ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
9 ta' Ġunju 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika

1

 

*

Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi

8

 

*

Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) ( 5 )

24

 

*

Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ( 7 )

87

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 157.

 

(5)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

 

(7)   Test b'rilevanza għaż–ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

9.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) Nru 816/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 95 u 133 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Novembru 2001 ir-Raba' Konferenza Ministerjali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) adottat id-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-Ftehim dwar Aspetti relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali (“Il-Ftehim TRIPS”) u s-Saħħa Pubblika. Id-Dikjarazzjoni tirrikonoxxi li kull Membru tad-WTO għandu dritt li joħroġ liċenzja obbligatorja u l-libertà li jiddetermina l-kriterji fuqhiex jingħataw dawn it-tip ta' liċenzji. Tirrikonoxxi wkoll lil l-Membri tad-WTO li għandhom kapaċità ta' manifattura li hija insuffiċjenti jew ineżistenti fis-settur farmaċewtiku jistgħu jaffaċċjaw diffikultajiet meta jiġu sabiex jagħmlu użu effikaċi tal-liċenzjar obbligatorju.

(2)

Fit-30 ta' Awwissu 2003 il-Kunsill Ġenerali tad-WTO, skond id-dikjarazzjoni li qara' ċ-Chairman, adotta Deċiżjoni dwar l-implementazzjoni tal-Paragrafu 6 tad-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, minn hawn il quddiem “id-Deċiżjoni”. Suġġetta għal kondizzjonijiet, id-Deċiżjoni tirrinunzja għal ċerti obbligi li għandhom x'jaqsmu mal-kwistjoni tal-liċenzji obbligatorji mfassla fil-Ftehim, sabiex tindirizza l-ħtiġijiet tal-Membri tad-WTO li għandhom kapaċità ta' manifattura insuffiċjenti.

(3)

Meta wieħed jikkunsidra r-rwol attiv tal-Komunità fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni, l-impenn li ntrabtet bih fi ħdan id-WTO sabiex tikkontribwixxi b'mod sħiħ għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni u l-appell tagħha lill-Membri kollha tad-WTO sabiex tiżgura li jitwaqqfu l-kondizzjonijiet u b'hekk jippermettu lis-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni li topera b'mod effiċjenti, huwa importanti għall-Komunità li timplementa d-Deċiżjoni fis-sistema legali tagħha.

(4)

L-implementazzjoni uniformi tad-Deċiżjoni hija meħtieġa sabiex tiżgura li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' liċenzji obbligatorji għall-manifattura u għall-bejgħ ta' prodotti farmaċewtiċi, meta prodotti bħal dawn ikunu maħsuba għall-esportazzjoni, ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha u sabiex tevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni għall-operaturi fis-suq waħdieni. Regoli uniformi għandhom ukoll jiġu applikati sabiex jipprevjenu r-reimportazzjoni fit-territorju tal-Komunità tal-prodotti farmaċewtiċi manifatturati skond id-Deċiżjoni.

(5)

Dan ir-Regolament huwa magħmul bil-għan li jkun parti mill-azzjoni Ewropea u internazzjonali usa' li tindirizza l-problemi tas-saħħa pubblika ffaċjati mill-pajjiżi l-anqas żviluppati u minn pajjiżi oħra li qegħdin jiżviluppaw, u b'mod partikolari sabiex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini li jistgħu jiġu akkwistati li jkunu sikuri u effettivi, fosthom taħlit ta' dożi fissi, u li jkollhom kwalità garantita. Għal dan il-għan se jkunu disponibbli l-proċeduri stipulati fil-leġiżlazzjoni farmaċewtika Komunitarja li tiggarantixxi l-kwalità xjentifika ta' prodotti bħal dawn, b'mod partikolari dik stipulata fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u ta' l-amnimali u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (3).

(6)

Minħabba li s-sistema ta' liċenzjar obbligatorju stabbilita minn dan ir-Regolament għandha l-għan li tindirizza l-problemi ta' saħħa pubblika, għandha tintuża bi skop tajjeb. Din is-sistema ma għandhiex tintuża minn pajjiżi sabiex jilħqu għanijiet ta' politika industrijali jew kummerċjali. Dan ir-Regolament qed jitfassal sabiex joħloq qafas legali sikur u sabiex jevita litigazzjoni.

(7)

Peress li dan ir-Regolament jifforma parti minn azzjoni usa' sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' aċċess għal mediċini bi prezzijiet raġonevoli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, hemm disposti azzjonijiet komplementari fil-Programm ta' Azzjoni tal-Kummissjoni: Azzjoni aċċelerata dwar l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkolożi fil-kuntest tal-faqar u fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Kwadru Politiku Ewropew Koerenti għall-Azzjoni Esterna kontra l-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkolożi. Huwa meħtieġ li jsir progress urġenti kontinwu, li jinkludi azzjonijiet sabiex tiġi sostnuta r-riċerka sabiex jiġu kumbattut dan il-mard u sabiex tiżdied il-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

(8)

Huwa importanti li l-prodotti manifatturati skond dan ir-Regolament jaslu biss għand dawk li jeħtiġuhom u ma jiġux imfixkla milli jaslu għand min kienu maħsubin li jaslu. Il-ħruġ ta' liċenzji obbligatorji taħt dan ir-Regolament għalhekk għandu jimponi kondizzjonijiet ċari fuq il-liċenzjatarju fir-rigward ta' l-atti koperti bil-liċenzja, fuq l-identifikazzjoni tal-prodotti farmaċewtiċi manifatturati taħt il-liċenzja u fuq l-pajjiżi li lilhom jiġu esportati il-prodotti.

(9)

Għandha tiġi prevista l-azzjoni tad-dwana fil-fruntieri esterni sabiex tittratta prodotti manifatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni taħt liċenzja obbligatorja li persuna tipprova timporta lura fit-territorju tal-Komunità.

(10)

Meta prodotti farmaċewtiċi li jkunu ġew prodotti taħt liċenzja obbligatorja jiġu miżmuma skond dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, konformement mal-liġi nazzjonali u bil-għan li jkun żgurat li jsir l-użu maħsub bil-prodotti miżmuma, tista' tiddeċiedi li tibgħat dawn il-prodotti lill-pajjiż importatur relevanti skond il-liċenzja obbligatorja mogħtija.

(11)

Sabiex tiġi evitata l-aġevolazzjoni tal-produzzjoni żejda u d-devjazzjoni possibbli ta' prodotti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont tal-liċenzji obbligatorji eżistenti għall-istess prodotti u pajjiżi, kif ukoll l-applikazzjonijiet indikati mill-applikant.

(12)

Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari t-twaqqif ta' proċeduri armonizzati għall-ħruġ ta' liċenzji obbligatorji li jikkontribwixxu għall-implementazzjoni effettiva tas-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-għażliet disponibbli għall-pajjiżi esportaturi taħt id-Deċiżjoni, u jistgħu għalhekk, minħabba l-effetti potenzjali fuq l-operaturi fis-suq intern, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dawk l-għanijiet jintlaħqu.

(13)

Il-Komunità tirrikonoxxi l-għan aħħari li jiġi promoss it-trasferiment ta' teknoloġija u ta' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet lejn pajjiżi b'kapaċità insuffiċjenti jew ineżistenti ta' manifattura fis-settur farmaċewtiku, sabiex tiġi ffaċilitata u miżjuda l-produzzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi minn dawk il-pajjiżi.

(14)

Sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti ta' applikazzjonijiet għal liċenżji obbligatorji skond dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-kapaċità li jippreskrivu rekwiżiti purament formali jew amministrattivi, bħal regoli dwar il-lingwa ta' l-applikazzjoni, il-forma li għandha tintuża, l-identifikazzjoni tal-privattivi u/jew taċ-ċertifikati supplimentari ta' protezzjoni li għalihom tintalab liċenzja obbligatorja, u regoli dwar applikazzjonijiet magħmula fil-format elettroniku.

(15)

Il-formula sempliċi għad-determinazzjoni tar-rimunerazzjoni hija maħsuba sabiex taċċelera l-proċess ta' l-għoti ta' liċenzja obbligatorja f'każi ta' emerġenza nazzjonali jew f'ċirkostanzi oħra ta' urġenza estrema jew f'każi ta' użu pubbliku mhux kummerċjali taħt l-Artikolu 31(b) tal-Ftehim TRIPS. Il-perċentwali ta' 4 % tista' tintuża bħala punt ta' referenza għad-deliberazzjonijiet dwar rimunerazzjoni xierqa f'ċirkostanzi diversi minn dawk imsemmija hawn fuq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura għall-ħruġ ta' liċenzji obbligatorji fir-rigward ta' privattivi u ċertifikati ta' protezzjoni supplementari li jikkonċernaw il-manifattura u l-bejgħ ta' prodotti farmaċewtiċi, meta prodotti ta' dan it-tip ikunu maħsuba għall-esportazzjoni lill-pajjiżi importaturi eliġibbli li jkollhom bżonn ta' prodotti ta' dan it-tip sabiex jiġu indirizzati problemi tas-saħħa pubblika.

L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja obbligatorja lil kull persuna li tagħmel applikazzjoni skond l-Artikolu 6 u suġġett għall-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 sa 10.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“prodott farmaċewtiku” tfisser kwalunkwe prodott tas-settur farmaċewtiku li jinkludi prodotti mediċinali hekk kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju dwar prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem (4), ingredjenti attivi u tagħmir dijanjostiku ex vivo;

(2)

“detentur tad-drittijiet” tfisser id-detentur ta' kull privattiva jew ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari li fir-rigward tagħhom tkun intalbet liċenzja obbligatorja taħt dan ir-Regolament;

(3)

“pajjiż importatur” tfisser il-pajjiż li lilu għandu jiġi esportat il-prodott farmaċewtiku;

(4)

“awtorità kompetenti” għall-finijiet ta' l-Artikoli 1 sa 11, 16 u 17 tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali li jkollha kompetenza sabiex tagħti liċenzji obbligatorji skond dan ir-Regolament fi Stat Membru partikolari.

Artikolu 3

Awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(4) għandha tkun dik li għandha kompetenza li toħroġ liċenzji obbligatorji skond il-liġi nazzjonali dwar il-privattivi, sakemm l-Istat Membru ma jiddeterminax mod ieħor.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti maħtura kif definit fl-Artikolu 2(4).

In-notifiki għandhom jiġu publikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Pajjiżi importaturi eliġibbli

Dawn li ġejjin ikunu pajjiżi importaturi eliġibbli:

(a)

kwalunkwe pajjiż li huwa l-anqas żviluppat elenkat bħala tali fil-lista tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b)

kwalunkwe membru tad-WTO, barra mill-pajjiżi membri inqas żviluppati msemmija fil-punt (a), li kien ippreżenta notifika lill-Kunsill għal TRIPs dwar il-ħsieb tiegħu li juża s-sistema bħala importatur, inkluż il-ħsieb jew le li juża s-sistema kollha jew b'mod limitat;

(ċ)

kwalunkwe pajjiż li mhux membru tad-WTO, iżda li jkun elenkat fil-lista, tal-Kumitat ta' l-OECD għall-Assistenza għall-Iżvilupp, ta' pajjiżi ta' dħul baxx bi prodott gross nazzjonali per capita ta' inqas minn USD 745, u li jkun innotifika lill-Kummissjoni bil-ħsieb tiegħu li juża s-sistema bħala importatur, inkluż il-ħsieb jew le li juża s-sistema kollha jew b'mod limitat.

Madankollu, kwalunkwe membru tad-WTO li jkun għamel dikjarazzjoni lid-WTO li m'huwiex se juża s-sistema bħala membru importatur tad-WTO m'huwiex pajjiż importatur eliġibbli.

Artikolu 5

Estensjoni għall-pajjiżi l-inqas żviluppati u għal pajjiżi li qed jiżviluppaw li m'humiex membri tad-WTO

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal pajjżi importaturi eliġibbli skond l-Artikolu 4 li m'humiex membri tad-WTO:

(a)

il-pajjiż importatur għandu jagħmel in-notifika msemmija fl-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament direttament lill-Kummissjoni;

(b)

fin-notifika msemmija fl-Artikolu 8(1), il-pajjiż importatur għandu jiddikjara li se juża s-sistema sabiex jindirizza problemi ta' saħħa pubblika u mhux bħala strument sabiex jinkisbu objettivi ta' politika industrijali jew kummerċjali u li se jadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 tad-Deċiżjoni;

(ċ)

l-awtorità kompetenti tista', fuq talba tad-detentur tad-drittijiet jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jekk il-liġi nazzjonali tippermetti li l-awtorità kompetenti taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess, tittermina liċenzja obbligatorja mogħtija skond dan l-Artikolu jekk il-pajjiż importatur ikun naqas milli jwettaq l-obbligi msemmija fil-punt (b). Qabel ma tittermina liċenzja obbligatorja, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra kull opinjoni espressa mill-korpi msemmija fl-Artikolu 6(3)(f).

Artikolu 6

Applikazzjoni għal liċenzja obbligatorja

1.   Kull persuna tista' tippreżenta applikazzjoni għal-liċenzja obbligatorja taħt dan ir-Regolament lil awtorità kompetenti fl-Istati Membri jew fl-Istati fejn il-privattivi jew iċ-ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari ikollhom effett u jkopru l-attivitajiet maħsuba minnu ta' manifattura u bejgħ għall-esportazzjoni.

2.   Jekk il-persuna li tapplika għal-liċenzja obbligatorja tkun qiegħda tippreżenta applikazzjonijiet lill-awtoritajiet f'aktar minn pajjiż wieħed għall-istess prodott, hija għandha tindika dak il-fatt f'kull applikazzjoni, flimkien mad-dettalji tal-kwantitajiet u tal-pajjiżi importaturi konċernati.

3.   L-applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha tesponi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' l-applikant u ta' kull aġent jew rappreżentant li l-applikant ikun ħatar sabiex jaġixxi għalih quddiem l-awtorità kompetenti;

(b)

l-isem mhux ta' proprjetà tal-prodott farmaċewtiku jew tal-prodotti li l-applikant ikollu l-ħsieb jipproduċi u jbiegħ għall-esportazzjoni taħt il-liċenzja obbligatorja;

(ċ)

l-ammont ta' prodott farmaċewtiku li l-applikant ikollu l-ħsieb jipproduċi taħt il-liċenzja obbligatorja;

(d)

il-pajjiż jew pajjiżi importaturi;

(e)

fejn applikabbli, il-prova ta' negozjati preċedenti mad-detentur tad-drittijiet skond l-Artikolu 9;

(f)

il-prova ta' rikjesta speċifika minn:

(i)

rappreżentanti awtorizzati tal-pajjiż jew pajjiżi importaturi; jew

(ii)

organizzazzjoni mhux governattiva li taġixxi bl-awtorizzazzjoni formali ta' pajjiż importatur wieħed jew iktar; jew

(iii)

korpi tan-Nazzjonijiet Uniti jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn tas-saħħa li jaġixxu bl-awtorizzazzjoni formali ta' pajjiż importatur wieħed jew iktar,

filwaqt li tiġi indikata il-kwantità meħtieġa tal-prodott.

4.   Jistgħu jiġu preskritti rekwiżiti strettament formali jew amministrattivi ulterjuri neċessarji għall-ipproċessar effiċjenti ta' l-applikazzjoni skond il-liġi nazzjonali. Rekwiżiti bħal dawn ma għandhomx iżidu bla bżonn spejjeż jew piżijiet fuq l-applikant u, fi kwalunkwe każ, ma għandhomx jagħmlu l-proċedura għall-għoti ta' liċenzji obbligatorji skond dan ir-Regolament iktar ta' piż mill-proċedura għall-għoti ta' liċenzji obbligatorji oħra skond il-liġi nazzjonali.

Artikolu 7

Drittijiet tad-detentur tad-drittijiet

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-detentur tad-drittijiet mingħajr dewmien dwar l-applikazzjoni għal liċenzja obbligatorja. Qabel l-għoti ta' liċenzja obbligatorja, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lid-detentur tad-drittijiet l-opportunità sabiex jikkummenta dwar l-applikazzjoni u sabiex jagħti lill-awtorità kompetenti kwalunkwe informazzjoni relevanti rigward l-applikazzjoni.

Artikolu 8

Verifika

1.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li

(a)

kull pajjiż importatur imsemmi fl-applikazzjoni li jkun membru tad-WTO ippreżenta notifika lid-WTO skond id-Deċiżjoni,

jew

(b)

kull pajjiż importatur imsemmi fl-applikazzjoni li ma jkunx membru tad-WTO ippreżenta notifika lill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament fir-rigward ta' kull prodott kopert mill-applikazzjoni li:

(i)

tispeċifika l-ismijiet u l-kwantitajiet mistennija tal-prodott jew prodotti meħtieġa;

(ii)

sakemm il-pajjiż importatur ma jkunx pajjiż l-anqas żviluppat, tikkonferma li l-pajjiż stabbilixxa jew li kellu kapaċità insuffiċjenti jew ineżistenti ta' manifattura fis-settur farmaċewtiku fir-rigward ta' prodott jew prodotti partikolari f'wieħed mill-modi stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni;

(iii)

tikkonferma li fejn prodott farmaċewtiku ikun ingħata privattiva fit-territorju tal-pajjiż importatur, il-pajjiż importatur ikun ħareġ jew ikollu l-intenzjoni li joħroġ liċenzja obbligatorja għall-importazzjoni tal-prodott konċernat konformement ma' l-Artikolu 31 tal-Ftehim TRIPS u mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-flessibiltà li l-pajjiżi l-anqas żviluppati għandhom taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill għat-TRIPS tas-27 ta' Ġunju 2002.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-kwantità ta' prodott imsemmi fl-applikazzjoni ma taqbiżx dik notifikata lid-WTO minn pajjiż importatur li jkun membru tad-WTO, jew lill-Kummissjoni minn pajjiż importatur li ma jkunx membru tad-WTO, u li, filwaqt li tieħu kont tal-liċenzji obbligatorji mogħtija f'pajjiżi oħra, l-ammont totali tal-prodott awtorizzat li jkollu jiġi prodott għal kull pajjiż importatur ma jaqbiżx b'mod sinifikattiv l-ammont notifikat minn dak il-pajjiż lid-WTO, fil-każ ta' pajjiż importatur li jkun membru tad-WTO, jew lill-Kummissjoni, fil-każ ta' pajjiż importatur li ma jkunx membru tad-WTO.

Artikolu 9

Negozjati preċedenti

1.   L-applikant għandu jġib prova sabiex jissodisfa lill-awtorità kompetenti li huwa għamel tentattivi sabiex jikseb l-awtorizzazzjoni mingħand id-detentur tad-drittijiet u li dawn it-tentattivi ma kellhomx suċċess f'perjodu ta' tletin ġurnata qabel l-applikazzjoni.

2.   Ir-rekwiżit fil-paragrafu 1 ma japplikax f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza nazzjonali jew ċirkostanzi oħra ta' urġenza estrema jew f'każijiet ta' użu pubbliku mhux kummerċjali skond l-Artikolu 31(b) tal-Ftehim TRIPS.

Artikolu 10

Kondizzjonijiet obbligatorji tal-liċenzjar

1.   Il-liċenzja mogħtija ma tistax tkun trasferibbli, ħlief ma' dik il-parti ta' l-intrapriża jew ta' l-avvjament li tibbenefika mill-liċenzja, u ma tistax tkun esklussiva. Għandha tinkludi l-kondizzjonijiet speċifiċi disposti fil-paragrafi 2 sa 9 li għandhom ikunu sodisfatti mil-liċenzjatarju.

2.   L-ammont tal-prodott jew prodotti li jkunu manifatturati skond il-liċenzja ma għandhomx jaqbżu dak li huwa neċessarju sabiex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-pajjiż jew pajjiżi msemmija fl-applikazzjoni, b'kont meħud ta' l-ammont ta' prodott jew prodotti li jkunu manifatturati skond liċenzji obbligatorji maħruġa f'pajjiżi oħra.

3.   It-tul taż-żmien tal-liċenzja għandu jkun indikat.

4.   Il-liċenzja għandha tkun strettament limitata għall-atti kollha meħtieġa għall-iskop ta' manifattura tal-prodott imsemmi għall-esportazzjoni u għad-distribuzzjoni fil-pajjiż jew pajjiżi msemmija fl-applikazzjoni. L-ebda prodott magħmul jew importat taħt liċenzja obbligatorja ma għandu jkun offrut għall-bejgħ jew imqiegħed fis-suq f'xi pajjiż divers minn dak imsemmi fl-applikazzjoni, ħlief meta pajjiż importatur jagħmel użu mill-possibilitajiet taħt is-subparagrafu 6(i) tad-Deċiżjoni li jesporta lill-membri oħra ta' ftehim kummerċjali reġjonali li jkollhom l-istess problema ta' saħħa.

5.   Il-prodotti magħmula taħt il-liċenzja għandhom ikunu identifikati b'mod ċar, permezz ta' ttikkettar jew immarkar speċifiku, bħala prodotti skond dan ir-Regolament. Il-prodotti għandhom ikunu jingħarfu minn dawk magħmula mid-detentur tad-drittijiet permezz ta' ppakkjar speċjali u/jew kulur/forma speċjali, sakemm tali distinzjoni tkun possibbli u ma tolqotx il-prezz b'mod sinifikattiv. L-ippakkjar u kull letteratura assoċjata miegħu għandu jkollu indikazzjoni li l-prodott ikun suġġett għal-liċenzja obbligatorja taħt dan ir-Regolament, li tagħti l-isem ta' l-awtorità kompetenti u kull numru identifikatur ta' referenza, u li tispeċifika b'mod ċar li l-prodott ikun esklussivament għall-esportazzjoni lejn il-pajjiż jew pajjiżi importaturi konċernati. Id-dettalji tal-karatterstiċi tal-prodott għandhom isiru disponibbli għall-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri.

6.   Qabel ma l-merkanzija tiġi mbarkata għall-pajjiż jew pajjiżi importaturi msemmija fl-applikazzjoni, il-persuna li tingħatalha l-liċenzja għandha tesponi f'sit elettroniku l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-kwantitajiet fornuti taħt il-liċenzja u l-pajjiżi importaturi li lilhom qegħdin jiġu fornuti;

(b)

il-karatteristiċi distintivi tal-prodott jew prodotti konċernati.

L-indirizz tas-sit elettroniku għandu jiġi komunikat lill-awtorità kompetenti.

7.   Jekk il-prodott jew prodotti koperti mil-liċenzja obbligatorja jkunu ngħataw privattiva fil-pajjiżi importaturi msemmija fl-applikazzjoni, il-prodott jew prodotti għandhom ikunu esportati biss jekk dawk il-pajjiżi ikunu ħarġu liċenzja obbligatorja għall-importazzjoni, għall-bejgħ u/jew għad-distribuzzjoni tal-prodotti.

8.   L-awtorità kompetenti, fuq talba tad-detentur tad-drittijiet jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, jekk il-liġi nazzjonali tippermetti li l-awtorità kompetenti taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tesiġi l-aċċess għall-kotba u għar-records miżmuma mil-liċenzjatarju, bl-għan waħdieni ta' verifika dwar jekk it-termini tal-liċenzja, u b'mod partikolari dawk relatati mad-destinazzjoni finali tal-prodotti, ġewx sodisfatti. Il-kotba u r-records għandhom jinkludu l-prova ta' l-esportazzjoni tal-prodott, permezz ta' dikjarazzjoni ta' esportazzjoni ċertifikata mill-awtorità tad-dwana konċernata, u l-prova ta' l-importazzjoni minn wieħed mill-korpi msemmija fl-Artikolu 6(3)(f).

9.   Il-liċenzjatarju għandu jkun responsabbli mill-ħlas ta' rimunerazzjoni xierqa lid-detentur tad-drittijiet kif determinata mill-awtorità kompetenti kif ġej:

(a)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2), ir-rimunerazzjoni għandha tkun ta' massimu ta' 4 % tal-prezz totali mħallas mill-pajjiż importatur jew imħallas f'ismu;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, ir-rimunerazzjoni għandha tiġi stabbilità b'kont meħud tal-valur ekonomiku ta' l-użu awtorizzat taħt il-liċenzja lill-pajjiż jew pajjiżi importaturi konċernati, kif ukoll iċ-ċirkostanzi umanitarji jew mhux kummerċjali relatati mal-ħruġ tal-liċenzja.

10.   Il-kondizzjonijiet tal-liċenzja għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-metodu ta' distribuzzjoni fil-pajjiż importatur.

Id-distribuzzjoni tista' ssir per eżempju minn kull entità msemmija fl-Artikolu u 6(3)(f) fuq bażi kummerċjali jew mhux kummerċjali saħansitra anke mingħajr ħlas.

Artikolu 11

Ċaħda ta' l-applikazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tiċħad applikazzjoni jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 sa 9 ma tkunx sodisfatta, jew jekk l-applikazzjoni ma tkunx tinkludi l-elementi neċessarji li jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti joħorġu liċenzja konformement ma' l-Artikolu 10. Qabel ma tiċħad xi applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-applikant l-opportunità li jirregolarizza s-sitwazzjoni u li jinstema' minnha.

Artikolu 12

Notifika

Meta tinħareġ liċenzja obbligatorja, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kunsill għat-TRIPS permezz ta' l-intermedjarju tal-Kummissjoni bil-ħruġ tal-liċenzja, u bil-kondizzjonijiet speċifiċi marbuta magħha.

L-informazzjoni provduta tinkludi d-dettalji tal-liċenzja li ġejjin:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-liċenzjatarju;

(b)

il-prodott jew prodotti konċernati;

(ċ)

il-kwantità maħsuba li tiġi fornuta;

(d)

il-pajjiż jew pajjiżi li lilhom tkun maħsuba l-esportazzjoni tal-prodott jew prodotti;

(e)

it-tul ta' żmien li għalih inħarġet il-liċenzja;

(f)

l-indirizz tas-sit elettroniku imsemmi fl-Artikolu 10(6).

Artikolu 13

Projbizzjoni ta' importazzjoni

1.   Hija pprojbita l-importazzjoni ta' prodotti fil-Komunità li jkunu fabrikati taħt liċenzja obbligatorja maħruġa konformement mad-Deċiżjoni u/jew ma' dan ir-Regolament għall-finijiet li jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li jiġu ri-esportati, li jitqiegħdu taħt proċeduri sospensivi jew li jitqiegħdu f'żona ħielsa jew f'depożitu ħieles.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ tar-riesportazzjoni lejn il-pajjiż importatur imsemmi fl-applikazzjoni u identifikat fl-ippakkjar u fid-dokumentazzjoni assoċjata mal-prodott, jew meta jitqiegħed taħt proċedura ta' transitu jew ta' depożitu doganali jew f'żona ħielsa jew f'depożitu ħieles jew għall-iskop tar-riesportazzjoni lejn dak il-pajjiż importatur.

Artikolu 14

Azzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana

1.   Jekk ikun hemm provi biżżejjed għal suspett li prodotti manifatturati skond liċenzja obbligatorja mogħtija konformement mad-Deċiżjoni u/jew dan ir-Regolament qegħdin jiġu importati fil-Komunità bi ksur ta' l-Artikolu 13(1), l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jissospendu r-rilaxx tal-prodotti konċernati jew iżommuhom għat-tul ta' żmien meħtieġ sabiex tingħata deċiżjoni mill-awtorità kompetenti dwar in-natura tal-merkanzija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm awtorità li tivverifika jekk tkunx qiegħda sseħħ tali importazzjoni. Il-perjodu ta' sospensjoni jew ta' detenzjoni ma għandux jiskorri għaxart ijiem tax-xogħol sakemm ma japplikawx ċirkostanzi speċjali, u f'dan il-każ il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol. Meta jiskadi dak il-perjodu, il-prodotti għandhom jiġu rilaxxati, sakemm il-formalitajiet kollha tad-dwana jkunu ġew osservati.

2.   L-awtorità kompetenti, id-detentur tad-drittijiet u l-fabbrikant jew l-esportatur tal-prodotti konċernati għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien dwar ir-rilaxx sospiż jew id-detenzjoni tal-prodotti u għandhom jingħataw l-informazzjoni kollha disponibbli fir-rigward tal-prodotti konċernati. Għandu jittieħed kont debitu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjoni personali u s-segretezza kummerċjali u industrijali u l-kunfidenzjalità professjonali u amministrattiva.

L-importatur, u fejn xieraq, l-esportatur, għandhom jingħataw opportunità suffiċjenti sabiex jipprovdu lill-awtorità kompetenti dik l-informazzjoni li hija tkun tqis dovuta fir-rigward tal-prodotti.

3.   Jekk jiġi konfermat li prodotti sospiżi għar-rilaxx jew għad-detenzjoni mill-awtoritajiet tad-dwana kienu maħsuba għall-importazzjoni fil-Komunità bi ksur tal-projbizzjoni fl-Artikolu 13(1), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn il-prodotti jiġi maqbuda u disposti skond il-liġi nazzjonali.

4.   Il-proċedura ta' sospensjoni jew detenzjoni jew qbid tal-merkanzija għandha titwettaq bi spejjeż għall-importatur. Jekk ma jkunx possibbli li dawk l-ispejjeż ikunu rkuprati mill-importatur, jistgħu, konformement mal-liġi nazzjonali, jiġu rkuprati minn kull persuna oħra li tkun responsabbli tat-tentattiv ta' importazzjoni illegali.

5.   Jekk sussegwentement jinstab li l-prodotti sospiżi għar-rilaxx jew detenuti mill-awtoritajiet tad-dwana ma kisrux l-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 13(1), l-awtorità tad-dwana għandha tirrilaxxa l-prodotti lid-destinatarju, sakemm il-formalitajiet tad-dwana kollha jkunu ġew osservati.

6.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni ta' qbid jew ta' distruzzjoni li tkun ġiet adottata skond dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Eċċezzjoni għall-bagalji personali

L-Artikoli 13 u 14 ma għandhomx japplikaw għall-oġġetti ta' natura mhux kummerċjali miżmuma fil-bagalji personali ta' vjaġġaturi maħsuba għall-użu personali fil-limiti stabbiliti għall-finijiet ta' eżenzjoni mid-dazju.

Artikolu 16

Tmiem jew reviżjoni tal-liċenzja

1.   Suġġett għall-protezzjoni adegwata ta' l-interessi leġittimi tal-liċenzjatarju, liċenzja obbligatorja mogħtija skond dan ir-Regolament tista' tiġi terminata b'deċiżjoni ta' l-awtorità kompetenti jew minn wieħed mill-korpi msemmija taħt l-Artikolu 17 jekk il-kondizzjonijiet tal-liċenzja ma jkunux rispettati mil-liċenzjatarju.

L-awtorità kompetenti għandha jkollha l-awtorità sabiex tirrivedi, fuq talba motivata mid-detentur tad-drittijiet jew mil-liċenzjatarju, jekk il-kondizzjonijiet tal-liċenzja kinux rispettati. Din ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata, fejn ikun il-każ, fuq il-valutazzjoni magħmula fil-pajjiż importatur.

2.   It-terminazzjoni ta' liċenzja mogħtija skond dan ir-Regolament għandha tiġi notifikata lill-Kunsill għat-TRIPS permezz ta' l-intermedjarju tal-Kummissjoni.

3.   Wara t- terminazzjoni tal-liċenzja, l-awtorità kompetenti, jew kull korp ieħor maħtur mill-Istat Membru, għandhom ikollhom il-jedd li jistabbilixxu perjodu ta' żmien raġjonevoli li matulu l-persuna li tingħatalha l-liċenzja għandha tieħu l-miżuri sabiex kull prodott fil-pussess, kustodja, poter tagħha jew taħt il-kontroll tagħha jerġa' jintbagħat bi spejjeż tagħha lejn il-pajjiżi li jkunu fil-bżonn kif imsemmi fl-Artikolu 4 jew dispost kif preskritt mill-awtorità kompetenti, jew minn kwalunkwe korp ieħor maħtur mill-Istat Membru, b'konsultazzjoni mad-detentur tad-drittijiet.

4.   Meta tiġi notifikata mill-pajjiż importatur li l-ammont tal-prodott farmaċewtiku ma għadux suffiċjenti sabiex ilaħħaq mal-bżonnijiet tiegħu, l-awtorità kompetenti tista', wara li tirċievi applikazzjoni mil-liċenzjatarju, timmodifika l-kondizzjonijiet tal-liċenzja sabiex tippermetti l-manifattura u l-esportazzjoni ta' kwantitajiet addizzjonali tal-prodott sa fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet tal-pajjiż importatur konċernat. F'każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni tal-liċenzjatarju għandha tiġi proċessata skond proċedura simplifikata u aċċelerata, li permezz tagħha l-informazzjoni disposta fl-Artikolu 6(3), punti (a) u (b), ma tkunx meħtieġa sakemm il-liċenzja obbligatorja oriġinali tkun identifikata mil-liċenzjatarju. F'sitwazzjonijiet fejn japplika l-Artikolu 9(1) iżda fejn ma tapplikax id-deroga stabbilità fl-Artikolu 9(2,) ma tkunx meħtieġa aktar prova ta' negozjati mad-detentur tad-drittijiet, sakemm dak l-ammont addizzjonali mitlub ma jkunx aktar minn 25 % ta' l-ammont mogħti fil-liċenzja oriġinali.

F'sitwazzjonijiet fejn japplika l-Artikolu 9(2), l-ebda prova ta' negozjati mad-detentur tad-drittijiet ma tkun meħtieġa.

Artikolu 17

Appelli

1.   L-appelli kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' l-awtorità kompetenti, u l-vertenzi li jikkonċernaw l-osservanza tal-kondizzjonijiet tal-liċenzja, għandhom jinstemgħu mill-korp kompetenti responsabbli skond il-liġi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti u/jew il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom is-setgħa li jiddeċiedu li appell kontra deċiżjoni li tinħareġ liċenzja obbligatorja għandu jkollu effett sospensiv.

Artikolu 18

Sigurtà u effiċjenza ta' prodotti mediċinali

1.   Fejn l-applikazzjoni ta' liċenzja obbligatorja tikkonċerna prodott mediċinali, l-applikant jista' jagħmel użu:

(a)

mill-proċedura ta' l-opinjoni xjentifika prevista fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, jew

(b)

minn proċeduri simili taħt il-liġi nazzjonali, bħal opinjonijiet xjentifiċi jew ċertifikati ta' l-esportazzjoni maħsuba esklussivament għal swieq barra l-Komunità.

2.   Jekk xi talba għal kwalunkwe waħda mill-proċeduri msemmija hawn fuq tikkonċerna xi prodott li jkun ġeneriku ta' prodott mediċinali ta' referenza li jkun jew ġie awtorizzat taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/83/KE, il-perjodi ta' protezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u fl-Artikoli 10(1) u (5) tad-Direttiva 2001/83/KE ma japplikawx.

Artikolu 19

Reviżjoni

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-operat ta' dan ir-Regolament li jinkludi kwalunkwe pjan adatt ta' emendi. Ir-rapport għandu jkopri, b'mod partikulari:

(a)

l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(9) dwar id-determinazzjoni tar-rimunerazzjoni tad-detentur tad-drittijiet;

(b)

l-applikazzjoni tal-proċedura simplifikata u aċċelerata msemmija fl-Artikolu 16(4);

(ċ)

is-suffiċjenza tar-rekwiżiti taħt l-Artikolu 10(5) sabiex jimpedixxu id-diverżjoni tal-kummerċ, u

(d)

il-kontribut li dan ir-Regolament ikun ta għall-implementazzjoni tas-sistema stabbilità mid-Deċiżjoni.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, nhar is-17 ta' Mejju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 286, 17.11.2005, p. 4.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' April 2006.

(3)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 34).


9.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

8


DIRETTIVA 2006/38/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Direttiva 1999/62/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (4),

Billi:

(1)

L-eliminazzjoni ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn impriżi ta' trasport fl-Istati Membri, il-funzjonament kif suppost tas-suq intern u l-kompetittività mtejba jiddependu kollha fuq mekkaniżmi ġusti li jiġu stabbiliti biex it-trasportaturi jħallsu għall-ispejjeż għall-użu ta' l-infrastruttura. Diġà ntlaħaq grad ta' armonizzazzjoni permezz tad-Direttiva 1999/62/KE.

(2)

Sistema iżjed ġusta ta' ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq, ibbażata fuq il-prinċipju ta' “min juża, iħallas” u fuq l-abbiltà li jiġi applikat il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, per eżempju permezz ta' varjazzjoni fil-ħlasijiet għall-użu tat-triq sabiex jittieħed kont tal-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi, hija kruċjali sabiex jitħeġġeġ it-trasport sostenibbli fil-Komunità. L-objettiv li jsir l-aħjar użu mis-sistema tat-toroq eżistenti u li jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-impatt negattiv tiegħu, għandu jintlaħaq b'mod li tiġi evitata tassazzjoni doppja u bla ma jiġu imposti piżijiet addizzjonali fuq l-operaturi, fl-interess ta' tkabbir ekonomiku sod u t-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, inklużi r-reġjuni periferiċi.

(3)

Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi direttiva dwar il-ħlas li jrid isir għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq fil-White Paper “Il-politika Ewropea dwar it-trasport għall-2010: iż-żmien li tittieħed deċiżjoni”. Il-Parlament Ewropew ikkonferma l-ħtieġa li jiġi impost ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura meta adotta r-riżoluzzjonijiet tiegħu (5) dwar il-konklużjonijiet tal-White Paper fit-12 ta' Frar 2003. Wara l-Kunsill Ewropew ta' Göteborg tal-15 u tas-16 ta' Ġunju 2001, li ġibed attenzjoni partikolari fuq il-kwistjoni tat-trasport sostenibbli, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tat-12 u t-13 ta' Diċembru 2002 u l-Kunsill Ewropew ta' Brussel ta' l-20 u l-21 ta' Marzu 2003 wkoll laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta Direttiva ġdida ta' l-“Eurovignette”.

(4)

Fil-paragrafu 29 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tiegħu f'Göteborg, il-Kunsill Ewropew stqarr li politika ta' trasport sostenibbli għandha tindirizza l-volumi ta' traffiku u l-livelli ta' konġestjoni, ħsejjes u tniġġis li qegħdin dejjem jikbru u għandha tinkoraġġixxi l-użu ta' modi ta' trasport li jirrispettaw l-ambjent, kif ukoll l-internalizzazzjoni sħiħa ta' l-ispejjeż soċjali u ambjentali.

(5)

Għall-finijiet li jiġu stabbiliti ħlasijiet għall-użu tat-triq, id-Direttiva 1999/62/KE tikkunsidra spejjeż ta' kostruzzjoni, operazzjoni, manutenzjoni u żvilupp ta' l-infrastruttura. Hi meħtieġa dispożizzjoni speċifika biex tiġi żgurata ċ-ċarezza fir-rigward ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni li jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni.

(6)

Operazzjonijiet internazzjonali tat-trasport bit-triq huma konċentrati fuq is-sistema tat-toroq trans-Ewropea. Barra minn hekk, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern hu vitali għat-trasport kummerċjali. Konsegwentement, il-qafas Komunitarju jrid japplika għat-trasport kummerċjali fuq is-sistema tat-toroq trans-Ewropea kif imfisser bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tas-sistema tat-toroq trans-Ewropea (6). L-Istati Membri għandhom, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, ikunu ħielsa li japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent f'toroq oħra minbarra dawk fuq is-sistema tat-toroq trans-Ewropea, f'konformità mat-Trattat. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jżommu jew jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-toroq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq partijiet biss tas-sistema tat-toroq trans-Ewropea fit-territorju tagħhom u mhux fuq partijiet oħra, għal raġunijiet bħall-iżolament tagħhom jew il-livell baxx ta' konġestjoni jew tniġġis tagħhom jew fejn dan ikun essenzjali għall-introduzzjoni ta' arranġament ġdid ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, l-għażla tal-partijiet tas-sistema soġġetti għal ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet oħra m'għandhiex tiddiskrimina kontra t-traffiku internazzjonali u m'għandhiex tirriżulta f'distorzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi. L-istess rekwiżiti għandhom japplikaw għal każijiet fejn Stat Membru jżomm jew jintroduċi ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq toroq li ma jiffurmawx parti mis-sistema tat-toroq trans-Ewropea, per eżempju fuq toroq paralleli, bil-ħsieb li jiġi kkontrollat il-fluss tat-traffiku.

(7)

Fejn Stat Membru jagħżel li jestendi l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew il-ħlasijiet fuq l-utent lil hinn mis-sistema tat-toroq trans-Ewropea, per eżempju sabiex jinkludi toroq paralleli li lejhom jista' jiġi devjat it-traffiku mis-sistema tat-toroq trans-Ewropea u/jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta ma' ċerti partijiet minn dik is-sistema, l-Istat Membru għandu jiżgura koordinazzjoni ma' l-awtoritajiet responsabbli għal dawn it-toroq.

(8)

Għal raġunijiet ta' effiċjenza fl-infiq fl-implimentazzjoni ta' sistemi ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, l-infrastruttura kollha li magħha hu relatat xi ħlas għall-użu tat-triq mhux neċessarjament tkun soġġetta għal restrizzjonijiet ta' aċċess li jikkontrollaw il-ħlasijiet għall-użu tat-triq. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw din id-Direttiva permezz ta' l-użu ta' ħlas għall-użu tat-triq f'punt partikolari biss fuq l-infrastruttura li magħha huwa relatat il-ħlas. Dan m'għandux jiddiskrimina kontra traffiku mhux lokali.

(9)

Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' rkupru ta' l-ispejjeż ta' l-infrastruttura. F'każi fejn tali infrastruttura tkun ġiet ko-finanzjata permezz tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, il-kontribut magħmul minn fondi tal-Komunità m'għandux jiġi rkuprat bi ħlasijiet għall-użu tat-triq, ħlief jekk ikun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti rilevanti tal-Komunità li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-dħul fil-ġejjieni mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq meta jiġi stabbilit l-ammont ta' ko-finanzjament mill-Komunità.

(10)

Il-fatt li l-utent jista' jieħu deċiżjonijiet li jinfluwenzaw il-piż tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq billi jagħżel il-vetturi li jniġġsu l-inqas u l-perjodi jew itinerarji b'konġestjoni iżjed baxxa huwa komponent importanti ta' sistema ta' ħlasijiet. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu kapaċi jiddiferenzjaw il-ħlasijiet għall-użu tat-triq skond il-kategorija ta' emissjoni tal-vettura (klassifikazzjoni “EURO”) u l-livell ta' ħsara li tikkawża lit-toroq, il-post, il-ħin u l-ammont ta' konġestjoni. Tali differenzjazzjoni fil-livell ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq għandha tkun proporzjonata għall-objettiv imfittex.

(11)

Aspetti ta' ipprezzar kummerċjali għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq li m'humiex koperti minn din id-Direttiva għandhom jirrispettaw ir-regoli tat-Trattat.

(12)

Din id-Direttiva ma teffettwax il-libertà ta' l-Istati Membri li jintroduċu sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent għall-infrastruttura biex jipprovdu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, kumpens xieraq għal dan il-ħlas. Tali kumpens m'għandux iwassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern u għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, b'mod partikolari r-rati minimi ta' taxxi tal-vetturi stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 1999/62/KE u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li jirristrutturaw il-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni ta' prodotti ta' l-enerġija u l-elettriku (7).

(13)

Fejn l-Istati Membri jimponu ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent fis-sistema tat-toroq trans-Ewropea, it-toroq soġġetti għal-ħlasijiet għandhom jingħataw prijorità xierqa fl-iskedi ta' manutenzjoni ta' l-Istati Membri. Id-dħul minn ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent għandu jintuża għaż-żamma ta' l-infrastruttura konċernata u għas-settur tat-trasport kollu, fl-interess ta' żvilupp bilanċjat u sostenibbli tas-sistemi ta' trasport.

(14)

Attenzjoni partikolari għandha tingħata lil reġjuni muntanjużi bħall-Alpi jew il-Pirinej. It-tnedija ta' proġetti maġġuri ġodda ta' infrastruttura spiss falliet għaliex ir-riżorsi finanzjarji sostanzjali li dawn ikunu jeħtieġu ma kinux disponibbli. F'tali reġjuni, l-utenti jistgħu għalhekk jiġu mitluba jħallsu żieda biex jiffinanzjaw proġetti essenzjali ta' valur Ewropew għoli ħafna, inklużi dawk li jinvolvu mod ieħor ta' trasport fl-istess kuritur. Dan l-ammont għandu jkun marbut mal-ħtiġiet finanzjarji tal-proġett. Għandu jkun marbut ukoll mal-livell bażiku tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq biex jiġu evitati ħlasijiet artifiċjalment għolja fi kwalunkwe kuritur wieħed, li jistgħu jwasslu biex it-traffiku jiġi devjat lejn kurituri oħra, u b'hekk jinħolqu problemi ta' konġestjoni lokali u użu ineffiċjenti tas-sistemi tat-toroq.

(15)

Il-miżati m'għandhomx ikunu diskriminatorji u l-ġbir tagħhom m'għandux jinvolvi formalitajiet eċċessivi jew joħloq barrieri fil-fruntieri interni. Miżuri xierqa għandhom għalhekk jittieħdu sabiex jiffaċilitaw il-pagament mill-utenti okkażjonali, b'mod partikolari fejn il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent huma miġbura esklusivament permezz ta' sistema li teħtieġ l-użu ta' apparat ta' pagament elettroniku (unità abbord il-vettura).

(16)

Sabiex ikun evitat li t-traffiku jkun devjat minħabba reġimi differenti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tipprova tiżgura li, meta tinnegozja ftehimiet internazzjonali, ma jittieħdu ebda passi minn pajjiżi terzi, bħal xi sistema ta' negozju ta' jeddijiet ta' tranżitu, li jista' jkollhom effett diskriminatorju fuq it-traffiku fi tranżitu.

