegħu, jew ta’ trasportatur bl-ajru tal-Komunità Ewropea mill-Marokk jew ċittadini tiegħu, huwa suġġett għal deċiżjoni preliminari tal-Kumitat Konġunt stabbilit b’dan il-Ftehim. Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet assoċjati ma’ l-operat tas-servizzi miftiehma taħt dan il-Ftehim u mas-servizzi ta’ bejn il-pajjiżi terzi u l-Partijiet Kontraenti.

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22, il-paragrafu 9 ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għal dan it-tip ta’ deċiżjonijiet.

Artikolu 6

Konformita' ma' liġijiet u regolamenti

1.   Meta ajruplan jidħol fi ħdan jew iħalli t-territorju ta’ Parti waħda, it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra jridu josservaw il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli dak it-territorju relatati mad-dħul fi jew it-tluq ta’ ajruplan mit-territorju tiegħu ta' l-inġenju ta' l-ajru impenjat fit-trasport internazzjonali bl-ajru, jew ma' l-operat u n-navigazzjoni ta’ l-inġenju ta' l-ajru.

2.   Meta ajruplan jidħol, ikun fi ħdan, jew iħalli t-territorju ta’ Parti waħda, il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli dak it-territorju relatati mad-dħul fi jew mat-tluq ta’ passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija fuq inġenju ta' l-ajru mit-territorju tagħha (inklużi regolamenti relatati mad-dħul, ma' l-awtorizzazzjoni, ma' l-immigrazzjoni, mal-passaporti, mad-dwana u l-kwarantina jew, fil-każ ta’ posta, mar-regolamenti postali) għandhom ikunu osservati minn, jew f’isem ta', tali passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija tat-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra.

Artikolu 7

Kompetizzjoni

Fi ħdan l-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, għandhom jgħoddu d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II (“Kompetizzjoni u Dispożizzjonijiet Ekonomiċi Oħra”) tat-Titolu IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, ħlief fejn ikun hemm regoli aktar speċifiċi f’dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Is-Sussidji

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li s-sussidji pubbliċi għat-trasportaturi bl-ajru ifixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni billi jiffavorixxu ċerti intrapriżi fil-forniment ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru, li dawn jipperikolaw l-objettivi bażiċi tal-Ftehim u li dawn mhumiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ żona ta’ avjazzjoni miftuħa.

2.   Meta jkun meqjus essenzjali li jingħataw sussidji pubbliċi lil trasportatur bl-ajru jew lil trasportaturi bl-ajru taħt dan il-Ftehim sabiex jinkiseb objettiv leġittimu, tali sussidji għandhom ikunu proporzjonati ma' l-objettiv, trasparenti u għandhom jitfasslu biex inaqqsu, kemm jista’ jkun, l-impatt negattiv tagħhom fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra. Il-Parti li bi ħsieba tagħti kwalunkwe tali sussidju għandha tinforma lill-Parti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha li tagħti tali sussidju u l-konsistenza tagħha mal-kriterji stabbiliti f’dan il-Ftehim.

3.   Jekk Parti waħda temmen li sussidju provdut mill-Parti l-oħra, jew, skond il-każ, minn korp pubbliku jew governattiv ta’ pajjiż għajr tal-Partijiet, ma jkunx konsistenti mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, hija tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt, kif previst fl-Artikolu 22 biex tkun ikkunsidrata l-kwistjoni u jkunu żviluppati reazzjonijiet xierqa għat-tħassib li jinstab li jkunu leġittimi.

4.   Meta l-Kumitat Konġunt ma jkunx jista’ jsolvi l-kwistjoni, il-Partijiet iżommu l-possibiltà li japplikaw il-miżuri rispettivi tagħhom kontra s-sussidju.

5.   Dispożizzjonijiet fl-Artikolu preżenti huma mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet fir-rigward tas-servizzi essenzjali bl-ajru u ta’ l-obbligi ta’ servizz pubbliku fit-territorji tal-Partijiet.

Artikolu 9

Opportunitajiet Kummerċjali

1.   It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu uffiċċji fit-territorju tal-Parti l-oħra għall-promozzjoni u l-bejgħ tat-Trasport bl-Ajru u attivitajiet relatati.

2.   It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti huma intitolati, skond il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti l-oħra dwar id-dħul, ir-residenza, u l-impjieg, li jġibu u jżommu fit-territorju tal-Parti l-oħra persunal maniġerjali, tal-bejgħ, tekniku, ta’ l-operat, u persunal ieħor speċjalizzat li huma meħtieġa biex jappoġġaw l-forniment tat-Trasport bl-Ajru.

3.

a)

Mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b) ta’ hawn taħt, fejn jikkonċerna l-groundhandling kull trasportatur bl-ajru għandu fit-territorju tal-Parti l-oħra:

i)

id-dritt li jwettaq il-groundhandling tiegħu stess (“self-handling”) jew, jekk ikun irid;

ii)

id-dritt li jagħżel minn fost fornituri kompetituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling kompluti jew parzjali fejn tali fornituri jingħataw aċċess għas-suq abbażi ta' liġijiet u regolamenti ta’ kull Parti, u fejn tali fornituri jkunu preżenti fis-suq.

b)

Għall-kategoriji ta’ servizzi ta’ groundhandling li ġejjin jiġifieri l-immaniġġar tal-bagalji, l-immaniġġar fuq ir-rampa, l-immaniġġar tal-fjuwil u ż-żejt, l-immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta fir-rigward ta' l-immaniġġar fiżiku tal-merkanzija u tal-posta bejn it-terminal ta’ l-ajru u l-inġenju ta' l-ajru, id-drittjiet taħt (i) u (ii) fis-subparagrafu (a) ta’ hawn fuq għandhom ikunu soġġetti biss għal-limiti speċifiċi skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra. Fejn tali limiti ma jippermettux self-handling u fejn ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling, tali servizzi kollha għandhom ikunu disponibbli għat-trasportaturi bl-ajru kollha fuq bażi kemm ugwali u adegwat; prezzijiet ta' tali servizzi ma għandhomx jeċċedu n-Nefqa Sħiħa tagħhom inkluż qligħ raġonevoli fuq l-assi, wara deprezzament.

