ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 49 |
|
|
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
Kunsill |
|
|
* |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 328. |
|
(3) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
24.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) NRU 1692/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-24 ta' Ottubru 2006
li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“Marco Polo II”), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 71(1) u 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-“White Paper” tal-Kummissjoni dwar il-Politika Komuni għat-Trasport ta’ Settembru 2001 tisħaq dwar l-iżvilupp ta' l-intermodalità bħala mezz prattiku u effettiv biex tinkiseb sistema tat-trasport bilanċjata, u tipproponi mhux biss l-iżvilupp ta' Toroq tat-tbaħħir, possibiltajiet marittimi intermodali integrati u ta’ kwalità għolja, imma wkoll l-użu aktar intensiv tat-trasport ferrovjarju u tal-passaġġi ta' l-ilma interni bħala elementi importanti f'din l-istrateġija. Fil-laqgħa tiegħu f’Gothenburg fil-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li fil-qalba ta’ strateġija għall-iżvilupp sostenibbli hemm iċ-ċaqliq tal-bilanċ bejn il-mezzi tat-trasport. Barra minn dan, fil-laqgħa tiegħu f'Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill Ewropew saħaq dwar il-ħtieġa li titnaqqas il-konġestjoni fil-postijiet fejn jinġemgħa t-traffiku f'bosta reġjuni, b'mod partikolari l-Alpi, il-Pirenej u l-Baħar Baltiku – indikazzjoni li l-linji marittimi ta’ Toroq tat-tbaħħir huma parti integrali u importanti tan-Netwerk Trans Ewropew tat-Transport. Programm ta' finanzjament għall-intermodalità mmexxi mis-suq huwa strument ċentrali biex tiġi żviluppata aktar l-intermodalità u għandu jappoġġja b'mod speċifiku l-ħolqien ta' Toroq tat-tbaħħir, u li jiżgura, fost l-oħrajn, titjib fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fit-trasport ferrovjarju u tal-passaġġi ta' l-ilma interni. |
(2) |
Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni deċiżiva, it-total tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-Ewropa huwa previst li jikber b’aktar minn 60 % sa l-2013. L-effett ikun tkabbir stmat fil-volum ta’ merkanzija internazzjonali tat-triq għall-perjodu 2007-2013 ta’ 20.5 biljun kilometru-tunnellata fis-sena għall-25 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, b’konsegwenzi negattivi f’dak li għandu x’jaqsam ma' spejjeż addizzjonali ta' infrastruttura tat-toroq, ma' inċidenti, ma' konġestjoni, ma' tniġġis lokali u globali, ma' affidabilità tal-katina tal-provvista u ta' proċessi ta’ loġistika u ma' ħsara ambjentali. |
(3) |
Sabiex wieħed ilaħħaq ma’ dan it-tkabbir fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, it-tbaħħir fil-qosor, it-trasport ferrovjarju u t-trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni, għandhom jiġu użati aktar mil-lum, u huwa meħtieġ li jiġu stimulati aktar inizjattivi qawwija mis-settur tat-trasport u tal-loġistika, per eżempju l-iżvilupp ta' innovazzjoni teknika fil-vetturi ferrovjarji, biex titnaqqas il-konġestjoni fit-triq. |
(4) |
Il-programm stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Programm Marco Polo) (3), għandu għalhekk jittejjeb permezz ta’ azzjonijiet ġodda, li jimmiraw lejn it-tnaqqis attwali fit-trasport internazzjonali bit-triq. Il-Kummissjoni għalhekk proponiet programm aktar b’saħħtu, minn hawn ’il quddiem “il-Programm Marco Polo II”, jew “il-Programm”, biex tittejjeb l-intermodalità, titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija fil-Komunità. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Programm għandu jappoġġja azzjonijiet fis-swieq tat-trasport tal-merkanzija, tal-loġistika u ta’ swieq oħra rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġîjiet ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Għandu jgħin biex għallinqas tiġi mċaqalqa ż-żieda totali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imma preferibilment aktar minn hekk, għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji u għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport li fihom vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun. Il-programm Marco Polo stabbilit bir-Regolament (KE) Nru. 1382/2003 għandu għalhekk jinbidel. |
(5) |
Il-Programm Marco Polo II fih bosta tipi differenti ta' azzjonijiet, li għandhom jikkontribwixxu għal ċaqliq modali li jista' jitkejjel u li jista' jiġi sostnut u koperazzjoni aħjar fis-suq intermodali. Barra minn dan azzjonijiet taħt il-Programm Marco Polo II għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis attwali fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq. |
(6) |
L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-Programm Marco Polo II għandhom ikunu internazzjonali fil-firxa ġeografika tagħhom. Sabiex tiġi riflessa d-dimensjoni Ewropea ta' l-azzjonijiet, il-proġetti għandhom jiġu preżentati minn impriżi stabbiliti f'pajjiżi differenti, fis-sura ta' konsorzju li qed jippreżenta azzjoni. Entitajiet tal-liġi pubblika għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw f’konsorzju bħal dan meta jkunu involuti f'attivitajiet ekonomiċi, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
(7) |
L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw proġetti ġodda jew, fejn hu xieraq, proġetti eżistenti li l-aħjar jissodisfaw il-bżonnijiet kurrenti tas-suq. Proġetti xierqa, b'mod partikulari dawk li jqisu l-ħtiġijiet ta' l-SME's, m’għandhomx jiġu skoraġġati minn definizzjoni iebsa wisq ta’ azzjonijiet eliġibbli. |
(8) |
Jista’ jkun hemm każijiet fejn il-benefiċċji li jiġi żviluppat servizz eżistenti jkunu għall-inqas l-istess, f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċaqliq modali addizzjonali, il-kwalità u l-vantaġġi ambjentali u ta' vijabilità, bħal dawk fejn jinbeda servizz ġdid b’nefqa konsiderevoli. |
(9) |
Biex tkun trasparenti, oġġettiva u delimitata b’mod ċar, l-assistenza għat-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ ċaqliq modali per eżempju għandha tkun ibbażata fuq l-iffrankar ta’ l-ispejjeż għas-soċjetà b’riżultat ta’ l-użu tat-tbaħħir fil-qosor, trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta' l-ilma interni, minflok ta' trasport bit-triq biss. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament għandu jipprovdi ammont indikattiv ta’ assistenza finanzjarja b'referenza għal ċaqliq ta' merkanzija bit-triq għal kull kilometru-tunnellata. |
(10) |
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità bbażata fuq kilometri-tunnellata imċaqilqa mit-triq għal tbaħħir fil-qosor, għal trasport ferrovjarju jew għal trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni jew ibbażata fuq l-evitar ta' kilometri-tunnellata jew kilometri-vettura ta' merkanzija bit-triq, għandha tkun aġġustabbli sabiex ikunu premjati proġetti ta' kwalità għolja jew proġetti li juru benefiċċju ambjentali reali. |
(11) |
Meta jkunu qed jiġu allokati l-fondi, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk iz-zoni sensittivi u metropolitani fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-Programm. |
(12) |
Ir-riżultati ta’ l-azzjonijiet kollha tal-Programm għandhom jiġu mxerrda kif inhu xieraq, sabiex jiġu żgurati l-pubbliċità, t-trasparenza u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki. |
(13) |
Matul il-proċedura ta’ l-għażla u matul il-perjodu ta’ ħajja ta’ l-azzjoni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-azzjonijiet magħżula jikkontribwixxu tabilħaqq għall-politika komuni dwar it-trasport u ma jikkawżawx distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kontra l-interess komuni. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tevalwa l-implimentazzjoni taż-żewġ Programmi. Għandha tippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-Programm Marco Polo għall-perjodu 2003-2006 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007. |
(14) |
L-azzjonijiet m'għandhomx jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari, bejn mezzi ta' trasport minbarra dawk tat-trasport tat-triq jew fi ħdan kull mod alternattiv, sal-punt li jkunu kontra l-interess komuni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bħal dawn, sabiex l-azzjonijiet jikkontribwixxu għaċ-ċaqliq tat-trasport tal-merkanzija mit-trasport bit-triq għal metodi alternattivi, u mhux li jnaqqsu l-merkanzija minn servizz eżistenti ta' ferrovija, ta' tbaħħir fil-qosor jew permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni. |
(15) |
Ladarba l-għanijiet tal-Programm Marco Polo II ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-firxa tal-Programm, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, b'mod konformi il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan. |
(16) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni (4). |
(17) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu sħiħ tal-Programm, li għandu jkun ir-referenza primarja għall-awtorità tal-baġit, skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (5), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit. |
(18) |
Sabiex jiġu mħarsa l-kontinwità u t-trasparenza tal-Programm Marco Polo, għandhom isiru dispożizzjonijiet ta’ transizzjoni dwar kuntratti u l-proċedura ta’ l-għażla, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabilixxi strument ta’ finanzjament, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm Marco Polo II”, jew “il-Programm”, biex titnaqqas il-konġestjoni u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport u jitjieb it-trasport intermodali, u b'hekk isir kontribut għal sistema ta' trasport effiċjenti u sostenibbli li tipprovdi valur miżjud ta' l-UE mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Il-perjodu ta’ żmien tal-Programm għandu jkun mill-1 ta’ Jannar 2007 sa l-31 ta’ Diċembru 2013 sabiex tinkiseb, fl-aħħar tal-Programm, ċaqlieqa fit-traffiku li tkun parti sostanzjali miż-żjieda aggregata annwali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imkejjel f'kilometri-tunnellata, għat-tbaħħir fil-qosor, għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq huma qosra kemm jista’ jkun.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“azzjoni” tfisser kull proġett esegwit minn impriżi, li jikkontribwixxi biex titnaqqas il-konġestjoni fis-sistema tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u/jew li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport fit-territorji ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi li jipparteċipaw; azzjonijiet ta’ kataliżi, azzjonijiet ta' ċaqliq modali u azzjonijiet ta' tagħlim komuni, jistgħu jinkludu diversi progetti koordinati; |
(b) |
“azzjoni ta’ kataliżi” tfisser kull azzjoni innovattiva li hija maħsuba biex tegħleb ostakli strutturali sinifikanti fis-suq tal-Komunità għat-trasport tal-merkanzija li jxekklu l-ħidma effiċjenti tas-swieq, il-kompetitività tat-tbaħħir fil-qosor, tat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni, u/jew l-effiċjenza tal-katini tat-trasport li jagħmlu użu minn dawn il-mezzi, inklużi l-modifika jew il-ħolqien ta' l-infrastruttura anċillari; għall-iskopijiet ta' din id-definizzjoni, tali ostakli strutturali tfisser impediment mhux regolatorju, fattwali u mhux temporanju għall-ħidma xierqa tal-katina tat-trasport tal-merkanzija; |
(ċ) |
“azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir” tfisser kull azzjoni innovattiva li ċċaqlaq direttament it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor jew kombinazzjoni ta' tbaħħir fil-qosor flimkien ma’ mezzi oħrajn ta’ trasport fejn il-vjaġġi bit-toroq ikunu qosra kemm jista' jkun; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura anċillari meħtieġa sabiex jiġi implimentat servizz intermodali ta’ trasport marittimu ta’ volum kbir ħafna u ta’ frekwenza għolja li jinkludi, preferibbilment, l-użu tal-modi ta' trasport li l-iżjed jirrispettaw l-ambjent, bħal passaġġi ta' l-ilma interni u ferroviji għat-trasport ta' merkanzija f'żoni interni fuq l-art u servizzi integrati bieb bieb; jekk possibbli, ir-riżorsi tar-reġjuni l-aktar 'il barra għandhom ikunu integrati wkoll; |
(d) |
“azzjoni ta’ ċaqliq modali” tfisser kull azzjoni li b’mod dirett, li jista’ jitkejjel, sostanzjali u immedjat iċċaqlaq it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji, għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun, mingħajr ma tkun azzjoni ta’ kataliżi, inkluż, fejn ikun xieraq, ċaqliq modali li jirriżulta mill-iżvilupp ta' servizz eżistenti; il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibiltà li tappoġġja proġetti ta' infrastruttura anċillari; |
(e) |
“azzjoni għall-evitar tat-traffiku” tfisser kull azzjoni innovattiva li tintegra t-trasport mal-loġistika ta' produzzjoni biex jiġi evitat perċentwal għoli ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq mingħajr ma taffettwa b'mod ħażin il-produzzjoni jew il-ħaddiema; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura u apparat anċillari; |
(f) |
“azzjoni ta’ tagħlim komuni” tfisser kull azzjoni immirata lejn it-titjib tal-koperazzjoni għall-ottimizzar strutturali tal-metodi u proċeduri tal-ħidma fil-katina tat-trasport tal-merkanzija, b’konsiderazzjoni wkoll għall-bżonnijiet loġistiċi; |
(g) |
“azzjoni innovattiva” tfisser kwalunkwe azzjoni li jkun fiha elementi li qatt ma jkunu eżistew f'suq partikulari; |
(h) |
“infrastruttura anċillari” tfisser l-infrastruttura meħtieġa u biżżejjed biex jitwettqu l-għanijiet ta' l-azzjonijiet, inklużi l-installazjonijiet għall-merkanzija/passiġġieri; |
(i) |
“miżura ta' akkumpanjament” tfisser kull miżura li tfittex li tipprepara għal jew li tappoġġja azzjonijiet kurrenti jew tal-ġejjieni, inter alia, attivitajiet ta' tixrid (ta' informazzjoni) u monitoraġġ u evalwazzjoni tal-proġetti, kif ukoll il-ġbir u l-analiżi tad-data ta’statistika; miżuri maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, proċessi jew servizzi, attivitajiet ta’ marketing u promozzjoni tal-bejgħ m’humiex miżuri ta' akkumpanjament; |
(j) |
“miżura preparatorja” tfisser kull miżura meħuda fi preparazzjoni għal azzjoni ta' kataliżi, ta' triq tal-baħar jew għall-evitar tat-traffiku bħalma huma studji tekniċi, operattivi jew ta’ fattibilità finanzjarja u ttestjar ta’ apparat; |
(k) |
“impriża” tfisser kull entità li hija mdaħħla f’attività ekonomika, mingħajr ma jingħata każ ta’ l-istatus legali ta’ l-entità u tal-mod ta’ kif hija ffinanzjata; |
(l) |
“konsorzju” ifisser kull arranġament li jiġi esegwit minn għall-inqas żewġ impriżi flimkien u li jaqsmu l-riskju li għandu x’jaqsam ma’ l-azzjoni; |
(m) |
“kilometru-tunnellata” tfisser it-trasport ta’ tunellata merkanzija, jew l-ekwivalenti volumetriku tagħha fuq distanza ta’ kilometru; |
(n) |
“kilometru-vettura” tfisser il-moviment ta’ trakk, mgħobbi jew vojt, fuq distanza ta’ kilometru; |
(o) |
“pajjiż terz fil-qrib” ifisser kull pajjiż li mhux membru ta' l-Unjoni Ewropea bi fruntiera komuni ma' l-Unjoni Ewropea jew b’linja tal-kosta f’baħar magħluq jew semi-magħluq li huwa kontigwu ma’ l-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Il-Programm ikopri azzjonijiet:
(a) |
li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri, jew |
(b) |
li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u t-territorju ta’ pajjiż terz fil-qrib. |
2. Fejn azzjoni tinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz, infiq li jirriżulta fit-territorju ta’ dak il-pajjiż m'għandux ikun kopert mill-Programm, ħlief fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.
3. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet imniżżla fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi, u abbażi tar-regoli mniżżla fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni għal kull pajjiż ikkonċernat.
4. Il-Programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi EFTA u taż-ŻEE u pajjiżi terzi fil-qrib, abbażi ta’ l-approprjazzjonijiet supplementari skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dawk il-pajjiżi.
KAPITOLU II
APPLIKANTI U AZZJONIJIET ELIĠIBBLI
Artikolu 4
Applikanti eliġibbli
1. L-azzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati minn konsorzjum ta’ żewġ impriżi jew iżjed, stabbiliti f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti jew f’mill-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz fil-qrib, jew jistgħu, fil-każ ta' kollegamenti ma' pajjiż terz fil-qrib, f'każijiet eċċezzjonali, jiġu ppreżentati minn impriża waħda stabbilita fi Stat Membru.
2. Impriżi stabbiliti barra minn wieħed mill-pajjiżi parteċipanti imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) jistgħu jkunu assoċjati ma’ proġett, imma ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jirċievu finanzjament Komunitarju taħt il-Programm.
Artikolu 5
Azzjonijiet eliġibbli u kundizzjonijiet tal-finanzjament
1. L-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm:
(a) |
azzjonijiet ta’ kataliżi; dawk immirati li jtejbu s-sinerġiji fis-setturi tal-ferroviji, tal-passaġġi ta' l-ilma interni u tat-tbaħħir fil-qosor, inklużi l-toroq tat-tbaħħir, billi jużaw aħjar l-infrastrutturi eżistenti, ħaqqhom attenzjoni speċifika b’mod partikulari; |
(b) |
azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir; fl-Unjoni Ewropea azzjonijiet bħal dawn għandhom jużaw in-netwerks trans-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni Nru. 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (6); |
(ċ) |
azzjonijiet ta' ċaqliq modali; |
(d) |
azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku; |
(e) |
azzjonijiet ta’ tagħlim komuni. |
2. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament speċifiku u rekwiżiti oħra għall-azzjonijiet varji huma mniżżla fl-Anness I. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għal infrastrutturi anċillari skond it-tifsira ta' l-Art. 2 (h) huma stabbiliti fl-Anness II.
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq kuntratti li għandhom jiġu negozjati mill-Kummissjoni u l-benefiċjarju. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' dawk il-kuntratti għandhom, kemm jista' jkun, iżommu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi minimi, per eżempju billi jiffaċilitaw garanziji bankarji li jkunu vantaġġjużi għan-negozju kif kontemplat fir-regoli u regolamenti applikabbli, speċjalment ir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), sabiex tinkiseb effiċjenza u flessibilità amministrattiva massima.
4. Bla ħsara għall-objettivi politiċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, il-prijoritajiet annwali fis-sejħa għal applikazzjonijiet konnessi ma' azzjonijiet ta' kataliżi u ma' azzjonijiet ta' tagħlim komuni għandhom ikunu stabbiliti, u jekk ikun hemm bżonn, eżaminati mill-Kummissjoni, mgħejuna mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 10 u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10 (2).
Artikolu 6
Regoli dettaljati
Ir-regoli dettaljati li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura tal-preżentazzjoni u l-għażla ta’ l-azzjonijiet taħt il-Programm għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 7
Għajnuna mill-Istat
L-assistenza finanzjarja tal-Komunità għall-azzjonijiet koperti mill-Programm m'għandhiex twaqqaf dawk l-azzjonijiet milli jirċievu assistenza Statali, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali sakemm din l-għajnuna tkun kompatibbli ma' l-arranġamenti dwar l-għajnuna mill-Istat mniżżla fit-Trattat u fil-limiti kumulattivi stabbiliti għal kull tip ta' azzjoni stipulata fl-Anness I. L-għajnuna totali mogħtija fis-sura ta’ għajnuna mill-Istat u assistenza finanzjarja Komunitarja f’dak li għandu x’jaqsam ma' infrastruttura anċillari m'għandhiex tiżboq il-50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
KAPITOLU III
PREŻENTAZZJONI U GĦAŻLA TA’ L-AZZJONIJIET
Artikolu 8
Preżentazzjoni ta’ l-azzjonijiet
L-azzjonijiet għandhom ikunu preżentati lill-Kummissjoni skond ir-regoli dettaljati maħruġa taħt l-Artikolu 6. Il-preżentazzjonijiet għandhom jinkludu t-tagħrif kollu meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni li tagħmel l-għażla tagħha skond l-Artikolu 9.