(17)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u armonizzata tas-sistema ta' ħlasijiet għall-infrastruttura, arranġamenti ġodda għal ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż skond is-sett ta' prinċipji ċentrali stipulati fl-Anness II jew jiġu stabbiliti f'livell li ma jmurx lil hinn minn dak li kieku jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji. Dawn ir-rekwiżiti m'għandhomx japplikaw għal arranġamenti eżistenti sakemm ma jiġux sostanzjalment modifikati fil-ġejjieni. Tali modifiki sostanzjali jkunu jinkludu kwalunkwe bidla sinifikanti għall-pattijiet u l-kondizzjonijiet oriġinali ta' l-iskema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq permezz ta' modifika ta' kuntratt ma' l-operatur tas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, imma jkunu jeskludu bidliet previsti fl-iskema oriġinali. Fil-każ ta' kuntratti ta' konċessjoni, modifika sostanzjali tista' tiġi implimentata skond proċedura ta' akkwist pubbliku. Sabiex tinkiseb it-trasparenza mingħajr ma jinħolqu ostakoli għall-funzjonament ta' l-ekonomija tas-suq u għal sħubijiet pubbliċi/privati, l-Istati Membri għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun f'pożizzjoni li tagħti opinjoni, il-valuri ta' unità u parametri oħra li għandhom il-ħsieb japplikaw biex jikkalkulaw id-diversi elementi ta' spejjeż tal-ħlasijiet jew, fil-każ ta' kuntratti ta' konċessjoni, il-kuntratt rilevanti u l-każ li fuqu hu bbażat. Opinjonijiet adottati mill-Kummissjoni qabel l-introduzzjoni ta' arranġamenti ġodda ta' ħlasijiet fl-Istati Membri huma għal kollox mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Kummissjoni taħt it-Trattat li tiżgura li l-liġi Komunitarja tiġi applikata.

(18)

Sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni infurmata u objettiva fil-ġejjieni fir-rigward ta' l-applikazzjoni possibbli tal-prinċipju ta' “min iniġġes, iħallas” għall-mezzi kollha ta' trasport, permezz ta' l-internalizzazzjoni ta' spejjeż esterni, għandhom jiġu żviluppati prinċipji uniformi ta' kalkolu msejsa fuq data rikonoxxuta xjentifikament. Kwalunkwe deċiżjoni fil-ġejjieni dwar din il-kwistjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ il-piż fiskali li l-kumpanniji ta' ġarr ta' merkanzija bit-triq diġa qegħdin iġorru, inklużi taxxi fuq il-vetturi u taxxi tas-sisa fuq il-karburant.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tibda x-xogħol fuq l-iżvilupp ta' mudell applikabbli b'mod ġenerali, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni ta' l-ispejjeż esterni għall-mezzi kollha ta' trasport sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu fil-ġejjieni ta' ħlasijiet għall-infrastruttura. Fit-twettiq ta' dan ix-xogħol il-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet kollha possibbli fir-rigward tal-kompożizzjoni ta' l-ispejjeż esterni li għandhom jiġu kkunsidrati, filwaqt li tikkunsidra l-elementi elenkati fil-White Paper ta' l-2001 “Politika Ewropea għat-Trasport għall-2010”, u filwaqt li tivvaluta sew l-impatt li jista' jkollha l-internalizzazzjoni ta' l-għażliet differenti ta' l-ispejjeż. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sejrin jeżaminaw b'mod diliġenti kwalunkwe proposta ta' dan it-tip mill-Kummissjoni għal reviżjoni ulterjuri tad-Direttiva 1999/62/KE.

(20)

Jeħtieġ iżjed progress tekniku biex tiġi żviluppata s-sistema ta' ħlasijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq. Għandu jkun hemm proċedura li tippermetti lill-Kummissjoni tadatta r-rekwiżiti tad-Direttiva 1992/62/KE għall-progress tekniku wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri għal dan il-għan.

(21)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (8).

(22)

Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu armonizzati l-kondizzjonijiet applikabbli għall-ħlasijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tat-triq u l-ħlasijiet fuq l-utent, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħedhom u jista' għalhekk, minħabba d-dimensjoni Ewropea tiegħu u bil-ħsieb li jiġi salvagwardjat is-suq intern tat-trasport, jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(23)

Id-Direttiva 1999/62/KE għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 1999/62/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“(a)

‘sistema tat-toroq trans-Ewropea’ tfisser is-sistema tat-toroq imfissra fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp ta' sistema tat-toroq trans-Ewropea (*) kif muri permezz ta' mapep. Il-mapep jirriferu għas-sezzjonijiet korrispondenti msemmija fil-parti operattiva ta' dik id-Direttiva u/jew fl-Anness II għaliha;

(*)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).”"

(b)

għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(aa)

‘spejjeż ta' kostruzzjoni’ tfisser l-ispejjeż relatati mal-kostruzzjoni, inkluż, fejn xieraq, l-ispejjeż ta' finanzjament, ta':

infrastruttura ġdida jew titjib infrastrutturali ġdid (inklużi tiswijiet strutturali sinjifikanti); jew

infrastruttura jew titjib infrastrutturali (inklużi tiswijiet strutturali sinifikanti) li tlestew mhux aktar minn 30 sena qabel 10 ta' Ġunju 2008, fejn arranġamenti ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq eżistenti f'10 ta' Ġunju 2008, jew tlestew mhux aktar tard minn 30 sena qabel l-istabbiliment ta' kwalunkwe arranġament ġdid ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq introdott wara 10 ta' Ġunju 2008; spejjeż dwar l-infrastruttura jew titjib infrastrutturali li tlestew qabel dawn il-limiti ta' żmien jistgħu jiġu wkoll ikkunsidrati bħala spejjeż ta' kostruzzjoni fejn:

(i)

Stat Membru stabbilixxa sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq li tipprovdi għall-irkupru ta' dawn l-ispejjeż permezz ta' kuntratt ma' operatur ta' sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, jew atti ġuridiċi oħrajn li għandhom effett ekwivalenti, li jidħlu fis-seħħ qabel 10 ta' Ġunju 2008, jew

(ii)

Stat Membru jista' juri li l-każ għall-bini ta' l-infrastruttura in kwistjoni kien jiddependi fuq li din ikollha ħajja proġettata ta' aktar minn 30 sena.

Fi kwalunkwe każ, il-proporzjon ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni m'għandux jaqbeż il-proporzjon tal-perjodu ta' ħajja proġettata attwali tal-komponenti ta' l-infrastruttura li jkun għad fadal f'10 ta' Ġunju 2008 jew fid-data meta l-arranġamenti ġodda ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq jiġu introdotti, fejn din hi data aktar tard.

L-ispejjeż ta' l-infrastruttura jew titjib infrastrutturali jistgħu jinkludu kwalunkwe spiża speċifika fuq infrastruttura iddisinjata biex jitnaqqas l-inkonvenjent relatat ma' ħsejjes jew biex titjieb is-sigurtà fit-toroq u l-pagamenti attwali magħmula mill-operatur ta' l-infrastruttura li jikkorrispondu ma' elementi ambjentali oġġettivi bħal protezzjoni kontra l-kontaminazzjoni tal-ħamrija;

(ab)

‘spejjeż ta' finanzjament’ tfisser imgħax fuq self u/jew ritorn fuq kwalunkwe finanzjament permezz ta' ishma kkontribwit mill-azzjonisti;

(aċ)

‘tiswijiet strutturali sinjifikanti’ tfisser tiswijiet strutturali minbarra dawk it-tiswijiet li m'humiex aktar ta' benefiċċju għal min juża t-toroq, eżempju fejn ix-xogħol tat-tiswija ġie sostitwit b'aktar kisi mill-ġdid tat-toroq jew xogħol ieħor ta' kostruzzjoni;”;

(ċ)

il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

‘ħlas għall-użu tat-triq’ tfisser ammont speċifiku li għandu jitħallas għal vettura li tivvjaġġa distanza partikolari fuq l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1); l-ammont għandu jkun ibbażat fuq id-distanza tal-vjaġġ li jkun sar u t-tip tal-vettura;”;

(d)

għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

‘ħlas medju ppeżat għall-użu tat-triq’ tfisser id-dħul totali miġbur minn ħlasijiet għall-użu tat-triq fuq perjodu speċifiku diviż bin-numru ta' kilometri li jkunu saru minn vetturi f'sistema tat-toroq speċifika li tkun soġġetta għal ħlasijiet għall-użu tat-triq matul dak il-perjodu, fejn kemm id-dħul kif ukoll il-kilometri li jkunu saru minn vetturi jiġu kkalkulati għall-vetturi li għalihom japplikaw in-nollijiet għall-użu tat-triq;”;

(e)

il-punti (ċ), (d) (e) u (f) għandhom jinbidlu b'li ġej:

“(ċ)

‘ħlas fuq l-utent’ tfisser ammont speċifiku li l-pagament tiegħu jagħti d-dritt lil vettura li tuża għal perjodu speċifiku l-infrastrutturi msemmija fl-Artikolu 7(1);

(d)

‘vettura’ tfisser vettura bil-mutur jew taħlita ta' vetturi artikolati maħsuba jew użata esklusivament għall-ġarr bit-triq ta' merkanzija u li jkollha piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta' iżjed minn 3,5 tunnellati;

(e)

vettura tal-kategorija ‘EURO 0’, ‘EURO I’, ‘EURO II’, ‘EURO III’, ‘EURO IV’, ‘EURO V’, ‘EEV’ tfisser vettura li tkun konformi mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness 0;

(f)

‘tip ta' vettura’ tfisser kategorija li vettura taqa' taħtha skond in-numru ta' fusien tagħha, il-qisien jew il-piż tagħha, jew fatturi oħra ta' klassifikazzjoni ta' vetturi li jirriflettu l-ħsara fit-triq, per eżempju s-sistema ta' klassifikazzjoni tal-ħsara fit-triq stabbilita fl-Anness IV, kemm-il darba s-sistema ta' klassifikazzjoni użata tkun bbażata fuq karatteristiċi tal-vettura li jew jidhru fid-dokumentazzjoni tal-vettura użata fl-Istati Membri kollha jew ikunu jidhru b'mod viżwali.”;

(f)

għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(ġ)

‘kuntratt ta' konċessjoni’ tfisser ‘konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi’ jew ‘konċessjoni ta' servizz’ kif imfisser fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta' provvisti pubbliċi u kuntratti ta' servizzi pubbliċi (**);

(h)

‘Konċessjoni ta' ħlas għall-użu tat-triq’ tfisser ħlas għall-użu tat-triq imposta minn konċessjonarju taħt kuntratt ta' konċessjoni.

(**)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).”"

2.

L-Artikolu 7 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq is-sistema tat-toroq trans-Ewropea, jew fuq partijiet ta' dik is-sistema, biss skond il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 2 sa 12. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membri, f'konformità mat-Trattat, li japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq toroq mhux inklużi fis-sistema tat-toroq trans-Ewropea, fosthom fuq toroq paralleli li lejhom jista' jiġi devjat it-traffiku mis-sistema tat-toroq trans-Ewropea u/jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta ma' ċerti partijiet minn dik is-sistema, jew għal tipi oħra ta' vetturi bil-mutur mhux koperti bit-tifsira ta' ‘vettura’ fis-sistema tat-toroq trans-Ewropea, sakemm l-impożizzjoni ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq dan it-tip ta' toroq ma tiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma tirriżultax f'distorzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi.

1a.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jżomm jew jintroduċi ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent fuq partijiet biss tas-sistema tat-toroq trans-Ewropea, l-eżenzjonijiet li jirriżultaw għall-partijiet l-oħra (għal raġunijiet bħall-iżolament tagħhom jew il-livell baxx ta' konġestjoni jew ta' tniġġis tagħhom jew fejn dan ikun essenzjali għall-introduzzjoni ta' arranġament ġdid ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, m'għandhom jirriżultaw f'ebda diskriminazzjoni kontra t-traffiku internazzjonali.

2.

(a)

Stat Membru jista' jagħżel li jżomm jew jintroduċi ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent applikabbli biss għal vetturi li għandhom piż massimu permissibbli meta mgħobbija ta' mhux inqas minn 12-il tunnellata metrika. Fejn Stat Membru jagħżel li japplika ħlasijiet għall-użu ta' triq u/jew ħlasijiet għall-utent għal vetturi taħt dan il-limitu ta' piż, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(b)

Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew il-ħlasijiet fuq l-utent għandhom jiġu applikati għall-vetturi kollha mill-2012.

(ċ)

Stat Membru jista' jidderoga mir-rekwiżit stipulat fil-punt (b) meta jikkunsidra li l-estensjoni ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq għal vetturi ta' inqas minn 12-il tunnellata metrika tkun sejra:

toħloq effetti ħżiena sinifikattivi fuq il-fluss liberu tat-traffiku, fuq l-ambjent, fuq il-livelli ta' ħsejjes, fuq il-konġestjoni jew fuq is-saħħa; jew

tinvolvi spejjeż amministrattivi li jkunu iktar minn 30 % tad-dħul addizzjonali ġġenerat.

3.   Ħlasijiet għall-użu tat-triq u ħlasijiet fuq l-utent ma jistgħux jiġu imposti t-tnejn fl-istess ħin fuq kwalunkwe kategorija speċifika ta' vettura għall-użu ta' parti waħda tat-triq. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll ħlasijiet għall-użu tat-triq fuq sistemi tat-toroq fejn ħlasijiet fuq l-utent huma imposti għall-użu ta' pontijiet, mini u mogħdijiet fil-muntanji.

4.   Ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent ma jistgħux jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, abbażi tan-nazzjonalità tat-trasportatur, tal-pajjiż jew tal-post fejn it-trasportatur huwa stabbilit jew fejn il-vettura hija reġistrata, jew ta' l-oriġini jew id-destinazzjoni ta' l-attività tat-trasport.”;

(b)

għandhom jiddaħħlu l-paragrafi 4a, 4b u 4ċ li ġejjin:

“4a.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal rati mnaqqsa ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu ħlasijiet għall-użu tat-triq jew ħlasijiet fuq l-utent għal vetturi eżentati mir-rekwiżit li jistallaw jew jużaw tagħmir li jirrekordja skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar tagħmir li jirrekordja fit-trasport tat-toroq (***), u fil-każi koperti minn, u soġġetti għall-kondizzjonijiet li hemm, fl-Artikolu 6(2)(a) u (b) ta' din id-Direttiva.

4b.   Minħabba li strutturi għall-ħlas li jinvolvu skont jew tnaqqis fil-ħlasijiet għall-użu tat-triq għal dawk li jużawhom spiss jistgħu jwasslu għal tfaddil fi spejjeż amministrattivi għall-operatur ta' l-infrastruttura, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal tali tnaqqis jew riduzzjonijiet bil-kondizzjoni li:

iwettqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 10(a);

ikunu konformi mat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikoli 12, 49, 86 u 87 tiegħu;

ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern;

l-istruttura għall-ħlas li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonali, disponibbli għall-utenti kollha b'mod ugwali u ma twassalx għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħra fil-forma ta' ħlasijiet ogħla għall-użu tat-triq.

Skonti jew tnaqqis bħal dawn m'għandhom fl-ebda każ jaqbżu t-13 % tal-ħlas għall-użu tat-triq imħallas minn vetturi ekwivalenti li m'humiex eliġibbli għall-iskont jew it-tnaqqis.

4ċ.   L-iskemi kollha ta' skont jew tnaqqis għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4a u 4b u għandha tapprovahom skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9c(2).

(***)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 432/2004 (ĠU L 71, 10.3.2004, p. 3).”"

(ċ)

il-paragrafu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“6.   L-arranġamenti għall-ġbir ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent m'għandhomx, finanzjarjament jew xort'oħra, iqiegħdu lil dawk li jużaw is-sistema tat-toroq mhux b'mod regolari fi żvantaġġ mhux ġustifikat. B'mod partikolari, fejn Stat Membru jiġbor ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ħlasijiet fuq l-utent esklusivament permezz ta' sistema li teħtieġ l-użu ta' unità abbord il-vettura, dan għandu jagħmel disponibbli l-unitajiet abbord xierqa taħt arranġamenti amministrattivi u ekonomiċi raġonevoli.”;

(d)

It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 7 għandhom jiġu mħassra;

(e)

il-paragrafi 9 u 10 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“9.   Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż ta' infrastruttura biss. B'mod speċifiku l-ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq għandhom ikunu relatati ma' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni u ma' l-ispejjeż ta' l-operazzjoni, tal-manutenzjoni u ta' l-iżvilupp tas-sistema infrastrutturali kkonċernata. Il-ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq jistgħu jinkludu wkoll dħul fuq il-kapital jew marġni ta' qligħ ibbażati fuq il-kondizzjonijiet tas-suq.

10

(a)

Bla preġudizzju għall-ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq imsemmija fil-paragrafu 9, l-Istati Membri jistgħu jvarjaw ir-rati ta' ħlas għall-użu tat-triq għal finijiet bħal ma huma l-ġlieda kontra l-ħsara ambjentali, it-trattament tal-konġestjoni, il-minimizzazzjoni tal-ħsara infrastrutturali, l-ottimizzazzjoni ta' l-użu ta' l-infrastruttura kkonċernata u l-promozzjoni tas-sigurtà fit-toroq, kemm-il darba tali varjazzjoni:

tkun proporzjonata ma' l-għan imfittex;

tkun trasparenti u mhux diskriminatorja, partikolarment fir-rigward tan-nazzjonalità tat-trasportatur, il-pajjiż jew il-post ta' fejn it-trasportatur ikun stabbilit jew fejn il-vettura tkun reġistrata, u l-oriġini jew id-destinazzjoni ta' l-attività ta' trasport;

m'hix maħsuba li tiġġenera dħul addizzjonali minn ħlasijiet għall-użu tat-triq, u kwalunkwe żieda fid-dħul li ma tkunx intenzjonata (li twassal għal ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq li m'humiex konformi mal-paragrafu 9) tkun bilanċjata b'bidliet fl-istruttura tal-varjazzjoni li għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mit-tmiem tas-sena tal-kontabbiltà li fiha d-dħul addizzjonali jiġi ġenerat;

tirrispetta l-limiti massimi ta' flessibbiltà mniżżla fil-punt (b).

(b)

Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-punt (a), ir-rati ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq jistgħu jiġu varjati skond:

il-klassi ta' emissjoni EURO kif stabbilita fl-Anness 0 inklużi l-livell ta' PM u NOx, kemm-il darba l-ebda ħlas għall-użu tat-triq ma jkun iżjed minn 100 % ogħla mill-ħlas għall-użu tat-triq mitlub għal vetturi ekwivalenti li jilħqu l-iżjed standards stretti ta' emissjoni; u/jew

il-ħin tal-ġurnata, it-tip ta' ġurnata jew staġun, kemm-il darba:

(i)

l-ebda ħlas għall-użu tat-triq ma jkun iżjed minn 100 % ogħla mill-ħlas għall-użu tat-triq mitlub matul l-irħas perjodu tal-ġurnata, tip ta' ġurnata jew staġun; jew

(ii)

fejn l-irħas perjodu ikun b'rata żero, il-penali għall-ħin tal-ġurnata, it-tip ta' ġurnata jew staġun l-aktar għaljin ma jkunx iżjed minn 50 % tal-livell ta' ħlas għall-użu tat-triq li kieku jkun applikabbli għall-vettura in kwistjoni.

L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jvarjaw ir-rati ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq f'konformità ma' l-ewwel inċiż mhux aktar tard mill-2010, jew fil-każ ta' kuntratti ta' konċessjoni, meta jiġi mġedded dak il-kuntratt ta' konċessjoni.

Madankonllu Stat Membru jista' jidderoga minn dan ir-rekwiżit jekk:

(i)

dan jippreġudika b'mod serju l-koerenza tas-sistemi ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq fit-territorju tiegħu;

(ii)

għas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq konċernata, ma jkunx teknikament prattikabbli li jiġu introdotti differenzi bħal dawn; jew

(iii)

dan iwassal għal devjazzjoni tal-vetturi li l-iktar iniġġsu mis-sistema tat-toroq trans-Ewropea b'impatti konsegwenzjali fuq is-sigurtà fit-toroq u fuq is-saħħa pubblika.

Kull deroga ta' dan it-tip għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni.

(ċ)

Bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-punt (a), ir-rati ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq jistgħu f'każi eċċezzjonali għal proġetti speċifiċi b'interess għoli Ewropew jkunu soġġetti għal forom oħra ta' varjazzjoni sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà kummerċjali ta' tali proġetti, meta jkunu esposti għal kompetizzjoni diretta ma' modi oħra ta' trasport għall-vetturi. L-istruttura ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq li tirriżulta għandha tkun lineari, proporzjonata, ippubblikata bil-miftuħ, disponibbli għall-utenti kollha b'mod ugwali u m'għandhiex twassal għal spejjeż addizzjonali li jiġu mgħoddija lil utenti oħra fil-forma ta' ħlasijiet ogħla għall-użu tat-triq. Il-Kummissjoni għandha tivverifika konformità mal-kondizzjonijiet ta' dan il-punt qabel l-implimentazzjoni ta' l-istruttura ta' ħlasijiet in kwistjoni.”;

(f)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“11.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) u (1a), f'każi eċċezzjonali li jikkonċernaw l-infrastruttura f'reġjuni muntanjużi u wara li tiġi informata l-Kummissjoni, tista' tiġi imposta żieda għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq ta' partijiet speċifiċi ta' toroq:

(a)

li huma s-suġġett ta' konġestjoni akuta li teffettwa l-moviment liberu ta' vetturi; jew

(b)

li l-użu tagħhom mill-vetturi jikkawża ħsara ambjentali sinifikattiva,

bil-kondizzjoni li:

id-dħul iġġenerat miż-żieda jiġi investit fi proġetti prijoritarji ta' interess Ewropew identifikati fl-Anness III għad-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE, li jikkontribwixxu direttament biex tittaffa l-konġestjoni jew il-ħsara ambjentali in kwistjoni u li jinsabu fl-istess kuritur bħall-parti tat-triq li fuqha hija applikata ż-żieda;

iż-żieda, li tista' tiġi applikata għal ħlasijiet għall-użu tat-triq varjati skond il-paragrafu 10, ma taqbiżx il-15 % ta' ħlas medju ppeżat għall-użu tat-triq ikkalkulat skond il-paragrafu 9 ħlief fejn id-dħul iġġenerat ikun investit f'taqsimiet transfruntiera ta' proġetti prijoritarji ta' interess Ewropew li jinvolvu infrastruttura f'reġjuni muntanjużi, f'liema każ iż-żieda m'għandhiex tisboq il-25 %;

l-applikazzjoni taż-żieda ma tirriżultax fi trattament inġust ta' traffiku kummerċjali meta mqabbel ma' utenti oħra tat-triq;

jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel l-applikazzjoni taż-żieda pjani finanzjarji għall-infrastruttura li fuqhom hi applikata ż-żieda u analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-proġett ġdid ta' infrastruttura;

il-perjodu li għalih għandha tapplika ż-żieda jkun definit u limitat minn qabel u jkun konsistenti fir-rigward tad-dħul li mistenni jsir mal-pjani finanzjarji u l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji ppreżentati.

L-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal proġetti transfruntiera ġodda għandha tkun soġġetta għall-ftehim ta' l-Istati Membri konċernati.

Meta l-Kummissjoni tirċievi l-pjani finanzjarji minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika żieda, hija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9ċ(1). Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-żieda ppjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imniżżla f'dan il-paragrafu, jew jekk tikkunsidra li l-żieda ppjanata ser ikollha effetti negattivi sinjifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjuni periferiċi, hija tista' tirrifjuta jew titlob modifika tal-pjani għal ħlasijiet ppreżentati mill-Istati Membri kkonċernati, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9ċ(2).

12.   Fejn xufier ma jkunx jista' jipproduċi d-dokumenti tal-vettura meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-informazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 10(b), u t-tip ta' vettura f'każ ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu japplikaw ħlasijiet għall-użu tat-triq sa l-ogħla livell li jista' jitħallas.”;

3.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

1.   Meta jiġu biex jiddeterminaw il-livelli ta' ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq li għandhom jiġu mitluba fis-sistema infrastrutturali kkonċernata jew f'parti tas-sistema definita b'mod ċar, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni d-diversi spejjeż imniżżla fl-Artikolu 7(9). L-ispejjeż li jittieħdu f'kunsiderazzjoni għandhom jirrelataw mas-sistema infrastrutturali jew parti minnha li fuqha huma mposti l-ħlasijiet għall-użu tat-triq u mal-vetturi li huma soġġetti għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirkuprawx dawn l-ispejjeż permezz ta' dħul minn ħlasijiet għall-użu tat-triq jew li jirkupraw biss perċentaġġ ta' l-ispejjeż.

2.   Il-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandhom jiġu ddeterminati skond l-Artikolu 7 u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Fir-rigward ta' arranġamenti ġodda ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq, minbarra dawk li jinvolvu konċessjoni għall-ħlasijiet għall-użu tat-triq introdotti mill-Istati Membri wara 10 ta' Ġunju 2008, l-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ċentrali ta' kalkolu mniżżla fl-Anness III.

Għal ħlasijiet konċessjonarji ġodda għall-użu tat-triq li jiddaħħlu wara 10 ta' Ġunju 2008, il-livell massimu ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq għandu jkun ekwivalenti għal, jew anqas minn, il-livell li jkun irriżulta mill-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ċentrali ta' kalkolu mniżżla fl-Anness III. Il-valutazzjoni ta' tali ekwivalenza għandha ssir abbażi ta' perjodu ta' riferenza raġonevolment twil li jkun xieraq għan-natura tal-kuntratt ta' konċessjoni.

Arranġamenti ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq li jkunu diġà fis-seħħ fl10 ta' Ġunju 2008 jew li għalihom ġew riċevuti offerti jew risposti għal stediniet ta' negozjar taħt il-proċedura nnegozjata b'segwitu għal proċedura ta' akkwist pubbliku qabel 10 ta' Ġunju 2008 m'għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi mniżżla f'dan il-paragrafu, sakemm dawn l-arranġamenti jibqgħu fis-seħħ u dment li ma jiġux modifikati sostanzjalment.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mill-anqas erba' xhur qabel l-implimentazzjoni ta' arranġament ġdid ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq:

(a)

fir-rigward ta' arranġamenti oħra ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq minbarra dawk li jinvolvu konċessjoni għal ħlasijiet għall-użu tat-triq:

il-valuri ta' unità u parametri oħra li jużaw fil-kalkolu tad-diversi elementi ta' spejjeż; u

informazzjoni ċara dwar il-vetturi koperti mill-arranġament tagħhom ta' ħlas għall-użu tat-triq u d-daqs ġeografiku tas-sistema tat-toroq, jew ta' parti mis-sistema tat-toroq, użata għal kull kalkolu ta' l-ispejjeż u l-perċentaġġ ta' l-ispejjeż li qed ifittxu li jirkupraw;

(b)

fir-rigward ta' arranġamenti ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq li jinvolvu konċessjoni għal ħlasijiet għall-użu tat-triq:

il-kuntratti ta' konċessjoni jew bidliet sinjifikanti għal tali kuntratti;

il-każ bażi li fuqu min ta l-konċessjoni bbaża n-notifika ta' konċessjoni, kif imsemmi fl-Anness VII B għad-Direttiva 2004/18/KE; dan il-każ bażi għandu jinkludi l-ispejjeż stmati kif definiti fl-Artikolu 7(9) previsti fl-ambitu tal-konċessjoni, it-traffiku previst diviż skond it-tip ta' vettura, il-livelli ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq previsti u d-daqs ġeografiku tas-sistema tat-toroq koperta mill-kuntratt ta' konċessjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux inqas minn erba' xhur qabel jiġu implimentati b'arranġamenti ġodda ta' ħlasijiet applikabbli għal toroq paralleli li lejhom jista' jiġi devjat it-traffiku mis-sistema tat-toroq trans-Ewropea u/jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta ma' ċerti partijiet minn dik is-sistema li fuqhom ikollhom jitħallsu l-ħlasijiet għall-użu tat-triq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas spjegazzjoni tal-medda ġeografika tas-sistema koperta bil-ħlas għall-użu tat-triq, il-vetturi koperti u l-livelli ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq maħsuba, kif ukoll spjegazzjoni ta' kif il-livell ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq ġie determinat.

6.   Fir-rigward ta' każi soġġetti għall-obbligi tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni skond il-paragrafu 4, tagħti opinjoni dwar jekk dawn l-obbligi jidhrux li ġew imwettqa.

Għall-arranġamenti ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq imsemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti opinjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-proporzjonalità u tat-trasparenza ta' l-arranġamenti proposti u ta' l-impatt mistenni tagħhom fuq il-kompetizzjoni fil-kuntest tas-suq intern u tal-moviment liberu tal-merkanzija.

L-opinjonijiet tal-Kummissjoni għandhom isiru disponibbli lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9ċ (1).

7.   Fejn Stat Membru jixtieq japplika d-dispożizzjonijiet li hemm fl-Artikolu 7(11) fir-rigward ta' arranġamenti ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq diġà fis-seħħ f'10 ta' Ġunju 2008, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi informazzjoni li turi li l-ħlas medju ppeżat għall-użu tat-triq li qed jiġi applikat għall-infrastruttura kkonċernata ikun konformi ma' l-Artikoli 2(aa), 7(9) u 7(10).”;

4.

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7b

Din id-Direttiva ma tolqotx il-libertà ta' l-Istati Membri li jintroduċu sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ta' ħlasijiet fuq l-utent għal l-infrastruttura biex jipprovdu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, kumpens xieraq għal dawn il-ħlasijiet.”;

5.

L-Artikolu 8(2) (b) għandu jinbidel bl-Artikolu li ġej:

“(b)

il-pagament tal-ħlas komuni mill-utent għandu jagħti aċċess għas-sistema tat-toroq kif definit mill-Istati Membri parteċipanti skond l-Artikolu 7(1);”;

6.

Għandu jiiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Kull Stat Membru għandu jagħmel monitoraġġ tas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u/jew ta' ħlasijiet fuq l-utent oħra fuq l-utent biex jiġi żgurat li din taħdem b'mod trasparenti u bla ma tkun diskriminatorja.”;

7.

L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Din id-Direttiva m'għandhiex timpedixxi l-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta':

(a)

taxxi u ħlasijiet speċifiċi:

intaxxati fuq ir-reġistrazzjoni tal-vettura, jew

imposti fuq il-vetturi jew fuq tagħbijiet ta' piżijiet jew ta' dimensjonijiet mhux normali;

(b)

ħlasijiet ta' l-ipparkjar u ħlasijiet speċifiċi tat-traffiku urban.

1a.   Din id-Direttiva m'għandhiex timpedixxi l-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta':

(a)

ħlasijiet regolatorji maħsuba speċifikament biex jiġġieldu l-konġestjoni tat-traffiku marbuta mal-ħin u mal-post;

(b)

ħlasijiet regolatorji maħsuba biex jiġġieldu impatti fuq l-ambjent, inkluża l-kwalità ħażina ta' l-arja

fi' kwalunkwe triq, b'mod speċjali f'zoni urbani, inklużi toroq tas-sistema tat-toroq trans-Ewropea li jaqsmu zona urbana.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul minn ħlasijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tat-toroq. Biex is-sistema tat-trasport tkun tista' tiġi żviluppata b'mod sħiħ, id-dħul mill-ħlasijiet għandu jintuża għall-benefiċċju tas-settur tat-trasport u biex ikun jista' jsir l-aħjar użu mis-sistema kollha tat-trasport.”;

8.

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 9a

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontrolli xierqa u jiddeterminaw is-sistema ta' penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 9b

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta' kapaċitajiet tekniċi bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Anness III. Il-Kummissjoni għandha taġġorna u tiċċara l-Annessi III u IV fid-dawl tal-progress tekniku u l-Annessi I u II fid-dawl ta' l-inflazzjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9ċ(3).

Artikolu 9ċ

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.”;

9.

L-Artikolu 11 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Mhux aktar tard mill-10 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva, fejn tittieħed kunsiderazzjoni ta' żviluppi fit-teknonoloġija u t-tendenza fid-densità tat-traffiku, inkluż l-użu ta' vetturi ta' aktar minn 3,5 u inqas minn 12-il tunnellata metrika, u jivvaluta l-impatt tagħha fuq is-suq intern, inkluż fuq reġjuni gżejjer, reġjuni maqtugħa mill-baħar u reġjuni periferiċi tal-Komunità, il-livelli ta' investiment fis-settur u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-politika ta' trasport sostenibbli.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa għar-rapport lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2010.

Mhux iktar tard mill-10 ta' Ġunju 2008 il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat l-għażliet kollha, inklużi spejjeż marbuta ma' l-ambjent, mal-ħsejjes, mal-konġestjoni u mas-saħħa, għandha tippreżenta mudell applikabbli b'mod ġenerali, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni ta' l-ispejjeż esterni kollha sabiex iservi bħala l-bażi għall-kalkolu fil-ġejjieni tal-ħlasijiet għall-infrastruttura. Dan il-mudell għandu jkun akkumpanjat minn analiżi ta' l-impatt ta' l-internalizzazzjoni ta' spejjeż esterni għall-modi kollha ta' trasport u minn strateġija għal implimentazzjoni fi stadji tal-mudell għall-modi kollha ta' trasport.

Ir-rapport u l-mudell għandhom ikunu akkumpanjati, fejn ikun xieraq, minn proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal reviżjoni ulterjuri ta' din id-Direttiva.”;

10.

It-Tabella fl-Anness II li tindika l-ammont ta' ħlasijiet annwali għandha tinbidel bit-Tabella li ġejja:

 

“massimu ta' tliet fusien

minimu ta' erba' fusien

EURO 0

1 332

2 233

EURO I

1 158

1 933

EURO II

1 008

1 681

EURO III

876

1 461

EURO IV u li jniġġsu anqas

797

1 329 ”

11.

L-aħħar sentenza ta' l-Anness II għandha tinbidel bis-sentenza li ġejja:

“Il-ħlas mill-utent bil-ġurnata huwa l-istess għall-kategoriji kollha tal-vetturi u jammonta għal EUR 11.”;

12.

Għandu jiżdied l-Anness O, li t-test tiegħu jidher fl-Anness I għal din id-Direttiva;

13.

Għandu jiżdied l-Anness III, li t-test tiegħu jidher fl-Anness II għal din id-Direttiva;

14.

Għandu jiżdied l-Anness IV, li t-test tiegħu jidher fl-Anness III għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-10 ta' Ġunju 2008. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw tali miżuri, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, flimkien ma' skeda li turi kif id-dispożizzjonjiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar is-17 ta' Mejju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU C 241, 28.9.2004, p. 58.

(3)  ĠU C 109, 30.4.2004, p. 14.

(4)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' April 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 371), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2005 (ĠU C 275 E, 8.11.2005, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2005 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċċjal). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2006.

(5)  ĠU C 43 E, 19.2.2004, p. 250.

(6)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).

(7)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100).

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

“ANNESS 0

LIMITI TA' EMISSJONI

1.

Vettura ‘EURO 0’

Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

12,3

2,6

15,8

2.

Vetturi ‘EURO I’/‘EURO II’

 

Massa ta' monossidu tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

Massa ta' partikulati (PT) g/kWh

Vettura ‘EURO I’

4,9

1,23

9,0

0,4  (1)

Vettura ‘EURO II’

4,0

1,1

7,0

0,15

3.

Vetturi ‘EURO III’/‘EURO IV’/‘EURO V’/‘EEV’

Il-mases speċifiċi ta' monossidu tal-karbonju, it-total ta' idrokarboni, l-ossidi tan-nitroġenu u l-partikulati, determinati bit-test ta' l-ESC u l-opaċità tal-gass ta' skariku, determinat mit-test ta' l-ERL, m'għandhomx jeċċedu l-valuri li ġejjin( (2)):

 

Massa ta' monossidi tal-karbonju (CO) g/kWh

Massa ta' idrokarboni (HC) g/kWh

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) g/kWh

Massa ta' partikulati (PT) g/kWh

Gass ta' skariku m-1

Vettura ‘EURO III’

2,1

0,66

5,0

0,10  (3)

0,8

Vettura ‘EURO IV’

1,5

0,46

3,5

0,02

0,5

Vettura ‘EURO V’

1,5

0,46

2,0

0,02

0,5

Vettura ‘EEV’

1,5

0,25

2,0

0,02

0,15

4.

Klassijiet ta' emmissjonijiet ta' vetturi fil-ġejjieni kif definit fid-Direttiva 88/77/KEE u emendi sussegwenti jistgħu jiġu kkunsidrati.”.


(1)  Koeffiċjent ta' 1,7 huwa applikat għall-valur ta' limitu ta' emissjoni ta' partikulati fil-każ ta' magni b'rata ta' qawwa ta' 85 kW jew inqas.

(2)  Ċiklu ta' prova jikkonsisti f'sekwenza ta' punti ta' prova, kull punt definit minn veloċità u torque li l-magna trid tirrispetta fi steady state (test ta' l-ESC) jew f'kondizzjonijiet ta' operazzjoni transitorja (prova ta' l-ETC u l-ELR).

(3)  0,13 għal magni li ċ-ċilindrata unitorja tagħhom hi inqas minn 0,7 dm3 u l-veloċità nominali hi iktar minn 3 000 min-1.


ANNESS II

“ANNESS III

PRINĊIPJI ĊENTRALI GĦALL-ALLOKAZZJONI TA' L-ISPEJJEŻ U L-KALKOLU TAL-ĦLASIJIET GĦALL-UŻU TAT-TRIQ

Dan l-Anness jistipula l-prinċipji ċentrali għall-kalkolu ta' ħlasijiet medji ppeżati għall-użu tat-triq li jirriflettu l-Artikolu 7(9). L-obbligu li ħlasijiet għall-użu tat-triq ikunu relatati ma' l-ispejjeż għandu jkun bla preġudizzju għal-libertà ta' l-Istati Membri li jagħżlu, skond l-Artikolu 7a(1), li ma jirkuprawx l-ispejjeż kollha minn dħul mill-ħlasijiet għall-użu tat-triq, jew għal-libertà, skond l-Artikolu 7(10), li jvarjaw l-ammonti ta' ħlasijiet speċifiċi għall-użu tat-triq lil hinn mill-medja (1).

L-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji għandha tkun għal kollox konsistenti ma' obbligi eżistenti oħra taħt il-liġi Komunitarja, b'mod partikolari l-ħtieġa li kuntratti ta' konċessjoni jingħataw skond id-Direttiva 2004/18/KE u strumenti Komunitarji oħra fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku.

Fejn Stat Membru jidħol f'negozjati ma' parti terza waħda jew iktar bil-ħsieb li jiġi stabbilit kuntratt ta' konċessjoni fir-rigward tal-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta' parti mill-infrastruttura tiegħu, jew bil-ħsieb ta' dan il-għan, jidħol f'arranġament simili bbażat fuq leġiżlazzjoni nazzjonali jew fuq ftehim li jidħol fih il-Gvern ta' Stat Membru, il-konformità ma' dawn il-prinċipji għandha tiġi ġġudikata abbażi ta' l-eżitu ta' dawn in-negozjati.

1.   Tifsira tas-Sistema Tat-toroq u tal-vetturi koperti

Fejn ma jkunx ser jiġi applikat arranġament uniku ta' ħlas għall-użu tat-triq għas-sistema tat-toroq kollha tat-TEN, Stat Membru għandu jispeċifika b'mod preċiż il-parti jew il-partijiet tas-sistema tat-toroq li għandhom ikunu soġġetti għal arranġament ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq kif ukoll is-sistema li huwa juża biex jikklassifika l-vetturi għall-finijiet ta' varjazzjoni fil-ħlas għall-użu tat-triq. L-Istati Membri għandhom ukoll jispeċifikaw jekk humiex qed jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema tagħhom ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq sabiex ikunu koperti vetturi taħt il-limitu ta' 12-il tunnellata metrika.

Fejn Stat Membru jagħżel li jadotta linji politiċi differenti fir-rigward ta' kif jirkupra l-ispejjeż għal partijiet differenti tas-sistema tat-toroq tiegħu (kif permess taħt l-Artikolu 7a(1)), kull parti definita b'mod ċar tas-sistema tat-toroq għandha tkun soġġetta għal kalkolu separat ta' l-ispejjeż. Stat Membru jista' jagħżel li jaqsam is-sistema tat-toroq tiegħu f'numru ta' partijiet definiti b'mod ċar sabiex jistabbilixxi arranġamenti ta' konċessjoni separati jew simili għal kull parti.

2.   Spejjeż ta' infrastruttura

2.1   Spejjeż ta' l-investiment

L-ispejjeż ta' l-investiment għandhom jinkludu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni (inkluż l-ispejjeż finanzjarji) u l-ispejjeż ta' l-iżvilupp ta' l-infrastruttura biż-żieda, fejn xieraq, ta' dħul fuq l-investiment kapitali jew marġni ta' qligħ. Għandhom ukoll ikunu inklużi l-ispejjeż ta' l-akkwist ta' l-art, l-ippjanar, id-disinn, is-superviżjoni ta' kuntratti ta' kostruzzjoni u l-amministrazzjoni tal-proġett, u ta' investigazzjonijiet arkeoloġiċi u ta' l-art, kif ukoll spejjeż inċidentali rilevanti oħra.

L-irkupru ta' l-ispejjeż tal-kostruzzjoni għandu jkun ibbażat jew fuq il-perjodu ta' ħajja mistennija ta' l-infrastruttura jew fuq perjodu ieħor ta' ammortizzazzjoni (li ma jkunx anqas minn 20 sena) li jista' jitqies xieraq għal raġunijiet ta' finanzjament permezz ta' kuntratt ta' konċessjoni jew b'mod ieħor. It-tul tal-perjodu ta' ammortizzazzjoni jista' jkun fattur varjabbli importanti fin-negozjati dwar l-istabbiliment ta' kuntratti ta' konċessjoni, b'mod partikolari jekk l-Istat Membru kkonċernat jixtieq, bħala parti mill-kuntratt, jistabbilixxi limitu massimu fir-rigward tal-ħlas medju ppeżat għall-użu tat-triq applikabbli.

Bla preġudizzju għall-kalkolu ta' l-ispejjeż ta' investiment, l-irkuprar ta' l-ispejjeż jista':

jitqassam indaqs tul il-perjodu ta' ammortizzazzjoni jew jiġi kkonċentrat fuq is-snin tal-bidu, tan-nofs jew lejn l-aħħar, dment li tali konċentrazzjoni titwettaq b'mod trasparenti;

jipprovdi għall-indiċjar tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq tul il-perjodu ta' ammortizzazzjoni.

L-ispejjeż kollha ta' l-imgħoddi għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mħallsa. L-ispejjeż li għad iridu jsiru jkunu bbażati fuq previżjonijiet raġonevoli ta' l-ispejjeż .

L-investiment tal-gvern jista' jitqies li huwa self finanzjarju. Ir-rata ta' imgħax li tiġi applikata lill-ispejjeż ta' l-imgħoddi għandha tkun ir-rati li applikaw għas-self tal-gvern matul dak il-perjodu.

L-ispejjeż għandhom jitqassmu bejn il-vetturi għall-merkanzija tqila (HGVs) fuq bażi oġġettiva u trasparenti billi tingħata kunsiderazzjoni għall-proporzjon ta' traffiku ta' HGVs li jkun hemm fuq is-sistema tat-toroq u l-ispejjeż marbuta ma' dan. In-numru ta' kilometri tal-vettura mwettqa mill-HGVs jista' għal dan il-għan jiġi aġġustat b'‘fatturi ta' ekwivalenza’ oġġettivament ġustifikati bħal dawk stabbiliti fil-punt 4 (2).

Provvediment għal stima tad-dħul fuq il-kapital jew il-marġni ta' qligħ għandu jkun raġonevoli fid-dawl tal-kondizzjonijiet tas-suq u jista' jiġi varjat bl-iskop li jipprovdi inċentivi ta' rendiment għal parti terza kontraenti fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi mogħtija. Id-dħul fuq il-kapital għandu jiġi stmat bl-użu ta' indikaturi ekonomiċi bħall-IRR (rata ta' dħul intern fuq l-investiment) jew il-WACC (spejjeż medji ppeżati tal-kapital).

2.2.   Spejjeż annwali ta' manutenzjoni u spejjeż ta' tiswija strutturali

Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu kemm l-ispejjeż annwali tal-manutenzjoni tas-sistema tat-toroq kif ukoll l-ispejjeż perjodiċi relatati mat-tiswija, it-tisħiħ u l-kisi mill-ġdid, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-livell tal-funzjonalità operattiva tas-sistema tat-toroq tinżamm matul iż-żmien.

Dawn l-ispejjeż għandhom jitqassmu bejn l-HGV u traffiku ieħor abbażi tal-kwoti reali u mbassra ta' kilometri tal-vettura u jistgħu jiġu aġġustati b'fatturi ta' ekwivalenza ġustifikati b'mod objettiv bħal dawk imniżżla fil-punt 4.

3.   Spejjeż operattivi, ta' ġestjoni u ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq

Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludi l-ispejjeż kollha li jsiru mill-operatur ta' l-infrastruttura li m'humiex koperti taħt is-Sezzjoni 2 u li huma relatati ma' l-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-ġestjoni ta' l-infrastruttura u tas-sistema ta' ħlas għall-użu tat-triq. B'mod partikolari dawn għandhom jinkludu:

l-ispejjeż ta' kostruzzjoni, l-istabbiliment u ż-żamma ta' kabini għall-ħlas ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq u sistemi ta' pagament oħra;

l-ispejjeż ta' kuljum ta' l-operazzjoni, l-amministrazzjoni u l-infurzar tas-sistema ta' ġbir tal-ħlas għall-użu tat-triq;

miżati u ħlasijiet amministrattivi relatati ma' kuntratti ta' konċessjoni;

spejjeż ta' ġestjoni, amminstrazzjoni u servizz relatati ma' l-operazzjoni ta' l-infrastruttura.

L-ispejjeż jistgħu jinkludu ritorn fuq kapital jew marġni ta' qligħ li jirriflettu l-grad ta' riskju trasferit.

Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu diviżi skond bażi ġusta u trasparenti bejn il-klassijiet kollha ta' vetturi li huma soġġetti għas-sistema ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq.

4.   Is-sehem ta' traffiku ta' merkanzija l-fatturi ta' ekwivalenza u l-mekkaniżmu ta' korrezzjoni

Il-kalkolu tal-ħlasijiet għall-użu tat-triq għandu jkun ibbażat fuq kwoti reali jew imbassra f'kilometri mill-HGVs aġustati, jekk mixtieq, minn fatturi ta' ekwivalenza, biex tittieħed f'kunsiderazzjoni ż-żieda fl-ispejjeż tal-kostruzzjoni u t-tiswija ta' infrastruttura għall-użu ta' vetturi għall-ġarr ta' merkanzija tqila.

