ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
25 ta' Settembru 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE

1

 

*

Regolament (KE) Nru 1366/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 fir-rigward tas-sena bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti ta' idroklorofluworokarbonji fir-rigward ta' l-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004

12

 

*

Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali

13

 

*

Direttiva 2006/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut ( 6 )

20

 

*

Direttiva 2006/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom

32

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 264.

 

(6)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

25.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Il-passaġġi fuq l-ilma interni huma parti importanti mir-retikolat ta' trasport tal-Komunità u l-promozzjoni tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika komuni tat-trasport, kemm għal raġunijiet ta' effiċjenza ekonomika kif ukoll għat-tnaqqis tal-konsum ta' l-enerġija u ta' l-impatt ambjentali li għandu t-trasport, kif deskritt fil-White Paper tal-Kummissjoni: Il-politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: Wasal iż-żmien li niddeċiedu.

(2)

Il-Kummissjoni teħtieġ statistika rigward it-trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni sabiex tissorvelja u tiżviluppa politika komuni tat-trasport, kif ukoll l-elementi relatati mat-trasport fil-politika dwar ir-reġjuni u r-retikolati trans-Ewropej.

(3)

Inġabret statistika dwar it-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni taħt id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE tas-17 ta' Novembru 1980 dwar il-prospetti ta' statistika li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' merkanzija permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni (2), li m'għadhiex tikkorrispondi għall-bżonnijiet attwali f'dan il-qasam. Huwa għalhekk xieraq li din id-Direttiva tiġi sostitwita bi strument ġdid li jestendi l-ambitu tagħha u jtejjeb l-effiċjenza.

(4)

Konsegwentement, id-Direttiva 80/1119/KEE għandha tiġi mħassra.

(5)

L-istatistika Komunitarja dwar il-modi kollha tat-trasport għandha tinġabar skond il-kunċetti u l-istandards komuni, bil-għan li tinkiseb l-aktar komparabbiltà prattikabbli bejn modi ta' trasport.

(6)

It-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni ma jeżistix fl-Istati Membri kollha u, għalhekk, l-effett ta' dan ir-Regolament huwa limitat għal dawk l-Istati Membri fejn jeżisti dan il-mod ta' trasport.

(7)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards komuni ta' statistika li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata ma jistax jiġi miksub suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk jiġi miksub aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan.

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità (3) jipprovdi qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4).

(10)

Il-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (5) ġie konsultat skond l-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja li tikkonċerna t-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 2

Skop

1.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data relatata mat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju nazzjonali tagħhom.

2.   L-Istati Membri li fihom il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena minn passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali, internazzjoni jew ta' tranżitu ikun aktar minn miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu d-data msemmija fl-Artikolu 4(1).

3.   Bħala deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri fejn mhemmx trasport internazzjonali jew ta' tranżitu minn passaġġi fuq l-ilma interni iżda fejn il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena mill-passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali jeċċedi miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu biss id-data meħtieġa taħt l-Artikolu 4(2).

4.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a)

trasport ta' merkanzija permezz ta' bastimenti b'kapaċità massima ta' ġarr ta' anqas minn 50 tunnellata metrika;

(b)

bastimenti użati prinċipalment għat-trasport ta' passiġġieri;

(ċ)

bastimenti użati bħala tragetti;

(d)

bastimenti użati biss għal skopijiet li mhumiex kummerċjali minn amministrazzjonijiet ta' portijiet u awtoritajiet pubbliċi;

(e)

bastimenti użati biss għall-bunkering jew għall-ħżin;

(f)

bastimenti li mhumiex użati għat-trasport ta' merkanzija, bħal bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-tħammil, postijiet tax-xogħol fuq l-ilma, battelli ta' abitazzjoni u dgħajjes ta' rikreazzjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli” tfisser medda ta' ilma, li ma tkunx parti mill-baħar, li fuqha jistgħu jinnavigaw bastimenti b'kapaċità ta' ġarr ta' mhux anqas minn 50 tunnellata metrika meta jkunu b'tagħbija normali. Dan it-terminu jkopri kemm xmajjar u lagi navigabbli kif ukoll kanali navigabbli;

(b)

“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser inġenju li jżomm f'wiċċ l-ilma maħsub għat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri minn passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli;

(ċ)

“nazzjonalità tal-bastiment” tirriferi għall-pajjiż li fih ikun reġistrat il-bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 4

Ġbir ta' data

1.   Għandha tinġabar data skond it-tabelli stabbiliti fl-Annessi A sa D.

2.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(3), id-data għandha tinġabar skond it-tabella stabbilita fl-Anness E.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tkun klassifikata skond l-Anness F.

Artikolu 5

Trasmissjoni ta' data

1.   L-ewwel perjodu ta' osservazzjoni għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2007. It-trasmissjoni tad-data għandha sseħħ malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu relevanti ta' osservazzjoni.

2.   Matul l-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iż-żmien permess għat-trasmissjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Iż-żmien massimu permess għat-trasmissjoni, inkluża kull estenzjoni mogħtija, ma għandux jaqbeż tmien xhur.

L-estensjonijiet taż-żmien permess għat-trasmissjoni huma stabbiliti fl-Anness G.

Artikolu 6

Tixrid

L-istatistika Komunitarja bbażata fuq id-data msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun imxerrda bi frekwenza simili għal dik stabbilita għat-trasmissjoni ta' data mill-Istati Membri.

Artikolu 7

Il-kwalità tad-data

1.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiżviluppa u tippubblika, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-kundizzjonijiet metodoloġiċi u l-kriterji maħsuba sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data prodotta.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data trasmessa.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport li jkun fih tali informazzjoni u data li jistgħu jiġu mitluba minnha sabiex tivverifika l-kwalità tad-data trasmessa.

Artikolu 8

Rapport dwar l-implementazzjoni

Sal-15 ta’ Ottubru 2009 u wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ir-rapport għandu:

(a)

jivvaluta l-benefiċċji li jieħdu l-Komunità, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta' l-informazzjoni statistika mill-istatistika prodotta, meta mqabbla ma' l-ispejjeż;

(b)

jivvaluta l-kwalità ta' l-istatistika prodotta;

(ċ)

jidentifika oqsma fejn jista' jsir titjib u kwalunkwe emenda kunsidrata neċessarja fid-dawl tar-riżultati miksuba.

Artikolu 9

Miżuri implementattivi

Il-miżuri għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi miżuri li jieħdu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Tali miżuri għandhom jikkonċernaw:

(a)

l-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni (Artikolu 2);

(b)

l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni ta' definizzjonijiet addizzjonali (Artikolu 3);

(ċ)

l-adattament ta' l-ambitu tal-ġbir ta' data u l-kontenut ta' l-Annessi (Artikolu 4);

(d)

l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' data lill-Kummissjoni (Eurostat) inklużi l-istandards għall-iskambju ta' data (Artikolu 5);

(e)

l-arranġamenti għat-tixrid ta' riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) (Artikolu 6);

(f)

l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta' rekwiżiti u kriterji metodoloġiċi (Artikolu 7).

Artikolu 10

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet transizzjonali u taħsir

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati statistiċi għas-sena 2006 skond id-Direttiva 80/1119/KEE.

2.   Id-Direttiva 80/1119/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, nhar is-6 ta’ Settembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Il-President

Għall-Kunsill

P. LEHTOMÄKI


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2006.

(2)  ĠU L 339, 15.12.1980, p. 30. Direttiva kif emendata mill-Att ta' Adeżjoni 2003.

(3)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11)

(5)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS A

Tabella A1: Trasport ta' merkanzija skond it-tip ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Dettalji tal-Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“A1”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

 

Tip ta' trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' merkanzija

2 karattri numeriċi

NST 2000

 

Tip ta' ppakkjar

karattru numeriku

1= Merkanzija f'containers

2= Merkanzija mhux f'containers

 

Tunnellati metriċi trasportati

 

 

Tunnellati metriċi

Tunnellati metriċi - Km

 

 

Tunnellati metriċi - Km


ANNESS B

Tabella B1. Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Dettalji tal-Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“B1”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

 

Tip ta' trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' bastiment

karattru numeriku

1= Barkun motorizzat

2= Barkun mhux motorizzat

3= Barkun-tanker motorizzat

4= Barkun-tanker mhux motorizzat

5= Bastimenti oħra għall-ġarr tal-merkanzija

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Tunnellati metriċi trasportati

 

 

Tunnellati metriċi

Tunnellati metriċi - Km

 

 

Tunnellati metriċi - Km


Tabella B2. Traffiku ta' bastimenti (data annwali)

Elementi

Dettalji tal-Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“B2”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Numru ta' bastimenti mgħobbija

 

 

Bastimenti

Numru ta' bastimenti vojta

 

 

Bastimenti

Bastimenti –Km (bastimenti mgħobbija)

 

 

Bastiment-Km

Bastiment–Km (bastimenti vojta)

 

 

Bastimenti-Km

NOTA: Il-fornitura tad-data msemmija f'din it-Tabella B2 mhijiex obbligatorja.


ANNESS Ċ

Tabella Ċ1. Trasport bil-container skond it-tip ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Dettalji tal-Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“C1”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

2 karattri alfabetiċi jew 4 karattri alfanumeriċi

Kodiċi ISO nazzjonali jew NUTS2

 

Tip ta' trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 =

Internazzjonali (ħlief tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Daqs tal-kontejner

karattru numeriku

1 = 20′ unitajiet ta' tagħbija

2 = 40′ unitajiet ta' tagħbija

3 =

unitajiet ta' tagħbija > 20′ u <40′

4 = unitajiet ta' tagħbija > 40′

 

Status tat-tagħbija

karattru numeriku

1 = Containers mimlijin

2 = Containers vojta

 

Tip ta' merkanzija

2 karattri numeriċi

NST 2000

 

Tunnellati metriċi trasportati (*)

 

 

Tunnellati metriċi

Tunnellati metriċi - Km (*)

 

 

Tunnellati metriċi - Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km


(*)  Għall-containers mimlijin biss


ANNESS D

Tabella D1. Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Dettalji tal-Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“D1”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Perjodu

2 karattri alfanumeriċi

“Q1, Q2, Q3 jew Q4”

 

Tip ta' trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Tunnellati metriċi trasportati

 

 

Tunnellati metriċi

Tunnellati metriċi - Km

 

 

Tunnellati metriċi - Km


Tabella D2. Trasport bil-kontejner skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Dettalji tal-Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri

“D2”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Perjodu

2 karattri alfanumeriċi

“Q1, Q2, Q3 or Q4”

 

Tip ta' trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Stat tat-tgħabbija

karattru numeriku

1 = Containers mimlijin

2 = Containers i vojta

 

Tunnellati metriċi trasportati (*)

 

 

Tunnellati metriċi

Tunnellati metriċi - Km (*)

 

 

Tunnellati metriċi - Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km


(*)  Għall-containers mimlijin biss


ANNESS E

Tabella E1. Trasport ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Dettalji tal-Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“E1”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

Kodiċi ISO nazzjonali

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Total ta' tunnellati metriċi trasportati

 

 

Tunnellati metriċi

Total ta' tunnellati metriċi - Km

 

 

Tunnellati metriċi - Km


ANNESS F

Nomenklatura ta' merkanzija

NST-2000

Gruppi NST-2000

Deskrizzjoni ta' merkanzija

Definita skond il-prodotti fid-diviżjonijiet tas-CPA

01

Prodotti ta' l-agrikolutra, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

01, 02, 05

02

Faħam u lignite; pît, żejt petroleum mhux raffinat u gass naturali; uranju u torju

10, 11, 12

03

Minerali ta' metalli u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri

13, 14

04

Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk

15, 16

05

Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

17, 18, 19

06

Injam u prodotti ta' l-injam u tas-sufra (ħlief għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta' l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal rekordjat

20, 21, 22

07

Kokk, prodotti irfinati taż-żejt petroleum u karburant nukleari

23

08

Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik

24, 25

09

Prodotti oħra minerali mhux metalliċi

26

10

Metalli bażiċi; prodotti metalliċi fabbrikati, ħlief makkinarju u tagħmir

27, 28

11

Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta' l-uffiċċji u computers; makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta' preċiżjoni u ottiċi; arloġġi u arloġġi ta' l-idejn

29, 30, 31, 32, 33

12

Tagħmir ta' trasport

34, 35

13

Għamara, merkanzija oħra manifatturata n.e.c.