Artikolu 9
Għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja
L-azzjonijiet ippreżentati għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni. Fl-għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja taħt il-Programm, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a) |
l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1; |
(b) |
il-kundizzjonijiet stipulati f'Annessi I u II, skond il-każ; |
(ċ) |
il-kontribuzzjoni ta’ l-azzjonijiet biex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq; |
(d) |
il-merti ambjentali relattivi ta' l-azzjonijiet, inkluż l-kontribut tagħhom biex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi kkaġunati mit-tbaħħir fil-qosor, ferroviji u passaġġi ta' l-ilma interni. Attenzjoni speċifika tingħata lil dawk il-proġetti li jmorru lil hinn mill-bżonnijiet ambjentali li jorbtu legalment; |
(e) |
is-sostenibbiltà komplessiva ta’ l-azzjonijiet. |
Id-deċiżjoni biex tingħata assistenza finanzjarja għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji bid-deċiżjoni.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 10
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 11
Baġit
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Marco Polo II, għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, għandu jkun EUR 400 miljun (8).
L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 12
Riżerva għall-miżuri ta' akkumpanjament u evalwazzjoni tal-Programm
Sa 5 % tal-baġit previst f’dan ir-Regolament għandu jitwarrab għall-miżuri ta' akkumpanjament u evalwazzjoni indipendenti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 5.
Artikolu 13
Il-Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament ikunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej jkunu protetti permezz ta' l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, permezz ta' verifiki effettivi u ta' l-irkuprar ta' l-ammonti mħallsin meta ma kienux dovuti u, jekk ikunu identifikati xi irregolaritajiet, permezz ta' penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (9), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (10), u skond ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (11).
2. Għall-azzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament, l-idea ta' irregolarità msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandha tfisser kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni Ewopea jew kwalunkwe ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn azzjoni jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, b'punt ta' nfiq mhux iġġustifikat.
3. Kuntratti jew ftehim, kif ukoll ftehim ma’ pajjiżi terzi parteċipi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jipprovdu, b’mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kull rappreżentant awtorizzat minnha) u l-verifiki mill-Qorti ta’ l-Awdituri, jekk hu meħtieġ fuq il-post.
Artikolu 14
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tinforma mhux inqas minn darbtejn fis-sena dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-Programm u tagħti aġġornament dwar l-istatus ta' l-azzjonijiet kollha ffinanzjati skond il-Programm.
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm kemm fin-nofs u kemm fl-aħħar sabiex ikun evalwat il-kontribut tiegħu għall-oġġettivi tal-politika dwar it-trasport tal-Komunità u l-użu effettiv magħmul mill-approprazzjonijiet.
2. Il-Kummisjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-Programm Marco Polo għall-perjodu 2003-2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007. Jekk dan ir-rapport juru l-bżonn li l-Programm Marco Polo II ikun aġġustat, il-Kummissjoni għandha tressaq il-proposti skond kif meħtieġ.
Artikolu 15
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 huwa b' dan imħassar b'effett mill-14 ta’ Diċembru 2006.
Kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ azzjonijiet fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru. 1382/2003 għandhom ikomplu jkunu regolati b'dak ir-Regolament sakemm ma’ jagħlaq il-perjodu ta' operazzjoni u finanzjarju tagħhom. L-evalwazzjoni kollha u l-proċedura ta’ l-għażla għas-sena 2006 għandha taqa’ ukoll taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1382/2003, anki jekk dik il-proċedura tispiċċa fis-sena 2007.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-14 ta’ Diċembru 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
P. LEHTOMÄKI
(1) ĠU C 234, 22.9.2005, p. 19.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2006.
(3) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 788/2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 17).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(5) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(6) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru. 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(8) Dan l-ammont huwa bbażat fuq figuri ta' l-2004 u għandu jkun suġġett għall-aġġustamenti tekniċi sabiex titqies l-inflazzjoni.
(9) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(10) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(11) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
ANNESS I
Kundizzjonijiet ta’ finanzjament skond l-Artikolu 5 (2)
Tip ta’ Azzjoni |
A. Kataliżi |
B. Toroq tat-Tbaħħir |
Ċ. Ċaqliq modali |
D. Evitar tat-traffiku |
E. Tagħlim komuni |
||||||||||||
|
Art. 5(1)(a) |
Art. 5(1)(b) |
Art. 5(1)(ċ) |
Art. 5(1)(d) |
Art. 5(1)(e) |
||||||||||||
1. Kundizzjonijiet għall-finanzjament |
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju; |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju;. |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju; |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju; |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija; |
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ MoS għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ ċaqliq modali għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 38 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 26 xahar. |
||||||||||||
|
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 38 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 26 xahar. |
||||||||||||
|
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ kataliżi għandu jkun ta’ EUR 2 000 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta' l-MoS għandu jkun 1,25 biljun kilometru-tunnellata, jew l-ekwivalent volumetriku tiegħu, ta’ ċaqliq modali jew, fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’ assistenza finanzjarja, EUR 2 500 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ ċaqliq modali għandu jkun 250 miljun kilometru-tunnellata jew l-ekwivalent volumetriku tiegħu jew - fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’ assistenza finanzjarja, EUR 500 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ evitar tat-traffiku għandu jkun 500 miljun kilometru-tunnellata jew 25 miljun kilometru-vettura ta’ traffiku tal-merkanzija li jiġi evitat jew, fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’assistenza finanzjarja, EUR 1 000 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ tagħlim komuni għandu jkun ta’ EUR 250 000 . |
||||||||||||
|
Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet ta’ kataliżi għandhom jiġu mxerrda, u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fi pjan ta’ tixrid, sabiex jjgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ir-riżultati u l-metodi ta’ azzjonijiet ta' MoS għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jkun imħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ propogazzjoni, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Attivitajiet ta’ tixrid speċifiċi għall-azzjonijiet ta’ ċaqliq modali m’humiex previsti. |
Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet biex jiġi evitat it-traffiku għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET GĦALL-FINANZJAMENT TA’ INFRASTRUTTURA ANĊILLARI SKOND L-ARTIKOLU 2(H) U 5(2)
1. |
Infrastruttura anċillari għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm kemm-il darba il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti
|
2. |
It-tul massimu tal-kuntratt stabbilit għal kull tip ta' azzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 5 jista' jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jitlestew ix-xogħlijiet ta’ infrastruttura, iżda f’kull każ mhux itwal minn perjodu totali ta’ 74 xahar. |
3. |
Fejn il-finanzjament għall-infrastruttura ġie rikjest taħt il-Programm, finanzjament minn programmi oħra Komunitarji, u speċifikament finanzjament taħt id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, għall-istess infrastruttura huwa esklużi. |
24.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
14 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/88/KE
ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006
dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-annimali u l-prodotti ta’ l-akkwakultura jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Anness I għat-Trattat bħala annimali, ħut, molluski u krustaċji ħajjin. It-tnissil, it-trobbija u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ta' l-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom jikkostitwixxu sors importanti ta’ introjtu għall-persuni li jaħdmu f’dan is-settur. |
(2) |
Fil-kuntest tas-suq intern, ġew stabbiliti regoli speċifiċi għas-saħħa ta’ l-annimali dwar it-tqegħid fis-suq u l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi tal-prodotti konċernati mid-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akwakultura (2). |
(3) |
It-tifqigħ ta’ mard fl-annimali ta’ l-akkwakultura jistgħu jikkawżaw telf qawwi lill-industrija konċernata. Il-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fil-każ li jfaqqa’ l-mard l-aktar importanti fil-ħut u fil-molluski ġew stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (3), u d-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (4). |
(4) |
Il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti ġiet abbozzata prinċipalment biex titqies it-trobbija tas-salamun, tat-troti u tal-gajdri. Minn meta ġiet adottata dik il-leġislazzjoni, l-industrija Komunitarja ta’ l-akkwakultura żviluppat b’mod sinifikanti. Numru ta’ speċi addizzjonali ta’ ħut, b’mod partikolari speċi marini, issa jintużaw fl-akkwakultura. Tipi ġodda ta’ prattika ta’ trobbija li jinvolvu speċi oħra ta’ ħut saru wkoll dejjem aktar komuni, b’mod partikolari wara t-tkabbir riċenti tal-Komunità. Barra minn hekk, it-trobbija ta’ krustaċji, molluski bivalvi, gandoffli u widnejn il-baħar qed issir dejjem aktar importanti. |
(5) |
Il-miżuri kollha ta’ kontroll tal-mard għandhom impatt ekonomiku fuq l-akkwakultura. Kontrolli mhux adegwati jistgħu jwasslu għat-tifrix tal-patoġeni, li jistgħu jikkawżaw telfiet kbar ħafna u jikkompromettu l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali tal-ħut, il-molluski u l-krustaċji użati fl-akkwakultura Komunitarja. Min-naħa l-oħra, regolamentazzjoni eċċessiva tista’ tpoġġi restrizzjonijiet li m’humiex meħtieġa fuq il-kummerċ ħieles. |
(6) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew datata d-19 ta’ Settembru 2002 tistabbilixxi strateġija għall-iżvilupp sostenibbli ta’ l-Akkwakultura Ewropea. Dik il-Komunikazzjoni semmiet fil-qosor sensiela ta’ miżuri maħsuba biex joħolqu impjiegi għal perijodu twil ta’ żmien fis-settur ta’ l-akkwakultura, inkluż il-promozzjoni ta' standards għoljin tas-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali, u azzjonijiet ambjentali li jiżguraw industrija soda. Għandu jittieħed kont ta' dawk il-miżuri. |
(7) |
Mill-adozzjoni tad-Direttiva 91/67/KEE, il-Komunità rratifikat il-Ftehim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (il-Ftehim SPS). Il-Ftehim SPS jirreferi għall-Istandards ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE). Il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għat-tqegħid fis-suq ta' annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u l-prodotti tagħhom fil-Komunità stabbiliti fid-Direttiva 91/67/KEE huma aktar iebsin minn dawk l-istandards. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tieħu kont tal-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Akkwatiċi u l-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi għall-Annimali Akkwatiċi ta' l-OIE. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tas-settur ta' l-akkwakultura u biex tiżdied il-produttività, għandhom jiġu stabbiliti regoli tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-livell Komunitarju. Dawn ir-regoli huma meħtieġa, fost affarijiet oħra, biex jikkontribwixxu għall-kompletar tas-suq intern u biex jiġi evitat li jinfirex mard infettiv. Il-leġislazzjoni għandha tkun flessibbli biex tieħu kont ta' l-iżviluppi kontinwi u d-diversità tas-settur ta’ l-akkwakultura, u wkoll l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità. |
(9) |
Din id-Direttiva għandha tkopri l-annimali ta’ l-akkwakultura, u dawk l-ambjenti li jistgħu jaffetwaw l-istatus tas-saħħa ta’ dawn l-annimali. B’mod ġenerali d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għall-annimali akkwatiċi salvaġġi fejn is-sitwazzjoni ambjentali tista’ taffetwa l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura, jew fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan ta’ leġislazzjoni Komunitarja oħra, bħad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (5) jew biex jiġu protetti l-ispeċi msemmija fil-lista mħejjija mill-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċi ta' Fawna u Flora Salvaġġi li Qegħdin f’Periklu li Jinqerdu (CITES). Din id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika l-adozzjoni ta’ regoli aktar stretti dwar l-introduzzjoni ta’ speċi mhux indiġeni. |
(10) |
L-awtoritajiet kompetenti nominati għall-fini ta’ din id-Direttiva għandhom iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri tagħhom skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (6), u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, ir-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali (7). |
(11) |
Għall-iżvilupp ta’ l-akkwakultura fil-Komunità huwa meħtieġ li jiżdiedu l-għarfien u l-preparazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura fl-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi. |
(12) |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għal, u japplikaw, it-teknika u t-tagħrif l-aktar aġġornati fl-oqsma ta’ l-analiżi tar-riskju u l-epidemjoloġija. Dan huwa ta’ importanza dejjem akbar minħabba li l-obbligi internazzjonali issa jiffokaw fuq l-analiżi tar-riskju fejn għandha x’taqsam l-adozzjoni ta' miżuri sanitarji. |
(13) |
Huwa xieraq li fil-livell Komunitarju tiġi introdotta sistema ta’ awtorizzazzjoni ta’ negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura. Tali awtorizzazzjoni tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu idea ġenerali kompleta ta’ l-industrija ta’ l-akkwakultura, li tkun tista’ tassisti fil-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi. Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni tippermetti li jiġu stabbiliti l-ħtiġiet speċifiċi li għandhom jiġu sodisfatti min-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura sabiex jopera. Tali awtorizzazzjoni għandha, fejn ikun possibbli, tingħaqad ma’ jew tiġi inkluża f’reġim ta’ awtorizzazzjoni li l-Istati Membri jistgħu jkunu diġà waqqfu għal skopijiet oħra, per eżempju taħt leġislazzjoni ambjentali. Tali awtorizzazzjoni m'għandhiex għalhekk tkun piż żejjed għall-industrija ta' l-akkwakultura. |
(14) |
L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni jekk l-attività konċernata tista’ toħloq riskju inaċċettabbli li jinfirex mard lil annimali oħra ta’ l-akkwakultura jew lil annimali akkwatiċi salvaġġi. Qabel ma jiġi deċiż li tkun rifjutata awtorizzazzjoni, iridu jitqiesu l-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju jew jinstab post alternattiv għall-attività konċernata. |
(15) |
It-trobbija ta’ annimali ta’ l-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem hija definita bħala produzzjoni primarja fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (8). L-obbligi imposti fuq negozji individwali tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura taħt din id-Direttiva, bħalma huma ż-żamma tar-reġistri, u s-sistemi interni li jippermettu lin-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura juri lill-awtorità kompetenti li l-ħtiġiet rilevanti ta’ din id-Direttiva qed jiġu sodisfatti, għandhom fejn ikun possibbli jingħaqdu ma’ l-obbligi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. |
(16) |
Għandha tingħata aktar attenzjoni lill-prevenzjoni mit-tifqigħ ta' mard aktar milli lill-kontroll tal-mard wara li jkun faqqa'. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti miżuri minimi għall-prevenzjoni tal-mard u għat-tnaqqis tar-riskju li għandhom jiġu applikati għall-katina tal-produzzjoni kollha fl-akkwakultura, mill-fertilizzazzjoni u t-tifqis ta’ bajd sa l-ipproċessar ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura għall-konsum mill-bniedem, inkluż it-trasport. |
(17) |
Sabiex tittejjeb is-saħħa ġenerali ta' l-annimali u tingħata assistenza lill-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard ta' l-annimali permezz ta' rintraċċabiltà mtejba, il-moviment ta' l-annimali ta' l-akkwakultura għandu jiġi reġistrat. Fejn ikun xieraq, tali movimenti għandhom ukoll ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali. |
(18) |
Sabiex tinkiseb idea ġenerali tas-sitwazzjoni tal-mard, biex tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida fil-każ ta’ suspett ta’ marda u biex jitħarsu l-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski li għandhom standard għoli tas-saħħa ta’ l-annimali, għandha tiġi applikata sorveljanza fuq is-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskji f'kull tali farm u żona tat-trobbija tal-molluski. |
(19) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-mard prinċipali ta’ l-annimali akkwatiċi fil-livell Komunitarju ma jinxteridx. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati għas-saħħa ta’ l-annimali għat-tqegħid fis-suq b’dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-ispeċi suxxettibbli għal dak il-mard. Għalhekk għandha tiġi stabbilita lista ta’ tali mard u l-ispeċi suxxettibbli għalih. |
(20) |
Il-prevalenza ta’ tali mard ta’ annimali akkwatiċi mhix l-istess madwar il-Komunità. Għalhekk għandha ssir referenza għall-kunċett ta’ Stati Membri ddikjarati ħielsa mill-mard, u meta wieħed ikun qed jittratta ma' partijiet mit-territorju konċernat għall-kunċett ta’ żoni jew kompartimenti. Għandhom ikunu stabbiliti kriterji u proċeduri ġenerali biex jingħata, jinżamm, jiġi sospiż, restitwit u rtirat tali status. |
(21) |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 rigward kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (9), sabiex jinżamm u jittejjeb l-istatus ġenerali tas-saħħa ta' l-annimali akkwatiċi fil-Komunità, l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartamenti ddikjarati ħielsa minn waħda jew aktar mill-mardiet elenkati għandhom jiġu protetti kontra l-introduzzjoni ta' tali marda. |
(22) |
Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi interim skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE u l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxu l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (10). |
(23) |
Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ restrizzjonijiet kummerċjali mhux meħtieġa, għandu jiġi permess l-iskambju ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura bejn l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti fejn hemm preżenti waħda jew aktar minn tali mardiet, sakemm jittieħdu l-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju adegwati, inkluż waqt it-trasport. |
(24) |
It-tbiċċir u l-ipproċessar ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura li huma soġġetti għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard jistgħu jxerrdu l-marda, inter alia bħala riżultat tat-tnixxija ta’ ħmieġ li fih il-patoġeni mill-impjanti ta’ l-ipproċessar. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jkollhom aċċess għall-istabbilimenti ta’ l-ipproċessar li ġew debitament awtorizzati biex iwettqu tali tbiċċir u pproċessar mingħajr ma jipperikolaw l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi mrobbija u l-annimali akkwatiċi salvaġġi, inkluż fir-rigward tat-tnixxija tal-ħmieġ. |
(25) |
In-nomina ta’ laboratorji Komunitarji u nazzjonali ta’ referenza għandha tikkontribwixxi għal riżultati dijanjostiċi ta’ kwalità u uniformità għolja. Dak l-objettiv jista’ jintlaħaq b’attivitajiet bħall-applikazzjoni ta’ testijiet dijanjostiċi validati u bħall-organizzazzjoni ta’ ttestjar komparattiv u t-taħriġ ta’ l-istaff tal-laboratorji. |
(26) |
Il-laboratorji involuti fl-eżami tal-kampjuni uffiċjali għandhom jaħdmu skond il-proċeduri approvati internazzjonalment jew il-kriterji bbażati fuq l-istandards tal-prestazzjoni u għandhom jużaw, sa fejn ikun possibbli, metodi dijanjostiċi li ġew validati. Għal numru ta’ attivitajiet relatati ma’ tali eżami, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) żviluppaw Standards Ewropej (Standards EN) u Standards Internazzjonali (standards ISO) rispettivament, xierqa għall-iskop ta’ din id-Direttiva. Tali standards jirrelataw b’mod partikolari ma' l-operazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji u ma' l-operazzjoni u l-akkreditament tal-korpi tal-kontroll. |
(27) |