It-tabella li ġejja tagħti sett ta' fatturi ta' ekwivalenza indikattivi. Fejn Stat Membru juża fatturi ta' ekwivalenza bi proporzjonijiet li huma differenti minn dawk fit-tabella, huma għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ġustifikabbli b'mod oġġettiv u għandhom isiru pubbliċi.

Klassi tal-vettura (3)

Fatturi ta' ekwivalenza

Tiswija strutturali (4)

Investimenti

Manutenzjoni annwali

Bejn 3,5 t u 7,5 t, Klassi 0

1

1

1

> 7,5 t, Klassi I

1,96

1

1

> 7,5 t, Klassi II

3,47

1

1

> 7,5 t, Klassi III

5,72

1

1

Arranġamenti ta' ħlasijiet għall-użu tat-triq li huma bbażati fuq livelli ta' traffiku mbassra għandhom jipprovdu għal mekkaniżmu ta' korrezzjoni li permezz tiegħu ħlasijiet għall-użu tat-triq huma aġġustati perjodikament biex jitranġa kwalunkwe rkupru nieqes jew żejjed ta' spejjeż minħabba żbalji ta' tbassir.


(1)  Dawn id-dispożizzjonijiet, flimkien mal-flessibbiltà offruta fil-mod li bih l-ispejjeż jiġu rkuprati maż-żmien (ara t-tielet inċiż tal-punt 2.1), jagħtu marġni konsiderevoli biex il-ħlasijiet għall-użu tat-triq jiġu stabbiliti f'livelli li jkunu aċċettabbli għall-utenti u adattati għall-objettivi speċifiċi tal-politika tat-trasport ta' l-Istat Membru.

(2)  L-applikazzjoni ta'' fatturi ta' ekwivalenza mill-Istati Membri tista' tieħu f'kunsiderazzjoni l-bini tat-toroq żviluppata fuq bażi ta' fażijiet jew bl-użu ta' approċċ ta' ċiklu ta' ħajja twil.

(3)  Ara l-Anness IV li jindika l-klassijiet tal-vetturi.

(4)  Il-klassijiet tal-vetturi jikkorrispondu mat-toqol tal-fusien ta' 5,5; 6,5; 7,5 u 8,5 tunnellati rispettivament.”.


ANNESS III

“ANNESS IV

INDIKAZZJONI TAL-KLASSIJIET TAL-VETTURI

Il-klassijiet tal-vetturi huma definiti bit-tabella hawn taħt.

Il-vetturi huma klassifikati f'subkategoriji 0, I, II u III skond il-ħsara li jagħmlu lill-wiċċ tat-triq, f'ordni axxendenti (il-Klassi III hi għalhekk il-kategorija li tagħmel l-aktar ħsara lill-infrastruttura tat-triq). Il-ħsara tiżdied b'mod esponenzjali biż-żieda fil-piż tal-fus.

Il-vetturi bil-mutur kollha u t-taħlitiet tal-vetturi b'piż massimu permissibbli meta mgħobbija taħt is-7,5 tunnellati jagħmlu part mill-klassi ta' ħsara 0.

Vetturi bil-mutur

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut (1)

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sistemi oħra ta' sospensjoni

Klassi ta' ħsara

Numru ta' fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati)

Numru ta' Fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati)

 

Mhux anqas minn

Anqas minn

Mhux anqas minn

Anqas minn

 

Żewġ Fusien

 

7,5

12

13

14

15

12

13

14

15

18

7,5

12

13

14

15

12

13

14

15

18

I

Tliet Fusien

 

15

17

19

21

23

25

17

19

21

23

25

26

15

17

19

21

17

19

21

23

 

 

 

23

25

25

26

II

Erba' Fusien

 

23

25

27

25

27

29

23

25

25

27

I

 

 

27

29

31

29

31

32

II

29

31

31

32

 

 

 

Taħlitiet ta' vetturi (vetturi artikolati u ferroviji tat-triq)

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sospensjoni ta' l-arja jew ekwivalenti rikonoxxut

Fusien tas-sewqan mgħammra b'sistemi oħra ta' sospensjoni

Klassi ta' ħsara

Numru ta' Fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati)

Numru ta' Fusien u piż gross massimu permissibbli meta mgħobbija (f'tunnellati)

 

Mhux anqas minn

Anqas minn

Mhux anqas minn

Anqas minn

 

2 + 1 Fusien

 

7,5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

7,5

12

14

16

18

20

22

23

25

12

14

16

18

20

22

23

25

28

I

2 + 2 Fusien

 

23

25

26

28

25

26

28

29

23

25

26

28

25

26

28

29

 

29

31

29

31

II

31

33

31

33

 

33

36

36

38

33

36

III

2 + 3 Fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

III

3 + 2 Fusien

II

36

38

38

40

36

38

 

 

 

38

40

40

44

III

40

44

 

 

 

3 + 3 Fusien

 

36

38

38

40

36

38

I

 

 

38

40

II

40

44

40

44”

 


(1)  Sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti skond it-tifsira fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fil-Komunità l-qisien massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).


9.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

24


DIRETTIVA 2006/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-makkinarju (4) ikkodifikat id-Direttiva 89/392/KEE (5). Billi qed isiru emendi sostanzjali ġodda għad-Direttiva 98/37/KE, jixraq, għal raġuni ta' ċarezza, li dik id-Direttiva titfassal mill-ġdid.

(2)

Is-settur tal-makkinarju huwa parti importanti mill-industrija ta' l-inġinerija u huwa wieħed mis-sisien industrijali ta' l-ekonomija tal-Komunità. L-ispiża soċjali tan-numru kbir ta' inċidenti kkawżati direttament mill-użu tal-makkinarju tista' titnaqqas permezz ta' disinn u kostruzzjoni siguri tal-makkinarju u ta' installazzjoni u manutenzjoni korretti.

(3)

L-Istati Membri huma responsabbli sabiex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà fuq it-territorju tagħhom ta' persuni, b'mod partikolari ta' ħaddiema u konsumaturi u, fejn jixraq, ta' annimali domestiċi u merkanzija, partikolarment fir-rigward tar-riskji li jinħolqu mill-użu tal-makkinarju.

(4)

Sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali għall-utenti, il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u l-kunċetti li jirrigwardaw l-applikazzjoni tagħha għandhom ikunu mfissra bl-aktar mod preċiż possibbli.

(5)

Id-dispożizzjonijiet obbligatorji ta' l-Istati Membri li jirregolaw l-għodod ta' l-irfigħ fis-siti tal-kostruzzjoni intiżi sabiex jerfgħu lill-persuni jew lill-persuni u l-merkanzija, li ta' spiss huma supplementati minn speċifikazzjonijiet tekniċi obbligatorji de facto u/jew minn standards volontarji, ma jwasslux neċessarjament għal livelli differenti ta' saħħa u sigurtà iżda, madankollu, minħabba d-differenzi tagħhom, jikkostitwixxu ostakoli għan-negozju fi ħdan il-Komunità. Minbarra dan, is-sistemi nazzjonali għall-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta' dawn il-magni jvarjaw b'mod konsiderevoli. Huwa għaldaqstant mixtieq li l-għodod ta' l-irfigħ fis-siti ta' kostruzzjoni intiżi sabiex jerfgħu lill-persuni jew lill-persuni u l-merkanzija ma' jkunux esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(6)

Jixraq li mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jitħallew barra l-armi, inkluż l-armi tan-nar, li huma suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi (6); jeħtieġ li l-esklużjoni ta' l-armi tan-nar ma tapplikax għal makkinarju li jinġarr u li jaħdem bl-iskrataċ għall-iffissar u makkinarju ieħor ta' impatt intiż għal skopijiet industrijali jew tekniċi biss. Huwa neċessarju li jsir provvediment għal arranġamenti transitorji li jagħtu l-kapaċità lill-Istati Membri li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' dan il-makkinarju fabbrikat skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ ma' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi dawk li jimplimentaw il-Konvenzjoni ta' l-1 ta' Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Marki ta' Identifikazzjoni fuq l-Armi ż-Żgħar. Dawn l-arranġamenti transitorji għandhom jagħtu l-kapaċità lill-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej biex jabbozzaw standards li jiżguraw il-livell ta' sigurtà bbażat fuq l-aħħar teknoloġija.

(7)

Din id-Direttiva ma tapplikax għall-irfigħ ta' persuni permezz ta' magni mhux intiżi għall-irfigħ ta' persuni. Madankollu, dan ma jaffettwax id-dritt ta' l-Istati Membri li jieħdu miżuri nazzjonali, skond it-Trattat, fir-rigward ta' dawn il-magni, bil-ħsieb li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta' Novembru 1989 li tirrigwarda r-rekwiżiti minimi ta' saħħa u sigurtà fl-użu ta' tagħmir tax-xogħol minn ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tieni Direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (7).

(8)

Rigward tratturi għall-biedja u għall-foresti, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jikkonċernaw ir-riskji li bħalissa m'humiex koperti mid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar approvazzjoni tat-tip tat-tratturi għall-biedja u għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju tat-towing li jista' jinbidel, flimkien mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tagħhom (8) m'għandhomx jibqgħu japplikaw meta dawn ir-riskji jkunu koperti mid-Direttiva 2003/37/KE.

(9)

Is-sorveljanza tas-suq hija strument essenzjali peress li din tiżgura l-applikazzjoni kif suppost u uniformi tad-Direttivi. Għaldaqstant jixraq li jiġi stabbilit il-qafas legali li fiha s-sorveljanza tas-suq tista' tipproċedi b'mod armonjuż.

(10)

L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà sabiex jiżguraw li din id-Direttiva tiġi infurzata b'mod effettiv fit-territorju tagħhom, u li s-sigurtà tal-makkinarju kkonċernat jittejjeb kemm jista' jkun, skond id-dispożizzjonijiet tagħha. L-Istati Membri għandhom jassiguraw il-kapaċijiet tagħhom sabiex iwettqu sorveljanza effettiva tas-suq, billi jittieħed kont tal-linji gwida żviluppati mill-Kummissjoni, bl-iskop li jiggarantixxu l-applikazzjoni xierqa u uniformi ta' din id-Direttiva.

(11)

Fil-kuntest tas-sorveljanza tas-suq, għandha tkun stabbilita distinzjoni ċara bejn l-ikkontestar ta' standard armonizzat li jagħti l-preżunzjoni ta' konformità lill-makkinarju u l-klawsola ta' salvagwardja li tirrigwarda l-makkinarju.

(12)

It-tqegħid fis-servizz ta' makkinarju skond it-tifsira ta' din id-Direttiva jista' jirrigwarda biss lill-użu tal-makkinarju nnifsu għall-iskop intiż tiegħu jew għall-iskop li jista' jkun previst b'mod raġonevoli. Dan ma jipprekludix li jkunu mniżżla kondizzjonijiet għall-użu estern għall-makkinarju, bil-kondizzjoni li dan ma jkunx immodifikat b'mod li mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

(13)

Huwa wkoll neċessarju li jiġi pprovdut mekkaniżmu adegwat li jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-livell tal-Komunità li jeħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta' ċerti tipi ta' makkinarju li jippreżentaw l-istess riskji għas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni jew minħabba nuqqasijiet fl-istandard(s) armonizzat(i) relevanti jew minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jew sabiex jissoġġettaw tali makkinarju għal kondizzjonijiet speċjali. Sabiex tkun żgurata stima xierqa tal-ħtieġa għal tali miżuri, dawn għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta' kumitat, fid-dawl ta' konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri u ma' partijiet interessati oħra. Billi tali miżuri mhumiex applikabbli direttament għall-operaturi ekonomiċi, jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha għall-implimentazzjoni tagħhom.

(14)

Ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà għandhom ikunu sodisfatti sabiex ikun żgurat li l-makkinarju mhuwiex perikoluż; jeħtieġ li dawn ir-rekwiżiti jkunu applikati bid-dixxerniment sabiex jittieħed kont ta' livell ta' teknoloġija kurrenti fil-mument tal-kostruzzjoni u tar-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi.

(15)

Fejn il-makkinarju jista' jintuża minn konsumatur, jiġifieri minn operatur li mhux professjonali, il-fabbrikant għandu jieħu kont ta' dan fid-disinn u l-kostruzzjoni. Dan jgħodd ukoll fejn il-magna normalment tintuża biex tipprovdi servizz lill-konsumatur.

(16)

Għalkemm ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma japplikawx fl-intier tagħhom għall-makkinarju parzjalment komplut, huwa madankollu importanti li l-moviment ħieles ta' dan il-makkinarju jkun garantit permezz ta' proċedura speċifika.

(17)

Għall-fieri, esibizzjonijiet u affarijiet simili għandu jkun possibbli li jkun esibit makkinarju li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Madankollu, persuni interessati għandhom ikunu mgħarrfa b'mod xieraq li l-makkinarju ma jikkonformax u ma jistax jinxtara f'dik il-kondizzjoni.

(18)

Din id-Direttiva tiddefinixxi biss ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà ta' applikazzjoni ġenerali, supplementati minn numru ta' rekwiżiti aktar speċifiċi għal ċerti kategoriji ta' makkinarju. Sabiex tgħin lill-fabbrikant biex jippruvaw il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali, u biex tippermetti spezzjoni ta' konformità ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali, huwa mixtieq li jkun hemm standards li huma armonizzati fuq livell Komunitarju għall-prevenzjoni ta' riskji li jkunu ġejjin mid-disinn u l-kostruzzjoni tal-makkinarju. Dawn l-istandards huma mfassla minn korpi regolati mill-liġi privata u għandhom jibqgħu ta' natura volontarja.

(19)

Minħabba n-natura tar-riskji involuti fl-użu ta' makkinarju kopert minn din id-Direttiva, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-istima ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà. Dawn il-proċeduri għandhom isiru fid-dawl tal-perikolu inerenti li dan il-makkinarju jġib miegħu. Konsegwentament, kull kategorija tal-makkinarju għandu jkollha l-proċedura xierqa tagħha, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għad-diversi fażijiet tal-proċeduri ta' stima ta' konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu tal-marka ta' konformità CE, li huma ntiżi sabiex jintużaw fid-direttivi ta' armonizzazzjoni teknika (9), u li għandha tieħu kont tan-natura tal-verifika meħtieġa għal dan il-makkinarju.

(20)

Il-fabbrikanti għandu jkollhom ir-responsabbiltà sħiħa sabiex jiċċertifikaw il-konformità tal-makkinarju tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Madankollu, għal ċerti tipi ta' makkinarju li għandu fattur ta' riskju għoli, hija mixtieqa proċedura ta' ċertifikazzjoni aktar stretta.

(21)

Il-marka CE għandha tiġi rikonoxxuta b'mod sħiħ bħala l-unika marka li tiggarantixxi li l-makkinarju huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Kull marka oħra li x'aktarx tiżgwida lil terzi persuni dwar it-tifsira jew il-forma tal-marka CE, jew tat-tnejn li huma, għandha tkun projbita.

(22)

Sabiex tkun żgurata l-istess kwalità għall-marka CE u l-marka tal-fabbrikant, huwa importanti li dawn jitwaħħlu skond l-istess tekniki. Sabiex tkun evitata l-konfużjoni bejn kwalunkwe marka CE li tista' tidher fuq ċerti komponenti u l-marka CE li tikkorrispondi għall-makkinarju, huwa importanti li l-marka ta' l-aħħar titwaħħal maġenb l-isem tal-persuna li ħadet responsabbiltà għaliha, jiġifieri l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(23)

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiżguraw ukoll li ssir stima tar-riskju għall-makkinarju li huwa jixtieq li jqiegħed fis-suq. Għal dan l-iskop, huwa għandu jistabbilixxi liema huma r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà li japplikaw għall-makkinarju tiegħu u li fir-rigward tiegħu huwa għandu jaġixxi.

(24)

Huwa essenzjali li, qabel ma ssir id-dikjarazzjoni KE ta' konformità, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jipprepara fajl tekniku dwar il-kostruzzjoni. Madankollu, mhux essenzjali li d-dokumentazzjoni kollha tkun disponibbli b'mod permanenti f'forma materjali, iżda għandu jkun hemm il-possibiltà li ssir disponibbli fuq talba. M'hemmx bżonn li din tinkludi pjanijiet dettaljati tas-sotto-muntaturi użati għall-fabbrikazzjoni tal-makkinarju, ħlief jekk l-għarfien ta' dawn il-pjanijiet huwa essenzjali sabiex tkun aċċertata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà.

(25)

Il-persuni li lilhom tkun indirizzata kwalunkwe deċiżjoni meħuda taħt din id-Direttiva għandhom ikunu nfurmati bir-raġunijiet ta' din id-deċiżjoni u bir-rimedji legali disponibbli għalihom.

(26)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjoni ta'din id-Direttiva. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(27)

L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal numru ta' magni intiżi sabiex jerfgħu persuni teħtieġ delimitazzjoni aħjar tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva fir-rigward ta' dawk koperti mid-Direttiva 95/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-lifts  (10). Definizzjoni mill-ġdid tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din ta' l-aħħar hija għalhekk meqjusa neċessarja. Id-Direttiva 95/16/KE għandha għalhekk tkun emendata kif jixraq.

(28)

Billi l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jkunu stabbiliti r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà fir-rigward tad-disinn u l-fabbrikazzjoni sabiex tittejjeb is-sigurtà ta' makkinarju li jitqiegħed fis-suq, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, u jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjaretà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(29)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (11), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li, safejn ikun possibbli, jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(30)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (12),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

makkinarju;

(b)

tagħmir interkambjabbli;

(ċ)

komponenti tas-sigurtà;

(d)

aċċessorji ta' l-irfigħ;

(e)

ktajjen, ħbula u ċineg;

(f)

apparat għat-trasmissjoni mekkanika li jista' jitneħħa;

(g)

makkinarju parzjalment komplut.

2.   Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

(a)

komponenti tas-sigurtà intiżi għall-użu bħala partijiet ta' rikambju li jissostitwixxu komponenti identiċi u fornuti mill-fabbrikant tal-makkinarju oriġinali;

(b)

tagħmir speċifiku għal użu f'postijiet fejn isiru fieri u/jew postijiet ta' divertiment;

(ċ)

makkinarju speċifikament intiż jew li jitqiegħed fis-servizz għal skopijiet nukleari li, f'każ ta' ħsara, jista' jirriżulta f'tixrid ta' radjuattività;

(d)

armi, inkluż armi tan-nar;

(e)

il-mezzi tat-trasport li ġejjin:

it-tratturi għall-biedja u għall-foresti għar-riskji koperti mid-Direttiva 2003/37/KE,eskluż il-makkinarju immuntat fuq dawn il-vetturi,

il-vetturi u l-karrijiet tagħhom koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (13), eskluż il-makkinarju immuntat fuq dawn il-vetturi,

il-vetturi koperti mid-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta (14), eskluż il-makkinarju immuntat fuq dawn il-vetturi,

il-vetturi bil-mutur intiżi b'mod esklużiv għall-kompetizzjoni, u

il-mezzi ta' trasport bl-arju, fuq l-ilma u fuq ir-rettikolati tal-linji tal-ferroviji, eskluż il-makkinarju mmuntat fuq dawn il-mezzi ta' trasport;

(f)

il-bastimenti li jbaħħru u unitajiet mobbli `il barra mix-xtut u makkinarju installat fuq tali bastimenti u/jew unitajiet;

(g)

makkinarju ddisinnjat u mibni speċifikament għal skopijiet militari jew tal-pulizija;

(h)

makkinarju ddisinnjat u mibni speċifikament għal skopijiet ta' riċerka għall-użu temporanju f'laboratorji;

(i)

tagħmir użat fil-minjieri;

(j)

il-makkinarju intiż li jċaqlaq artisti matul wirjiet artistiċi;

(k)

prodotti ta' l-elettriku u elettroniċi li jaqgħu fi ħdan xi waħda minn dawn l-oqsma li ġejjin, sakemm dawn ikunu koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta' Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar tagħmir elettriku intiż għall-użu b'ċerti limiti ta' vultaġġ (15):

elettrodomestiċi intiżi għall-użu domestiku,

tagħmir ta' l-awdjo u tal-vidjo,

tagħmir tat-teknoloġija informatika,

makkinarju ordinarju ta' l-uffiċċju,

tagħmir li jiddistribwixxi l-elettriku ta' vultaġġ baxx u tagħmir ta' kontroll,

muturi elettriċi;

(l)

it-tipi ta' tagħmir li ġejjin ta' elettriku b'vultaġġ qawwi:

tagħmir li jiddistribwixxi l-elettriku u tagħmir ta' kontroll,

transformers.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, “makkinarju” jindika l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) sa (f).

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“makkinarju” tfisser:

muntatura, mwaħħla jew intiża li titwaħħal ma' sistema tal-mezz għat-trasmissjoni ta' forza minbarra sforz tal-bniedem jew ta' annimal applikat b'mod dirett, li tkun fiha partijiet jew komponenti mwaħħla, li ta' l-inqas wieħed minnhom jiċċaqlaq, u li jkunu mqabbda flimkien għall-applikazzjoni speċifika,

muntatura msemmija fl-ewwel inċiż, li ma jkollhiex il-komponenti biex tqabbadha fuq is-sit jew ma' sorsi ta' enerġija u ta' moviment biss,

muntatura msemmija fl-ewwel u fit-tieni inċiż, lesta sabiex tkun installata u li kapaċi taħdem kif tkun biss jekk tkun immuntata fuq mezz tat-trasport, jew installata f'bini jew struttura,

muntaturi tal-makkinarju msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż, jew makkinarju parzjalment komplut msemmi f'punt (g) li, sabiex jintlaħaq l-istess skop, ikunu irranġati u kontrollati sabiex jaħdmu bħala xi ħaġa sħiħa integrali,

muntatura ta' partijiet jew komponenti konnessi, li ta' l-inqas wieħed jiċċaqlaq u li huma magħquda flimkien, intiżi għall-irfigħ ta' tagħbijiet u fejn l-uniku sors ta' enerġija tagħhom hu applikat direttament mill-isforz uman,

(b)

“tagħmir interkambjabbli” tfisser apparat li, wara li makkinarju jew trattur jitqiegħed fis-servizz, ikun immuntat ma' dak il-makkinarju jew trattur mill-operatur innifsu sabiex ibiddel il-funzjoni tiegħu jew jagħtih funzjoni ġdida, sakemm dak il-mezz ma jkunx għodda;

(ċ)

“komponent tas-sigurtà” tfisser komponent:

li jservi sabiex iwettaq funzjoni ta' sigurtà,

li jitqiegħed fis-suq b'mod indipendenti,

li l-ħsara u/jew il-funzjonament ħażin tiegħu huma ta' perikolu għas-sigurtà tal-persuni, u

li ma jkunx neċessarju sabiex il-makkinarju jaħdem, jew li jista' jkun sostitwit minn komponenti normali sabiex il-makkinarju jkun jista' jaħdem.

Lista indikattiva tal-komponenti ta' sigurtà tinsab fl-Anness V, li jista' jkun aġġornat skond l-Artikolu 8(1)(a);

(d)

“aċċessorju ta' l-irfigħ” tfisser komponent jew tagħmir mhux imwaħħal mal-makkinarju ta' l-irfigħ, li jippermetti li tinżamm it-tagħbija, li jitqiegħed bejn il-makkinarju u t-tagħbija jew fuq it-tagħbija nnifisha, jew li huwa ntiż biex jikkostitwixxi parti integrali tat-tagħbija u li jitqiegħed b'mod indipendenti fis-suq; il-bragi u l-komponenti tagħhom huma wkoll meqjusa bħala aċċessorju ta' l-irfigħ;

(e)

“ktajjen, ħbula u ċineg” tfisser il-ktajjen, il-ħbula u ċ-ċineg intiżi u magħmula għall-iskopijiet ta' l-irfigħ bħala parti mill-makkinarju ta' l-irfigħ jew l-aċċessorji ta' l-irfigħ;

(f)

“apparat għat-trasmissjoni mekkanika li jista' jitneħħa” tfisser komponent li jista' jitneħħa sabiex jittrasmetti l-enerġija bejn il-makkinarju li jaħdem waħdu jew it-trattur u magna oħra billi jgħaqqadhom ma' l-ewwel parti ta' sostenn fiss. Meta jitqiegħed fis-suq b'mezz ta' lqugħ dan għandu jitqies bħala prodott wieħed;

(g)

“makkinarju parzjalment komplut” tfisser immuntar li huwa kważi makkinarju iżda li ma jistax waħdu jwettaq xi applikazzjoni speċifika. Sistema li tagħti bidu għal azzjoni hija makkinarju parzjalment komplut. Makkinarju parzjalment komplut huwa intiż biss biex ikun inkorporat fi jew immuntat ma' makkinarju ieħor jew makkinarju parzjalment komplut jew tagħmir, li jifforma makkinarju li jaqgħu taħt din id-Direttiva;

(h)

“it-tqegħid fis-suq” tfisser tagħmel disponibbli għall-ewwel darba fil-Komunità makkinarju jew makkinarju parzjalment komplut bl-iskop ta' distribuzzjoni jew użu, kemm bi ħlas kif ukoll b'xejn;

(i)

“fabbrikant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiddisinja u/jew tiffabbrika makkinarju jew makkinarju parzjalment komplut kopert minn din id-Direttiva u huwa responsabbli għall-konformità tal-makkinarju jew il-makkinarju parzjalment komplut ma' din id-Direttiva bil-ħsieb li jitqiegħed fis-suq, f'ismu stess jew bit-trademark tiegħu jew għall-użu personali tiegħu. Fin-nuqqas ta' fabbrikant kif definit hawn fuq, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz il-makkinarju jew il-makkinarju parzjalment komplut kopert minn din id-Direttiva għandu jitqies bħala fabbrikant;

(j)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li rċeviet mandat bil-miktub mill-fabbrikant sabiex twettaq għan-nom tiegħu l-obbligi u l-formalitajiet kollha jew parti minnhom li huma marbuta ma' din id-Direttiva;

(k)

“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu, għall-iskop intiż tiegħu, fil-Komunità, ta' makkinarju kopert minn din id-Direttiva;

(l)

“standard armonizzat” tfisser speċifikazzjoni teknika li ma torbotx adottata minn korp ta' standardizzazzjoni, jiġifieri l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) jew l-Istitut ta' l-Istandards tat-Telekommunikazzjoni Ewropew (ETSI), fuq il-bażi ta' mandat maħruġ mill-Kummissjoni skond il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvista ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u ta' regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà Informatika (16).

Artikolu 3

Direttivi Speċifiċi

Fejn, għall-makkinarju, il-perikoli msemmija fl-Anness I huma koperti bis-sħiħ jew koperti parzjalment b'mod aktar speċifiku minn Direttivi Komunitarji oħra, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika għal dak il-makkinarju fir-rigward ta' perikoli bħal dawn mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' dawk id-Direttivi l-oħra.

Artikolu 4

Is-sorveljanza tas-suq

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li l-makkinarju jista' jitqiegħed fis-suq u/jew jitqiegħed fis-servizz biss jekk dan jissodisfa id-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva u ma jipperikolax is-saħħa u s-sigurtà ta' persuni u, fejn jixraq, ta' annimali domestiċi jew ta' proprjetà, meta jkun installat u miżmum kif suppost u jintuża għall-iskop intiż tiegħu jew taħt il-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu previsti b'mod raġonevoli.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw li makkinarju parzjalment komplut jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk dan jissodisfa id-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iħarsu l-konformità tal-makkinarju u l-makkinarju parzjalment komplut mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu d-doveri, l-organizzazzjoni u s-setgħat ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan kif ukoll dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 5

It-tqegħid fis-suq u t-tqegħid għas-servizz

1.   Qabel ma l-makkinarju jitqiegħed fis-suq u/jew għas-servizz, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom:

(a)

jiżguraw li dan jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali relevanti tas-saħħa u s-sigurtà kif imniżżla fl-Anness I;

(b)

jiżguraw li l-fajl tekniku msemmi fil-Parti A ta' l-Anness VII huwa disponibbli;

(ċ)

jipprovdu, b'mod partikolari, l-informazzjoni neċessarja, bħal struzzjonijiet;

(d)

iwettqu l-proċeduri ta' stima ta' konformità xierqa skond l-Artikolu 12;

(e)

jippreparaw id-dikjarazzjoni KE ta' konformità skond is-Sezzjoni A fil-Parti 1 ta' l-Anness II u jiżguraw li din takkumpanja l-makkinarju;

(f)

iwaħħlu l-marka CE skond l-Artikolu 16.

2.   Qabel ma l-makkinarju parzjalment komplut jitqiegħed fis-suq, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiżguraw li l-proċedura msemmija fl-Artikoli 13 tkun tlestiet.

3.   Għall-iskopijiet tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jkollhom, jew għandu jkollhom aċċess għall-mezzi neċessarji, sabiex jiżguraw li l-makkinarju jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà mniżżla fl-Anness I.

4.   Meta l-makkinarju jkun suġġett ukoll għad-Direttivi oħra li jirrigwardaw l-aspetti oħra u li jipprovdu għat-twaħħil tal-marka CE, din ta' l-aħħar għandha turi li l-makkinarju jikkonforma wkoll mad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi l-oħra.

Madankollu, fejn waħda jew aktar minn dawk id-Direttivi tippermetti li l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jagħżlu, matul perjodu transitorju, is-sistema li għandha tkun applikata, il-marka CE għandha tindika konformità biss mad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi applikati mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fuq id-dikjarazzjoni KE ta' konformità.

Artikolu 6

Libertà tal-moviment

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom tal-makkinarju li jikkonforma ma' din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju parzjalment komplut fejn il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jagħmel dikjarazzjoni ta' inkorporazzjoni, imsemmija fil-parti 1, is-Sezzjoni B ta' l-Anness II, li fiha jiddikjara li din għandha tkun inkorporata fil-makkinarju jew immuntata ma' makkinarju parzjalment komplut ieħor sabiex jifforma makkinarju.

3.   F'fieri, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet u affarijiet simili, l-Istati Membri ma għandhomx jevitaw il-wiri ta' makkinarju jew makkinarju parzjalment komplut li ma jikkonformax ma' din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li sinjal viżibbli juri b'mod ċar li dan ma jikkonformax u li mhuwiex ser ikun disponibbli sakemm ikun sar konformi. Minbarra dan, matul dimostrazzjonijiet ta' makkinarju li ma jikkonformax jew makkinarju parzjalment komplut bħal dan, għandhom jittieħdu l-miżuri adegwati ta' sigurtà sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-persuni.

Artikolu 7

Presunzjoni ta' konformità u standards armonizzati

1.   L-Istati Membri għandhom iqisu li l-makkinarju li jġib il-marka CE u li jkollu miegħu d-dikjarazzjoni KE ta' konformità, li l-kontenut tagħha jinsab fil-parti 1, is-Sezzjoni A ta' l-Anness II, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2.   Il-makkinarju fabbrikat skond standard armonizzat, li r-riferenzi għalih ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà koperti minn dan l-istandard armonizzat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea r-referenzi għall-istandards armonizzati.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jgħinu lill-imsieħba soċjali biex ikollhom influwenza fil-livell nazzjonali fuq il-proċess tal-preparazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-istandards armonizzati.

Artikolu 8

Miżuri speċifiċi

1.   Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3), tista' tieħu kwalunkwe miżura xierqa sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-punti li ġejjin:

(a)

l-aġġornament tal-lista indikattiva ta' komponenti tas-sigurtà fl-Anness V imsemmi fil-punt (ċ) fl-Artikolu 2;

(b)

ir-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-makkinarju msemmija fl-Artikolu 9.

2.   Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2), tista' tieħu kwalunkwe miżura xierqa li għandha x'taqsam ma' l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, inkluż il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura l-koperazzjoni ta' l-Istati Membri ma' xulxin u mal-Kummissjoni, kif previst mill-Artikolu 19(1).

Artikolu 9

Miżuri speċifiċi għat-trattament ta' makkinarju potenzjalment perikoluż

1.   Meta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni tqis li standard armonizzat ma jissodisfax b'mod sħiħ ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà li dan ikopri u li huma mniżżla fl-Anness I, il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tieħu miżuri li jeħtieġu li l-Istati Membri jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq tal-makkinarju kollu b'karatteristiċi tekniċi li jippreżentaw riskji minħabba n-nuqqasijiet fl-istandard jew li jissuġġettaw tali makkinarju għall-kondizzjonijiet speċjali.

Meta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11, il-Kummissjoni tqis li miżura meħuda minn Stat Membru tkun ġustifikata, il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tieħu miżuri li jeħtieġu li l-Istati Membri jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju b'karatteristiċi tekniċi li jippreżentaw l-istess riskju jew li jissuġġettaw tali makkinarju għall-kondizzjonijiet speċjali.

2.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-bżonn għall-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri u l-partijiet oħra interessati filwaqt li tindika l-miżuri li għandha intenzjoni li tieħu sabiex, fuq livell Komunitarju tiżgura, livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni.

Filwaqt li tagħti konsiderazzjoni xierqa lir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni, għandha tadotta l-miżuri neċessarji fuq livell Komunitarju skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3).

Artikolu 10

Proċedura sabiex ikun kontestat standard armonizzat

Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li standard armonizzat ma jissodisfax b'mod sħiħ ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà li dan ikopri u li huma mniżżla fl-Anness I, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-kumitat stabbilit mid-Direttiva 98/34/KE, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dan. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien. Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b'restrizzjoni, li żżomm fis-seħħ, li żżomm fis-seħħ b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Il-klawsola ta' salvagwardja

1.   Fejn Stat Membru jaċċerta li l-makkinarju kopert minn din id-Direttiva, li jġib il-marka CE, li jkollu miegħu dikjarazzjoni KE ta' konformità u li hu użat skond l-iskop intiż tiegħu jew skond il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli, x'aktarx jista' jikkkomprometti s-saħħa u s-sigurtà ta' persuni u, fejn jixraq, annimali domestiċi jew proprjetà, dan għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirtira dan il-makkinarju mis-suq, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u/jew t-tqegħid fis-servizz jew jirrestrinġi l-moviment liberu tiegħu.

2.   L-Istat Membru għandu minnufih jinfurma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe miżura bħal din, u jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u, b'mod partikolari jekk dan in-nuqqas ta' konformità huwiex ġej minn:

(a)

nuqqas li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a);

(b)

applikazzjoni mhux korretta ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 7(2);

(ċ)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati infushom imsemmija fl-Artikolu 7(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati mingħajr dewmien.

Il-Kummissjoni għandha tqis, wara din il-konsultazzjoni, jekk il-miżuri meħuda mill-Istat Membru humiex ġustifikati, u għandha tibgħat id-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva, l-Istati Membri l-oħra, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.   Fejn il-miżuri previsti mill-paragrafu 1 huma bbażati fuq nuqqas fl-istandard armonizzat u jekk l-Istat Membru li beda l-miżuri jżomm il-pożizzjoni tiegħu, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru għandha tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 10.

5.   Fejn makkinarju ma jikkonformax u jġib il-marka CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-azzjoni xierqa kontra kull min ikun waħħal il-marka u għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

6.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jinżammu infurmati bil-progress u r-riżultat tal-proċedura.

Artikolu 12

Proċeduri għall-istima ta' konformità tal-makkinarju

1.   Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom, sabiex jiċċertifikaw il-konformità tal-makkinarju mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw waħda mill-proċeduri għall-istima ta' konformità kif deskritt fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Fejn il-makkinarju ma jissemmiex fl-Anness IV, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu japplika l-proċedura għall-istima ta' konformità b'kontrolli interni fuq il-fabbrikazzjoni tal-makkinarju, prevista mill-Annex VIII.

3.   Fejn il-makkinarju jissemma fl-Anness IV u huwa fabbrikat skond l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 7(2), u sakemm dawk l-istandards ikopru r-rekwiżiti essenzjali relevanti kollha tas-saħħa u tas-sigurtà, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu japplika waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a)

il-proċedura għall-istima ta' konformità b'kontrolli interni fil-fabbrikazzjoni tal-makkinarju prevista fl-Anness VIII;

(b)

il-proċedura ta' l-eżami tat-tip KE msemmija fl-Anness IX, kif ukoll il-kontrolli interni fuq il-fabbrikazzjoni tal-makkinarju prevista fl-Anness VIII, punt 3;

(ċ)

il-proċedura ta' assikurazzjoni ta' kwalità sħiħa msemmija fl-Anness X.

4.   Fejn il-makkinarju jissemma fl-Anness IV u ma ġiex fabbrikat skond l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 7(2), jew parzjalment biss skond dawn l-istandards, u jekk l-istandards armonizzati ma jkoprux ir-rekwiżiti essenzjali relevanti tas-saħħa u tas-sigurtà kollha, jew jekk ma jeżistu l-ebda standards armonizzati għal dan il-makkinarju, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom japplikaw waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a)

il-proċedura ta' l-eżami tat-tip KE msemmija fl-Anness IX, kif ukoll il-kontrolli interni fuq il-fabbrikazzjoni tal-makkinarju prevista fl-Anness VIII, punt 3;

(b)

il-proċedura ta' assikurazzjoni ta' kwalità sħiħa msemmija fl-Anness X.

Artikolu 13

Il-proċedura għall-makkinarju parzjalment komplut

1.   Il-fabbrikant ta' makkinarju parzjalment komplut jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom, qabel ma jqiegħduh fis-suq, jiżguraw li:

(a)

tkun preparata d-dokumentazzjoni teknika relevanti spjegata fl-Anness VII, Parti B;

(b)

ikunu preparati l-istruzzjonijiet ta' l-immuntar spjegati fl-Anness VI;

(ċ)

tkun saret id-dikjarazzjoni ta' inkorporazzjoni spjegata fl-Anness II, Parti 1, Sezzjoni B.

2.   L-istruzzjonijiet ta' l-immuntar u d-dikjarazzjoni ta' inkorporazzjoni għandhom ikunu mal-makkinarju parzjalment komplut sakemm dan ikun inkorporat fil-makkinarju finali u wara għandha tifforma parti mill-fajl tekniku għal dak il-makkinarju.

Artikolu 14

Korpi notifikati

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma ħatru sabiex iwettqu l-istima ta' konformità għat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 12 (3) u (4), flimkien mal-proċeduri ta' stima ta' konformità speċifika u l-kategoriji tal-makkinarju li għalihom ġew maħtura dawn il-korpi u n-numri ta' identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-korpi notifikati sabiex jikkontrollaw li dawn jikkonformaw il-ħin kollu mal-kriterji mniżżla fl-Anness XI. Il-korp notifikat għandu jagħti l-informazzjoni kollha relevanti meta jintalab, inklużi d-dokumenti tal-baġit, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' l-Anness XI.

3.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness XI meta jkunu qed jagħmlu stima tal-korpi li għandhom ikunu nnotifikati u l-korpi li diġà ġew innotifikati.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika għall-finijiet ta' informazzjoni lista tal-korpi notifikati u n-numri ta' l-identifikazzjoni tagħhom u d-doveri li għalihom huma ġew notifikati filĠurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

5.   Il-korpi li jissodisfaw il-kriterji ta' stima mniżżla fl-istandards armonizzati relevanti, li r-referenzi għalihom għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji relevanti.

6.   Jekk korp notifikat isib li r-rekwiżiti relevanti ta' din id-Direttiva ma ġewx sodisfatti jew ma għadhomx jiġu sodisfatti mill-fabbrikant jew li ċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE jew l-approvazzjoni ta' sistema ta' l-assikurazjoni tal-kwalità ma kellhomx jinħarġu, dan għandu, filwaqt li jqis il-prinċipju ta' proporzjonalità, jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew l-approvazzjoni maħruġin jew jagħmel restrizzjonijiet fuqhom, filwaqt li jagħti raġunijiet dettaljati, għajr jekk konformità ma' dawn ir-rekwiżiti tkun żgurata mill-implimentazzjoni ta' miżuri korrettivi xierqa mill-fabbrikant. Fil-każ ta' sospensjoni jew irtirar taċ-ċertifikat jew l-approvazzjoni jew ta' kwalunkwe restrizzjoni mpoġġija fuqhom, jew f'każijiet fejn l-intervent mill-awtorità kompetenti tista' tkun neċessarja, il-korp notifikat għandu jinforma lill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 4. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Għandha tkun disponibbli proċedura ta' appell.

7.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambju ta' l-esperjenza bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-ħatra, in-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi notifikati fl-Istati Membri u l-korpi notifikati, sabiex jikkordinaw l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva.

8.   Stat Membru li jkun innotifika korp għandu jirtira n-notifika tiegħu minnufih jekk isib:

(a)

li l-korp ma għadux jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness XI, jew

(b)

li l-korp jonqos b'mod serju milli jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu.

L-Istat Membru għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

Artikolu 15

L-installazzjoni u l-użu tal-makkinarju

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri li jistabbilixxu, b'osservanza xierqa għal-liġi Komunitarja, dawk ir-rekwiżiti li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw li l-persuni, u b'mod partikolari l-ħaddiema, huma mħarsa meta jużaw il-makkinarju, bil-kondizzjoni li dan ma jfissirx li dan il-makkinarju jkun modifikat b'tali mod li mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

Artikolu 16

Il-marka CE

1.   Il-marka ta' konformità CE għandha tikkonsisti mill-inizjali “CE” kif murija fl-Anness III.

2.   Il-marka ta' konformità CE għandha titwaħħal mal-makkinarju b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx, skond l-Anness III.

3.   It-twaħħil fuq il-makkinarju ta' marki, sinjali u iskrizzjonijiet li x'aktarx jiżgwidaw lil terzi persuni dwar it-tifsira jew il-forma tal-marka CE, jew it-tnejn għandu jkun projbit. Kwalunkwe marka oħra tista' titwaħħal mal-makkinarju sakemm din tkun viżibbli, leġibbli u t-tifsira tal-marka CE ma tkunx ostakolata minħabba fiha.

Artikolu 17

Nuqqas ta' konformità tal-marka

1.   L-Istati Membri għandhom iqisu l-marki li ġejjin bħala mhux-konformi:

(a)

it-twaħħil tal-marka CE skond din id-Direttiva fuq prodotti mhux koperti minn din id-Direttiva;

(b)

in-nuqqas tal-marka CE u/jew in-nuqqas tad-dikjarazzjoni KE ta' konformità għall-makkinarju;

(ċ)

it-twaħħil fuq il-makkinarju ta' marka, minbarra l-marka CE, li huwa projbit skond l-Artikolu 16(3).

2.   Fejn Stat Membru jiżgura li l-marka ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jkollu l-obbligu li jagħmel il-prodott konformi u li jtemm il-ksur taħt kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

3.   Fejn in-nuqqas ta' konformità jippersisti, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott ikkonċernat jew sabiex jiżgura li jitneħħa mis-suq skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 11.

Artikolu 18

Kunfidenzjalità

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet u l-prattika nazzjonali eżistenti fil-qasam tal-kunfidenzjalità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet u l-persuni kollha konċernati mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jkunu meħtieġa li jqisu bħala kunfidenzjali informazzjoni miksuba fit-twettiq tad-doveri tagħhom. B'mod partikolari sigrieti tan-negozju, professjonali u kummerċjali, għandhom jitqiesu bħala kunfidenzjali, salv jekk il-kxif ta' din l-informazzjoni jkun neċessarju għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi ta' l-Istati Membri u tal-korpi notifikati fir-rigward ta' l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni u l-ħruġ ta' twissijiet.

3.   Kull deċiżjoni meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 9 u 11 għandha tkun ippubblikata.

Artikolu 19

Koperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(3) jikkoperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni u li jibagħtu lil xulxin l-informazzjoni neċessarja sabiex din id-Direttiva tkun applikata b'mod uniformi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambju ta' l-esperjenza bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tas-suq sabiex tikkordina l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva.

Artikolu 20

Rimedji legali

Kwalunkwe miżura meħuda skond din id-Direttiva li tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid għas-servizz ta' kwalunkwe makkinarju kopert minn din id-Direttiva għandha tagħti r-raġunijiet eżatti li fuqha tkun ibbażata. Miżura bħal din għandha tkun notifikata mill-aktar fis possibbli lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tkun informata bir-rimedji legali disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u bil-limiti ta' żmien li għalihom huma suġġetti dawn ir-rimedji.

Artikolu 21

It-tixrid ta' l-informazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex l-informazzjoni xierqa dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun disponibbli.

Artikolu 22

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Kumitat”.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kunsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' tliet xhur.

4.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn ikunu implementati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sad-29 ta' Ġunju 2008 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 24

Emenda tad-Direttiva 95/16/KE

Id-Direttiva 95/16/KE qed tiġi emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 1, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, ‘lift’ għandu jfisser mezz ta' l-irfigħ li jservi livelli speċifiċi, li għandu karru li jimxi tul gwidi li huma riġidi u inklinati b'angolu ta' aktar minn 15 il-grad fin-naħa orizzontali, intiżi għat-trasport ta':

persuni,

persuni u merkanzija,

merkanzija biss jekk il-ġarrier huwa aċċessibbli, jiġifieri persuna tista' tidħol fih mingħajr diffikultà, u mgħammar b'kontrolli li jkunu jinsabu ġewwa l-karru jew li jistgħu jintlaħqu mill-persuna ġewwa l-karru.

Il-mezzi ta' l-irfigħ li jimxu tul korsa fissa anki meta ma jimxux tul gwidi li huma riġidi għandhom jitqiesu bħala lifts li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

‘Karru’ tfisser parti mill-lift li permezz tiegħu l-persuni u/jew il-merkanzija huma merfugħin sabiex ikunu mgħollija jew imniżżla.

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

tagħmir li jerfa' li għandu veloċità ta' mhux aktar minn 0,15 m/s,

għodod ta' l-irfigħ tas-siti tal-kostruzzjoni,

cableways, inkluż il-funikular,

lifts ddisinnjati u mibnija speċifikament għall-skopijiet militari jew tal-pulizija,

il-mezzi ta' l-irfigħ minn fejn jista' jsir ix-xogħol,

it-tagħmir li jintuża f'minjieri,

tagħmir ta' l-irfigħ intiżi sabiex jerfgħu artisti waqt il-wirjiet artistiċi,

tagħmir ta' l-irfigħ mgħammar f'mezzi tat-trasport,

tagħmir ta' l-irfigħ imqabbad mal-makkinarju u intiż esklużivament għall-aċċess għal postijiet tax-xogħol inklużi l-postijiet ta' manutenzjoni u l-ispezzjoni fuq il-makkinarju,

ferroviji bl-ingranaġġ u b'fus bis-snien li jingrana mar-rota,

skalaturi u passaġġi mekkaniċi fejn jimxu n-nies.”;

2)

fl-Anness I, il-punt 1.2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.2.   Karru

Il-karru ta' kull lift għandu jkun karozza. Din il-karozza għandha tkun iddisinnjata u mibnija sabiex toffri l-ispazju u s-saħħa li jikkorrispondu man-numru massimu tal-persuni u t-tagħbija kalkolata tal-lift stabbilita mill-persuna li tinstalla.