36

14

Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tipi oħra ta' skart li mhumiex speċifikati f'parti oħra fis-CPA

37 + skart muniċipali (kif imdaħħal fid-diviżjoni CPA 90) u skart ieħor mhux speċifikat f'xi parti oħra fis-CPA)

15

Posta, pakketti postali

Nota: din l-intestatura hija normalment użata għal merkanzija trasportata minn amministrazzjonijiet tal-posta u minn servizzi speċjalizzati ta' courier fid-diviżjoni 64 tan-Nace Rev. 1.

 

16

Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport ta' merkanzija

Nota: din l-intestatura tkopri oġġetti bħal containers vojta, paletti, kaxxi, ċestuni u gaġeġ. Tkopri wkoll vetturi użati sabiex iżommu merkanzija, fejn il-vettura nnifisha tinġarr minn vettura oħra.

L-eżistenza ta' kodiċi għal dan it-tip ta' materjal ma' tippreġudikax il-kwestjoni jekk tali materjali għandhomx jingħaddu bħala “merkanzija”, dan jiddependi fuq ir-regoli tal-ġbir ta' data għal kull mod ta' trasport.

 

17

Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagali trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

 

18

Oġġetti raggruppati: taħlita ta' tipi ta' merkanzija li jkunu trasportati flimkien

Nota: din l-intestatura hija użata kull meta ma jkunx kunsidrat xieraq li l-merkanzija tkun separatament assenjata lil gruppi 01-16.

 

19

Merkanzija mhux identifikabbli: oġġetti li għal xi raġuni ma jistgħux jiġu identifikati u għalhekk ma jistgħux jiġu assenjati lil gruppi 01-16

Nota: din l-intestatura hija intenzjonata sabiex tkopri oġġetti fejn l-unità ta' rappurtaġġ ma jkollha ebda informazzjoni dwar it-tip ta' merkanzija li tkun qiegħda tiġi trasportata.

 

20

Merkanzija oħra n.e.c.

Nota: din l-intestatura tkopri kwalunkwe oġġett li ma jistax jiġi assenjat lil xi wieħed mill-gruppi 01-19. Billi l-gruppi 01-19 huma maħsuba li jkopru l-kategoriji kollha previsti ta' merkanzija trasportata, l-użu ta' grupp 20 għandu jkun kunsidrat mhux tas-soltu u jista' jindika l-ħtieġa għal kontroll ulterjuri tad-data rappurtata taħt din l-intestatura.

 


ANNESS G

Estensjonijiet taż-żmien permess għat-trasmissjoni (Artikolu 5(2))

Stat Membru

Perjodu estiż ta' trasmissjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni

L-aħħar sena li għaliha tingħata estensjoni

Belġju

8 xhur

2009


25.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

12


REGOLAMENT (KE) Nru 1366/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 fir-rigward tas-sena bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti ta' idroklorofluworokarbonji fir-rigward ta' l-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw ill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (3) jieħu s-sena 1999 bħala s-sena bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-idroklorofluworokarbonji (HCFCs). Is-suq ta' l-HCFC fl-għaxar Stati Membri l-ġodda inbidel konsiderevolment mill-1999, bil-wasla ta' kumpanniji ġodda u tibdil fis-sehem tas-suq. Meta tieħu s-sena 1999 bħala s-sena bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-HCFCs f'dawn l-Istati Membri l-ġodda jirriżulta li numru kbir ta' kumpanniji ma jirċevux kwota ta' importazzjoni. Dan jista' jiġi kkunsidrat bħala arbitrarju u jista' jirriżulta fi ksur tal-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni u aspettativi leġittimi.

(2)

Bħala regola ġenerali, il-kwoti għandhom ikunu bbażati fuq il-figuri l-aktar riċenti u rappreżentattivi disponibbli sabiex jiġi żgurat li numru ta' kumpanniji importaturi fl-Istati Membri l-ġodda ma jiġux esklużi. Għalhekk huwa xieraq li jintagħżlu s-snin li għalihom hemm disponibbli l-aktar data riċenti. Sabiex is-sitwazzjoni kummerċjali dwar is-suq ta' l-HCFC fl-għaxar Stati Membri l-ġodda tiġi riflessa aħjar, għandha tintuża l-medja tas-sehem mis-suq fl-2002 u l-2003 għall-kumpanniji minn dawk l-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat għaldaqstant,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 4(3)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000:

“(i)

B'deroga mill-punt (h), kull produttur u importatur fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandu jiżgura li l-livell kalkulat ta' idroklorofluworokarbonji li huwa jqiegħed fis-suq jew juża għalih innifsu ma għandux jaqbeż, bħala perċentwal tal-livelli kalkulati mniżżla fil-punti (b), (d), (e) u (f), il-medja tas-sehem perċentwali mis-suq fl-2002 u l-2003.”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, nhar is-6 ta’ Settembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

P. LEHTOMÄKI


(1)  ĠU C 110, 9.5.2006, p. 33.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2006.

(3)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 29/2006 (ĠU L 6, 11.1.2006, p. 27).


25.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

13


REGOLAMENT (KE) Nru 1367/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-22.ta' Ġunju 2006 (2),

Billi:

(1)

Il-liġi Komunitarja, fil-qasam ta’ l-ambjent, għandha l-għan li tikkontribwixxi inter alia għall-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, u b'hekk tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli.

(2)

Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (3) jisħaq fuq l-importanza li jiġu pprovduti informazzjoni adegwata dwar l-ambjent u opportunitajiet effettivi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tiswir ta’ deċiżjonijiet dwar l-ambjent, sabiex b’hekk tiżdied ir-responsabbiltà u t-trasparenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u jsir kontribut għall-kuxjenza pubblika u jiżdied l-appoġġ għad-deċiżjonijiet meħuda. Barra dan, il-programm jinkoraġġixxi, kif għamlu dawk ta’ qablu (4), l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni aktar effettivi tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent, inkluż l-infurzar tar-regoli Komunitarji u t-teħid ta’ azzjoni kontra l-ksur tal-liġi Komunitarja dwar l-ambjent.

(3)

Fil-25 ta’ Ġunju 1998 il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”). Il-Komunità approvat il-Konvenzjoni ta’ Aarhus fis-17 ta' Frar 2005 (5). Id-disposizzjonijiet tal-liġi Komunitarja għandhom ikunu konsistenti ma’ dik il-Konvenzjoni.

(4)

Il-Komunità diġà adottat corpus ta' leġislazzjoni, li qiegħed jevolvi u li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. Għandhom jiġu adottati disposizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji.

(5)

Huwa xieraq li t-tliet pilastri tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jiġifieri l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, jiġu kkunsidrati f'liġi waħda u li jiġu stabbiliti disposizzjonijiet komuni fir-rigward ta’ l-għanijiet u d-definizzjonijiet. Dan jikkontribwixxi għar-razzjonalizzazzjoni tal-leġislazzjoni u għaż-żieda fit-trasparenza tal-miżuri ta’ implimentazzjoni meħuda fir-rigward ta' l-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji.

(6)

Bħala prinċipju ġenerali, d-drittijiet garantiti mit-tliet kolonni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus huma mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward ta' ċittadinanza, nazzjonalità jew domiċilju.

(7)

Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tiddefinixxi “awtoritajiet pubbliċi” f'sens wiesa', fejn il-kunċett bażiku huwa li kull fejn tiġi eżerċitata awtorità pubblika, għandu jkun hemm drittijiet għall-individwi u l-organizzazzjonijiet tagħhom. Huwa għalhekk neċessarju li l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji koperti minn dan ir-Regolament jiġu definiti bl-istess mod ġenerali u funzjonali. Taħt il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni meta jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja jew leġislattiva. Madankollu, għal raġunijiet ta’ konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6), id-disposizzjonijiet dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji meta jaġixxu f’kapaċità leġislattiva.

(8)

Id-definizzjoni ta’ informazzjoni dwar l-ambjent f'dan ir-Regolament tiġbor fiha informazzjoni fi kwalunkwe forma dwar l-istat ta’ l-ambjent. Din id-definizzjoni, li ġiet allinjata mad-definizzjoni adottata fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (7), għandha l-istess kontenut għal dik stabbilita fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Id-definizzjoni ta’ “dokument” fir-Regolament (KE) Nru. 1049/2001 tiġbor fiha informazzjoni dwar l-ambjent kif definit f'dan ir-Regolament.

(9)

Huwa xieraq li dan ir-Regolament jagħti definizzjoni ta’ “pjani u programmi” b'kont meħud tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, b’mod parallel ma’ l-approċċ segwit fir-rigward ta’ l-obbligi ta’ l-Istati Membri taħt il-liġi eżistenti tal-KE. Il-“pjanijiet u programmi relatati ma’ l-ambjent” għandhom jiġu definiti fir-rigward tal-kontribut tagħhom, jew ta' l-effett sinifikattiv probabbli tagħhom, sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-politika ambjentali Komunitarja. Għall-perjodu ta’ għaxar snin li jibda mit-22 ta’ Lulju 2002, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent jistabbilixxi l-għanijiet tal-politika ambjentali tal-Komunità u l-azzjonijiet ippjanati sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. Fit-tmiem ta' dan il-perjodu għandu jiġi adottat programm sussegwenti ta’ azzjoni dwar l-ambjent.

(10)

Fid-dawl tal-fatt li l-liġi dwar l-ambjent qed tevolvi kontinwament, id-definizzjoni ta’ liġi ambjentali għandha tirriferi għall-għanijiet tal-politika Komunitarja dwar l-ambjent kif stabbiliti fit-Trattat.

(11)

Atti amministrattivi li għandhom applikazzjoni individwali għandhom ikunu miftuħa għall-possibbiltà ta’ reviżjoni interna fejn dawn jorbtu legalment u għandhom effetti esterni. Bl-istess mod, l-ommissjonijiet għandhom ikunu koperti fejn hemm l-obbligu li jiġi adottat att amministrattiv taħt il-liġi ambjentali. Billi l-atti adottati minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, meta jaġixxu f'kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva, jistgħu jiġu esklużi, l-istess għandu japplika għal proċeduri oħra ta’ inkjesta meta l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità jaġixxu bħala korpi amministrattivi ta’ reviżjoni skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat.

(12)

Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus issejjaħ għal aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent fuq talba jew permezz ta' tixrid attiv mill-awtoritajiet koperti mill-Konvenzjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 japplika għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Kummissjoni, kif ukoll għal aġenziji u korpi simili stabbiliti minn att legali tal-Komunità. Dan jistabbilixxi regoli għal dawn l-istituzzjonijiet li jaqblu fil-parti l-kbira mar-regoli stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Huwa meħtieġ li tiġi estiża l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kollha tal-Komunità.