Sabiex tkun żgurata l-iskoperta bikrija ta’ kwalunkwe tifqigħa possibbli ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi, huwa meħtieġ li dawk li jiġu f’kuntatt ma’ annimali akkwatiċi ta’ l-ispeċi suxxettibbli jiġu obbligati jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe każ suspett ta' mard. Spezzjonijiet ta’ rutina għandhom jitwettqu fl-Istati Membri biex ikun żgurat li l-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura huma familjari ma’, u japplikaw, ir-regoli ġenerali dwar il-kontroll tal-mard u l-bijosigurtà stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(28) |
Hija meħtieġa l-prevenzjoni tat-tixrid tal-mard mhux eżotiku imma serju fl-annimali ta’ l-akkwakultura hekk kif tfaqqa’ l-marda permezz ta’ monitoraġġ attent tal-movimenti ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u l-prodotti tagħhom, u l-użu ta’ tagħmir suġġett għall-kontaminazzjoni. L-għażla tal-miżuri li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għandha tiddependi mis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istat Membru konċernat. |
(29) |
Sabiex isir avvanz fl-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali tal-Komunità, huwa xieraq li l-programmi bbażati fuq l-epidemjoloġija għall-kontroll u għall-qerda ta’ ċertu mard jiġu sottomessi mill-Istati Membri għal rikonoxximent fuq livell Komunitarju. |
(30) |
Għal mard li mhux soġġett għall-miżuri Komunitarji, imma li huma ta’ importanza lokali, l-industrija ta’ l-akkwakultura għandha, bl-assistenza ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, tieħu aktar responsabbiltà għall-prevenzjoni ta' l-introduzzjoni ta' jew kontroll ta' tali mard permezz ta’ awtoregolamentazzjoni u l-iżvilupp ta' “kodiċi ta’ prattika”. Madankollu, jista' jkun meħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw ċerti miżuri nazzjonali. Tali miżuri nazzjonali għandhom ikunu ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati ma' l-għanijiet li jridu jintlaħqu. Barra minn hekk, huma m'għandhomx jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex jipprevjeni l-introduzzjoni jew il-kontroll tal-marda, u għandhom jiġu approvati u riveduti regolarment fil-livell Komunitarju. Sakemm jiġu stabbiliti tali miżuri taħt din id-Direttiva, il-garanziji addizzjonali mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta' April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE fir-rigward ta' miżuri kontra ċertu mard f'annimali akkwatiċi (11) għandhom jibqgħu fis-seħħ. |
(31) |
Hemm żvilupp kontinwu fit-tagħrif relatat ma' mard ta’ l-annimali akkwatiċi li s’issa ma kienx magħruf. Għalhekk jista’ jkun meħtieġ għal Stat Membru li japplika miżuri ta’ kontroll fil-każ ta’ mard bħal dan li jkun qed jitfaċċa. Tali miżuri għandhom ikunu rapidi u adattati għal kull każ individwali, imma m’għandhomx jinżammu għal aktar żmien milli jkun meħtieġ biex jinkiseb l-għan tagħhom. Minħabba li tali mard li qed jitfaċċa issa jista’ wkoll jaffettwa Stati Membri oħra, l-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni għandhom jiġu informati bil-preżenza ta’ marda li qed titfaċċa u bi kwalunkwe miżura ta’ kontroll li ttieħdet. |
(32) |
Huwa meħtieġ u xieraq biex jinkiseb l-objettiv bażiku li jinżamm u, fl-eventwalità ta’ tifqigħa, li jerġa' lura għal status ta' ħelsien mill-mard fl-Istati Membri, li jiġu stabbiliti regoli fuq il-miżuri biex jiżdied l-istat ta’ preparazzjoni għall-mard. It-tifqigħ għandhom jiġu kkontrollati kemm jista’ jkun malajr, jekk ikun meħtieġ bl-użu ta’ tilqim ta’ emerġenza, sabiex jiġu limitati l-effetti avversi fuq il-produzzjoni u l-kummerċ ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u tal-prodotti tagħhom. |
(33) |
Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju li jirrelata mal-prodotti mediċinali veterinarji (12) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (13), jeħtieġu li, b’eċċezzjonijiet minuri biss, il-prodotti mediċinali veterinarji kollha li jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità għandu jkollhom awtorizzazzjoni biex jiġu kummerċjalizzati. B’mod ġenerali, it-tilqim kollu użat fil-Komunità għandu jkollu l-awtorizzazzjoni biex jiġi kumerċjalizzat. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ prodott mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ikkumerċjalizzat fl-eventwalità ta’ epidemija serja suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004. It-tilqim kontra l-mard eżotiku u dak li qed jitfaċċa fl-annimali ta’ l-akkwakultura jista’ jikkwalifika għal tali deroga. |
(34) |
Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex ikun żgurat il-livell meħtieġ ta’ l-istat ta’ preparazzjoni biex jiġu ttrattati b’mod effettiv is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati ma’ tifqigħa waħda jew aktar ta’ mard eżotiku serju jew ta' mard serju li qed jitfaċċa li jaffetwa lill-akkwakultura, b’mod partikolari billi jiġu kkompilati pjanijiet kontinġenti biex jikkumbattuh. Tali pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jiġu riveduti u aġġornati b’mod regolari. |
(35) |
Fejn il-kontroll ta’ marda serja ta’ l-annimali akkwatiċi hija soġġetta għal miżuri Komunitarji armonizzati għall-qerda tal-mard, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (14). Kwalunkwe applikazzjoni għal appoġġ Komunitarju għandha tiġi soġġetta għal skrutinju fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(36) |
L-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin u l-prodotti tagħhom importati minn pajjiżi terzi m' għandhomx jippreżentaw periklu għas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali akkwatiċi fil-Komunità. Għal dak l-għan, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni ta’ l-introduzzjoni tal-mard epiżotiku. |
(37) |
Sabiex tiġi mħarsa s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità huwa meħtieġ li jiġi żgurat aktar li l-konsenji ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin li jgħaddu mill-Komunità jikkonformaw mal-kondizzjonijiet meħtieġa rilevanti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-ispeċi konċernata. |
(38) |
It-tqegħid fis-suq ta' annimali akkwatiċi ornamentali tinvolvi varjetà wiesgħa ta’ speċi, sikwit speċi tropikali, għal skopijiet ornamentali biss. Dawk l-annimali akkwatiċi ornamentali jinżammu normalment f’akkwarji jew vaski privati, ċentri ta' ġonna, jew f’akkwarji ta’ l-esibizzjonijiet, mhux f’kuntatt dirett ma’ l-ilmijiet Komunitarji. Għaldaqstant, l-annimali akkwatiċi ornamentali li jinżammu f’dawn il-kondizzjonijiet ma joħolqux l-istess riskju lil setturi Komunitarji oħra ta’ l-akkwakultura jew lil annimali salvaġġi. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għat-tqegħid fis-suq, il-vjaġġ u l-importazzjoni ta’ annimali akkwatiċi ornamentali, miżmuma f'tali kondizzjonijiet. |
(39) |
Madankollu, fejn l-annimali akkwatiċi ornamentali jinżammu barra minn sistemi magħluqa jew minn akkwarji, f’kuntatt dirett ma’ l-ilmijiet naturali tal-Komunità, dawn jistgħu joħolqu riskju sinifikanti għall-akkwakultura Komunitarja jew għall-annimali salvaġġi. Dak huwa partikolarment il-każ għall-popolazzjonijiet ta’ karpjuni (Cyprinidae), minħabba li ħut ornamentali popolari bħall-karpjuni koi huma suxxettibbli għal xi mard li jaffetwaw speċi oħrajn ta’ karpjuni mrobbija fil-Komunità jew li jinsabu fl-ambjent naturali tagħhom. F’tali każijiet, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ din id-Direttiva. |
(40) |
(40) It-twaqqif ta’ mezzi elettroniċi ta’ skambju ta’ informazzjoni huwa ta’ importanza kbira għas-simplifikazzjoni, għall-benefiċċju ta’ l-industrija ta’ l-akkwakultura u ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jintlaħaq dak l-obbligu, jenħtieġ li jiġu introdotti kriterji komuni. |
(41) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(42) |
Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta’ liġijiet (15), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, jillustraw il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasposizzjoni u jagħmluhom pubbliċi. |
(43) |
Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tipprovdi għall-approssimazzjoni tal-kunċetti, tal-prinċipji u tal-proċeduri li jifformaw bażi komuni għal-leġislazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(44) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni (16). |
(45) |
Huwa xieraq li tiġi aġġornata l-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-rigward ta' l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom. Għaldaqstant, id-Direttivi 91/67/KEE, 93/53/KEE u 95/70/KE għandhom jiġu revokati u sostitwiti minn din id-Direttiva, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi:
(a) |
il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni u l-ġarr ta' annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom; |
(b) |
il-miżuri minimi ta’ prevenzjoni bl-għan li jżidu l-konoxxenza u l-istat ta’ preparazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ta’ l-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ oħrajn relatati ma’ din l-industrija, għall-mard fl-annimali ta’ l-akkwakultura; |
(ċ) |
il-miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati f'każ ta' suspett jew tifqigħa ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi. |
2. L-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jieħdu miżuri aktar ibsin fil-qasam kopert mill-Artikolu 13 tal-Kapitolu II u mill-Kapitolu V, sakemm dawn il-miżuri ma jaffetwawx il-kummerċ ma’ l-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:
(a) |
annimali akkwatiċi ornamentali mrobbija f’akkwarji mhux kummerċjali; |
(b) |
annimali akkwatiċi salvaġġi miġbura jew maqbuda biex jiddaħħlu direttament fil-katina ta’ l-ikel; |
(ċ) |
annimali akkwatiċi maqbuda bl-għan tal-produzzjoni ta' fishmeal, ikel tal-ħut, għaż-żejt tal-ħut u prodotti simili. |
2. Il-Kapitolu II, it-Taqsimiet 1 sa 4 tal-Kapitolu III, u l-Kapitolu VII m’għandhomx japplikaw fejn annimali akkwatiċi ornamentali jinżammu fi ħwienet li jbigħu l-annimali, f’ċentri tal-ġonna, f'vaski tal-ġonna, f’akkwarji kummerċjali, jew għand dawk li jbigħu bl-imnut:
(a) |
mingħajr kwalunkwe kuntatt dirett ma’ l-ilmijiet naturali fil-Komunità; jew |
(b) |
li huma mgħammra b'impjant tat-trattament ta' l-ilma li jnaqqas ir-riskju ta' trasmissjoni ta' mard lejn ilmijiet naturali għal livell aċċettabbli. |
3. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien ta’ l-ispeċi jew l-introduzzjoni ta’ speċi li m'humiex indiġeni.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“akkwakultura” tfisser it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki maħsuba biex iżidu l-produzzjoni ta’ dawk l-organiżmi lil hinn mill-kapaċità naturali ta’ l-ambjent u fejn l-organiżmi jibqgħu l-propjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar matul l-istadji tat-trobbija jew tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ġbir; |
(b) |
“annimal ta’ l-akkwakultura” tfisser kwalunkwe annimal akkwatiku fl-istadji kollha ta' ħajtu, inklużi l-bajd u l-isperma/il-gameti, imrobbi f'farm jew f’żona tat-trobbija tal-molluski, inkluż kwalunkwe annimal akkwatiku mill-ambjent naturali intenzjonat għal farm jew għal żona tat-trobbija tal-molluski; |
(c) |
“in-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura” tfisser kull intrapriża, kemm jekk għall-profitt jew jekk le u kemm jekk pubblika jew privata, li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet relatati mat-trobbija, iż-żamma jew il-kultivazzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura; |
(d) |
“l-operatur tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex jiżguraw li jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva fin-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura taħt il-kontroll tagħhom; |
(e) |
“annimal akkwatiku” tfisser:
|
(f) |
“stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar” tfisser kwalunkwe negozju ta’ l-ikel approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene għal ikel li joriġina mill-annimali (17), għall-ipproċessar ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura għal skopijiet ta’ ikel, u awtorizzat skond l-Artikoli 4 u 5 ta’ din id-Direttiva; |
(g) |
“operatur ta’ stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex jiżguraw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jintlaħqu fl-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar taħt il-kontroll tagħhom; |
(h) |
“farm” tfisser kwalunkwe binja, żona magħluqa, jew installazzjoni mħaddma minn negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li fih jitrabbew l-annimali ta’ l-akkwakultura bil-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq, bl-eċċezzjoni ta' dawk fejn l-annimali akkwatiċi salvaġġi miġbura jew maqbuda bl-iskop li jittieklu mill-bniedem jinżammu temporanjament mingħajr ma jkunu mitmugħa waqt li jistennew li jitbiċċru; |
(i) |
“trobbija” tfisser it-trobbija ta' l-annimali ta' l-akkwakultura f'farm jew f’żona tat-trobbija tal-molluski; |
(j) |
“żoni tat-trobbija tal-molluski” tfisser żona għall-produzzjoni jew żona fejn jinżammu l-molluski li fiha joperaw in-negozji kollha tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura taħt sistema komuni ta’ bijosigurtà; |
(k) |
“annimal akkwatiku ornamentali” tfisser annimal akkwatiku li jinżamm, jitrabba, jew jitqiegħed fis-suq għal raġunijiet ornamentali biss; |
(l) |
“tqegħid fis-suq” tfisser il-bejgħ, inkluż l-offerta għall-bejgħ jew kwalunkwe forma oħra ta’ trasferiment, kemm jekk mingħajr ħlas u kemm jekk bil-ħlas, u kwalunkwe forma ta’ moviment ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura; |
(m) |
“żona tal-produzzjoni” tfisser kwalunkwe żona ta’ ilma ħelu, tal-baħar, żona estwarja, kontinentali jew laguna, li fiha saffi naturali ta’ molluski jew postijiet użati għall-koltivazzjoni ta’ molluski, u minn fejn jittieħdu l-molluski; |
(n) |
“meded ta’ ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu” tfisser għadajjar jew installazzjonijiet oħra fejn il-popolazzjoni tinżamm biss għas-sajd għal rikreazzjoni permezz ta' l-istokkjar mill-ġdid b'annimali ta' l-akkwakultura; |
(o) |
“żona fejn jinżammu l-molluski” tfisser kwalunkwe żona ta’ ilma ħelu, baħar, estwarju jew laguna b’limiti mmarkati b’mod ċar u indikati minn bagi, arbli jew kwalunkwe mezz fiss ieħor, u użata esklussivament għall-purifikazzjoni naturali tal-molluski ħajjin; |
(p) |
“annimal akkwatiku salvaġġ” tfisser annimal akkwatiku li mhux annimal ta' l-akkwakultura. |
2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
id-definizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I; |
(b) |
kif xieraq, id-definizzjonijiet stabbiliti rispettivament fi:
|
KAPITOLU II
NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA U STABBILIMENTI AWTORIZZATI TA’ L-IPPROĊESSAR
Artikolu 4
Awtorizzazzjoni għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u għall-istabbilimenti ta' l-ipproċessar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura huwa debitament awtorizzat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 5.
Fejn ikun xieraq, tali awtorizzazzjoni tista’ tkopri diversi negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura tal-molluski f’żona tat-trobbija tal-molluski.
Madankollu, ċentri ta' spedizzjoni, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili li jinsabu f’żona tat-trobbija tal-molluski għandu jkollhom awtorizzazzjoni individwali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull stabbiliment ta' l-ipproċessar li fih jinqatlu annimali ta' l-akkwakultura għal skopijiet ta' kontroll ta' mard, skond l-Artikolu 33 tal-Kapitolu V huwa debitament awtorizzat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 5.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u kull stabbiliment ta’ l-ipproċessar awtorizzat ikollu numru ta’ awtorizzazzjoni uniku.
4. B'deroga mill-ħtieġa ta' awtorizzazzjoni fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jkunu jeħtieġu biss ir-reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' dan li ġej:
(a) |
installazzjonijiet għajr ta' negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura, fejn jinżammu annimali akkwatiċi li ma jkunux maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq; |
(b) |
meded ta' ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu; |
(ċ) |
negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li jqiegħdu fis-suq annimali ta' l-akkwakultura biss għal konsum mill-bnedmin skond l-Artikolu 1.3 (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
F’dawk il-każijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw mutatis mutandis b'kont meħud tan-natura, il-karatteristiċi u s-sitwazzjonijiet ta’ l-installazzjoni, il-meded ta’ ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu jew in-negozju konċernati u r-riskju ta’ tifrix ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi lil popolazzjonijiet oħrajn ta’ annimali akkwatiċi bħala riżultat ta' l-operazzjoni tagħha.
5. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha taġixxi skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 5
Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet, kif previsti fl-Artikolu 4 (1) u (2), jingħataw biss mill-awtorità kompetenti jekk l-operatur tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura jew l-operatur ta’ l-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar:
(a) |
jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti ta’ l-Artikoli 8, 9 u 10; |
(b) |
għandu sistema stabbilita li tippermetti lill-operatur juri lill-awtorità kompetenti li dawk il-ħtiġiet rilevanti qed jiġu sodisfatti; u |
(ċ) |
jibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti, li għandha twettaq id-doveri stabbiliti fl-Artikolu 54(1). |
2. L-awtorizzazzjoni m'għandhiex tingħata jekk l-attività konċernata twassal għal riskju inaċċettabbli ta’ tixrid ta’ mard għall-farms, għaż-żoni tat-trobbija tal-molluski jew għall-annimali akkwatiċi salvaġġi fil-viċinanza tal-farm jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski.
Madanakollu, qabel ma tittieħed deċiżjoni biex tiġi rifjutata l-awtorizzazzjoni, għandhom jitqiesu l-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju, inkluż il-possibilta li jinstab post alternattiv għall-attività konċernata.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur tan-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura jew l-operatur ta’ l-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar jissottometti l-informazzjoni rilevanti kollha biex jippermetti lill-awtorità kompetenti tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni intlaħqux, inkluż l-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II.
Artikolu 6
Reġistru
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, iżommu aġġornat u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistru tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II.
Artikolu 7
Kontrolli uffiċjali
1. Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, kontrolli uffiċjali fuq negozji ta' produzzjoni ta' akkwakultura u stabbilimenti ta' proċessar awtorizzati għandhom jitwettqu mill-awtorità kompetenti.
2. Il-kontrolli uffiċjali previsti fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mill-inqas minn spezzjonijiet, żjajjar, verifiki, u fejn xieraq teħid ta' kampjuni regolari, għal kull negozju ta' produzzjoni ta' akkwakultura, wara li jittieħed kont tar-riskju li jinponi n-negozju ta' produzzjoni ta' akkwakultura u l-istabbiliment ta' proċessar awtorizzat fir-rigward tat-teħid u t-tixrid ta' mard. Rakkomandazzjonijiet għall-frekwenzi ta' tali kontrolli, li jiddependu fuq l-istatus tas-saħħa taż-żona jew il-kompartiment konċernati, huma stabbiliti fil-parti B ta' l-Anness III.
3. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 8
Reġistrazzjoni ta’ l-obbligi - Rintraċċabiltà
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura jżommu reġistru dwar:
(a) |
il-movimenti kollha ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom, lejn il-farm jew ’il barra mill-farm jew miż-żona tat-trobbija tal-molluski; |
(b) |
il-mortalità f’kull unità epidemjoloġika kif ikun rilevanti għat-tip ta’ produzzjoni; u |
(ċ) |
ir-riżultati ta’ l-iskema ta’ sorveljanza tas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskju prevista fl-Artikolu 10. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar iżommu reġistru dwar il-movimenti kollha ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom, lejn u ’l barra minn dawn l-istabbilimenti.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta qed jiġu trasportati l-annimali ta’ l-akkwakultura, it-trasportaturi jżommu reġistru dwar:
(a) |
il-mortalità waqt it-trasport, kif inhu prattiku għat-tip ta’ trasport u għall-ispeċi li qed jiġu trasportati; |
(b) |
il-farms, iż-żoni tat-trobbija tal-molluski u l-istabbilimenti għall-ipproċessar li jkun żar il-mezz ta' trasport; u |
(ċ) |
kwalunkwe skambju ta’ l-ilma matul it-trasport, b’mod partikolari s-sorsi ta’ ilma ġdid u l-post tal-ħruġ ta’ l-ilma. |
4. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rintraċċabiltà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-movimenti kollha ta' l-annimali li jiġu rreġistrati mill-operaturi tan-negozju tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura kif previst fil-paragrafu 1 (a) jiġu rreġistrati b'tali mod li l-ittraċċar tal-post ta' l-oriġini u d-destinazzjoni jkun garantit. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li tali movimenti jiġu rreġistrati f'reġistru nazzjonali u miżmuma f'forma kkompjuterizzata.
Artikolu 9
Prattika tajba ta’ l-iġjene
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar jimplimentaw prattika ta’ iġjene tajba, kif ikun rilevanti għall-attività konċernata, biex ma jitħalliex jiddaħħal jew jinxtered il-mard.