Fejn il-lift huwa intiż għat-trasport ta' persuni, u fejn id-dimensjonijiet tiegħu jippermettu, il-karozza għandha tkun iddisinnjata u mibnija b'tali mod li l-fatturi strutturali tagħha ma joħolqux ostakolu jew ma jfixklux l-aċċess u l-użu minn persuni b'diżabilità u sabiex jippermettu kwalunkwe aġġustament xieraq intiż biex jiffaċilita l-użu minnhom.”.

Artikolu 25

Tħassir

Id-Direttiva 98/37/KE hija b'hekk imħassra.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness XII.

Artikolu 26

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-29 ta' Ġunju 2008. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b'effett mid-29 ta' Diċembru 2009.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, flimkien ma' tabella li turi kif id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 27

Deroga

Sad-29 ta' Ġunju 2011 Stati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' makkinarju għall-iffissar li jaħdem permezz ta' skrataċ u li jista' jinġarr, kif ukoll makkinarju ieħor ta' impatt li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ ma' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 29

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar is-17 ta' Mejju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 154 E, 29.5.2001, p. 164.

(2)  ĠU C 311, 7.11.2001, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Lulju 2002 (ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 491), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2005 (ĠU C 251 E, 11.10.2005, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2006.

(4)  ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 89/392/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-makkinarju (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 9).

(6)  ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

(7)  ĠU L 393, 30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 195, 19.7.2001, p. 46).

(8)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/67/KE (ĠU L 273, 19.10.2005, p. 17).

(9)  ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

(10)  ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(11)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(12)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(13)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).

(14)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).

(15)  ĠU L 77, 26.3.1973, p. 29. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1).

(16)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.


ANNESS I

Rekwiżiti essenzjali għas-saħħa u s-sigurtà rigward id-disinn u l-kostruzzjoni tal-makkinarju

PRINĊIPJI ĠENERALI

1.

Il-fabbrikant tal-makkinarju jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li ssir stima tar-riskju sabiex ikunu stabbiliti r-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sigurtà li għandhom japplikaw għall-makkinarju. Il-makkinarju għandu imbagħad ikun ddisinnjat u mibni b'mod li jitqiesu r-riżultati ta' l-istima tar-riskju.

Permezz ta' proċess iterattiv ta' l-istima tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju msemmi hawn fuq, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom:

jistabbilixxu l-limiti tal-makkinarju, li jinkludu l-użu intiż u kwalunkwe użu ħażin tiegħu previst b'mod raġonevoli,

jidentifika l-perikoli li jistgħu jinħolqu mill-makkinarju u s-sitwazzjonijiet perikolużi assoċjati,

jagħmel stima tar-riskji, filwaqt li jieħu kont tas-serjetà tal-possibiltà tal-ħsara lill-persuna jew dannu għas-saħħa u l-probabbiltà li dan iseħħ,

jagħmel stima tar-riskji, bl-iskop li jistabbilixxi jekk huwiex meħtieġ tnaqqis tar-riskju, bi qbil ma' l-għan ta' din id-Direttiva,

jelimina l-perikoli jew inaqqas ir-riskji assoċjati ma' dawn il-perikoli billi japplika l-miżuri prottettivi, fl-ordni tal-prijorità stabbilita fis-sezzjoni 1.1.2.(b).

2.

L-obbligi mniżżla mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà japplikaw biss meta jeżisti l-perikolu korrispondenti għal dan il-makkinarju meta jintuża taħt il-kondizzjonijiet previsti mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, kif ukoll f'sitwazzjonijiet mhux normali li jistgħu jiġu previsti. Fi kwalunkwe każ, il-prinċipji ta' l-integrazzjoni tas-sigurtà msemmija fis-sezzjoni 1.1.2 u l-obbligi dwar l-immarkar ta' makkinarju u l-istruzzjonijiet msemmija fis-sezzjonijiet 1.7.3 u 1.7.4 japplikaw.

3.

Ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà stabbiliti f'dan l-Anness huma obbligatorji; Madankollu, filwaqt li jittieħed kont tal-livell ta' teknoloġija kurrenti, jista' ma jkunx possibbli li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti minnhom. F'dak il-każ, il-makkinarju għandu, kemm jista' jkun possibbli, ikun iddisinnjat u mibni bl-iskop li javviċinaw dawn l-għanijiet.

4.

Dan l-Anness huwa organizzat f'diversi partijiet. L-ewwel waħda għandha kamp ta' applikazzjoni ġenerali u tapplika għat-tipi kollha ta' makkinarju. Il-partijiet l-oħra jirreferu għal ċertu tipi ta' perikoli aktar speċifiċi. Madankollu, huwa essenzjali li jkun eżaminat dan l-Anness kollu, sabiex ikun żgurat li jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali relevanti kollha. Meta jkun qiegħed jiġi ddisinnjat il-makkinarju għandu jingħata kont lir-rekwiżiti tal-parti ġenerali u r-rekwiżiti ta' wieħed jew aktar mill-partijiet l-oħra, skond ir-riżultati ta' l-istima tar-riskju magħmula skond il-punt 1 ta' dawn il-Prinċipji Ġenerali.

1.   IR-REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAS-SAĦĦA U GĦAS-SIGURTÀ

1.1.   RIMARKI ĠENERALI

1.1.1.   Tifsiriet

Għall-iskop ta' dan l-Anness:

(a)

“perikolu” jfisser sors potenzjali ta' ħsara lill-persuna jew dannu għas-saħħa;

(b)

“żona ta' perikolu” tfisser kwalunkwe żona fi u/jew madwar il-makkinarju li fih il-persuna tkun suġġetta għal riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tiegħu;

(ċ)

“persuna esposta” tfisser kwalunkwe persuna fis-sħiħ jew b'mod parzjali f'żona ta' perikolu;

(d)

“operatur” tfisser il-persuna jew il-persuni li jinstallaw, joperaw, jaġġustaw, iżommu, inaddfu, isewwu jew iċaqalqu l-makkinarju;

(e)

“riskju” tfisser it-tagħqid tal-probabiltà u l-grad ta' ħsara lill-persuna jew ħsara lis-saħħa li jista' jiġri f'sitwazzjoni perikoluża;

(f)

“mezz ta' lqugħ” tfisser parti mill-makkinarju użat speċifikament sabiex jagħti protezzjoni permezz ta' barriera fiżika;

(g)

“apparat protettiv” tfisser apparat (minbarra mezz ta' lqugħ) li jnaqqas ir-riskji, jew waħdu inkella flimkien ma' l-mezz ta' lqugħ;

(h)

“użu intiż” tfisser l-użu tal-makkinarju skond l-informazzjoni msemmija fl-istruzzjoniiet ta' l-użu;

(i)

“użu ħażin previst b'mod raġonevoli” tfisser l-użu tal-makkinarju b'mod mhux intiż fl-istruzzjonijiet ta' l-użu, li jista' jirriżulta minn mġieba tal-bniedem li tista' tkun prevista faċilment.

1.1.2.   Prinċipji ta' integrazzjoni ta' sigurtà

(a)

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni sabiex ikun adattat għall-funzjoni tiegħu, u jista' jitħaddem, ikun aġġustat u miżmum mingħajr ma jpoġġi lil persuni f'riskju meta jsiru dawn l-operazzjonijiet taħt il-kondizzjonijiet previsti iżda filwaqt li jittieħed kont ukoll ta' kwalunkwe użu ħażin tiegħu previst b'mod raġonevoli.

L-iskop tal-miżuri meħuda għandu jkun li jiġi eliminat kwalunkwe riskju matul il-ħajja prevista tal-makkinarju inklużi l-fażijiet tat-trasport, il-muntatura, l-iżmuntatura, l-inkapaċitazzjoni u r-rimi.

(b)

Meta jkun qiegħed jagħżel l-aktar metodi xierqa, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu japplika l-prinċipji li ġejjin, fl-ordni li ġej:

sa fejn ikun possibbli jelimina jew inaqqas ir-riskji (disinn u kostruzzjoni tal-makinnarju mhux perikolużi b'mod inerenti),

jieħu l-miżuri protettivi neċessarji fir-rigward tar-riskji li ma jistgħux ikunu eliminati,

jinforma lill-utenti tar-riskji residwi li jiġu minn kwalunkwe nuqqasijiet fil-miżuri protettivi adottati, jindika jekk hemmx il-bżonn ta' xi taħriġ partikolari u jispeċifika kwalunkwe bżonn li jipprovdi tagħmir protettiv personali.

(ċ)

Meta jkun qiegħed jiddisinna u jibni l-makkinarju u meta jkun qiegħed jabbozza l-istruzzjonijiet, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma għandux jikkunsidra l-użu intiż tal-makkinarju biss iżda wkoll kwalunkwe użu ħażin tiegħu previst b'mod raġonevoli.

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li jevita l-użu mhux normali jekk dan l-użu jista' jqajjem riskju. Fejn ikun xieraq, l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni ta' l-utent għall-metodi – li l-esperjenza wriet li jista' jkun hemm – kif il-makkinarju ma għandux jintuża.

(d)

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni sabiex jittieħed kont tar-restrizzjonijiet li għalihom hu suġġett l-operatur bħala riżultat ta' l-użu neċessarju jew li jista' jiġi previst tat-tagħmir protettiv personali;

(e)

Il-makkinarju għandu jkun fornit bit-tagħmir u l-aċċessorji speċjali kollha essenzjali sabiex dan ikun jista' jiġi aġġustat, miżmum u użat b'mod li mhux perikoluż.

1.1.3.   Materjali u prodotti

Il-materjali użati fil-kostruzzjoni tal-makkinarju jew il-prodotti użati jew maħluqa matul l-użu tiegħu ma għandhomx jipperikolaw is-sigurtà jew is-saħħa tal-persuni. B'mod partikolari, fejn jintużaw likwidi, il-makkinarju għandu jkun ddisinnjat u mibni sabiex jevita r-riskji minħabba l-mili, l-użu, l-irkupru jew it-tbattil.

1.1.4.   Dawl

Il-makkinarju għandu jkollu dawl integrali adattat għall-operazzjonijiet relevanti fejn in-nuqqas ta' dan x'aktarx joħloq riskju minkejja d-dawl fl-ambjent ta' intensità normali.

Il-makkinarju għandu jkun ddisinnjat u mibni sabiex ma jkunx hemm żoni ta' dell li x'aktarx joħolqu inkonvenjent, li ma jkunx hemm tgħammix li jdejjaq u li ma hemmx effetti stroboskopiċi perikolużi fuq il-partijiet li jiċċaqilqu minħabba l-produzzjoni tad-dawl.

Il-partijiet interni li jeħtieġu spezzjoni u aġġustament ta' spiss, u ż-żoni ta' manutenzjoni għandu jkollhom produzzjoni tad-dawl xierqa.

1.1.5.   Id-disinn tal-makkinarju sabiex ikun faċilitat l-immaniġġar tiegħu

Il-makkinarju, jew kull parti komponenti tiegħu, għandu:

jkun jista' jiġi mmaniġġjat, u jiġi trasportat mingħajr perikolu,

jkun ippakkjat jew iddisinnjat sabiex ikun jista' jinħażen mingħajr perikolu u mingħajr ħsara.

Matul it-trasportazzjoni tal-makkinarju u/jew tal-partijiet komponenti tiegħu, ma għandux ikun hemm il-possibbiltà ta' moviment f'salt jew ta' perikolu minħabba l-instabbiltà sakemm il-makkinarju u/jew il-partijiet komponenti tiegħu jkunu mmaniġġjati skond l-istruzzjonijiet.

Fejn il-piż, id-daqs jew il-forma tal-makkinarju jew tal-partijiet komponenti varji tiegħu ma jħallihomx jiġu mċaqilqa bl-idejn, il-makkinarju jew kull parti komponent tiegħu għandu:

jew ikunu mgħammra b'aċċessorji li jippermettu li jinqabdu permezz ta' mezz għall-irfigħ, jew

ikunu ddisinnjati sabiex ikunu jistgħu jkunu mgħammra b'dawn l-aċċessorji, jew

ikunu ffurmati b'tali mod li t-tagħmir ta' l-irfigħ standard jista' jitwaħħal faċilment.

Fejn il-makkinarju jew wieħed mill-partijiet komponenti tiegħu għandhom jiġu mressqa bl-idejn, għandhom:

ikunu jistgħu jiġu mressqa faċilment, jew

ikunu mgħammra sabiex jintrefgħu u jiġu mressqa b'mod mhux perikoluż.

Għandhom isiru arranġamenti speċjali għall-immaniġġar ta' l-għodod u/jew il-partijiet tal-makkinarju, li, wkoll jekk ikunu ħfief, jistgħu jkunu perikolużi.

1.1.6.   Ergonomija

Skond il-kondizzjonijiet intiżi ta' l-użu, l-iskumdità, l-għejja u t-tensjoni fiżika u psikoloġika li jħabbat wiċċu magħhom l-operatur għandhom jitnaqqsu sa l-inqas livell possibbli, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipji ergonomiċi bħal:

issir konċessjoni għall-varjabbilità tad-daqs fiżiku, is-saħħa u l-istamina ta' l-operatur;

jingħata biżżejjed spazju għaċ-ċaqlieq tal-partijiet tal-ġisem ta' l-operatur;

jevita rata ta' xogħol stabbilita mill-magna;

jevita monitoraġġ li jitlob konċentrazzjoni fit-tul;

jadatta l-interface bejn il-bniedem u l-magna għall-karatteristiċi li jistgħu jkunu previsti ta' l-operaturi.

1.1.7.   Il-pożizzjonijiet tat-tħaddim

Il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun iddisinnjata u mibnija b'mod li jevita kwalunkwe riskju dovut mill-gassijiet ta' l-egżost u/jew nuqqas ta' ossiġnu.

Jekk il-makkinarju huwa intiż sabiex jintuża f'ambjent perikoluż li jippreżenta riskji għas-saħħa u s-sigurtà ta' l-operatur jew jekk il-makkinarju nnifsu jagħti lok għal ambjent perikoluż, għandu jkun hemm il-mezzi adegwati sabiex jiżguraw li l-operatur għandu kondizzjonijiet ta' xogħol tajba u huwa protett kontra kull perikoli li jistgħu jiġu previsti.

Fejn ikun xieraq, il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun mgħammra b'kabina adegwata ddisinnjata, mibnija u/jew mgħammra sabiex taderixxi mar-rekwiżiti ta' hawn fuq. Il-ħruġ għandu jippermetti evakwazzjoni malajr. Minbarra dan, fejn ikun xieraq, għandu jkun provdut ħruġ ta' emerġenza f'direzzjoni li hija differenti mill-ħruġ tas-soltu.

1.1.8.   Postijiet bilqiegħda

Fejn ikun xieraq u fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol jippermettu, il-postijiet tax-xogħol li jikkostitwixxu parti integrali tal-makkinarju għandhom ikunu ddisinnjati għall-istallazzjoni tas-sedili.

Fejn l-operatur ikollu l-intenzjoni li joqgħod bilqiegħda matul it-tħaddim u l-pożizzjoni tat-tħaddim hija parti integrali tal-makkinarju, is-sedil għandu jkun provdut mal-makkinarju.

Is-sedil ta' l-operatur għandu jgħinu jżomm pożizzjoni stabbli. Minbarra dan, is-sedil u d-distanza tiegħu mill-mezzi ta' kontroll għandhom ikunu jistgħu jiġu adattati għall-operatur.

Jekk il-makkinarju huwa suġġett għall-vibrazzjonijiet, is-sedil għandu jkun ddisinnjat u mibni b'tali mod li jnaqqas il-vibrazzjonijiet mibgħuta lill-operatur għall-anqas livell possibbli b'mod raġonevoli. Il-muntaturi tas-sedil għandhom jirreżistu l-pressjonijiet kollha li jistgħu jkunu suġġetti għalihom. Fejn ma hemmx art taħt is-saqajn ta' l-operatur, għandhom ikunu provduti merkanzija għas-serħan tas-saqajn mgħottija b'materjal li ma jiżloqx.

1.2.   IS-SISTEMI TA' KONTROLL

1.2.1.   Is-sigurtà u l-affidabilità tas-sistemi ta' kontroll

Is-sistemi ta' kontroll għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jevita li jinħolqu sitwazzjonijiet perikolużi. Fuq kollox għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'tali mod li:

jistgħu jifilħu għall-pressjonijiet tat-tħaddim intiż u tal-fatturi esterni,

difett fil-hardware jew fis-software tas-sistema ta' kontroll ma jwassalx għal sitwazzjonijiet perikolużi,

żbalji fil-loġika tas-sistema ta' kontroll ma jwasslux għal sitwazzjonijiet perikolużi,

żball uman li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli matul it-tħaddim ma jwassalx għal sitwazzjonijiet perikolużi.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-punti li ġejjin:

il-makkinarju ma għandux jistartja meta mhux mistenni,

il-parametri tal-makkinarju ma għandhomx jinbidlu b'mod mhux kontrollat, fejn din il-bidla tista' twassal għal sitwazzjonijiet perikolużi,

il-makkinarju ma għandux ikun miżmum milli jieqaf jekk ikun diġa ngħata l-kmand għall-waqfien,

l-ebda parti jew biċċa li tiċċaqlaq tal-makkinarju miżmuma mill-makkinarju ma għandha taqa' jew tintefa 'l barra,

twaqqif awtomatiku jew manwali tal-partijiet li jiċċaqalqu, ikunu x'ikunu, ma għandux ikun imfixkel,

il-mezzi protettivi għandhom jibqgħu effettivi bis-sħiħ jew jagħtu kmand għat-twaqqif,

il-partijiet relatati tas-sigurtà tas-sistema ta' kontroll għandhom japplikaw b'mod koerenti għall-muntatura sħiħa tal-makkinarju u/jew il-makkinarju parzjalment komplut.

Għall-kontroll mingħajr kejbel, għandu jsir twaqqif awtomatiku meta ma jaslux sinjali korretti, inkluż it-telf tal-komunikazzjoni.

1.2.2.   Il-mezzi ta' kontroll

Il-mezzi ta' kontroll għandhom ikunu:

viżibbli u li jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar, permezz ta' simboli bl-istampi fejn ikun jixraq,

f'pożizzjoni b'mod li jistgħu jitħaddmu bla perikolu mingħajr eżitazzjoni jew telf ta' ħin u mingħajr ambigwità,

ddisinnjati b'mod li l-moviment tal-mezz ta' kontroll ikun konsistenti ma' l-effett tiegħu,

jinsabu barra ż-żoni ta' perikolu, salv fejn ikun neċessarju għal ċerti mezzi ta' kontroll bħal waqfa ta' emerġenza jew teach pendant,

imqiegħda b'mod li t-tħaddim tagħhom ma jistax joħloq riskju żejjed,

ddisinnjati jew protetti b'mod li l-effett mixtieq, fejn ikun hemm xi perikolu involut, jista' jintlaħaq biss permezz ta' azzjoni intenzjonata,

magħmula b'mod li jirreżistu forzi li jistgħu jiġu previsti; għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-mezzi tat-twaqqif f'emerġenza li x'aktarx ikunu suġġetti għall-forzi konsiderevoli.

Fejn mezz ta' kontroll ikun iddisinnjat u mibni sabiex iwettaq diversi azzjonijiet differenti, jiġifieri fejn ma jkunx hemm korrispondenza bejn wieħed u ieħor, l-azzjoni li għandha ssir għandha tintwera b'mod ċar u tkun soġġetta għall-konferma, fejn ikun hemm il-bżonn.

Il-mezzi ta' kontroll għandhom ikunu rranġati b'tali mod li l-firxa tal-pożizzjoni, l-ivvjaġġar u r-reżistenza tagħhom għat-tħaddim ikunu kompatibbli ma' l-azzjoni li għandha titwettaq, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipji ergonomiċi.

Il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'indikaturi skond kif ikun meħtieġ għat-tħaddim mhux perikoluż. L-operatur għandu jkun kapaċi jaqrahom mill-pożizzjoni ta' kontroll.

Minn kull pożizzjoni tal-kontroll, l-operatur għandu jkun kapaċi jiżgura li ma hemm ħadd fiż-żoni ta' perikolu, jew is-sistema ta' kontroll għandha tkun iddisinnjata u mibnija b'mod li jkun evitat l-istartjar dment li xi ħadd ikun fiż-żona ta' perikolu.

Jekk ma tkunx tapplika l-ebda waħda minn dawn il-possibilitajiet, qabel ma jistartja l-makkinarju, għandu jingħata sinjal ta' twissija akustiku u/jew viżwali. Il-persuni esposti għandu jkollhom il-ħin li jitilqu miż-żona ta' perikolu jew li jwaqqfu l-makkinarju milli jistartja.

Jekk ikun hemm bżonn, għandhom jingħataw il-mezzi sabiex ikun żgurat li l-makkinarju jista' jkun kontrollat biss mill-pożizzjonijiet ta' kontroll li jkunu jinsabu f'wieħed jew aktar miż-żoni jew postijiet deċiżi minn qabel.

Fejn ikun hemm aktar minn pożizzjoni ta' kontroll waħda, is-sistema ta' kontroll għandha tkun iddisinnjata b'mod li l-użu ta' wieħed minnha jipprekludi l-użu ta' l-oħrajn, salv għall-kontrolli tat-twaqqif u l-waqfien ta' l-emerġenza.

Meta l-makkinarju għandu żewġ jew aktar pożizzjonijiet ta' tħaddim, kull pożizzjoni għandu jkollha l-mezzi meħtieġa ta' kontroll kollha mingħajr ma l-operaturi jfixklu jew ipoġġu lil xulxin f'sitwazzjoni perikoluża.

1.2.3.   L-istartjar

Għandu jkun possibbli li l-makkinarju jkun startjat biss permezz ta' l-attwazzjoni volontarja tal-mezz ta' kontroll provdut għal dak l-iskop.

L-istess rekwiżit japplika:

meta l-makkinarju jerġa jiġi startjat wara l-waqfien, tkun xi tkun il-kawża,

meta tkun qiegħdha ssir bidla sinifikanti fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim.

Madankollu, l-istartjar mill-ġdid tal-makkinarju jew bidla fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim jistgħu jkunu affettwati minn attwazzjoni volontarja tal-mezz minbarra l-mezz ta' kontroll provdut għall-iskop, bil-kondizzjoni li dan ma jwassalx għal sitwazzjoni perikoluża.

Għall-makkinarju li jkun jaħdem f'arranġament awtomatiku, l-istartjar tal-makkinarju, l-istartjar mill-ġdid wara waqfien, jew bidla fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim jistgħu jkunu possibbli mingħajr intervent, sakemm dan ma jwassalx għal sitwazzjoni perikoluża.

Fejn il-makkinarju għandu diversi mezzi ta' kontroll li jqabbdu u l-operaturi jistgħu għaldaqstant ipoġġu lil xulxin fil-perikolu, għandhom ikunu installati mezzi oħra sabiex jiġu evitati riskji bħal dawn. Jekk is-sigurtà titlob li l-istartjar u/jew il-waqfien għandhom isiru f'sekwenza speċifika, għandu jkun hemm mezzi li jiżguraw li dawn l-operazzjonijiet isiru fl-ordni korretta.

1.2.4   Twaqqif

1.2.4.1.   Waqfa normali

Il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'mezz ta' kontroll li bih il-makkinarju jkun jista' jitwaqqaf kompletament b'mod sikur.

Kull post tax-xogħol għandu jkun mgħammar b'mezz ta' kontroll biex iwaqqaf xi ftit minn jew il-funzjonijiet kollha tal-makkinarju, skond il-perikoli li jeżistu, sabiex il-makkinarju ma jibqax perikoluż.

Il-kontroll tat-twaqqif tal-makkinarju għandu jkollu prijorita' fuq il-kontrolli sabiex jistartja.

Meta l-makkinarju jew il-funzjonijiet perikolużi tiegħu jkunu waqfu, il-provvista ta' l-enerġija għal dawk il-partijiet konċernati li jazzjonaw għandhom jinqatgħu.

1.2.4.2   Waqfien mit-tħaddim

Meta, għal raġunijiet ta' tħaddim, ikun jinħtieġ il-kontroll tat-twaqqif li ma jaqtax id-dawl għal dawk il-partijiet konċernati li jazzjonaw, għandu jkun hemm monitoraġġ u ż-żamma tal-kondizzjoni tat-twaqqif.

1.2.4.3   Waqfien ta' emerġenza

Il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'mezz għall-waqfien ta'emerġenza sabiex jippermetti li l-perikolu attwali jew imminenti ikun evitat.

Għandhom japplikaw dawn l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

il-makkinarju li fih mezz għall-waqfien ta'emerġenza ma jnaqqasx ir-riskju, jew għax ma jnaqqasx il-ħin biex il-magna tieqaf jew għax ma jippermettix li l-miżuri speċjali meħtieġa sabiex jittrattaw mar-riskju li jittieħdu,

makkinarju miżmum fl-idejn u li jista' jinġarr u/jew makkinarju li jkun iggwidat bl-idejn.

Il-mezz għandu:

ikollu mezzi ta' kontroll li jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar, li jidhru b'mod ċar u li jkunu aċċessibbli malajr,

iwaqqaf il-proċess perikoluż kemm jista' jkun malajr, mingħajr ma joħloq riskji żejda,

fejn ikun neċessarju, jagħti bidu għal jew jippermetti li jingħata bidu għal ċerti movimenti ta' salvagwardja.

Meta t-tħaddim attiv tal-mezz għall-waqfien ta'emerġenza jkun waqaf wara kmand għall-waqfien, dak il-kmand għandu jkun sostnut permezz ta' tħaddim tal-mezz għall-waqfien ta'emerġenza sakemm dak l-ingaġġ huwa maqbuż b'mod speċifiku; ma għandux ikun possibbli li jitħaddem il-mezz mingħajr ma tagħti bidu għall-kmand ta' waqfien; għandu jkun possibbli li jitneħħa l-ingaġġ tal-mezz biss permezz ta' tħaddim xieraq, u t-tneħħija ta' l-ingaġġ tal-mezz ma għandux jerġa jibda jħaddem il-makkinarju iżda għandu jippermetti l-istartjar mill-ġdid.

Il-funzjoni għall-waqfien ta'emerġenza għandu jkun disponibbli u operabbli l-ħin kollu, ikun xi jkun l-arranġament tat-tħaddim.

Il-mezzi għall-waqfien ta'emerġenza għandhom ikunu bħala riserva għall-miżuri l-oħrajn ta' salvagwardja u mhux bħala sostitut għalihom.

1.2.4.4.   Muntatura tal-makkinarju

Fil-każ ta' makkinarju jew partijiet mill-makkinarju ddisinnjati li jaħdmu flimkien, il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li l-kontrolli tal-waqfien, inkluż il-mezzi ta' waqfien f'emerġenza, jistgħu jwaqqfu mhux il-makkinarju nnifsu biss iżda wkoll it-tagħmir relatat kollu, jekk it-tħaddim kontinwu tiegħu jista' jkun perikoluż.

1.2.5.   L-għażla ta' l-arranġamenti tal-kontroll jew tat-tħaddim

L-arranġament tal-kontroll jew tat-tħaddim għandu jiġi qabel l-arranġamenti tal-kontroll jew tat-tħaddim l-oħra kollha, bl-eċċezzjoni tal-waqfien ta'emerġenza.

Jekk il-makkinarju jkun iddisinnjat u mibni sabiex jippermetti l-użu tiegħu f'diversi arranġamenti tal-kontroll u tat-tħaddim li jitolbu miżuri prottettivi differenti u/jew proċeduri ta' xogħol, għandu jkun mgħammar b'apparat li jagħżel l-arranġament li jista' jkun imsakkar f'kull pożizzjoni. Kull pożizzjoni ta' l-apparat li jagħżel għandha tkun tista' tiġi identifikata b'mod ċar u għandha tikkorrispondi għal arranġament tat-tħaddim jew ta' kontroll wieħed.

L-apparat li jagħżel għandu jitbiddel b'metodu ta' l-għażla ieħor li jirrestrinġi l-użu ta' ċertu funzjonijiet tal-makkinarju għal ċerti kategoriji ta' l-operatur.

Jekk, għal ċerti operazzjonijiet, il-makkinarju għandu jkun jista' jaħdem b'mezz ta' lqugħ spustjat jew imneħħi u/jew b'mezz prottettiv imwaqqaf jew imneħħi, l-apparat li jagħżel l-arranġament tal-kontroll jew tat-tħaddim għandu simultanjament:

iwaqqaf it-tħaddim ta' l-arranġamenti tal-kontroll jew tat-tħaddim l-oħra kollha,

jippermetti t-tħaddim ta' funzjonijiet perikolużi biss bil-mezzi ta' kontroll li jeħtieġu azzjoni kontinwa,

jippermetti t-tħaddim ta' funzjonijiet perikolużi f'kondizzjonijiet ta' riskju imnaqqas biss filwaqt li jevita perikoli minn sekwenzi konnessi,

ma jħallix kwalunkwe tħaddim ta' funzjonijiet perikolużi minn azzjoni volontarja jew involontarja fuq l-apparat li jagħti s-sinjali tal-magna.

Jekk dawn l-erba' kondizzjonijiet ma jistgħux jiġu sodisfatti simultanjament, il-mezz li jagħżel l-arranġament tal-kontroll jew tat-tħaddim għandu jattiva miżuri protettivi oħra ddisinnjati u mibnija sabiex jiżguraw żona protetta għall-interventi.

Minbarra dan, l-operatur għandu jkun kapaċi jikkontrolla t-tħaddim tal-partijiet li jkun qiegħed jaħdem fuqhom mill-punt ta' l-aġġustament.

1.2.6.   Telf tal-provvista ta' l-enerġija

L-interruzzjoni, l-istabbiliment mill-ġdid wara interuzzjoni jew il-varjazzjoni fi kwalunkwe mod tal-provvista ta' l-enerġija għall-makkinarju ma għandux iwassal għal sitwazzjonijiet perikolużi.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-punti li ġejjin:

il-makkinarju ma għandux jistartja meta mhuwiex mistenni,

il-parametri tal-makkinarju ma għandhomx jinbidlu b'mod mhux kontrollat meta din il-bidla tista' twassal għal sitwazzjonijiet perikolużi,

il-makkinarju ma għandux jinżamm milli jieqaf jekk ikun diġa ngħata l-kmand,

l-ebda parti tal-makkinarju jew biċċa miżmuma mill-makkinarju li jiċċaqilqu m'għandhom jaqgħu jew jintefgħu 'l barra,

twaqqif awtomatiku jew manwali tal-partijiet li jiċċaqilqu, ikunu x'ikunu, m'għandhomx ikunu mfixkla,

il-mezzi protettivi għandhom jibqgħu effettivi bis-sħiħ jew jagħtu kmand għat-twaqqif.

1.3.   IL-PROTEZZJONI KONTRA L-PERIKOLI MEKKANIĊI

1.3.1.   Ir-riskju ta' telf ta' stabbilità

Il-makkinarju u l-komponenti u t-tagħmir tiegħu għandhom ikunu stabbli biżżejjed sabiex jevitaw li jinqelbu jew jaqgħu jew il-movimenti li mhumiex kontrollati matul it-trasportazzjoni, il-muntatura, l–iżmuntatatura, u kwalunkwe azzjoni oħra li tinvolvi l-makkinarju.

Jekk il-forma tal-makkinarju nnifsu jew l-istallazzjoni intiża tiegħu ma joffrux stabbilità suffiċjenti, il-mezzi xierqa ta' l-ankoraġġ għandhom ikunu inkorporati u indikati fl-istruzzjonijiet.

1.3.2.   Ir-riskju ta' ksur waqt it-tħaddim

Id-diversi partijiet tal-makkinarju u l-irbit tagħhom għandhom ikunu kapaċi jirreżistu l-pressjonijiet li għalihom ikunu suġġetti meta jkunu qegħdin jintużaw.

Id-durabilità tal-materjali użati għandu jkun adegwat għan-natura tal-post tax-xogħol previst mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-fenomeni ta' l-istrapazz, it-tqaddim, il-korrużjoni u l-abbrażjoni.

L-istruzzjonijiet għandhom jindikaw it-tip u l-frekwenza ta' l-ispezzjonijiet u tal-manutenzjoni meħtieġa għar-raġunijiet ta' sigurtà. Għandhom, fejn xieraq, jindikaw il-partijiet mistennija li jittieklu u l-kriterji biex jiġu mibdula.

Fejn jibqa' r-riskju ta' qsim jew ta' diżintegrazzjoni minkejja l-miżuri meħuda, il-partijiet konċernati għandhom ikunu mmuntati, mqegħda fil-pożizzjoni u/jew imħarsa b'tali mod li ma jtirux biċċiet, u b'hekk jiġu evitati sitwazzjonijiet perikolużi.

Pajpijiet li minnhom jgħaddu l-fluwidi kemm jekk ikunu riġidi u kemm jekk flessibbli, b'mod partikolari dawk taħt pressa qawwija, għandhom ikunu kapaċi jifilħu l-pressjonijiet previsti interni u esterni u għandhom ikunu mwaħħlin sewwa u/jew protetti biex jiżguraw li l-qsim ma jikkawża l-ebda riskju.

Fejn il-materjal li għandu jiġi proċessat jiġi sottopost għall-għodda b'mod awtomatiku, għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin sabiex jevitaw riskji lill-persuni:

meta l-biċċa li għandha tinħadem tiġi f'kuntatt ma' l-għodda, din ta' l-aħħar għandha tkun kisbet il-kondizzjonijiet normali tax-xogħol tagħha,

meta l-għodda tibda taħdem u/jew tieqaf mix-xogħol tagħha (b'mod intenzjonali jew b'mod aċċidentali), il-moviment tat-tressiq u l-moviment ta' l-għodda għandhom ikunu kordinati.

1.3.3.   Riskji minħabba oġġetti li jaqgħu jew jintefgħu 'l barra

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jimpedixxu riskji li jseħħu minħabba oġġetti li jaqgħu jew li jintefgħu 'l barra.

1.3.4.   Riskji minħabba l-uċuħ, it-truf jew l-angoli

Safejn u sakemm jippermetti l-għan tagħhom, il-partijiet aċċessibli tal-makkinarju ma għandhomx ikollhom l-ebda tarf li jaqta', l-ebda angolu li jaqta', u l-ebda wiċċ aħrax li jistgħu jikkawżaw korriment.

1.3.5.   Riskji li għandhom x'jaqsmu ma' makkinarju kombinat

Fejn il-makkinarju jkun maħsub biex iwettaq numru ta' ħidmiet differenti bit-twarrib manwali ta' biċċa bejn kull ħidma (makkinarju kombinat), il-makkinarju għandu jiġi ddisinnjat u mibni hekk li jgħin lil kull element li jiġi użat b'mod separat mingħajr ma' l-elementi l-oħra joħolqu perikolu jew riskju lill-persuni esposti.

Għal dan il-għan, għandu jkun possibbli li kull element li ma jkunx protett jista' jitqabbad jew jitwaqqaf separatament.

1.3.6.   Riskji li għandhom x'jaqsmu mal-varjazzjonijiet fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim

Fejn il-makkinarju jwettaq ħidma skond kondizzjonijiet differenti ta' l-użu, għandu jkun ddisinnjat u mibni b'tali mod li l-għażla u l-aġġustament ta' dawn il-kondizzjonijiet jkunu jistgħu jitwettqu mingħajr perikolu u b'mod affidabbli.

1.3.7.   Riskji li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet li jiċċaqilqu

Il-partijiet li jiċċaqilqu tal-makkinarju għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'tali mod sabiex jevitaw ir-riskji ta' kuntatt li jista' jwassal għall-inċidenti jew għandhom ikunu, fejn ir-riskju jippersisti, mgħammra b'mezzi ta' lqugħ jew b'mezzi ta' protezzjoni.

Għandhom jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiġi mpedut l-imblukkaġġ aċċidentali tal-partijiet li jiċċaqilqu nvoluti fix-xogħol. Fil-każijiet fejn, minkejja l-prekawzjonijiet meħuda, x'aktarx li jinħoloq imblukkaġġ, għandhom, skond kif ikun applikabbli, jiġu pprovduti l-mezzi jew l-għodod speċifiċi tal-protezzjoni sabiex it-tagħmir jiġi żblukkat mingħajr perikolu.

L-istruzzjonijiet u, fejn ikun possibbli, sinjal fuq il-makkinarju għandu jidentifika dawn il-mezzi protettivi speċifiċi u kif dawn għandhom jintużaw.

1.3.8.   L-għażla tal-protezzjoni kontra r-riskji li ġejjin mill-partijiet li jiċċaqilqu

Il-mezzi li jilqgħu jew ta' protezzjoni ddisinnjati biex jipproteġu mir-riskji li ġejjin mill-partijiet li jiċċaqilqu għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tat-tip tar-riskju. Il-linji gwida li ġejjin għandhom jintużaw biex jgħinu fl-għażla.

1.3.8.1.   Partijiet tat-trasmissjoni li jiċċaqilqu

Mezzi ta' lqugħ iddisinnjati biex jipproteġu persuni mir-riskji maħluqa mill-partijiet tat-trasmissjoni li jiċċaqilqu għandhom ikunu:

jew mezzi ta' lqugħ imwaħħlin b'mod fiss, kif imsemmija fis-sezzjoni 1.4.2.1., jew

mezzi ta' lqugħ li jistgħu jiġu mċaqilqa u li jillokkjaw ma' xulxin kif imsemmija fis-sezzjoni 1.4.2.2.

L-mezzi ta' lqugħ li jkunu jistgħu jiġu mċaqilqa u li jillokkjaw ma' xulxin għandhom jintużaw fejn ikun previst aċċess ta' spiss.

1.3.8.2.   Partijiet li jiċċaqilqu involuti fil-proċess

Mezzi ta' lqugħ jew mezzi ta' protezzjoni mfassla biex jipproteġu persuni kontra r-riskji maħluqa minn partijiet li jiċċaqilqu involuti fil-proċess għandhom ikunu:

jew mezzi ta' lqugħ mwaħħlin b'mod fiss kif imsemmija fis-sezzjoni 1.4.2.1., jew

mezzi ta' lqugħ li jkunu jistgħu jiċċaqilqu u li jillokkjaw ma' xulxin kif imsemmija fis-sezzjoni 1.4.2.2., jew

mezzi prottettivi kif imsemmija fis-sezzjoni 1.4.3., jew

taħlita ta' dawn ta' hawn fuq.

Madankollu, fejn ċerti partijiet li jiċċaqilqu involuti direttament fil-proċess ma jistgħux isiru inaċċessibbli matul ix-xogħol minħabba xogħlijiet li jeħtieġu l-intervent ta' l-operatur, dawn il-partijiet għandu jkollhom imwaħħla magħhom:

mezzi ta' lqugħ fissi jew mezzi ta' lqugħ li jiċċaqilqu u li jillokkjaw ma' xulxin li jimpedixxu l-aċċess għal dawk is-sezzjonijiet tal-partijiet li ma jintużawx fix-xogħol, u

mezzi ta' lqugħ li jistgħu jiġu rranġati kif imsemmija fis-sezzjoni 1.4.2.3 li jillimitaw l-aċċess għal dawk is-sezzjonijiet tal-partijiet li jiċċaqilqu fejn l-aċċess ikun neċessarju.

1.3.9.   Ir-riskji ta' movimenti mhux ikkontrollati

Meta parti minn makkinarju ġiet imwaqqfa, kull moviment lil hinn mill-post tal-waqfien, tkun xi tkun ir-raġuni għajr azzjoni mill-mezzi ta' kontroll, ma għandux jitħalla jew ikun tali li ma jippreżentax perikolu.

1.4.   KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA FIL-MEZZI LI JILQGĦU U FIL-MEZZI TA' PROTEZZJONI

1.4.1.   Rekwiżiti ġenerali

Il-mezzi li jilqgħu u l-mezzi ta' protezzjoni għandhom

ikunu ta' kostruzzjoni b'saħħitha,

jinżammu f'posthom b'mod sikur,

ma joħolqu l-ebda riskju addizzjonali,

ma jkunx faċli li jinqabżu jew li jiġu magħmula mhux operabbli,

ikunu jinsabu f'distanza adegwata miż-żona ta' perikolu,

jikkawżaw l-inqas xkiel għall-viżta tal-proċess tal-produzzjoni, u

jippermettu li jitwettaq xogħol essenzjali fuq l-istallazzjoni u/jew il-bdil ta' l-għodda u għal finijiet ta' manutenzjoni billi jirrestrinġu l-aċċess eslużivament għal dik iż-żona fejn għandu jsir ix-xogħol, jekk possibbli, mingħajr ma jkollu jitneħħa l-mezz ta' lqugħ jew il-mezz ta' protezzjoni mwaqqfa milli jitħaddmu.

Minbarra dan, il-mezzi ta' lqugħ għandhom, fejn ikun possibbli, jipproteġu mit-tfiegħ 'il barra jew it-twaqqiegħ tal-materjali jew l-oġġetti u kontra emissjonijiet ġenerati mill-makkinarju.

1.4.2.   Ħtiġijiet speċjali għall-mezzi ta' lqugħ

1.4.2.1.   Mezzi ta' lqugħ fissi

Mezzi ta' lqugħ fissi għandhom jitwaħħlu b'sistemi li jkunu jistgħu jinfetħu jew jitneħħew biss permezz ta' għodda.

Is-sistemi ta' tagħmir tagħhom għandhom jibqgħu mwaħħla mal-mezzi ta' lqugħ jew mal-makkinarju meta l-mezzi ta' lqugħ jitneħħew.

Fejn ikun possibbli, il-mezz ta' lqugħ ma jkunx jista' jinżamm f'postu mingħajr il-mezz tat-twaħħil tagħhom.

1.4.2.2.   Mezzi ta' lqugħ li jistgħu jiġu mċaqilqa u li jillokkjaw ma' xulxin

Mezzi ta' lqugħ li jistgħu jiġu mċaqilqa u li jillokkjaw ma' xulxin għandhom:

safejn ikun possibbli jibqgħu mwaħħla mal-makkinarju meta dan ikun miftuħ,

ikunu ddisinnjati jew mibnija b'mod li jkunu jistgħu jiġu aġġustati biss permezz ta' azzjoni intenzjonali.

Il-mezzi ta' l-ilqugħ li jkunu jistgħu jiġu mċaqilqa u li jillokkjaw ma' xulxin għandhom ikunu assoċjati ma' mezz li jillokkja li:

jevita l-bidu tal-funzjonijiet tal-makkinarju perikolużi sakemm dawn ikunu magħluqa u

jagħti kmand għat-twaqqif kull meta dawn ma jibqgħux magħluqa.

Fejn ikun possibli għall-operatur li jilħaq iż-żona ta' perikolu qabel ir-riskju dovut għall-funzjonijiet tal-makkinarju perikoluż ikunu waqfu, il-mezz ta' lqugħ li jiċċaqlaq għandu jkun assoċjat ma' mezz li jillokkja l-mezz ta' lqugħ minbarra l-mezz li jillokkja li:

jevita l-bidu tal-funzjonijiet tal-makkinarju perikoluż sakemm il-mezz ta' lqugħ jingħalaq u jkun illokkjat u

iżomm il-mezz ta' lqugħ magħluq u llokkjat sakemm ikun waqaf ir-riskju ta' ħsara lill-persuna mill-funzjonijiet tal-makkinarju perikoluż.

Mezzi ta' lqugħ li jiċċaqilqu u li jillokkjaw ma' xulxin għandhom ikunu ddisinnjati b'mod li l-assenza jew ħsara tal-komponenti tagħhom jevita li jibdew jew jieqfu l-funzjonijiet tal-makkinarju perikoluż.

1.4.2.3.   Mezzi ta' lqugħ aġġustabbli li jirrestrinġi l-aċċess

Il-mezz ta' lqugħ li jista' jiġi aġġustat biex jirrestrinġi l-aċċess għal dawk iż-żoni fejn il-partijiet li jiċċaqilqu huma strettament meħtieġa għax-xogħol għandhom ikunu jistgħu:

jiġu rranġati b'mod manwali jew awtomatiku, skond it-tip ta' xogħol involut, u

jiġu rranġati fil-pront mingħajr l-użu ta' għodod.

1.4.3.   Rekwiżiti speċjali għall-mezzi ta' protezzjoni

Mezzi ta' protezzjoni għandhom ikunu ddisinnjati u inkorporati fis-sistema ta' kontroll b'mod li:

il-partijiet li jiċċaqilqu ma jistgħux jaqbdu jaħdmu waqt li jkunu jistgħu jintlaħqu mill-operatur,

il-persuni ma jistgħux jilħqu l-partijiet li jiċċaqilqu meta l-partijiet ikunu qegħdin jiċċaqilqu, u

in-nuqqas jew il-ħsara ta' waħda mill-komponenti tagħhom timpedixxi l-istartjar jew il-waqfien tal-partijiet li jiċċaqilqu.

Il-mezzi ta' protezzjoni għandhom ikunu aġġustabbli biss permezz ta' azzjoni intenzjonali.

1.5.   RISKJI MINĦABBA PERIKOLI OĦRA

1.5.1.   Il-provvista ta' l-elettriku

Fejn il-makkinarju jkollu provvista ta' l-elettriku, għandu jkun iddisinnjat, mibni u mgħammar b'mod li jiġu eliminati jew li jkunu jistgħu jiġu eliminati r-riskji kollha ta' natura elettrika.

L-għanijiet ta' sigurtà stabbiliti mid-Direttiva 73/23/KEE għandhom japplikaw għall-makkinarju. Madankollu l-obbligi dwar l-istima tal-konformità u t-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz tal-makkinarju fir-rigward tal-perikoli ta' l-elettriku huma regolati biss mid-Direttiva.

1.5.2.   L-elettriku statiku

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'tali mod li jimpedixxi jew jillimita li jinġema ċarġ elettrostatiku potenzjalment perikoluż u/jew ikun mgħammar b'sistema ta' ħruġ ta' ċarġ ta' l-elettriku.