(13)

Fejn il-Konvenzjoni ta’ Aarhus fiha disposizzjonijiet li ma jinstabux ukoll, b’mod sħiħ jew parzjali, fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, huwa meħtieġ li dawn jiġu indirizzati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-ambjent.

(14)

Sabiex id-dritt għall-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent ikun effettiv, informazzjoni ta’ kwalità tajba dwar l-ambjent hija essenzjali. Huwa għalhekk xieraq li jiġu introdotti regoli li jobbligaw lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità jiżguraw tali kwalità.

(15)

Fejn ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jipprevedi eċċezzjonijiet, dawn għandhom japplikaw, bla ħsara għal kwalunkwe disposizzjoni aktar speċifika f'dan ir-Regolament dwar talbiet għal informazzjoni dwar l-ambjent. Ir-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ l-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, b’kont meħud ta’ l-interess pubbliku fl-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax emissjonijiet fl-ambjent. It-terminu “interessi kummerċjali” jkopri ftehim ta’ konfidenzjalità konklużi minn istituzzjonijiet jew korpi li jaġixxu f’kapaċità bankarja.

(16)

Skond id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità (8), network fil-livell Komunitarju għall-promozzjoni ta’ koperazzjoni u kordinazzjoni bejn l-Istati Membri, bl-assistenza tal-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu mtejba l-prevenzjoni u l-kontroll fil-Komunità ta’ numru ta’ mard li jinxtered. Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 (9) tadotta programm Komunitarju ta’ azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika li jikkomplementa l-linji politiċi nazzjonali. It-titjib ta' l-informazzjoni u tal-konoxxenza għall-iżvilupp tas-saħħa pubblika u t-titjib tal-kapaċità ta' rispons rapidu u b’mod kordinat għat-theddid għas-saħħa, li t-tnejn huma elementi ta’ dan il-programm, huma għanijiet ugwalment konformi għal kollox mal-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Dan ir-Regolament għalhekk għandu idealment japplika bla preġudizzju għad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE u d-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE.

(17)

Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tirrikjedi li l-Partijiet jadottaw disposizzjonijiet li jippermettu li l-pubbliku jipparteċipa fit-tħejjija ta’ pjani u programmi relatati ma’ l-ambjent. Tali disposizzjonijiet għandhom jinkludu termini ta’ żmien raġonevoli sabiex il-pubbliku jiġi informat dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ambjent in kwistjoni. Sabiex tkun effettiva, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku għandha sseħħ kmieni, meta l-possibbiltajiet kollha ta' għażla jkunu miftuħin. Meta jistabbilixxu disposizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji għandhom jidentifikaw il-pubbliku li jista’ jipparteċipa. Il-Konvenzjoni ta' Aarhus teħtieġ ukoll li, safejn jixraq, il-Partijiet jagħmlu sforz biex jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni pubblika fil-preparazzjoni ta' linji politiċi marbuta ma' l-ambjent.

(18)

L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprovdi għal aċċess għal proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra ta’ reviżjoni għall-kontestazzjoni ta' atti u ommissjonijiet minn persuni fiżiċi u minn awtoritajiet pubbliċi li jiksru disposizzjonijiet tal-liġi relattivi għall-ambjent. Id-disposizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja għandhom ikunu konsistenti mat-Trattat. Huwa xieraq f’dan il-kuntest li dan ir-Regolament jindirizza biss atti u ommissjonijiet minn awtoritajiet pubbliċi.

(19)

Sabiex jiġu żgurati rimedji adegwati u effettivi, inklużi dawk disponibbli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej taħt id-disposizzjonijiet pertinenti tat-Trattat, huwa xieraq li tingħata l-opportunità lill-istituzzjoni Komunitarja jew lill-korp Komunitarju li ħarġu l-att li sejjer jiġi kkontestat, jew li, fil-każ ta' allegazzjoni ta' ommissjoni amministrattiva, naqsu milli jaġixxu, li jerġgħu jikkonsidraw id-deċiżjoni preċedenti tagħhom, jew, fil-każ ta’ ommissjoni, li jaġixxu.

(20)

Organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-ambjent li jissodisfaw ċerti kriterji, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li huma organizzazzjonijiet indipendenti u responsabbli li wrew li l-objettiv primarju tagħhom huwa li jippromwovu l-protezzjoni ta’ l-ambjent, għandhom ikunu awtorizzati jitolbu reviżjoni interna fil-livell Komunitarju ta’ atti adottati jew ta’ ommissjonijiet taħt il-liġi ta’ l-ambjent minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità bil-ħsieb ta’ konsiderazzjoni mill-ġdid mill-istituzzjoni jew korp in kwistjoni.

(21)

Fejn ma ġewx milqugħa talbiet preċedenti għal reviżjoni interna, għandu jkun possibbli għall-organizzazzjoni mhux governattiva konċernata li ġġib azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat.

(22)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fondamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 37 tagħha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I   DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan

1.   L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-obbligi li jirriżultaw taħt il-Konvenzjoni ta' l-UNECE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Konvenzjoni Aarhus”, billi jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġu applikati d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni għall-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità, partikolarment billi:

(a)

jiġi garantit id-dritt għall-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-ambjent riċevuta jew prodotta minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità u miżmuma minnhom, u billi jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet bażiċi ta' l-eżerċizzju ta' dak id-dritt u l-arranġamenti prattiċi għall-istess eżerċizzju;

(b)

jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-ambjent tiġi progressivament magħmula disponibbli u mxerrda lill-pubbliku sabiex jinkisbu kemm id-disponibbiltà kif ukoll it-tixrid sistematiċi l-aktar ampji tagħha. Għal dak il-għan għandu jiġi promoss, fejn disponibbli, l-użu, partikolarment, tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika;

(ċ)

jkun hemm provvediment għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward ta' pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent;

(d)

jingħata aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fil-livell Komunitarju taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

2.   Fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jassistu u jipprovdu gwida lill-pubbliku fir-rigward ta' l-aċċess għall-informazzjoni, tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u ta' l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“applikant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li titlob informazzjoni dwar l-ambjent;

(b)

“il-pubbliku” tfisser persuna, jew persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi ta' tali persuni;

(ċ)

“istituzzjoni jew korp tal-Komunità” tfisser kwalunkwe istituzzjoni pubblika, korp, uffiċċju jew aġenzija stabbiliti mit-Trattat jew abbażi ta' l-istess Trattat ħlief meta jaġixxu f'kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva. Madankollu, id-disposizzjonijiet taħt it-Titolu II għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità meta dawn jaġixxu f'kapaċità leġiżlattiva;

(d)

“informazzjoni dwar l-ambjent” tfisser kwalunkwe informazzjoni f'għamla miktuba, viżwali, li tinstema', elettronika jew fi kwalunkwe forma materjali oħra dwar:

(i)

l-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent, bħalma huma l-arja u l-atmosfera, l-ilma, il-ħamrija, il-pajżaġġ u s-siti naturali inklużi l-artijiet mistagħdra, iż-żoni kostali u marini, id-diversità bijoloġika u l-komponenti tagħha, inklużi organiżmi ġenetikament modifikati, u l-interazzjoni fost dawn l-elementi;

(ii)

fatturi, bħalma huma s-sustanzi, l-enerġija, l-istorbju, ir-radjazzjoni jew l-iskart, inklużi l-iskart radjuattiv, l-emissjonijiet, l-iskarigi u ħruġ ieħor fl-ambjent, li jaffettwaw jew x'aktarx jaffettwaw l-elementi ta' l-ambjent msemmija fil-punt (i);

(iii)

miżuri (inklużi l-miżuri amministrattivi), bħalma huma l-linji politiċi, il-leġislazzjoni, il-pjanijiet, il-programmi, il-ftehim ambjentali, u l-attivitajiet li jaffettwaw jew li x'aktarx jaffettwaw l-elementi u l-fatturi msemmija fil-punti (i) u (ii) kif ukoll miżuri jew attivitajiet intiżi sabiex jipproteġu dawn l-elementi;

(iv)

rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-ambjent;

(v)

l-analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji u analiżi u ipotesi ekonomiċi oħra wżati fil-qafas tal-miżuri u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (iii);

(vi)

l-istat tas-saħħa u tas-sigurtà tal-bniedem, inklużi t-tniġġiż tal-katina alimentari, fejn rilevanti, il-kondizzjonijiet tal-ħajja tal-bniedem, is-siti kulturali u l-istrutturi mibnija safejn jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-istat ta' l-elementi ta' l-ambjent imsemmija fil-punt (i) jew, permezz ta' dawn l-elementi, minn kwalunkwe materja msemmija fil-punti (ii) u (iii).

(e)

“pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent” tfisser pjanijiet u programmi,

(i)

li huma soġġetti għall-preparazzjoni u, skond il-każ, l-adozzjoni minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità;

(ii)

li huma meħtieġa taħt disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi; u

(iii)

li jikkontribwixxu jew li jistgħu isarrfu sinifikattivament għall-kisba ta' l-objettivi tal-politika ambjentali Komunitarja, bħal dawk stabbiliti fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent, jew fi kwalunkwe programm ġenerali ta' azzjoni ambjentali sussegwenti.

Il-programmi ġenerali ta' azzjoni ambjentali għandhom ukoll jiġu kkunsidrati bħala pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent.

Din id-definizzjoni m'għandhiex tinkludi pjanijiet u programmi finanzjarji jew tal-budget, jiġifieri dawk li jistabbilixxu kif għandhom jiġu finanzjati proġetti jew attivitajiet partikolari, jew dawk relatati mal-budgets annwali proposti, programmi interni ta' xogħol ta' xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, jew pjanijiet u programmi ta' emerġenza magħmula għall-għan waħdieni tal-protezzjoni ċivili;

(f)

“liġi ambjentali” tfisser leġislazzjoni Komunitarja li, irrispettivament mill-bażi legali tagħha, tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet tal-politika Komunitarja dwar l-ambjent kif stabbiliti fit-Trattat: il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, l-użu prudenti u razzjonali ta' risorsi naturali, u l-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu trattati problemi ambjentali reġjonali jew dinjija;

(g)

“att amministrattiv” tfisser kwalunkwe miżura ta' ambitu individwali taħt il-liġi ambjentali, meħuda minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità, u li għandha effetti esterni u li jorbtu legalment;

(h)

“ommissjoni amministrattiva” tfisser kwalunkwe nuqqas minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità milli jadottaw xi att amministrattiv kif definit fil-punt (g).

2.   Atti amministrattivi u ommissjonijiet amministrattivi ma għandhomx jinkludu miżuri meħuda jew ommissjonijiet minn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità fil-kapaċità tagħhom bħala korpi amministrattivi ta' reviżjoni, bħal taħt:

(a)

l-Artikoli 81, 82, 86 u 87 tat-Trattat (regoli tal-kompetizzjoni);

(b)

l-Artikoli 226 u 228 tat-Trattat (proċeduri fuq ksur);

(ċ)

l-Artikolu 195 tat-Trattat (proċeduri ta' l-Ombudsman);

(d)

l-Artikolu 280 tat-Trattat (proċeduri ta' l-OLAF).

TITOLU II   AĊĊESS GĦAL INFORMAZZJONI DWAR L-AMBJENT

Artikolu 3

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għal kwalunkwe talba minn applikant għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent fil-pussess ta' istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità minghajr diskriminazzjoni abbażi ta' ċittadinanza, nazzjonalità jew domiċilju u, fil-każ ta' persuna ġuridika, mingħajr diskriminazzjoni dwar fejn hija reġistrata jew fejn ikun iċ-ċentru effettiv ta' l-attivitajiet tagħha.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kelma “istituzzjoni” fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha tinqara bħala “istituzzjoni jew korp tal-Komunità”.