Artikolu 10
Skema ta' sorveljanza tas-saħħa ta’ l-annimali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skema ta’ sorveljanza għas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskju tiġi applikata fil-farms u fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski kollha, kif ikun xieraq għat-tip ta’ produzzjoni.
2. L-iskema ta' sorveljanza għas-saħħa ta’ l-annimali bbażata fuq ir-riskju msemmija f' paragrafu 1 għandu jkollha l-għan li tiskopri:
(a) |
kwalunkwe żieda fil-mortalità fil-farms u fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski kollha kif ikun xieraq għat-tip ta’ produzzjoni; u |
(b) |
il-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV, fil-farms u fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski fejn hemm preżenti speċi suxxettibbli għal dak il-mard. |
3. Rakkomandazzjonijiet għall-frekwenzi ta' tali skemi ta' sorveljanza tas-saħħa ta' l-annimali, li jiddependu fuq l-istatus tas-saħħa taż-żona jew il-kompartiment konċernati, huma stabbiliti fil-parti B ta' l-Anness III. Din is-sorveljanza għandha tapplika mingħajr preġudizzju għat-teħid ta' kampjuni u s-sorveljanza mwettqa skond il-Kapitolu V jew l-Artikolu 49(3), l-Artikolu 50(4) u l-Artikolu 52.
4. L-iskema ta' sorveljanza tas-saħħa ta' l-annimali bbażata fuq ir-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont ta' linji gwida mfasslin mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
5. Fid-dawl tar-riżultat ta' kontrolli uffiċjali mwettqa skond l-Artikolu 7 u tar-riżultat tal-kontrolli Komunitarji mwettqa skond l-Artikolu 58, u ta' kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-operat ġenerali tas-sorveljanza tas-saħħa ta' l-annimali bbażata fuq ir-riskju fl-Istati Membri. Dan ir-rapport jista, fejn xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta xierqa, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
IL-ĦTIĠIET TAT-TQEGĦID FIS-SUQ GĦAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI TA’ L-AKKWAKULTURA U TAL-PRODOTTI TAGĦHOM
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 11
Kamp ta' applikazzjoni
1. Sakemm mhux previst mod ieħor, dan il-Kapitolu għandu japplika biss għall-mard u għall-ispeċi suxxettibbli għalih elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom jitqiegħdu fis-suq għal skopijiet xjentifiċi, li m’humiex konformi ma’ dan il-Kapitolu taħt is-sorveljanza stretta ta’ l-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tali tqegħid fis-suq ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa fir-rigward tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV ta’ l-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni jew fil-postijiet ta' transitu.
Kwalunkwe tali moviment bejn l-Istati Membri m’għandux isir jekk qabel ma jkunux ġew innotifikati l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati.
Artikolu 12
Ħtiġiet ġenerali biex l-annimali ta’ l-akkwakultura jitqiegħdu fis-suq
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta' l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni fir-rigward tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
2. Regoli dettaljati dwar il-moviment ta' annimali akkwatiċi qed jiġu stabbiliti f'dan il-Kapitolu, b'mod partikolari rigward movimenti bejn Stati Membri, żoni u kompartimenti bi status tas-saħħa differenti, kif imsemmi fil-parti A ta' l-Anness III.
Artikolu 13
Ħtiġiet għall-prevenzjoni tal-mard fir-rigward tat-trasport
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tal-mard jiġu applikati matul it-trasport ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura biex ma jitbiddilx l-istatus tas-saħħa ta’ dawk l-annimali matul it-trasport, u biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-mard; u |
(b) |
l-annimali ta’ l-akkwakultura jiġu trasportati taħt kondizzjonijiet li la jbiddlu l-istatus tas-saħħa tagħhom u lanqas jipperikolaw l-istatus tas-saħħa tal-post tad-destinazzjoni, u fejn huwa xieraq, tal-postijiet ta' transitu. |
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-mard u għall-ispeċi suxxettibbli għalih li m’humiex elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe skambju ta’ l-ilma waqt it-trasport isir f’postijiet u taħt kondizzjonijiet li ma jipperikolawx l-istatus tas-saħħa ta’:
(a) |
l-annimali ta’ l-akkwakultura li qed jiġu trasportati; |
(b) |
kwalunkwe annimal akkwatiku fil-post fejn isir l-iskambju ta’ l-ilma; u |
(ċ) |
l-annimali akkwatiċi fil-post tad-destinazzjoni. |
Artikolu 14
Ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta' annimali ta' l-akkwakultura jkun soġġett għal ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali meta l-annimali jiddaħħlu fi Stat Membru, żona jew kompartiment li jkun iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikoli 49 u 50 jew soġġett għal sorveljanza, jew programm għall-qerda tal-mard skond l-Artikolu 44(1) jew (2) għal:
(a) |
skopijiet ta' trobbija u l-istokkjar mill-ġdid; jew |
(b) |
aktar ipproċessar qabel il-konsum mill-bniedem, sakemm:
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li t-tqegħid fis-suq ta' annimali ta' l-akkwakultura huwa soġġett għal ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali meta l-annimali jitħallew joħorġu minn żona soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' kontroll previsti fit-taqsimiet 3, 4, 5 u 6 tal-Kapitolu V.
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-mard u għall-ispeċi suxxettibbli għalih li m’humiex elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
3. Il-movimenti li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal notifika taħt is-sistema kompjuterizzata (TRACES) prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 90/425/KEE:
(a) |
movimenti ta' annimali akkwatiċi bejn Stati Membri fejn iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali hija meħtieġa skond il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu; u |
(b) |
il-movimenti l-oħrajn kollha ta' annimali ta' l-akkwakultura ħajjin għal skopijiet ta' trobbija jew għall-istokkjar mill-ġdid bejn Stati Membri fejn l-ebda ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' annimali ma hija meħtieġa taħt din id-Direttiva. |
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw is-sistema kompjuterizzata kif previst fil-paragrafu 3, biex jirintraċċaw movimenti li jseħħu b'mod sħiħ fi ħdan it-territorju tagħhom.
TAQSIMA 2
annimali ta' l-akkwakultura intenzjonati għat-trobbija u għall-istokkjar mill-ġdid
Artikolu 15
Ħtiġiet ġenerali għat-tqegħid fis-suq ta' l-annimali ta’ l-akkwakultura għat-trobbija u għall-istokkjar mill-ġdid
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta' l-akkwakultura mqiegħda fis-suq biex jitrabbew huma:
(a) |
klinikament b'saħħithom; u |
(b) |
mhux ġejjin minn farm jew żona tat-trobbija tal-molluski fejn hemm kwalunkwe żieda mhux spjegata ta' mortalità. |
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fejn għandhom x’jaqsmu l-mard u l-ispeċi suxxettibbli għalih li m’humiex elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
2. B'deroga mill-paragrafu 1(b), l-Istati Membri jistgħu jippermettu tali tqegħid fis-suq, ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju, kemm-il darba l-annimali joriġinaw minn parti tal-farm jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski li tkun indipendenti mis-sezzjoni epidemjoloġika fejn tkun seħħet ż-żieda fil-mortalità.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta’ l-akkwakultura intenzjonati għall-qerda jew għat-tbiċċir skond il-miżuri ta' kontroll tal-mard previsti fil-Kapitolu V ma jitqiegħdux fis-suq għal finijiet ta' trobbija jew għall-istokkjar mill-ġdid.
4. L-annimali ta’ l-akkwakultura jistgħu jitħallew liberi biss fl-ambjent naturali tagħhom għal finijiet ta' l-istokkjar mill-ġdid jew f’“meded ta’ ilma fejn isir is-sajd tqiegħed u tieħu” jekk huma:
(a) |
jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-paragrafu 1; u |
(b) |
ġejjin minn farm jew minn żona tat-trobbija tal-molluski bi status tas-saħħa kif imsemmi f'parti A ta' l-Anness III, li mill-inqas ikun ekwivalenti għall-istatus tas-saħħa ta’ l-ilmijiet li fihom huma għandhom jinħelsu. |
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-annimali ta' l-akkwakultura għandhom jiġu minn żona jew kompartiment iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikoli 49 jew 50. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li japplikaw dan il-paragrafu għal programmi mfassla u applikati skond l-Artikolu 43.
Artikolu 16
Introduzzjoni ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ta’ speċi suxxettibbli għal marda speċifika f’żoni ħielsa minn dik il-mard
1. Sabiex jiġu introdotti għat-trobbija jew għall-istokkjar mill-ġdid fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn marda speċifika skond l-Artikoli 49 jew 50 l-annimali ta' l-akkwakultura ta' speċi suxxettibbli għal dik il-marda għandhom joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor ukoll iddikjarat ħieles minn dik il-marda.
2. Fejn jista' jkun iġġustifikat b'mod xjentifiku li l-ispeċi suxxettibbli għal marda speċifika f’ċerti stadji tal-ħajja ma jxerrdux dik il-marda, il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal dawn l-istadji tal-ħajja.
Lista ta’ l-ispeċi u ta’ l-istadji tal-ħajja li għalihom jista’ japplika l-ewwel subparagrafu, għandha tiġi adottata u meta jkun meħtieġ emendata biex jittieħed kont ta' l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 17
Introduzzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin ta’speċi li jgħaddu l-mard (“vector species”) għal ġo żoni ħielsa mill-mard
1. Fejn id-data xjentifika jew l-esperjenza prattika tissostanzja li speċi oħrajn li m'humiex dawk imsemmija fil-Parti II ta’ l-Anness IV jistgħu jkunu responsabbli għat-trasmissjoni ta’ marda speċifika billi jaġixxu bħala speċi li jgħaddu l-mard, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn jiġu introdotti għal finijiet ta' trobbija jew ta' l-istokkjar mill-ġdid ġo Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarati ħielsa minn dik il-marda speċifika skond l-Artikoli 49 jew 50, tali speċi li jgħaddu l-mard għandhom:
(a) |
joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles minn dik il-marda speċifika; jew |
(b) |
jinżammu f'faċilitajiet ta' kwarantina f'ilma ħieles mill-patoġenu konċernat, għal perijodu ta' żmien xieraq, fejn, fid-dawl tad-data xjentifika jew ta' l-esperjenza prattika provduta, dan juri li huwa suffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju ta' trasmissjoni tal-marda speċifika għal livell aċċettabbli għall-prevenzjoni tat-trasmissjoni tal-marda konċernata. |
2. Lista ta' l-ispeċi li jgħaddu l-mard u l-istadji tal-ħajja ta' tali speċi li għalihom japplika dan l-Artikolu u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li taħthom dawk l-ispeċi jistgħu jittrasmettu marda, għandhom jiġu adottati, u meta meħtieġ emendati b'kont meħud ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
3. Sakemm ikun hemm l-inklużjoni possibbli ta' speċi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3), li tippermetti lill-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1.
TAQSIMA 3
annimali ta' l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom intenzjonati għall-konsum mill-bniedem
Artikolu 18
Annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom mqiegħda fis-suq għal proċessar ulterjuri qabel il-konsum mill-bniedem
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta’ l-akkwakultura ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal marda waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, u l-prodotti tagħhom, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq għal proċessar ulterjuri fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn dak il-mard skond l-Artikoli 49 jew 50, jekk huma jikkonformaw ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
huma joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles mill-marda konċernata. |
(b) |
huma jiġu pproċessati fi stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar taħt kondizzjonijiet li ma jħallux li l-mard jinxtered. |
(ċ) |
fir-rigward ta' ħut: huma jitbiċċru u jitnaddfu mill-ġewwieni tagħhom qabel l-ispedizzjoni tagħhom; jew |
(d) |
fir-rigward ta' molluski u krustaċji: huma jintbagħtu bħala prodotti mhux proċessati jew proċessati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV li jitqiegħdu fis-suq għal proċessar ulterjuri fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn dak il-mard skond l-Artikoli 49 jew 50, jistgħu jinħażnu biss b’mod temporanju fil-post ta’ l-ipproċessar jekk:
(a) |
huma joriġinaw minn Stat Membru, żona jew kompartiment ieħor iddikjarat ħieles mill-marda konċernata; jew |
(b) |
huma jinżammu temporanjament f’ċentri ta' spedizzjoni, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili mgħammra b’sistema li tittratta l-ħmieġ mitfugħ ’il barra li tista’ tagħmel lill-patoġeni konċernati inattivi, jew fejn il-ħmieġ huwa soġġett għal tipi oħra ta’ trattament li jnaqqsu r-riskju tat-tixrid tal-mard fl-ilmijiet naturali għal livell aċċettabbli. |
Artikolu 19
Annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom imqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem mingħajr proċessar ulterjuri
1. Din it-Taqsima m’għandhiex tapplika fejn l-annimali ta’ l-akkwakultura, ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, jew il-prodotti tagħhom, jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem mingħajr proċessar ulterjuri, sakemm dawn jiġu ppakkjati f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut li huma konformi mad-dispożizzjonijiet għall-ippakkjar u għat-twaħħil tat-tikketti previsti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.
2. Fejn molluski u krustaċji ħajjin ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, huma miżmuma temporanjament f'ilmijiet Komunitarji, jew introdotti f’ċentri ta' spedizzjoni, ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili, għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 18(2).
TAQSIMA 4
Annimali akkwatiċi salvaġġi
Artikolu 20
Ħelsien ta’ annimali akkwatiċi salvaġġi fi Stati Membri, żoni jew kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard
1. Annimali akkwatiċi salvaġġi ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mardiet elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness III maqbuda fi Stat Membru jew żona jew kompartiment li mhux iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikoli 49 jew 50, għandhom jitpoġġew fi kwarantina taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti f’faċilitajiet xierqa, għal perijodu ta’ żmien suffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-mard għal livell aċċettabbli, qabel ma dawn ikunu jistgħu jinħelsu f’farm jew f'żona tat-trobbija tal-molluski li jinstabu fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles mill-marda konċernata skond l-Artikoli 49 jew 50.
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu prattika tradizzjonali estensiva ta’ l-akkwakultura fil-laguni, mingħajr il-kwarantina prevista fil-paragrafu 1, sakemm issir valutazzjoni tar-riskju u r-riskju jitqies bħala li mhux ogħla minn dak li huwa mistenni mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1.
TAQSIMA 5
annimali akkwatiċi ornamentali
Artikolu 21
Tqegħid fis-suq ta' annimali akkwatiċi ornamentali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqegħid fis-suq ta' annimali akkwatiċi ornamentali ma jipperikolax l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fir-rigward tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
2. Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll fir-rigward ta' mard mhux elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
KAPITOLU IV
INTRODUZZJONI TA’ ANNIMALI TA’ L-AKKWAKULTURA U L-PRODOTTI TAGĦHOM FIL-KOMUNITÀ MINN PAJJIŻI TERZI
Artikolu 22
Il-ħtiġiet ġenerali għall-introduzzjoni ta’-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom minn pajjiżi terzi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom jiġu introdotti fil-Komunità biss minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta’ pajjiżi terzi li jidhru fuq lista ppreparata u aġġornata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 23
Listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-introduzzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom
1. Pajjiż terz, jew parti minn pajjiż terz, għandu jidher fuq il-lista prevista fl-Artikolu 22, biss jekk valutazzjoni Komunitarja ta’ dak il-pajjiż, jew dik il-parti ta’ pajjiż terz, tkun uriet li l-awtorità kompetenti tipprovdi garanziji xierqa fir-rigward ta’ konformità mal-ħtiġiet rilevanti għas-saħħa ta’ l-annimali tal-leġislazzjoni Komunitarja.
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jekk tkunx meħtieġa spezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 58(2) biex tikkompleta l-valutazzjoni tal-pajjiż terz, jew ta' parti mill-pajjiż terz, prevista fil-paragrafu 1.
3. Fil-kompilazzjoni jew l-aġġornament tal-listi previsti fl-Artikolu 22, għandu jittieħed kont b'mod partikolari ta':
(a) |
il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz; |
(b) |
l-organizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti u s-servizzi ta’ spezzjoni tagħha fil-pajjiż terz, is-setgħat ta’ dawn is-servizzi, is-sorveljanza li huma soġġetti għaliha, u l-mezzi li għandhom disponibbli, inkluż il-kapaċità tal-persunal, għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tagħhom b’mod effettiv; |
(ċ) |
il-ħtiġiet għas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fis-seħħ li japplikaw għall-produzzjoni, il-manifattura, il-maniġġar, il-ħażna u l-ispedizzjoni ta’ annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin intenzjonati għall-Komunità; |
(d) |
l-assigurazzjonijiet li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tista’ tagħti fir-rigward ta’ konformità jew ekwivalenza mal-kondizzjonijiet rilevanti għas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi; |
(e) |
kwalunkwe esperjenza ta’ bejgħ ta’ annimali ta’ l-akkwakultura ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll imwettaq fuq l-importazzjoni; |
(f) |
ir-riżultati tal-valutazzjoni Komunitarja, b’mod partikolari r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat jew, fil-każ li l-Kummissjoni titlob dan, ir-rapport sottomess mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz dwar kwalunkwe spezzjoni mwettqa; |
(g) |
l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi mrobbija u l-annimali salvaġġi fil-pajjiż terz, b’kunsiderazzjoni partikolari tal-mard eżotiku ta’ l-annimali u kwalunkwe aspett tas-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-pajjiż li jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi fil-Komunità; |
(h) |
ir-regolarità, il-ħeffa u l-eżattezza li bihom il-pajjiż terz jipprovdi l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ mard infettiv jew li jittieħed ta’ l-annimali akkwatiċi fit-territorju tiegħu, b’mod partikolari l-mard li għandu jkun innotifikat elenkat mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali (OIE); u |
(i) |
ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni minn pajjiżi oħra. |
4. Il-Kummissjoni għandha tirranġa biex il-listi kollha jkunu kompilati jew aġġornati skond l-Artikolu 22 u magħmula disponibbli għall-pubbliku.
5. Il-listi kompilati skond l-Artikolu 22 jistgħu jingħaqdu ma’ listi oħra kompilati għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika.
Artikolu 24
Dokumenti
1. Il-konsenji kollha ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom għandu jkollhom magħhom dokument b'ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali kif dawn jidħlu fil-Komunità.
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għandu jiċċertifika li l-konsenja tissodisfa:
(a) |
il-ħtiġiet stabbiliti għal tali merkanzija taħt din id-Direttiva; u |
(b) |
kwalunkwe kondizzjoni speċjali għall-importazzjoni stabbilita skond l-Artikolu 25(a). |
3. Id-dokument jista’ jinkludi dettalji meħtieġa taħt dispożizzjonijiet oħrajn tal-leġislazzjoni Komunitarja għas-saħħa pubblika u għas-saħħa ta’ l-annimali.