1.5.3.   Provvista ta' enerġija oħra għajr l-elettriku

Fejn il-makkinarju jitħaddem b'sors ta' enerġija għajr l-elettriku, dan għandu jkun hekk iddisinnjat, mibni u mgħammar sabiex jevita r-riskji kollha potenzjali assoċjati ma' tali sorsi ta' enerġija.

1.5.4.   Żbalji fit-tgħammir

L-iżbalji, li x'aktarx li jsiru meta jiġu mgħammra jew mgħammra mill-ġdid ċerti partijiet li jistgħu jkunu ta' riskju, m'għandhomx ikunu possibbli dovut għad-disinn u l-kostruzzjoni ta' dawn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta' dan, permezz ta' informazzjoni li tingħata fuq il-partijiet infushom u/jew fuq il-post fejn jitwaħħlu. L-istess informazzjoni għandha tingħata fuq il-partijiet li jiċċaqilqu u/jew fuq il-post fejn jitwaħħlu fejn hemm bżonn li d-direzzjoni taċ-ċaqlieq tkun magħrufa sabiex ikun evitat ir-riskju.

Fejn ikun hemm bżonn, l-istruzzjonijiet għandhom jagħtu aktar informazzjoni dwar dawn ir-riskji.

Fejn konnessjoni ħażina tista' tkun is-sors ta' riskju, konnessjonijiet ħżiena m'għandhomx ikunu possibbli permezz tad-disinn jew, fin-nuqqas ta' dan, permezz ta' l-informazzjoni li tingħata fuq l-elementi li għandhom jitqabbdu u, fejn ikun jixraq, fuq il-mezz tal-qbid.

1.5.5.   Temperaturi estremi

Għandhom jittieħdu passi biex jiġi eliminat kull riskju ta' korriment li jirriżulta minn kuntatt jew viċinanza ma' partijiet ta' makkinarju jew materjali f'temperaturi għoljin jew baxxi ħafna.

Għandhom jittieħdu l-passi neċessarji wkoll sabiex ikun evitat jew tingħata protezzjoni kontra r-riskju ta' ħruġ ta' materjal jaħraq jew kiesaħ ħafna.

1.5.6.   Nirien

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li jevita kull riskju ta' nirien jew ta' tisħin żejjed ikkawżat mill-makkinarju nnifsu jew minn gassijiet, likwidi, trab, fwar jew sustanzi oħra prodotti jew użati mill-makkinarju.

1.5.7.   Splużjoni

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li jevita kull riskju ta' splużjoni kkawżat mill-makkinarju nnifsu jew minn gassijiet, likwidi, trab, fwar jew sustanzi oħra prodotti jew użati mill-makkinarju.

Il-makkinarju għandu jikkonforma, sakemm u safejn jirrigwarda r-riskju ta' splużjoni dovut fir-rigward ta' l-użu tiegħu f'atmosfera potenzjalment splussiva, mad-dispożizzjoni tad-Direttivi Komunitarji speċifiċi.

1.5.8.   Storbju

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li r-riskji li jirriżultaw mill-emissjoni ta' storbju fl-arja jitnaqqas sa l-inqas livell, billi jitqiesu l-progress tekniku u d-disponibbilità tal-mezzi li jnaqqsu l-istorbju, b'mod partikolari mis-sors.

Il-livell ta' l-emissjoni ta' storbju għandu jkun stmat b'referenza għad-data dwar l-emissjoni paragunabbli għall-makkinarju simili.

1.5.9.   Vibrazzjonijiet

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li r-riskji li jirriżultaw mill-vibrazzjonijiet prodotti mill-makkinarju jitnaqqsu sa l-inqas livell, billi jitqiesu l-progress tekniku u d-disponibbilità ta' mezzi li jnaqqsu l-vibrazzjoni, b'mod partikolari mis-sors.

Il-livell ta' l-emissjoni tal-vibrazzjoni jista' jkun stmat b'referenza għad-data dwar l-emissjoni paragunabbli għall-makkinarju simili.

1.5.10.   Radjazzjoni

L-emissjonijiet ta' radjazzjoni mhux mixtieqa mill-makkinarju għandhom ikunu eliminati jew imnaqqsa għall-livelli sabiex ma jkollhomx effett ħażin fuq il-persuni.

Kwalunkwe emissjonijiet ta' radjazzjoni jonizzanti funzjonali għandhom ikunu limitati għall-anqas livell li huwa biżżejjed għat-tħaddim tajjeb tal-makkinarju matul l-issettjar, it-tħaddim u t-tindif. Fejn jeżisti riskju, għandhom jittieħdu l-miżuri protettivi neċessarji.

Kwalunkwe emissjonijiet ta' radjazzjoni mhux jonizzanti funzjonali matul l-isettjar, it-tħaddim u t-tindif għandhom ikunu limitati għall-livelli li ma għandhomx effetti ħżiena fuq il-persuni.

1.5.11.   Radjazzjoni esterna

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li r-radjazzjoni esterna ma tfixkilx it-tħaddim tiegħu.

1.5.12.   Radjazzjoni bil-laser

Fejn jintuża tagħmir ta' laser, għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

it-tagħmir ta' laser fuq il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li jimpedixxi kull radjazzjoni aċċidentali,

it-tagħmir ta' laser fuq il-makkinarju għandu jkun protett b'mod li r-radjazzjoni effettiva, ir-radjazzjoni prodotta bir-rifless jew bid-diffużjoni u r-radjazzjoni sekondarja ma jkunux ta' ħsara għas-saħħa,

it-tagħmir ottiku għall-osservazzjoni jew l-aġġustament tat-tagħmir ta' laser fuq il-makkinarju għandu jkun hekk li r-radjazzjoni ta' laser ma toħloq l-ebda riskju għas-saħħa.

1.5.13.   Emissjonijiet ta' materjali u sustanzi perikolużi

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'tali mod li r-riskji ta' inalazzjoni, inġestjoni, kuntatt mal-ġilda, l-għajnejn u membrani mukużi u l-penetrazzjoni mill-ġilda ta' materjali u sustanzi perikolużi li dan jipproduċi jistgħu jiġu evitati.

Fejn riskju ma jistax jiġi eliminat, il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'tali mod li l-materjali u s-sustanzi perikolużi jkunu jistgħu jinżammu, jiġu evakwati, ippreċipitati bl-isprejjar ta' l-ilma, iffiltrati jew trattati permezz ta' metodu ieħor li hu ugwalment effettiv.

Fejn il-proċess ma jkunx magħluq totalment matul it-tħaddim normali tal-makkinarju, il-mezzi għaż-żamma u/jew ta' l-evakwazzjoni għandhom ikunu jinsabu f'post b'mod li jkollhom effett massimu.

1.5.14.   Riskju li wieħed jinqabad f'magna

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat, mibni jew mgħammar b'mezz li jimpedixxi persuna milli tingħalaq fih jew, jekk dan ikun impossibbli, b'mezz biex isejjaħ għall-għajnuna.

1.5.15.   Riskju ta' żliq, ta' tgerbib jew li wieħed jaqa'

Il-partijiet tal-makkinarju fejn persuni x'aktarx li jiċċaqalqu min-naħa għall-oħra jew joqgħodu bil-wieqfa għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jimpedixxu milli l-persuni jiżolqu, jitgerbu jew jaqgħu f'dawn il-partijiet jew minn fuqhom.

Fejn ikun jixraq, dawn il-partijiet għandhom ikunu mgħammra b'poġġaman ta' l-idejn li huma fissi b'mod relattiv għall-utent u li jgħinhom iżommu l-istabbilità tagħhom.

1.5.16.   Dawl

Il-makkinarju li jeħtieġ protezzjoni mill-effetti tas-sajjetti waqt li jkun qed jintuża għandu jkun mgħammar b'sistema sabiex l-iskarigi ta' l-elettriku li jirriżultaw jkun ertjati.

1.6.   MANUTENZJONI

1.6.1.   Manutenzjoni tal-makkinarju

Il-punti ta' aġġustamenti u ta' manutenzjoni għandhom jitpoġġew 'il barra miż-żoni tal-perikolu. Għandu jkun possibbli li jitwettqu x-xogħlijiet ta' aġġustament, manutenzjoni, tiswija, tindif u xogħol ieħor ta' manutenzjoni waqt li l-makkinarju jkun wieqaf.

Jekk waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet ta' hawn fuq ma jistgħux jiġu sodisfatti għal raġunijiet tekniċi, għandhom jittieħdu l-miżuri biex ikun żgurat li dawn ix-xogħlijiet jistgħu jitwettqu mingħajr riskju (ara s-sezzjoni 1.2.5).

Fil-każ ta' makkinarju awtomatizzat u, fejn meħtieġ, makkinarju ieħor, għandu jkun provdut mezz sabiex tagħmir dijanjostiku għall-kxif tal-ħsara jista' jiġi konness.

Il-komponenti ta' makkinarju awtomatizzat li jeħtieġu li jinbidlu spiss għandhom ikunu kapaċi li jitneħħew u jiġu mibdula bla xkiel u bla perikolu. L-aċċess għall-komponenti għandu jippermetti li t-twettiq ta' dan ix-xogħol jista' jsir bil-mezz tekniku meħtieġ b'mod konformi ma' metodu ta' ħidma speċifikat.

1.6.2.   Aċċess għall-pożizzjonijiet tat-tħaddim u l-punti ta' servicing

Il-makkinarju għandu jkun ddisinnjat u mibni b'tali mod sabiex jippermetti aċċess f'sigurtà għaż-żoni kollha fejn l-intervenzjoni tkun neċessarja matul it-tħaddim, l-aġġustament u l-manutenzjoni tal-makkinarju.

1.6.3.   Iżolament tas-sorsi ta' l-enerġija

Il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'mezzi ta' iżolament mis-sorsi kollha ta' l-enerġija. Dawn l-iżolaturi għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar. Għandhom ikunu jistgħu jissakkru jekk it-tqabbid mill-ġdid jista' jpoġġi persuni fil-perikolu. L-iżolaturi għandhom ikunu jistgħu jiġu msakkra wkoll fejn operatur ma jkunx jista' jikkontrolla, minn kwalunkwe post li jkollu aċċess għalih, sabiex jara li l-enerġija tkun għadha maqtugħa.

Fil-każ ta' makkinarju li jista' jitqabbad fil-provvista ta' l-elettriku, it-tneħħija tal-plagg hija biżżejjed, sakemm l-operatur ikun jista' jikkontrolla minn kwalunkwe post li jkollu aċċess għalih li l-plagg għadu maqlugħ.

Wara li l-enerġija tiġi maqtugħa, għandu jkun possibbli li kull enerġija li jkun baqa' jew li tibqa' maħżuna fiċ-ċirkwiti tal-makkinarju tinħela b'mod normali mingħajr riskju għall-persuni.

Bħala eċċezzjoni għar-rekwiżiti fil-paragrafi ta' hawn fuq, ċerti ċirkwiti jistgħu jibqgħu mqabbdin mas-sorsi ta' l-enerġija tagħhom sabiex, per eżempju, iżommu partijiet, jipproteġu informazzjoni, jixegħlu fuq ġewwa, eċċ. F'dan il-każ, għandhom jittieħdu passi speċjali biex jiżguraw is-sigurtà ta' l-operatur.

1.6.4.   Intervent ta' l-operatur

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat, mibni u mgħammar b'tali mod li l-ħtieġa ta' l-intervent mill-operatur jkun illimitat. Jekk l-intervent ta' l-operatur ma jkunx jista' jiġi evitat, għandu jkun possibbli li dan jitwettaq bla xkiel u mingħajr perikolu.

1.6.5.   Tindif tal-partijiet ta' ġewwa

Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinnjat u mibni li jkun possibbli li jitnaddfu l-partijiet ta' ġewwa li kellhom fihom sustanzi jew tħejjijiet perikolużi mingħajr ma l-operatur jidħol fihom; kull żblokk meħtieġ għandu jkun jista' jsir minn barra wkoll. Jekk ikun impossibbli li jiġi evitat id-dħul fil-makkinarju, il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni sabiex jitħalla li jsir it-tindif bl-inqas perikolu.

1.7.   INFORMAZZJONI

1.7.1.   Informazzjoni u twissijiet dwar il-makkinarju

L-informazzjoni u t-twissijiet dwar il-makkinarju għandhom preferibbilment jingħataw fil-forma ta' simboli u simboli bl-istampi li jistgħu jinftehmu malajr. Kull informazzjoni u twissijiet bil-miktub jew verbali għandhom ikunu fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Komunità li jistgħu jiġu deċiżi bi qbil mat-Trattat mill-Istat Membru li fih il-makkinarju jitqiegħed fis-suq u/jew jitqiegħed fis-servizz u jistgħu jkollhom magħhom, fuq talba, il-verżjonijiet fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità li jifhmu l-operaturi.

1.7.1.1.   Informazzjoni u l-mezzi ta' informazzjoni

L-informazzjoni meħtieġa biex il-makkinarju jiġi kkontrollat għandha tingħata f'forma li mhijiex ambigwa u għandha tinftiehem faċilment. Ma għandhiex tkun eċċessiva hekk li tgħabbi żżejjed lill-operatur.

Unitajiet tal-wiri viżwali jew kull mezzi oħra interattivi tal-mezzi ta' komunikazzjoni bejn l-operatur u l-magna għandhom jiftehmu faċilment u jkunu faċli biex jintużaw.

1.7.1.2.   Mezzi ta' twissija

Fejn is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni jistgħu jkunu fil-perikolu minħabba ħsara fit-tħaddim tal-makkinarju li mhux sorveljat, il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'mod li jagħti sinjal xieraq akustiku jew mid-dawl bħala twissija.

Fejn il-makkinarju jkun mgħammar b'mezzi ta' twissija dawn ma għandhomx ikunu ambigwi u għandhom jkunu jidhru faċilment. L-operatur għandu jkollu l-faċilitajiet biex jikkontrolla t-tħaddim ta' dan il-mezz ta' twissija l-ħin kollu.

Għandhom jitħarsu r-rekwiżiti tad-Direttivi Komunitarji speċifiċi dwar il-kuluri u s-sinjali tas-sigurtà.

1.7.2.   Twissija ta' riskji residwi

Fejn ir-riskji jibqgħu minkejja l-miżuri tad-disinn sikur inerenti, il-miżuri ta' salvagwardja u miżuri prottettivi kumplimentari adottati, għandhom jingħataw it-twissijiet neċessarji, inkluż il-mezzi ta' twissija.

1.7.3.   Immarkar tal-makkinarju

Il-makkinarju kollu għandu jkun immarkat b'mod li jidher, li jista' jinqara u li ma jitħassarx bid-dettalji minimi li ġejjin.

l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tal-fabbrikant u, fejn jixraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu,

l-isem tal-makkinarju,

il-marka CE (ara Anness III)

l-isem tas-serje jew tat-tip,

in-numru tas-serje, jekk ikun hemm wieħed,

is-sena tal-kostruzzjoni, jiġifieri s-sena li fiha tlesta l-proċess ta' fabbrikazzjoni.

Huwa projbit li l-makkinarju jingħata data li seħħet qabel jew data li seħħet wara meta tkun qed titwaħħal il-marka CE.

Barra minn hekk, makkinarju mibni u ddisinnjat għall-użu f'atmosfera li tista' tkun splussiva għandu jiġi immarkat kif jixraq.

Il-makkinarju għandu jkollu wkoll l-informazzjoni sħiħa relevanti dwar it-tip tiegħu u essenzjali għall-użu mingħajr perikolu. Din l-informazzjoni hija suġġetta għar-rekwiżit fis-sezzjoni 1.7.1.

Fejn parti ta' magna għandha tiġi mqandla b'tagħmir ta' l-irfigħ waqt l-użu, il-piż tagħha għandu jiġi indikat b'mod li jinqara sewwa, li ma jitħassarx u li mhux ambigwu.

1.7.4.   Istruzzjonijiet

Il-makkinarju kollu għandu jkun akkumpanjat bl-istruzzjonijiet fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn dan jitqiegħed fis-suq u/jew jitqiegħed fis-servizz.

L-istruzzjonijiet li jkunu mal-makkinarju għandhom ikunu jew “Struzzjonijiet oriġinali” jew “Traduzzjoni ta' l-istruzzjonijiet oriġinali”, f'liema każ it-traduzzjoni għandu jkollha magħha l-istruzzjonijiet oriġinali.

Bħala eċċezzjoni, l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni intiżi għall-użu minn persunal speċjalizzat imqabbad mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jistgħu jingħataw f'lingwa tal-Komunità waħda li tinftiehem mill-persunal speċjalizzat.

L-istruzzjonijiet għandhom ikunu mfassla skond il-prinċipji mniżżla hawn taħt.

1.7.4.1.   Prinċipji ġenerali għall-abbozzar ta' l-istruzzjonijiet

(a)

L-istruzzjonijiet għandhom ikunu abbozzati f'lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kliem “Struzzjonijiet oriġinali” għandhom jidhru fil-verżjoni(jiet) tal-lingwa verifikati mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(b)

Fejn ma hemmx “Struzzjonijiet oriġinali” fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiż fejn il-makkinarju għandu jintuża, it-traduzzjoni għal dik jew dawk il-lingwa/i għandha tkun provduta mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizat tiegħu jew mill-persuna li daħħal il-makkinarju f'din iż-żona tal-lingwa msemmija. It-traduzzjonijiet għandhom ikollhom il-kliem “Traduzzjoni ta' l-istruzzjonijiet oriġinali”.

(ċ)

Il-kontenut ta' l-istruzzjonijiet ma għandux ikopri biss l-użu intiż tal-makkinarju iżda wkoll jagħti każ ta' kwalunkwe użu ħażin tiegħu li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli.

(d)

Fil-każ tal-makkinarju intiż għall-użu minn operaturi li mhux professjonali, it-tqegħid tal-kliem u l-firxa tal-pożizzjoni ta' l-istruzzjonijiet ta' l-użu għandhom jagħtu kont tal-livell ta' l-edukazzjoni u l-moħħ ġenerali li jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli minn dawn l-operaturi.

1.7.4.2.   Kontenut ta' l-istruzzjonijiet

Kull manwal ta' l-istruzzjoni għandu jkun fih, fejn ikun applikabbli, ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tal-fabbrikant u, fejn jixraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(b)

id-disinn tal-makkinarju kif immarkat fuq il-makkinarju innifsu, salv għan-numru tas-serje (ara sezzjoni 1.7.3);

(ċ)

id-dikjarazzjoni ta' konformità (KE), jew dokument li jniżżel il-kontenuti tad-dikjarazzjoni ta' konformità (KE), li turi l-partikolaritajiet tal-makkinarju, mhux neċessarjament tinkludi n-numru tas-serje u l-firma;

(d)

deskrizzjoni ġenerali tal-makkinarju;

(e)

it-tpinġijiet, id-dijagrammi, id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji għall-użu, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-makkinarju u għall-ikkontrollar tat-tħaddim tajjeb tiegħu;

(f)

id-deskrizzjoni tal-post(ijiet) tax-xogħol li x'aktarx ikunu okkupati mill-operaturi;

(g)

id-deskrizzjoni ta' l-użu intiż tal-makkinarju;

(h)

it-twissijiet dwar il-metodi li fih il-makkinarju ma jistax jintuża li l-esperjenza wriet li jistgħu jiġru;

(i)

l-istruzzjonijiet dwar il-muntatura, l-istallazzjoni u l-konnessjoni, inklużi t-tpinġijiet, id-dijagrammi u l-mezzi tal-qbid u d-disinn taċ-“chassis” jew l-installazzjoni li fuqha l-makkinarju għandu jkun immuntat;

(j)

l-istruzzjonijiet dwar l-istallazzjoni u l-muntatura għat-tnaqqis tal-ħoss jew il-vibrazzjoni;

(k)

l-istruzzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz u l-użu tal-makkinarju u, jekk ikun neċessarju, l-istruzzjonijiet għat-taħriġ ta' l-operaturi;

(l)

l-informazzjoni dwar ir-riskji li jifdal u li jibqgħu minkejja l-miżuri inerenti tad-disinn mhux perikoluż, li miżuri protettivi adottati ta' salvagwardjar u kumplimentari;

(m)

l-istruzzjonijiet dwar il-miżuri protettivi li għandhom jittieħdu mill-utent, inkluż fejn jixraq, it-tagħmir protettiv personali li għandu jkun provdut;

(n)

il-karatteristiċi essenzjali ta' l-għodod li jistgħu jitwaħħlu mal-makkinarju;

(o)

il-kondizzjonijiet li fihom il-makkinarju jilħaq ir-rekwiżit ta' stabbilità matul l-użu, it-trasportazzjoni, il-muntatura, il-ħatt meta ma jkunx fis-servizz, l-ittestjar jew ksur li jista' jiġi previst;

(p)

l-istruzzjonijiet bil-ħsieb li jkun żgurat li l-operazzjonijiet tat-trasport, tat-tqandil u tal-ħażna jistgħu jsiru mingħajr perikolu, minħabba l-piż tal-makkinarju u tad-diversi partijiet tiegħu meta dawn huma trasportati b'mod regolari separatament;

(q)

il-metodu tat-tħaddim li għandu jiġi segwit f'każ ta' inċident jew ksur; jekk x'aktarx ikun hemm żblokk, il-metodu tat-tħaddim li għandu jkun segwit sabiex it-tagħmir jista' jiġi żblukkat b'mod mhux perikoluż;

(r)

id-deskrizzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' l-aġġustament u l-manutenzjoni li għandhom isiru mill-utent u l-miżuri ta' manutenzjoni preventivi li għandhom ikunu osservati;

(s)

l-istruzzjonijiet maħsuba sabiex l-aġġustament u l-manutenzjoni jkunu jistgħu jsiru bla perikolu, inkluż il-miżuri protettivi li għandhom jittieħdu matul dawn l-operazzjonijiet;

(t)

l-ispeċifikazzjonijiet tal-partijiet ta' rikambju li għandhom jintużaw, meta dawn jaffettwaw is-saħħa u s-sigurtà ta' l-operaturi;

(u)

l-informazzjoni li ġejja dwar l-emissjonijiet tal-ħoss fl-ajru:

il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ta' l-emissjoni A-weighted fil-postijiet tax-xogħol, fejn dan jaqbeż is-70 dB(A); fejn dan il-livell ma jaqbiżx is-70 dB(A), dan il-fatt għandu jiġi indikat;

l-ogħla valur ta' l-emissjoni tal-pressjoni tal-ħoss instantanju C-weighted fil-postijiet tax-xogħol, fejn din taqbeż it-63 Pa (130 dB f'relazzjoni ma' 20 μPa);

il-livell tal-qawwa tal-ħoss A-weighted emess mill-makkinarju, fejn il-livell tal-pressjoni tal-ħoss emess A-weighted fil-postijiet tax-xogħol jaqbeż it-80 dB(A).

Dawn il-valuri għandhom ikunu jew dawk attwalment imkejla għal dan il-makkinarju jew dawk stabbiliti fuq il-bażi tal-kejl li jittieħed minn makkinarju teknikament komparabbli li huwa rappreżentattiv tal-makkinarju li għandu jkun magħmul.

Fil-każ ta' makkinarju kbir ħafna, minflok il-livell tal-qawwa tal-ħoss A-weighted, jistgħu jiġu indikati l-livelli tal-pressjoni tal-ħoss ta' l-emissjoni A-weighted f'postijiet speċifikati madwar il-makkinarju.

Fejn ma jkunux applikati l-istandards armonizzati, il-livelli tal-ħoss għandhom jiġu mkejla bl-użu tal-metodu l-iktar xieraq għall-makkinarju. Kull meta l-valuri ta' l-emissjoni tal-ħoss ikunu murija l-inċertezzi madwar dawn il-valuri għandhom ikunu speċifikati. Għandha tingħata deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħidma tal-makkinarju matul il-kejl u l-metodi li jkunu ġew użati għall-kejl.

Fejn il-post(ijiet) tax-xogħol mhumiex jew ma jistgħux jiġu definiti, il-livelli tal-pressjoni tal-ħoss A-weighted għandhom jiġu mkejla f'distanza ta' metru mill-wiċċ tal-makkinarju u f'għoli ta' 1.6 metru mill-art jew mill-pjattaforma ta' l-aċċess. Il-pożizzjoni u l-valur tal-pressjoni massima tal-ħoss għandhom jiġu indikati.

Fejn Direttivi Komunitarji speċifiċi jistabbilixxu rekwiżiti oħra għall-kejl tal-livelli tal-pressjoni tal-ħoss jew livelli tal-qawwa tal-ħoss, dawk id-Direttivi għandhom ikunu applikati u d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' din is-Sezzjoni ma għandhomx japplikaw.

(v)

fejn il-makkinarju x'aktarx ser jitfa' radjazzjoni mhux jonizzanti li tista' tikkawża ħsara lill-persuni, b'mod partikolari lill-persuni b'apparat mediku li jiġi impjantat fil-ġisem li huwa attiv jew le, l-informazzjoni dwar ir-radjazzjoni emessa għall-operatur u l-persuni esposti.

1.7.4.3.   Ktieb ta' informazzjoni tal-bejgħ

Kull ktieb ta' informazzjoni tal-bejgħ li tiddeskrivi l-makkinarju ma għandhux jikkontradixxi l-istruzzjonijiet rigward ta' l-aspetti tas-saħħa u tas-sigurtà. Il-letteratura tal-bejgħ li tiddeskrivi l-karatteristiċi tat-twettieq tax-xogħol mill-makkinarju għandu jkollha l-istess informazzjoni dwar l-emissjonijiet kif hemm fl-istruzzjonijiet.

2.   REKWIŻITI ESSENZJALI SUPPLIMENTARI GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA' MAKKINARJU

Il-makkinarju għall-oġġetti ta' l-ikel, il-makkinarju għall-prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi, li jinżammu bl-idejn u/jew igwidati bl-idejn, makkinarju għat-tiswijiet li jista' jinġarr u makkinarju ieħor ta' impatt, u makkinarju għax-xogħol fl-injam u materjal b'karatteristiċi fiżiċi simili għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà essenzjali kollha spjegati f'dan il-Kapitolu (ara Prinċipji Ġenerali, il-punt 4).

2.1.   IL-MAKKINARJU GĦALL-OĠĠETTI TA' L-IKEL U L-MAKKINARJU GĦALL-PRODOTTI KOSMETIĊI JEW FARMAĊEWTIĊI

2.1.1.   Ġenerali

Il-makkinarju intiż għall-użu ma' oġġetti ta' l-ikel jew ma' prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi għandu jkun ddisinnjat u mibni b'mod li jevita kwalunkwe riskju ta' infezzjoni, mard jew kontaġju.

Għandhom jiġu osservati dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-materjali f'kuntatt ma', jew li huma maħsuba li jiġu f'kuntatt, ma' l-oġġetti ta' l-ikel jew prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi relevanti. Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li dawn il-materjali jistgħu jitnaddfu minn qabel kull użu. Fejn dan mhux possibbli, għandhom jintużaw partijiet li jistgħu jintremew;

(b)

l-uċuh kollha f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel jew prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi, minbarra l-uċuh ta' partijiet li jistgħu jintremew, għandhom:

jkunu lixxi u mingħajr xfur u lanqas xquq li jistgħu jżommu materjali organiċi. Dan japplika wkoll għal fejn jingħaqdu,

jkunu ddisinnjati u mibnija hekk li jnaqqsu x-xtur, it-truf u l-irkejjen tal-muntaturi għall-minimu,

jitnaddfu u jiġu diżinfettati bla xkiel, fejn ikun hemm bżonn wara li jitneħħew il-partijiet żmuntati; l-uċuh ta' ġewwa għandhu jkollhom kurvi ta' raġġ biżżejjed li jippermettu tindif bir-reqqa;

(ċ)

għandu jkun possibbli li l-likwidi, gassijiet u ajrusol li joħorġu mill-oġġetti ta' l-ikel, prodotti farmaċewtiċi jew kosmetiċi kif ukoll il-fluwidi tat-tindif, tad-diżinfettar u tat-tlaħliħ għandhom ikunu jistgħu jitneħħew mill-magna mingħajr xkiel (possibilment f'pożizzjoni “għat-tindif”);

(d)

il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinnjat u mibni b'mod li jimpedixxi kull sustanzi jew kreaturi ħajjin, b'mod partikolari l-insetti, milli jidħlu, jew kull materjal organiku milli jakkumula f'żoni li ma jistgħux jitnaddfu;

(e)

il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li l-ebda sustanza anċillari perikoluża għas-saħħa, inkluż il-lubrikanti użati, ma jkunu jistgħu jmissu mall-oġġetti ta' l-ikel, prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi. Fejn meħtieġ, il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni hekk li tkun tista' tiġi kontrollata l-konformità kontinwa ma' din il-ħtieġa.

2.1.2.   Istruzzjonijiet

L-istruzzjonijiet għall-makkinarju għall-oġġetti ta' l-ikel u l-makkinarju għall-użu mal-prodotti kosmetiċi u farmaċewtiċi għandhom jindikaw il-prodotti rrakkommandati u l-metodi tat-tindif, tad-diżinfettar u tat-tlaħliħ, mhux biss għaż-żoni li jkunu aċċessibbli bla xkiel imma wkoll għaż-żoni fejn l-aċċess ikun impossibbli jew mhux rakkommandat.

2.2.   MAKKINARJU LI JINĠARR BL-IDEJN LI JINŻAMM FL-IDEJN U/JEW JIĠI GGWIDAT BL-IDEJN

2.2.1.   Ġenerali

Il-makkinarju li jinġarr li jinżamm fl-idejn u/jew li jiġi gwidat bl-idejn għandu:

skond it-tip tal-makkinarju, għandu jkollu wiċċ ta' rfid ta' daqs biżżejjed u jkollu numru biżżejjed ta' pumi u tweżin ta' daqs xieraq, irranġati b'mod li jiżguraw l-istabbilità tal-makkinarju fil-kondizzjonijiet ta' tħaddim previsti,

għajr fejn ikun teknikament impossibbli, jew fejn ikun hemm mezz ta' kontroll indipendenti, fil-każ ta' manki li ma jistax jitħalla f'sigurtà sħiħa, għandu jkun mgħammar b'mezzi ta' kontrolli manwali ta' startjar u waqfien irranġati hekk li l-operatur ikun jista' jħaddimhom mingħajr ma jħalli l-manku,

ma jippreżentax riskji ta' startjar aċċidentali u/jew tħaddim kontinwu wara li l-operatur ikun ħalla l-manku. Għandhom jittieħdu passi ekwivalenti jekk din il-ħtieġa ma tkunx teknikament possibbli,

iħalli, fejn neċessarju, kontroll viżiv taż-żona ta' perikolu u ta' l-azzjoni ta' l-għodda mal-materjal li jkun qiegħed jiġi pproċessat.

Il-pumi tal-makkinarju li jinġarr għandhom ikunu ddisinnjati u mibdnija b'tali mod li jagħmlu l-istartjar u l-waqfien sempliċi.

2.2.1.1.   Istruzzjonijiet

L-istruzzjonijiet għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-vibrazzjonijiet trasmessi minn makkinarju li jinżamm fl-idejn u li jinġarr u minn makkinarju ggwidat bl-id:

il-valur tat-total tal-vibrazzjoni, li għalih is-sistema ta' l-idejn-dirgħajn (hand-arm) hija suġġetta, jekk dan jaqbeż it-2,5 m/s2. Fejn dan il-valur ma jaqbiżx it-2,5 m/s2, dan għandu jissemma,

l-inċertezza tal-kejl.

Dawn il-valuri għandhom ikunu jew dawk attwalment imkejla għal dan il-makkinarju jew dawk stabbiliti fuq il-bażi tal-kejl li jittieħed minn makkinarju teknikament komparabbli li huwa rappreżentattiv tal-makkinarju li għandu jkun magħmul.

Fejn ma jkunux applikati standards armonizzati, id-data dwar il-vibrazzjoni għandha tiġi mkejla bl-użu tal-kodiċi tal-kejl l-aktar xieraq għall-makkinarju.

Għandhom jingħataw deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħidma matul il-kejl u l-metodi li jkunu ġew użati għall-kejl, jew ir-referenza għall-istandard armonizzat applikat.

2.2.2.   Tagħmir li jista' jinġarr u makkinarju ieħor ta' impatt

2.2.2.1.   Ġenerali

Tagħmir li jista' jinġarr u makkinarju ieħor ta' impatt għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'tali mod li:

l-enerġija hija trasmessa għall-element li jieħu l-impatt mill-komponent intermedjarju li ma jħallix il-mezz,

il-kontroll li jaħdem jevita l-impatt għajr jekk il-makkinarju jkun f'pożizzjoni tajba bi pressjoni adegwati fuq il-materjal tal-bażi,

il-bidu involontarju ma jitħallhiex; fejn ikun neċessarju, sekwenza xierqa ta' l-azzjonijiet fuq il-mezz li jibda u l-mezz ta' kontroll għandhom jinħtieġu biex jibdew l-impatt,

il-bidu aċċidentali huwa mwaqqaf matul it-tqandil jew f'każ ta' xokk,

l-operazzjonijiet tat-tagħbija u tal-ħatt jistgħu jsiru bla xkiel u bla perikolu.

Fejn ikun neċessarju, għandu jkun possibbli li jitwaħħal il-mezz bi lqugħ għall-iskald u għandu jkun provdut il-mezz ta' lqugħ xieraq mill-fabbrikant tal-makkinarju.

2.2.2.2.   Istruzzjonijiet

L-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja dwar:

l-aċċessorji u t-tagħmir interkambjabbli li jistgħu jintużaw mal-makkinarju,

it-tagħmir adegwat jew elementi li ħadu l-impatt oħra li għandhom jintużaw mal-makkinarju,

fejn ikun jixraq, l-iskrataċ adattati li għandhom jintużaw.

2.3.   MAKKINARJU LI JAĦDEM L-INJAM U MATERJALI B'KARATTERISTIĊI FIŻIĊI SIMILI

Il-makkinarju li jaħdem l-injam u l-makkinarju li jaħdem materjali bil-karatteristiċi fiżiċi simili għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin:

(a)

il-makkinarju għandu jiġi ddisinnjat, mibni jew mgħammar b'mod li l-biċċa li tkun qiegħda tiġi maħduma tkun tista' titqiegħed u tiġi ggwidata fis-sigurtà; fejn il-biċċa tinżamm bl-id fuq bank tax-xogħol, dan ta' l-aħħar għandu jkun stabbli biżżejjed matul ix-xogħol u ma għandux jostakola l-moviment tal-biċċa;

(b)

fejn il-makkinarju x'aktarx li jintuża f'kondizzjonijiet li jinvolvu riskju ta' tfigħ tal-biċċiet li qegħdin jinħadmu jew partijiet tagħhom, dan għandu jkun ddisinnjat, mibni jew mgħammar b'mod li jżomm milli jseħħ dan it-tfigħ, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, hekk li t-tfigħ ma joħloqx riskji għall-operatur u/jew il-persuni esposti;

(ċ)

il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'waqfien awtomatiku li jwaqqaf il-għodda fi żmien qasir biżżejjed jekk ikun hemm riskju ta' kuntatt ma' l-għodda hija u tieqaf;

(d)

fejn il-għodda tkun inkorporata f'magna mhux għal kollox awtomatika, din ta' l-aħħar għandha tkun ididdisinnjata u mibnija b'mod li telimina jew tnaqqas kull riskju ta' korriment aċċidentali.

3.   IR-REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ SUPPLEMENTARI BIEX JIKKUMPENSAW GĦALL-PERIKOLI MINĦABBA L-MOBILITÀ TAL-MAKKINARJU

Il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba l-mobilità tiegħu għandu jissodisfa ir-rekwiżiti essenzjali kollha għas-saħħa u s-sigurtà spjegati hawn taħt (ara Prinċipji Ġenerali, punt 4).

3.1.   ĠENERALI

3.1.1.   Definizzjonijiet

(a)

“Makkinarju li jippreżenta perikoli minħabba l-mobilità tiegħu” tfisser

makkinarju li t-tħaddim tiegħu jeħtieġ jew moviment waqt ix-xogħol, jew moviment kontinwu jew nofs kontinwu bejn sensiela ta' postijiet fissi tax-xogħol,

makkinarju mħaddem mingħajr ma jiġi mressaq, imma li jista' jkun mgħammar b'tali mod li jkun jista' jiġi mressaq mingħajr xkiel minn post għall-ieħor.

(b)

“Xufier” tfisser operatur responsabbli mill-moviment tal-makkinarju. Ix-xufier jista' jinġarr mill-makkinarju jew jista' jimxi huwa, u jakkumpanja l-makkinarju, jew jista' jkun qiegħed jiggwida l-makkinarju b'kontroll mill-bogħod.

3.2.   POŻIZZJONIJIET TAT-TĦADDIM

3.2.1.   Pożizzjoni tas-sewqan

Il-viżibiltà mill-pożizzjoni tas-sewqan għandha tkun tali li x-xufier ikun jista' jħaddem il-makkinarju u l-għodda tiegħu fil-kondizzjonijiet ta' l-użu maħsub għalih fis-sigurtà kollha għalih innifsu u għall-persuni esposti. Fejn meħtieġ, għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa biex jirrimedjaw ir-riskji minħabba l-viżjoni diretta inadegwata.

Il-makkinarju li fuqu jkun trasportat is-sewwieq għandu jkun hekk iddisinnjat u mibni b'mod li, mill-pożizzjoni tas-sewqan, ma jkun hemm l-ebda riskju li x-xufier jiġi f'kuntatt mhux maħsub minn qabel mar-roti jew mal-linji.

Il-pożizzjoni tas-sewqan ta' xuffiera li jirkbu għandha tkun iddisinnjata u mibnija b'mod li l-kabina tax-xufier tista' tkun mgħammra, sakemm dan ma jżidx ir-riskju u sakemm hemm l-ispazju. Il-kabina għandha tinkorpora post għall-istruzzjonijiet meħtieġa mix-xufier.

3.2.2.   Sedili

Fejn hemm ir-riskju li l-operaturi jew il-persuni l-oħra trasportati mill-makkinarju jistgħu jitgħaffġu bejn il-partijiet tal-makkinarju u l-art jekk il-makkinarju jdur jew jinqaleb, b'mod partikolari għall-makkinarju mgħammar bl-istruttura protettiva msemmija fis-sezzjoni 3.4.3 jew 3.4.4, is-sedili tagħhom għandhom ikunu ddisinnjati jew mgħammra b'sistema ta' irbit li jżomm il-persuni fis-sedili tagħhom, mingħajr ma jirrestrinġu t-tressiq neċessarju għall-operazzjonijiet jew il-moviment relattiv għall-istruttura ikkawżati mis-sospensjoni tas-sedili. Dawn is-sistemi ta' irbit m'għandhomx ikunu mgħammra jekk dawn iżidu r-riskju.

3.2.3.   Postijiet għal persuni oħra

Jekk il-kondizzjonijiet ta' l-użu jipprovdu li persuni oħra għajr ix-xufier jinġarru kull tant jew regolarment mill-makkinarju, jew li jaħdmu fuqu, għandhom jiġu pprovduti postijiet xierqa li jgħinuhom jinġarru jew li jaħdmu fuqu mingħajr riskju.

Il-paragrafi 2 u 3 tas-sezzjoni 3.2.1 japplikaw ukoll għall-postijiet provduti għall-persuni minbarra x-xufier.

3.3.   SISTEMI TA' KONTROLL

Jekk meħtieġ, għandhom jittieħdu passi li jżommu milli jkun hemm użu mhux awtorizzat tal-kontrolli.

F'każ ta' kontroll mill-bogħod, kull unità tal-kontroll għandha tidentifika b'mod ċar il-makkinarju li għandu jkun kontrollat minn dik l-unità.

Is-sistema ta' kontroll mill-bogħod għandha tkun iddisinnjata u mibnija b'tali mod li taffettwa biss:

dan il-makkinarju;

dawn il-funzjonijiet.

Il-makkinarju li jkun kontrollat mill-bogħod għandu jkun iddisinnjat u mibni b'tali mod li jirrispondi biss għas-sinjali mill-unitajiet tal-kontroll intiżi.

3.3.1.   Mezzi ta' kontroll

Ix-xufier għandu jkun kapaċi jħaddem il-mezzi kollha ta' kontroll meħtieġa biex iħaddem il-makkinarju mill-post tax-xufier, għajr għall-funzjonijiet li jistgħu jitqabbdu jaħdmu mingħajr perikolu bl-użu biss tal-mezzi ta' kontroll li jkunu jinsabu l-bogħod mill-post tax-xufier. Dawn il-funzjonijiet jinkludu, b'mod partikolari, dawk li għalihom l-operaturi għajr ix-xufier ikunu responsabbli jew li minħabba fihom ix-xufier ikollu jħalli l-post tiegħu tas-sewqan biex jikkontrollahom fis-sigurtà.

Fejn ikun hemm pedali, dawn għandhom jkunu ddisinnjati, mibnija u mgħammra hekk li jħallu x-xogħol isir mingħajr perikolu mix-xufier bl-inqas riskju ta' tħaddim ħażin. Il-wiċċ tagħhom ma għandux ikun jiżloq u għandhom ikunu jitnaddfu faċilment.

Fejn ix-xogħol tagħhom jista' jwassal għar-riskji, speċjalment moviment perikoluż, il-kontrolli tal-makkinarju, għajr dawk f'pożizzjonijiet issettjati minn qabel, għandhom jerġgħu lura lejn il-pożizzjoni newtrali tagħhom hekk kif jintelqu mill-operatur.

Fil-każ ta' makkinarju bir-roti, is-sistema ta' l-istering għandha tiġi diddisinnjata u mibnija b'mod li tnaqqas il-forza tal-moviment għall-għarrieda tar-rota ta' l-istering jew tal-lever ta' l-istering ikkawżat minn xokkijiet fuq ir-roti tal-gwida.

Kull kontroll li jillokkja d-differenzi għandu jkun hekk iddisinnjat u mqiegħed li jippermetti li d-differential jiġi miftuħ meta l-makkinarju jkun qiegħed jiċċaqlaq.

Is-sitt subparagrafu tas-Sezzjoni 1.2.2, dwar sinjali tat-twissija akustiċi u/jew viżwali, japplika biss f'każ ta' irriversjar.

3.3.2.   Startjar/moviment

Il-movimenti tal-mixi ta' makkinarju li jaħdem waħdu b'xufier riekeb fuqu għandhom ikunu possibbli biss jekk ix-xufier ikollu l-kontrolli f'idejh.

Fejn, għall-għanijiet ta' tħaddim, il-makkinarju jkun mgħammar b'mezzi li jaqbżu ż-żona normali ta' spazju vojt tiegħu (p.e stabbilizzaturi, driegħ ta' krejn, eċċ.) ix-xufier għandu jiġi pprovdut bil-mezzi biex ikun jista' jikkontrolla bla xkiel, qabel ma jibda jmexxi l-makkinarju, li dawn il-mezzi jkunu fil-pożizzjoni partikolari li tippermetti moviment bla perikolu.

Dan japplika wkoll għall-partijiet l-oħra kollha li, biex jippermettu moviment mingħajr perikolu, għandhom ikunu f'pożizzjonijiet partikolari, maqfula jekk meħtieġ.

Fejn ma jagħtix lok għar-riskji oħra, il-moviment tal-makkinarju għandu jiddependi fuq l-pożizzjoni bla perikolu tal-partijiet imsemmija hawn fuq.

Ma għandux ikun possibbli li makkinarju jibda miexi b'mod mhux intenzjonali qabel ma titqabbad il-magna.

3.3.3.   Funzjoni ta' l-ivvjaġġar

Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tat-traffiku, il-makkinarju li jaħdem waħdu u l-karrijiet li jiġbed warajh għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-mixi, tal-waqfien, ta' l-użu tal-brejkijiet u ta' l-immobilizzazzjoni hekk li jiżguraw is-sigurtà skond il-kondizzjonijiet kollha tax-xogħol, tat-tagħbija, tal-veloċità, ta' l-art u tal-pendil maħsuba għalihom.

Ix-xufier għandu jkun kapaċi li jnaqqas il-veloċità u li jwaqqaf il-makkinarju li jaħdem waħdu permezz ta' mezz ewlieni. Fejn is-sigurtà hekk teħtieġ fil-każ li l-mezz ewlieni ma jaħdimx, jew fin-nuqqas tal-provvista ta' l-enerġija meħtieġa biex tħaddem il-mezz ewlieni, għandu jkun provdut mezz ta' emerġenza b'kontrolli indipendenti għal kollox u aċċessibbli fil-pront biex inaqqsu l-mixi u jwaqqfu l-makkinarju.

Fejn is-sigurtà hekk teħtieġ, għandu jkun provdut mezz ta' l-ipparkjar biex jagħmel makkinarju wieqaf immobbli. Dan il-mezz jista' jiġi kombinat ma' wieħed mill-mezzi li hemm referenza għalihom fit-tieni paragrafu, sakemm dan ikun għal kollox mekkaniku.

Il-makkinarju mmexxi mill-bogħod (bir-remote control) għandu jkun mgħammar b'mezzi għat-twaqqif awtomatiku u immedjat tat-tħaddim u sabiex jevita operazzjonijiet potenzjalment perikolużi fil-każijiet li ġejjin:

jekk ix-xufier jitlef il-kontroll,

jekk jirċievi s-sinjal għall-waqfien,

jekk tinstab ħsara f'parti li tirrigwarda s-sigurtà tas-sistema,

jekk ma jinstabx sinjal ta' validazzjoni fi żmien speċifikat.

Sezzjoni 1.2.4 ma tapplikax għall-funzjoni ta' l-ivvjaġġar.

3.3.4.   Il-moviment ta' makkinarju kkontrollat minn min ikun miexi

Il-moviment ta' makkinarju li jimxi waħdu kkontrollat minn min ikun miexi għandu jkun possibbli biss permezz ta' azzjoni sostnuta mix-xufier fuq il-mezz tal-kontroll relevanti. B'mod partikolari, ma għandux ikun possibbli li makkinarju jiċċaqlaq waqt li l-magna tkun qiegħda titqabbad.

Is-sistemi ta' kontroll għall-makkinarju kkontrollat minn min ikun miexi għandu jiġi ddisinnjat b'mod li jimminimizza r-riskji li jinħolqu minn ċaqlieq mhux maħsub għalih tal-magna lejn ix-xufier, b'mod partikolari:

it-tgħaffiġ;

il-korriment minn għodda li ddur.