Artikolu 4

Ġbir u tixrid ta' informazzjoni dwar l-ambjent

1.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jorganizzaw l-informazzjoni dwar l-ambjent pertinenti għall-funzjonijiet tagħhom u li tinsab fil-pussess tagħhom, bil-għan li tiġi mxerrda lill-pubbliku b'mod attiv u sistematiku, partikolarment permezz tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika skond l-Artikolu 11(1) u (2), u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Huma għandhom jagħmlu din l-informazzjoni dwar l-ambjent progressivament disponibbli f'databases elettroniċi li huma faċilment aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' networks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom iqiegħdu din l-informazzjoni dwar l-ambjent miżmuma minnhom f'databases u jattrezzaw dawn b'għajnuniet għat-tiftix u forom oħra ta' software maħsuba sabiex jgħinu lill-pubbliku jsib l-informazzjoni li jeħtieġ.

M'hemmx bżonn li l-informazzjoni provduta permezz tat-teknoloġija informatika tat-telekomunikazzjoni u/jew elettronika tinkludi l-informazzjoni miġbura qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm din mhijiex diġa' disponibbli f'forma elettronika. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom safejn possibbli jindikaw fejn tinsab l-informazzjoni miġbura qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li mhix disponibbli f'forma elettronika.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli sabiex iżommu l-informazzjoni dwar l-ambjent miżmuma minnhom f'forom jew f'formati li jistgħu jiġu riprodotti faċilment u li huma aċċessibbli bil-mezzi kompjuterizzati tat-telekomunikazzjoni jew b'mezzi oħra elettroniċi.

2.   L-informazzjoni dwar l-ambjent li għandha tkun disponibbli u tiġi mxerrda għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ. Barra d-dokumenti elenkati fl-Artikolu 12(2) u (3) u l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, id-databases jew ir-reġistri għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

testi ta' trattati internazzjonali, konvenzjonijiet jew ftehim, u tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent jew relatata miegħu, u ta' linji politiċi, pjanijiet u programmi relatati ma' l-ambjent;

(b)

rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni ta' l-elementi msemmija fil-punt (a) meta jkunu ppreparati jew miżmuma f'forma elettronika mill-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità;

(ċ)

il-passi meħuda fi proċedimenti għall-ksur tal-liġi Komunitarja mill-istadju ta' l-opinjoni raġunata skond l-Artikolu 226(1) tat-Trattat;

(d)

rapporti dwar l-istat ta' l-ambjent kif imsemmi fil-paragrafu 4;

(e)

data jew riassunti ta' data meħuda mill-monitoraġġ ta' attivitajiet li jaffettwaw, jew li jistgħu jaffettwaw, l-ambjent;

(f)

awtorizzazzjonijiet b'impatt sinifikattiv fuq l-ambjent u ftehim dwar l-ambjent, jew riferenza għall-post fejn tista' tintalab jew tinkiseb tali informazzjoni;

(ġ)

studji dwar l-impatt fuq l-ambjent u l-istima tar-riskji li jirrigwardaw elementi ambjentali, jew riferenza għall-post fejn tista' tintalab jew tinkiseb tali informazzjoni.

3.   Fejn ikun opportun, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 billi joħolqu kollegamenti ma' siti ta' l-Internet fejn tista' tinstab l-informazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, f'intervalli regolari li ma jaqbżux erba' snin, jiġi pubblikat u mxerred rapport dwar l-istat ta' l-ambjent, inkluża informazzjoni dwar il-kwalità ta' l-ambjent u l-pressjonijiet fuqu.

Artikolu 5

Kwalità ta' l-informazzjoni dwar l-ambjent

1.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom, safejn ikun fis-setgħa tagħhom, jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni miġbura minnhom jew f'isimhom tkun aġġornata, preċiża u komparabbli.

2.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom, meta jiġu mitluba, jinfurmaw lill-applikant bil-post fejn tista' tinstab, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar il-proċeduri ta' kejl, inklużi l-metodi ta' analiżi, ta' teħid ta' kampjuni u ta' trattament minn qabel ta' kampjuni, użati fil-ġbir ta' l-informazzjoni. Alternattivament, huma jistgħu jirreferuh għall-proċedura standardizzata li ġiet użata.

Artikolu 6

Applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet fir-rigward ta' talbiet għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent

1.   Fir-rigward ta' l-ewwel u t-tielet inċiżi ta' l-Arikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, b'eċċezzjoni għal investigazzjonijiet, b'mod partikolari dawk dwar ksur possibli tal-liġi Komunitarja, għandu jitqies li jeżisti interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar fejn l-informazzjoni mitluba tkun konnessa ma' emissjonijiet fl-ambjent. Fir-rigward ta' l-eċċezzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ir-raġunijiet għal rifjut għandu jiġi interpretat b' mod restrittiv, b'kont meħud ta' l-interess pubbliku moqdi bil-kxif u jekk l-informazzjoni mitluba tkunx konnessa ma' emissjonijiet fl-ambjent.

2.   Flimkien ma' l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità jistgħu jirrifjutaw aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent fejn l-iżvelar ta' l-informazzjoni jolqot ħażin il-protezzjoni ta' l-ambjent li għalih tirriferi l-informazzjoni, bħas-siti tat-trobbija ta' speċi rari.

Artikolu 7

Talbiet għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent li mhijiex fil-pussess ta' istituzzjoni jew korp tal-Komunità

Fejn xi istituzzjoni jew korp tal-Komunità tirċievi talba għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent u fejn din l-informazzjoni ma tkunx fil-pussess ta' dik l-istituzzjoni jew ta' dak il-korp tal-Komunità, din għandha, malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn 15 il-jum ta' xogħol, tinforma lill-applikant b'dik l-istituzzjoni jew b'dak il-korp tal-Komunità jew bl-awtorità pubblika fis-sens tad-Direttiva 2003/4/KE li minn għandha tista possibilment tinkiseb l-informazzjoni mitluba, jew tittrasferixxi t-talba lill-istituzzjoni jew korp tal-Komunità jew lill-awtorità pubblika pertinenti u tinforma lill-applikant bl-istess.

Artikolu 8

Koperazzjoni

Fil-każ ta' theddida imminenti għas-saħħa tal-bniedem, il-ħajja jew għall-ambjent, kemm jekk ikkawżata minn attivitajiet tal-bniedem kif ukoll jekk dovuta għal kawżi naturali, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom, fuq talba ta' l-awtoritajiet pubbliċi fis-sens tad-Direttiva 2003/4/KE, jikkollaboraw ma' dawk l-awtoritajiet pubbliċi u jassistuhom sabiex dawn ta' l-aħħar ikunu jistgħu jxerrdu minnufih lill-pubbliku, li jista' jkun affetwat, l-informazzjoni kollha dwar l-ambjent li tista' tgħinu jieħu miżuri sabiex jimpedixxi jew inaqqas il-ħsara kkawżata mit-theddida, safejn din l-informazzjoni tkun fil-pussess, jew miżmuma għan-nom, ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u/jew dawk l-awtoritajiet pubbliċi.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika bla ħsara għal kwalunkwe obbligu speċifiku stabbilit fil-liġi Komunitarja, partikolarment bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE u bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE.

TITOLU III   PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU FIR-RIGWARD TA' PJANIJIET U PROGRAMMI RELATATI MA' L-AMBJENT

Artikolu 9

1.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jipprovdu, permezz ta' disposizzjonijiet prattiċi u/jew oħrajn adegwati, opportunitajiet bikrija u effettivi għall-pubbliku sabiex jipparteċipa matul il-preparazzjoni, il-modifika jew ir-reviżjoni tal-pjanijiet jew programmi relatati ma' l-ambjent meta l-għażliet kollha ikunu għadhom miftuħa. Partikolarment fejn il-Kummissjoni tipprepara proposta għal tali pjan jew programm li tiġi preżentata lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Komunità għal deċiżjoni, hija għandha tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'dak l-istadju preparatorju.

2.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jidentifikaw il-pubbliku affetwat jew li probabbilment jiġi affetwat minn xi pjan jew programm tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1, jew li jkollu interess fih, b'kont meħud ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jiżguraw li l-pubbliku msemmi fil-paragrafu 2 jiġi informat, jew permezz ta' avviżi pubbliċi jew b'mezzi oħra adatti, bħal mezzi elettroniċi fejn disponibbli, b'dawn li ġejjin:

(a)

l-abbozz tal-proposta, fejn disponibbli;

(b)

l-informazzjoni dwar l-ambjent jew l-istima ambjentali pertinenti għall-pjan jew programm li jkun qiegħed jiġi preparat, fejn disponibbli; u

(ċ)

arranġamenti prattiċi għall-parteċipazzjoni, inklużi:

(i)

l-entità amministrattiva li minnha tista' tinkiseb l-informazzjoni pertinenti,

(ii)

l-entità amministrattiva li lilha jistgħu jiġu preżentati kummenti, opinjonijiet jew mistoqsijiet, u

(iii)

limiti kronoloġiċi raġonevoli li jagħtu żmien suffiċjenti lill-pubbliku sabiex jinforma ruħu u jipprepara u jipparteċipa effettivament fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-ambjent.

4.   Għandu jiġi ffissat limitu ta' żmien perentorju ta' mhux inqas minn tmien ġimgħat sabiex jintlaqgħu kummenti. Fejn jiġu organizzati laqgħat jew udjenzi, għandu jingħata avviż minn qabel ta' mhux inqas minn erba' ġimgħat. Il-limiti ta' żmien perentorji jistgħu jitnaqqsu f'każijiet urġenti jew fejn il-pubbliku diġa' kellu l-opportunità li jikkummenta dwar il-pjan jew programm in kwistjoni.

(5)   Fit-teħid ta' deċiżjoni dwar pjan jew programm marbuta ma' l-ambjent, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jieħdu kont debitu tar-riżultat tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jinformaw lill-pubbliku dwar dak il-pjan jew programm, inkluż it-test tagħhom, u dwar ir-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom hi bbażata d-deċiżjoni, inkluż informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

TITOLU IV   REVIŻJONI INTERNA U AĊĊESS GĦALL-ĠUSTIZZJA

Artikolu 10

Talba għal reviżjoni interna ta' l-atti amministrattivi

1.   Kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 għandha d-dritt li tagħmel talba għal reviżjoni interna lill-istituzzjoni jew korp tal-Komunità li adottaw att amministrattiv taħt xi liġi ambjentali jew, f'każ ta' allegazzjoni ta' ommissjoni amministrattiva, li kellhom jadottaw tali att.

Tali talba għandha ssir bil-miktub u f'limitu ta' żmien perentorju li ma jaqbiżx is-sitt ġimgħat wara li l-att amministrattiv ikun ġie adottat, notifikat jew pubblikat skond liema jkun l-aktar tard, jew, f'każ ta' allegazzjoni ta' ommissjoni, sitt ġimgħat wara d-data li fiha l-att amministrattiv kien meħtieġ. It-talba għandha tinkludi r-raġunijiet għar-reviżjoni.

2.   L-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkunsidraw kull talba bħal din, sakemm hija ma tkunx b'mod ċar infondata. L-istituzzjoni jew korp tal-Komunità għandhom jagħtu r-raġunijiet tagħhom f'risposta bil-miktub malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara r-riċezzjoni tat-talba.