Artikolu 25
Regoli dettaljati
Fejn huwa meħtieġ regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2). Dawn ir-regoli jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari:
(a) |
kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni għal kull pajjiż terz, għal partijiet minnhom jew għal gruppi ta’ pajjiżi terzi; |
(b) |
il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi u partijiet minnhom fir-rigward tal-mard ta’ l-annimali akkwatiċi; |
(ċ) |
l-użu ta’ dokumenti elettroniċi; |
(d) |
mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali u dokumenti oħra; u |
(e) |
proċeduri u ċertifikazzjoni għall-ġarr. |
KAPITOLU V
NOTIFIKA U MIŻURI MINIMI GĦALL-KONTROLL TAL-MARD TA’ L-ANNIMALI AKKWATIĊI
TAQSIMA 1
Notifika ta' mard
Artikolu 26
Notifika nazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
fejn hemm kwalunkwe raġuni biex wieħed jissusspetta l-preżenza ta’ marda elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV, jew il-preżenza ta’ tali marda tiġi kkonfermata f’annimali akkwatiċi, is-suspett u/jew il-konferma tiġi notifikata immedjatament lill-awtorità kompetenti; u |
(b) |
meta tiżdied il-mortalità fl-annimali ta’ l-akkwakultura, il-mortalità tiġi notifikata immedjatament lill-awtorità kompetenti jew lil veterinarju privat għal aktar investigazzjonijiet. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi biex jinnotifikaw il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu imposti fuq:
(a) |
il-propjetarju u kwalunkwe persuna li tieħu ħsieb l-annimali akkwatiċi; |
(b) |
kwalunkwe persuna li takkompanja lill-annimali ta’ l-akkwakultura waqt it-trasport; |
(ċ) |
min jeżerċita l-professjoni veterinarja u professjonisti oħra involuti fis-servizzi tas-saħħa ta’ l-annimali akkwatiċi; |
(d) |
veterinarji uffiċjali, persunal anzjani tal-laboratorji veterinarji jew ta’ laboratorji oħra uffiċjali jew privati; u |
(e) |
kwalunkwe persuna oħra relatata mal-ħidma ma’ l-annimali akkwatiċi ta’ l-ispeċi suxxettibbli jew il-prodotti ta’ tali annimali. |
Artikolu 27
Notifika ta’ l-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta’ l-EFTA
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ta’ l- EFTA fi żmien 24 siegħa fil-każ ta’ konferma ta’:
(a) |
marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV; |
(b) |
marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fejn l-Istat Membru konċernat, żona jew kompartiment ikun ġie ddikjarat ħieles minn dik il-marda. |
TAQSIMA 2
Suspett ta’ marda elenkata - Investigazzjoni epizootika
Artikolu 28
Miżuri inizjali ta’ kontroll
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ suspett ta’ marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV jew, fil-każ ta’ suspett ta’ marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fl-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti bi status tas-saħħa tal-kategorija I jew III kif imsemmi fil-parti A ta' l-Anness III, għall-marda konċernata:
(a) |
għandhom jittieħdu u jiġu eżaminati kampjuni xierqa f’laboratorju magħżul skond l-Artikolu 57; |
(b) |
sakemm joħroġ ir-riżultat ta’ l-eżami previst fil-punt (a):
|
Artikolu 29
Investigazzjoni epiżootika
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjoni epiżootika mibdija skond l-Artikolu 28 (b) iii) titwettaq fejn l-eżami previst fl-Artikolu 28 (a) juri l-preżenza ta':
(a) |
marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi kwalunkwe Stat Membru; jew |
(b) |
marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta' l-Anness IV fi Stati Membri, żoni jew kompartamenti bi status tas-saħħa tal-kategorija I jew III, kif imsemmi fil-parti A ta' l-Anness III, għall-marda konċernata. |
2. L-investigazzjoni epiżootika prevista fil-paragrafu 1 għandha timmira li:
(a) |
tiddetermina l-oriġini u l-mezzi ta’ kontamizazzjoni possibbli; |
(b) |
tinvestiga jekk xi annimali ta’ l-akkwakultura ħallewx il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski matul il-perijodu rilevanti qabel in-notifika tas-suspett previst fl-Artikolu 26(1); |
(ċ) |
tinvestiga jekk ġewx kontaminati farms oħra. |
3. Fejn l-investigazzjoni epiżootika prevista fil-paragrafu 1 turi li l-marda setgħet ġiet introdotta f’wieħed jew aktar mill-farms, miż-żoni tat-trobbija tal-molluski jew mill-ilmijiet mhux magħluqa, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li l-miżuri previsti fl-Artikolu 28 jiġu applikati f’tali farms, żoni tat-trobbija tal-molluski jew ilmijiet mhux magħluqa.
Fil-każ ta’ żoni estensivi fejn jinġabar l-ilma jew ta’ żoni mal-kosta, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tillimita l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 28 għal żona inqas estensiva fil-viċinità tal-farm, jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski suspettata li hija infettata, fejn tqis li din iż-żona inqas estensiva hija kbira biżżejjed biex tiggarantixxi li l-marda ma tinfirixx.
4. Fejn huwa meħtieġ, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi fil-qrib għandha tiġi informata bil-każ suspettat tal-marda.
F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri involuti għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa biex japplikaw il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu fit-territorju tagħhom.
Artikolu 30
Tneħħija tar-restrizzjonijiet
L-awtorità kompetenti għandha tneħħi r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28 (b) fejn l-eżami previst fil-punt (a) ta’ dak l-Artikolu ma jirnexxilux juri l-preżenza tal-marda.
TAQSIMA 3
miżuri minimi ta’ kontroll fil-każ ta’ konferma ta’ mard eżotiku fl-annimali ta’ l-akkwakultura
Artikolu 31
Dispożizzjoni preliminari
Din it-Taqsima għandha tapplika fil-każ ta’ konferma ta’ marda eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV f'annimali ta’ l-akkwakultura.
Artikolu 32
Miżuri ġenerali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski tkun uffiċjalment iddikjarata bħala infettata; |
(b) |
tiġi stabbilita żona tat-trażżin adatta għall-marda konċernata, inkluża żona għall-protezzjoni u żona għas-sorveljanza, madwar il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski ddikjarata infettata; |
(ċ) |
ma jsir l-ebda stokkjar mill-ġdid u l-ebda annimal ta’ l-akkwakultura ma jiddaħħal ’il ġewwa, jiċċaqlaq jew jinħareġ miż-żona tat-trażżin sakemm dan mhux awtorizzat mill-awtorità kompetenti; u |
(d) |
tiġi implimentata kwalunkwe miżura addizzjonali meħtieġa għall-prevenzjoni ta' iktar tixrid tal-marda. |
Artikolu 33
Ġbir u proċessar ulterjuri
1. Annimali ta’ l-akkwakultura li laħqu d-daqs kummerċjali u ma juru l-ebda sinjal kliniku ta' mard jistgħu jinġabru taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti għall-konsum mill-bniedem jew għal proċessar ulterjuri.
2. Il-ġbir, l-introduzzjoni f’ċentri ta' spedizzjoni jew f’ċentri ta' purifikazzjoni, ta’ proċessar ulterjuri u għal kwalunkwe ħidma oħra relatata involuta fil-preparazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura biex jiddaħħlu fil-katina ta’ l-ikel għandu jitwettaq taħt kondizzjonijiet li ma jħallux li jinxtered il-patoġen responsabbli għall-ikkawżar tal-marda.
3. Iċ-ċentri ta' spedizzjoni, iċ-ċentri ta' purifikazzjoni jew negozji simili għandhom jiġu mgħammra b’sistema li tittratta l-ħmieġ kapaċi li tagħmel inattiv lill-patoġen responsabbli għall-ikkawżar tal-marda, jew fejn il-ħmieġ għandu jkun soġġett għal tipi oħra ta’ trattament li jnaqqsu r-riskju tat-tixrid ta’ mard fl-ilmijiet naturali għal livell aċċettabbli.
4. Proċessar ulterjuri għandu jitwettaq fi stabbilimenti awtorizzati tal-proċessar.
Artikolu 34
Tneħħija u rimi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħut u l-krustaċji mejta, kif ukoll il-ħut u l-krustaċji ħajjin li juru sinjali kliniċi ta’ mard jitneħħew u jintremew taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (19), malajr kemm jista’ jkun skond il-pjan ta’ kontinġenza previst fl-Artikolu 47 ta’ din id-Direttiva.
2. L-annimali ta’ l-akkwakultura li ma laħqux id-daqs kummerċjali u ma jurux sinjali kliniċi ta’ mard għandhom, fi spazju ta’ żmien xieraq b'kont meħud tat-tip ta’ produzzjoni u r-riskju li tali annimali joħolqu għal aktar tixrid tal-marda, jitneħħew u jintremew taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u l-pjan ta’ kontinġenza previst fl-Artikolu 47 ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 35
Mistrieħ
Fejn huwa possibbli, farm jew żona tat-trobbija tal-molluski nfettata għandha tgħaddi minn perijodu xieraq ta’ mistrieħ wara li titbattal u, fejn huwa xieraq, titnaddaf u tiġi diżinfettata.
Għal farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li jrabbu annimali ta’ l-akkwakultura li m'humiex suxxettibbli għall-marda konċernata, id-deċiżjonijiet rigward il-mistrieħ għandhom jiġu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju.
Artikolu 36
Ħarsien ta’ l-annimali akkwatiċi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux li l-marda tinxtered fost annimali akkwatiċi oħra.
Artikolu 37
Tneħħija tal-miżuri
Il-miżuri previsti f’din it-Taqsima għandhom jinżammu sakemm:
(a) |
il-miżuri għall-qerda tal-mard previsti f’din it-Taqsima jkunu twettqu; |
(b) |
it-teħid tal-kampjuni u s-sorveljanza kif inhuma xierqa għall-marda konċernata u għat-tipi ta’ negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura affettwati jkunu twettqu fiż-żona tat-trażżin b’riżultati negattivi. |
TAQSIMA 4
Miżuri minimi ta’ kontroll fil-każ ta’ konferma ta’ mard mhux eżotiku f'annimali ta’ l-akkwakultura
Artikolu 38
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Fil-każ ta’ konferma ta’ marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi Stat Membru, żona jew kompartiment iddikjarat ħieles minn dik il-marda, l-Istat Membru konċernat għandu jew
(a) |
japplika l-miżuri previsti fit-Taqsima 3 sabiex jerġa' jikseb tali status ta' ħelsien mill-mard, jew |
(b) |
ifassal programm għall-qerda tal-mard skond l-Artikolu 44 (2). |
2. B' deroga mill-Artikolu 34(2), fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika l-miżuri previsti fit-Taqsima 3, huwa jista' jippermetti li annimali li huma klinikament b'saħħithom jitrabbew sad-daqs mistenni għat-tqegħid fis-suq qabel jinqatlu għall-konsum mill-bniedem jew jiġu mċaqilqa għal żona jew kompartiment infettat ieħor. F'tali każijiet, għandhom jittieħdu miżuri għat-tnaqqis u safejn ikun possibbli, għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-marda.
3. Fejn l-Istat Membru konċernat ma jixtieqx li jerġa’ jikseb status ta' ħelsien mill-mard, għandu japplika l-Artikolu 39.
Artikolu 39
Miżuri għat-trażżin
Fil-każ ta’ konferma ta’ marda mhux eżotika elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi Stat Membru, żona jew kompartiment mhux iddikjarat ħieles minn dik il-marda, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri biex irażżan il-marda.
Dawk il-miżuri għandhom ta’ l-inqas jikkonsistu minn:
(a) |
dikjarazzjoni li l-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski huma infettati; |
(b) |
it-twaqqif ta’ żona tat-trażżin adattata għall-marda konċernata, inklużi żona għall-protezzjoni u żona għas-sorveljanza madwar il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski ddikjarata bħala infettata; |
(ċ) |
restrizzjoni tal-moviment ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura miż-żona tat-trażżin safejn dawn l-annimali jistgħu biss:
|
(d) |
it-tneħħija u r-rimi tal-ħut u tal-krustaċji mejtin, taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, f’perijodu ta’ żmien xieraq b'kont meħud tat-tip ta’ produzzjoni u r-riskju li dawn l-annimali mejtin joħolqu għal aktar tixrid tal-marda. |
TAQSIMA 5
Miżuri Minimi ta’ kontroll fiL-każ ta’ konferma tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV f'annimali akkwatiċi salvaġġi
Artikolu 40
Kontroll tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV f'annimali akkwatiċi salvaġġi
1. Fejn annimali akkwatiċi salvaġġi jkunu infettati jew hemm suspett li huma infettati b’mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV, l-Istat Membru konċernat għandu jissorvelja s-sitwazzjoni, u jieħu miżuri biex inaqqas, u sa fejn ikun possibbli, ma jħallix li l-marda tinxtered aktar.
2. Fejn annimali akkwatiċi salvaġġi jkunu infettati jew hemm suspett li huma infettati b’mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment iddikjarat ħieles minn dik il-marda, l-Istat Membru għandu jissorvelja wkoll is-sitwazzjoni u jieħu miżuri biex inaqqas, u sa fejn ikun possibbli, ma jħallix li l-marda tinxtered aktar.
3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-Kumitat msemmi fl-Artikolu 62(1) bil-miżuri li jkunu ħadu skond il-paragrafi 1 u 2.
TAQSIMA 6
miżuri ta’ kontroll f'każ ta’ mard li qed jitfaċċa
Artikolu 41
Mard emerġenti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkontrollaw sitwazzjoni ta' marda emerġenti u biex dik il-marda ma titħalliex tinxtered, fejn il-marda emerġenti konċernata għandha l-potenzjal li tqiegħed f'periklu s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ annimali akkwatiċi.
2. Fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ marda emerġenti, l-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta’ l-EFTA mingħajr dewmien fejn is-sejbiet huma ta' sinifikat epidemjoloġiku għal Stat Membru ieħor.
3. Fi żmien erba' ġimgħat minn meta jkunu ġew informati l-Istati Membri l-oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ta' l-EFTA kif meħtieġ fil-paragrafu 2, il-kwistjoni għandha titressaq għall-attenzjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(1). Il-miżuri meħudin mill-Istat Membru konċernat skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu estiżi, emendati jew imħassra skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
4. Fejn xieraq il-lista mniżżla fil-Parti II ta' l-Anness IV għandha tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) sabiex tinkludi l-marda emerġenti konċernata jew speċi ospitanti ġdida suxxettibbli għal marda li tkun diġà elenkata f'dak l-Anness.
TAQSIMA 7
Miżuri alternattivi u dispożizzjonijiet nazzjonali
Artikolu 42
Proċedura biex jiġu adottati miżuri epidemjoloġiċi ad hoc għall-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV
Tista’ tiġi adottata Deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) biex tiġi awtorizzata l-implimentazzjoni ta’ miżuri ad hoc għal perijodu ta’ żmien limitat, taħt il-kondizzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni epidemjoloġika fejn:
(a) |
il-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu jinstabu li m'humiex adattati għas-sitwazzjoni epidemjoloġika; jew |
(b) |
il-marda tidher li qed tinfirex minkejja l-miżuri meħuda skond dan il-Kapitolu. |
Artikolu 43
Dispożizzjonijiet biex jiġi limitat l-impatt tal-mard mhux elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV
1. Fejn marda li mhix elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness IV tikkostitwixxi riskju sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali ta' l-akkwakultura jew annimali akkwatiċi salvaġġi fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat jista’ jieħu miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni ta' jew il-kontroll ta' dik il-marda.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri ma jeċċedux il-limiti ta' dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jipprevjenu l-introduzzjoni ta' jew il-kontroll tal-marda.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1 li tista' taffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawk il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
3. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tingħata biss fejn l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet ta' kummerċ intra-Komunitarju huwa meħtieġ jipprevjenu l-introduzzjoni ta' jew il-kontroll tal-marda, u għandha tieħu kont tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II, III, IV u V.
KAPITOLU VI
PROGRAMMI TA’ KONTROLL U TILQIM
TAQSIMA 1
programmi ta’ sorveljanza u għall-qerda tal-mard
Artikolu 44
Tfassil u approvazzjoni ta' programmi ta’ sorveljanza u għall-qerda tal-mard
1. Fejn Stat Membru li mhux magħruf li huwa infettat iżda huwa ddikjarat ħieles (il-kategorija III kif imsemmija fil-parti A ta' l-Anness III) minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, ifassal programm ta’ sorveljanza biex jikseb status ta' ħelsien mill-mard għal waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Tali programmi jistgħu wkoll jiġu emendati jew mitmuma skond dik il-proċedura.
Il-ħtiġiet speċifiċi għas-sorveljanza, it-teħid ta' kampjuni u d-dijanjostiċi għandhom ikunu dawk previsti fl-Artikolu 49(3).
Madankollu, fejn programm previst f'dan il-paragrafu għandu jkopri kompartimenti jew żoni individwali, li jikkonsistu f’inqas minn 75 % tat-territorju ta’ l-Istat Membru, u ż-żona jew il-kompartiment jikkonsistu f’żona fejn jinġabar l-ilma li mhix kondiviża ma’ Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 50(2) għandha tapplika għal kwalunkwe approvazzjoni, jew emenda jew tmiem ta’ tali programm.
2. Fejn Stat Membru li jkun magħruf li huwa infettat (il-kategorija V kif imsemmija fil-parti A ta' l-Anness III) minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV, ifassal programm għall-qerda tal-mard għal waħda jew aktar minn dawk il-mardiet, huwa għandu jissottometti dak il-programm għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Tali programmi jistgħu wkoll jiġu emendati jew mitmuma skond dik il-proċedura.
3. Ħarsa ġenerali tal-programmi approvati skond il-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli fil-livell Komunitarju skond il-proċeduri previsti fl-Artikolu 51.
4. Mid-data ta’ l-approvazzjoni tal-programmi msemmija f'dan l-Artikolu, il-ħtiġiet u l-miżuri previsti fl-Artikolu 14, it-Taqsimiet 2, 3, 4 u 5 tal-Kapitolu III, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu V, u l-Artikolu 38(1) dwar żoni ddikjarati ħielsa mill-mard għandhom japplikaw għall-oqsma li huma koperti mill-programm.
Artikolu 45
Kontenut tal-programmi
Il-programmi m’għandhomx jiġu approvati sakemm dawn ma jkunx fihom ta’ l-inqas dan li ġej:
(a) |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-programm; |
(b) |
analiżi ta’ l-ispejjeż stmati u tal-benefiċċji antiċipati tal-programm; |
(ċ) |
id-dewmien probabbli tal-programm u l-objettiv li għandu jintlaħaq sad-data tat-tmiem tal-programm; u |
(d) |
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva li fiha ser jiġi applikat il-programm. |
Artikolu 46
Perijodu għall-applikazzjoni tal-programmi
1. Il-programmi għandhom ikomplu jiġu applikati sakemm:
(a) |
jiġu sodisfatti l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V, u l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment jkun iddikjarat ħieles minn dik il-marda; jew |
(b) |
il-programm jiġi rtirat, speċjalment jekk dan ma jissodisfax aktar l-iskop tiegħu, mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, jew mill-Kummissjoni. |
2. Jekk il-programm jiġi rtirat kif previst fil-paragrafu 1 (b), l-Istat Membru konċernat għandu japplika l-miżuri tat-trażżin fl-Artikolu 39 mid-data ta’ l-irtirar tal-programm.
TAQSIMA 2
Pjan ta’ kontinġenza għal mard li qed jitfaċċa u mard eżotiku
Artikolu 47
Pjan ta’ kontinġenza għal mard li qed jitfaċċa u mard eżotiku
1. Kull Stat Membru għandu ifassal pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali meħtieġa biex jinżamm livell għoli ta’ għarfien tal-marda u ta’ stat ta' preparazzjoni u biex ikun żgurat il-ħarsien ta’ l-ambjent.
2. Il-pjan ta’ kontinġenza għandu:
(a) |
jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-awtorità u l-mezzi biex ikollha aċċess għall-faċilitajiet, għat-tagħmir, għall-persunal u għall-materjali xierqa l-oħra kollha meħtieġa għall-qerda rapida u effiċjenti ta’ tifqigħa; |
(b) |
jiżgura l-koordinazzjoni u l-kompatibilità ma’ l-Istati Membri ġirien u jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ġirien; u |
(ċ) |
fejn dan ikun relevanti, jagħti indikazzjoni preċiża tal-ħtiġiet tat-tilqim u l-kondizzjonijiet tat-tilqim ikkunsidrati meħtieġa fl-eventwalità ta' tilqim ta’ emerġenza. |
3. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-kriterji u l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness VII meta jkunu qed jikkompilaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza.
4. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jaġġorna l-pjan ta’ kontinġenza tiegħu u jissottometti l-pjan aġġornat għall-approvazzjoni skond dik il-proċedura.
5. Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jiġi implimentat fl-eventwalità ta’ tifqigħa tal-mard li qed jitfaċċa u l-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV.