Il-veloċità tal-makkinarju għandha tkun kompatibbli mal-pass tax-xufier huwa u miexi.

Fil-każ ta' makkinarju li fuqu tiġi mwaħħla għodda li ddur, ma għandux ikun possibbli li l-għodda titħaddem meta jkun imdaħħal il-kontroll tal-moviment b'lura, għajr fejn il-moviment tal-makkinarju jirriżulta mil-moviment ta' l-għodda. Fil-każ ta' dan ta' l-aħħar, il-velocità tal-moviment b'lura għandu jkun tali li ma jipperikolax lix-xufier.

3.3.5.   Ħsara fiċ-ċirkwit tal-kontroll

Ħsara fil-provvista ta' l-enerġija għall-power-assisted steering, fejn ikun mgħammar, ma għandux jimpedixxi lill-makkinarju milli jiġi mmanuvrat matul iż-żmien meħtieġ biex jitwaqqaf.

3.4.   IL-PROTEZZJONI KONTRA L-PERIKOLI MEKKANIĊI

3.4.1.   Movimenti mhux ikkontrollati

Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinnjat, mibni u fejn xieraq imqiegħed fuq ir-reffieda mobbli tiegħu b'mod li jiżgura li meta jiġi mċaqlaq, l-oxxillazzjonijiet mhux ikkontrollat taċ-ċentru tal-gravità tiegħu ma jaffettwawx l-istabbilità tiegħu jew ma jeżerċitawx tensjoni fuq l-istruttura tiegħu.

3.4.2.   Partijiet tat-trasmissjoni li jiċċaqilqu

Permezz ta' deroga mis-Sezzjoni 1.3.8.1, fil-każ ta' magni b'kombustjoni interna, il-mezz ta' lqugħ li jitneħħew li ma jħallux aċċess għall-partijiet li jiċċaqilqu tal-kumpartiment tal-magna ma għandhomx għalfejn ikollhom mezzi li jillokjaw ma' xulxin jekk ikollhom jinfetħu jew bl-użu ta' għodda jew b'ċavetta jew b'kontroll li jkun jinsab fil-post tas-sewqan, jekk dan ta' l-aħħar ikun f'kabina magħluqa għal kollox b'sokor sabiex jimpedixxi aċċess mhux awtorizzat.

3.4.3.   Qlib fil-ġemb u l-quddiem jew wara

Fejn, fil-każ ta' makkinarju li jimxi b'xufier riekeb fuqu, l-operatur(i) jew persuni oħra, ikun hemm ir-riskju ta' qlib fil-ġenb, fuq quddiem jew wara, il-makkinarju għandu jkun mgħammar bi struttura ta' protezzjoni xierqa għajr jekk dan iżid ir-riskji.

Din l-istruttura għandha tkun tali li fil-każ ta' qlib fil-ġenb, fuq quddiem jew wara din tippermetti lill-persuna(i) rekbin fuqu volum adegwat li jillimitawlhom il-liwja.

Sabiex jiġi vverifikat li l-istruttura tikkonforma mal-ħtieġa stabbilita fit-tieni paragrafu, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għal kull tip ta' struttura involuta, jagħmel l-eżaminazzjonijiet xierqa jew jordna li jsiru dawn l-eżaminazzjonijiet.

3.4.4.   Oġġetti li jaqgħu

Fejn, fil-każ ta' makkinarju li jimxi waħdu b'xufier riekeb fuqu, operaturi jew persuni oħra, ikun hemm ir-riskju ta' oġġetti jew materjal li jaqgħu, il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li jittieħed kont ta' dan ir-riskju u mgħammar, jekk jippermetti d-daqs, bi struttura ta' protezzjoni xierqa.

Din l-istruttura għandha tkun tali li fil-każ ta' qlib ta' oġġetti jew materjal, tiggarantixxi lill-persuna(i) riekba fuqha volum adegwat li jillimita l-liwja.

Sabiex jiġi vverifikat li l-istruttura tikkonforma mal-ħtieġa stabbilita fit-tieni paragrafu, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għal kull tip ta' struttura involuta, jagħmel l-eżaminazzjonijiet xierqa jew jordna li jsiru dawn l-eżaminazzjonijiet.

3.4.5.   Mezzi ta' aċċess

Il-manki u t-turġien għandhom ikunu ddisinnjati, mibnija u rranġati hekk li l-operaturi jużawhom istintivament u ma jużawx il-mezzi ta' kontroll biex jassistu l-aċċess.

3.4.6.   Mezzi ta' l-irmunkar

Il-makkinarju kollu użat għall-irmunkar jew sabiex ikun irmunkat għandu jkun mgħammar b'mezzi ta' l-irmunkar jew ta' l-igganċjar, ddisinnjati, mibnija u irranġati b'mod li jiżguraw konnessjoni u qtugħ faċli u fiż-żgur u sabiex jevitaw qtugħ inċidentali matul l-użu.

Sakemm it-tagħbija tat-tow bar hekk titlob, dan il-makkinarju għandu jkun mgħammar b'reffieda mat-tagħbija u ma' l-art.

3.4.7.   Trasmissjoni ta' enerġija bejn il-makkinarju li jaħdem waħdu (jew it-trattur) u l-makkinarju li qiegħed jirċievi

Mezzi li jistgħu jitneħħew ta' trasmissjoni mekkanika li jgħaqqdu makkinarju li jaħdem waħdu (jew trattur) fil-mezz li twaħħal l-ewwel li jnaqqas il-frizzjoni fil-magna tal-makkinarju li qiegħed jirċievi u mibni b'tali mod li kwalunkwe parti li tiċċaqlaq fl-operazzjoni tkun protetta fit-tul kollu tagħha.

Fuq in-naħa tal-makkinarju li jaħdem waħdu (jew trattur), il-power take-off li miegħu ikun imwaħħal il-mezz li jista' jitneħħa tat-trasmissjoni mekkanika għandu jkun protett jew minn mezz ta' lqugħ imwaħħal u imqabbad mal-makkinarju li jaħdem waħdu (jew trattur) jew minn kwalunkwe mezz ieħor li joffri protezzjoni ekwivalenti.

Dan il-mezz ta' lqugħ għandu jkun wieħed li jista' jinfetaħ għall-aċċess għall-mezz li jista' jitneħħa tat-trasmissjoni. Ġaladarba dan ikun f'postu, għandu jkun hemm biżejjed spazju sabiex ikun evitat li xaft biex idawwar il-mekkaniżmu jagħmel ħsara lill-mezz ta' lqugħ meta l-makkinarju (jew it-trattur) ikun qiegħed jiċċaqlaq.

Fuq in-naħa tal-makkinarju li jirċievi, ix-xaft tad-dħul għandu jkun magħluq f'kisi prottettiv imwaħħal mal-makkinarju.

Jistgħu jitwaħħlu torque limiters jew freewheels mat-trasmissjonijiet ta' l-għaqda universali man-naħa li tmiss mal-makkinarju misjuq biss. Il-mezzi li jistgħu jinqalgħu għat-trasmissjoni mekkanika għandhom ikunu mmarkati kif jixraq.

Il-makkinarju kollu li jirċievi, fejn l-operazzjoni tiegħu teħtieġ mezz li jitneħħa ta' trasmissjoni mekkanika sabiex jitqabbad mal-makkinarju li jaħdem waħdu (jew trattur) għandu jkollu sistema sabiex jitqabbad mal-mezz li jitneħħa tat-trasmissjoni mekkanika sabiex, meta l-makkinarju ma jkunx igganċjat, il-mezz li jitneħħa tat-trasmissjoni mekkanika u l-mezz ta' lqugħ tiegħu ma ssirilhomx ħsara b'kuntatt ma' l-art jew ma' parti mill-makkinarju.

Il-partijiet ta' fuq barra tal-mezz ta' lqugħ għandhom ikunu ddisinnjati, mibnija u rranġati b'tali mod li ma jkunux jistgħu jduru mal-mezz tat-trasmissjoni mekkanika li jista' jitneħħa. Il-mezz ta' lqugħ għandu jgħatti t-trasmissjoni sat-truf tal-ħniek ta' ġewwa fil-każ ta' ġonot universali sempliċi u mill-inqas saċ-ċentru tal-ġonta jew il-ġonot ta' barra fil-każ ta' ġonot universali b'angoli wiesgħa.

Jekk il-mezzi ta' aċċess għall-pożizzjonijiet tax-xogħol huma provduti fejn il-mezz tat-trasmissjoni mekkanika li jista' jitneħħa, dawn għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'tali mod li l-mezz ta' lqugħ tax-xaft ma jkunux jistgħu jintużaw bħala turġien, għajr jekk ikunu ddisinnjati u mibnija għal dak l-iskop.

3.5.   PROTEZZJONI KONTRA PERIKOLI OĦRA

3.5.1.   Batteriji

Il-kaxxa tal-batterija għandha tkun ddisinnjata u mibnija b'mod li tevita li l-elettrolit jinbeżaq fuq l-operatur fil-każ ta' qlib fil-ġenb, fuq quddiem jew wara jew biex jevitaw l-akkumulazzjoni ta' gassijiet fil-postijiet okkupati mill-operaturi.

Il-makkinarju għandu jkun hekk ddisinnjat u mibni b'mod li l-batterija tkun tista' tiġi skonnettjata bl-għajnuna ta' mezz aċċessibbli bla xkiel ipprovdut għal dan l-iskop.

3.5.2.   Nirien

Skond ir-riskji antiċipati mill-fabbrikant, il-makkinarju għandu, fejn jippermetti d-daqs tiegħu:

jew iħalli li jiġu mgħammra mezzi għat-tifi tan-nar li jkunu aċċessibbli mingħajr xkiel, jew

jiġi provdut b'sistemi għat-tifi tan-nar inkorporat.

3.5.3.   Emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi

It-tieni u t-tielet paragrafi tas-sezzjoni 1.5.13 ma għandhomx japplikaw fejn il-funzjoni ewlenija tal-makkinarju hija t-tbexxix ta' prodotti. Madankollu, l-operatur għandu jkun protett mir-riskju li jkun espost għal dawn l-emissjonijiet perikolużi.

3.6.   INFORMAZZJONI U INDIKAZZJONIJIET

3.6.1.   Tabelli, sinjali u twissijiet

Il-makkinarju għandu jkollu sinjali u/jew jew pjanċi ta' struzzjonijiet dwar l-użu, l-aġġustament u l-manutenzjoni, kull fejn ikun hemm bżonn, biex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni. Għandhom jiġu magħżula, ddisinnjati u mibnija hekk li jkunu jidhru biċ-ċar u b'mod li ma jitħassrux.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti tat-traffiku fit-toroq, il-makkinarju bix-xufier riekeb fuqu għandu iġorr it-tagħmir li ġej:

mezz ta' twissijia bil-ħoss biex jiġbed l-attenzjoni tal-persuni;

sistema ta' sinjali bid-dwal relevanti għall-kondizzjonijiet maħsuba ta' l-użu; il-ħtieġa ta' l-aħħar ma tapplikx għal makkinarju maħsub biss biex jaħdem taħt l-art u li ma jkollux enerġija elettrika;

fejn ikun neċessarju, għandu jkun hemm konnessjoni xierqa bejn il-karru u l-makkinarju għat-tħaddim tas-sinjali.

Il-makkinarju li jitħaddem mill-bogħod li, fil-kondizzjonijiet normali ta' l-użu, jesponi persuni għar-riskji ta' ħabta jew tagħfiġ għandu jkollu mwaħħal fuqu mezzi xierqa ta' sinjalazzjoni tal-moviment tiegħu jew mezzi ta' protezzjoni għall-persuni kontra dawn ir-riskji. L-istess japplika għall-makkinarju li, waqt l-użu tiegħu, jinvolvi t-tennija kostanti ta' moviment 'il quddiem u lura fuq fus wieħed fejn iż-żona fuq in-naħa ta' wara tal-magna ma jkunx jidher direttament għax-xufier.

Il-makkinarju għandu jkun mibni b'mod li l-mezzi ta' twissija u ta' sinjalazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu mitfija bi żball. Fejn dan ikun essenzjali għas-sigurtà, mezzi bħal dawn għandhom jiġu pprovduti b'mezzi ta' kontroll biex juru li huma f'kondizzjoni tajba tax-xogħol u li l-operatur għandu jkun jista' jara l-ħsara tagħhom.

Fejn moviment tal-makkinarju jew ta' l-għodda tiegħu ikun partikolarment perikoluż, għandhom jiġu pprovduti sinjali fuq il-makkinarju biex iwissu kontra l-avvinċinament għall-makkinarju waqt li jkun qed jaħdem; is-sinjali għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn distanza biżżejjed biex jiżġuraw is-sigurtà tal-persuni li jkunu fil-qrib.

3.6.2.   Marki

Il-makkinarju kollu għandu jkun immarkat b'mod li jidher, li jista' jinqara u li ma jitħassarx:

is-saħħa nominali mfissra f'kilowatts (kW),

il-piż tal-konfigurazzjoni l-aktar komuni f'kilogrammi (kg);

u, fejn jixraq:

il-ġibda massima tad-drawbar li għaliha hemm fil-mezz ta' l-igganċjar, fi Newtons (N),

il-ġibda massima vertikali li għaliha hemm provdut fil-mezz ta' l-igganċjar, f'Newtons (N).

3.6.3.   Struzzjonijiet

3.6.3.1.   Vibrazzjonijiet

L-istruzzjonijiet għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-vibrazzjonijiet trasmessi mill-makkinarju għas-sistema ta' l-idejn-dirgħajn jew għall-makkinarju kollu:

il-valur totali tal-vibrazzjoni li għalih hija suġġetta is-sistema ta' l-idejn-dirgħajn, jekk dan jaqbeż it-2.5 m/s2. Fejn dan il-valur ma jaqbiżx it-2.5 m/s2, dan għandu jissemma,

l-ogħla “root mean square value” tat-total ta' l-aċċelerazzjoni li għalih huwa suġġett il-ġisem kollu, jekk dan jaqbeż il-0.5 m/s2 . Fejn dan il-valur ma jaqbiżx iż-0.5 m/s2, dan għandu jissemma;

l-inċertezza tal-kejl.

Dawn il-valuri għandhom ikunu jew dawk attwalment imkejla għal dan il-makkinarju jew dawk stabbiliti fuq il-bażi tal-kejl li jittieħed għall-makkinarju teknikament kumparabbli li huwa rappreżentattiv tal-makkinarju li għandu jkun magħmul:

Fejn ma jkunux applikati l-istandards armonizzati, il-vibrazzjoni għandha tiġi mkejla bl-użu tal-kodiċi ta' kejl l-iktar xieraq għal dan il-makkinarju.

Għandha tingħata deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħidma matul il-kejl u l-kodiċi ta' kejl li jkunu ġew użati.

3.6.3.2.   Użu multiplu

L-istruzzjonijiet għall-makkinarju li jippermetti numru ta' użijiet skond it-tagħmir użat u l-istruzzjonijiet għat-tagħmir interkambjabbli għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tgħin sabiex it-tagħmir jitwaħħal mingħajr perikolu u l-użu tat-tagħmir interkambjabbli li jistgħu jitwaħħlu.

4.   REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ SUPPLEMENTARI BIEX JIKKUMPENSAW GĦALL-PERIKOLI MINĦABBA OPERAZZJONIJIET TA' L-IRFIGĦ

Il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba l-operazzjonijiet ta' l-irfigħ għandu jissodisfa ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà spjegati hawn taħt f'dan il-kapitolu (ara Prinċipji Ġenerali, punt 4).

4.1.   ĠENERALI

4.1.1.   Tifsiriet

(a)

“Operazzjoni ta' l-irfigħ” moviment ta' tagħbijiet ta' unita li jikkonsistu f'merkanzija u/jew persuni li joħolqu l-bżonn, fi kwalunkwe ħin, bidla fil-livell.

(b)

“Tagħbija ggwidata” tfisser tagħbija li l-moviment totali tagħha jsir matul gwidi riġidi jew flessibbli, li l-pożizzjoni tagħhom tkun stabbilita b'punti fissi.

(ċ)

“Koeffiċjent tax-xogħol” tfisser il-proporzjon aritmetiku bejn it-tagħbija garantita mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu sa fejn biċċa tagħmir ikun kapaċi jżommha u t-tagħbija massima tax-xogħol immarkata fuq it-tagħmir.

(d)

“Koeffiċjent tat-test” tfisser il-proporzjon aritmetiku bejn it-tagħbija użata biex isiru t-testijiet ta' l-istatika jew id-dinamika fuq il-makkinarju ta' l-irfigħ jew aċċessorju ta' l-irfigħ u t-tagħbija tax-xogħol massima markata fuq l-makkinarju ta' l-irfigħ jew l-aċċessorju ta' l-irfigħ.

(e)

“Test statiku” tfisser it-test li matulu l-ewwel jiġu spezzjonati l-makkinarju jew l-aċċessorju ta' l-irfigħ u soġġetti għall-forza li tikkorrespondi għat-tagħbija massima tax-xogħol immultiplikata bil-koeffiċjent statiku xieraq tat-test u wara jiġu spezzjonati mill-ġdid meta t-tagħbija msemmija ma tibqax merfugħa biex jiġi żgurat li ma tkun ġrat l-ebda ħsara.

(f)

“Test dinamiku” tfisser it-test li matulu l-makkinarju ta' l-irfigħ jitħaddem fil-konfigurazzjonijiet possibbli kollha tiegħu bit-tagħbija massima tax-xogħol immultiplikati bil-koeffiċjent tat-test tad-dinamika xieraq filwaqt li titqies l-imġieba dinamika tal-makkinarju ta' l-irfigħ biex jiġi eżaminat li l-makkinarju jiffunzjona kif jixraq.

(g)

“Ġarrier” parti mill-makkinarju li fuqu jew fih il-persuni u/jew il-merkanzija huma mserrħa sabiex ikunu mgħollija.

4.1.2.   Protezzjoni kontra l-perikoli mekkaniċi

4.1.2.1.   Riskji minħabba n-nuqqas ta' stabbilità

Il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinnjat u mibni b'mod li l-istabbilità meħtieġa fis-sezzjoni 1.3.1 tinżamm kemm waqt is-servizz u kemm barra minnu, inklużi l-fażijiet kollha tat-trasportazzjoni, il-muntaġġ u l-iżmuntar, matul ħsarat previsti tal-komponent u wkoll matul it-testijiet imwettqa b'mod konformi mal-manwal ta' l-istruzzjonijiet. Għal dan l-iskop, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jużaw il-metodi xierqa ta' verifika.

4.1.2.2.   Makkinarju li jaħdem fuq binarji ta' gwida u l-linji tal-binarji.

Il-makkinarju għandu jiġi pprovdut b'mezzi li jaħdmu fuq il-binarji ta' gwida jew linji li ma jħallux lill-makkinarju jaqbiżhom.

Madankollu, jekk minkejja dawn il-mezzi, jibqa' r-riskju li dan jaqbeż il-binarji jew linji, jew jekk il-binarju jew il-komponent li jimxi ma jaħdimx, għandhom jiġu pprovduti l-istrumenti li ma jħallux lit-tagħmir, il-komponent jew lit-tagħbija milli jaqgħu jew milli jinqaleb il-makkinarju.

4.1.2.3.   Saħħa mekkanika

Il-makkinarju, l-aċċessorji ta' rfigħ u l-komponenti tagħhom għandhom ikunu kapaċi jifilħu l-pressjonijiet li jkunu soġġetti għalihom, kemm fl-użu, u fejn applikabbli, 'il barra minnu, skond il-kondizzjonijiet ta' l-istallazzjoni u tax-xogħol li għalihom hemm provduti u fil-konfigurazzjonijiet kollha relevanti, b'qies xieraq, fejn japplika, għall-effetti tal-fatturi atmosferiċi u tas-saħħa eżerċitata minn persuni. Din il-ħtieġa għandha tiġi sodisfatta wkoll waqt it-trasportazzjoni, il-muntaġġ u l-iżmuntar.

Il-makkinarju u l-aċċessorji ta' rfigħ għandhom jkunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jimpedixxu waqfien mix-xogħol minħabba kedd jew xedd, filwaqt li jitqies l-użu maħsub għalihom.

Il-materjali użati għandhom jiġu magħżula fuq il-bażi ta' l-ambjenti tax-xogħol intiżi, b'rigward partikolari għall-korrużjoni, grif, impatti, temperaturi estremi, għejja, fraġilità u l-età.

Il-makkinarju u l-aċċessorji ta' rfigħ għandhom jkunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jifilħu tagħbija żejda waqt it-testijiet statiċi mingħajr deformazzjoni permanenti jew difett evidenti. Il-kalkoli tas-saħħa għandhom iqisu l-valuri tal-koeffiċjent tat-test statiku magħżul biex jiggaratixxi livell adegwat ta' sigurtà. Dak il-koeffiċjient ikollu, bħala regola ġenerali, il-valuri li ġejjin:

(a)

makkinarju mħaddem bl-idejn u aċċessorji ta' l-irfigħ: 1.5;

(b)

makkinarju ieħor: 1.25.

Il-makkinarju għandu jiġi ddisinnjat u mibni b'mod li jiflaħ, mingħajr ħsara, it-testijiet dinamiċi mwettqa billi tintuża t-tagħbija massima tax-xogħol immultiplikata bil-koeffiċjent tat-test dinamiku. Dan il-koeffiċjent tat-test dinamiku huwa magħżul biex jiggarantixxi livell adegwat ta' sigurtà: il-koeffiċjent, bħala regola ġenerali, huwa ugwali għal 1.1. Bħala regola ġenerali, it-testijiet għandhom isiru bil-veloċitajiet nominali stabbiliti. Jekk iċ-ċirkwit tal-kontroll tal-makkinarju jippermetti numru ta' moviment simultanju, it-testijiet għandhom jitwettqu fl-inqas kondizzjonijiet favorevoli, bħala regola ġenerali, billi jingħaqad flimkien il-moviment involut.

4.1.2.4.   It-taljoli, iċ-ċilindri, ir-roti, il-ħbula u l-ktajjen

It-taljoli, iċ-ċilindri u r-roti għandu jkollhom dijametru li jaqbel mad-daqs tal-ħbula jew tal-ktajjen li jistgħu jiġu mgħammra bihom.

It-taljoli, iċ-ċilindri u r-roti għandhom ikunu ddisinnjati, mibnija u installati b'mod li l-ħbula jew il-ktajjen li jistgħu jiġu mgħammra bihom jistgħu jinħallu mingħajr ma jinqalgħu.

Il-ħbula użati direttament biex jerfgħu jew biex jirfdu t-tagħbija ma għandux ikun fihom ċumbar għajr fit-truf tagħhom. Iċ-ċumbar huwa, madankollu, itollerat fi stallazzjonijiet maħsuba fid-disinn tagħhom biex jiġu mibdula regolarment skond il-ħtieġa ta' l-użu tagħhom.

Il-ħbula sħaħ u t-truf tagħhom għandu jkollhom koeffiċjent tax-xogħol magħżul b'mod li jiggarantixxi livell adegwat ta' sigurtà. Bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent ikun ugwali għal 5.

Il-ktajjen ta' rfigħ għandu jkollhom koeffiċjent tax-xogħol magħżul b'mod li jiggarantixxi livell adegwat ta' sigurtà. Bħala regola ġenerali, dan il-koeffiċjent ikun ugwali għal 4.

Sabiex jivverifika li jkun ġie miksub koeffiċjent adegwat tax-xogħol, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għal kull tip ta' katina jew ħabel użati direttament biex jerfgħu tagħbija, u għat-tul tal-ħbula, jagħmlu t-testijiet xierqa jew jordnaw li jsiru dawn t-testijiet.

4.1.2.5.   Aċċessorji ta' l-irfigħ u l-komponenti tagħhom

L-aċċessorji ta' l-irfigħ u l-komponenti tagħhom għandhom ikunu mdaqqsa b'rigward xieraq għall-proċessi ta' strapazz u tat-tqaddim, għal numru ta' ċikli tax-xogħol konsistenti mat-tul tal-ħajja tagħhom kif ikun speċifikat fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għal applikazzjoni mogħtija.

Barra minn hekk:

(a)

il-koeffiċjent tax-xogħol għall-kombinazzjoni tal-ħabel tal-metall/tarf tal-ħabel tal-metall għandu jiġi magħżul b'mod li jiggarantixxi livell adegwat ta' sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal 5. Il-ħbula ma għandux ikun fihom ċumbar jew ħoloq għajr fi trufhom;

(b)

fejn jiġu użati ktajjen b'ħoloq iwweldjati, għandhom jkunu tat-tip ta' b'ħolqa qasira. Il-koeffiċjent tax-xogħol għall-ktajjen ta' kull tip għandu jiġi magħżul b'mod li jiggarantixxi livell adegwat ta' sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal 4;

(ċ)

il-koeffiċjent tax-xogħol għall-ħbula tat-tessut jew bragi huwa dipendenti fuq il-materjal, il-metodu tal-fabbrikazzjoni, id-daqs u l-użu. Dan il-koeffiċjent għandu jiġi magħżul b'mod li jiggarantixxi livell adegwat ta' sigurtà; bħal regola ġenerali, huwa ugwali għal 7, sakemm iżda li l-materjali użati juru li huma ta' kwalità tajba ħafna u li l-metodu tal-fabbrikazzjoni huwa xieraq għall-użu maħsub tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-koeffiċjent jiġi, bħala regola ġenerali, stabbilit f'livell ogħla sabiex jiżgura livell ekwivalenti ta' sigurtà. Ħbula tat-tessut u bragi ma għandux ikollhom għoqiedi, tagħqid jew ċumbar għajr fit-truf, minbarra fil-każ ta' braga mingħajr truf;.

(d)

il-komponenti tal-metall kollha li jagħmlu, jew jiġu użati ma' braga għandu jkollhom koeffiċjent tax-xogħol b'mod li jiggarantixxi livell adegwat ta' sigurtà; bħala regola ġenerali dan il-koeffiċjent huwa ugwali għal 4;

(e)

il-kapaċità massima tax-xogħol ta' braga b'ħafna truf tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-koeffiċjent tas-sigurtà ta' l-iktar tarf dgħajjef, fuq in-numru ta' truf u fuq fattur ta' tnaqqis li jiddependi fuq il-konfigurazzjoni tal-braga;

(f)

sabiex jivverifika li jkun ġie miksub koeffiċjent adegwat tax-xogħol, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu, għal kull tip ta' komponent li hemm referenza għalih f'(a), (b), (ċ) u (d), jagħmel it-testijiet xierqa jew jordna li jsiru dawn t-testijiet.

4.1.2.6.   Kontroll tal-movimenti

Il-mezz biex jiġi kontrollat il-moviment għandu jaħdem b'tali mod li l-makkinarju li fuqu jkunu nstallati jinżamm protett.

(a)

il-makkinarju għandu jkun hekk iddisinnjat jew mgħammar b'mezzi b'mod li jżommu l-amplitudni taċ-ċaqlieq tal-komponenti tiegħu fil-limiti speċifikati. Fejn xieraq, il-ħidma ta' mezz bħal dan għandha tiġi preċeduta minn twissija.

(b)

Fejn numru ta' magni fissi jew immuntati fuq binarju jistgħu jiġu mmanuvrati flimkien fl-istess waqt u fl-istess post, bir-riskju li jaħbtu, dawn il-magni għandhom jkunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jkun possibbli li fuqhom jitwaħħlu sistemi li jgħinu biex jevitaw dawn ir-riskji.

(ċ)

Makkinarju għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'mod li t-tagħbijiet ma jkunux jistgħu jiżżerżqu b'mod perikoluż jew jaqgħu mingħajr ilqugħ jew b'mod mhux mistenni, saħansitra fil-każ ta' waqfien totali jew parzjali tal-provvista ta' l-enerġija jew meta l-operatur jieqaf milli jħaddem il-magna.

(d)

Ma għandux ikun possibbli, f'kondizzjonijiet normali tax-xogħol, li t-tagħbija titbaxxa bil-brejk tal-frizzjoni biss, għajr fil-każ tal-makkinarju li l-funzjoni tiegħu teħtieġ li jitħaddem b'dan il-mod.

(e)

Il-mezzi tas-stivar għandhom ikunu hekk iddisinnjati u mibnija b'mod li t-twaqqigħ bi żball tat-tagħbijiet jiġi evitat.

4.1.2.7.   Moviment ta' tagħbijiet matul it-tqandil

Il-post tas-sewqan tal-makkinarju għandu jkun jinsab hekk li jiżgura l-aktar dehra wiesgħa possibbli tat-trajjettorji tal-partijiet li jiċċaqilqu, sabiex tiġi evitata l-possibbilità ta' ħbit ma' persuni jew tagħmir jew makkinarju ieħor li jista' jkun qiegħed jimmanuvra fl-istess waqt u li x'aktarx jikkaġuna riskju.

Il-makkinarju b'tagħbijiet iggwidati fissi f'post wieħed għandu jiġi ddisinnjat u mibni b'mod li jimpedixxi lil persuni esposti milli jintlaqtu mit-tagħbija jew mill-kontro-piżijiet, jekk ikun hemm.

4.1.2.8.   Makkinarju li jservi żbarki fissi

4.1.2.8.1.   Movimenti tal-ġarrier

Il-movimenti tal-ġarrier tal-makkinarju li jservi żbarki fissi għandhom ikunu gwidati b'mod riġidu lejn u fl-iżbarki. Sistemi li jaħdmu fil-forma ta' tqassis jitqiesu ukoll bħala gwidi riġidi.

4.1.2.8.2.   Aċċess għall-ġarrier

Fejn il-persuni għandhom aċċess għall-ġarrier, il-makkinarju għandu jkun ddisinnjat u mibni b'mod li jiżgura li l-ġarrier jibqa' wieqaf matul l-aċċess, b'mod partikolari waqt li jkun qiegħed jitgħabba jew jinħatt.

Il-makkinarju għandu jkun ddisinnjat u mibni b'mod li jiżgura li d-differenza fil-livell bejn il-ġarrier u l-iżbark li qiegħed ikun servut ma joħolqux riskju ta' ritmu mgħaġġel.

4.1.2.8.3.   Riskji minħabba kuntatt mal-ġarrier li jkun miexi

Fejn ikun neċessarju sabiex jintlaħaq ir-rekwiżit imniżżel fit-tieni paragrafu ta' sezzjoni 4.1.2.7, iż-żona ta' l-ivvjaġġar għandha ssir inaċċessibbli matul tħaddim normali.

Meta, matul l-ispezzjoni jew il-manutenzjoni, hemm riskju li persuni li jkunu taħt jew fuq il-ġarrier jistgħu jitgħaffġu bejn il-ġarrier u l-partijiet fissi, għandu jkun provdut spazju liberu biżżejjed jew permezz ta' rifuġji fiżiċi jew permezz ta' mezzi mekkaniċi li jibblokkaw il-moviment tal-ġarrier.

4.1.2.8.4.   Riskji dovut mit-tagħbija li taqa' mill-ġarrier

Fejn hemm riskju dovut mit-tagħbija li taqa' mill-ġarrier, il-makkinarju għandu jkun ddisinnjat u mibni b'mod li jevita dan ir-riskju.

4.1.2.8.5.   Żbarki

Ir-riskji minħabba kuntatt tal-persuni fi żbarki bil-ġarrier li jkun miexi jew partijiet oħra li jiċċaqilqu għandhom ikunu evitati.

Fejn hemm riskju dovut għall-persuni li jaqgħu fiż-żona ta' l-ivvjaġġar meta l-ġarrier ma jkunx fl-iżbarki, għandhom jitwaħħlu lqugħ sabiex ikun evitat dan ir-riskju. Dawn il-mezz ta' lqugħ ma għandhomx jinfetħu fid-direzzjoni taż-żona ta' l-ivvjaġġar. Għandhom ikunu mgħammra b'mezz li jillokkjaw ma' xulxin kontrollati mill-pożizzjoni tal-ġarrier li tevita:

movimenti perikolużi tal-ġarrier sakemm il-mezz ta' lqugħ ikun magħluq u llokkjat;

ftuħ perikoluż tal-mezz ta' lqugħ sakemm il-ġarrier jkun waqaf fl-iżbarki korrispondenti.

4.1.3.   L-adegwatezza għall-fini ta' l-użu maħsub

Meta l-makkinarju jew l-aċċessorji ta' l-irfigħ jinħareġ fis-suq jew jiġi mħaddem għall-ewwel darba, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura, billi jieħu l-miżuri xierqa jew jordna li jittieħdu dawn, li l-makkinarju jew l-aċċessorji ta' rfigħ li jkunu lesti biex jintużaw – sewwa jekk imħaddma bl-idejn u sewwa jekk imħaddma bil-magni – ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom mingħajr perikolu.

It-testijiet statiċi u dinamiċi msemmija fis-sezzjoni 4.1.2.3 għandhom isiru fuq il-makkinarju ta' l-irfigħ lesti sabiex jitpoġġew fis-servizz.

Fejn il-makkinarju ma jistax jiġi mmuntat fuq il-fond tal-fabbrikant, jew fuq il-fond tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa fuq il-post fejn jintuża. Inkella, il-miżuri jistgħu jittieħdu jew fuq il-fond tal-fabbrikant jew fuq il-post fejn jintuża.

4.2.   REKWIŻITI GĦALL-MAKKINARJU BI KWALUNKWE SORS TA' ENERĠIJA OĦRA ĦLIEF L-ISFORZ MANWALI

4.2.1.   Kontroll tal-movimenti

Il-mezzi ta' kontroll tal-kmand miżmum għandhom jintużaw biex jikkontrollaw il-movimenti tal-makkinarju jew tal-mezz tiegħu. Madankollu, għal movimenti parzjali jew kompluti fejn ma hemmx riskju li t-tagħbija u l-makkinarju jaħbtu, dawn il-mezzi jistgħu jitbiddlu bil-mezzi ta' kontroll li jawtorizzaw waqfiet awtomatiċi f'pożizzjonijiet magħżula minn qabel mingħajr ma' l-operatur ma jżomm il-mezz ta' kontroll tal-kmand miżmum.

4.2.2.   Tagħbija ggwidata

Il-makkinarju b'tagħbija massima ta' xogħol ta' mhux inqas minn 1 000 kilogramm jew mument ta' qlib ta' mhux inqas minn 40 000 Nm għandu jiġi mgħammar b'mezz li jwissi lix-xufier u li jimpedixxi l-movimenti perikolużi tat-tagħbija f'okkażjonijiet fejn:

il-makkinarju jitgħabba żżejjed, jew bħala riżultat li jinqabeż it-tagħbija massima ta' xogħol jew il-mument ta' xogħol massimu minħabba eċċess tal-piż, jew

il-mument ta' qlib jinqabeż.

4.2.3.   Stallazzjoni ggwidata bil-ħbula

Il-ġarriera tal-ħbula, it-tratturi jew il-ġarriera tat-tratturi li jaħdmu b' kontro-piżijiet jew b'mezz li jippermettilhom kontroll permanenti fuq it-tensjoni.

4.3.   INFORMAZZJONI U IMMARKAR

4.3.1.   Ktajjen, ħbula u ċineg

Kull tul ta' katina, ħabel jew benniena biċ-ċineg ta' rfigħ li ma jagħmlux parti mill-muntaġġ għandhom iġorru marka jew, fejn dan ikun impossibbli, pjanċa jew ċirku li ma jistgħux jitneħħew, bl-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu u r-referenza ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat relevanti.

Iċ-ċertifikat imsemmi hawn fuq għandu jagħti ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(b)

id-deskrizzjoni tal-katina jew tal-ħabel li tinkludi:

id-daqs nominali tagħhom,

il-kostruzzjoni tiegħu,

il-materjal li jkunu magħmulin minnu, u

kull trattament speċjali metallurġiku applikat fuq il-materjal,

(ċ)

il-metodu ta' ttestjar użat;

(d)

it-tagħbija massima li l-katina jew il-ħabel għandhom jiġu soġġetti għaliha waqt ix-xogħol. Firxa ta' valuri tista' tingħata fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet intiża.

4.3.2.   Aċċessorji ta' l-irfigħ

L-aċċessorji kollha ta' rfigħ għandhom juru d-dettalji li ġejjin:

l-identifikazzjoni tal-materjal fejn din l-informazzjoni hija bżonnjuża għall-użu mhux perikoluż,

it-tagħbija massima tax-xogħol.

Fil-każ ta' l-aċċessorji li fuqu l-immarkar huwa fiżikament impossibbli, il-dettalji li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu murija fuq pjanċa jew b'xi mezz ieħor ugwali u mwaħħla fis-sod ma' l-aċċessorju.

Il-dettalji għandhom ikun jistgħu jinqraw u jkunu jinsabu f'post fejn ma jkunux jistgħu jisparixxu b'riżultat ta' l-użu jew jippreġudikaw is-saħħa ta' l-aċċessorju.

4.3.3.   Makkinarju ta' l-irfigħ

It-tagħbija massima tax-xogħol għandha tkun immarkata b'mod li jidher fuq il-makkinarju. Dan l-immarkar għandu jkun jista' jinqara, ma jitħassarx u f'forma mhux bil-kodiċi.

Fejn it-tagħbija tax-xogħol massima tiddependi fuq il-konfigurazzjoni tal-makkinarju, kull pożizzjoni tat-tħaddim għandu jkollha plakka tat-tagħbija li turi, preferibilment f'forma dijagramattika jew permezz ta' tabelli, it-tagħbija tax-xogħol permessa għal kull konfigurazzjoni.

Il-makkinarju intiż għall-irfigħ tal-merkanzija biss, mgħammar b'ġarrier li jippermetti aċċess għall-persuni, għandu jkollu twissija ċara u li ma titħassarx li tipprojbixxi l-irfigħ tal-persuni. Din it-twissija għandha tkun viżibli f'kull post fejn l-aċċess huwa possibbli.

4.4.   ISTRUZZJONIJIET

4.4.1.   Aċċessorji ta' l-irfigħ

Kull aċċessorju ta' rfigħ li ma jistax jitneħħa kummerċjalment minn lott ta' aċċessorji ta' rfigħ għandu jkollu miegħu manwal ta' l-istruzzjonijiet li jiddikjara għallinqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-użu intiż;

(b)

il-limiti ta' l-użu (b'mod partikolari għall-aċċessorji ta' l-irfigħ bħal ikkutunar magnetiċi jew vakwi li ma jistgħux jikkonformaw ma' 4.1.2.6(e));

(ċ)

l-istruzzjonijiet għall-imuntar, l-użu u l-manutenzjoni;

(d)

il-koeffiċjent tat-test statiku użat.

4.4.2.   Makkinarju ta' l-irfigħ

Il-makkinarju ta' l-irfigħ għandu jkollu miegħu l-istruzzjonijiet bl-informazzjoni dwar:

(a)

il-karatteristiċi tekniċi tal-makkinarju, u b'mod partikolari:

it-tagħbija tax-xogħol massima u, fejn jixraq, kopja tal-pjanċa tat-tagħbija jew ta' l-indiċi tat-tagħbija spjegat fit-tieni paragrafu tas-sezzjoni 4.3.3,

reazzjonijiet tar-reffieda jew ankri u, fejn jixraq, il-karatteristiċi tal–linji tal-mogħdija,

fejn ikun jixraq, id-definizzjoni u l-mezz ta' l-istallazzjoni tas-saborra;

(b)

il-kontenut tar-reġistru tax-xogħol, jekk dan ta' l-aħħar ma jiġix fornut mal-makkinarju;

(ċ)

parir dwar l-użu, b'mod partikolari biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta' dehra diretta tat-tagħbija mill-operatur;

(d)

fejn ikun jixraq, rapport tat-test bid-dettalji tat-testijiet statiċi u dinamiċi li jkunu saru minn u għall-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(e)

għall-makkinarju li mhux muntat fuq il-fond tal-fabbrikant fil-forma li fiha għandu jintuża, l-istruzzjonijiet neċessarji għat-twettiq tal-miżuri msemmija fis-sezzjoni 4.1.3 qabel ma jitqiegħed għall-ewwel darba għas-servizz.

5.   REKWIŻITI ESSENZJALI SUPPLIMENTARI GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ GĦALL-MAKKINARJU INTIŻ GĦAX-XOGĦOL TAĦT L-ART

Il-makkinarju intiż għax-xogħol taħt l-art għandu jissodisfa ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà spjegati f'dan il-kapitolu (ara Prinċipji Ġenerali, punt 4).

5.1.   RISKJI MINĦABBA N-NUQQAS TA' STABBILITÀ

Ir-reffieda bil-magna għas-soqfa għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jżommu direzzjoni mogħtija meta jiċċaqilqu u ma jiżolqux qabel ma jiġu taħt tagħbija jew matulha u wara li titneħħa t-tagħbija. Għandhom ikunu mgħammra b'ankoraġġi għall-pjanċi ta' fuq tar-reffieda idrawliċi individwali.

5.2.   MOVIMENT

Ir-reffieda bil-magna tas-soqfa għandhom jippermettu l-moviment bla xkiel ta' persuni.

5.3.   MEZZI TAL-KONTROLL

Il-kontrolli ta' l-aċċeleratur u tal-brejkijiet għaċ-ċaqlieq tal-makkinarju li jimxi fuq il-binarji għandhom jkunu manwali. Madankollu, mezzi li jagħtu kapaċità jistgħu jitħaddmu bis-sieq.

Il-mezz tal-kontroll tar-reffieda tas-soqfa bil-magna għandhom ikunu ddisinnjati u mqiegħda b'mod li, waqt xogħol ta' spostament, l-operaturi jkunu protetti b'reffieda f'posthom. Il-mezz tal-kontroll għandhom jkunu protetti kontra kull rilaxx aċċidentali.

5.4.   IL-WAQFIEN

Il-makkinarju li jaħdem waħdu u jimxi fuq il-binarji biex jintuża għal xogħol taħt l-art għandu jkun mgħammar b'kontroll li jaħdem fuq iċ-ċirkwit li jikkontrolla l-moviment tal-makkinarju hekk li l-moviment jieqaf jekk is-sewwieq ma jkollux aktar kontroll tal-moviment.

5.5.   NIRIEN

It-tieni inċiż tas-sezzjoni 3.5.2 huwa mandatorju rigward il-makkinarju li jkun fih partijiet li jieħdu n-nar fil-pront.

Is-sistema tal-brejkijiet tal-makkinarju maħsuba biex tintuża għal xogħol taħt l-art għandha tkun ididdisinnjata u mibnija b'mod li ma tipproduċix xrar jew tikkawża nirien.

Il-makkinarju biex jintuża fuq xogħol taħt l-art għandu jiġi mgħammar b'magni tal-kombustjoni interna li jużaw karburanti bi pressa ta' vaporizzazzjoni baxxa u li jeskludu kull xrara ta' oriġini elettrika.

5.6.   EMISSJONIJIET TA' L-EGŻOST

L-egżost li joħorġu mill-magni ta' kombustjoni interna ma għandhomx jintremew 'il fuq.

6.   IR-REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ GĦALL-MAKKINARJU LI JIPPREŻENTA RISKJI PARTIKOLARI MINĦABBA L-IRFIGĦ TA' PERSUNI

Il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba l-irfigħ ta' persuni għandu jissodisfa ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà spjegati f'dan il-kapitolu (ara Prinċipji Ġenerali, punt 4).

6.1.   ĠENERALI

6.1.1.   Saħħa mekkanika

Il-ġarrier, inkluz kull bokkaport għandu jkun ddisinnjat u mibni b'mod li joffri l-ispazju u s-saħħa li tikkorrispondi man-numru massimu tal-persuni li jitħallew fuq il-ġarrier u t-tagħbija massima tax-xogħol.

Il-koeffiċjenti tax-xogħol għall-komponenti stabbiliti fis-sezzjonijiet 4.1.2.4 u 4.1.2.5 mhumiex adegwati għall-makkinarju intiż għall-irfigħ tal-persuni u għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu irduppjat. Il-makkinarju intiż għall-irfigħ tal-persuni jew persuni u merkanzija għandu jkun mgħammar b'sistema ta' sospensjoni ta' rfid jew kollu użat għall-karru ddisinnjat u mibni b'mod li jiżgura livell adegwat tas-sigurtà u jevita r-riskju li l-ġarrier jaqa'.

Jekk jintużaw ħbula jew ktajjen biex jissospendu l-ġarrier, bħala regola ġenerali, ikunu jinħtieġu ta' l-inqas żewġ ħbula indipendenti jew ktajjen, kull wieħed bl-ankoraġġ tiegħu stess.

6.1.2.   Kontroll tat-tagħbija għall-makkinarju bi kwalunkwe sors ta' enerġija oħra ħlief is-saħħa umana

Ir-rekwiżiti fis-sezzjoni 4.2.2. japplikaw tkun xi tkun it-tagħbija massima tax-xogħol u l-moment tal-qlib, salv li l-fabbrikant jista' juri li ma jeżisti l-ebda riskju ta' tagħbija żejda u/jew qlib.

6.2.   MEZZI TA' KONTROLL

Fejn ir-rekwiżiti tas-sigurtà ma jimponux soluzzjonijiet oħra, il-karru għandu, bħala regola ġenerali, jkun ddisinnjat u mibni b'mod li l-persuni fil-karru jkollhom mezz li jikkontrollaw il-moviment 'il fuq u 'l isfel u, jekk xieraq, moviment ieħor tal-ġarrier.

Fit-tħaddim, dawk il-mezzi ta' kontrolli għandhom jiġu qabel kull mezz ieħor li jikkontrolla l-istess moviment, għajr il-mezz ta' waqfien ta' emerġenza.

Il-mezzi ta' kontroll għal dawn il-moviment għandhom ikunu tat-tip tal-kmand miżmum salv fejn il-ġarrier huwa kompletament magħluq.

6.3.   RISKJI TAL-PERSUNI FIL-ĠARRIER JEW FUQU

6.3.1.   Riskji minħabba l-movimenti tal-ġarrier

Il-makkinarju għall-irfigħ tal-persuni għandu jkun ddisinnjat, mibni u mgħammar b'tali mod li l-aċċelerazzjoni u diċelerazzjoni tal-ġarrier ma jnisslux perikolu għall-persuni.

6.3.2.   Ir-riskji li l-persuni jaqgħu mill-ġarrier

Il-ġarrier ma għandux jinklina hekk li joħloq riskju lill-okkupanti li jaqgħu, inkluż meta l-makkinarju jew il-ġarrier jkunu miexja.