3.   Fejn, minkejja l-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità ma jkunux jistgħu jaġixxu skond il-paragrafu 2, huma għandhom jinformaw lill-organizzazzjoni mhux governattiva li għamlet it-talba malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-perjodu msemmi f'dak il-paragrafu, bir-raġunijiet għan-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tagħhom u dwar meta għandhom il-ħsieb li jaġixxu.

Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità għandhom jaġixxu fi żmien tmintax-il ġimgħa mir-riċezzjoni tat-talba.

Artikolu 11

Kriterji għal dritt fil-livell Komunitarju

1.   Organizzazzjoni mhux governattiva għandha d-dritt li tagħmel talba għal reviżjoni interna skond l-Artikolu 10, kemm-il darba:

(a)

tkun persuna ġuridika, indipendenti u mingħajr fini ta' profitt skond il-liġi nazzjonali jew il-prassi ta' Stat Membru;

(b)

ikollha l-għan primarju dikjarat li tippromwovi l-protezzjoni ta' l-ambjent fil-kuntest tal-liġi ambjentali;

(ċ)

tkun ilha teżisti għal aktar minn sentejn u tkun qiegħda ssegwi b'mod attiv l-għan imsemmi fil-punt (b);

(d)

is-suġġett li dwaru ssir it-talba għal reviżjoni interna jinsab fl-ambitu ta' l-għan u ta' l-attivitajiet tagħha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta d-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex tiżgura l-applikazzjoni trasparenti u konsistenti tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 12

Proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1.   L-organizzazzjoni mhux governattiva li għamlet it-talba għal reviżjoni interna skond l-Artikolu 10 tista' tiftaħ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond id-disposizzjonijiet pertinenti tat-Trattat.

2.   Fejn l-istituzzjoni jew il-korp tal-Komunità jonqsu milli jaġixxu skond l-Artikolu 10(2) jew (3), l-organizzazzjoni mhux governattiva tista' ġġib azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond id-disposizzjonijiet pertinenti tat-Trattat.

TITOLU V   DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Miżuri ta' applikazzjoni

Fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jadattaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn l-adattamenti għandhom ikollhom effett mit-28 ta’ Ġunju 2007.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ġie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Settembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

P. LEHTOMÄKI


(1)  ĠU C 117, 30.4.2004, p. 52.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Marzu 2004 (ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 612), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2005 (ĠU C 264 E, 25.10.2005, p. 18) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Lulju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2006.

(3)  Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).

(4)  Ir-Raba’ Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (ĠU C 328, 7.12.1987, p. 1). Il-Ħames Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent (ĠU C 138, 17.5.1993, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).

(6)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(7)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

(8)  ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(9)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).


25.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

20


DIRETTIVA 2006/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut

(verżjoni kodifikata)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 78/659/KEE tat-18 ta' Lulju 1978 dwar il-kwalità ta' l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut (3) ġiet emendata b'mod sinifikanti f'diversi okkażjonijiet (4). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità dik id-Direttiva għandha tkun kodifikata.

(2)

Il-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent jeħtieġu miżuri konkreti għall-protezzjoni ta' l-ilmijiet kontra t-tniġġis, inkluż l-ilma ħelu li kapaċi jsostni l-ħajja tal-ħut.

(3)

Mill-perspettiva ekoloġika u ekonomika huwa meħtieġ li jiġu salvagwardati l-popolazzjonijiet tal-ħut minn konsegwenzi dannużi varji li jirriżultaw mit-tnixxija ta' sustanzi li jniġġsu fl-ilmijiet, bħal, b'mod partikolari, it-tnaqqis fin-numru ta' ħut ta' ċerti speċi kif ukoll f'xi każijiet l-għajbien ta' numru ta' dawn l-ispeċi.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali (5) hija mfassla sabiex jintlaħqu livelli fil-kwalità ta' l-ilma tal-wiċċ li ma jagħtux lok għal impatti sinifikanti fuq, u riskji għal, l-ambjent.

(5)

Id-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Istati Membri differenti fir-rigward tal-kwalità ta' l-ilma ħelu li kapaċi jsostni l-ħajja tal-ħut jistgħu jagħtu lok għal kondizzjonijiet mhux indaqs tal-kompetizzjoni u għalhekk ikollhom impatt dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern.

(6)

Sabiex jiksbu l-objettivi ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-ilmijiet li għalihom għandha tapplika u jridu jistabbilixxu l-valuri ta' limitu li jikkorrispondu għal ċerti parametri. L-ilmijiet nominati hekk għandhom jinġiebu f'konformità ma' dawn il-valuri fi żmien ħames snin minn meta jiġu nominati.

(7)

Għandu jsir provvediment li l-ilma ħelu li kapaċi jsostni l-ħajja tal-ħut jitqies, taħt ċerti kondizzjonijiet, konformi mal-valuri parametriċi rilevanti anki jekk ċertu perċentwali ta' kampjuni meħuda ma jkunux konformi mal-limiti speċifikati.

(8)

Biex jiġi żgurat li l-kwalità ta' l-ilma ħelu li kapaċi jsostni l-ħajja tal-ħut hija kontrollata, għandhom jittieħdu numru minimu ta' kampjuni u għandu jitwettaq il-kejl relatat ma' parametri speċifiċi, kif anness hawnhekk. Tali teħid ta' kampjuni jista' jitnaqqas jew ma jitkompliex fid-dawl tal-kwalità ta' l-ilma.

(9)

L-Istati Membri mhumiex kapaċi jikkontrollaw ċerti ċirkostanzi naturali u għalhekk huwa meħtieġ li jsir provvediment għall-possibbiltà ta' deroga minn din id-Direttiva f'ċerti każijiet.

(10)

Il-progress tekniku u xjentifiku jista' jsejjaħ għall-addattament rapidu ta' ċerti rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I. Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan il-għan, għandha tiġi stipulata proċedura li biha tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6).

(11)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness III,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tikkonċerna l-kwalità ta' l-ilma ħelu u għandha tapplika għal dawk l-ilmijiet nominati mill-Istati Membri li jeħtieġu protezzjoni jew titjib sabiex isostnu l-ħajja tal-ħut.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ilmijiet f'vaski tal-ħut naturali jew artifiċjali li jintużaw għat-trobbija intensiva tal-ħut.

3.   L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tipproteġi jew ittejjeb il-kwalità ta' dak l-ilma ħelu ġieri jew li qiegħed jsostni, jew li, jekk it-tniġġis jitnaqqas jew jiġi eliminat, isir kapaċi jsostni, ħut li jagħmel parti minn:

(a)

speċi indiġeni li joffru diversità naturali;

(b)

speċi li l-preżenza tagħhom hija ġġudikata mixtieqa għall-finijiet ta' ġestjoni ta' l-ilma mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

4.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a)

ilmijiet salmonidi għandha tfisser ilmijiet li jsostnu jew li jsiru kapaċi jsostnu ħut li jagħmel parti minn speċi bħal salamun (Salmo salar), trota (Salmo trutta), grayling (Thymallus thymallus) u whitefish (Coregonus);

(b)

ilmijiet ċiprinidi għandha tfisser ilmijiet li jsostnu jew isiru kapaċi jsostnu ħut li jagħmel parti miċ-ċiprinidi (Cyprinidae), jew speċi oħrajn bħal lizz (Esox lucius), perċa (Perca fluviatilis) u sallur (Anguilla anguilla).

Artikolu 2

Il-parametri fiżiċi u kimiċi applikabbli għall-ilmijiet nominati mill-Istati Membri huma elenkati fl-Anness I.

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-parametri, l-ilmijiet huma maqsumin f'ilmijiet salmonidi u ilmijiet ċiprinidi.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom, għall-ilmijiet nominati, jistabbilixxu valuri għall-parametri elenkati fl-Anness I, fir-rigward ta' valuri elenkati fil-kolonna G jew kolonna I. Huma għandhom jikkonformaw mal-kummenti li jinsabu f'kull waħda minn dawn iż-żewġ kolonni.

2.   L-Istati Membri m'għandhomx jistabbilixxu valuri inqas stretti minn dawk elenkati fil-kolonna I ta' l-Anness I u għandhom jippruvaw jirrispettaw il-valuri f'kolonna G b'kont meħud tal-prinċipju mniżżel fl-Artikolu 8.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw ilmijiet salmonidi u ilmijiet ċiprinidi u jistgħu sussegwentement jagħmlu nomini addizzjonali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrivedu n-nomina ta' ċerti ilmijiet minħabba fatturi mhux prevedibbli fil-mument tan-nomina, b'kont meħud tal-prinċipju mniżżel fl-Artikolu 8.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi sabiex inaqqsu t-tniġġis u jiżguraw li l-ilmijiet nominati jikkonformu, fi żmien ħames snin min-nomina skond l-Artikolu 4, kemm mal-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 kif ukoll mal-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta' l-Anness I.

Artikolu 6

1.   Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5, l-ilmijiet nominati għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' din id-Direttiva jekk il-kampjuni ta' tali ilmijiet, meħudin fil-frekwenza minima speċifikata fl-Anness I fl-istess punt ta' teħid ta' kampjuni u fuq perijodu ta' 12-il xahar, juru li huma jikkonformaw kemm mal-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 kif ukoll mal-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I fl-Anness I, fil-każ ta':

(a)

95 % tal-kampjuni għall-parametri: pH, BOD5, nitriti, ammonja mhux jonizzata, ammonju totali, klorin residwu totali, żingu totali u ram maħlul. Meta l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni hija aktar baxxa minn kampjun wieħed kull xahar, kemm il-valuri msemmija hawn fuq kif ukoll il-kummenti għandhom ikunu rispettati fil-kampjuni kollha;

(b)

il-perċentwali elenkati fl-Anness I għall-parametri: it-temperatura u l-ossiġnu f'soluzzjoni;

(ċ)

il-konċentrazzjoni medja stabbilita għall-parametri: solidi f'sospensjoni.

2.   Każijiet li fihom il-valuri stabbiliti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3 jew il-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta' l-Anness I mhumiex rispettati m'għandhomx ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-perċentwali previsti fil-paragrafu 1 meta huma r-riżultat ta' għarar jew diżastri naturali oħrajn.

Artikolu 7

1.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom iwettqu operazzjonijiet ta' teħid ta' kampjuni, li l-frekwenza minima tagħhom hija stabbilita fl-Anness I.

2.   Fejn l-awtorità kompetenti tirreġistra li l-kwalità ta' l-ilmijiet nominati hija sostanzjalment ogħla minn dik li kieku tirriżulta mill-applikazzjoni tal-valuri stabbiliti skond l-Artikolu 3 u l-kummenti li jinsabu fil-kolonni G u I ta' l-Anness I, il-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni tista' titnaqqas. Fejn m'hemmx tniġġis jew m'hemmx riskju ta' deterjorament fil-kwalità ta' l-ilmijiet, l-awtorità kompetenti konċernata tista' tiddeċiedi li m'hemmx ħtieġa ta' teħid ta' kampjuni.

3.   Jekk it-teħid ta' kampjuni juri li valur stabbilit minn Stat Membru skond l-Artikolu 3 jew kumment li jinsab fil-kolonni G jew I ta' l-Anness I mhuwiex irrispettat, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi jekk dan huwiex ir-riżultat ta' kumbinazzjoni, fenomenu naturali jew tniġġis u għandu jadotta miżuri adatti.

4.   Il-punt eżatt ta' teħid ta' kampjuni, id-distanza minn dan il-punt sal-punt l-aktar qrib fejn sustanzi li jniġġsu jnixxu u l-fond li fih għandhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru abbażi tal-kondizzjonijiet ambjentali lokali b'mod partikolari.

5.   Ċerti metodi ta' referenza ta' analiżi għall-parametri konċernati huma mniżżlin fl-Anness I. Il-laboratorji li jużaw metodi oħrajn għandhom jiżguraw li r-riżultati miksubin huma ekwivalenti jew komparabbli ma' dawk speċifikati fl-Anness I.

Artikolu 8

L-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva ma jistgħu bl-ebda mod iwasslu għal żieda fit-tniġġis ta' ilma ħelu, sew direttament jew indirettament.

Artikolu 9

L-Istati Membri jistgħu fi kwalunkwe ħin jistabbilixxu valuri aktar stretti għall-ilmijiet nominati minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Huma jistgħu wkoll jistabbilixxu dispożizzjonijiet relatati għal parametri barra minn dawk previsti f'din id-Direttiva.

Artikolu 10

Meta l-ilma ħelu jaqsam jew jifforma fruntieri nazzjonali bejn l-Istati Membri u meta wieħed minn dawn l-Istati jikkunsidra jinnomina dawn l-ilmijiet, dawn l-Istati għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiddeterminaw il-firxa ta' tali ilmijiet li għalihom tista' tapplika din id-Direttiva u l-konsegwenzi li għandhom jinħarġu mill-objettivi komuni ta' kwalità; dawn il-konsegwenzi għandhom ikunu determinati, wara konsultazzjonijiet formali, minn kull Stat konċernat. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa f'dawn id-deliberazzjonijiet.

Artikolu 11

L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din id-Direttiva:

(a)

fil-każ ta' ċerti parametri mmarkati (0) fl-Anness I, minħabba temp eċċezzjonali jew kondizzjonijiet ġeografiċi speċjali;

(b)

meta l-ilmijiet nominati jgħaddu minn arrikkiment naturali f'ċerti sustanzi, bil-konsegwenza li l-valuri stabbiliti fl-Anness I mhumiex irrispettati.

Arrikkiment naturali jfisser il-proċess li bih ilma partikolari jirċievi mill-ħamrija ċerti sustanzi li qegħdin fiha, mingħajr intervent uman.

Artikolu 12

Tali emendi kif huma meħtieġa għall-addattament għall-progress tekniku u xjentifiku tal-valuri G għall-parametri u l-metodi ta' analiżi li jinsabu fl-Anness I għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 13

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, waqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 14

Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar:

(a)

l-ilmijiet nominati skond l-Artikolu 4(1), f'forma imqassra;

(b)

ir-reviżjoni tan-nomina ta' ċerti ilmijiet skond l-Artikolu 4(2);

(ċ)

id-dispożizzjonijiet stipulati sabiex jiġu stabbiliti parametri ġodda skond l-Artikolu 9;

(d)

l-applikazzjoni tad-derogi mill-valuri elenkati fil-kolonna I fl-Anness I.

B'mod aktar ġenerali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba raġunata minn din ta' l-aħħar, bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 15

F'intervalli ta' tliet snin, u għall-ewwel darba għall-perijodu 1993 sa 1995 inklużi, l-Istati Membri għandhom jibgħatu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, fil-forma ta' rapport settorjali li għandu wkoll ikopri Direttivi Komunitarji pertinenti oħrajn. Ir-rapport għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju jew punti prinċipali mħejjija mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fuq l-ambjent (7). Il-kwestjonarju jew il-punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel il-bidu tal-perijodu kopert mir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mill-għeluq tal-perijodu ta' tliet snin li jkoprih.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport Komunitarju dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Id-Direttiva 78/659/KEE hija b'dan imħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżlin fil-Parti B ta' l-Anness III.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 18

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, is-6 ta’ Settembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

P. LEHTOMÄKI


(1)  ĠU C 117, 30.4.2004, p. 11.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' April 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 545) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2006.

(3)  ġu L 222, 14.8.1978, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ġu L 122, 16.5.2003, p. 36).

(4)  Ara l-Parti A ta' l-Anness III.

(5)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(7)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

LISTA TA' PARAMETRI

Parametru

Ilmijiet salmonidi

Ilmijiet ċiprinidi

Metodi ta' analiżi jew spezzjoni

Teħid ta' kampjuni minimu u frekwenza tal-kejl

Osservazzjonijiet

G

I

G

I

1.

Temperatura (°C)

1.

Temperatura mkejla 'l isfel minn punt ta' tnixxija termali (fit-tarf taż-żona tat-taħlit) m'għandhiex teċċedi t-temperatura mhux affettwata b'aktar minn:

Termometrija

Kull ġimgħa, kemm 'il fuq kif ukoll 'l isfel mill-punt ta' tnixxija termali

Varjazzjonijiet immedjati żżejjed fit-temperatura għandhom jiġu evitati

 

1,5 °C

 

3 °C

 

Derogi limitati fil-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku jistgħu jiġu deċiżi mill-Istati Membri f'kondizzjonijiet partikolari jekk l-awtorità kompetenti tista' tagħti prova li m'hemmx konsegwenzi dannużi għall-iżvilupp bilanċjat tal-popolazzjoni tal-ħut

 

2.

Tnixxijiet termali m'għandhomx jikkawżaw li t-temperatura mkejla 'l isfel mill-punt ta' tnixxija termali (fit-tarf taż-żona tat-taħlit) teċċedi li ġej:

 

 

 

21,5 (0)

 

28 (0)

10 (0)

10 (0)

Il-limitu ta' 10 °C tat-temperatura japplika biss għall-perijodi ta' trobbija ta' l-ispeċi li jeħtieġu ilma kiesaħ għar-riproduzzjoni u biss għall-ilmijiet li jista' jkun fihom tali speċi

Limiti ta' temperatura jistgħu, madankollu, jkunu maqbuża għal 2 % taż-żmien.

2.

Ossiġnu maħlul

(mg/l O2)

50 % ≥ 9

100 % ≥ 7

50 % ≥ 9

50 % ≥ 8

100 % ≥ 5

50 % ≥ 7

Il-metodu Winkler jew elettrodi speċifiċi (metodu elettro-kemikali)

Kull xahar, minimu ta' kampjun wieħed rappreżentattiv ta' kondizzjonijiet ta' ossiġnu baxx tal-jum tat-teħid ta' kampjun

Madankollu, fejn hemm suspett ta' varjazzjonijiet kbar ta' kuljum, għandu jittieħed minimu ta' kampjuni ta' jumejn f'jum wieħed

 

Meta l-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu tinżel taħt 6 mg/l, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(3). L-awtorità kompetenti għandha tagħti prova li din is-sitwazzjoni mhix se jkollha konsegwenzi dannużi għall-iżvilupp bilanċjat tal-popolazzjoni tal-ħut

Meta l-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu tinżel taħt 4 mg/l, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(3). L-awtorità kompetenti għandha tagħti prova li din is-sitwazzjoni mhix se jkollha konsegwenzi dannużi għall-iżvilupp bilanċjat tal-popolazzjoni tal-ħut

3.

pH

 

6 to 9 (0) (1)

 

6 to 9 (0) (1)

Kalibrar ta' l-elettrometrija permezz ta' żewġ soluzzjonijiet b'valuri pH magħrufin, preferibbilment fuq kull naħa ta', u viċin tal-pH li jkun qiegħed jiġi mkejjel

Kull xahar

 

4.

Solidi f'sospensjoni

(mg/l)

≤ 25 (0)

 

≤ 25 (0)

 

Filtrazzjoni permezz ta' membrana ta' filtrazzjoni ta' 0.45 μm, jew ċentrifugazzjoni (minimu ta' ħames minuti, aċċellerazzjoni medja ta' 2 800 sa 3 200  g) tnixxif f'105 °C u wżin

 

Il-valuri murija huma konċentrazzjonijiet medji u ma japplikawx għal solidi f'sospensjoni bi proprjetajiet kimiċi dannużi

Għarar jistgħu jikkawżaw konċentrazzjonijiet partikolarment għolja

5.

BOD5

(mg/l O2)

≤ 3

 

≤ 6

 

Determinazzjoni ta' l-O2 bil-metodu Winkler qabel u wara ħamest ijiem inkubazzjoni fi dlam totali f'20 ± 1 °C (in-nitrifikazzjoni m'għandhiex tkun imfixkla)

 

 

6.

Fosfru totali

(mg/l P)

 

 

 

 

Spettrofotometrija ta' assorbiment molikulari

 

Fil-każ ta' lagi ta' fond medju bejn 18 u 300 m, tista' tiġi applikata l-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

L

=

tagħbija espressa bħala mg P għal kull metru kwadru tal-wiċċ tal-lag f'sena waħda

Formula

=

fond medju tal-lag f'metri

Tw

=

żmien ta' rkupru teoretiku ta' l-ilma tal-lag fi snin

F'każijiet oħrajn valuri ta' limitu ta' 0.2 mg/l għal ilmijiet salmonidi u ta' 0.4 mg/l għal dawk ċiprinidi, espressi bħala PO4, jistgħu jitqiesu bħala indikattivi sabiex titnaqqas l-ewtrofikazzjoni

7.

Nitrati

(mg/l NO2)

≤ 0,01

 

≤ 0,03

 

Spettrofotometrija ta' assorbiment molikulari

 

 

8.

Komposti fenoliċi

(mg/l C6H5OH)

 

 (2)

 

 (2)

Skond it-togħma

 

Eżami skond it-togħma għandu jsir biss fejn il-preżenza ta' komposti fenoliċi hija preżunta

9.

Idrokarboni taż-żejt mhux raffinat

 

 (3)

 

 (3)

Viżwali

Skond it-togħma

Kull xahar

Eżami viżwali għandu jsir regolarment darba fix-xahar, b'eżami skond it-togħma biss fejn il-preżenza ta' idrokarboni hija preżunta

10.

Ammonja mhux jonizzata

(mg/l NH3)

≤ 0,005

≤ 0,025

≤ 0,005

≤ 0,025

Spettrofotometrija ta' assorbiment molikulari bl-użu ta' indophenol blu jew il-metodu Nessler assoċjati mal-pH u d-determinazzjoni tat-temperatura

Kull xahar

Valuri għall-ammonja mhux jonizzata jistgħu jeċċedu fil-forma ta' quċċati minuri matul il-ġurnata

Sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tossiċità minħabba ammonja mhux jonizzata tal-konsum ta' l-ossiġnu minħabba n-nitrifikazzjoni u l-ewtrofikazzjoni, il-konċentrazzjonijiet ta' ammonja totali m'għandhomx jeċċedu dan li ġej:

11.

Ammonja totali

(mg/l NH4)

≤ 0.04

≤ 1 (4)

≤ 0.2

≤ 1 (4)

12.

Klorin residwu totali

(mg/l HOCl)

 

≤ 0,005

 

≤ 0,005

Metodu-DPD (“dietyl-p-phenylenedieamene”)

Kull xahar

Il-valuri-I jikkorrispondu għal pH = 6

Konċentrazzjonijiet ogħla ta' klorin totali jistgħu jiġu aċċettati jekk il-pH hija ogħla

13.

Żingu totali

(mg/l Zn)

 

≤ 0,3

 

≤ 1,0

Spettrometrija ta' assorbiment atomiku

Kull xahar

Il-valuri-I jikkorrispondu għall-ebusija ta' l-ilma ta' 100 mg/l CaCO3

Għal-livelli ta' ebusija bejn 10 u 500 mg/l valuri ta' limitu korrispondenti jinsabu fl-Anness II

14.