TAQSIMA 3
Tilqim
Artikolu 48
Tilqim
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilqim kontra l-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV jkun projbit sakemm tali tilqim ma jiġix approvat skond l-Artikoli 41, 42, 44, jew 47.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilqim kontra l-mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV huwa projbit fi kwalunkwe parti tat-territorju tagħhom iddikjarat ħieles mill-mard konċernat skond l-Artikolu 49 jew 50, jew kopert minn programm ta' sorveljanza, approvat skond l-Artikolu 44(1).
L-Istati Membri jistgħu jippermettu tali tilqim f’partijiet mit-territorju tagħhom mhux iddikjarati ħielsa mill-mard konċernat, jew fejn it-tilqim huwa parti minn programm għall-qerda tal-mard approvat skond l-Artikolu 44(2).
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilqim użat ikun awtorizzat skond id-Direttiva 2001/82/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004.
4. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal studji xjentifiċi bl-iskop li jiżviluppaw u jittestjaw tilqim f’kondizzjonijiet kontrollati.
Matul tali studji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jitħarsu l-annimali akkwatiċi l-oħra minn xi effett kuntrarju tat-tilqim imwettaq fil-kwadru ta’ l-istudji.
KAPITOLU VII
STATUS TA' ĦELSIEN MILL-MARD
Artikolu 49
Stat Membru ħieles mill-mard
1. Stat Membru għandu jiġi ddikjarat ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) jekk ikun hemm konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u:
(a) |
l-ebda waħda mill-ispeċi suxxettibbli għall-mard in kwestjoni ma tkun preżenti fit-territorju tiegħu; jew |
(b) |
ikun magħruf li l-patoġen m’huwiex kapaċi jgħix fl-Istat Membru, u fis-sors ta’ l-ilma tiegħu; jew |
(ċ) |
l-Istat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness V. |
2. Fejn Stati Membri ġirien, jew żoni fejn jinġabar l-ilma li huma kondiviżi ma’ Stati Membri ġirien, m’humiex iddikjarati ħielsa mill-mard, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi żoni ta' iżolament xierqa fit-territorju tiegħu. Id-demarkazzjoni ta’ żoni ta' iżolament għandhom ikunu tali li dawn jipproteġu lill-Istat Membru ħieles mill-mard mill-introduzzjoni passiva tal-marda.
3. Il-ħtiġiet speċifiċi għas-sorveljanza, iż-żoni ta' iżolament, it-teħid tal-kampjuni u l-metodi dijanjostiċi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jagħtu l-istatus ta' ħelsien mill-mard skond dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 50
Żona jew kompartiment ħieles mill-mard
1. Stat Membru jista' jiddikjara żona jew kompartiment fit-territorju tiegħu ħielsa minn marda waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta' l-Anness IV, fejn:
(a) |
l-ebda waħda mill-ispeċi suxxettibbli għall-mard in kwestjoni ma tkun preżenti fiż-żona jew kompartiment, u fejn rilevanti fis-sors ta’ l-ilma tagħha; jew |
(b) |
ikun magħruf li l-patoġen mhux kapaċi jgħix fiż-żona jew kompartiment, u fejn huwa rilevanti fis-sors ta’ l-ilma tagħha; jew |
(ċ) |
iż-żona jew kompartiment jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti II ta’ l-Anness V. |
2. Stat Membru għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali skond il-proċedura li ġejja:
(a) |
id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn evidenza li l-forma tagħha għandha tiġi determinata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) u tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri skond il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 59; |
(b) |
il-Kummissjoni għandha żżid in-notifika tad-dikjarazzjoni ma' l-agenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(1) bħala punt ta' informazzjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tidħol b'effett 60 jum wara d-data tal-laqgħa; |
(ċ) |
f'dan il-perijodu, il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jitolbu kjarifika jew informazzjoni addizzjonali dwar evidenza ta' sostenn mill-Istat Membru li jagħmel id-dikjarazzjoni; |
(d) |
fejn isiru kummenti bil-miktub minn ta' l-inqas Stat Membru wieħed, jew mill-Kummissjoni, fil-perijodu msemmi fil-punt (b) li jindika tħassib oġġettiv sinifikanti dwar l-evidenza ta' sostenn, il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati għandhom flimkien jeżaminaw l-evidenza sottomessa sabiex jirriżolvu t-tħassib. F'dak il-każ, il-perijodu msemmi fil-punt (b) jista' jiġi mtawwal għal 30 jum; Tali kummenti għandhom jiġu sottomessi lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni; |
(e) |
jekk l-arbitraġġ imsemmi fil-paragrafu 2(d) ma jirnexxix, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħmel spezzjoni fuq il-post skond l-Artikolu 58 biex tivverifika l-konformità mad-dikjarazzjoni sottomessa mal-kriterji mniżżla fil-paragrafu 1, sakemm l-Istat Membru li jkun qed jagħmel id-dikjarazzjoni ma jirtirahiex; |
(f) |
Fejn meħtieġ fid-dawl tar-riżultati miksuba, għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), li tissuspendi d-dikjarazzjoni taż-żona jew il-kompartiment konċernat dwar l-istatus tiegħu ta' ħelsien mill-mard. |
3. Fejn iż-żona(i) jew kompartiment(i) msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu aktar minn 75 % tat-territorju ta’ l-Istat Membru, jew jekk iż-żona jew il-kompartiment jikkonsistu minn żona fejn jinġabar l-ilma li hi kondiviża ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi sostitwita mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
4. Il-ħtiġiet speċifiċi għas-sorveljanza, għat-teħid ta’ kampjuni u għall-metodi dijanjostiċi użati mill-Istati Membri biex jingħata l-istatus ta' ħelsien mill-mard skond dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 51
Listi ta’ l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti ħielsa mill-mard
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista aġġornata ta' żoni u kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard skond l-Artikolu 50(2). Tali listi għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna lista ta’ l-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti ddikjarati ħielsa mill-mard skond l-Artikolu 49 jew 50(3), u għandha tqiegħed il-lista għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 52
Żamma ta’ status ta' ħelsien mill-mard
Stat Membru li huwa ddikjarat ħieles minn waħda jew aktar mill-mardiet mhux eżotiċi elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness IV skond l-Artikolu 49 jista’ jwaqqaf is-sorveljanza mmirata u jżomm l-istatus tiegħu ta' ħelsien mill-mard sakemm jeżistu l-kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda konċernata, u jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.
Madankollu, għaż-żoni jew il-kompartimenti ħielsa mill-mard fl-Istati Membri mhux iddikjarati ħielsa mill-mard, u fil-każijiet kollha fejn il-kondizzjonijiet ma jwasslux għall-espressjoni klinika tal-marda msemmija, is-sorveljanza mmirata għandha titkompla skond il-metodi previsti fl-Artikoli 49(3) jew 50(4) kif xieraq, iżda f'livell proporzjonat għall-grad tar-riskju.
Artikolu 53
Sospensjoni u restituzzjoni ta' status ta' ħelsien mill-mard
1. Fejn Stat Membru għandu għalfejn jaħseb li nkisret kwalunkwe kondizzjoni biex jinżamm l-istatus tiegħu bħala Stat Membru, żona jew kompartiment ħieles mill-mard, dak l-Istat Membru għandu jissospendi immedjatament il-kummerċ fl-ispeċi suxxettibbli u fl-ispeċi li jgħaddu l-mard għal Stati Membri, żoni jew kompartimenti oħrajn bi status ta' saħħa ogħla għall-marda konċernata kif stabbilit fil-Parti A ta' l-Anness III u japplika d-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 2 u 4 tal-Kapitolu V.
2. Fejn l-investigazzjoni epiżootika prevista fl-Artikolu 29(1) tikkonferma li ma sarx il-ksur suspettat, għandu jingħata lura l-istatus ta' ħelsien mill-mard lill-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment.
3. Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma probabbiltà sinifikanti li ġrat l-infezzjoni, għandu jiġi rtirat l-istatus ta' ħelsien mill-mard ta’ l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, skond il-proċedura li taħtha kien iddikjarat dak l-istatus. Għandu jkun hemm konformità mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V qabel ma jingħata lura l-istatus ta' ħelsien mill-mard.
KAPITOLU VIII
AWTORITAJIET KOMPETENTI U LABORATORJI
Artikolu 54
Obbligi ġenerali
1. Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom joperaw u jwettqu dmirijiethom skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li tiġi stabbilita kooperazzjoni effettiva u kontinwa bbażata fuq l-iskambju ħieles ta’ informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti li jinnomina għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet l-oħra tiegħu involuti fir-regolamentazzjoni ta’ l-akkwakultura, ta’ l-annimali akkwatiċi, u ta’ l-ikel u ta’ l-għalf li joriġinaw mill-akkwakultura.
L-informazzjoni għandha wkoll, safejn huwa meħtieġ, tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri differenti.
3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għal servizzi adegwati ta’ laboratorji u għall-informazzjoni l-aktar riċenti dwar kif issir l-analiżi tar-riskju u dwar l-epidemjoloġija, u li jkun hemm skambju ħieles ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-laboratorji.
Artikolu 55
Laboratorji Komunitarji ta’ referenza
1. Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard ta’ annimali akkwatiċi rilevanti għal din id-Direttiva għandhom jintgħażlu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) għal perijodu li jrid jiġi definit skond dik il-proċedura.
2. Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard ta’ annimali akkwatiċi għandhom jikkonformaw mal-funzjonijiet u mad-dmirijiet stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness VI.
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-għażla tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, fid-dawl tal-konformità tagħhom mal-funzjonijiet u d-dmirijiet msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 56
Laboratorji nazzjonali ta’ referenza
1. L-Istati Membri għandhom jirranġaw biex jintgħażel laboratorju nazzjonali ta’ referenza għal kull wieħed mill-laboratorji Komunitarji ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 55.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu laboratorju li jinsab fi Stat Membru ieħor jew fi Stat Membru ta' l-EFTA, u laboratorju wieħed jista’ jservi bħala l-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għal aktar minn Stat Membru wieħed.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-isem u l-indirizz ta’ kull laboratorju nazzjonali ta’ referenza magħżul lill-Kummissjoni, lil-laboratorju Komunitarju ta’ referenza rilevanti u lill-Istati Membri l-oħra, inkluż kwalunkwe aġġornament sa dak iż-żmien.
3. Il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għandu jikkommunika u jikkoordina mal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza rilevanti previst fl-Artikolu 55.
4. Biex ikun żġurat servizz dijanjostiku effiċjenti mat-territorju kollu ta’ Stat Membru skond il-kondizzjonijiet meħtieġa ta’ din id-Direttiva, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għandu jikkollabora ma’ kwalunkwe laboratorju magħżul skond l-Artikolu 57 li jinsab fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe laboratorju nazzjonali ta’ referenza fit-territorju tagħhom ikun mgħammar b’mod xieraq u jimpjega ammont xieraq ta’ nies imħarrġa biex iwettqu l-investigazzjonijiet tal-laboratorju meħtieġa skond din id-Direttiva u biex jikkonforma mal-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fil-Parti II ta’ l-Anness VI.
Artikolu 57
Servizzi u metodi dijanjostiċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-eżamijiet tal-laboratorju għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jitwettqu f’laboratorji magħżula għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti; |
(b) |
l-eżamijiet tal-laboratorju fil-każ ta’ suspett u biex tkun ikkonfermata l-preżenza tal-mard elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV jitwettqu permezz tal-metodi dijanjostiċi li jridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2); u |
(ċ) |
il-laboratorji magħżula għas-servizzi dijanjostiċi skond dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-funzjonijiet u d-dmirijiet stabbiliti fil-Parti III ta’ l-Anness VI. |
KAPITOLU IX
SPEZZJONIJIET, AMMINSTRAZZJONI ELETTRONIKA U PIENI
Artikolu 58
Spezzjonijiet u verifiki Komunitarji
1. Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu spezzjonjiet fuq il-post, inklużi verifiki, f’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, safejn dawn ikunu meħtieġa biex din id-Direttiva tkun applikata b’mod uniformi.
L-Istati Membri, li fit-territorju tagħhom isiru tali spezzjonijiet u verifiki, għandhom jipprovdu lill-esperti bl-assistenza kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultati ta’ kwalunkwe tali spezzjoni u verifika.
2. Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu wkoll spezzjonijiet fuq il-post, inklużi verifiki, f’pajjiżi terzi, f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat, biex jivverifikaw il-konformità jew l-ekwivalenza mar-regoli Komunitarji tas-saħħa ta’ l-animali akkwatiċi.
3. Fejn jiġi identifikat riskju serju għas-saħħa ta’ l-annimali matul ispezzjoni Komunitarja, l-Istat Membru konċernat għandu minnufih jieħu l-passi kollha meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali.
Fejn tali miżuri ma jittieħdux, jew fejn jitqjies li m’humiex suffiċjenti, għandhom jiġu adottati l-miżuri meħtieġa biex is-saħħa ta’ l-annimali tkun issalvagwardjata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(3) u l-Istat Membru konċernat għandu jiġi informat b’dan.
Artikolu 59
Amministrazzjoni elettronika
1. L-Istati Membri għandhom, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2008, jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet kollha relatati mal-proċess li permezz tiegħu l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6, l-Artikolu 50(2), l-Artikolu 51(1), u l-Artikolu 56(2) tkun disponibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, ikunu attwati.
2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2), tadotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 biex tiffaċilita l-ħidma flimkien tas-sistemi ta’ l-informazzjoni u l-użu tal-proċeduri permezz tal-mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri.
Artikolu 60
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux iżjed tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 65(1) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
KAPITOLU X
EMENDI, REGOLI DETTALJATI U PROĊEDURA TAL-KUMITAT
Artikolu 61
Emendi u-regoli dettaljati
1. L-Artikolu 50(2) jista' jiġi emendat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
2. L-Annessi għal din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
3. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikolu 62
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali (hawn aktar 'il quddiem ‘il-Kumitat’).
2. Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.
3. Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 15-il jum.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
Artikolu 63
Tħassir
1. Id-Direttivi 91/67/KEE, 93/53/KEE u 95/70/KE għandhom jitħassru mill-1 ta’ Awwissu 2008.
2. Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VIII.
3. Madankollu, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE għandha tkompli tapplika għall-fini ta' din id-Direttiva sakemm jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa skond l-Artikolu 43 ta' din id-Direttiva, li għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Artikolu 64
Dispożizzjonijiet transitorji
Id-dispożizzjonijiet transitorji jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) għal perijodu sa l-14 ta’ Diċembru 2006.
Artikolu 65
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-14 ta’ Diċembru 2008 Huma għandhom jinfurmaw b'dan minnufih lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Awwissu 2008.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 66
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 67
Indirizzi
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU C 88, 11.4.2006, p. 13.
(2) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(3) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381).
(4) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.
(5) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(7) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).
(8) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(9) ĠU L 224, 18.8.1990. p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(10) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.
(11) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 4. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/272/KE (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 31).
(12) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).
(13) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(14) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(15) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU C 4, 8.1.2004, p. 7.
(16) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(17) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
(19) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).