Fejn il-karru huwa ddisinnjat bħala posti tax-xogħol, għandha ssir dispożizzjoni sabiex tiżgura stabbilità u tevita movimenti perikolużi.

Jekk il-miżuri msemmija fis-sezzjoni 1.5.15 mhumiex adegwati, il-karri għandhom ikunu mgħammra b'numru suffiċjenti ta' punti ta' ankoraġġ adattat għan-numru ta' persuni li jitħallew fuq il-ġarrier. Il-postijiet ta' l-ankoraġġ għandhom ikunu b'saħħithom biżejjed għall-użu ta' mezz protettiv personali kontra waqgħat mill-għoli.

Kull bokkaport fil-qiegħ jew fis-saqaf jew bibien tal-ġenb għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jevita li jinfetħu għall-għarrieda u għandhom jiftħu fid-direzzjoni li jwarrbu kull riskju ta' waqgħa, jekk jinfetħu għall-għarrieda.

6.3.3.   Riskji minħabba merkanzija li taqa' fuq il-ġarrier

Fejn hemm ir-riskju li merkanzija taqa' fuq il-ġarrier u toħloq perikoli lill-persuni, il-ġarrier għandu jkun mgħammar b'saqaf protettiv.

6.4.   MAKKINARJU LI JSERVI ŻBARKI FISSI

6.4.1.   Riskji tal-persuni fil-ġarrier jew fuqu

Il-ġarrier għandu jkun iddisinnjat u mibni b'mod li jevita riskji dovuti minn kuntatt bejn il-persuni u/jew l-merkanzija fi jew fuq il-ġarrier bi kwalunkwe elementi fissi jew li jiċċaqilqu. Fejn ikun neċessarju sabiex jissodisfa din il-ħtieġa, il-ġarrier nniffsu għandu jkun kompletament magħluq b'bibien imwaħħla u mezz li jsakkar li jevita moviment perikoluż tal-ġarrier għajr li l-bibien ikunu magħluqa. Il-bibien għandhom jibqgħu magħluqa jekk il-ġarrier jieqaf bejn żbarki fejn hemm riskju ta' waqgħa mill-ġarrier.

Il-makkinarju għandu jkun iddisinnjat, mibni u mgħammar b'mezzi b'mod li jkun jista' jiġi evitat moviment il-fuq u l-isfel mhux kontrollat tal-ġarrier. Dawn il-mezzi għandhom ikunu kapaċi jwaqqfu l-ġarrier bit-tagħbija massima tax-xogħol u f'veloċita massima li tista' tiġi prevista.

L-azzjoni tat-twaqqif ma għandhiex toħloq deċelerazzjoni perikoluża għall-okkupanti, ikunu xi jkunu l-kondizzjonijiet tat-tagħbija.

6.4.2.   Kontrolli fl-iżbarki

Il-kontrolli, minbarra dawk għall-użu f'emerġenza, f'iżbarki ma għandhomx jibdew moviment tal-ġarrier meta:

il-mezzi ta' kontroll fil-ġarrier jkunu qed jitħaddmu;

il-ġarrier mhuwiex f'iżbark.

6.4.3.   Aċċess għall-ġarrier

L-mezzi ta' lqugħ fi żbark u fuq il-ġarrier għandhom ikunu ddisinnjati u mibnija b'mod li jiżguraw traskorriment bla perikolu għal u mill-ġarrier, filwaqt li jittieħed kont tal-limitu li jista' jiġi previst tal-merkanzija u l-persuni li għandhom jintrefgħu.

6.5.   MARKI

Il-ġarrier għandu jkollu l-informazzjoni sabiex jiżgura sigurtà inkluż:

in-numru tal-persuni li jitħallew fuq il-ġarrier;

it-tagħbija massima tax-xogħol.


ANNESS II

Dikjarazzjonijiet

1.   KONTENUT

A.   ID-DIKJARAZZJONI KE TAL-KONFORMITÀ TAL-MAKKINARJU

Din id-dikjarazzjoni u t-traduzzjonijiet tagħha għandhom ikunu preparati taħt l-istess kondizzjonijiet ta' l-istruzzjonijiet (ara Anness I, sezzjoni 1.7.4.1(a) u (b)), u għandhom ikunu ttajpjati jew inkelli miktuba b'ittri kbar.

Din id-dikjarazzjoni tirrigwarda esklusivament lill-makkinarju fl-istat li fih jitqiegħed fis-suq, u teskludi l-komponenti li jiżdiedu u/jew tħaddim li jsir sussegwentament mill-utent finali.

Id-dikjarazzjoni KE tal-konformità għandu jkollha dawn id-dettalji li ġejjin:

1.

l-isem u l-indirizz sħiħ tal-fabbrikant u, fejn jixraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

2.

l-isem u l-indirizz tal-persuna awtorizzata li tagħmel il-fajl tekniku, li għandu jkun stabbilit fil-Komunità;

3.

id-deskrizzjoni u l-identifikazzjoni tal-makkinarju inkluż denominazzjoni ġenerika, funzjoni, mudell, tip, numru tas-serje, u l-isem kummerċjali;

4.

sentenza li tiddikjara espressament li l-makkinarju jaderixxi mad-dispożizzjonijiet relevanti kollha ta' din id-Direttiva u fejn jixraq, sentenza simili li tiddikkjara l-konformità ma' Direttivi Komunitarji oħra u/jew mad-dispożizzjonijiet relevanti li magħhom jikkonforma l-makkinarju. Dawn ir-riferenzi għandhom ikunu dawk għat-testi tad-Direttivi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.

fejn jixraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat li jwettaq l-eżami tat-tip KE msemmija fl-Anness IX u n-numru taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE;

6.

fejn jixraq, l-isem, l-indirizz u n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat li approva s-sistema sħiħa ta' assikurazzjoni tal-kwalità previsti mill-Anness X;

7.

fejn jixraq, referenza għall-istandards armonizzati użati, previsti mill-Artikolu 7(2);

8.

fejn ikun jixraq, ir-riferenzi għal standards tekniċi u speċifikazzjonijiet oħra użati;

9.

il-post u d-data tad-dikjarazzjoni;

10.

l-identità u l-firma tal-persuna li għandha s-setgħa li tipprepara d-dikjarazzjoni għan-nom tal-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

B.   DIKJARAZZJONI GĦALL-INKORPORAZZJONI TAL-MAKKINARJU PARZJALMENT KOMPLUT

Din id-dikjarazzjoni u t-traduzzjonijiet tagħha għandhom ikunu preparati taħt l-istess kondizzjonijiet ta' l-istruzzjonijiet (ara Anness 1, sezzjoni 1.7.4.1 (a) u (b)), u għandhom ikunu ttajpjati jew inkelli miktuba b'ittri kbar.

Id-dikjarazzjoni ta' l-inkorporazzjoni għandu jkollha dawn id-dettalji li ġejjin:

1.

l-isem u l-indirizz sħiħ tal-fabbrikant tal-makkinarju parzjalment komplut u, fejn jixraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

2.

l-isem u l-indirizz tal-persuna awtorizzata li tiġbor id-dokumentazzjoni teknika relevanti, li għandha tkun stabbilita fil-Komunità;

3.

deskrizzjoni u identifikazzjoni tal-makkinarju parzjalment komplut li tinkludi d-denominazzjoni ġenerika, il-funzjoni, il-mudell, it-tip, in-numru tas-serje, u l-isem kummerċjali;

4.

sentenza li tiddikjara liema rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva huma applikati u sodisfatti u li d-dokumentazzjoni teknika relevanti hija miġbura skond il-parti B ta' l-Anness VII, u, fejn jixraq, sentenza li tiddikjara l-konformità tal-makkinarju parzjalment komplut mad-Direttivi Komunitarji l-oħra relevanti. Dawn ir-riferenzi għandhom ikunu dawk tat-testi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.

garanzija li tittrasmetti, b'risposta għal talba raġunata mill-awtoritajiet nazzjonali, informazzjoni relevanti dwar il-makkinarju parzjalment komplut. Din għandha tinkludi l-metodu tat-trasmissjoni u għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-fabbrikant tal-makkinarju parzjalment komplut;

6.

prospett li l-makkinarju parzjalment komplut ma għandux jitqiegħed fis-servizz sakemm il-makkinarju finali li fih ġie inkorporat ġie dikjarat konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, fejn jixraq;

7.

il-post u d-data tad-dikjarazzjoni;

8.

l-identità u l-firma tal-persuna li għandha s-setgħa li tipprepara d-dikjarazzjoni għan-nom tal-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.   KUSTODJA

Il-fabbrikant tal-makkinarju jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm d-dikjarazzjoni KE ta' konformità oriġinali għall-perjodu ta' għaxar snin mill-aħħar data tal-fabbrikazzjoni tal-makkinarju.

Il-fabbrikant tal-makkinarju parzjalment komplut jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm d-dikjarazzjoni oriġinali ta' l-inkorporazzjoni għall-perjodu ta' mill-inqas għaxar snin mill-aħħar data tal-fabbrikazzjoni tal-makkinarju parzjalment komplut.


ANNESS III

Marka CE

Il-marka CE tal-konformità għandha tikkonsisti fl-inizjali “CE” li tieħu l-għamla li ġejja:

Image

Jekk il-marka “CE” tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta' hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-komponenti varji tal-marka “CE” għandhom jkollhom b'mod sostanzjali l-istess dimensjoni vertikali, li ma tistax tkun inqas minn 5 mm. Din id-dimensjoni minima tista' tiġi mwarrba fuq makkinarju ta' skala żgħira.

Il-marka CE għandha tkun imwaħħla fil-viċinanza immedjata ta' l-isem tal-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, billi tintuża l-istess teknika.

Fejn il-proċedura ta' l-assikurazzjoni tal-kwalità sħiħa msemmija fl-Artikolu 12(3)(ċ) u 12(4)(b) tkun ġiet applikata, il-marka CE għandu jkollu warajha n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat.


ANNESS IV

Kategoriji tal-makkinarju li għalihom għandha tkun applikata waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikoli 12 (3) u (4)

1.

Srieraq ċirkolari (b'xafra waħda jew b'ħafna) għax-xogħol ta' l-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili jew għat-tħaddim mal-laħam u materjal b'karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tip li ġejjin:

1.1.

Makkinarju tas-serrar bi xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom sodda fissa jew appoġġ bit-tmigħ manwali tal-biċċa li għandha tinħadem jew bi tmigħ ta' l-enerġija, li jista' jiġi żmuntat;

1.2.

Makkinarju tas-serrar bi xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom bank tas-serrar jew karozza li jirreċiproka, operat b'mod manwali;

1.3.

Magni tas-serrar bi xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom mezz għat-tmigħ mekkaniku mibni fihom tal-biċċa li għandha tinħadem, b'tagħbija u/jew ħatt bl-idejn;

1.4.

Magni tas-serrar bi xfafar li jistgħu jinqalgħu matul il-qtugħ, li jkollhom moviment mekkaniku tax-xafra, b'tagħbija u/jew ħatt bl-idejn.

2.

Magni taċ-ċanar li jaħdmu l-injam mitmugħ bl-idejn għax-xogħol ta' l-injam.

3.

Ħaxxiena għal dressing fuq naħa waħda li jkollhom mezz tat-tmigħ mekkaniku mibni ġewwa fihom, u/jew jinħatt bl-idejn għall-ħdim ta' l-injam.

4.

Band-saws li jitgħabbew jew jinħattu bl-idejn, fix-xogħol ta' l-injam u materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili jew għat-tħaddim mal-laħam b'karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tipi li ġejjin:

4.1.

Magni tas-serrar b'xafra jew xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom sodda fissa jew ta' moviment li tirreċiproka jew irfid għall-biċċa tax-xogħol;

4.2.

Makkinarju tas-serrar b'xafra jew xfafar muntati fuq il-karozza b'ċaqlieq li jirreċiproka.

5.

Makkinarju kombinat tat-tipi prevista mill-punti 1 sa 4 u fil-punt 7 għax-xogħol bl-injam u materjal b'karatteristiċi fiżiċi simili.

6.

Makkinarju tal-minċotti mitmugħa bl-idejn b'numru ta' postijiet fejn tinżamm il-għodda għax-xogħol ta' l-injam.

7.

Il-makkinarju li jagħmel il-forom bil-magħżel vertikali li jiġu mitmugħa bl-idejn għax-xogħol ta' l-injam u materjal b'karatteristiċi fiżiċi simili.

8.

Lupi li jinġarru għax-xogħol ta' l-injam.

9.

Preses, inklużi brejkijiet bil-pressa, għax-xogħol mingħajr sħana tal-metalli, fejn ix-xogħol jitgħabba u/jew jinħatt bl-idejn, li l-partijiet tax-xogħol mobbli tagħhom jista' jkollhom medda li taqbeż is-6 mm u veloċità li taqbeż it-30 mm/s.

10.

Makkinarju li jagħti l-forma lill-plastik bl-injezzjoni jew bil-kompressjoni fejn ix-xogħol jitgħabba jew jinħatt bl-idejn.

11.

Makkinarju li jagħti l-forma lil-lastiku bl-injezzjoni jew bil-kompressjoni fejn ix-xogħol jitgħabba jew jinħatt bl-idejn.

12.

Makkinarju li jaħdem taħt l-art tat-tipi li ġejjin:

12.1.

lokomottivi u vannijiet-brejk;

12.2.

Reffieda tas-soqfa mħaddmin bil-fluwidu (idrawliku).

13.

Trakkijiet mogħbija b'mod manwali għall-ġbir ta' l-iskart domestiku li jinkorporaw mekkaniżmu bil-kompressjoni.

14.

Mezzi li jistgħu jinqalgħu għat-trasmissjoni mekkanika inkluż il-mezzi ta' lqugħ.

15.

Mezzi ta' lqugħ għal mezzi li jistgħu jinqalgħu għat-trasmissjoni mekkanika.

16.

Lifts biex jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fuq il-vetturi.

17.

Mezz għall-irfigħ tal-persuni jew ta' persuni u merkanzija li jinvolvu r-riskju ta' uqigħ minn għoli vertikali ta' iktar minn tliet metri.

18.

Tagħmir li jaħdem permezz ta' skrataċ li jinġarr u makkinarju ieħor ta' impatt.

19.

Mezzi protettivi ddisinnjati biex jindikaw il-presenza ta' persuni.

20.

Mezzi ta' lqugħ li jistgħu jiċċaqilqu, li jillokkjaw ma' xulxin u li jitħaddmu bid-dawl, li għandhom jintużaw bħala salvagwardja fil-makkinarju previst mill-punti 9, 10 u 11.

21.

Unitajiet tal-loġika li jiżguraw il-funzjonijiet tas-sigurtà.

22.

Strutturi protettivi għal kontra l-qlib (ROPS).

23.

Strutturi ta' protezzjoni li jimpedixxu l-merkanzija milli taqa' (FOPS).


ANNESS V

Lista indikattiva ta' komponenti tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 2 (ċ)

1.

Mezzi ta' lqugħ għal mezzi ta' trasmissjoni mekkanika li jistgħu jinqalgħu.

2.

Mezzi protettivi ddisinnjati biex tindika l-presenza ta' persuni.

3.

Mezzi ta' lqugħ li jistgħu jiċċaqilqu, li jillokkjaw ma' xulxin u li jitħaddmu bid-dawl, li għandhom jintużaw bħala salvagwardja fil-makkinarju previst mill-punti 9, 10 u 11 ta' Anness IV.

4.

Unitajiet tal-loġika biex jiżguraw il-funzjonijiet tas-sigurtà.

5.

Il-valves b'mezzi żejda sabiex isib nuqqas intiż għall-kontroll ta' moviment perikoluż fuq il-makkinarju.

6.

Is-sistemi ta' estrazzjoni għall-emissjonijiet tal-makkinarju.

7.

Il-mezz ta' lqugħ jew il-mezzi ta' protezzjoni mfassla biex jipproteġu persuni esposti minn partijiet li jiċċaqilqu involuti fil-proċess tal-makkinarju.

8.

Mezzi ta' monitoraġġ għat-tagħbija u l-kontroll taċ-ċaqlieq f'makkinarju ta' l-irfigħ.

9.

Sistemi ta' rbit sabiex iżomm il-persuni fuq is-sedili tagħhom.

10.

Il-mezzi ta' waqfien f'emerġenza.

11.

Sistemi ta' ħruġ sabiex ikun evitat l-kostruzzjoni ta' charges elettrostatiċi potenzjalment perikolużi.

12.

Mezzi li jillimitaw l-enerġija u mezzi ta' soljev prevista mis-sezzjonjiet 1.5.7, 3.4.7 u 4.1.2.6 ta' l-Anness I.

13.

Is-sistemi u l-mezzi sabiex jitnaqqsu l-emissjoni tal-ħoss u tal-vibrazzjonijiet.

14.

Struttura protettiva għal kontra l-qlib (ROPS).

15.

Strutturi ta' protezzjoni li jimpedixxu l-merkanzija milli taqa' (FOPS).

16.

Il-mezzi ta' kontroll b' żewġ idejn.

17.

Il-komponenti għall-makkinarju ddisinnjat għall-irfigħ u/jew sabiex ibaxxi persuni bejn żbarki differenti u mdaħħla fil-lista li ġejja:

(a)

mezzi għat-tiskir ta' bibien ta' l-iżbark;

(b)

mezzi biex jevitaw li l-unita li ġġorr it-tagħbija milli taqa' jew moviment 'il fuq mhux kontrollat;

(ċ)

mezzi tal-limitazzjoni ta' veloċità eċċessiva;

(d)

shock absorbers għal akkumulazzjoni ta' l-enerġija,

mhux lineari, jew

bit-tnaqqis taċ-ċaqlieq tar-ritorn;

(e)

shock absorbers għad-dissipazzjoni ta' l-enerġija,

(f)

mezzi tas-sigurtà mwaħħla ma' jacks ta' ċirkwiti ta' l-enerġija idrawlika fejn dawn jintużaw bħala mezzi sabiex jevitaw waqgħat;

(g)

mezzi tas-sigurtà elettrika fil-forma ta' swiċċijiet tas-sigurtà li jkun fihom komponenti elettroniċi.


ANNESS VI

Istruzzjonijiet ta' l-immuntar għall-makkinarju parzjalment komplut

L-istruzzjonijiet tal-muntatura għall-makkinarju parzjalment komplut għandhom ikollhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu bl-iskop ta' l-inkorporazzjoni korretta fil-makkinarju finali, sabiex ma jikkompromettux is-saħħa u s-sigurtà.

Għandhom ikunu miktuba f'lingwa uffiċjali tal-Komunità aċċettabbli għall-fabbrikant tal-makkinarju fejn il-makkinarju parzjalment komplut għandu jkun muntat, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


ANNESS VII

A.   Fajl tekniku għall-makkinarju

Din il-Parti tiddeskrivi l-proċedura sabiex jinġabar il-fajl tekniku. Il-fajl tekniku għandu juri li l-makkinarju jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva. Għandu jkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u t-tħaddim tal-makkinarju sal-punt neċessarju għal din l-istima. Il-fajl tekniku għandu jkun miġbur f'waħda jew f'diversi lingwi uffiċjali tal-Komunità, salv għall-istruzzjonijiet għall-makkinarju, li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċjali ta' l-Anness I, is-sezzjoni 1.7.4.1.

1.

Il-fajl tekniku għandu jkun fih dawn li ġejjin:

(a)

fajl ta' kostruzzjoni li jinkludi:

deskrizzjoni ġenerali tal-makkinarju;

it-tpinġija ġenerali tal-makkinarju u t-tpinġijiet taċ-ċirkwiti ta' kontroll, kif ukoll id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet pertinenti neċessarji għall-ftehim tat-tħaddim tal-makkinarju;

it-tpinġijiet dettaljati bis-sħiħ, akkompanjati minn kwalunkwe noti ta' kalkolu, ir-riżultati tat-test, iċ-ċertifikati eċċ, meħtieġa sabiex tkun kontrollata l-konformità tal-makkinarju mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà;

id-dokumentazzjoni dwar l-istima tar-riskju li turi l-proċedura segwita, inkluż:

(i)

lista tar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà li japplikaw għal dan il-makkinarju,

(ii)

id-deskrizzjoni tal-miżuri protettivi implimentati sabiex ikunu eliminati r-riskji identifikati jew sabiex inaqqsu r-riskji u, fejn jixraq, l-indikazzjoni tar-riskji li jibqgħu assoċjati mal-makkinarju;

l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi użati, bl-indikazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà koperti minn dawn l-istandards;

kwalunkwe rapport tekniku li jagħti r-riżultati tat-testijiet li jkunu saru jew mill-fabbrikant jew mill-korp magħżul mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

kopja ta' l-istruzzjonijiet tal-makkinarju;

meta jkun jixraq, id-dikjarazzjoni ta' l-inkorporazzjoni għall-makkinarju parzjalment komplut inkluż u l-istruzzjonijiet ta' l-immuntar relevanti għal dan il-makkinarju;

meta jkun jixraq, kopji tad-dikjarazzjoni KE ta' konformità għall-makkinarju jew prodotti oħra inkorporati fil-makkinarju;

kopja tad-dikjarazzjoni KE tal-konformità;

(b)

Fil-każ ta' fabbrikar f'serje, il-miżuri interni li għandhom ikunu implimentati sabiex ikun żgurat li l-makkinarju jibqa' konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Il-fabbrikant għandu jwettaq ir-riċerka u t-testijiet neċessarji fuq il-komponenti, tagħmir jew il-makkinarju komplut sabiex jiddetermina jekk permezz tad-disinn jew il-kostruzzjoni tiegħu jistax jiġi muntat u jitqiegħed fis-servizz mingħajr perikolu. Ir-rapporti u r-riżultati relevanti għandhom jiddaħħlu fil-fajl tekniku.

2.

Il-fajl tekniku previst mill-punt 1 għandu jkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membru ta' l-inqas għal 10 snin wara d-data tal-iffabbrikar tal-makkinarju jew, fil-każ ta' l-iffabbrikar ta' serje, ta' l-aħħar unità fabbrikata.

Dan il-fajl tekniku ma għandux il-bżonn li jkun jinsab fit-territorju tal-Komunità, lanqas ma jkun disponibbli b'mod permanenti f'forma materjali. Madankollu, għandu jkun kapaċi li jkun immuntat u jsir disponibbli f'perjodu ta' żmien li jaqbel mal-kumplessità tiegħu mill-persuna nominata fid-dikjarazzjoni KE ta' konformità.

Il-fajl tekniku ma għandux għalfejn jinkludi l-pjanijiet dettaljati jew kwalunkwe informazzjoni speċifika fir-rigward tas-sottomuntaturi użati għall-fabbrikazzjoni tal-makkinarju, salv jekk l-għarfien ta' dawn huwa essenzjali għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà.

3.

In-nuqqas li jkun preżentat il-fajl tekniku bħala tweġiba għal talba debitament raġunata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jista' jikkostitwixxi raġunijiet sabiex tkun ikkontestata l-konformità ta' dan il-makkinarju mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà.

B.   Dokumentazzjoni teknika relevanti għall-makkinarju parzjalment komplut

Din il-Parti tiddeskrivi l-proċedura sabiex tinġabar id-dokumentazzjoni teknika relevanti. Id-dokumentazzjoni għandha turi liema rekwiżiti ta' din id-Direttiva li huma applikati u sodisfatti. Għandha tkopri d-disinn, il-fabbrikazzjoni u t-tħaddim tal-makkinarju parzjalment komplut sal-punt neċessarju għal din l-istima dwar il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikati tas-saħħa u tas-sigurtà. Id-dokumentazzjoni għandha tkun miġbura f'waħda jew f'diversi lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Għandu jkun fiha dawn li ġejjin:

(a)

fajl ta' kostruzzjoni li jinkludi:

it-tpinġija ġenerali tal-makkinarju parzjalment komplut u t-tpinġijiet taċ-ċirkwiti tal-kontroll;

it-tpinġijiet dettaljati bis-sħiħ, akkompanjati minn kwalunkwe noti ta' kalkolu, ir-riżultati tat-test, iċ-ċertifikati eċċ, meħtieġa sabiex tkun kontrollata l-konformità tal-makkinarju parzjalment komplut mar-rekwiżiti essenzjali applikati tas-saħħa u tas-sigurtà;

id-dokumentazzjoni dwar l-istima tar-riskju li turi l-proċedura segwita, inkluż:

(i)

lista tar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà applikati u sodisfatti;

(ii)

id-deskrizzjoni tal-miżuri protettivi implimentati sabiex ikunu eliminati r-riskji identifikati jew sabiex inaqqsu r-riskji u, fejn jixraq, l-indikazzjoni tar-riskji li jibqgħu;

(iii)

l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ntużaw, bl-indikazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà koperti minn dawn l-istandards;

(iv)

kwalunkwe rapport tekniku li jagħti r-riżultati tat-testijiet li jkunu saru jew mill-fabbrikant jew mill-għaqda magħżula mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

(v)

kopja ta' l-istruzzjonijiet għall-makkinarju parzjalment komplut;

(b)

għall-fabbrikant tas-serje, il-miżuri interni li għandhom ikunu implimentati sabiex ikun żgurat li l-makkinarju parzjalment komplut jibqa' konformi mar-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà applikati.

Il-fabbrikant għandu jwettaq ir-riċerka u t-testijiet neċessarji fuq il-komponenti, tagħmir jew il-makkinarju parzjalment komplut sabiex jiddetermina jekk permezz tad-disinn jew il-kostruzzjoni tiegħu jistax jiġi mmuntat u użat mingħajr perikolu. Ir-rapporti u r-riżultati relevanti għandhom jiddaħħlu fil-fajl tekniku.

Id-dokumentazzjoni teknika relevanti għandha tkun disponibbli ta' l-inqas għal 10 snin wara d-data tal-fabbrikar tal-makkinarju parzjalment komplut jew, fil-każ ta' l-iffabbrikar ta' serje, ta' l-aħħar unità fabbrikata, u fuq talba preżentata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Ma għandux għalfejn ikun jinsab fit-territorju tal-Komunità, lanqas ma għandu jkun disponibbli b'mod permanenti f'forma materjali. Għandu jkun jista' jiġi mmuntat u preżentat lill-awtorità relevanti mill-persuna nominata fid-dikjarazzjoni għall-inkorporazzjoni.

In-nuqqas li tkun preżentata d-dokumentazzjoni teknika relevanti bħala tweġiba għal talba debitament raġunata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jista' jikkostitwixxi raġunijiet sabiex tkun ikontestata l-konformità ta' dan il-makkinarju parzjalment komplut mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà applikati u ċertifikati.


ANNESS VIII

Stima tal-konformità permezz ta' kontrolli interni fuq il-fabbrikazzjoni tal-makkinarju

1.

Dan l-Anness jispjega l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, li jġorr l-obbligi mniżżla fil-punt 2 u 3, jiżgura u jiddikjara li l-makkinarju konċernat jissodisfa r-rekwiżiti relevanti ta' din id-Direttiva.

2.

Għal kull tip rappreżentattiv ta' dawn is-serje, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iħejju l-fajl tekniku previst mill-Anness VII, Parti A.

3.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex il-proċess ta'fabbrikar jiżgura konformità tal-makkinarju fabbrikat mal-fajl tekniku previst mill-Anness VII, Parti A u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.


ANNESS IX

L-eżami tat-tip KE

L-eżami tat-tip KE hija l-proċedura li biha l-korp notifikat jaċċerta u jiċċertifika li l-mudell rappreżentattiv tal-makkinarju previst mill-Anness IV (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “tip”) jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

1.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, għal kull tip, jagħmel il-fajl tekniku previst mill-Anness VII, parti A.

2.

Għal kull tip, l-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE għandha tintbagħat mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lill-korp notifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandu jkun fiha:

l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, fejn jixraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

id-dikjarazzjoni bil-miktub li l-applikazzjoni ma ngħatatx lill-korp notifikat ieħor;

il-fajl tekniku.

Minbarra dan, l-applikant għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat kampjun tat-tip. Il-korp notifikat jista' jsaqsi għal aktar kampjuni jekk il-programm tat-test jitlob dan.

3.

Il-korp notifikat għandu:

3.1.

jeżamina l-fajl tekniku, jara li t-tip ġie fabbrikat skond dan u jistabbilixxi liema elementi ġew ddisinnjati skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-istandards msemmija fl-Artikolu 7(2), u dawk l-elementi li għandhom disinn mhux ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dawk l-istandards;

3.2.

iwettaq jew jara li jitwettqu l-ispezzjonijiet xierqa, il-miżuri u t-testijiet sabiex jiżgura jekk is-soluzzjonijiet adottati jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà ta' din id-Direttiva, fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 7(2) ma ġewx applikati;

3.3.

fejn ikunu ntużaw l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 7(2), iwettaq jew iġiegħel li jitwettqu spezzjonijiet xierqa, il-miżuri u t-testijiet sabiex tivverifika jekk dawk l-istandards ġewx fil-fatt applikati;

3.4.

jaqbel ma' l-applikant dwar il-post fejn għandhom isiru l-kontrolli tat-tip fabbrikat skond il-fajl tekniku eżaminat u l-ispezzjonijiet neċessarji, il-miżuri u t-testijiet.

4.

Jekk it-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u r-rappreżentant awtorizzat tiegħu, id-data neċessarja sabiex ikun identifikat it-tip approvat, il-konklużjonijiet ta' l-eżaminazzjoni u l-kondizzjonijiet li għalihom il-ħruġ tiegħu jista' jkun suġġett.

Il-fabbrikant jew il-korp notifikat għandhom iżommu l-kopja ta' dan iċ-ċertifikat, il-fajl tekniku u d-dokumenti relevanti kollha għall-perjodu ta' 15-il sena mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

5.

Jekk it-tip ma jissodisfax d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu jiċħad li joħroġ ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE lill-applikant, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal din iċ-ċaħda. Għandu jinforma lill-applikant, il-korpi notifikati l-oħra u lill-Istat Membru li notifikah. Għandha tkun disponibbli l-proċedura ta' l-appell.

6.

L-applikant għandu jinforma lill-korp notifikat li jżomm il-fajl tekniku li jirrigwarda ċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE dwar il-modifiki kollha għat-tip approvat. Il-korp notifikat għandu jeżamina dawn il-modifiki u għandu imbagħad jew jikkonferma l-validità taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE jew joħroġ wieħed ġdid jekk il-modifiki x'aktarx jikkompromettu l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà jew il-kondizzjoniiet tax-xogħol intiżi tat-tip.

7.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħra jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip KE. Fuq talba raġunata, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tal-fajl tekniku u r-riżultati ta' l-eżamijiet li jkunu saru mill-korp notifikat.

8.

Il-fajls u l-korrispondenza li tirreferi għall-proċeduri ta' l-eżami tat-tip KE għandhom ikunu bil-miktub fil-lingwa(i) uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-korp notifikat ikun stabbilit jew fi kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità li hija aċċettabbli għall-korp notifikat.

9.

Il-validità taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE

9.1.

Il-korp notifikat għandu responsabbiltà biex jiżgura li ċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE jibqa' validu. Għandu jinforma lill-fabbrikant bi kwalunkwe tibdiliet maġġuri li jista' jkollhom implikazzjoni fuq il-validità taċ-ċertifikat. Il-korp notifikat għandu jirtira ċ-ċertifikati li ma għadhomx validi.

9.2.

Il-fabbrikant tal-makkinarju in kwistjoni għandu r-responsabbiltà kontinwa li jiżgura li dan il-makkinarju jilħaq l-aħħar teknoloġija korrispondenti.

9.3.

Kull ħames snin, il-fabbrikant għandu jitlob mingħand il-korp notifikat ir-reviżjoni tal-validità taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE.

Jekk il-korp notifikat isib li ċ-ċertifikat jibqa' validu, filwaqt li jagħti każ l-aħħar teknoloġija, hu għandu jġedded iċ-ċertifikat għal ħames snin oħra.

Il-fabbrikant u l-korp notifikat għandhom iżommu l-kopja ta' dan iċ-ċertifikat, tal-fajl tekniku u d-dokumenti relevanti kollha għall-perjodu ta' 15-il sena mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

9.4.

F'każ li l-validità taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip KE ma tiġġeddidx, il-fabbrikant għandu jieqaf milli jqiegħed il-makkinarju in kwistjoni fis-suq.


ANNESS X

Assikurazzjoni tal-kwalità sħiħa

Dan l-Anness jispjega l-istima tal-konformità tal-makkinarju previst mill-Anness IV, iffabbrikat billi tintuża sistema ta' assikurazzjoni tal-kwalità sħiħa, u jagħti deskrizzjoni tal-proċedura li biha l-korp notifikat jagħmel stima u japprova s-sistema ta' kwalità u jagħmel monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tagħha.

1.

Il-fabbrikant għandu jopera sistema ta' kwalità approvata għad-disinn, il-fabbrikazzjoni, l-ispezzjoni finali u t-testijiet, kif speċifikati fil-punt 2, u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza prevista mill-punt 3.

2.

Is-sistema ta' kwalità

2.1.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jagħti l-applikazzjoni għall-istima tas-sistema tal-kwalità tiegħu lill-korp notifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandu jkollha:

l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, fejn jixraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

il-postijiet tad-disinn, il-fabbrikazzjoni, l-ispezzjoni, l-ittestjar u l-ħażna tal-makkinarju;

il-fajl tekniku imfisser fl-Anness VII, il-parti A, għall-mudell wieħed ta' kull kategorija tal-makkinarju previst mill-Anness IV, li huwa għandu l-intenzjoni li jiffabbrika;

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità;

id-dikjarazzjoni bil-miktub li l-applikazzjoni ma ngħatatx lil korp notifikat ieħor.

2.2.

Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-makkinarju mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati f'mod sistematiku u ordnat, fil-forma ta' miżuri, tal-proċeduri u ta' l-istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni dwar is-sistema tal-kwalità għandha tippermetti l-interpretazzjoni uniformi tal-miżuri tal-proċedura u tal-kwalità, bħall-programmi tal-kwalità, il-pjanijiet, il-manwali u r-reġistri.

Għandu jkollha, b'mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta':

l-għanijiet ta' kwalità, l-istruttura ta' l-organizzazzjoni, u r-responsabbiltajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni fir-rigward tad-disinn u tal-kwalità tal-makkinarju;

l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn tekniku, inkluż l-istandards li għandhom ikunu applikati, u fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 7(2) ma jkunux applikati bis-sħiħ, il-mezzi li għandhom jintużaw sabiex jiżguraw li dawn jaderixxu mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sigurtà ta' din id-Direttiva;

il-metodi ta' teknika ta' l-ispezzjoni tad-disinn u tal-verifika tad-disinn, il-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw meta jkun iddisinnjat il-makkinarju kopert minn din id-Direttiva;

l-iffabbrikar li jikkorrispondi, il-metodi ta' tekniki ta' l-assigurazzjoni tal-kontroll u tal-kwalità u l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw;

l-ispezzjonijiet u t-testijiet li għandhom isiru qabel, matul u wara l-fabbrikazzjoni, u l-frekwenza li biha dawn għandhom jibdew isiru;

ir-reġistri tal-kwalità, bħar-rapporti ta' spezzjonijiet u data tat-test, data tal-kalibrar, u r-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat;

il-mezzi tal-monitoraġġ tal-kisba tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-makkinarju, kif ukoll l-operazzjoni effettiva tas-sistema tal-kwalità.

2.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità sabiex jiddeċiedi jekk din tissodisfax ir-rekwiżiti tal-punt 2.2.

L-elementi tas-sistema ta' kwalità li jikkonformaw ma' l-istandard armonizzat relevanti għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti prevista mill-punt 2.2.

It-tim ta' l-awdituri għandu jkollhom ta' l-inqas membru wieħed li għandu l-esperjenza fl-istima tat-teknoloġija tal-makkinarju. Il-proċedura ta' l-istima għandha tinkludi l-ispezzjoni li għandha issir fuq il-post tal-fabbrikant. Waqt l-istima t-tim ta' awdituri għandu jirrevedi l-fajls tekniċi imsemmija f' punt 2.1, it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż biex jiżguraw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti relevanti tas-saħħa u tas-sigurtà.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jkun notifikat b'din id-deċiżjoni. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni ta' l-istima raġunata. Għandha tkun disponibbli l-proċedura ta' l-appell.

2.4.

Il-fabbrikant għandu jagħti l-garanzija li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif approvata u li jiżgura li din tibqa' xierqa u effettiva.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jinforma lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità bi kwalunkwe tibdil ippjanat fiha.

Il-korp notifikat għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' assikurazzjoni ta' kwalità modifikata hijiex ser tibqa tissodisfa r-rekwiżiti prevista mill-punt 2.2, jew jekk hemmx bżonn ta' stima mill-ġdid.

Hu għandu jinnotifika lill-fabbrikant bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni ta' l-istima raġunata.

3.

Is-sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

3.1.

L-iskop tas-sorveljanza huwa li jkun żgurat li l-fabbrikant iwettaq kif jixraq l-obbligi tiegħu li ġejjin mis-sistema ta' kwalità approvata.

3.2.

Il-fabbrikant għandu, għall-iskopijiet ta' l-ispezzjoni, jagħti lill-korp notifikat aċċess għall-postijiet tad-disinn, tal-fabbrikazzjoni, ta' l-ispezzjoni, ta' l-ittestjar u tal-ħażna, u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha neċessarja, bħal:

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' kwalità;

ir-reġistri tal-kwalità msemmija f'dik il-parti tas-sistema ta' kwalità dwar id-disinn, bħar-riżultati ta' l-analiżi, il-kalkolazzjonijiet, testijiet, eċċ;

ir-reġistri tal-kwalità msemmija f'dik il-parti tas-sistema ta' kwalità dwar il-fabbrikazzjoni, bħar-rapporti ta' spezzjonijiet u data tat-test, data tal-kalibrar, rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat, eċċ.

3.3.

Il-korp notifikat għandu jagħmel verifiki perjodiċi sabiex jiżgura li l-fabbrikant qiegħed iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità; għandu jagħti lill-fabbrikant rapport tal-verifika. Il-frekwenza tal-verifiki perjodiċi għandha tkun tali li stima sħiħa mill-ġdid issir kull tliet snin.

3.4.

Minbarra dan, il-korp notifikat jista' jżur lill-fabbrikant mingħajr avviż minn qabel. Il-bżonn ta' dawn iż-żjarat addizzjonali u l-frekwenza tagħhom għandhom ikunu deċiżi fuq il-bażi tas-sistema ta' monitoroġġ taż-żjarat mmexxija mill-korp notifikat. B'mod partikolari, għandu jittieħed kont tal-fatturi li ġejjin fis-sistema tal-monitoraġġ taż-żjarat:

ir-riżultati taż-żjarat tas-sorveljanza ta' qabel;

il-bżonn ta' miżuri ta' rimedju tal-monitoraġġ;

fejn ikun jixraq, kondizzjonijiet speċjali li jkunu ma' l-approvazzjoni tas-sistema;

modifiki sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-proċess tal-fabbrikazzjoni, il-miżuri jew it-tekniki.

Fl-okkazzjoni ta' dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista', jekk ikun hemm il-bżonn, jagħmel testijiet jew iġiegħel li jsiru testijiet sabiex jikkontrolla l-funzjoni kif suppost tas-sistema tal-kwalità. Dan għandu jagħti lill-fabbrikant ir-rapport tal-viżta u, jekk ikun sar test, ir-rapport tat-test.

4.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, għall-perjodu ta' għaxar snin mill-aħħar data tal-fabbrikazzjoni:

id-dokumentazzjoni prevista mill-punt 2.1;

id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp notifikat previsti mill-punt 2.4, it-tielet u r-raba' subparagrafu, u mill-punti 3.3 u 3.4.


ANNESS XI

Kriterji minimi li għandu jittieħed kont tagħhom mill-Istati Membri għan-notifika tal-korpi

1.

Il-korp, id-direttur tiegħu, u l-persunal responsabbli sabiex jitwettqu t-testijiet tal-verifika ma għandhomx ikunu d-disinnjatur, il-fabbrikant, il-fornitur jew min jinstalla l-magni li huma jispezzjonaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' kwalunkwe wieħed minn dawn il-partijiet. Dawn ma għandhomx jinvolvu rwieħhom, la direttament u lanqas bħala r-rappreżentanti awtorizzati fid-disinn, il-kostruzzjoni, il-bejgħ jew iż-żamma tal-magni. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn il-fabbrikant u l-korp.

2.

Il-korp u l-persunal tiegħu għandhom jagħmlu t-testijiet tal-verifika bl-ogħla grad ta' integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu liberi mill-pressjonijiet u t-tħajjir kollha, b'mod partikolari dak finanzjarju, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' l-ispezzjoni, speċjalment mill-persuni jew il-gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultat tal-verifiki.

3.

Għal kull kategorija ta' makkinarju li dwaru jkun notifikat, il-korp għandu jkollu l-persunal bl-għerf tekniku u l-esperjenza suffiċjenti u xierqa biex jagħmel l-istima ta' konformità. Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex ilesti x-xogħol tekniku u amministrattiv marbut ma' l-implimentazzjoni tal-kontrolli f'manjiera li tixraq; għandu jkollu aċċess ukoll għat-tagħmir neċessarju għall-kontrolli eċċezzjonali.

4.

Il-persunal responsabbli mill-ispezzjoni għandu jkollu:

taħriġ vokazzjonali u tekniku tajjeb;

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tat-testijiet li jagħmel u l-esperjenza adegwata għal tali testijiet;

il-kapaċità li jħejji ċ-ċertifikati, ir-reġistri u r-rapporti meħtieġa biex jawtentika t-twettiq tat-testijiet.

5.

Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-persunal ta' l-ispezzjoni. Ir-rimunerazzjoni ma għandhiex tiddependi fuq in-numru tat-testijiet li jsiru jew fuq ir-riżultati ta' dawn it-testijiet.

6.

Il-korp għandu jkun assigurat għar-responsabbiltà salv jekk ir-responsabbiltà tiegħu tittieħed mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew jekk l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għal dawk it-testijiet.

7.

Il-persunal tal-korp għandu jkun marbut li josserva s-sigriet professjonali fir-rigward ta' l-informazzjoni kollha miksuba fit-twettieq ta' xogħlu (salv fir-rigward ta' l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istat Membru li fih isiru l-attivitajiet tiegħu) taħt din id-Direttiva jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li jagħtuha effett.

8.

Il-korpi notifikati għandhom jipparteċipaw f'attivitajiet ta' koordinazzjoni. Huma għandhom jieħdu sehem ukoll b'mod dirett jew ikunu rappreżentati fi standardizzazzjoni, jew jiżguraw l-għarfien tagħhom tas-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-istandards relevanti.

9.

L-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji kollha li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw li, f'każ li jieqfu l-attivitajiet tal-korp notifikat, il-fajl tal-klijenti tiegħu jintbagħtu lil korp ieħor jew li jsiru disponibbli għall-Istati Membri li nnotifikawh.


ANNESS XII

Tabella ta' korrelazzjoni (1)

Direttiva 98/37/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 2(a) u (b)

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 2(ċ)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(4)

Artikolu 3

Artikolu 1(5)

Artikolu 2(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 15

Artikolu 2(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 3

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 4(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(1)

Artikolu 5(1), it-tieni subparagraph

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2) u (3)

Artikolu 5(2), l-aħħar subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 6(1)

Artikolu 10

Artikolu 6(2)

Artikolu 22

Artikolu 7(1)

Artikolu 11(1) u (2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 11(3) u (4)

Artikolu 7(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)(e) u Artikolu 12(1)

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(1)(f)

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 12(2)

Artikolu 8(2)(b)

Artikolu 12(4)

Artikolu 8(2)(ċ)

Artikolu 12(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8(5)

Artikolu 8(6)

Artikolu 5(4)

Artikolu 8(7)

Artikolu 8(8)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(1)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(4)

Artikolu 9(2)

Artikolu 14(3) u (5)

Artikolu 9(3)

Artikolu 14(8)

Artikolu 10(1 to 3)

Artikolu 16(1) sa (3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 17

Artikolu 11

Artikolu 20

Artikolu 12

Artikolu 21

Artikolu 13(1)

Artikolu 26(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 28

Artikolu 16

Artikolu 29

Anness I – Osservazzjoni Preliminari 1

Anness I – Prinċipji Ġenerali punt 2

Anness I – Osservazzjoni Preliminari 2

Anness I – Prinċipji Ġenerali punt 3

Anness I – Osservazzjoni Preliminari 3

Anness I – Prinċipji Ġenerali punt 4

Anness I, Part 1

Anness I, Part 1

Anness I, Sezzjoni1.1.

Anness I, Sezzjoni 1.1.

Anness I, Sezzjoni 1.1.1.

Anness I, Sezzjoni 1.1.1.

Anness I, Sezzjoni 1.1.2.

Anness I, Sezzjoni 1.1.2.

Anness I, Sezzjoni 1.1.2(d)

Anness I, Sezzjoni 1.1.6.

Anness I, Sezzjoni 1.1.3.

Anness I, Sezzjoni 1.1.3.

Anness I, Sezzjoni 1.1.4.

Anness I, Sezzjoni 1.1.4.

Anness I, Sezzjoni 1.1.5.

Anness I, Sezzjoni 1.1.5.

Anness I, Sezzjoni 1.2.

Anness I, Sezzjoni 1.2.

Anness I, Sezzjoni 1.2.1.

Anness I, Sezzjoni 1.2.1.

Anness I, Sezzjoni 1.2.2.

Anness I, Sezzjoni 1.2.2.

Anness I, Sezzjoni 1.2.3.

Anness I, Sezzjoni 1.2.3.

Anness I, Sezzjoni 1.2.4.

Anness I, Sezzjoni 1.2.4.

Anness I, Sezzjoni 1.2.4., paragrafi 1 sa 3

Anness I, Sezzjoni 1.2.4.1.

Anness I, Sezzjoni 1.2.4., paragrafi 4 sa 6

Anness I, Sezzjoni 1.2.4.3.

Anness I, Sezzjoni 1.2.4., paragrafu 7

Anness I, Sezzjoni 1.2.4.4.

Anness I, Sezzjoni 1.2.5.

Anness I, Sezzjoni 1.2.5.

Anness I, Sezzjoni 1.2.6.

Anness I, Sezzjoni 1.2.6.

Anness I, Sezzjoni 1.2.7.

Anness I, Sezzjoni 1.2.1.

Anness I, Sezzjoni 1.2.8.