4.   It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti jistgħu jwettqu servizzi ta’ bejgħ ta’ Trasport bl-Ajru fit-territorju tal-Parti l-oħra direttament u/jew, fid-diskrezzjoni tat-trasportatur bl-ajru, permezz ta’ l-aġenti tal-bejgħ tiegħu jew intermedjarji oħra maħtura mit-trasportatur bl-ajru. Kull trasportatur bl-ajru għandu jkollu d-dritt li jbigħ tali servizzi ta’ trasport, u kwalunkwe persuna għandha tkun libera li tixtri tali servizzi ta’ trasport, fil-munita ta’ dak it-territorju jew f’muniti b'kambju ħieles.

5.   Kull trasportatur bl-ajru għandu jkollu d-dritt li jikkonverti u jitrasferixxi d-dħul lokali mit-territorju tal-Parti l-oħra lejn it-territorju tiegħu stess u, fuq talba, id-dħul lokali lejn il-pajjiż jew il-pajjiżi li jagħżel huwa stess, ħlief meta dan ma jkunx inkonsistenti mal-liġi jew mar-regolament li japplikaw b’mod ġenerali. Il-konverżjoni u t-trasferiment għandhom ikunu awtorizzati minnufih mingħajr restrizzjoni jew tassazzjoni ta' dak, bir-rata ta’ kambju applikabbli għat-transazzjonijiet u trasferimenti kurrenti fid-data ta’ meta t-trasportatur ikun jagħmel l-applikazzjoni inizjalighat-trasferiment.

6.   It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandhom ikunu awtorizzati li jħallsu għall-ispejjeż lokali, inkluż ix-xiri ta’ fjuwil, fit-territorju tal-Parti l-oħra bil-munita lokali. Fid-diskrezzjoni tagħhom, it-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti jistgħu jħallsu tali spejjeż fit-territorju tal-Parti l-oħra f’muniti b’kambju ħieles skond ir-regolamenti lokali dwar il-munita.

7.   Fl-operat jew fil-forniment ta’ servizzi taħt il-Ftehim, kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta' Parti jista’ jidħolf’arranġamenti ta’ bejgħ kooperattiv, bħalma huma ftehim ta’ spazju magħluq (blocked space agreements) jew arranġamenti ta’ qsim ta’ kodiċi, ma’:

a)

kwalunkwe trasportatur jew trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet;

u

b)

kwalunkwe trasportatur jew trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz;

u

ċ)

kwalunkwe trasportaturi ta’ fuq l-art jew marittimi;

sakemm (i) il-parteċipanti kollha f’tali arranġamenti jkollhom l-awtorità xierqa u (ii) l-arranġamenti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà u l-kompetizzjoni li normalment ikunu applikati għal tali arranġamenti. Fir-rigward tal-bejgħ tat-trasport ta’ passiġġieri li jinvolvi l-qsim ta’ kodiċi, ix-xerrej għandu jkun infurmat waqt il-bejgħ, jew fi kwalunkwe każ qabel ma dan jitla’ abbord, dwar liema fornituri tat-trasport ikunu se joperaw kull parti tas-servizz.

8.

a)

Fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri, il-fornituri tat-trasport fuq is-superfiċje m’għandhomx ikunu soġġetti għal-liġijiet u għar-regolamenti li jirregolaw it-trasport bl-ajru abbażi biss li tali trasport fuq is-superfiċje jkun qed jingħata minn trasportatur bl-ajru taħt ismu stess. Fornituri tat-trasport fuq is-superfiċje għandhom id-diskrezzjoni li jiddeċiedu jekk jidħlux f’arranġamenti kooperattivi. Meta jiddeċiedu fuq kwalunkwe arranġament partikolari, fornituri tat-trasport fuq is-superfiċje jistgħu jikkunsidraw, fost affarijet oħra, l-interessi tal-konsumatur u l-limiti tekniċi, ekonomiċi, ta’ spazju u ta' kapaċità.

b)

Barra minn dan, u minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, trasportaturi bl-ajru u fornituri indiretti tat-trasport tal-merkanzija tal-Partijiet għandhom ikunu awtorizzati, mingħajr restrizzjoni, biex fejn jikkonċerna t-Trasport Internazzjonali bl-Ajru jużaw kwalunkwe trasport fuq is-superfiċje għall-merkanzija lejn jew minn kwalunkwe punt fit-territorji tal-Marokk u tal-Komunità Ewropea, jew f’pajjiżi terzi, inkluż trasport lejn u mill-ajruporti kollha b'faċilitajiet doganali, u inkluż, fejn applikabbli, id-dritt[ijiet] li tinġarr merkanzija taħt il-kontroll tad--dwana taħt il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Tali merkanzija, kemm jekk tinġarr bil-baħar jew bl-ajru, għandu jkollha aċċess għall-ipproċessar u għall-faċilitajiet doganali ta’ ajruport. Trasportaturi bl-ajru jistgħu jagħżlu li jwettqu t-trasport fuq is-superfiċje tagħhom stess jew li jipprovduh permezz ta’ arranġamenti ma’ trasportaturi fuq is-superfiċje oħrajn, inkluż trasport fuq is-superfiċje li jsir minn trasportaturi bl-ajru oħrajn u minn fornituri indiretti tal-ġarr tal-merkanzija bl-ajru. Tali servizzi intermodali ta’ ġarr ta’ merkanzija jistgħu jiġu offruti għal prezz wieħed li jinkludi t-trasport bl-ajru u dak bil-baħar konġunt, sakemm dawk li jibagħtu u jirċievu l-merkanzija ma jkunux żgwidati dwar il-fatti li jikkonċernaw tali trasport.