Ram maħlul

(mg/l Cu)

≤ 0,04

 

≤ 0,04

 

Spettrometrija ta' assorbiment atomiku

 

Il-valuri-G jikkorrispondu għall-ebusija ta' l-ilma ta' 100 mg/l CaCO3

Għal-livelli ta' ebusija bejn 10 u 300 mg/l valuri ta' limitu korrispondenti jinsabu fl-Anness II

Osservazzjoni ġenerali:

Għandu jkun innotat li l-valuri parametriċi elenkati f'dan l-Anness jassumu li l-parametri l-oħrajn, sew jekk imsemmijin f'dan l-Anness kif ukoll jekk le, huma favorevoli. Dan jimplika, b'mod partikolari, li l-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi dannużi oħrajn huma baxxi ħafna.

Fejn fit-taħlita hemm preżenti żewġ sustanzi dannużi jew aktar, effetti konġunti (effetti addittivi, ta' sinerġija jew dawk antagonistiċi) jistgħu jkunu sinifikanti.

Abbrevjazzjonijiet:

G

=

gwida.

I

=

mandatorju.

(0)

=

huma possibbli derogi skond l-Artikolu 11.


(1)  Varjazzjonijiet fil-pH artifiċjali fir-rigward tal-valuri mhux affettwati m'għandhomx jeċċedu ±0,5 ta' unità pH fil-limiti li jaqgħu bejn 6.0 u 9.0 bil-kundizzjoni li dawn il-varjazzjonijiet ma jżidux l-effet dannuż ta' sustanzi oħrajn preżenti fl-ilma.

(2)  Komposti fenoliċi m'għandhomx ikunu preżenti f'tali konċentrazzjonijiet b'mod li jaffettwaw ħażin it-togħma tal-ħut.

(3)  Prodotti taż-żejt mhux raffinat m'għandhomx ikunu preżenti fl-ilma fi kwantitajiet tali li:

jifformaw saff viżibbli fuq wiċċ l-ilma jew jifformaw kisi fis-sodda f'qiegħ l-ilma fil-postijiet minn fejn jgħaddi l-ilma u fil-lagi,

jagħtu lill-ħut togħma ta' “idrokarboni”,

jipproduċu effetti dannużi fil-ħut.

(4)  F'kondizzjonijiet ġeografiċi jew klimatiċi partikolari u b'mod partikolari f'każijiet ta' temperatura baxxa ta' l-ilma u ta' nitrifikazzjoni mnaqqsa jew fejn l-awtorità kompetenti tista' tagħti prova li m'hemmx konsegwenzi dannużi għall-iżvilupp bilanċjat tal-popolazzjoni tal-ħut, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri ogħla minn 1 mg/l.


ANNESS II

PARTIKOLARITAJIET RIGWARD ŻINGU TOTALI U RAM MAĦLUL

Żingu totali

(ara Anness I, Nru 13, il-kolonna “Osservazzjonijiet”)

Konċentrazzjonijiet ta' żingu totali (mg/1 Zn) għall-valuri differenti ta' ebusija ta' l-ilma bejn 10 u 500 mg/l CaCO3:

 

Ebusija ta' l-ilma (mg/l CaCO3)

10

50

100

500

Ilmijiet salmonidi (mg/l Zn)

0,03

0,2

0,3

0,5

Ilmijiet ċiprinidi (mg/l Zn)

0,3

0,7

1,0

2,0

Ram maħlul

(Ara Anness I, Nru 14, il-kolonna “Osservazzjonijiet”)

Konċentrazzjonijiet ta' ram maħlul (mg/1 Cu) għall-valuri differenti ta' ebusija ta' l-ilma bejn 10 u 300 mg/l CaCO3:

 

Ebusija ta' l-ilma (mg/l CaCO3)

10

50

100

300

mg/1 Cu

0,005 (1)

0,022

0,04

0,112


(1)  Il-preżenza ta' ħut f'ilmijiet li fihom konċentrazzjonijiet ogħla ta' ram jistgħu jindikaw predominanza ta' komplessitajiet organiċi tar-ram maħlulin.


ANNESS III

Parti A

Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva tal-Kunsill 78/659/KEE (ĠU L 222, 14.8.1978, p. 1) (1)

 

Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48)

Anness I, il-punt (ċ) biss

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36)

Anness III, il-punt 26 biss

Parti B

Lista ta' limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva

Limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni

78/659/KEE

20 ta' Lulju 1980

91/692/KEE

1 ta' Jannar 1993


(1)  Id-Direttiva 78/659/KE ġiet emendata wkoll bl-atti mhux imħassrin li ġejjin:

l-Att ta' Adeżjoni 1979,

l-Att ta' Adeżjoni 1985,

l-Att ta' Adeżjoni 1994.


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 78/659/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(3), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 1(3), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 1(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(3)(a)

Artikolu 1(3), it-tieni inċiż

Artikolu 1(3)(b)

Artikolu 1(4), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 1(4), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 1(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(4)(a)

Artikolu 1(4), it-tieni inċiż

Artikolu 1(4)(b)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(2)

Artikolu 2, it-tieni subparagrafu

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 6(1), frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 6(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 6(1), it-tieni inċiż

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 6(1), it-tielet inċiż

Artikolu 6(1)(ċ)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13(1) Artikolu 14

Artikolu 13

Artikolu 15, l-ewwel subparagrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, frażi ta' introduzzjoni

Artikolu 15, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 14, l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 15, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 14, l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 15, l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 14, l-ewwel subparagrafu, punt (ċ)

Artikolu 15, l-ewwel subparagrafu, ir-raba' inċiż

Artikolu 14, l-ewwel subparagrafu, punt (d)

Artikolu 15, it-tieni subparagrafu

Artikolu 14, it-tieni subparagrafu

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


25.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

32


DIRETTIVA 2006/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta’ responsabiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li tagħmel it-tali salvagwardji ekwivalenti (3), tistabbilixxi l-ħtiġijiet meħtieġa għad-diversi miżuri relatati mal-kapital meħuda minn dawn il-kumpanniji.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-21 ta' Mejju 2003 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew imsejjaħ “Modernizzazzjoni tal-Liġi tal-Kumpanniji u Tisħiħ tal-Governabilità tal-Kumpanniji fl-Unjoni Ewropea – Pjan biex Nimxu ‘l Quddiem” il-Kummissjoni kkonkludiet li s-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tad-Direttiva 77/91/KEE tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-promozzjoni ta’ l-effiċjenza u l-kompetitività tal-kummerċ mingħajr ma tnaqqas il-protezzjoni offruta lill-azzjonisti u l-kredituri. Dawk l-objettivi għandhom l-ewwel prijorità iżda ma jaffettwawx il-ħtieġa li jsir mingħajr dewmien stħarriġ ġenerali tal-fattibilità ta' sistemi alternattivi għal dawk għaż-żamma tal-kapital li jipproteġu b'mod adegwat l-interessi tal-kredituri u ta' l-azzjonisti ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabiltà limitata.

(3)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu lill-kumpanniji pubbliċi b'responsabiltà limitata li jassenja ishma fuq konsiderazzjonijet li mhumiex fi flus kontanti għall-kapital tagħhom mingħajr ma jkollhom jirreferu għall-valutazzjoni speċjali ta' espert f’każijiet fejn ikun hemm punt ċar ta' referenza għall-valutazzjoni tat-tali konsiderazzjoni. Madanakollu, id-dritt ta’ l-azzjonisti ta’ minoranza li jitolbu tali valutazzjoni għandu jkun garantit.

(4)

Kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata għandhom jitħallew jakwistaw l-ishma tagħhom stess sal-limitu tar-riservi tal-kumpannija li jistgħu jitqassmu u l-perjodu li għaliha t-tali akwiżizzjoni tista’ tiġi awtorizzata mil-laqgħa ġenerali għandha tittawwal sabiex titkabbar il-flessibilità u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpanniji li għandhom jirreaġixxu b’mod immedjat għall-iżviluppi fis-suq li jaffetwaw l-prezz ta’ l-ishma tagħhom.

(5)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu lil kumpanniji pubbliċi b’responsabiltà limitata li jagħtu għajnuna finanzjarja bil-ħsieb ta’ l-akkwiżizzjoni ta’ l-ishma tagħhom minn parti terza sal-limitu tar-riservi tal-kumpannija li jistgħu jitqassmu sabiex iżidu l-flessibilità fir-rigward tat-tibdil fl-istruttura tas-sidien ta’ l-ishma tal-kapital tal-kumpanniji. Din il-possibilità għandha tkun suġġetta għas-salvagwardji xierqa, waqt li jittieħed kont ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva għall-protezzjoni kemm ta' l-azzjonisti kif ukoll tal-partijiet terzi.

(6)

Sabiex itejbu l-protezzjoni standardizzata tal-kreditur fl-Istati Membri kollha, il-kredituri għandhom ikunu jistgħu jirreferu, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fejn it-talbiet tagħhom huma fir-riskju bħala konsegwenza ta’ tnaqqis tal-kapital ta’ kumpannija pubblika b’responabbiltà limitata.

(7)

Sabiex jiġi assigurat li jiġi evitat l-abbuż fis-suq, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont, għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, id-disposizzjonjiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (4), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-eżenzjonijiet għall-programmi ta’ xiri mill-ġdid u s-stabbilizzazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji (5) u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prattiki tas-suq aċċettati, id-definizzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ ġewwa b’relazzjoni mad-derivati dwar il-prodotti primarji, it-tfassil ta’ lista ta’ insiders, in-notifika tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni b’responsabiltajiet ta’ amministrazzjoni u n-notifika tat-tranżazzjonijiet suspettużi (6).

(8)

Id-Direttiva 77/91/KEE għandha għalhekk tiġi emendata għaldaqstant.

(9)

Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista' jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' trasposizzjoni, u jippubblikawhom.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/91/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), il-21 inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

fl-Ungerija:

nyilvánosan működő részvénytársaság;”

.

2)

l-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

“Artikolu 10a

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, wara deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew il-korp tat-tmexxija, titoli trasferibbli kif definiti fil-punt (18) ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (*) jew strumenti tas-suq tal-flus kif definiti fil-punt (19) ta' l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva, huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti, u dawk it-titoli jew strumenti tas-suq tal-flus huma valutati bil-prezz medju mwieżen li bih ġew negozjati f'suq wieħed jew aktar regolati kif definiti fil-punt (14) ta' l-Artikoli 4(1) ta’ dik id-Direttiva tul perjodu suffiċjenti, li għandu jiġi deċiż skond il-liġi nazzjonali, li jippreċedi d-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-konsiderazzjoni rispettiva għajr fi flus kontanti.

Madanakollu, fejn dak il-prezz ġie affettwat minn ċirkostanzi eċċezzjonali li jibdlu b’mod sinifikattiv il-valur ta’ l-assi fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, inklużi sitwazzjonijiet fejn is-suq għat-tali titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus spiċċa b'nuqqas ta' likwidità, għandha terġà ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija. Għall-għanijiet ta' din l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, assi ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li diġà kienu suġġetti għal opinjoni ta’ valur ġust minn espert rikonoxxut indipendenti u fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

il-valur ġust hu determinat sa mhux iżjed minn 6 xhur qabel id-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta’ l-assi;

(b)

l-evalwazzjoni twettqet b’mod konformi ma’ l-istandards ta’ evalwazzjoni u l-prinċipji ġeneralment aċċettati fl-Istat Membru, li huma applikabbli mat-tip ta’ assi li għandhom ikunu kontribwiti.

Fil-każ ta’ ċirkustanzi ġodda kwalifikanti, li jbiddlu b’mod sinifikattiv il-valur ġust ta’ l-assi fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, evalwazzjoni mill-ġdid għandha ssir fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija. Għall-għanijiet ta' din l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikoli 10(1), (2) u (3) għandhom japplikaw.