ANNESS I
DEFINIZZJONIJIET
Minbarra d-definizzjonijiet fl-Artikolu 3, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tekniċi li ġejjin:
(a) |
“Kompartiment” tfisser farm wieħed jew aktar taħt sistema komuni ta’ bijosigurtà li fih popolazzjoni ta’ annimali akkwatiċi bi status tas-saħħa distint fir-rigward ta’ marda speċifika; |
(b) |
“Sistema komuni ta’ bijosigurtà” tfisser l-applikazzjoni ta' l-istess miżuri għas-sorveljanza, il-prevenzjoni ta’ mard, u l-kontroll tal-mard tas-saħħa ta’ annimali akkwatiċi; |
(ċ) |
“Żona tat-trażżin” tfisser żona madwar farm jew żona tat-trobbija tal-molluski infettata fejn jiġu applikati miżuri għall-kontroll tal-mard bl-għan li ma jħallux li l-marda tinfirex; |
(d) |
“Marda” tfisser infezzjoni klinika jew mhux klinika b’aġent etjoloġiku wieħed jew aktar f'annimali akkwatiċi; |
(e) |
“Żoni jew kompartimenti ħielsa mill-mard” tfisser żoni jew kompartimenti ddikjarati bħala li huma ħielsa mill-mard skond l-Artikoli 49 jew 50; |
(f) |
“Marda emerġenti” tfisser marda serja li tkun għadha kif ġiet identifikata, li l-kawża tagħha tista’ tkun jew tista' ma tkunx għadha ġiet stabbilita, li għandha l-potenzjal li tinxtered fil-popolazzjonijiet u bejniethom, bħal permezz ta' kummerċ f'annimali akkwatiċi u/jew prodotti ta’ annimali akkwatiċi. Din tfisser ukoll marda elenkata identifikata fi speċi ospitanti ġdida li għadha mhix inkluża fil-Parti II ta' l-Anness IV bħala speċi suxxettibbli; |
(g) |
“Unità epidemjoloġika” tfisser grupp ta’ annimali akkwatiċi li jaqsmu bejn wieħed u ieħor l-istess riskju li jiġu esposti għal aġent ta’ marda f’post definit. Dan ir-riskju jista’ jkun minħabba li jaqsmu ambjent ta’ ilma komuni, jew minħabba li l-prattika ta’ l-amministrazzjoni tagħmilha probabbli li aġent ta’ marda fi grupp wieħed ta’ l-annimali jista’ jinxtered malajr għal grupp ieħor ta’ annimali; |
(h) |
“Mistrieħ” tfisser għal finijiet ta’ amministrazzjoni tal-mard, operazzjoni fejn farm huwa mbattal mill-annimali ta’ l-akkwakultura suxxettibbli għall-marda li qed tqajjem tħassib jew magħrufa li kapaċi jgħaddu l-aġent tal-marda, u, fejn huwa possibbli, ta’ l-ilma li jinġarru fih; |
(i) |
“Proċessar ulterjuri” tfisser l-ipproċessar ta’ annimali ta’ l-akkwakultura qabel il-konsum mill-bniedem permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ miżuri u teknika, li jaffettwaw is-sħuħija anatomika, bħall-fsada, it-tneħħija ta’ l-imsaren jew tal-ġewwieni, it-tneħħija tar-ras, u t-tqattigħ fetta fetta, li jipproduċu skart jew prodotti sekondarji u li jistgħu jikkawżaw riskju għat-tixrid ta’ mard; |
(j) |
“Żjieda fil-mortalità” tfisser mortalitajiet mhux spjegati għola b’mod sinifikattiv mil-livell li huwa meqjus normali għall-farm jew għaż-żona tat-trobbija tal-molluski konċernati taħt il-kondizzjonijiet eżistenti; X’jitqies bħala mortalità ogħla għandu jkun deċiż f’kooperazzjoni bejn il-bidwi u l-awtorità kompetenti; |
(k) |
“Infezzjoni” tfisser il-preżenza ta' aġent ta' marda li jimmultiplika, jew jiżviluppa b'mod ieħor jew li jkun moħbi ġo, jew fuq, min qed iġorru; |
(l) |
“Żona jew kompartiment infettat” tfisser żoni jew kompartimenti fejn huwa magħruf li sseħħ l-infezzjoni; |
(m) |
“Kwarantina” tfisser iż-żamma ta’ grupp ta’ annimali akkwatiċi iżolati mingħajr l-ebda kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali akkwatiċi oħra, sabiex jiġu osservati għal tul ta’ żmien speċifikat u, fejn huwa xieraq, ikunu ttestjati u ttrattati, inkluż bi trattament kif jixraq ta’ l-ilmijiet li jkun fihom il-ħmieġ; |
(n) |
“Speċi suxxettibbli” tfisser kwalunkwe speċi li fiha dehret infezzjoni minn aġent ta' marda permezz ta' każijiet naturali jew permezz ta' infezzjoni esperimentali li tikkopja l-linji naturali; |
(o) |
“Speċi li tgħaddi l-mard” tfisser speċi li mhix suxxettibbli għal marda iżda li hija kapaċi xxerred l-infezzjoni billi tgħaddi patoġeni minn ospitant wieħed għall-ieħor; |
(p) |
“Żona” tfisser żona ġeografika preċiża b’sistema idroloġika omoġenja li tinkludi parti minn żona fejn jinġabar l-ilma mis-sors(i) għall-barriera naturali jew artifiċjali li ma tħallix iċ-ċaqliq ’il fuq ta’ l-annimali akkwatiċi minn meded aktar baxxi taż-żona fejn jinġabar l-ilma, żona sħiħa fejn jinġabar l-ilma mis-sors(i) tagħha sa l-estwarju tagħha, jew aktar minn żona waħda fejn jinġabar l-ilma, inklużi l-estwarji tagħhom, minħabba r-rabta epidemjoloġika bejn iż-żoni fejn jinġabar l-ilma minn ġewwa l-estwarju; |
ANNESS II
Informazzjoni meħtieġa fir-reġistru uffiċjali tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar
PARTI I
Negozju Awtorizzat tal-Produzzjoni ta’ l-Akkwakultura
1. |
L-informazzjoni minima li ġejja dwar kull negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura għandha tinżamm f’reġistru mill-awtorità kompetenti, kif provdut fl-Artikolu 6:
|
2. |
Fejn tingħata awtorizzazzjoni lil żona tat-trobbija tal-molluski skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1), id-data meħtieġa taħt il-punt 1(a) ta’ din il-Parti għandha tiġi rreġistrata għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura kollha li jaħdmu ġewwa ż-żona tat-trobbija tal-molluski. Id-data meħtieġa taħt il-punti 1 (b) sa 1 (g) ta’ din il-Parti, għandha tiġi rreġistrata fuq livell taż-żona tat-trobbija tal-molluski. |
PARTI II
Stabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar
L-informazzjoni minima li ġejja dwar kull stabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar għandha tinżamm f’reġistru mill-awtorità kompetenti, kif provdut fl-Artikolu 6:
(a) |
l-isem u l-indirizzi ta’ l-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar, u d-dettalji ta’ kuntatt (it-telefon, il-faksimili, posta elettronika); |
(b) |
in-numru tar-reġistrazzjoni u d-dettalji ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija, (jiġifieri d-dati ta’ l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi, il-kowds jew in-numri ta’ l-identifikazzjoni, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-produzzjoni, kwalunkwe kwistjoni oħra rilevanti għall-awtorizzazzjoni(jiet)); |
(ċ) |
il-pożizzjoni ġeografika ta’ l-istabbiliment ta’ l-ipproċessar definita minn sistema xierqa ta’ koordinati (jekk ikun possibbli koordinati GIS); |
(d) |
dettalji dwar is-sistemi li jittrattaw il-ħmieġ mitfugħ ’il barra mill-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar; |
(e) |
l-ispeċi ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura ttrattati fl-istabbiliment awtorizzat ta’ l-ipproċessar. |
ANNESS III
PARTI A
L-Istatus tas-saħħa ta' żoni jew kompartimenti ta' l-akkwakultura li għandhom jitqiesu għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12
Annimali ta' l-akkwakultura għat-trobbija f'farm u għat-tkabbir mill-ġdid ta' l-ammont tagħhom
Kategorija |
L-Istatus tas-Saħħa |
Jistgħu jiddaħħlu annimali minn |
Iċ-Ċertifikazzjoni tas-Saħħa |
Jistgħu jibagħtu annimali għal |
|
Daħla |
Bgħit |
||||
I |
Ħieles mill-mard (Art. 49 or Art. 50) |
Kategorija I biss |
IVA |
LE meta jintbagħtu għall-kategorija III jew V |
Il-kategoriji kollha |
IVA meta jintbagħtu għal kategoriji I, II jew IV |
|||||
II |
Programmi ta' Sorveljanza (l-Art. 44(1)) |
Kategorija I biss |
IVA |
LE |
Il-kategorija III u V |
III |
Mhux definit (mhux magħruf bħala infettat iżda mhux soġġett għal programm għall-ksib ta' status ta' ħelsien mill-mard) |
Il-kategoriji I, II, jew III |
LE |
LE |
Il-kategorija III u V |
IV |
Programm għall-Qerda ta' Mard (l-Art. 44(2)) |
Kategorija I biss |
IVA |
IVA |
Il-kategorija V biss |
V |
Infettat (l-Art. 39) |
Il-kategoriji kollha |
LE |
IVA |
Il-kategorija V biss |
PARTI B
Sorveljanza u spezzjonijiet irrakkomandati fil-farms u ż-żoni tat-trobbija tal-molluski
Speċi preżenti |
L-istatus ta' saħħa kif imsemmi fil-parti A |
Livell ta' riskju |
Sorveljanza |
Frekwenza ta’ l-ispezzjoni rrakkomandata mill-awtorità kompetenti (l-Artikolu 7) |
Frekwenza ta' l-ispezzjoni rrakkomandata minn servizzi kkwalifikati tas-saħħa ta' annimali akkwatiċi (l-Artikolu 10) |
Ħtiġiet speċifiċi għall-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni u s-sorveljanza meħtieġa biex jinżamm l-istatus tas-saħħa |
Kummenti |
L-ebda speċi mhi suxxettibbli għall-mard elenkat fl-Anness IV |
Kategorija I Iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikolu 49(1) (a) jew (b) jew l-Artikolu 50(1) (a) jew (b). |
Baxx |
Passiva |
1 kull 4 snin |
1 kull 4 snin |
Ħtiġiet speċifiċi għaż-żamma ta' status ta'ħelsien mill-mard skond l-Artikolu 52. |
Il-frekwenza rrakkomandata ta' l-ispezzjonijiet għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet speċifiċi msemmija għal kull status tas-saħħa. Madankollu, fejn possibbli tali spezzjonijiet u ġbir ta' kampjuni għandhom jingħaqqdu ma' l-ispezzjonijiet meħtieġa taħt l-Artikolu 7 u 10. L-għan ta' l-ispezzjonijiet minn awtorità kompetenti huwa li jikkontrollaw il-konformità mad-Direttiva, u jissorveljaw skond l-Artikolu 7. L-għan ta' l-ispezzjonijiet mis-servizzi kwalifikati tas-saħħa ta' l-annimali akkwatiċi huwa li jikkontrollaw l-istatus tas-saħħa ta' l-annimali, jagħtu pariri lil operaturi ta' negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura dwar kwistjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali akkwatiċi, u fejn ikun meħtieġ li jwettqu l-miżuri veterinarji meħtieġa. |
Speċi suxxettibbli għal waħda jew aktar mill-mard elenkat fl-Anness IV |
Kategorija I Iddikjarat ħieles mill-mard skond l-Artikolu 49(1)(ċ) l-Artikolu 50(1)(ċ), |
Għoli |
Attiva, immirata jew passiva |
1 kull sena |
1 kull sena |
||
Medja |
1 kull 2 snin |
1 kull 2 snin |
|||||
Baxx |
1 kull 4 snin |
1 kull sentejn |
|||||
Kategorija II Mhux iddikjarat ħieles mill-mard iżda soġġett għal programm ta' sorveljanza approvat skond l-Artikolu 44(1) |
Għoli |
Immirat |
1 kull sena |
1 kull sena |
Ħtiġiet speċifiċi skond l-Artikolu 44(1). |
||
Medja |
1 kull sentejn |
1 kull sentejn |
|||||
Baxx |
1 kull 4 snin |
1 kull 2 snin |
|||||
Kategorija III Mhux magħruf li huwa infettat iżda mhux soġġett għal programm ta' sorveljanza għall-ksib ta' status ta' ħelsien mill-mard |
Għoli |
Attiva |
1 kull sena |
3 kull sena |
|
||
Medja |
1 kull sena |
2 kull sena |
|||||
Baxx |
1 kull sentejn |
1 kull sena |
|||||
Kategorija IV Magħruf li huwa infettat iżda soġġett għal programm ta' qerda mill-mard approvat skond l-Artikolu 44(2). |
Għoli |
Immirat |
1 kull sena |
1 kull sena |
ħtiġiet speċifiċi skond l-Artikolu 44(2). |
||
Medja |
1 kull sentejn |
1 kull sentejn |
|||||
Baxx |
1 kull 4 snin |
1 kull sentejn |
|||||
Kategorija V Magħruf li huwa infettat. Soġġett għal miżuri ta' kontroll minimi kif provdut fil-Kapitolu V. |
Għoli |
Passiva |
1 kull 4 snin |
1 kull sena |
Ħtiġiet speċifiċi skond il-Kapitolu V. |
||
Medja |
1 kull 4 snin |
1 kull sentejn |
|||||
Baxx |
1 kull 4 snin |
1 kull 4 snin |
Livelli tar-riskju
Farm jew żona tat-trobbija tal-molluski b’riskju għoli huwa farm jew żona tat-trobbija tal-molluski li:
(a) |
għandu livell għoli ta’ riskju li jinxterdu jew jittieħdu l-mard lil/minn farms oħra jew annimali salvaġġi; |
(b) |
jopera taħt kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-annimali f’farm li jistgħu jżidu r-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard (bijomassa għolja, kwalità baxxa ta’ l-ilma), b'kont meħud ta' l-ispeċi preżenti; |
(ċ) |
jbigħ annimali akkwatiċi ħajjin biex ikomplu jittrabbew f’farm jew biex jiġu stokkjati mill-ġdid. |
Farm jew żona tat-trobbija tal-molluski b’riskju medju huwa farm jew żona tat-trobbija tal-molluski li:
(a) |
għandu livell medju ta’ riskju li jinxterdu jew jittieħed il-mard lil/minn farms oħra jew annimali salvaġġi; |
(b) |
jopera taħt kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-annimali f’farm li mhux neċessarjament iżidu r-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard (bijomassa medja, u l-kwalità ta’ l-ilma), b'kont meħud ta' l-ispeċi preżenti; |
(ċ) |
jbigħ annimali akkwatiċi ħajjin l-aktar għall-konsum mill-bniedem. |
Farm jew żona tat-trobbija tal-molluski b’riskju baxx huwa farm jew żona tat-trobbija tal-molluski li
(a) |
għandu livell baxx ta’ riskju li jinxtered jew jittieħed il-mard lil/minn farms oħra jew annimali salvaġġi, |
(b) |
jopera taħt kondizzjonijiet għat-trobbija ta’ l-annimali f’farm li mhux ser iżidu r-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard (bijomassa baxxa, kwalità tajba ta’ l-ilma), b'kont meħud ta' l-ispeċi preżenti; |
(ċ) |
jbigħ biss annimali akkwatiċi ħajjin għall-konsum mill-bniedem. |
Tipi ta’ sorveljanza tas-saħħa
Sorveljanza passiva għandha tinkludi n-notifika immedjata obbligatorja li hemm jew hemm is-suspett ta’ mard speċifikat jew ta’ xi żidiet fin-numru ta’ mwiet. F' tali każijiet għandha tkun meħtieġa investigazzjoni skond it-Taqsima 2 tal-Kapitolu V.
Sorveljanza attiva għandha tinkludi:
(a) |
Spezzjoni ta’ rutina mill-awtorità kompetenti jew minn servizzi oħra tas-saħħa kwalifikati f’isem l-awtoritajiet kompetenti; |
(b) |
Eżaminazzjoni tal-popolazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura fil-farm jew fiż-żona tat-trobbija tal-molluski għal mard kliniku; |
(ċ) |
Kampjuni dijanjostiċi li jridu jinġabru kif ikun hemm suspett ta’ marda elenkata jew tkun osservata żieda fin-numru ta’ mwiet matul l-ispezzjoni; |
(d) |
Notifika obbligatorja immedjata li hemm jew hemm is-suspett ta’ mard speċifikat jew ta’ kwalunkwe żieda fin-numru ta’ mwiet. |
Sorveljanza mmirata għandha tinkludi:
(a) |
Spezzjoni ta’ rutina mill-awtorità kompetenti jew minn servizzi oħra tas-saħħa kwalifikati f’isem l-awtoritajiet kompetenti. |
(b) |
Kampjuni ordnati ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura li għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati għal patoġen(i) b’metodi speċifikati. |
(ċ) |
Notifika obbligatorja immedjata li hemm jew hemm is-suspett ta’ mard speċifikat jew ta’ kwalunkwe żieda fin-numru ta’ mwiet. |
ANNESS IV
Listi tal-mard
PARTI I
Kriterji biex marda tkun elenkata
A. |
Il-mard eżotiku għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin stabbiliti fil-punti 1 u jew 2 jew 3.
|
B. |
Il-mard mhux eżotiku għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin stabbiliti fil-punti 1, 4, 5, 6, 7, u 2 jew 3.
|
PARTI II
Mard elenkat
MARD EŻOTIKU |
||
|
MARDA |
SPEĊI SUXXETTIBBLI |
ĦUT |
In-nekrosi epiżootika li għandha x’taqsam mal-formazzjoni tad-demm jew taċ-ċelluli tad-demm |
trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), u dott ta' l-Ewropa ta' Fuq (Perca fluviatilis), |
Is-sindromu epiżotiku li jrabbi l-ulċeri |
Genera: Catla, Channa, Labeo, Mastacembelus, Mugil, Puntius u Trichogaster. |
|
MOLLUSKI |
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
gajdra tat-tajn ta' l-Awstralja (Ostrea angasi) u gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis). |
Infezzjoni mill-Perkinsus marinus |
gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) u gajdra ta' Lvant (C. virginica) |
|
Infezzjoni bil-Microcytos mackini |
gajdra tal-Paċifiku (Crassostrea gigas) u gajdra ta' Lvant (C. virginica), gajdra ċatta tal-Paċifiku (Ostrea conchaphila) u gajdra ċatta Ewropea (O. edulis) |
|
KRUSTAĊJI |
Is-sindromu taura |
Gamblu abjad tal-Golf (Penaeus setiferus), gamblu kħal tal-Paċifiku (P. stylirostris) u gamblu abjad tal-Paċifiku (P. vannamei). |
Il-marda yellowhead |
gamblu kannella tal-Golf (P. aztecus), gamblu roża tal-Golf (P. duorarum), gamblu kbir Kuruma (P. japonicus), gamblu iswed (P. monodon), gamblu abjad tal-Golf (P. setiferus), gamblu kħal tal-Paċifiku (P. stylirostris), gamblu abjad tal-Paċifiku (P. vannamei) |
MARD MHUX EŻOTIKU |
||
|
MARDA |
SPEĊI SUXXETTIBBLI |
ĦUT |
Il-preżenza ta’ virus fid-demm fi żmien ir-Rebbiegħa tal-karpjun (SVC) |
karpjun ta’ rasu kbira (Aristichthys nobilis), il-ħuta l-ħamra (Carassius auratus), karassju (C.carassius), karpjun erbivoru (Ctenopharyngodon idellus), karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio), karpjun fiddieni (Hypophthalmichthys molitrix), sheatfish (Silurus glanis) u tinka (Tinca tinca) |
Is-settiċemija virali emorraġika (VHS) |
aringa (Clupea spp.), ħuta bajda (Coregonus sp.), lizz (Esox lucius), bakkaljaw żgħir (G. aeglefinus), merluzz tal-Paċifiku (G. macrocephalus), merluzz ta' l-Atlantiku (G. morhua), Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus spp.), trota qawsalla (O. mykiss), rockling (Onos mustelus), trota tal-baħar (Salmo trutta), barbun imperjali (Scophthalmus maximus) u sardina (Sprattus sprattus) u grayling (Thymallus thymallus) |
|
Nekrosi epiżotika li għandha x’taqsam mal-formazzjoni tad-demm jew taċ-ċelluli tad-demm (IHN) |
salamun keta (Oncorhynchus keta), salamun fiddien (O. kisutch), salamun masou (O. masou), trota qawsalla jew ta' l-Amerika tat-Tramuntana (O. mykiss), salamun sockeye (O. nerka), salamun roża (O. rhodurus), salamun chinook (O. tshawytscha), u salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar) |
|
Il-marda tal-virus ta’ l-erpete tal-koi (KHV) |
Il-karpjun komuni u l-karpjun koi (Cyprinus carpio). |
|
L-anemija infettiva tas-salamun (ISA) |
trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss), salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar), u trota tal-baħar (Salmo trutta). |
|
MOLLUSKI |
Infezzjoni mill-Marteilia refringens |
gajdra tat-tajn ta' l-Awstralja (Ostrea angasi), gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis), gajdra ċatta Ewropea (O. edulis), il-gajdra ta' l-Arġentina (O. puelchana), mollusk blu (Mytilus edulis) u mollusk Mediterran (M. galloprovincialis) |
Infezzjoni mill-Bonamia ostreae |
gajdra tat-tajn ta' l-Awstralja (Ostrea angasi), gajdra ċatta taċ-Ċili (O. chilensis), gajdra ċatta tal-Paċifiku (Ostrea conchaphila), gajdra asjatika (O. denselammellosa), gajdra ċatta Ewropea (O. edulis), gajdra ta' l-Arġentina (O. puelchana). |
|
KRUSTAĊJI |
Il-marda tal-white spot |
Il-krustiaċji kollha dekapodi (ta' l-ordni decapoda). |
ANNESS V
Il-ħtiġiet biex Stat Membru, żona jew kompartiment jiġi ddikjarat ħieles mill-mard
PARTI I
Stat Membru ħieles mill-mard
1. |
Minħabba raġunijiet storiċi
|
2. |
Abbażi ta' sorveljanza mmirata Stat Membru fejn l-aħħar okkorrenza klinika magħrufa kienet fil-perijodu ta’ 10 snin qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-istatus ta' ħelsien mill-mard jew fejn l-istatus ta’ l-infezzjoni qabel is-sorveljanza mmirata ma kienx magħruf, per eżempju minħabba n-nuqqas ta’ kondizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika, jista’ jitqies bħala ħieles mill-marda speċifika fejn:
Fejn ikun hemm partijiet ta’ l-Istat Membru li fihom in-numru ta’ farms, jew ta’ żoni tat-trobbija tal-molluski huwa limitat, u konsegwentement is-sorveljanza mmirata f’dawn il-partijiet ma tipprovdix data epidemjoloġika suffiċjenti, imma li fihom popolazzjonijiet ta’ l-annimali salvaġġi ta’ kwalunkwe waħda mill-ispeċi suxxettibbli, dawk il-popolazzjonijiet ta’ annimali salvaġġi għandhom jiġu inklużi fis-sorveljanza mmirata. |
PARTI II
Żona jew kompartiment ħieles mill-mard
1. |
Żoni
|
2. |
Il-kompartimenti li jinkludu farm wieħed jew żona tat-trobbija tal-molluski waħda jew aktar fejn l-istat tas-saħħa dwar marda speċifika jiddependi mill-istatus tas-saħħa fir-rigward ta' dik il-marda fl-ilmijiet naturali tal-madwar.
|
3. |
Kompartimenti li jinkludu farm individwali wieħed jew aktar fejn l-istatus tas-saħħa dwar marda speċifika huwa indipendenti mill-istatus tas-saħħa dwar dik il-marda speċifika ta’ l-ilmijiet naturali tal-madwar.
|
4. |
Dispożizzjonijiet speċjali għall-farms individwali li jibdew jew jerġgħu jibdew mill-ġdid l-attivitajiet tagħhom
|
ANNESS VI
Funzjonijiet u dmirijiet tal-laboratorji
PARTI I
Laboratorji Komunitarji ta’ referenza
1. |
Sabiex jintgħażlu bħala laboratorju Komunitarju ta’ referenza skond l-Artikolu 55, il-laboratorji għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin. Dawn iridu:
|
2. |
Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tagħżel biss il-laboratorji li joperaw u li jiġu vvalutati u akkreditati skond l-Istandards Ewropej li ġejjin, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tal-metodi differenti ta’ l-ittestjar stabbiliti f’din id-Direttiva:
|
3. |
L-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar li jissemmew fil-paragrafu 2 jistgħu jirrelataw mat-testijiet individwali jew ma’ gruppi ta’ testijiet. |
4. |
Għal waħda jew aktar mill-mard taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza jistgħu jieħdu vantaġġ mill-ħiliet u l-kapaċità tal-laboratorji fl-Istati Membri l-oħra jew fl-Istati Membri ta’ l-EFTA sakemm il-laboratorji konċernati jikkonformaw mal-ħtiġiet stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 ta’ dan l-Anness. Kwalunkwe intenzjoni li jittieħed vantaġġ minn kooperazzjoni bħal din għandha tkun parti mill-informazzjoni pprovduta bħala bażi għall-għażla skond l-Artikolu 55(1). Madankollu, il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għandu jibqa’ l-punt ta’ kuntatt għal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza fl-Istati Membri, u għall-Kummissjoni. |
5. |
Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għandhom:
|
PARTI II
Laboratorji nazzjonali ta’ referenza
1. |
Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza magħżula skond l-Artikolu 56 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi dijanjostiċi fil-qasam tar-responsabbilità tagħhom fl-Istat Membru konċernat. Dawn il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom:
|
2. |
L-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar li jissemmew fil-paragrafu 1(i) jistgħu jirrelataw mat-testijiet individwali jew ma’ gruppi ta’ testijiet. |
3. |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet imsemmija fil-punt 1 (i) (i) ta’ din il-Parti, fejn l-operazzjoni taħt EN ISO/IEC 17025 hija diffiċli mil-lat prattiku, sakemm il-laboratorju jopera taħt assigurazzjoni ta’ kwalità skond il-linji ta’ gwida fl-ISO 9001. |
4. |
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw laboratorju nazzjonali ta’ referenza li jinstab fit-territorju tagħhom li jieħu vantaġġ mill-ħiliet u mill-kapaċità ta’ laboratorji oħra magħżula skond l-Artikolu 57, għal marda jew għal aktar minn marda waħda mill-mard taħt ir-responsabbilità tagħhom, sakemm dawn il-laboratorji jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din il-Parti. Madankollu, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għandu jibqa’ l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ċentrali kompetenti ta’ l-Istat Membru, u għal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza. |
PARTI III
Laboratorji magħżula fl-Istati Membri
1. |
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħżel biss laboratorji għal servizzi dijanjostiċi skond l-Artikolu 57 li jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin. Dawn iridu:
|
2. |
L-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tal-laboratorji ta’ l-ittestjar li jissemmew fil-paragrafu 1(ċ) jistgħu jirrelataw mat-testijiet individwali jew ma’ gruppi ta’ testijiet. |
3. |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu laboratorji li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet imsemmija fil-punt 1 (ċ) (i) ta’ din il-Parti, fejn l-operazzjoni taħt l-EN ISO/IEC 17025 hija diffiċli mil-lat prattiku, sakemm il-laboratorju jopera taħt assigurazzjoni ta’ kwalità skond il-linji ta’ gwida fl-ISO 9001. |
4. |
L-awtorità kompetenti għandha tħassar l-għażla fejn il-kondizzjonijiet msemmija f’dan l-Anness ma jkunux sodisfatti aktar. |
ANNESS VII
KRITERJI U ĦTIĠIET GĦAL PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ kontinġenza jissodisfaw ta’ l-inqas il-ħtiġiet li ġejjin:
1. |
Trid issir dispożizzjoni biex jiġu żgurati s-setgħat legali meħtieġa biex ikunu implimentati l-pjanijiet ta’ kontinġenza u biex titwettaq kampanja ta’ qerda tal-mard rapida u b’ suċċess; |
2. |
Trid issir dispożizzjoni biex ikun żgurat l-aċċess għall-fondi ta’ emerġenza, il-mezzi tal-budget u għar-riżorsi finanzjarji biex ikunu koperti l-aspetti kollha tal-ġlieda kontra l-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV; |
3. |
Trid tiġi stabbilita katina ta’ kmand biex jiġi garantit proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rapidu u effettiv biex ikun immaniġġat il-mard eżotiku elenkat fl-Anness IV jew il-mard li qed jitfaċċa. Unità ċentrali tat-teħid tad-deċiżjonijiet trid tieħu ħsieb id-direzzjoni ġenerali ta’ l-istrateġiji ta’ kontroll; |
4. |
Il-pjanijiet dettaljati jridu jkunu disponibbli għall-Istati Membri biex ikunu ppreparati għat-twaqqif immedjat ta’ ċentri lokali ta’ kontroll tal-mard fl-eventwalità ta’ tifqigħa tal-mard eżotiku elenkat fil-Parti II ta’ l-Anness IV jew ta’ mard li qed jitfaċċa u biex ikunu implimentati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard u ta’ ħarsien ta’ l-ambjent fuq livell lokali; |
5. |
L-Istati Membri jridu jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet u l-korpi ambjentali kompetenti biex jiżguraw li l-azzjonijiet dwar kwistjonijiet veterinarji u ta’ saħħa ambjentali jkunu kkoordinati b’mod xieraq; |
6. |
Trid issir dispożizzjoni għal riżorsi adegwati biex jiżguraw kampanja rapida u effettiva, inklużi l-persunal, it-tagħmir u l-kapaċità tal-laboratorju; |
7. |
Irid ikun disponibbli manwal aġġornat dwar l-operazzjonijiet, b’deskrizzjoni dettaljata, komprensiva u prattika ta’ l-azzjonijiet, il-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-miżuri ta’ kontroll kollha li għandhom jintużaw fl-immaniġġar tal-mard eżotiku elenkat fil- Parti II ta’ l-Anness IV jew tal-mard li qed jitfaċċa; |
8. |
Fejn huwa xieraq, iridu jkunu disponibbli pjanijiet dettaljati għat-tilqim ta’ emerġenza. |
9. |
Il-persunal irid ikun involut b’mod regolari f’taħriġ dwar is-sinjali kliniċi, l-istħarriġ epidemjoloġiku u l-kontroll tal-mard epiżootiku, f’eżerċizzji ta’ allarm fi żmien reali, u fit-taħriġ fil-ħiliet tal-komunikazzjoni biex jipprovdu kampanji kontinwi ta’ għarfien dwar il-mard għall-awtoritajiet, għal dawk li jmexxu l-farms u għall-veterinarji. |
10. |
Il-pjanijiet ta’ kontinġenza jridu jiġu ppreparati u jridu jqisu r-riżorsi meħtieġa għall-kontroll ta’ numru kbir ta’ tifqigħ li jseħħu f’perijodu ta’ żmien qasir. |
11. |
Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet veterinarji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-pjanijiet ta’ kontinġenza jridu jiġu ppreparati biex jiġi żgurat li, fl-eventwalità ta’ tifqigħ ta’ mard, kwalunkwe rimi bil-massa tal-karkassi ta’ l-annimali akkwatiċi u tal-ħmieġ ta’ l-annimali akkwatiċi isir mingħajr ma jkun hemm periklu għas-saħħa ta’ l-annimali u tal-bniedem, billi jintużaw proċessi jew metodi li jipprevjienu l-ħsara lill-ambjent u b’mod partikolari:
|
12. |
Pjanijiet bħal dawn iridu jinkludu l-identifikazzjoni ta’ siti u stabbilimenti xierqa għat-trattament jew ir-rimi ta' karkassi u ħmieġ ta’ l-annimali fl-eventwalità ta’ tifqigħa skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
ANNESS VIII
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Din id-Direttiva |
Direttivi Revokati |
||
|
91/67/KEE |
93/53/KEE |
95/70/KE |
Artikolu 1 (1) a |
Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 1 (1) (b) |
— |
— |
— |
Artikolu 1 (1) (ċ) |
— |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(2) |
— |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 2(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 2(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 1, it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
— |
— |
— |
Artikolu 5 |
— |
— |
— |
Artikolu 6 |
— |
— |
— |
Artikolu 7 |
— |
— |
— |
Artikolu 8(1) |
— |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 8(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 8(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 8(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 9 |
— |
— |
— |
Artikolu 10 |
— |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 11 |
— |
— |
— |
Artikolu 12 |
— |
— |
— |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 4, paragrafu 1 |
— |
— |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 4, paragrafu 2 |
— |
— |
Artikolu 14 (1) (a) |
L-Artikolu 7(1), Artikolu 8(1) |
— |
— |
Artikolu 14 (1) (b) |
— |
— |
— |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 16(1) |
— |
— |
Artikolu 14(3) |
L-Artikolu 16(1), |
— |
— |
Artikolu 14(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 3 (1) a u (2) |
— |
— |
Artikolu 15(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 3 (1) b u (2) |
— |
— |
Artikolu 15(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 7 (1) a, l-ewwel sentenza Artikolu 7 (1) (b) Artikolu 8 (1) (a) Artikolu 8 (1) (b) |
— |
— |
Artikolu 16(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 17 |
— |
— |
— |
Artikolu 18 (1) |
Artikolu 9 |
— |
— |
Artikolu 18(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 19 (1) |
— |
— |
— |
Artikolu 19 (2) |
Artikolu 9 (2) |
— |
— |
Artikolu 20 |
Artikolu 14(3) |
— |
— |
Artikolu 21 |
— |
— |
— |
Artikolu 22 |
Artikolu 19(1) |
— |
— |
Artikolu 23(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 22 |
— |
— |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 19(2) |
— |
— |
Artikolu 23(4) |
Artikolu 19(3) |
— |
— |
Artikolu 23(5) |
— |
— |
— |
Artikolu 24 |
Artikolu 21 |
— |
— |
Artikolu 25(a) |
Artikolu 20 |
— |
— |
Artikolu 25(b) |
— |
— |
— |
Artikolu 25(ċ) |
— |
— |
— |
Artikolu 25(d) |
Artikolu 21(2) |
— |
— |
Artikolu 25 (e) |
— |
— |
— |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 27 |
— |
— |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 28(a) |
— |
Artikolu 5(1) Artikolu 10 (1) (a) |
Artikolu 5 (2) a |
Artikolu 28(b) |
— |
Artikolu 5 (2) (b) Artikolu 10 (1) (ċ) |
Artikolu 5 (2) b |
Artikolu 29(1) |
— |
Artikolu 5 (2) (h) Artikolu 6 (a), is-seba' inċiż Artikolu 8(1) Artikolu 9 (1), l-ewwel sentenza Artikolu 10 (1) b |
Artikolu 4 (1), subparagrafu 3, it-tielet inċiż Artikolu 5 (4), subparagrafu 1 u 4 |
Artikolu 29(2) |
— |
Artikolu 5(2)(i) |
Artikolu 5 (4), subparagrafu 2 u 4 |
Artikolu 29(3) |
— |
Artikolu 6(b) Artikolu 6(d) Artikolu 8(2) Artikolu 8(3) Artikolu 9(2) |
— |
Artikolu 29(4) |
— |
Artikolu 5 (2) (i) it-tieni inċiż |
— |
Artikolu 30 |
— |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 31 |
— |
— |
— |
Artikolu 32 |
— |
Artikolu 5 (2), Artikolu 6 |
Artikolu 4(1), subparagrafu 3, it-tieni inċiż, Artikolu 5 (2) b, Artikolu 5 (4), subparagrafu 3 u 4 |
Artikolu 33(1) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 6(a) ir-raba' inċiż |
— |
Artikolu 33(2) |
— |
Artikolu 6 (a) ir-raba' inċiż |
— |
Artikolu 33(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 33(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 34(1) |
— |
Artikolu 5 (2) ċ Artikolu 6(a) l-ewwel u t-tielet inċiż |
— |
Artikolu 34(2) |
— |
Artikolu 6(a) ir-raba' inċiż |
— |
Artikolu 35 |
— |
L-Artikolu 6(a) it-tieni, il-ħames u s-sitt inċiż |
— |
Artikolu 36 |
— |
— |
— |
Artikolu 37(a) |
— |
— |
— |
Artikolu 37(b) |
— |
— |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 38(1) |
— |
Artikolu 9 (1), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 38(2) |
— |
Artikolu 9(3) |
— |
Artikolu 38 (3) |
— |
— |
— |
Artikolu 39(a) |
— |
Artikolu 10 (1) ċ |
Artikolu 4 (1) paragrafu 3, l-ewwel inċiż |
Artikolu 39(b) |
— |
— |
— |
Artikolu 39(ċ) |
— |
Artikolu 10 (1) ċ |
— |
Artikolu 39(d) |
— |
— |
— |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 41 |
— |
— |
— |
Artikolu 42 |
— |
— |
— |
Artikolu 43 |
— |
— |
— |
Artikolu 44 (1) |
Artikolu 10 |
Artikolu 10(2) |
— |
Artikolu 44(2) |
Artikolu 10 |
Artikolu 10(2) |
— |
Artikolu 45 |
Artikolu 10(1) |
— |
— |
Artikolu 46 |
— |
— |
— |
Artikolu 47 |
— |
Artikolu 6 (a) l-ewwel inċiż Artikolu 15 |
— |
Artikolu 48(1) |
— |
Artikolu 14(1) |
— |
Artikolu 48(2) |
— |
Artikolu 14(1) |
— |
Artikolu 48(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 48(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 49(1) |
Artikolu 5 (1) |
— |
— |
Artikolu 49(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 49(3) |
Artikolu 15 |
— |
— |
Artikolu 50(1) |
Artikolu 5 (1) Artikolu 6 (1) |
— |
— |
Artikolu 50(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 50(3) |
Artikolu 5 (1) |
— |
— |
Artikolu 50(4) |
Artikolu 15 |
— |
— |
Artikolu 51(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 51(2) |
Artikolu 5(2) |
— |
— |
Artikolu 52 |
— |
— |
— |
Artikolu 53(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 53(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 53(3) |
— |
Artikolu 9 (1), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 54(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 54(2) |
— |
Artikolu 6(d) Artikolu 8(3) |
— |
Artikolu 54(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 55(1) |
— |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 55(2) |
— |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 55(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 56(1) |
— |
Artikolu 12(1) Artikolu 12(4) |
Artikolu 6(2) Artikolu 6(3) |
Artikolu 56(2) |
— |
— |
— |
Artikolu 56(3) |
— |
Artikolu 12(6) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 56(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 56(5) |
— |
Artikolu 12(1) Artikolu 12(3) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 57 (a) |
— |
Artikolu 11(2) |
— |
Artikolu 57 (b) |
— |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 57 (ċ) |
— |
— |
— |
Artikolu 58(1) |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 8 |
Artikolu 58(2) |
Artikolu 22 |
— |
— |
Artikolu 58(3) |
Artikolu 17 |
— |
— |
Artikolu 59 |
— |
— |
— |
Artikolu 60 |
— |
— |
— |
Artikolu 61(1) |
— |
— |
— |
Artikolu 61(2) |
Artikolu 25 |
Artikolu 18 |
Artikolu 9 |
Artikolu 61(3) |
Artikolu 9(3) Artikolu 17(2) |
Artikolu 18a |
Artikolu 4(2) Artikolu 5(4) ir-raba' subparagrafu Artikolu 8(4) |
Artikolu 62 |
Artikolu 26 Artikolu 27 |
Artikolu 19 |
Artikolu 10 |
Artikolu 63 |
— |
— |
— |
Artikolu 64 |
— |
— |
— |
Artikolu 65 |
Artikolu 29 |
Artikolu 20 |
Artikolu 12 |
Artikolu 66 |
— |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 67 |
Artikolu 30 |
Artikolu 21 |
Artikolu 14 |
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
Kunsill
24.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-24 ta’ Ottubru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju
(2006/782/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (3) tipprevedi l-possibbiltà ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Istati Membri għall-qerda ta' ċertu mard ta' l-annimali. Attwalment, dik id-Deċiżjoni tipprevedi wkoll l-għoti ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-qerda ta' l-anemija infettiva tas-salamun (ISA) u n-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN), mard li t-tnejn li huma jolqtu s-salmonidi. |
(2) |
L-azzjonijiet ta' kontroll tal-mard għall-ISA u l-IHN huma eliġibbli biss għal kontributi finanzjarji Komunitarji taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd (4). |
(3) |
Fid-dawl ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali għal annimali ta' l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (5), huwa xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 90/424/KEE sabiex il-kontribut finanzjarju Komunitarju jingħata wkoll għal miżuri ta' qerda mwettqa mill-Istati Membri sabiex jiġġieldu mard ieħor fl-annimali ta' l-akkwakultura, suġġett għal dispożizzjonijiet Komunitarji ta' kontroll. |
(4) |
L-Istati Membri jistgħu jingħataw kontributi finanzjarji għas-sostenn tas-setturi tas-sajd u ta' l-akkwakultura nazzjonali tagħhom taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (6). L-Artikolu 32 ta' dak ir-Regolament jawtorizza lill-Istati Membri jallokaw fondi għall-qerda ta' mard fl-akkwakultura taħt it-termini tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(5) |
Il-fondi għall-qerda ta' mard f'annimali ta' l-akkwakultura għandhom ikunu allokati fil-programmi operattivi stabbiliti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006, li l-baġit tagħhom jiġi stipulat fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni. |
(6) |
Il-kontributi finanzjarji mill-Komunità għall-finijiet ta' kontroll tal-mard fl-annimali ta' l-akkwakultura għandu jkun suġġett għal skrutinju dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kontroll stipulati fid-Direttiva 2006/88/KE, skond l-istess proċeduri bħal dawk li japplikaw għal tali skrutinju u kontroll għal ċertu mard ta' annimali ta' l-art. |
(7) |
Huwa għalhekk xieraq li l-proċeduri għal kontributi finanzjarji stipulati fid-Deċiżjoni 90/424/KEE jiġu applikati wkoll għall-użu tal-kontribut finanzjarju għall-kontroll ta' mard f'annimali ta' l-akkwakultura taħt ir-Regolament (KE) 1198/2006. |
(8) |
Huwa xieraq li din id-Deċiżjoni issir applikabbli fl-istess mument bħad-Direttiva 2006/88/KE. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 3 (1), jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:
|
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3b L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (*) għall-qerda ta' mard eżotiku f'annimali ta' l-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni, taħt il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3(3), (4) u (5) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-miżuri minimi ta' kontroll u ta' qerda tal-mard stipulati fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE ta' l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali għal annimali ta' l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (**). |
3. |
L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, il-lista fl-Artikolu 3 (1) tista' tiġi supplimentata skond żviluppi fis-sitwazzjoni, sabiex tinkludi mard li għandu jiġi notifikat skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika ta' mard ta' l-annimali fil-Komunità (***) u mard li jista' jiġi trasmess lil annimali ta' l-akkwakultura. Il-lista tista' wkoll tiġi emendata jew imqassra sabiex jittieħed kont tal-progress magħmul permezz tal-miżuri miftiehma fuq livell Komunitarju għall-kontroll ta' ċertu mard. (***) * ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).”;" |
4. |
Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 24: “13. L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fil-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għall-qerda tal-mard fl-annimali ta' l-akkwakultura msemmija fl-Anness. Il-fondi għandhom jiġu allokati f'konformità mal-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:
L-attivitajiet ta' qerda għandhom jittwettqu skond l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew fil-qafas ta' programm ta' qerda stabbilit, approvat u implimentat skond l-Artikolu 44(2) ta' dik id-Direttiva.”; |
5. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-Grupp I fl-Anness:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-24 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) Opinjoni tas-27 ta' April 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU C 88, 11.4.2006, p. 13. Opinjoni mogħtija wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.
(3) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).
(4) ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 485/2005 (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 1).
(5) Ara paġna 14 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.