Artikolu 10

Dazji u Ħlasijiet tad-Dwana

1.   Meta jasal fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, l-ajruplan li jitħaddem mit-trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra għat-trasport internazzjonali bl-ajru, it-tagħmir regolari tiegħu, il-fjuwil, il-lubrikanti, il-provvisti tekniċi konsumibbli, it-tagħmir ta’ fuq l-art, il-partijiet (inklużi magni), il-provvisti ta’ fuq l-ajruplan (inklużi iżda mhux limitati għal oġġetti bħal ikel, xorb u likuri, tabakk u prodotti oħrajn li jkunu maħsuba biex jinbiegħu lill- jew jintużaw mill-passiġġieri fi kwantitajiet limitati waqt it-titjira), u oġġetti oħra maħsuba jew użati biss b’rabta ma’ l-operat jew it-tiswija ta’ l-ajruplan li jkun f’ħidma ta’ trasport internazzjonali bl-ajru, għandhom ikunu eżentati, fuq bażi reċiproka, mir-restrizzjonijiet kollha ta’ l-importazzjoni, mit-taxxi fuq il-proprjetà u mid-dazji kapitali, mid-dazji tad-dwana, mit-taxxi tas-sisa, u minn miżati u ħlasijiet oħrajn li (a) huma imposti mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali jew mill-Komunità Ewropea, u li (b) mhumiex ibbażati fuq in-nefqa tas-servizzi pprovduti, bil-kondizzjoni li dak it-tagħmir u dawk il-provvisti jibqgħu abbord l-ajruplan.

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati wkoll, fuq bażi reċiproka, mit-taxxi, mis-sisa, mid-dazji, mill-miżati u mill-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħlief għal ħlasijiet ibbażati fuq il-prezz tas-servizz provdut:

a)

il-provvisti ta’ fuq l-ajruplan li jidħlu jew li jkunu fornuti fit-territorju ta’ Parti u li jitilgħu abbord biex jintużaw f’limiti raġonevoli fuq l-ajruplan, li jkun sejjer, tat-trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li huwa impenjat fi trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw matul parti mill-vjaġġ li jkun se jsir fit-territorju tal-Parti li fiha dawn jittellgħu abbord;

b)

it-tagħmir ta’ fuq l-art u l-partijiet (inklużi magni) li jidħlu fit-territorju ta’ Parti għat-tiswija, għall-manutenzjoni jew għaż-żamma ta’ ajruplan ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jintuża għal trasport internazzjonali bl-ajru;

ċ)

il-lubrikanti u l-provvisti tekniċi konsumibbli li jidħlu fi jew li jkunu fornuti fit-territorju ta’ Parti biex jintużaw fl-ajruplan ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jkun impenjat fi trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw matul parti mill-vjaġġ li jkun se jsir fit-territorju tal-Parti li fiha dawn jittellgħu abbord;

u

d)

materjal stampat, kif kontemplat bil-leġislazzjoni tad-dwana ta’ kull Parti, li jidħol jew li jkun fornut fit-territorju ta’ Parti waħda u li jintuża abbord l-ajruplan, li jkun sejjer, tat-trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jkun impenjat fi trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw f’parti mill-vjaġġ li jkun se jsir fit-territorju tal-Parti li fiha dawn jittellgħu abbord;

u

e)

tagħmir tas-sikurezza u tas-sigurtà biex jintuża fl-ajruporti jew fit-terminali tal-merkanzija.

3.   Dan il-Ftehim ma jeżentix fjuwil fornit minn Parti għal trasportaturi bl-arju fit-territorju tiegħu minn taxxi, sisa, dazji, miżati u ħlasijiet simili għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Waqt li jkunu deħlin, fi ħdan, jew ħerġin mit-territorju ta' Parti waħda, it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ, il-forniment, u l-użu ta' fjuwil ta' ajruplan.

4.   It-tagħmir u l-provvisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu meħtieġa jibqgħu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll ta’ l-awtoritajiet xierqa.

5.   L-eżenzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli wkoll fejn it-trasportaturi bl-ajru ta’ Parti waħda jkunu daħlu f’kuntratt ma’ trasportatur bl-ajru ieħor, li wkoll ikun qed igawdi minn tali eżenzjonijiet mill-Parti l-oħra, għas-self jew it-trasferiment fit-territorju tal-Parti l-oħra ta' l-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2.

6.   Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jwaqqaf Parti minnhom milli timponi taxxi, sisa, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq oġġetti mibjugħa lill-passiġġieri, għajr għall-konsum abbord, matul parti mis-servizz bl-ajru bejn żewġ punti ta’ destinazzjoni fi ħdan it-territorju tagħha stess li fihom l-imbarkazzjoni u l-iżbark huma awtorizzati.

Artikolu 11

Ħlasijiet fuq l-Utent

1.   Parti ma tistax timponi jew tippermetti li jkunu imposti fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra taxxi fuq l-utent li jkunu ogħla minn dawk imposti fuq it-trasportaturi bl-ajru tagħha stess li joperaw servizzi internazzjonali bl-ajru simili.

2.   Ħlasijiet miżjuda jew ġodda għandhom isiru biss wara li tkun saret konsultazzjoni adegwata bejn l-awtoritajiet kompetenti li jiċċarġjaw il-ħlasijiet u t-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti. L-utenti għandhom jingħataw avviż raġonevoli dwar kwalunkwe proposti għall-bidliet f’dawn il-ħlasijiet ta’ l-utent biex huma jkunu jistgħu jesprimu l-fehma tagħhom qabel ma l-ħlasijiet jidħlu fis-seħħ. Il-Partijiet għandhom ukoll iħeġġu l-iskambju ta’ din l-informazzjoni skond kif ikun meħtieġ sabiex ikun hemm valutazzjoni eżatta dwar ir-raġonevolezza ta’, il-ġustifikazzjoni għal u t-tqassim tal-ħlasijiet skond il-prinċipji ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Ipprezzar

Il-prezzijiet għas-servizzi tat-trasport bl-ajru li jsiru skond dan il-Ftehim għandhom ikunu stabbiliti b’mod ħieles u m’għandhomx ikunu suġġetti għall-approvazzjoni, iżda dawn jistgħu jintalbu biex jiġu ffajljati għal skopijiet ta’ informazzjoni biss. Il-prezzijiet li jiġu ċċarġjati għat-trasport fil-Komunità Ewropea kollha għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 13

L-Istatistika

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti għandhom ifornu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra, meta dawn jagħmlu talba, l-informazzjoni u l-istatistika relatata mat-traffiku li jsir mit-trasportaturi bl-ajru awtorizzati minn Parti waħda dwar is-servizzi miftiehma lejn jew mit-territorju tal-Parti l-oħra. Dawn iridu jkunu fl-istess forma ta’ kif kienu tħejjew u ġew sottomessi mit-trasportaturi bl-ajru awtorizzati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom. Kwalunkwe data ta' statistika addizzjonali relatata mat-traffiku li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti waħda jistgħu jitolbu mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra għandha tkun soġġetta għal diskussjonijiet fil-Kumitat Konġunt, fuq talba minn kwalunkwe Parti.

TITOLU II

KOOPERAZZJONI REGOLATORJA

Artikolu 14

Is-Sikurezza ta’ l-avjazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jaġixxu b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sikurezza ta’ l-avjazzjoni tal-Komunità Ewropea li hija speċifikata fl-Anness VI. A, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li fejn ajruplan reġistrat f’Parti waħda jkun suspettat li mhux konformi ma’ l-istandards internazzjonali dwar is-sikurezza ta’ l-avjazzjoni stabbiliti skond il-Konvenzjoni u li jinżel f’ajruporti miftuħa għat-traffiku internazzjonali ta’ l-ajru fit-territorju tal-Parti l-oħra, dan għandu jkun soġġett għall-ispezzjonijiet tar-rampa li jsiru abbord jew madwar l-ajruplan mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra. Dawn l-ispezzjonijiet isiru biex ikunu verifikati kemm il-validità tad-dokumenti ta’ l-ajruplan u ta’ l-ekwipaġġ tiegħu kif ukoll il-kondizzjonijiet viżibbli ta’ l-ajruplan u tat-tagħmir tiegħu.

3.   Fi kwalunkwe żmien kull Parti tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet dwar l-istandards tas-sikurezza miżmuma mill-Parti l-oħra.

4.   Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jiġi interpretat li qed jillimita l-awtorità ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti milli dawn jieħdu l-miżuri kollha xierqa u immedjati kull meta jkunu ċerti li ajruplan, prodott jew operat jista’:

a)

jonqos milli jilħaq l-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġislazzjoni speċifikata fl-Anness VI. A, skond liema jkun applikabbli,

jew

b)

iwassal għal tħassib serju – stabbilit bl-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 – li l-ajruplan jew l-operat ta’ l-ajruplan ma jkunx konformi ma’ l-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġislazzjoni speċifikata fl-Anness 6.A, skond liema jkun applikabbli,

jew

ċ)

iwassal għal tħassib serju li jkun hemm nuqqas ta’ żamma u ta’ amministrazzjoni effettiva ta’ l-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġislazzjoni speċifikata fl-Anness 6.A, skond liema jkun applikabbli.

5.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti waħda jieħdu azzjoni skond il-paragrafu 4, dawn għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra dwar it-teħid ta’ dik l-azzjoni u jagħtu r-raġunijiet għal dan.

6.   Meta l-miżuri meħuda bl-applikazzjoni tal-paragrafu 4 ma jissoktawx anke jekk il-bażi biex dawn jittieħdu ma tkunx għadha teżisti, kwalunkwe Parti tista’ tirreferi din il-materja lill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 15

Is-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni

1.   Minħabba li l-assigurazzjoni tas-sikurezza għall-ajruplani ċivili, għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ tagħhom hija pre-rekwiżit fundamentali għall-operat tas-servizzi internazzjonali bl-ajru, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-obbligi reċiproċi tagħhom li jipprovdu għas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali (u partikolarment l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Konvenzjoni dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra li Jsiru Abbord l-Ajruplani, iffirmata f’Tokjo fl-14 ta’ Settembru 1963, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Ħtif Illegali ta’ Ajruplani, iffirmata fl-Aja fis-16 ta’ Diċembru 1970, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali kontra s-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ċivili, iffirmata f’Montreal fit-23 ta’ Settembru 1971 u l-Protokoll għat-Trażżin ta’ Atti Illegali ta’ Vjolenza fl-Ajruporti li Jservu l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Montreal fl-24 ta’ Frar 1988 u l-Konvenzjoni dwar l-Immarkar ta’ Bombi tal-Plastik għal Għanijiet ta’ Skoperta, iffimata f’Montreal fl-1 ta’ Marzu 1991, bil-kondizzjoni li ż-żewġ Partijiet kontraenti jkunu firmatarji għal dawn il-konvenzjonijiet kif ukoll għall-konvenzjonijiet u l-protokolli l-oħra kollha li jikkonċernaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li tagħhom iż-żewġ Partijiet ikunu membri).

2.   Fuq talba, il-Partijiet għandhom jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa lil xulxin biex ikunu evitati atti ta’ ħtif illegali ta’ ajruplani ċivili u atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta’ dawn l-ajruplani, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħhom, l-ajruporti u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru, u kwalunkwe theddida oħra li jista’ jkun hemm għas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili.

3.   Fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, il-Partijiet għandhom jaġixxu b’konformità ma’ l-Istandards tas-sikurezza ta’ l-avjazzjoni u, sakemm din tkun applikata minnhom, mal-Prattika Rakkomandata stabbilita mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u li tidher bħala Annessi għall-Konvenzjoni ta’ Chicago, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ta’ sigurta jkunu applikabbli għall-Partijiet. Iż-żewġ Partijiet għandhom jitolbu lill-operaturi ta’ l-ajruplani tar-reġistru tagħhom, lill-operaturi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jew ir-residenza permanenti fit-territorju tagħhom, u lill-operaturi ta’ l-ajruporti fit-territorju tagħhom, biex jaġixxu f'konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li fit-territorju tagħha jittieħdu miżuri effettivi biex ikunu mħarsa l-ajruplani, biex ikunu eżaminati l-passiġġieri u l-oġġetti li dawn iġorru magħhom, u biex isiru l-verifiki xierqa fuq l-ekwipaġġ, il-merkanzija (inklużi l-bagalji li jkun hemm fl-istiva) u l-provvisti ta’ l-ajruplan qabel ma u waqt li dawn jitilgħu jew jitgħabbew abbord. Kull Parti għandha tiżgura wkoll li dawk il-miżuri jkunu aġġustati għal każijiet fejn jista’ jkun hemm livell ogħla ta’ theddid. Kull Parti taqbel li t-trasportaturi bl-ajru tagħha jistgħu jkunu mitluba josservaw id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni msemmija fil-paragrafu (3) li jkunu meħtieġa mill-Parti l-oħra għad-dħul fi, għat-tluq minn, jew waqt li ajruplan ikun fit-territorju ta’ dik il-Parti l-oħra. Kull meta ssir talba minn Parti biex jittieħdu miżuri speċjali raġonevoli ta’ sigurtà li jkunu jilqgħu għal theddida partikolari, il-Parti l-oħra għandha taġixxi b’mod pożittiv.

5.   Meta jiġri inċident jew meta jkun hemm theddida ta’ inċident ta’ ħtif illegali ta’ ajruplan ċivili jew atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta’ dak l-ajruplan, tal-passiġġieri u ta’ l-ekwipaġġ tiegħu, ta’ l-ajruporti jew tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru, il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin billi jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet u miżuri xierqa oħra bl-għan li jtemmu malajr u bla periklu tali inċident jew it-theddida ta’ tali inċident.

6.   Meta Parti jkollha raġunijiet biżżejjed biex temmen li l-Parti l-oħra ma tkunx segwiet id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ta’ dan l-Artikolu, dik il-Parti tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet immedjati mal-Parti l-oħra.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 (Ir-Revoka ta’ l-Awtorizzazzjonijiet) ta’ dan il-Ftehim, in-nuqqas li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti fi żmien ħmistax (15)-il ġurnata mid-data ta’ din it-talba, għandu jwassal biex l-awtorizzazzjoni ta’ l-operat jew il-permessi tekniċi tat-trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet jiġu rtirati, revokati, limitati jew li fuqhom jiġu imposti ċerti kondizzjonijiet.

8.   F’każ ta’ theddida immedjata jew straordinarja, Parti tista’ tieħu azzjoni interim qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ ħmistax(15)-il ġurnata.

9.   Kwalunkwe azzjoni li tittieħed skond il-paragrafu 7 ta’ hawn fuq għandha titwaqqaf hekk kif il-Parti l-oħra tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

L-immanigjar tat-Traffiku ta’ l-Ajru

1.   Il-Partijiet għandhom jaġixxu b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni speċifikata fl-Anness VI. B, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

2.   Il-Partijiet jintrabtu bl-ogħla grad ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-immaniġġar tat-traffiku ta’ l-ajru, bil-ħsieb li jestendu l-Ajru Uniku Ewropew għall-Marokk sabiex isaħħu l-istandards preżenti tas-sikurezza u l-effiċjenza ġenerali għall-istandards ġenerali tat-traffiku ta’ l-ajru fl-Ewropa, sabiex jisfruttaw il-kapaċitajiet u sabiex inaqqsu d-dewmien.

3.   Bil-ħsieb li jħaffu l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Ajru Uniku Ewropew fit-territorji tagħhom:

a)

il-Marokk għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jaġġusta l-istrutturi istituzzjonali tiegħu ta’ l-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru għall-Ajru Uniku Ewropew, partikolarment billi jistabbilixxi korpi nazzjonali rilevanti ta’ sorveljanza li jkunu għall-inqas joperaw b’mod indipendenti mill-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru;

u

b)

il-Komunità Ewropea għandha ssieħeb lill-Marokk ma’ l-inizjattivi rilevanti ta’ l-operat fl-oqsma tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, ta’ l-ispazju ta’ l-arja u ta’ l-interoperabilità li joriġinaw mill-Ajru Uniku Ewropew, partikolarment permezz ta’ l-involviment bikri ta’ l-isforzi tal-Marokk biex jistabbilixxi taqsimiet funzjonali ta’ spazju ta’ l-arja, jew permezz tal-koordinazzjoni xierqa tas-SESAR.

Artikolu 17

L-Ambjent

1.   Il-Partijiet għandhom jaġixxu b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità li tikkonċerna t-trasport bl-ajru speċifikata fl-Anness VI.Ċ.

2.   Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jitqies li qed jillimita l-awtorità ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti biex dawn jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jevitaw jew inkella jindirizzaw l-impatti ambjentali tat-trasport internazzjonali bl-ajru li jkun sar taħt dan il-Ftehim, bil-kondizzjoni li dawn il-miżuri jkunu applikati mingħajr distinzjoni ta’ nazzjonalità.

Artikolu 18

Il-Ħarsien tal-Konsumatur

Il-Partijiet għandhom jaġixxu b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità li tikkonċerna t-trasport bl-ajru speċifikata fl-Anness VI.D.

Artikolu 19

Sistemi ta’ Riservazzjoni kompjuterizzata

Il-Partijiet għandhom jaġixxu b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità li tikkonċerna t-trasport bl-ajru speċifikata fl-Anness VI.E.

Artikolu 20

Aspetti Soċjali

Il-Partijiet għandhom jaġixxu b’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità li tikkonċerna t-trasport bl-ajru speċifikata fl-Anness VI.F.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 21

Interpretazzjoni u Infurzar

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm jekk ikunu ġenerali jew partikolari, sabiex jiżguraw li r-rabtiet li joriġinaw minn dan il-Ftehim ikunu milħuqa. L-istess Partijiet għandhom jevitaw kwalunkwe miżuri li jipperikolaw b’xi mod il-ksib ta’ l-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

2.   Kull Parti għandha tkun responsabbli, fit-territorju tagħha stess, biex tinforza b’mod xieraq dan il-Ftehim u, partikolarment, ir-regolamenti u d-direttivi relatati mat-trasport bl-ajru li huma elenkati fl-Anness VI.

3.   Kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra l-informazzjoni u l-għajnuna kollha meħtieġa fil-każ ta’ investigazzjonijiet dwar ksur possibbli ta’ regolamenti li dik il-Parti l-oħra tkun qed twettaq taħt il-kompetenzi rispettivi tagħha, kif previst f’dan il-Ftehim.

4.   Kull meta l-Partijiet jaġixxu taħt is-setgħat mogħtija lilhom b’dan il-Ftehim fuq materji li jkunu ta’ interess għall-Parti l-oħra u li jkunu jikkonċernaw lill-awtoritajiet jew lill-intrapriżi tal-Parti l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom ikunu informati sew u mogħtija l-opportunità biex jikkummentaw qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.

Artikolu 22

Kumitat Konġunt

1.   Hawnhekk qed jiġi stabbilit kumitat li huwa magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Konġunt), li għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim u għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu. Għal dan il-għan, dan għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti f’dan il-Ftehim.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu adottati b'mod konġunt u jkunu jorbtu lill-Partijiet. Il-Partijiet għandhom iqegħduhom fis-seħħ skond ir-regoli proprji tagħhom.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ hekk kif u meta jkun meħtieġ u mill-inqas darba fis-sena. Kull Parti tista’ tagħmel talba biex issir laqgħa.

4.   Parti tista’ wkoll tagħmel talba biex jiltaqa’ l-Kumitat Konġunt biex ifittex soluzzjoni għal kwalunkwe kwistjoni li tkun tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Din il-laqgħa għandha tibda fl-eqreb data possibbli, iżda sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha tkun riċevuta t-talba, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

5.   Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom ipartu l-informazzjoni u, fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, iwettqu l-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta, b’deċiżjoni, ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

7.   Jekk, skond waħda mill-Partijiet, deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ma tkunx implimentata kif xieraq mill-Parti l-oħra, ta’ l-ewwel tista’ titlob li l-kwistjoni tiġi diskussa mill-Kumitat Konġunt. Jekk il-Kumitat Konġunt ma jkunx jista’ jsolvi l-kwistjoni fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret it-talba, il-Parti li tkun għamlet it-talba tista’ tieħu miżuri temporanji ta’ salvagwardja adatti skond l-Artikolu 24.

8.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom juru d-data ta’ implimentazzjoni tagħhom mill-Partijiet u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tikkonċerna lill-operaturi ekonomiċi.

9.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk il-Kumitat Konġunt ma jiħux deċiżjoni fuq kwistjoni li tkun ġiet referuta lilu fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba, il-Partijiet jistgħu jieħdu miżuri temporanji ta’ salvagwardja adatti skond l-Artikolu 24.

10.   Il-Kumitat Konġunt għandu jistħarreġ kwistjonijiet relatati ma’ investimenti bilaterali ta’ parteċipazzjoni maġġoritarja jew ma’ bidliet fil-kontroll effettiv tat-trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet.

11.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa wkoll il-kooperazzjoni billi:

a)

ikattar skambji ta’ livell espert dwar inizjattivi u żviluppi leġislattivi jew regolatorji ġodda, inkluż fl-oqsma tas-sikurezza, tas-sigurtà, ta’ l-ambjent, ta’ l-infrastruttura ta’ l-avjazzjoni (inklużi slots) u tal-ħarsien tal-konsumatur;

b)

jeżamina regolarment l-effetti soċjali tal-Ftehim waqt li jkun qed jiġi implimentat, l-aktar fil-qasam ta’ l-impjiegi, u jiżviluppa reazzjonijiet adatti għal problemi li jinstab li huma leġittimi;

u

ċ)

iqis oqsma potenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' dan il-Ftehim, inkluż ir-rakkomandazzjoni ta’ emendi għall-Ftehim.

Artikolu 23

Riżoluzzjoni ta’ Kwistjoni u Arbitraġġ

1.   Kull Parti tista' tirreferi kwalunkwe kwistjoni lill-Kumitat Konġunt dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, li ma tkunx ġiet solvuta skond l-Artikolu 22. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandu jaġixxi bħala Kumitat Konġunt.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrisolvi l-kwistjoni permezz ta’ deċiżjoni.

3.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Jekk ma jkunx possibbli li l-kwistjoni tissolva skond il-paragrafu 2, il-kwistjoni għandha, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, titressaq quddiem bord ta’ arbitraġġ li jkun magħmul minn tliet arbitri skond il-proċedura stabbilita hawn taħt:

a)

kull Parti għandha taħtar arbitru fi żmien sittin (60) jum mid-data li fiha l-qorti ta’ l-arbitraġġ indirizzata mill-Parti l-oħra b’mezzi diplomatiċi tkun irċeviet in-notifika għat-talba ta’ l-arbitraġġ; it-tielet arbitru għandu jiġi maħtur miż-żewġ arbitri l-oħra fi żmien sittin (60) jum addizzjonali. Jekk waħda mill-Partijiet ma tkunx ħatret arbitru fiż-żmien miftiehem, jew jekk it-tielet arbitru ma jinħatarx fiż-żmien miftiehem, kull Parti tista’ titlob lill-President tal-Kunsill ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili biex jaħtar arbitru jew arbitri, skond liema jkun applikabbli;

b)

it-tielet arbitru li jinħatar taħt it-termini tal-paragrafu a) ta’ hawn fuq għandu jkun ċittadin ta’ Stat terz u għandu jaġixxi bħala l-President tal-qorti ta’ l-arbitraġġ;

ċ)

il-qorti ta’ l-arbitraġġ għandha taqbel dwar ir-regoli ta’ proċedura tagħha;

u

d)

soġġett għad-deċiżjoni finali tal-qorti ta’ l-arbitraġġ, l-ispejjeż inizjali ta’ l-arbitraġġ għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn il-Partijiet.

5.   Kwalunkwe deċiżjoni proviżorja jew finali tal-qorti ta’ l-arbitraġġ għandha torbot lill-Partijiet.

6.   Jekk waħda mill-Partijiet ma taġixxix skond id-deċiżjoni tal-qorti ta’ l-arbitraġġ meħuda skond it-termini ta’ dan l-Artikolu fi żmien tletin (30) jum min-notifika tad-deċiżjoni msemmija fuq, il-Parti l-oħra tista’, sakemm idum għaddej dan in-nuqqas, tillimita, tissospendi jew tirrevoka d-drittijiet jew il-privileġġi li din tkun tat taħt it-termini ta’ dan il-Ftehim lill-Parti li tkun qed tonqos.

Artikolu 24

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim. Huma għandhom jaraw li l-objettivi stabbiliti f'dan il-Ftehim jintlaħqu.

2.   Jekk waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra naqset milli twettaq obbligu taħt dan il-Ftehim, hija tista' tieħu miżuri xierqa. Il-miżuri ta’ salvagwardja għandhom ikunu limitati, fir-rigward ta’ l-ambitu u ż-żmien tagħhom, għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex titranġa s-sitwazzjoni jew sabiex jinżamm il-bilanċ ta’ dan il-Ftehim. Għandha tingħata prijorità għal dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.

3.   Kwalunwe Parti li tkun qed tikkonsidra li tieħu miżuri ta’ salvagwardja għandha tavża lill-Partijiet l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt u għandha tforni l-informazzjoni rilevanti kollha.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw minnufih lill-Kumitat Konġunt bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(d), l-Artikolu 4(d) u l-Artikoli 14 u 15, il-Parti konċernata ma tistax tieħu miżuri ta’ salvagwardja qabel ma jkun għadda xahar mid-data tan-notifika taħt il-paragrafu 3, sakemm il-proċedura ta’ konsultazzjoni taħt il-paragrafu 4 ma tkunx intemmet qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien dikjarat.

6.   Il-Parti konċernata għandha, mingħajr dewmien, tavża lill-Kumitat Konġunt dwar il-miżuri meħuda u għandha tforni l-informazzjoni rilevanti kollha.

7.   Kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet taħt it-termini ta’ l-Artikolu preżenti għandha tiġi sospiża hekk kif il-Parti li jkollha t-tort tkun tissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 25

Estensjoni Ġeografika tal-Ftehim

Il-Partijiet, għalkemm jirrikonoxxu n-natura bilaterali ta' dan il-Ftehim, jinnotaw li huwa jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sħubija Ewro-Mediterranja maħsuba fid-dikjarazzjoni ta' Barċellona tat-28 ta' Novembru 1995. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jwettqu djalogu kontinwu biex jiżguraw il-koerenza ta' dan il-Ftehim mal-proċess ta' Barċellona, u partikolarment fir-rigward tal-possibbiltà li b'mod reċiproku jiftiehmu dwar emendi biex jittieħdu f'kont ftehimiet simili dwar it-trasport bl-ajru.

Artikolu 26

Relazzjoni ma’ Ftehim Oħrajn

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jieħdu post id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali li jeżistu bejn il-Marokk u l-Istati Membri. Madankollu, id-drittijiet tat-traffiku eżistenti li joriġinaw minn dawn il-ftehimiet bilaterali u li mhumiex koperti taħt dan il-Ftehim, jistgħu jkomplu jiġu eżerċitati, bil-kondizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u ċ-ċittadini tagħhom.

2.   Jekk il-Partijiet isiru firmatarji ta’ xi ftehim multilaterali, jew japprovaw deċiżjoni adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili jew minn xi organizzazzjoni internazzjonali oħra li tindirizza materji koperti b’dan il-Ftehim, dawn għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Konġunt biex ikun stabbilit jekk dan il-Ftehim għandux jiġi rivedut ħalli jiġu kkunsidrati dawn l-iżviluppi.

3.   Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni miż-żewġ Partijiet biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili tista’ tagħmel fil-futur. Il-Partijiet m’għandhomx jikkwotaw dan il-Ftehim, jew xi parti minnu, bħala l-bażi biex fl-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili jopponu strateġiji politiċi alternattivi dwar kwalunkwe materja koperta b’dan il-Ftehim.

Artikolu 27

L-Emendi

1.   Jekk waħda mill-Partijiet tkun tixtieq tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, din għandha tavża b’dan lill-Kumitat Konġunt. L-emenda miftiehma għal dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ wara li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’, fuq proposta li ssir minn waħda mill-Partijiet u skond dan l-Artikolu, jiddeċiedi li jimmodifika l-Annessi għal dan il-Ftehim.

3.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti, soġġett għall-konformità mal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li tadotta b’mod unilaterali leġislazzjoni ġdida jew li temenda l-leġislazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew ta’ qasam assoċjat li jissemma’ fl-Anness VI, b’rabta mal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

4.   Hekk kif il-leġislazzjoni l-ġdida tkun qed titfassal minn waħda mill-Partijiet, din għandha tinforma u tikkonsulta kemm jista’ jkun mill-qrib lill-Parti l-oħra. Fuq talba ta' waħda mill-Partijiet jista’ jsir skambju preliminari ta’ ideat fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

5.   Hekk kif Parti tkun adottat leġislazzjoni ġdida jew emenda għal-leġislazzjoni tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew f’qasam assoċjat li jissemma’ fl-Anness VI, din għandha tinforma lill-Parti l-oħra sa mhux aktar tard minn tletin jum wara l-adozzjoni tagħha. Fuq talba ta' kwalunkwe Parti, il-Kumitat Konġunt għandu, fi żmien sittin jum mit-talba, iwettaq skambju ta’ ideat fuq l-implikazzjonijiet li din il-leġislazzjoni jew l-emenda l-ġdida jista’ jkollha fuq it-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu:

a)

jadotta deċiżjoni li tirrevedi l-Anness VI ta’ dan il-Ftehim biex jintegra fih, jekk ikun meħtieġ fuq il-bażi ta’ reċiproċità, il-leġislazzjoni jew l-emenda l-ġdida konċernata;

b)

jadotta deċiżjoni li biha l-leġislazzjoni l-ġdida jew l-emenda konċernata għandha titqies bħala li hija skond dan il-Ftehim;

jew

ċ)

jiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura oħra, li għandha tkun adottata fi ħdan perijodu raġonevoli ta’ żmien, biex ikun salvagwardjat it-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 28

Tmiem

1.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien mhux limitat.

2.   Kull waħda mill-Partijiet tista’, f’kull żmien, tibgħat avviż bil-miktub b’mezzi diplomatiċi lill-Parti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim. Dan l-avviż għandu jintbagħat b’mod simultanju lill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili. Dan il-Ftehim għandu jintemm tnax-il xahar wara li l-Parti l-oħra tkun irċeviet l-avviż, sakemm l-avviż tat-terminazzjoni ma jiġix irtirat qabel ma jintemm dan il-perijodu.

3.   Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jibqa’ fis-seħħ jew għandu jkun sospiż jekk il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma jibqax fis-seħħ jew jekk jiġi sospiż rispettivament.

Artikolu 29

Reġistrazzjoni ma' l-ICAO u s-Segretarjat tan-NU

Dan il-Ftehim u l-emendi kollha għalih għandhom ikunu reġistrati ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 30

Dħul fis-Seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat proviżorjament, f'konformità mal-liġijiet domestiċi tal-Partijiet, mid-data tal-firma.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ xahar wara d-data tan-nota ta' l-aħħar fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li tikkonferma li l-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ġew kompletati. Għal finijiet ta' dan l-iskambju, ir-Renju tal-Marokk għandu jippreżenta lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea n-nota diplomatika tiegħu lill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jippreżenta lir-Renju tal-Marokk in-nota diplomatika mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Din in-nota diplomatika mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandha tinkludi komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonfermaw li l-proċeduri neċessarji tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ġew kompletati.

BĦALA XHIEDA TA’ DAN il-firmatarji t’hawn taħt, waqt li huma awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussel, fit-tnax ta' Diċembru tas-sena elfejn u sitta, f'żewġ kopji, bil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża, u Għarbija, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image 6

Za Českou republiku

Image 7

På Kongeriget Danmarks vegne

Image 8

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image 9

Eesti Vabariigi nimel

Image 10

Για την Ελληνική Δημοκρατία