Fin-nuqqas ta' tali evalwazzjoni mill-ġdid, azzjonist wieħed jew aktar li jkollhom persentaġġ aggregat ta’ mill-anqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija fil-ġurnata li fiha tittieħed id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital jistgħu jitolbu evalwazzjoni minn espert indipendenti, f’liema każ l-Artikolu 10(1), (2) u (3) għandu japplika. Tali azzjonist(i) jistgħu jissottomettu talba sad-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta' l-assi, bil-kondizzjoni li, fid-data tat-talba, l-azzjonist(i) involut(i) ikun għad għandhom persentaġġ aggregat ta' mill-inqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpannija, kif kien fil-ġurnata meta ttieħdet id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 10(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, assi ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 huma kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li l-valur ġust tagħhom hu derivat minn assi individwali minn kontijiet statutorji tas-sena finanzjarja ta’ qabel sakemm il-kontijiet statutorji kienu soġġetti għal verifika b’mod konformi mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji ta’ kontijiet annwali u kontijiet konsolidati (**).

It-tieni u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 10b

1.   Fejn konsiderazzjoni għajr flus kontanti kif imsemmija fl-Artikolu 10a sseħħ mingħajr ir-rapport ta’ l-espert imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3), barra mill-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt (h) ta' l-Artikolu 3 u sa xahar wara d-data effettiva tal-kontribuzzjoni ta' l-assi, għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-konsiderazzjoni għajr flus kontanti maħruġa;

(b)

stima tal-valur tagħha u s-sors ta’ din l-evalwazzjoni u, fejn ikun xieraq, il-metodu ta' l-evalwazzjoni;

(c)

stqarrija dwar jekk il-valur miksub jikkorrispondiex għall-inqas għan-numru, għall-valur nominali jew, fejn m’hemmx valur nominali, għall-par li jagħti kont u, fejn hu xieraq, għall-primjum fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għal tali konsiderazzjoni;

(d)

stqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda li jaffetwaw il-valutazzjoni oriġinali.

Dik il-publikazzjoni għandha ssir bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.

2.   Fejn konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti hija proposta li ssir mingħajr rapport ta’ l-espert kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3) fir-rigward ta' żieda fil-kapital proposta biex issir skond l-Artikolu 25(2), għandu jiġi ppubblikat avviż li jkun fih id-data ta' meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda u l-informazzjoni elenkat fil-paragrafu 1, bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE, qabel ma l-kontribuzzjoni ta' l-assi bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti tidħol fis-seħħ. F'dak il-każ, id-dikjarazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-istqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda minn meta l-avviż ġie ppubblikat.

3.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi salvagwardji xierqa li jaċċertaw il-konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10a u f'dan l-Artikolu fejn kontribuzzjoni għal konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti ssir mingħajr rapport ta’ l-espert kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), (2) u (3).

(*)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/31/KE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60)."

(**)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.”;"

3)

Fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu hu emendat kif ġej:

(a)

il-kliem “Artikolu 10” għandhom jiġu mibdula bil-kliem “Artikolu 10 (1), (2) u (3)”;

(b)

is-sentenza li ġejja għandha tiġi miżjuda:

“L-Artikoli 10a u 10b għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

4)

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1, hu mibdul b’dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ trattament l-istess ta’ l-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess posizzjoni, u għad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (***), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kumpannija takkwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha iżda fl-interess tal-kumpannija. Sakemm l-akkwisti huma permessi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn l-akkwisti suġġetti għall-kondizzjonjiet li ġejjin:

(a)

l-awtorizazzjoni għandha tingħata permezz tal-laqgħa ġenerali, li għandha tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ tali akkwisti, u b’mod partikolari n-numru massimu ta’ ishma li għandhom ikunu akkwistati, il-perjodu li għalih l-awtorizazzjoni hi mogħtija, li t-tul massimu tiegħu għandu jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li iżda ma jistax ikun iktar minn 5 snin, u, fil-każ ta' akkwist għall-valur, il-konsiderazzjoni massima u minima. Il-membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija jridu jissodisfaw lilhom infushom li, fiż-żmien meta jsir kull akkwist awtorizzat, il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) huma rispettatti;

(b)

l-akkwisti, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpannija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha imma għall-kumpannija, ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-assi netti taħt l-ammont imsemmi fl-Artikolu 15(1), punti (a) u (b);

(ċ)

ishma mħallsa kompletament biss jistgħu jkunu inklużi fit-tranżazzjoni.

Minnbarra hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akkwisti soġġetti għat-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

li l-valur nominali jew, fl-assenza ta’ dan, il-par li jagħti kont ta’ l-ishma akkwistati, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpannija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha imma għall-kumpannija, ma tistax teċċedi l-limitu li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri. Dan il-limitu ma jistax ikun inqas minn 10 % tal-kapital sottoskritt;

(ii)

li s-setgħa tal-kumpannija li takkwista l-ishma tagħha skond it-tifsira ta' l-ewwel subparagrafu, in-numru massimu ta' ishma li jistgħu jiġu akkwistati, it-tul tal-perjodu li għalih hija mogħtija s-setgħa u l-konsiderazzjoni massima jew minima, ikunu stipulati fl-istatuti jew fl-istrument ta' l-inkorporazzjoni tal-kumpannija;

(iii)

li l-kumpannija tkun konformi mar-rekwiżiti xierqa ta’ informazzjoni u ta’ -notifika;

(iv)

li ċerti kumpanniji, skond kif iddeterminat mill-Istati Membri, jistgħu jkunu mitluba li jħassru l-ishma akkwistati, sakemm ammont ugwali għall-valur nominali ta' l-ishma mħassrin ikun inkluż f'riserva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti, ħlief f'każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt. Din ir-riserva tista' tintuża biss biex jiġi miżjud il-kapital sottoskritt permezz ta' l-ikkapitalizzar tar-riservi;

(v)

li l-akkwist ma jippreġudikax is-sodisfazzjoni tat-talbiet tal-kredituri.

(***)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.”;"

5)

Fl-Artikolu 20(3), il-kliem “Artikolu 15(1)(a)” għandhom jinbidlu bil-kliem “Artikolu 15(1), punti (a) u (b)”;

6)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1, hu mibdul b’dan li ġej:

“1.   Fejn l-Istati Membri jippermettu li kumpannija, b'mod dirett jew indirett, tavvanza fondi, tagħti self jew tipprovdi sigurtà, bil-ħsieb li takkwista l-ishma tagħha minn parti terza, għandhom jissoġġettaw dawn it-tranżazzjonijiet għall-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni, it-tielet, ir-raba’ u l-ħames subparagrafi.

It-tranżazzjonijiet għandhom isiru taħt ir-responsabiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija fil-kondizzjonijiet xierqa tas-suq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-imgħax li tirċievi l-kumpannija u fir-rigward tas-sigurtà pprovduta lill-kumpannija għas-self u l-avvanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-istanding tal-kreditu tal-parti terza jew, f'każ ta' tranżazzjonijiet ta' iktar minn parti waħda, ta' kull kontraparti tagħha, għandu jkun investigat kif xieraq.

It-tranżazzjonijiet għandhom jkunu sottomessi mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija lil-laqgħa ġenerali għal approvazzjoni minn qabel, li fiha għandha taġixxi b’mod konformi mar-regoli tal-kworum u l-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 40. Il-korp amministrattiv jew ta’ tmexxija jrid jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali, li fih jindika r-raġunijiet għat-tranżazzjoni, l-interess tal-kumpannija li tidħol f'tali tranżazzjoni, il-kondizzjonijiet li fuqhom daħlu fit-tranżazzjoni, ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni għal-likwidità u s-solvenza tal-kumpannija u l-prezz li biha l-parti terza għandha takkwista l-ishma. Dan ir-rapport għandu jkun sottomess lir-reġistru għall-pubblikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.

L-għajnuna finanzjarja aggregata mogħtija lill-partijiet terzi m'għandha fl-ebda ħin tirriżulta fi tnaqqis ta' l-assi netti inqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 15(1), punti (a) u (b), u għandha tagħti kont ukoll ta' kull tnaqqis ta' l-assi netti li seta' jkun seħħ permezz ta' l-akkwist, mill-kumpannija jew f'isem il-kumpannija, ta' l-ishma tagħha skond l-Artikolu 19(1). Il-kumpannija għandha tinkludi, fost ir-responsabiltajiet fil-karta tal-bilanċ, riserva, li ma tkunx disponibbli għad-distribuzzjoni, ta' l-ammont ta' l-għajnuna finanzjarja aggregata.

Fejn ishma proprji tal-kumpannija fit-tifsira ta' l-Artikolu 19(1) huma akkwistati jew fejn ishma maħruġa fil-kors ta’ żieda fil-kapital sottoskritt ikunu sottoskritti minn parti terza permezz ta' għajnuna finanzjarja minn kumpannija, dan l-akkwist jew sotoskrizzjoni għandu jsir bi prezz ġust.”

,

7)

l-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

“Artikolu 23a

Fil-każijiet fejn membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpannija li tkun parti mit-transazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 (****), jew membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija ta’ intrapriża prinċipali fit-tifsira ta’ l-Artikoli 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati* jew tat-tali intrapriża prinċipali nfisha, jew individwi li jaġixxi taħt isimhom proprju, imma għall-membri tat-tali korpi jew f'isem it-tali intrapriża, huma kontropartijiet mit-tali transazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta' salvagwardji adegwati li tali transazzjoni ma’ tmurx kontra l-aħjar interessi tal-kumpannija.

(****)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emedata l-aħħar bid-Direttiva 2006/43/KE.”;"

8)

Fl-Artikolu 27(2), it-tieni subparagrafu hu mibdul b’dan li ġej:

“L-Artikolu 10(2) u (3) u l-Artikoli 10a u 10b għandhom japplikaw.”

;

9)

Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 hu mibdul b’dan li ġej:

“1.   Fil-każ ta’ tnaqqis fil-kapital sottoskritt, għall-inqas il-kredituri li t-talbiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex issir tnaqqis għandhom mill-inqas ikollhom id-dritt li jakwistaw sigurtà għat-talbiet li ma jkunux dovuti sad-data tal-pubblikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu ma jwarbux tali dritt sakemm il-kreditur ikollu salwagwardji adegwati, jew sakemm tali salvagwardji ma jkunux neċessarji meta jitqiesu l-assi tal-kumpannija.

L-Istati Membri għandhom ifasslu l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi taħt l-ewwel subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kredituri huma awtorizzati li japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati sabiex huma jistgħu juru b’mod kredibli li minħabba t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom huwa mnaqqas u li l-kumpannija ma tagħhomx salvagwardji adegwati.”

;

10)

Fl-Artikolu 41 il-paragrafu 1 għandu jibidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 19(1)(a), u mill-Artikoli 25, 26 u 29 sakemm it-tali deroga hija neċessarja għall-adozzjoni jew l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet maħsuba biex iħeġġu l-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati, jew ta’ gruppi oħrajn ta' persuni definiti mil-liġi nazzjonali, fil-kapital ta’ l-impriżi.”

.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ April 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw li metodi ta' kif issir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testijiet tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, is-6 ta’ Settembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLEs

Għall-Kunsill

Il-President

P. LEHTOMÄKI


(1)  ĠU C 294, 25.11.2005, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2006 (għada mhux ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2006.

(3)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(4)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(5)  ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.

(6)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70.

(7)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.