Anness I, Sezzjoni 1.1.6.

Anness I, Sezzjoni 1.3.

Anness I, Sezzjoni 1.3.

Anness I, Sezzjoni 1.3.1.

Anness I, Sezzjoni 1.3.1.

Anness I, Sezzjoni 1.3.2.

Anness I, Sezzjoni 1.3.2.

Anness I, Sezzjoni 1.3.3.

Anness I, Sezzjoni 1.3.3.

Anness I, Sezzjoni 1.3.4.

Anness I, Sezzjoni 1.3.4.

Anness I, Sezzjoni 1.3.5.

Anness I, Sezzjoni 1.3.5.

Anness I, Sezzjoni 1.3.6.

Anness I, Sezzjoni 1.3.6.

Anness I, Sezzjoni 1.3.7.

Anness I, Sezzjoni 1.3.7.

Anness I, Sezzjoni 1.3.8

Anness I, Sezzjoni 1.3.8.

Anness I, Sezzjoni 1.3.8 A

Anness I, Sezzjoni 1.3.8.1.

Anness I, Sezzjoni 1.3.8 B

Anness I, Sezzjoni 1.3.8.2.

Anness I, Sezzjoni 1.4.

Anness I, Sezzjoni 1.4.

Anness I, Sezzjoni 1.4.1.

Anness I, Sezzjoni 1.4.1.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.1.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.1.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.2.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.2.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.3.

Anness I, Sezzjoni 1.4.2.3.

Anness I, Sezzjoni 1.4.3.

Anness I, Sezzjoni 1.4.3.

Anness I, Sezzjoni 1.5.

Anness I, Sezzjoni 1.5.

Anness I, Sezzjoni 1.5.1.

Anness I, Sezzjoni 1.5.1.

Anness I, Sezzjoni 1.5.2.

Anness I, Sezzjoni 1.5.2.

Anness I, Sezzjoni 1.5.3.

Anness I, Sezzjoni 1.5.3.

Anness I, Sezzjoni 1.5.4.

Anness I, Sezzjoni 1.5.4.

Anness I, Sezzjoni 1.5.5.

Anness I, Sezzjoni 1.5.5.

Anness I, Sezzjoni 1.5.6.

Anness I, Sezzjoni 1.5.6.

Anness I, Sezzjoni 1.5.7.

Anness I, Sezzjoni 1.5.7.

Anness I, Sezzjoni 1.5.8.

Anness I, Sezzjoni 1.5.8.

Anness I, Sezzjoni 1.5.9.

Anness I, Sezzjoni 1.5.9.

Anness I, Sezzjoni 1.5.10.

Anness I, Sezzjoni 1.5.10.

Anness I, Sezzjoni 1.5.11.

Anness I, Sezzjoni 1.5.11.

Anness I, Sezzjoni 1.5.12.

Anness I, Sezzjoni 1.5.12.

Anness I, Sezzjoni 1.5.13.

Anness I, Sezzjoni 1.5.13.

Anness I, Sezzjoni 1.5.14.

Anness I, Sezzjoni 1.5.14.

Anness I, Sezzjoni 1.5.15.

Anness I, Sezzjoni 1.5.15.

Anness I, Sezzjoni 1.6.

Anness I, Sezzjoni 1.6.

Anness I, Sezzjoni 1.6.1.

Anness I, Sezzjoni 1.6.1.

Anness I, Sezzjoni 1.6.2.

Anness I, Sezzjoni 1.6.2.

Anness I, Sezzjoni 1.6.3.

Anness I, Sezzjoni 1.6.3.

Anness I, Sezzjoni 1.6.4.

Anness I, Sezzjoni 1.6.4.

Anness I, Sezzjoni 1.6.5.

Anness I, Sezzjoni 1.6.5.

Anness I, Sezzjoni 1.7.

Anness I, Sezzjoni 1.7.

Anness I, Sezzjoni 1.7.0.

Anness I, Sezzjoni 1.7.1.1.

Anness I, Sezzjoni 1.7.1.

Anness I, Sezzjoni 1.7.1.2.

Anness I, Sezzjoni 1.7.2.

Anness I, Sezzjoni 1.7.2.

Anness I, Sezzjoni 1.7.3.

Anness I, Sezzjoni 1.7.3.

Anness I, Sezzjoni 1.7.4.

Anness I, Sezzjoni 1.7.4.

Anness I, Sezzjoni 1.7.4. (b) u (h)

Anness I, Sezzjoni 1.7.4.1.

Anness I, Sezzjoni 1.7.4. (a) u (c) u (e) sa (g)

Anness I, Sezzjoni 1.7.4.2.

Anness I, Sezzjoni 1.7.4. (d)

Anness I, Sezzjoni 1.7.4.3.

Anness I, Part 2

Anness I, Part 2

Anness I, Sezzjoni 2.1.

Anness I, Sezzjoni 2.1.

Anness I, Sezzjoni 2.1., paragrafu 1

Anness I, Sezzjoni 2.1.1.

Anness I, Sezzjoni 2.1., paragrafu 2

Anness I, Sezzjoni 2.1.2.

Anness I, Sezzjoni 2.2.

Anness I, Sezzjoni 2.2.

Anness I, Sezzjoni 2.2., paragrafu 1

Anness I, Sezzjoni 2.2.1.

Anness I, Sezzjoni 2.2., paragrafu 2

Anness I, Sezzjoni 2.2.1.1.

Anness I, Sezzjoni 2.3.

Anness I, Sezzjoni 2.3.

Anness I, Part 3

Anness I, Part 3

Anness I, Sezzjoni 3.1.

Anness I, Sezzjoni 3.1.

Anness I, Sezzjoni 3.1.1.

Anness I, Sezzjoni 3.1.1.

Anness I, Sezzjoni 3.1.2.

Anness I, Sezzjoni 1.1.4.

Anness I, Sezzjoni 3.1.3.

Anness I, Sezzjoni 1.1.5.

Anness I, Sezzjoni 3.2.

Anness I, Sezzjoni 3.2.

Anness I, Sezzjoni 3.2.1.

Anness I, Sezzjoni 1.1.7.u 3.2.1.

Anness I, Sezzjoni 3.2.2.

Anness I, Sezzjonis 1.1.8. u 3.2.2.

Anness I, Sezzjoni 3.2.3.

Anness I, Sezzjoni 3.2.3.

Anness I, Sezzjoni 3.3.

Anness I, Sezzjoni 3.3.

Anness I, Sezzjoni 3.3.1.

Anness I, Sezzjoni 3.3.1.

Anness I, Sezzjoni 3.3.2.

Anness I, Sezzjoni 3.3.2.

Anness I, Sezzjoni 3.3.3.

Anness I, Sezzjoni 3.3.3.

Anness I, Sezzjoni 3.3.4.

Anness I, Sezzjoni 3.3.4.

Anness I, Sezzjoni 3.3.5.

Anness I, Sezzjoni 3.3.5.

Anness I, Sezzjoni 3.4.

Anness I, Sezzjoni 3.4.

Anness I, Sezzjoni 3.4.1., paragrafu 1

Anness I, Sezzjoni 1.3.9.

Anness I, Sezzjoni 3.4.1., paragrafu 2

Anness I, Sezzjoni 3.4.1.

Anness I, Sezzjoni 3.4.2.

Anness I, Sezzjoni 1.3.2.

Anness I, Sezzjoni 3.4.3.

Anness I, Sezzjoni 3.4.3.

Anness I, Sezzjoni 3.4.4.

Anness I, Sezzjoni 3.4.4.

Anness I, Sezzjoni 3.4.5.

Anness I, Sezzjoni 3.4.5.

Anness I, Sezzjoni 3.4.6.

Anness I, Sezzjoni 3.4.6.

Anness I, Sezzjoni 3.4.7.

Anness I, Sezzjoni 3.4.7.

Anness I, Sezzjoni 3.4.8.

Anness I, Sezzjoni 3.4.2.

Anness I, Sezzjoni 3.5.

Anness I, Sezzjoni 3.5.

Anness I, Sezzjoni 3.5.1.

Anness I, Sezzjoni 3.5.1.

Anness I, Sezzjoni 3.5.2.

Anness I, Sezzjoni 3.5.2.

Anness I, Sezzjoni 3.5.3.

Anness I, Sezzjoni 3.5.3.

Anness I, Sezzjoni 3.6.

Anness I, Sezzjoni 3.6.

Anness I, Sezzjoni 3.6.1.

Anness I, Sezzjoni 3.6.1.

Anness I, Sezzjoni 3.6.2.

Anness I, Sezzjoni 3.6.2.

Anness I, Sezzjoni 3.6.3.

Anness I, Sezzjoni 3.6.3.

Anness I, Sezzjoni 3.6.3(a)

Anness I, Sezzjoni 3.6.3.1.

Anness I, Sezzjoni 3.6.3(b)

Anness I, Sezzjoni 3.6.3.2.

Anness I, Parti 4

Anness I, Parti 4

Anness I, Sezzjoni 4.1.

Anness I, Sezzjoni 4.1.

Anness I, Sezzjoni 4.1.1.

Anness I, Sezzjoni 4.1.1.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.1.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.1.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.2.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.2.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.3.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.3.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.4.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.4.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.5.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.5.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.6.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.6.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.7.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.7.

Anness I, Sezzjoni 4.1.2.8.

Anness I, Sezzjoni 1.5.16.

Anness I, Sezzjoni 4.2.

Anness I, Sezzjoni 4.2.

Anness I, Sezzjoni 4.2.1.

Anness I, Sezzjoni 4.2.1.1.

Anness I, Sezzjoni 1.1.7.

Anness I, Sezzjoni 4.2.1.2.

Anness I, Sezzjoni 1.1.8.

Anness I, Sezzjoni 4.2.1.3.

Anness I, Sezzjoni 4.2.1.

Anness I, Sezzjoni 4.2.1.4.

Anness I, Sezzjoni 4.2.2.

Anness I, Sezzjoni 4.2.2.

Anness I, Sezzjoni 4.2.3.

Anness I, Sezzjoni 4.2.3.

Anness I, Sezzjonis 4.1.2.7. u 4.1.2.8.2.

Anness I, Sezzjoni 4.2.4.

Anness I, Sezzjoni 4.1.3.

Anness I, Sezzjoni 4.3.

Anness I, Sezzjoni 4.3.

Anness I, Sezzjoni 4.3.1.

Anness I, Sezzjoni 4.3.1.

Anness I, Sezzjoni 4.3.2.

Anness I, Sezzjoni 4.3.2.

Anness I, Sezzjoni 4.3.3.

Anness I, Sezzjoni 4.3.3.

Anness I, Sezzjoni 4.4.

Anness I, Sezzjoni 4.4.

Anness I, Sezzjoni 4.4.1.

Anness I, Sezzjoni 4.4.1.

Anness I, Sezzjoni 4.4.2.

Anness I, Sezzjoni 4.4.2.

Anness I, Parti 5

Anness I, Parti 5

Anness I, Sezzjoni 5.1.

Anness I, Sezzjoni 5.1.

Anness I, Sezzjoni 5.2.

Anness I, Sezzjoni 5.2.

Anness I, Sezzjoni 5.3.

Anness I, Sezzjoni 5.4.

Anness I, Sezzjoni 5.3.

Anness I, Sezzjoni 5.5.

Anness I, Sezzjoni 5.4.

Anness I, Sezzjoni 5.6.

Anness I, Sezzjoni 5.5.

Anness I, Sezzjoni 5.7.

Anness I, Sezzjoni 5.6.

Anness I, Parti 6

Anness I, Parti 6

Anness I, Sezzjoni 6.1.

Anness I, Sezzjoni 6.1.

Anness I, Sezzjoni 6.1.1.

Anness I, Sezzjoni 4.1.1.(g)

Anness I, Sezzjoni 6.1.2.

Anness I, Sezzjoni 6.1.1.

Anness I, Sezzjoni 6.1.3.

Anness I, Sezzjoni 6.1.2.

Anness I, Sezzjoni 6.2.

Anness I, Sezzjoni 6.2.

Anness I, Sezzjoni 6.2.1.

Anness I, Sezzjoni 6.2.

Anness I, Sezzjoni 6.2.2.

Anness I, Sezzjoni 6.2.

Anness I, Sezzjoni 6.2.3.

Anness I, Sezzjoni 6.3.1.

Anness I, Sezzjoni 6.3.

Anness I, Sezzjoni 6.3.2.

Anness I, Sezzjoni 6.3.1.

Anness I, Sezzjoni 6.3.2., paragrafu 3

Anness I, Sezzjoni 6.3.2.

Anness I, Sezzjoni 6.3.2., paragrafu 4

Anness I, Sezzjoni 6.3.3.

Anness I, Sezzjoni 6.3.2., paragrafu 1

Anness I, Sezzjoni 6.4.1.

Anness I, Sezzjonijiet 4.1.2.1., 4.1.2.3. u 6.1.1.

Anness I, Sezzjoni 6.4.2.

Anness I, Sezzjoni 6.3.1.

Anness I, Sezzjoni 6.5.

Anness I, Sezzjoni 6.5.

Anness II, Partijiet A u B

Anness II, Parti 1, Sezzjoni A.

Anness II, Parti C

Anness III

Anness III

Anness IV.A.1 (1.1. sa 1.4)

Anness IV.1 (1.1. sa 1.4)

Anness IV.A.2

Anness IV.2

Anness IV.A.3

Anness IV.3

Anness IV.A.4

Anness IV.4 (4.1 u 4.2)

Anness IV.A.5

Anness IV.5

Anness IV.A.6

Anness IV.6

Anness IV.A.7

Anness IV.7

Anness IV.A.8

Anness IV.8

Anness IV.A.9

Anness IV.9

Anness IV.A.10

Anness IV.10

Anness IV.A.11

Anness IV.11

Anness IV.A.12 (l-ewwel u t-tieni inċiż)

Anness IV.12 (12.1 u 12.2)

Anness IV.A.12 (it-tielet inċiż)

Anness IV.A.13

Anness IV.13

Anness IV.A.14, l-ewwel Parti

Anness IV.15

Anness IV.A.14, it-tieni Parti

Anness IV.14

Anness IV.A.15

Anness IV.16

Anness IV.A.16

Anness IV.17

Anness IV.A.17

Anness IV.B.1

Anness IV.19

Anness IV.B.2

Anness IV.21

Anness IV.B.3

Anness IV.20

Anness IV.B.4

Anness IV.22

Anness IV.B.5

Anness IV.23

Anness V, Sezzjoni 1

Anness V, Sezzjoni 2

Anness V, Sezzjoni 3, l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Anness VII, Parti A, Sezzjoni 1, l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Anness V, Sezzjoni 3, l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Anness VII, Parti A, Sezzjoni 1, l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Anness V, Sezzjoni 3, it-tieni subparagrafu

Anness VII, Parti A, Sezzjoni 1, it-tieni subparagrafu

Anness V, Sezzjoni 3, it-tielet subparagrafu

Anness VII, Parti A, Sezzjoni 3

Anness V, Sezzjoni 4 (a)

Anness VII, Parti A. Sezzjoni 2, it-tieni u t-tielet subparagrafi

Anness V, Sezzjoni 4 (b)

Anness VII, Parti A. Sezzjoni 2, l-ewwel subparagrafu

Anness V, Sezzjoni 4(c)

Anness VII, Parti A, Introduzzjoni

Anness VI, Sezzjoni 1

Anness IX, Introduzzjoni

Anness VI, Sezzjoni 2

Anness IX, Sezzjoni 1 u 2

Anness VI, Sezzjoni 3

Anness IX, Sezzjoni 3

Anness VI, Sezzjoni 4, l-ewwel subparagrafu

Anness IX, Sezzjoni 4, l-ewwel subparagrafu

Anness VI, Sezzjoni 4, it-tieni subparagrafu

Anness IX, Sezzjoni 7

Anness VI, Sezzjoni 5

Anness IX, Sezzjoni 6

Anness VI, Sezzjoni 6, l-ewwel sentenza

Anness IX, Sezzjoni 5

Anness VI, Sezzjoni 6, it-tieni u t-tielet sentenzi

Artikolu 14(6)

Anness VI, Sezzjoni 7

Anness IX, Sezzjoni 8

Anness VII, Sezzjoni 1

Anness XI, Sezzjoni 1

Anness VII, Sezzjoni 2

Anness XI, Sezzjoni 2

Anness VII, Sezzjoni 3

Anness XI, Sezzjoni 3

Anness VII, Sezzjoni 4

Anness XI, Sezzjoni 4

Anness VII, Sezzjoni 5

Anness XI, Sezzjoni 5

Anness VII, Sezzjoni 6

Anness XI, Sezzjoni 6

Anness VII, Sezzjoni 7

Anness XI, Sezzjoni 7

Anness VIII

Anness IX


(1)  Din it-tabella tindika r-relazzjoni bejn partijiet tad-Direttiva 98/37/KE u l-partijiet ta' din id-Direttiva li jittrattaw bl-istess suġġett. Madankollu, il-kontenut tal-partijiet korrelati mhuwiex neċessarjament identiku.


9.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

87


DIRETTIVA 2006/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE

(Test b'relevanza għaż–ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Attwalment, ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (3), is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati (4), id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi ta' l-assigurazzjoni (6) jirrikjedu li l-kontijiet annwali jew il-kontijiet konsolidati jkunu verifikati minn persuna waħda jew aktar li jkollhom il-kompetenza li jwettqu dawn il-verifiki.

(2)

Il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-persuni responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja ġew stabbiliti fit-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta' l-10 ta' April 1984 dwar l-approvazzjoni ta' persuni responsabbli sabiex iwettqu l-verifiki statutorji ta' dokumenti dwar kontijiet (7).

(3)

In-nuqqas ta' approċċ armonizzat għall-verifika statutorja tal-kontijiet fil-Komunità kienet ir-raġuni għalfejn il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha ta' l-1998 dwar “Il-Verifika Statutorja tal-Kontijiet fl-Unjoni Ewropea, ipproponiet id-direzzjoni fil-futur (8) il-ħolqien ta' Kumitat dwar il-Verifika tal-Kontijiet li jista” jipprepara aktar azzjoni f'koperazzjoni mill-qrib mal-professjoni ta' l-accounting u ma' l-Istati Membri.

(4)

Fuq il-bażi tax-xogħol ta' dak il-Kumitat, il-Kummissjoni, fil-15 ta' Novembru 2000, ħarġet Rakkomandazzjoni dwar l-Assigurazzjoni ta' Kwalità għall-Verifika Statutorja fl-Unjoni Ewropea: rekwiżiti minimi (9) u, fis-16 ta' Mejju 2002, Rakkomandazzjoni dwar l-Awdituri Statutorji – L-Indipendenza fl-Unjoni Ewropea: Sett ta' Prinċipji Fundamentali (10).

(5)

Din id-Direttiva timmira lejn armonizzazzjoni għolja, għalkemm mhux totali, tar-rekwiżiti tal-verifika statutorja. Stat Membru li jesiġi l-verifika statutorja jista' jimponi rekwiżiti aktar stretti, sakemm it-test ta' din id-Direttiva ma jipprovdix mod ieħor.

(6)

Il-kwalifiki tal-verifika miksuba mill-awdituri statutorji fuq il-bażi ta' din id-Direttiva għandhom jitqiesu ekwivalenti. Għaldaqstant ma għandux jibqa' possibbli għall-Istati Membri li jinsistu li l-maġġoranza tad-drittijiet tal-votazzjoni f'kumpannija tal-verifika għandhom jinżammu minn awdituri lokalment approvati jew li l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni ta' kumpannija tal-verifika għandha tkun lokalment approvata.

(7)

Il-verifika statutorja tal-kontijiet titlob konoxxenza adegwata ta' materji bħal-liġi tal-kumpanniji, il-liġi fiskali u l-liġi soċjali. Tali konoxxenza għandha tkun ittestjata qabel awditur statutorju minn Stat Membru ieħor jista' jiġi approvat.

(8)

Sabiex jiġu protetti t-terzi, l-awdituri kollha approvati u l-kumpanniji tal-verifika għandhom jiddaħħlu f'reġistru li jkun aċċessibbli għall-pubbliku u li jkun fih tagħrif bażiku dwar l-awdituri statutorji jew dwar il-kumpanniji tal-verifika.

(9)

L-awdituri statutorji għandhom iżommu ruħhom ma' l-ogħla standards ta' etika. Għalhekk huma għandhom ikunu suġġetti għall-etika professjonali li tkopri ta' l-anqas il-funzjoni tagħhom fl-interess pubbliku, l-integrità, l-oġġettività tagħhom, il-kompetenza tagħhom u d-diliġenza dovuta minnhom. Il-funzjoni ta' l-awdituri statutorji fl-interess pubbliku tfisser li hemm komunità usa' ta' persuni u ta' istituzzjonijiet li jserrħu fuq il-kwalità tax-xogħol ta' l-awditur statutorju. Il-kwalità tajba tal-verifika tal-kontijiet tikkontribwixxi sabiex is-swieq jiffunzjonaw b'mod organizzat billi ssaħħaħ l-integrità u l-effiċjenza tar-rapporti finanzjarji. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri implementattivi dwar l-etika professjonali bħala standards minimi. Waqt li tagħmel dan, tista' tieħu kont tal-prinċipji li jinsabu fil-Kodiċi ta' Etika tal-Federazzjoni Internazzjonali ta' l-Accountants (IFAC).

(10)

Huwa importanti li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri jirrispettaw il-privatezza tal-klijenti tagħhom. Għalhekk huma għandhom ikunu marbuta b'regoli stretti dwar il-konfidenzjalità u s-segretezza professjonali li, madankollu, m'għandhomx jimpedixxu l-infurzar adegwat ta' din id-Direttiva. Dawk ir-regoli ta' konfidenzjalità għandhom japplikaw ukoll għal kull awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika li ma baqgħetx involuta f'kompitu speċifiku ta' verifika.

(11)

L-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri għandhom ikunu indipendenti meta jwettqu verifiki statutorji. Huma jistgħu jinfurmaw lill-entità suġġetta għall-verifika dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-verifika, iżda għandhom jastjenu mill-proċeduri deċiżjonali interni ta' l-entità suġġetta għall-verifika. Jekk isibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn il-livell ta' periklu għall-indipendenza tagħhom, anke wara l-applikazzjoni ta' salvagwardji sabiex jitnaqqas dak il-periklu, ikun wisq għoli, huma għandhom jirriżenjaw jew jastjenu minn dak ix-xogħol ta' verifika. Il-konklużjoni li tkun teżisti relazzjoni li tikkomprometti l-indipendenza ta' l-awditur tista' tkun differenti, fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-awditur u l-entità suġġetta għall-verifika, minn dik fir-rigward tar-relazzjoni bejn in-network u l-entità suġġetta għall-verifika. Fejn koperattiva fis-sens ta' l-Artikolu 2(14), jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, tkun meħtieġa jew permessa, taħt dispożizzjonijiet nazzjonali, li tkun membru ta' entità tal-verifika li ma tagħmilx profitt, valutazzjoni objettiva, raġonevoli u infurmata ma tikkonkludix li dik ir-relazzjoni bbażata fuq is-sħubija bejn il-membri tikkomprometti l-indipendenza ta' l-awditur indipendenti, sakemm meta tali entità tal-verifika tkun qiegħda twettaq verifika statutorja ta' wieħed mill-membri tagħha, ikunu applikati l-prinċipji ta' indipendenza lill-awdituri li jwettqu dik il-verifika u lil dawk il-persuni li jkunu f'pożizzjoni fejn jistgħu jeżerċitaw xi influwenza fuq il-verifika statutorja. Eżempji ta' periklu għall-indipendenza ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika huma interess finanzjarju dirett jew indirett fl-entità suġġetta għall-verifika u fil-forniment ta' servizzi addizzjonali li ma jkunux ta' verifika. Ukoll, il-livell ta' pagamenti riċevuti minn entità suġġetta għall-verifika u/jew l-istruttura tal-pagamenti jistgħu jheddu l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika. It-tipi ta' salvagwardji li għandhom jiġu applikati sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat dak il-periklu jinkludu projbizzjonijiet, restrizzjonijiet, linji politiċi u proċeduri oħra u l-iżvelar. L-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri għandhom jirrifjutaw li jipprovdu kwalunkwe servizz addizzjonali, li ma jkunx ta' verifika, li jikkomprometti l-indipendenza tagħhom. Il-Kummissjoni tista', bħala standards minimi, tadotta miżuri implementattivi dwar l-indipendenza. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-prinċipji li jeżistu fir-Rakkomandazzjoni fuq imsemmija tas-16 ta' Mejju 2002. Sabiex tiġi stabbilital-indipendenza ta' l-awdituri, hemm bżonn li jiġi ċċarat il-kunċett ta' “network” li fih joperaw l-awdituri. F'dan ir-rigward, iridu jiġu kkunsidrati ċirkostanzi varji bħal każijiet fejn l-istruttura tista' tiġi meqjusa bħala network għaliex tkun immirata lejn il-qsim tal-profitti jew ta' l-ispejjeż, li jistgħu jidhru wkoll jekk l-awdituri statutorji u/jew il-kumpanniji tal-verifika għandhom klijenti regolari ta' verifika komuni. Il-kriterji sabiex jintwera li jkun hemm network għandhom jiġu ġġudikati u mwieżna fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi fattwali eżistenti kollha, bħal jekk hemmx klijenti regolari komuni.

(12)

F'każijiet ta' awto-reviżjoni jew ta' interess proprju, fejn ikun xieraq sabiex tiġi mħarsa l-indipendenza ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika, għandu jkun l-Istat Membru, u mhux l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika, li jiddeċiedi jekk l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika għandhomx jirriżenjaw jew jastjenu minn xogħol ta' verifika fir-rigward ta' klijenti ta' verifika tagħhom. Madankollu dan m'għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn Stati Membri ikollhom xi dmir ġenerali li jimpedixxu awdituri statutorji jew kumpanniji ta' awdituri milli jipprovdu servizzi li ma jkunux ta' verifika lill-klijenti ta' verifika tagħhom. Sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx xieraq, f'każijiet ta' interess propju jew ta' awto-reviżjoni, li awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika ma jwettqux verifiki statutorji, sabiex tiġi mħarsa l-indipendenza ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika, il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom jinkludu l-mistoqsija jekk l-entità ta' interess pubbliku suġġetta għall-verifika ħarġitx titoli trasferibbli li jkunu ammessi għan-negozju f'suq regolat fis-sens tal-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji (11).

(13)

Huwa importanti li tiġi żgurata, b'mod konsistenti, kwalità għolja fil-verifiki kollha meħtieġa mil-liġi Komunitarja. Il-verifiki statutorji kollha għandhom għalhekk isiru fuq il-bażi ta' standards internazzjonali ta' verifika. Għandhom jiġu adottati miżuri li jimplementaw dawk l-istandards fil-Komunità konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (12). Kumitat jew grupp tekniku dwar il-verifika għandu jgħin lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' l-affidabbiltà teknika ta' l-istandards internazzjonali kollha ta' verifika, u għandu wkoll jinvolvi s-sistema ta' korpi pubbliċi ta' superviżjoni ta' l-Istati Membri. Sabiex jintlaħaq l-ogħla livell possibbli ta' armonizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jimponu proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali addizzjonali ta' verifika biss meta dawn joħorġu minn rekwiżiti nazzjonali legali relatati ma' l-iskop tal-verifika statutorja ta' kontijiet annwali jew konsolidati, li tfisser li dawk ir-rekwiżiti ma kinux ġew koperti mill-istandards internazzjonali ta' verifika adottati. L-Istati Membri jistgħu jżommu dawk il-proċeduri addizzjonali ta' verifika sakemm il-proċeduri jew ir-rekwiżiti ta' verifika jiġu koperti bi standards internazzjonali ta' verifika adottati sussegwentement. Jekk, madankollu, l-istandards internazzjonali ta' verifika adottati jinkludu proċeduri ta' verifika li t-twettiq tagħhom joħloq konflitt legali speċifiku mal-liġi nazzjonali li jirriżulta minn rekwiżiti speċifiċi nazzjonali relatati ma' l-ambitu tal-verifika statutorja, l-Istati Membri jistgħu jaqtgħu barra dik il-parti konfliġġenti ta' l-istandard internazzjonali, sakemm dawk il-konflitti jeżistu, bil-kondizzjoni li jkunu applikati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 26(3). Kull żieda jew qtugħ minn Stati Membri għandhom jikkontribwixxu għal livell għoli ta' kredibbiltà tal-kontijiet annwali tal-kumpanniji, u għandhom ikunu fl-interess pubbliku. Dan ta' hawn fuq ifisser li l-Istati Membri jistgħu, bħala eżempju, jesiġu rapport addizzjonali ta' l-awditur għall-bord ta' superviżjoni jew jippreskrivu rekwiżiti oħra ta' rappurtar u verifika bbażati fuq regoli nazzjonali dwar it-tmexxija ta' kumpanniji.

(14)

Sabiex il-Kummissjoni tadotta standard internazzjonali ta' verifika għall-applikazzjoni fil-Komunità, huwa meħtieġ li l-istandard ikun aċċettat internazzjonalment fuq bażi ġenerali u li jkun ġie żviluppat bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet kollha interessati wara proċedura miftuħa u trasparenti, li l-istandard jikkontribwixxi għall-kredibbiltà u għall-kwalità tal-kontijiet annwali u konsolidati u li jservi l-interess pubbliku Ewropew. Il-bżonn li tiġi adottata Dikjarazzjoni Internazzjonali dwar il-Prattika tal-Verifika bħala parti mill-istandard għandu jkun evalwat skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE fuq il-bażi ta' kull każ individwali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li qabel ma tibda l-proċess ta' adozzjoni ssir reviżjoni sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti ntlaħqux u għandha tirrapporta lill-membri tal-Kumitat stabbilit f'din id-Direttiva dwar ir-riżultat tar-reviżjoni.

(15)

Fil-każ ta' kontijiet konsolidati, huwa importanti li jkun hemm definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-awdituri statutorji li jwettqu verifika fuq partijiet komponenti tal-grupp. Għal dan l-iskop, l-awditur tal-grupp għandu jerfa' r-responsabbiltà sħiħa għar-rapport ta' verifika.

(16)

Sabiex tiżdied il-komparabbiltà bejn kumpanniji li japplikaw l-istess standards ta' accounting, u sabiex tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fil-funzjoni tal-verifika, il-Kummissjoni tista' tadotta rapport komuni ta' verifika għall-verifika ta' kontijiet annwali jew konsolidati ppreparat fuq bażi ta' standards ta' accounting approvati internazzjonalment, sakemm ma jkunx ġie adottat standard xieraq għal rapport bħal dan fuq livell Komunitarju.

(17)

L-ispezzjonijiet regolari huma mezz tajjeb sabiex tintlaħaq kwalità għolja ta' verifiki statutorji b'mod konsistenti. Għalhekk, awdituri statutorji u kumpanniji ta' awdituri għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità li tkun organizzata b'mod li jkun indipendenti mill-awdituri statutorji u mill-kumpanniji ta' awdituri riveduti. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 29 dwar sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jekk awdituri individwali jkollhom politika komuni ta' assigurazzjoni ta' kwalità, ikun hemm bżonn biss li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti għall-kumpanniji ta' awdituri. L-Istati Membri jistgħu jorganizzaw sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità b'mod li kull awditur individwali jkun suġġett għal reviżjoni ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' l-anqas kull sitt snin. F'dan ir-rigward, il-fondi għas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni għandhom ikunu ħielsa minn kull influwenza li ma tkunx xierqa. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompetenza li tadotta miżuri implementattivi fi kwistjonijiet relevanti għall-organizzazzjoni ta' sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, u fir-rigward tal-fondi tagħhom, f'każijiet fejn il-fiduċja pubblika fis-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità tkun kompromessa b'mod serju. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa li jsibu, permezz tas-sistemi ta' sorveljanza pubblika, approċċ koordinat sabiex iwettqu r-reviżjonijiet ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità bil-ħsieb li jevitaw li jimponu piżijiet żejda fuq il-partijiet konċernati.

(18)

Investigazzjonijiet u pieni adegwati jgħinu sabiex tiġi evitata u korretta l-eżekuzzjoni mhux adegwata ta' verifika statutorja.

(19)

L-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri huma responsabbli li jwettqu xogħolhom bl-attenzjoni dovuta u għalhekk għandhom ikunu responsabbli li jwieġbu għall-ħsara finanzjarja li tkun kawżata minnuqqas ta' diliġenza dovuta. Madankollu, il-kapaċità ta' l-awditur u tal-kumpannija tal-verifika li jkopru ruħhom b'assigurazzjoni ta' indemnità professjonali tista' tkun milquta minn jekk ikunux suġġetti għal responsabbiltà finanzjarja bla limitu. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li teżamina dawn il-kwistjonijiet b'kont meħud tal-fatt li s-sistemi ta' regoli dwar ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli.

(20)

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw sistema effettiva ta' sorveljanza pubblika għall-awdituri statutorji u għall-kumpanniji ta' awdituri fuq il-bażi ta' kontroll fil-pajjiż ta' l-oriġini. L-arranġamenti regolatorji għas-sorveljanza pubblika għandhom jippermettu koperazzjoni effettiva fuq il-livell Komunitarju fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri. Is-sistema pubblika ta' sorveljanza għandha tkun immexxija minn persuni mhux prattikanti li jkollhom konoxxenza ta' l-oqsma relevanti tal-verifika statutorja. Dawn il-persuni mhux prattikanti jistgħu jkunu speċjalisti li qatt ma kellhom konnessjoni mal-professjoni tal-verifika jew jistgħu jkunu persuni li kienu prattikanti u li telqu l-professjoni. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jippermettu minoranza ta' persuni prattikanti sabiex tkun involuta fit-tmexxija tas-sistema pubblika ta' sorveljanza. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' xulxin kull meta jkun hemm il-bżonn bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet tagħhom ta' sorveljanza fuq l-awdituri statutorji jew fuq il-kumpanniji ta' awdituri approvati minnhom. Tali koperazzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod importanti sabiex tiżgura kwalità għolja b'mod konsistenti tal-verifika statutorja fil-Komunità. Billi huwa meħtieġ li tkun żgurata l-koperazzjoni u l-koordinazzjoni effikaċi bejn awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri fuq il-livell Ewropew, in-nomina ta' entità waħda, responsabbli għall-koperazzjoni, għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' kull waħda mill-awtoritajiet li tikkopera direttament ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti ta' l-Istati Membri.

(21)

Sabiex tiġi żgurata konformità ma' l-Artikolu 32(3) dwar il-prinċipji ta' sorveljanza pubblika, persuna mhux prattikanti hija meqjusa li għandha konoxxenza ta' l-oqsma relevanti għall-verifika statutorja permezz tal-ħila professjonali passata tagħha, jew alternattivament minħabba li jkollha konoxxenza ta' mill-anqas wieħed mis-suġġetti elenkati fl-Artikolu 8.

(22)

Il-ħatra ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika għandha ssir mil-laqgħa ġenerali ta' l-azzjonisti jew tal-membri ta' l-entità suġġetta għall-verifika. Sabiex tiġi mħarsa l-indipendenza ta' l-awditur huwa importanti li t-tneħħija tiegħu tkun possibbli biss fejn ikun hemm raġunijiet validi u jekk dawk ir-raġunijiet jiġu komunikati lill-awtorità jew awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza pubblika.

(23)

Billi l-entitajiet ta' interess pubbliku għandhom viżibbiltà ogħla u huma iktar importanti ekonomikament, għandhom japplikaw rekwiżiti aktar stretti fil-każ ta' verifika statutorja tal-kontijiet annwali jew konsolidati tagħhom.

(24)

Il-kumitati tal-verifika u sistemi effettivi ta' kontroll intern jgħinu sabiex ikunu minimizzati r-riskji finanzjarji, operattivi u ta' konformità, u jsaħħu l-kwalità tar-rappurtar finanzjarju. L-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2005 dwar l-irwol ta' diretturi mhux eżekuttivi jew superviżorji ta' kumpanniji elenkati u dwar il-kumitati tal-bord (ta' sorveljanza) (13), li tesponi kif għandhom ikunu stabbiliti u jiffunzjonaw kumitati ta' verifika. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-verifika jew lill- korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti jkunu mwettqa totalment mill-korp amministrattiv jew ta' sorveljanza. Fir-rigward tad-dmirijiet tal-kumitat tal-verifika, skond l-Artikolu 41, l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika bl-ebda mod ma għandhom ikunu subordinati għall-kumitat.

(25)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jeżentaw entitajiet ta' interess pubbliku li jkunu intrapriżi ta' investiment kollettiv u li t-titoli trasferibbli tagħhom ikunu ammessi għan-negozju f'suq regolat mir-rekwiżit li jkollhom kumitat ta' verifika. Din l-għażla tqis il-fatt li, fejn l-impriża ta' investiment kollettiv topera biss għall-iskop li jkun hemm ġabra komuni ta' assi, mhux dejjem ikun xieraq li jiġi mqabbad kumitat ta' verifika. Ir-rapportar finanzjarju u r-riskji relatati ma jistgħux jitqabblu ma' dawk ta' entitajiet oħra ta' interess pubbliku. Barra minn hekk, intrapriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u l-kumpanniji li jamministrawhom joperaw f'ambjent regolatorju strettament definit u huma suġġetti għal mekkaniżmi speċifiċi ta' tmexxija bħal kontrolli mwettqa mid-depożitarju tagħhom. Għal dawk l-intrapriżi ta' investiment kollettiv li m'humiex armonizzati mid-Direttiva 85/611/KEE (14) iżda li huma suġġetti għal salvagwardji simili kif previst b'dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, f'dan il-każ partikolari jitħallew jipprovdu trattament ugwali għall-intrapriżi ta' investiment kollettiv armonizzati mill-Komunità.

(26)

Sabiex tissaħħaħ l-indipendenza ta' awdituri ta' entitajiet ta' interess pubbliku, is-soċju jew soċji essenzjali li jwettqu l-verifika ta' tali entitajiet għandhom jinbidlu fuq bażi ta' rotazzjoni. Sabiex tiġi organizzata tali rotazzjoni, l-Istati Membri għandhom jesiġu l-bidla tas-soċju jew soċji essenzjali li jwettqu l-verifika ta' entità, filwaqt li jippermettu l-kumpannija tal-verifika, li magħha jkunu assoċjati s-soċju jew soċji essenzjali, tibqa' tkun l-awditur statutorju ta' dik l-entità. Fejn Stat Membru jsib li hekk ikun xieraq sabiex jilħaq l-objettivi mixtieqa, dak l-Istat Membru jista', alternattivament, jesiġi l-bidla tal-kumpannija tal-verifika, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42(2).

(27)

Ir-relazzjoni reċiproka bejn is-swieq kapitali tenfażizza l-bżonn ukoll li tiġi żgurata kwalità għolja ta' xogħol imwettaq minn awdituri minn pajjiżi terzi fir-rigward tas-suq kapitali tal-Komunità. Għalhekk, l-awdituri konċernati għandhom ikunu reġistrati sabiex ikunu suġġetti għas-sistema ta' reviżjonijiet ta' assigurazzjoni ta' kwalità u għas-sistema ta' investigazzjonijiet u ta' pieni. Għandhom ikunu possibbli derogi fuq il-bażi ta' reċiproċità, suġġetti għall-ittestjar ta' l-ekwivalenza mwettaq mill-Kummissjoni b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, entità li ħarġet titoli trasferibbli f'suq regolat fis-sens tal-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għandha dejjem tkun suġġetta għal verifika minn awditur li jkun reġistrat fi Stat Membru jew li jkun sorveljat minn awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn ikun ġej l-awditur, sakemm dak il-pajjiż terz ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru bħala wieħed li jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għar-rekwiżiti Komunitarji fil-qasam ta' prinċipji ta' sorveljanza, ta' sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' sistemi ta' investigazzjonijiet u ta' pieni, u sakemm il-bażi ta' dan l-arranġament tkun waħda ta' reċiproċità. Filwaqt li sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' pajjiż terz tista' tiġi kkunsidrata bħala ekwivalenti minn Stat Membru, dan ma jfissirx li Stati Membri oħrajn għandhom jaċċettaw dik il-valutazzjoni ta' ekwivalenza nazzjonali, u lanqas din ma għandha tiddetermina minn qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(28)

Il-kumplessità ta' verifiki ta' gruppi internazzjonali titlob koperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u dawk ta' pajjiżi terzi. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jistgħu jkollhom aċċess għad-dokumenti tax-xogħol tal-verifika u għal dokumenti oħrajn permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet konċernati u fl-istess waqt jiġi faċilitat l-aċċess għal dawn id-dokumenti, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jagħtu aċċess dirett lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi suġġett għall-qbil ta' l-awtorità kompetenti nazzjonali. Waħda mill-kriterji relevanti għall-għoti ta' aċċess hija jekk l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi jissodisfawx ir-rekwiżiti dikjarati mill-Kummissjoni bħala adegwati. Sa meta tittieħed tali deċiżjoni mill-Kummissjoni, u mingħajr preġudizzju għal din, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw jekk ir-rekwiżiti humiex adegwati.

(29)

L-iżvelar ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 47 għandu jkun konformi mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data  (15).

(30)

Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE u b'kunsiderazzjoni xierqa tad-dikjarazzjoni magħmula mill-Kummissjoni fil-Parlament Ewropew fil-5 ta' Frar 2002 dwar l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(31)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trażmissjoni ta' l-abbozzi ta' emendi u ta' miżuri implementattivi sabiex ikun jista' jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f'każijiet urġenti u debitament ġustifikati, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jitqassar. Jekk, f'dak il-perjodu, tkun ġiet adottata riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozzi ta' emendi jew ta' miżuri.

(32)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssir meħtieġa l-applikazzjoni ta' sett wieħed ta' standards internazzjonali tal-verifika, l-aġġornament tar-rekwiżiti edukattivi, id-definizzjoni ta' l-etika professjonali u l-implementazzjoni teknika tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, sabiex tittejjeb u tiġi armonizzata ulterjorment il-kwalità tal-verifika statutorja fil-Komunità u tiġi faċilitata l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ l-konfidenza fil-verifika statutorja tal-kontijiet, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-firxa u l-effetti ta' din id-Direttiva, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(33)

Bl-iskop li r-relazzjoni bejn l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika u l-entità suġġetta għall-verifika ssir aktar trasparenti, id-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE għandhom jiġu emendati sabiex jesiġu l-iżvelar tal-pagament għall-verifika tal-kont u tal-pagament magħmul għal servizzi mhux ta' verifika tal-kontijiet fin-noti annessi mal-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati.

(34)

Id-Direttiva 84/253/KEE għandha tiġi mħassra għaliex hemm nieqes sett komprensiv ta' regoli li jiżguraw infrastruttura adegwata tal-verifika, bħal sorveljanza pubblika, sistemi dixxiplinarji u sistemi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u għaliex ma tipprovdix b'mod speċifiku għal koperazzjoni regolatorja bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali huwa madankollu ċertament meħtieġ li jkun indikat li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri li ġew approvati skond id-Direttiva 84/253/KEE jitqiesu bħala approvati skond din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

'SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

'Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-verifika statutorja tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati.

Artikolu 2

'Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“verifika statutorja” tfisser verifika ta' kontijiet annwali jew ta' kontijiet konsolidati sa fejn ikun meħtieġ mil-liġi Komunitarja;

2)

“awditur statutorju” tfisser persuna fiżika approvata skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji;

3)

“kumpannija tal-verifika” tfisser persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun approvata skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji;

4)

“entità ta' verifika minn pajjiż terz” tfisser entità, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li twettaq verifiki tal-kontijiet annwali jew konsolidati ta' kumpannija kostitwita f'pajjiż terz;

5)

“awditur ta' pajjiż terz” tfisser persuna fiżika li twettaq verifiki tal-kontijiet annwali jew konsolidati ta' kumpannija kostitwita f'pajjiż terz;

6)

“awditur ta' grupp” tfisser l-awditur jew awdituri statutorji jew il-kumpannija jew kumpanniji tal-verifika li jwettqu l-verifika statutorja tal-kontijiet konsolidati;

7)

network” tfisser l-istruttura akbar:

li tkun immirata lejn il-koperazzjoni u li għaliha jappartjenu awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika; u

li tkun immirata b'mod ċar lejn il-qsim ta' profitti jew ta' spejjeż jew ikollha drittijiet ta' proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni, politika u proċeduri komuni ta' kontroll ta' kwalità, strateġija kummerċjali komuni, l-użu ta' marka kummerċjali komuni, jew parti sinifikattiva tar-riżorsi professjonali;

8)

“affiljat ta' kumpannija tal-verifika” tfisser kwalunkwe intrapriża, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun konnessa ma' kumpannija tal-verifika permezz ta' drittijiet tal-proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni;

9)

“rapport ta' verifika tal-kontijiet” tfisser ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 51(a) tad-Direttiva 78/660/KEE u fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE maħruġ mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika;

10)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet jew korpi nominati mil-liġi li jkunu responsabbli sabiex jirregolaw u/jew jissorveljaw l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika jew aspetti speċifiċi tagħhom; ir-referenza għall-“awtoritajiet kompetenti” f'Artikolu speċifiku tfisser referenza għall-awtorità jew għall-korp jew korpi responsabbli għall-funzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu;

11)

“standards internazzjonali ta' verifika” tfisser Standards Internazzjonali dwar il-Verifika (ISA) u dikjarazzjonijiet u standards relatati, sa fejn dawn ikunu relevanti għall-verifika statutorja;

12)

“standards internazzjonali ta' l-accounting” tfisser l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IAS), l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Interpretazzjonijiet relatati (l-interpretazzjonijiet SIC-IFRIC), l-emendi sussegwenti lil dawk l-istandards u interpretazzjonijiet relatati, standards futuri u interpretazzjonijiet relatati maħruġa jew adottati mill-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IASB);

13)

“entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser entitajiet regolati mil-liġi ta' Stat Membru u li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għan-negozju f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru fis-sens tal-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (16) u intrapriżi ta' l-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw ukoll entitajiet oħra bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju entitajiet li jkunu ta' relevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;

14)

“koperattiva” tfisser Soċjetà Koperattiva Ewropea kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) (17), jew kwalunkwe koperattiva oħra li għaliha tkun meħtieġa verifika statutorja skond il-liġi Komunitarja, bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE u intrapriżi ta' l-assigurazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE;